ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
7 ta' Mejju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2008 tas-6 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 402/2008 tas-6 ta’ Mejju 2008 dwar il-proċeduri għall-importazzjoni ta’ segala mit-Turkija (Verżjoni kodifikata)

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 403/2008 tas-6 ta’ Mejju 2008 li jiffissa proviżorjament obbligi ta' konsenja għal zokkor tal-kannamiela li għandu jiġi impurtat taħt il-Protokoll ACP u l-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2008/2009

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 404/2008 tas-6 ta' Mejju 2008 li jemenda l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli f’dak li għandu x'jaqsam ma’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-ispinosad, il-bikarbonat tal-potassju u l-oktanoat tar-ram u l-użu ta’ l-etilena

8

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/357/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ April 2008 dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza tat-tfal li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal-lajters skond id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

11

 

 

2008/358/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/380/KE li tistabbilixxi grupp ta’ esperti mhux governattivi dwar it-tmexxija tal-kumpaniji u l-liġi dwar il-kumpaniji

14

 

 

2008/359/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Kompetittività ta’ l-Industrija ta’ l-Agri-Ikel

15

 

 

2008/360/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fl-Olanda (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1668)

17

 

 

2008/361/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2008 dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għas-sena 2008 għall-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji, is-sistema ta’ notifika tal-mard ta’ l-Annimali, miżuri ta’ komunikazzjoni u studji u valutazzjonijiet

18

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/362/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2008 dwar l-assigurazzjoni esterna tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpaniji tal-verifika statutorji li jivverifikaw entitajiet ta’ interess pubbliku (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1721)

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 401/2008

tas-6 ta’ Mejju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Mejju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

57,4

TN

102,3

TR

133,7

ZZ

97,8

0707 00 05

JO

178,8

TR

152,4

ZZ

165,6

0709 90 70

TR

135,1

ZZ

135,1

0805 10 20

EG

41,8

IL

63,2

MA

50,4

TN

53,2

TR

61,9

ZZ

54,1

0805 50 10

AR

114,0

IL

130,3

TR

133,3

ZA

153,3

ZZ

132,7

0808 10 80

AR

94,5

BR

79,7

CL

87,2

CN

82,7

MK

65,0

NZ

117,0

US

105,7

UY

93,7

ZA

73,3

ZZ

88,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 402/2008

tas-6 ta’ Mejju 2008

dwar il-proċeduri għall-importazzjoni ta’ segala mit-Turkija

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997, li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni ta’ arranġament speċjali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ċerti prodotti agrikoli oħra li joriġinaw mit-Turkija (1), b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2622/71 tad-9 ta’ Diċembru 1971 dwar il proċeduri għall-importazzjoni ta’ segala mit-Turkija (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Bir-Regolament (KE) Nru 2008/97, il-Kunsill adotta regoli għall- applikazzjoni ta' arranġament speċjali għall-importazzjoni ta’ segala mit-Turkija previst fil-Protokoll Addiżjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkija.

(3)

Dak l-arranġament speċjali jipprovdi, taħt ċerti kondizzjonijiet, għat-tnaqqis fid-dazji applikabbli għall- importazzjonijiet ta’ segala mit-Turkija. Għal dak il-għan, għandha tingħata prova li taxxa speċjali fuq l-esportazzjoni li għandha titħallas mill-esportatur tkun fil-fatt tħallset.

(4)

Għandha tiġi ffissata, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2008/97, il-proċedura għall-prova tal-ħlas tat-taxxa speċjali fuq l-esportazzjoni.

(5)

Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prova li tkun tħallset it-taxxa speċjali fuq l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2008/97, għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta’ l-importazzjoni, permezz tal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija A.TR.1. F’dak il-każ, waħda mid-daħliet msemmija fl Anness I ta' dan ir-Regolament għandha tkun inkluża fit-taqsima “Rimarki” mill-awtorità kompetenti.

Artikolu2

Ir-Regolament (KEE) Nru 2622/71 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 6 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 284, 16.10.1997, p. 17. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 846/98 (ĠU L 120, 23.4.1998, p. 13).

(2)  ĠU L 271, 10.12.1971, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).

(3)  Ara l-Anness II.


ANNESS I

Daħliet imsemmija fl-Artikolu 1

:

bil-Bulgaru

:

Специална експортна такса съгласно Регламент (ЕО) № 2008/97 платена в размер на …

:

bl-Ispanjol

:

Tasa especial aplicable a la exportación según el Reglamento (CE) no 2008/97 satisfecha con la suma de …

:

biċ-Ċek

:

Zvláštní vývozní dávka podle nařízení (ES) č. 2008/97 zaplacena ve výši …

:

bid-Daniż

:

Særlig udførselsafgift i henhold til forordning (EF) nr. 2008/97, betalt med et beløb på …

:

bil-Ġermaniż

:

Besondere Ausfuhrabgabe gemäß Verordnung (EG) Nr. 2008/97 in Höhe von … entrichtet

:

bl-Estonjan

:

Ekspordi erimaks makstud summas … vastavalt määrusele (EÜ) nr 2008/97

:

bil-Grieg

:

Ειδικός φόρος κατά την εξαγωγή σύμφωνα με τον κανονισμό (ΕK) αριθ. 2008/97 που πληρώθηκε για ποσό …

:

bl-Ingliż

:

Special export tax under Regulation (EC) No 2008/97 paid to an amount of …

:

bil-Franċiż

:

Taxe spéciale à l'exportation selon le règlement (CE) no 2008/97 acquittée pour un montant de …

:

bit-Taljan

:

Tassa speciale per l'esportazione pagata, secondo il regolamento (CE) n. 2008/97, per un importo di …

:

bil-Latvjan

:

Saskaņā ar Regulu (EK) Nr. 2008/97, samaksāta speciālā izvešanas nodeva … apmērā

:

bil-Litwan

:

Vadovaujantis Reglamentu (EB) Nr. 2008/97, sumokėtas … dydžio specialusis eksporto mokestis

:

bl-Ungeriż

:

A 2008/97/EK rendelet szerinti különleges exportadó … összegben megfizetve

:

bil-Malti

:

Taxxa speċjali fuq l-esportazzjoni, skond ir-Regolament (KE) Nru 2008/97, imħallsa għall-ammont ta' …

:

bl-Olandiż

:

Speciale heffing bij uitvoer bedoeld in Verordening (EG) nr. 2008/97 ten bedrage van … voldaan

:

bil-Pollakk

:

Specjalny podatek eksportowy według rozporządzenia (WE) nr 2008/97 zapłacony w wysokości …

:

bil-Portugiż

:

Imposição especial de exportação, nos termos do Regulamento (CE) n.o 2008/97, paga num montante de …

:

bir-Rumen

:

Taxă specială de export, conform Regulamentului (CE) nr. 2008/97, achitată pentru o valoare de …

:

bis-Slovakk

:

Osobitný vývozný poplatok podľa nariadenia (ES) č. 2008/97 vo výške …

:

bis-Sloven

:

Posebna izvozna dajatev v skladu z Uredbo (ES) št. 2008/97, plačilo za znesek …

:

bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 2008/97 mukainen erityisvientivero määrältään …

:

biż-Żvediż

:

Särskild exportskatt i enlighet med förordning (EG) nr 2008/97, betalt med ett belopp på …


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2622/71

(ĠU L 271, 10.12.1971, p. 22)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 199/73

(ĠU L 23, 29.1.1973, p. 4)

l-Artikolu 1 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3480/80

(ĠU L 363, 31.12.1980, p. 84)

l-Artikolu 1(1) biss

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3817/85

(ĠU L 368, 31.12.1985, p. 16)

l-Artikolu 1(4) biss

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 560/91

(ĠU L 62, 8.3.1991, p. 26)

l-Artikolu 1(1) biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2004

(ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50)

l-Artikolu 1 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1996/2006

(ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).

l-Artikolu 1 biss


ANNESS III

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 2622/71

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu

Artikolu 2, it-tieni paragrafu

Artikolu 3

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 403/2008

tas-6 ta’ Mejju 2008

li jiffissa proviżorjament obbligi ta' konsenja għal zokkor tal-kannamiela li għandu jiġi impurtat taħt il-Protokoll ACP u l-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni matul is-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008, 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinament tal-prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2), jipprevedi regoli dettaljati li jiffissaw obbligi ta' konsenja mingħajr dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1701, espressi f'ammont ekwivalenti ta' zokkor abjad, għall-importazzjonijiet fil-pajjiżi li huma firmatarji tal-Protokoll ACP u l-Ftehim ma' l-Indja.

(2)

L-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3 u 7 tal-Protokoll ACP, l-Artikoli 3 u 7 tal-Ftehim ma' l-Indja u l-Artikolu 12(3) u l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 wassal biex il-Kummissjoni tikkalkula l-obbligi ta' konsenja għal kull pajjiż esportatur għall-perjodu ta' konsenja 2008/2009, fuq bażi ta' l-informazzjoni li hija disponibbli attwalment.

(3)

Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati proviżorjament l-obbligi ta' konsenja għall-perjodu 2008/2009 skond il-punt (a) ta' l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-obbligi ta' konsenja għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi li huma firmatarji tal-Protokoll ACP u tal-Ftehim ma' l-Indja rigward il-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1701, espressi f'ammont ekwivalenti ta' zokkor abjad, fil-perjodu ta' konsenja 2008/2009 għal kull pajjiż esportatur ikkonċernat, huma determinati proviżorjament kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).


ANNESS

Obbligi ta' konsenja għall-importazzjonijiet ta' zokkor preferenzjali, espressi f'ammonti ekwivalenti ta' zokkor abjad li joriġinaw minn pajjiżi li huma firmatarji tal-Protokoll ACP u tal-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2008/2009

Protokoll ACP/Ftehim ma' l-Indja pajjiż firmatarju

Obbligi ta' konsenja 2008/2009

Il-Barbados

32 097,40

Il-Beliże

46 680,10

Il-Kongo

10 186,10

Il-Fiġi

165 348,30

Il-Gujana

165 131,40

L-Indja

10 000,00

Il-Kosta ta' l-Avorju

10 186,10

Il-Ġamajka

122 234,30

Il-Kenja

5 000,00

Il-Madagaskar

10 760,00

Il-Malawi

20 824,40

Il-Mawrizju

491 030,50

Il-Możambik

6 000,00

St Kitts u Nevis

0,00

Is-Surinam

0,00

Is-Sważiland

117 844,50

It-Tanzanija

10 186,10

Trinidad u Tobago

43 751,00

L-Uganda

0,00

Iż-Żambja

7 215,00

Iż-Żimbabwe

30 224,80

Total

1 304 700,00


7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 404/2008

tas-6 ta' Mejju 2008

li jemenda l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli f’dak li għandu x'jaqsam ma’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-ispinosad, il-bikarbonat tal-potassju u l-oktanoat tar-ram u l-użu ta’ l-etilena

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet imsemmija fih għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ċerti Stati Membri kienu taw tagħrif lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni ta’ ċerti prodotti fl-Anness II għal dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kumissjoni kienet stiednet grupp espert ad-hoc biex jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ l-ispinosad, il-bikarbonat tal-potassju u l-oktanoat tar-ram fil-biedja organika u għall-estenzjoni ta’ l-użu ta’ l-etilena għat-tneħħija tal-ħdurija fiċ-ċitru u għat-twaqqif tat-tinbit fil-patata u l-basal, skond il-prinċipji li jkopru l-biedja organika.

(3)

Il-grupp espert ta rapport lis-Servizzi tal-Kummissjoni datat it-22 u t-23 ta’ Jannar 2008 (2) li rrakkomanda l-awtorizzazzjoni ta’ l-ispinosad, il-bikarbonat tal-potassju u l-oktanoat tar-ram f’ċerti kundizzjonijiet u ta’ l-estenzjoni ta’ l-użu ta’ l-etilena fit-tneħħija tal-ħdurija fiċ-ċitru u t-twaqqif tat-tinbit fil-patata u l-basal f'ċerti kundizzjonijiet. Fid-dawl tar-rapport ta’ dan il-grupp espert, u l-fatturi stipulati hawn taħt, il-Kummissjoni tikkunsidra li ċerti prodotti għandhom ikunu permessi fil-biedja organika, u l-użu ta’ l-etilena għandu jkun estiż.

(4)

L-ispinosad huwa insettiċid ġdid li ġej mill-mikrobi u li huwa essenzjali għall-kontroll ta’ ċerti insetti ewlenin u li jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tas-sistema ta’ produzzjoni għal sitwazzjonijiet fejn għandhom x’jaqsmu l-għelejjel u l-insetti. Madankollu, meta jintuża, għandu jitnaqqas ir-riskju għall-organiżmi mhux fil-mira.

(5)

Rigward l-inklużjoni ta’ l-ispinosad, għandu jiġi kjarifikat li l-mikroorganiżmi huma ġeneralment permessi fil-biedja organika għall-kontroll ta’ l-insetti u l-mard, filwaqt li l-prodotti li huma prodotti mill-mikroorganiżmi għandhom jitniżżlu fuq bażi individwali.

(6)

Il-bikarbonat tal-potassju huwa essenzjali biex jikkombatti d-diversi mard tal-fungu f’varjetà ta’ għelejjel u jista’ jikkontribwixxi għat-tnaqqis ta’ l-użu tar-ram u l-kubrit f’ċerti kombinazzjonijiet ta’ għelejjel u insetti.

(7)

L-oktanoat tar-ram huwa formulazzjoni ġdida tar-ram li jista’ jintuża għall-istess finijiet ta’ sustanzi tar-ram diġà inklużi fil-Parti B ta’ l-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. L-ammont totali tar-ram li għandu jkun applikat kull staġun huwa inqas meta jintuża l-oktanoat tar-ram.

(8)

L-etilena hija diġà inkluża fil-Parti B ta’ l-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 bħala sustanza ta’ użu tradizzjonali fil-biedja organika. Jidher xieraq li l-kundizzjonijiet ikunu kompluti għall-użu ta’ dik is-sustanza b'żewġ użi addizzjonali li jitqiesu bħala essenzjali: it-tneħħija tal-ħdurija fil-frott taċ-ċitru, meta trattament bħal dan jagħmel parti minn strateġija għall-prevenzjoni tal-ħsara tad-dubbien tal-frott, u t-twaqqif tat-tinbit tal-patata u l-basal maħżuna.

(9)

L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.

(10)

Il-miżuri li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament jaqblu mal-fehma tal-Kumitat maħtur bi qbil ma’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2008 (ĠU L 38, 13.2.2008, p. 3).

(2)  Ir-rapport tal-grupp espert ad-hoc dwar il-pestiċidi fil-produzzjoni ta’ l-ikel organiku, it-22-23 ta’ Jannar 2008, http://ec.europa.eu/agriculture/qual/organic/publi/pesticides_en.pdf


ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:

Fil-Parti B “Pestiċidi”, il-punt 1. “Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti” qed tiġi emendata kif ġej:

(1)

It-Tabella II “Mikroorganiżmi wżati għall-kontroll bijoloġiku ta' l-insetti”, jinbidel f’li ġej:

“II.   Mikroorganiżmi wżati għall-kontroll bijoloġiku ta’ l-insetti u l-mard

Isem

Deskrizzjoni, rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu

Mikroorganiżmi (batterja, vajrusis u fungi)

Sakemm il-varjanti ma jkunux modifikati ġenetikament fit–tifsira tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*)


IIa   Sostanzi prodotti minn mikroorganiżmi

Isem

Deskrizzjoni, rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu

Spinosad

Insettiċid;

Sakemm ikun prodott minn varjanti mhux modifikati ġenetikament fit-tifsira tad-Direttiva 2001/18/KE

Sakemm jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-parassitojdi ewlenin u għat-tnaqqis tar-riskju ta’ l-iżvilup tar-reżistenza.

Il-ħtieġa rikonoxxuta mill-korp ta’ spezzjoni jew mill-awtorità ta' spezzjoni

(2)

Tabella IV “Sostanzi oħra mill-użu tradizzjonali fil-biedja organika” hija emendata kif ġej:

(a)

L-entrata dwar ir-ram, taħt il-kolonna “Isem”, tinbidel b’dan li ġej:

“Ir-ram fil-forma ta’ idrossidu tar-ram, ossikloridu tar-ram, sulfat tar-ram (tribażiku), ossidu kupriku, oktanoat tar-ram”

(b)

L-entrata dwar l-“etilena” tinbidel b'li ġej:

Isem

Deskrizzjoni, rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu

“(*) Etilena

It-tneħħija tal-ħdurija fil-banana, il-kiwi u l-kakis; It-tneħħija tal-ħdurija fil-frott taċ-ċitru sakemm din tkun parti mill-istrateġija tal-prevenzjoni tal-ħsara tad-dubbiena tal-frott fiċ-ċitru; Il-ħruġ sfurzat tal-fjura ta’ l-ananas; It-twaqqqif tat-tinbit fil-patata u l-basal

Il-ħtieġa rikonoxxuta mill-korp ta’ spezzjoni jew mill-awtorità ta' spezzjoni”

(3)

Fit-Tabella V “Sostanzi oħra”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Isem

Deskrizzjoni, rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu

“Bikarbonat tal-potassju

Fungiċid”


(*)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ April 2008

dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza tat-tfal li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal-lajters skond id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/357/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u partikolarment l-Artikolu 4(1) (a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/95/KE tistipula l-obbligu għall-produtturi li jqiegħdu biss prodotti mingħajr periklu fuq is-suq.

(2)

Skond id-Direttiva 2001/95/KE, prodott jitqies mingħajr periklu, sa fejn għandhom x’jaqsmu r-riskji u l-kategoriji ta’ riskji koperti mill-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi ma’ l-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej.

(3)

Id-Direttiva 2001/95/KE tistipula li l-istandards Ewropej għandhom jiġu stabbiliti mill-istituzzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej. Standards bħal dawn għandhom jiżguraw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali tad-Direttiva.

(4)

Il-lajters huma prodotti minnhom infushom perikolużi peress li jipproduċu fjamma jew sħana u minħabba li fihom likwidu jew gass li jista’ jaqbad, li bosta drabi jkun taħt pressa. L-aktar riskji evidenti potenzjali assoċjati ma’ l-użu ħażin tal-lajters huma nirien, ħruq u faqqaturi li jistgħu jwasslu għal splużjoni fil-preżenza ta’ għajn ta’ sħana.

(5)

Il-lajters mhumiex għat-tfal. Madankollu, l-użu ħażin tal-lajters, speċjalment minn tfal żgħar, mhux rari u għandu jitqies meta nevalwaw is-sikurezza ta’ dawn il-prodotti. Dan huwa partikolarment rilevanti għal-lajters li jintremew wara l-użu, li jinbiegħu ħafna, ta’ spiss f’pakketti ta’ aktar minn lajter waħda u wżati mill-konsumaturi bħala prodotti ta’ valur baxx, li jintremew, kif ukoll għal lajters li b’mod partikolari jappellaw għat-tfal iż-żgħar minħabba l-forma jew il-karatteristiċi ta’ mgħodija ta’ żmien meqjusa attraenti għat-tfal.

(6)

L-użu ħażin tal-lajters mit-tfal iż-żgħar jista’ jwassal għal nirien li jikkawżaw ħsarat personali u ekonomiċi konsiderevoli, inklużi mwiet. Għalhekk, il-lajters jippreżentaw riskju serju fir-rigward ta’ l-użu ħażin mit-tfal.

(7)

Fl-1998 il-Kummissjoni ħarġet il-mandat ta’ standardizzazzjoni nru. M/266 lis-CEN dwar is-sikurezza ta’ konsumaturi u tfal fir-rigward ta’ lajters, li minnu rriżulta l-Istandard Ewropew EN 13869:2002: Lajters - Resistenza għat-tfal għal-lajters - Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar.

(8)

Minħabba l-fatt li s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi jitqiegħdu f’periklu, b’mod partikolari, bl-abilità tat-tfal iż-żgħar u l-probablità li joperaw jew jużaw ħażin lajters, u li dan ir-riskju jista’ jiġi eliminat b’mod effettiv b’miżuri xierqa biss applikabbli fuq livell Komunitarju, il-Kummissjoni adottat fil-11 ta’ Mejju 2006 id-Deċiżjoni 2006/502/KE (2) skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE li teħtieġ mill-Istati Membri li jieħdu miżuri biex jiżguraw li dawk il-lajters biss li huma reżistenti għat-tfal jitqiegħdu fis-suq u biex jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lajters novità.

(9)

Minħabba l-fatt li d-Deċiżjonijiet adottati skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE huma miżuri temporanji b’validità ta’ mhux aktar minn sena, u jistgħu jiġu estiżi b’perjodi ta’ mhux iktar minn sena kull waħda, il-Kummissjoni adottat fit-12 ta’ April 2007 id-Deċiżjoni 2007/231/KE (3) li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE b’sena.

(10)

Minkejja li EN 13869 m’għandix referenza fil-Ġurnal Uffiċjali skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/95/KE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE xorta tagħti suppożizzjoni ta’ konformità lil-lajters li huma konformi ma’ l-istandards nazzjonali li jittrasponu EN 13869.

(11)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jsir użu minn soluzzjonijiet tekniċi xierqa għall-valutazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sikurezza tat-tfal fil-lajters, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni ma’ l-għaqdiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, identifikaw il-ħtieġa ta’ reviżjoni ta’ EN 13869.

(12)

Il-problema ewlenija identifikata fl-istandard preżenti hija li wieħed jafda fuq l-ittestjar fuq kampjun (panel testing) fir-rigward tat-tfal biex isib jekk lajter hijiex tassew reżistenti għat-tfal. Filwaqt li l-ittestjar fuq kampjun wera li huwa metodu ta’ min jafda fuqu, ikun xieraq li jiġu identifikati metodi alternattivi biex tiġi ddeterminata r-reżistenza għat-tfal tal-lajters, sakemm kull alternattiva tkun ta’ l-inqas daqstant effettiva u affidabbli. Flimkien ma’ dan, id-definizzjoni preżenti ta’ lajters li jappellaw b’mod partikolari għat-tfal (l-hekk imsejjħa “lajters novità”) hija miftuħa għal kull interpretazzjoni, u dan jista’ jwassal għal applikazzjoni mhux uniformi tal-projbizzjoni fuq dawn il-lajters. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jiġu indirizzati għadd ta’ kwistjonijiet oħra sabiex l-istandard ikun jista’ jissodisfa r-rwol tiegħu b’mod sħiħ billi jiġu pprovduti s-soluzzjonijiet tekniċi xierqa.

(13)

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza tat-tfal għal-lajters għandhom jitfasslu skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/95/KE, bl-għan li l-istituzzjonijiet ta’ standardizzazzjoni jintalbu li jirrevedu EN 13869, skond il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE (4) għall-provvista ta’ tagħrif fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi, u sabiex tkun tista’ ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-istandard rivedut.

(14)

Malli r-referenza għall-istandard rivedut tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, il-lajters immanifatturati skond l-istandard se jkun preżumibbli li huma konformi mar-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodott, sa fejn għandhom x’jaqsmu r-rekwiżiti speċifiċi dwar is-sikurezza tat-tfal koperti mill-istandard.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond id-Direttiva 2001/95/KE,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tista’ titlob l-istituzzjonijiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti li jemendaw l-istandard rilevanti għal-lajters.

Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

 

“lajter” tfisser tagħmir li jitħaddem manwalment li jipproduċi fjamma permezz tal-fjuwil, li normalment jintuża għat-tqabbid tan-nar b’mod deliberat, partikolarment għas-sigaretti, is-sigarri u l-pipi, u li prevedibilment jista’ jintuża għat-tqabbid ta’ materjal bħal karti, ftejjel, xemgħat u fanali, immanifatturat bi provvista integrali ta’ fjuwil, kemm jekk maħsuba biex timtela’mill-ġdid bil-fjuwil kemm jekk le.

 

“lajter reżistenti għat-tfal” tfisser lajter ddisinjata u mmanifatturata b’tali mod li ma tkunx tista’, f’kundizzjonijijiet ta’ użu normali jew raġonevolment prevedibbli, titħaddem minn tfal iżgħar minn 51 xahar minħabba, pereżempju, is-saħħa meħtieġa biex titħaddem jew minħabba l-mod kif tkun iddisinjata jew il-protezzjoni tal-mekkaniżmu tat-tqabbid tagħha, jew l-komplessità jew is-sekwenza ta’ tħaddim meħtieġa għat-tqabbid

 

“lajter li tappella għat-tfal” tfisser lajter li d-disinn tagħha jixbaħ b’xi mod oġġett ieħor li huwa magħruf bħala li jappella għat-tfal iż-żgħar jew li jkun maħsub biex jintuża minn tfal taħt 51 xahar ta’ età.

Artikolu 2

Rekwiżiti

1.   Għall-għan ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/95/KE, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza tat-tfal għal-lajters għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

Il-lajters għandhom ikunu reżistenti għat-tfal sabiex tonqos għall-aħħar l-abilità u l-probabilità tat-tfal iżgħar minn 51 xahar ta’ età li jħaddmuhom;

(b)

Il-lajters m’għandomx jappellaw għat-tfal iżgħar minn 51 xahar ta’ età.

2.   Il-paragrafu 1(a) m’għandux japplika għal-lajters maħsuba biex jimtlew mill-ġdid li għalihom il-produtturi jipprovdu mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti d-dokumentazzjoni meħtieġa li tipprova li l-lajters ġew disinjati, immanifatturati u mqiegħda fis-suq b’mod li jiżgura użu kontinwu mistenni mingħajr periklu tul perjodu ta’ mill-inqas ħames snin, suġġetti għat-tiswija, u li jissodisfaw b’mod partikolari ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

garanzija bil-miktub ta’ mill-inqas sentejn mill-produttur għal kull lajter, skond id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(b)

il-possibilità fil-prattika li tissewwa u timtela’ mill-ġdid mingħajr periklu tul il-perjodu ta’ ħajja tagħha, inkluż b’mod partikolari mekkaniżmu ta’ tqabbid li jissewwa;

(ċ)

partijiet li mhumiex konsumibbli, iżda li x’aktarx jittieklu jew isiru difettużi bl-użu kontinwu wara l-perjodu ta’ garanzija, ikunu aċċessibbli għal tibdil jew tiswija minn servizz ta’ wara l-bejgħ awtorizzat jew speċjalizzat ibbażat fl-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Meglena KUNEVA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41.

(3)  ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16.

(4)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(5)  ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12.


7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ April 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2005/380/KE li tistabbilixxi grupp ta’ esperti mhux governattivi dwar it-tmexxija tal-kumpaniji u l-liġi dwar il-kumpaniji

(2008/358/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2005/380/KE ħolqot grupp ta’ esperti mhux governattivi dwar it-tmexxija tal-kumpaniji u l-liġi dwar il-kumpaniji bħala korp ta’ riflessjoni, dibattitu u pariri lill-Kummissjoni fil-qasam tat-tmexxija tal-kumpaniji u l-liġi dwar il-kumpaniji. Id-Deċiżjoni 2005/380/KE tapplika sas-27 ta’ April 2008.

(2)

Il-parir espert tal-grupp kien ta’ siwi kbir, partikolarment rigward l-inizjattivi li l-Kummissjoni tinsab għaddejja bihom fil-qasam tal-liġi dwar il-kumpaniji u t-tmexxija tal-kumpaniji, partikolarment Statut Ewropew tal-Kumpaniji Privati u s-simplifikazzjoni tal-liġi dwar il-kumpaniji prevista fil-Programm ta’ Leġiżlazzjoni u Ħidma tal-Kummissjoni għall-2008 (1), kif ukoll l-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-liġijiet eżistenti fil-qasam tat-tmexxija tal-kumpaniji u l-liġi dwar il-kumpaniji. Biex tkun żgurata l-kontinwità u b'għajnuna għat-twettiq b'suċċess ta’ dawk il-proġetti, il-mandat tal-grupp għandu jkun estiż sa Ġunju 2009.

(3)

Huwa importanti li jkun żgurat li l-membri tal-grupp jipprovdu pariri esperti oġġettivi.

(4)

Id-dejta personali kollha relatata mal-membri tal-grupp għandha tkun ipproċessata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (2).

(5)

Id-Deċiżjoni 2005/380/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Id-Deċiżjoni 2005/380/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-membri għandhom jiffirmaw kull sena dikjarazzjoni ta’ impenn li huma se jaġixxu fl-interess pubbliku kif ukoll dikjarazzjoni li tindika l-assenza jew l-eżistenza ta’ interess li jista' jhedded l-indipendenza tagħhom.”

(2)

fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

(*)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.”"

(3)

L-Artikolu 9 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Ġunju 2009.”

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2007) 640 finali. 23.10.2007.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ April 2008

li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Kompetittività ta’ l-Industrija ta’ l-Agri-Ikel

(2008/359/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 157 (1) tat-Trattat jinkariga lill-Komunità u l-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività ta’ l-industrija tal-Komunità. L-Artikolu 157 (2) b'mod partikolari jsejjaħ lill-Istati Membri biex jikkonsultaw lil xulxin b’ kuntatt mal-Kummissjoni u, fejn hemm bżonn, jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe inizjattiva utli biex tippromwovi din il-koordinazzjoni.

(2)

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu tal-Politika Industrijali Kontribut lill-Istrateġija ta’ l-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi” (1), l-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni li tniedi inizzjattiva dwar l-ikel li għandha x'taqsam mal-kompetittività ta’ l-industrija ta’ l-agri-ikel tal-Komunità.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jitwaqqaf Grupp ta’ Livell Għoli magħmul prinċipalment minn esperti fil-qasam tal-kompetittività ta’ l-industrija agri-ikel tal-Komunità, u sfidi relatati bħas-sikurezza alimentari, s-saħħa, l-ambjent u li jiġu ddefiniti l-inkarigi u l-istruttura tiegħu.

(4)

Il-grupp għandu jindirizza kwistjonijiet li jiddeterminaw u li se jiddeterminaw fil-futur il-kompetittività ta’ l-industrija agri-ikel tal-Komunità. Ibbażat fuq ir-riżultat tad-diskussjonijiet tiegħu l-grupp għandu jifformula sett ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ politika speċifika għas-settur bil-għan li jtejjeb il-kompetittività ta’ l-industrija agri-ikel skond il-politika tal-Komunità, b'mod partikolari l-għanijiet tas-sikurezza alimentari u s-saħħa, politika agrikola u żvilupp sostenibbli.

(5)

Il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u partijiet interessati relevanti, b'mod partikolari utenti downstream u produtturi upstream ta’ l-industrija ta’ l-agri-ikel, konsumaturi kif ukoll is-soċjetà ċivili.

(6)

Ir-regoli dwar l-iżvelar ta’ l-informazzjoni mill-membri tal-grupp għandhom jiġu pprovduti, bla ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (2).

(7)

Id-data personali kollha relatata mal-membri tal-grupp għandha tkun ipproċessata b’konformità mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-data  (3).

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Kompetittività ta’ l-Industrija ta’ l-Agri-Ikel

Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-kompetittività ta’ l-Industrija Agri-Ikel, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“grupp”, ġie stabbilit.

Artikolu 2

Ħidma

L-inkarigu tal-grupp għandu jkun kif ġej:

(1)

li jindirizza kwistjonijiet li jiddeterminaw u li se jiddeterminaw fil-futur il-kompetittività ta’ l-industrija agri-ikel tal-Komunità u sfidi relatati;

(2)

li jidentifika l-fatturi li jinfluwenzaw il-pożizzjoni kompetittiva u s-sostenibbiltà ta’ l-industrija agri-ikel tal-Komunità, inklużi sfidi futuri u xejriet b'impatt fuq il-kompetittività;

(3)

li jifformula sett ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għas-settur indirizzati lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell Komunitarju.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-grupp dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompetittività ta’ l-industrija ta’ l-agri-ikel tal-Komunità.

Artikolu 4

Sħubija – ħatra

1.   Il-membri tal-grupp għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn speċjalisti ta’ livell għoli b'kompetenza u responsabbiltà f'oqsma li huma relatati mal-kompetittività u l-isfidi relatati ta’ l-industrija agri-ikel tal-Komunità.

2.   Il-grupp għandu jinkludi sa 27 membru magħmul kif ġej:

(a)

8 rappreżentanti ta’ l-Istati Membri,

(b)

13-il rappreżentant ta’ l-industrija agri-ikel,

(c)

6 rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u assoċjazzjonijiet professjonali.

3.   Il-membri tal-grupp għandhom jinħatru għall-għarfien espert tagħhom f'kapaċità personali u għandhom jagħtu parir lill-Kummissjoni indipendentement minn kull influwenza esterna.

4.   Kull membru tal-grupp għandu jinnomina rappreżentant personali fis-sottogrupp preparatorju stabbilit f'Artikolu 5(2).

5.   Il-membri għandhom jinħatru għal perjodu ta’ sena li jista' jiġġedded u għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinbidlu skond il-paragrafu 6 ta’ dan l-artikolu jew sakemm jispiċċa l-perjodu ta’ ħatra tagħhom.

6.   Il-membri jistgħu jinbidlu għall-bqija tal-perjodu tal-ħatra tagħhom fi kwalunkwe każ li ġej:

(a)

meta l-membru jirreżenja;

(b)

meta l-membru mhux kapaċi aktar li jikkontribwixxi b'mod effettiv fid-deliberazzjonijiet tal-grupp;

(c)

meta l-membru ma josservax l-Artikolu 287 tat-Trattat.

7.   Il-membri għandhom jagħmlu dikjarazzjoni bil-miktub ta’ impenn li jaġixxu fl-interess tal-pubbliku, flimkien ma’ dikjarazzjoni dwar jekk hemmx interess li jippreġudika l-indipendenza tagħhom.

8.   L-ismijiet tal-membri għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit ta’ l-Internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija u fir-Reġistru tal-Kummissjoni tal-Gruppi ta’ Esperti. L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Il-Ħidma

1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha l-presidenza tal-grupp.

2.   Sottogrupp, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ is-sotto-grupp “sherpa” għandu jipprepara d-diskussjonijiet, id-dokumenti ta’ pożizzjoni u l-parir għal azzjonijiet u/jew miżuri politiċi li jridu jkunu rakkomandati mill-grupp. Hu għandu jaħdem f'kuntatt mill-qrib mas-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jipprepara x-xogħol għal-laqgħat tal-grupp.

3.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, il-grupp jista' jwaqqaf sottogruppi biex jeżaminaw il-kwistjonijiet speċifiċi skond it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp. Kif jintemm il-mandat tagħhom dawn is-sottogruppi għandhom jixxoljew.

4.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jitlob esperti jew osservaturi b’kompetenza speċifika f’suġġett fuq l-aġenda biex jipparteċipaw fix-xogħol tal-grupp, jew fid-deliberazzjonijiet jew xogħol ta’ sottogruppi u gruppi ad hoc.

5.   L-informazzjoni miksuba mill-parteċipazzjoni fid-deliberazzjonijiet jew ix-xogħol tal-grupp jew gruppi ad hoc jew sottogruppi ma tistax tixxandar jekk il-Kummissjoni tikkunsidra dik l-informazzjoni bħala kunfidenzjali.

6.   Il-grupp, is-sottogrupp “sherpa” u sottogruppi oħrajn għandhom normalment jiltaqgħu fl-istabbilimenti tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbilita mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi ta’ segretarjat. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u s-sottogruppi tiegħu.

7.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni.

8.   Il-Kummissjoni tista’ tippubblika, jew turi fuq l-Internet fuq websajt speċifika, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kwalunkwe sommarju, konklużjoni, parti minn konklużjoni jew dokument ta’ ħidma tal-grupp, proċeduri u rapporti.

Artikolu 6

Skadenza

Id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli sal-1 ta’ Novembru 2009. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-possibbiltà ta’ estensjoni qabel dik id-data.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  COM(2007) 374, 4.7.2007.

(2)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 206/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 38).

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2008

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fl-Olanda

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1668)

(It-test Olandiż biss huwa awtentiku)

(2008/360/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 3(3) u 3(a)(1) tagħha,

Billi:

(1)

Seħħew tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur fl-Olanda fl-2003. It-tifqigħa ta’ din il-marda ppreżentat periklu serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

(2)

Għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda u biex tingħata għajnuna għall-eradikazzjoni tagħha kemm jista’ jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi fin-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru skond il-miżuri ta’ emerġenza li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-marda, kif inhu previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/678/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 2003 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-ispejjeż eliġibbli tal-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur fl-Olanda fl-2003 (2) kkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Olanda għall-infiq imġarrab skond il-miżuri ta’ emerġenza biex tkun miġġielda l-influwenza tat-tjur implimentati fl-2003.

(4)

Din id-Deċiżjoni pprovdiet għall-ħlas ta’ l-ewwel pagament ta’ EUR 40 000 000.

(5)

Skond din id-deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandu jitħallas fuq il-bażi ta’ l-applikazzjonijiet mibgħuta mill-Olanda fl-14 ta’ Marzu 2004, is-26 ta’ Lulju 2005 u t-2 ta’ Novembru 2006.

(6)

Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur fl-Olanda fl-2003 għandu issa jiġi stabbilit.

(7)

Ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni b'konformità mar-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità wrew li l-ammont kollu ta’ l-infiq mibgħut ma jistax jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli.

(8)

L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu ta’ kalkolu ta’ l-infiq eliġibbli u l-konklużjonijiet aħħarija ġew ikkomunikati lill-Olanda permezz ta’ ittri bid-dati tat-12 ta’ Lulju 2007, is-26 ta’ Ottubru 2007 u l-5 ta’ Diċembru 2007.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità għall-infiq marbut mal-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur fl-Olanda fl-2003 skond id-Deċiżjoni 2003/678/KE hija stabbilita għal EUR 65 516 152,41

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ l-Olanda.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

(2)  ĠU L 249, 1.10.2003, p. 53. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/27KE (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 45).


7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Mejju 2008

dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għas-sena 2008 għall-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji, is-sistema ta’ notifika tal-mard ta’ l-Annimali, miżuri ta’ komunikazzjoni u studji u valutazzjonijiet

(2008/361/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 17, 20, u 37(2) u 37a(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tfassal il-proċeduri li jirregolaw il-kontribut finanzjarju Komunitarju lejn miżuri veterinarji speċifiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-politika ta’ tagħrif għal saħħet l-annimali, il-benessri ta’ l-annimali u s-sigurtà fl-ikel, miżuri tekniċi u xjentifiċi u kontroll.

(2)

L-Artikolu 37a(1)(b) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula li kontribut finanzjarju Komunitarju jista' jingħata għall-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji relatati ma’ l-akkomodazzjoni, il-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi veterinarji kompjuterizzati integrati, inklużi interfaces mad-databases nazzjonali, fejn xieraq. Għalhekk għandu jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju għall-akkomodazzjoni, ġestjoni u manutenzjoni tas-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata TRACES (Trade Control and Expert System), introdotta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta’ Diċembru 2002 li tirrigwarda l-iżvilupp ta’ sistema veterinarja integrata u kompjuterizzata (2), biex ikun żgurat li s-sistema hija disponibbli, sikura u aġġornata.

(3)

L-Artikolu 37(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula li l-introduzzjoni ta’ sistemi sabiex jiġu identifikati annimali u jiġi nnotifikat mard skond il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali ħajjin, bil-ħsieb li jitlesta s-suq intern, tista’ tirċevi għajnuna finanzjarja mill-Komunità. Għalhekk għandu jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju biex tiġi aġġornata s-sistema ta’ notifika tal-mard ta’ l-annimali (ADNS), ibbażat fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE ta’ l-1 ta’ Marzu 2005 li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard ta’ l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (3), bit-titjib tekniku neċessarju.

(4)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija ġdida tas-Saħħa ta’ l-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013) fejn “Il-prevenzjoni hija aqwa mill-kura” (4) (”il-Komunikazzjoni dwar strateġija ta’ saħħa ġdida għall-annimali”) tistipula li l-Kummissjoni hija impenjata biex ittejjeb il-komunikazzjoni lejn il-konsumaturi u l-partijiet interessati.

(5)

L-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistipula li l-Komunità għandha tagħti kontribut finanzjarju għat-twaqqif ta’ politika informattiva fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali, tal-benessri ta’ l-annimali u tas-sigurtà fl-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Għalhekk għandu jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju għall-implimentazzjoni tal-miżuri mmirati lejn it-titjib tal-komunikazzjoni lejn il-konsumaturi u l-partijiet interessati fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u l-benessri ta’ l-annimali fil-qafas tal-Komunikazzjoni dwar strateġija ġdida għas-saħħa ta’ l-annimali.

(6)

Skond l-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-Komunità għandha twettaq, jew tgħin lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali biex iwettqu, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità u għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni jew taħriġ veterinarju.

(7)

L-introduzzjoni gradwali ta’ identifikazzjoni elettronika għal ruminanti hija waħda mir-riżultati mistennija ta’ l-istrateġija. Minħabba f'hekk, studju li jqabbel kwistjonijiet bħall-ispejjeż mal-benefiċċju u l-effikaċja fl-ispiża li għandhom x'jaqsmu ma’ l-identifikazzjoni elettronika tal-baqar huwa neċessarju qabel l-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida f'dan il-qasam. Sabiex jitjieb ir-rwol tal-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità, valutazzjoni tal-funzjonament u r-rendiment tagħhom huwa meqjus neċessarju. Ir-riżultat ta’ dawn l-istudji u valutazzjonijiet se jkun il-bażi għal reviżjoni leġiżlattiva f'dawn l-oqsma jekk ikun hemm bżonn. Għalhekk għandu jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju biex jiġu ffinanzjati studji u valutazzjonijiet fl-oqsma tas-sigurtà fl-ikel, is-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali u ż-żooteknika. L-ammont massimu li għandu jiġi allokat għal dawn l-azzjonijiet għandu jkun speċifikat. Se jitnedew sejħiet għall-offerti fl-2008 għat-twettiq, taħt kuntratti, studji u valutazzjonijiet speċifiċi fl-oqsma tas-sigurtà fl-ikel, is-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali u ż-żooteknika. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (5), il-miżuri veterinarji jridu jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet effettivament twettqu u li l-kuntratturi jipprovdu t-tagħrif meħtieġ kollu.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Almentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

TRACES (Trade Control and Expert system – Sistema Esperta u ta’ Kontroll tal-Kummerċ)

Qiegħed jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju għall-akkomodazzjoni, il-ġestjoni u l-manteniment tas-sistema TRACES, introdotta mid-Deċiżjoni 2003/2/KE, għall-ammonti u l-objettivi li ġejjin:

(a)

EUR 1 000 000 għall-akkomodazzjoni;

(b)

EUR 500 000 għall-akkwist ta’ l-appoġġ loġistiku neċessarju fi ħdan il-qafas ta’ l-għajnuna għall-utenti;

(ċ)

EUR 300 000 għax-xiri ta’ sostenn ta’ manutenzjoni neċessarju sabiex is-sistema tiġi konformi ma’ l-iżviluppi legali u tekniċi.

(d)

EUR 200 000 għall-iżviluppi neċessarji ta’ l-ipproċessar tad-data;

(e)

EUR 250 000 għall-iżvilupp ta’ l-interface bejn id-databases nazzjonali ta’ identifikazzjoni tal-bovini

Artikolu 2

ADNS (Animal disease notification system – Sistema ta’ notifika tal-mard ta’ l-annimali)

Qiegħed jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju ta’ EUR 270 000 għall-aġġornament tas-sistema ta’ notifika tal-mard ta’ l-annimali bbażata fuq id-Deċiżjoni 2005/176/KE

Artikolu 3

Komunikazzjoni fl-oqsma tas-saħħa ta’ l-annimali u l-benessri ta’ l-annimali

Qiegħed jingħata kontribut finanzjarju għall-miżuri ta’ komunikazzjoni lil awtoritajiet kompetenti u ċittadini, bl-għan li jinxtered tagħrif dwar il-leġiżlazzjoni Komunitarja fl-oqsma tas-saħħa ta’ l-annimali u l-benessri ta’ l-annimali, għall-ammonti li ġejjin:

(a)

EUR 2 500 000 fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali;

(b)

EUR 150 000 fil-qasam tal-benessri ta’ l-annimali.

Artikolu 4

Studji u valutazzjonijiet

Qiegħed jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju ta’ ammont massimu ta’ EUR 300 000 għal-istudji u l-valutazzjonijiet li ġejjin:

(a)

studju tal-benfiċċju għall-ispejjeż dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-baqar;

(b)

valutazzjoni tal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u ż-żooteknika.

Artikolu 5

Approprjazzjonijiet

1.   Il-kontributi finanzjarji stipulati fl-Artikoli 1 sa 4 għandhom ikunu ffinanzjati permezz tal-linja tal-baġit 17 04 02 01 tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej għall-2008.

2.   L-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 se jitwettqu permezz ta’ żewġ kuntratti speċifiċi. Dawn iż-żewġ kuntratti speċifiċi se jiġu ffirmati matul l-2008.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44.

(3)  ĠU L 59, 5.3.2005, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/924/KE (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 48).

(4)  COM(2007) 539 finali.

(5)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kummissjoni

7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120/20


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta' Mejju 2008

dwar l-assigurazzjoni esterna tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpaniji tal-verifika statutorji li jivverifikaw entitajiet ta’ interess pubbliku

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1721)

(2008/362/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi:

(1)

L-assigurazzjoni esterna tal-kwalità għall-verifiki statutorji hija kruċjali biex il-verifiki jkunu ta’ kwalità għolja. Iżżid il-kredibbiltà ta’ l-informazzjoni finanzjarja li tiġi ppubblikata u tagħti protezzjoni aqwa lill-azzjonisti, lill-investituri, lill-kredituri u lil partijiet interessati oħra. Għaldaqstant, kwalunkwe sistema ta’ assigurazzjoni esterna tal-kwalità għandha tkun oġġettiva u indipendenti mill-professjoni tal-verifika.

(2)

L-Artikoli 29 u 43 tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (1), tistabbilixxi kriterji ta’ livell għoli għal sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpaniji tal-verifika statutorji kollha. Tinkorpora xi wħud mill-ideat inklużi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/256/KE tal-15 ta' Novembru 2000 dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità għall-verifiki statutorji fl-Unjoni Ewropea: rekwiżiti minimi (2) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(3)

Madankollu, partijiet minn din ir-Rakkomandazzjoni, li għandhom x’jaqsmu mal-verifika statutorja ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku, tilfu l-validità tagħhom minħabba żviluppi u tendenzi reċenti fejn, għall-verifiki ta’ dan it-tip, qed jiddaħħlu sistemi ta’ assigurazzjoni esterna tal-kwalità, li l-kontroll tagħhom isir indipendentement mill-professjoni tal-verifika u fejn l-analiżi ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità ssir minn persuni li ma humiex awdituri prattikanti.

(4)

Il-kriterji stipulati fid-Direttiva 2006/43/KE xorta jippermettu diskrepanzi konsiderevoli fil-mod ta’ kif qed jiġu organizzati bħalissa s-sistemi ta’ assigurazzjoni esterna tal-kwalità għall-awdituri u kumpaniji tal-verifika statutorji fl-Istati Membri. Għandha tiġi evitata l-possibbiltà li l-partijiet interessati jinterpretaw il-kwalità tal-verifiki ta’ awdituri u kumpaniji tal-verifika statutorji fl-Istati Membri b’mod differenti, speċjalment fir-rigward ta’ l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2006/43/KE. Id-Direttiva 2006/43/KE tinkoraġġixxi wkoll lis-sistemi ta’ sorveljanza pubbliċi ta’ l-Istati Membri biex jaslu għal approċċ ikkoordinat fit-twettiq ta’ l-analiżi tagħhom ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità.

(5)

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri hija importanti ħafna għall-verifiki ta’ l-entitiajiet ta’ interess pubbliku. Għandha tingħata aktar informazzjoni dwar is-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpaniji tal-verifika statutorji li jwettqu verifiki f’entitajiet ta’ dan it-tip. Għaldaqstant, jixraq li ssir Rakkomandazzjoni ġdida li tkun aktar konsistenti mal-qagħda attwali milli hi r-Rakkomandazzjoni 2001/256/KE, u li tqis ix-xejriet internazzjonali ġodda flimkien mal-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-Istati Membri. Madankollu, fil-każ ta’ sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpaniji tal-verifika statutorji li jwettqu verifiki fuq entitajiet li mhumiex ta’ interess pubbliku, l-informazzjoni li tingħata m'għandiex għalfejn tkun dettaljata.

(6)

Għandhom isiru spezzjonijiet preventivi b’mod regolari, peress li dawn itejbu l-kwalità tal-verifiki ta’ l-awditur jew tal-kumpanija tal-verifika statutorji. L-għan tagħhom għandu jkun li joħolqu u jsostnu l-fiduċja fil-verifiki statutorji, u b’hekk ukoll, fis-swieq finanzjari. Għalhekk, din ir-Rakkomandazzjoni ma għandhiex taffettwa l-investigazzjonijiet ad hoc li jsiru minħabba l-ksur ta’ xi liġijiet jew regolamenti.

(7)

Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-verifiki fil-komunitajiet, l-entitajiet ta’ sorveljanza indipendenti għandhom jieħdu sehem aktar attiv fl-ispezzjonijiet tal-kumpaniji tal-verifika. Għandha tingħata l-informazzjoni meħtieġa biex tinżamm l-indipendenza tas-sistema ta' l-ispezzjoni. Fir-rigward tat-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet, jeħtieġ li jiġi ċċarat ir-rwol ta’ l-awtoritajiet ta’ sorveljanza pubblika, l-assoċjazzjonijiet professjonali u entitajiet adatti oħra. Il-finanzjament tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità wkoll jeħtieġ kjarifikazzjoni.

(8)

L-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/43/KE jirrikjedi li l-analiżi ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpanija tal-verifika statutorji ssir kull tlett xhur jew aktar spiss. Is-sistema ta’ sorveljanza pubblika għandha mnejn ma jirnexxilhiex issib biżżejjed spetturi biex twettaq analiżi fuq il-post għal kull spezzjoni li tagħmel. Għalhekk, b’ċerti kundizzjonijiet, għandha tiġi permessa l-parteċipazzjoni ta’ esperti, li ma jkunux spetturi, fl-analiżi li ssir fuq il-post.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li r-rapport finali dwar l-ispezzjoni jiġi segwit mill-awditur jew mill-kumpanija tal-verifika statutorji kkonċernati, u li dan ir-rapport jagħtihom biżżejjed informazzjoni ħalli ċerti problemi rrappurtati ma jerġgħux iseħħu, għandu jkun hemm komunikazzjoni effikaċi bejn l-ispetturi u dak l-awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji kemm qabel ma jiġi adottat ir-rapport finali kif ukoll fl-istadji ta’ wara.

(10)

Sabiex jittejbu l-kontabilità tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u l-komparabilità tagħhom fil-Komunità, ir-rapport annwali dwar ir-riżultati kumplessivi ta’ l-ispezzjonijet għandu jinkludi informazzjoni importanti dwar ir-rendiment li tippermetti li ssir valutazzjoni tar-riżorsi wżati kif ukoll ta’ l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità.

(11)

Fid-dawl ta’ żviluppi ġodda internazzjonali, b’mod partikolari l-involviment ta’ entitajiet u esperti adatti fit-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li fl-2011 tanalizza s-sitwazzjoni,

B’DAN TIRRAKKOMANDA:

Suġġett

1.

Din ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi informazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ sistemi indipendenti ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għall-awdituri u kumpaniji ta’ verifika statutorji li jivverifikaw entitajiet ta’ interess pubbliku b’konformità ma’ l-Artikoli 29 u 43 tad-Direttiva 2006/43/KE.

2.

F’każ fejn Stat Membru jiddeċiedi li jeżenta ċerti entitajiet ta’ interess pubbliku b’konformità ma’ l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2006/43/KE, dak l-Istat Membru għandu jeżenta wkoll lill-istess entitajiet ta’ interess pubbliku mill-ambitu ta’ miżuri li jiġu adottati fid-dawl ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

Definizzjonijiet

3.

Id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE japplikaw għal din ir-Rakkomandazzjoni. Għall-għanijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, dawn l-applikazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a)

“awtorità ta’ sorveljanza pubblika” tfisser awtorità kompetenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(10) tad-Direttiva 2006/43/KE, li tirrappreżenta sistema ta’ sorveljanza pubblika li tkun ibbażata fuq il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 32 ta’ din id-Direttiva;

(b)

“spettur” tfisser reviżur, li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt (d) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, u li jkun impjegat minn awtorità ta’ sorveljanza pubblika jew xi entità adatta oħra li tkun ingħatat l-impenn li twettaq l-ispezzjonijiet;

(ċ)

“spezzjonijiet” tfisser analiżi ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità ta' awdituri u kumpaniji tal-verifika statutorji, li jsiru minn spettur u li ma jirrappreżentawx investigazzjoni fis-sens tat-tifsira ta’ l-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2006/43/KE;

(d)

“espert” tfisser persuna naturali, li jkollha għarfien espert dwar is-swieq finanzjarji, ir-rappurtar finanzjarju, il-verifika jew oqsma oħra rilevanti għall-ispezzjonijiet, li jinkludu awdituri staturorji prattikanti.

L-indipendenza tas-sistema ta' assigurazzjoni tal-kwalità

4.

L-awtorità ta’ sorveljanza pubblika għandha tassumi r-responsabbiltà finali għas-sistema ta’ assigurazzjoni esterna tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpaniji tal-verifika statutorji li jivverifikaw entitajiet ta’ interess pubbliku. L-Istati Membri ma għandhom jaħtru l-ebda assoċjazzjoni jew entità li tkun affiljata mal-professjoni tal-kontabilità jew verifika bħala awtorità ta’ sorveljanza pubblika.

5.

L-awdituri u kumpaniji tal-verifika statutorji li jivverifikaw entitajiet ta’ interess pubbliku għandhom joqogħdu għal spezzjonijiet li jew isirulhom minn awtorità ta’ sorveljanza pubblika esklussivament, inkella flimkien ma’ entità adatta oħra b’konformità mal-punt 6.

6.

L-eventwalità li ħidma relatata mat-twettiq ta' l-ispezzjonijiet tiġi ddelegata lil xi entità adatta oħra għandha titħalla possibbli, dejjem jekk tiġi żgurata r-responsabbiltà ta’ din l-entità lejn l-awtorità ta’ sorveljanza pubblika u li din l-awtorità tibqa’ tassumi mill-anqas dawn il-kompiti:

(a)

l-approvazzjoni u, jekk jitqies xieraq mill-awtorità ta’ sorveljanza pubblika, it-tibdil fil-metodoloġiji ta’ l-ispezzjoni, inklużi l-ispezzjoni u l-manwali ta’ segwitu, il-metodoloġiji ta’ rappurtar u l-programmi ta’ spezzjoni perjodika;

(b)

l-approvazzjoni u, jekk jitqies xieraq mill-awtorità ta’ sorveljanza pubblika, it-tibdil fir-rapporti ta’ l-ispezzjoni u rapporti ta’ segwitu;

(ċ)

l-approvazzjoni u, jekk jitqies xieraq mill-awtorità ta’ sorveljanza pubblika, il-ħatra ta’ spetturi għal kull spezzjoni;

(d)

il-ħruġ ta’ kull tip ta’ rakkomandazzjoni u struzzjoni lill-entità li lilha tkun ġiet delegata l-ħidma.

7.

L-awtorità ta’ sorveljanza pubblika għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fl-ispezzjonijiet u li tingħata aċċess għall-fajls ta’ l-ispezzjoni, dokumenti ta’ ħidma tal-verifika u dokumenti rilevanti oħra.

8.

L-arranġamenti ta’ finanzjament għas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, inkluż dawk li għandhom x’jaqsmu mal-livell ta’ finanzjament u kontroll finanzjarju, ma għandhomx ikunu suġġetti għall-approvazzjoni jew veto minn persuni jew organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw, jew huma affiljati b’xi mod ieħor, mal-professjoni tal-kontabilità jew tal-verifika jew ma' xi kumpanija tal-verifika. Dan il-livell ta’ finanzjament għandu jgħin biex l-awtorità ta’ sorveljanza pubblika jkollha biżżejjed persunal li jappoġġaha fl-implimentazzjoni tal-punti 6 u 7.

9.

Jekk il-fondi għas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità jingħataw mill-awdituri jew kumpaniji tal-verifika statutorji suġġetti għall-ispezzjonijiet, kwalunkwe miżata jew kontribuzzjoni oħra dovuta minnhom għandha tkun obbligatorja u titħallas kollha fl-iskadenzi stabbiliti.

L-indipendenza ta' l-ispezzjonijiet

10.

L-awtorità ta’ sorveljanza pubblika għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta’ politiki u proċeduri adatti fir-rigward ta’ l-indipendenza u l-oġġettività tal-persunal, inklużi l-ispetturi, u l-ġestjoni tas-sistema ta’ l-ispezzjoni.

11.

Persuna li tkun awditur statutorju prattikanti jew li tkun impjegata jew b’xi mod ieħor assoċjata ma’ awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji ma għandhiex titħalla taġixxi bħala spettur.

12.

L-ebda persuna ma għandha titħalla taġixxi bħala spettur fi spezzjoni ta’ l-awditur jew tal-kumpanija tal-verifika statutorji qabel ma jkunu għaddew mill-anqas sentejn minn meta dik il-persuna temmet ir-rwol tagħha bħala msieħba jew impjegata ta’ dak l-awditur jew kumpanija tal-verifika jew b’xi mod ieħor assoċjata magħhom.

13.

L-ispetturi għandhom jiddikjaraw li ma għandhom l-ebda konflitt ta’ interessi ma’ l-awditur jew mal- kumpanija tal-verifika suġġetti għall-ispezzjoni. L-ispetturi li jagħmlu dikjarazzjonijiet mhux kompluti jew foloz għandhom jiġu esklużi milli jwettqu l-ispezzjonijiet u jiffaċċaw penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

14.

Il-ħlas lill-ispetturi għall-ispezzjonijiet li jagħmlu għandu jsir biss mill-awtorità ta’ sorveljanza pubblika jew mill-entità li lilha jkun ġie delegat it-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet. L-ispetturi ma jistgħu jirċievu l-ebda ħlas mingħand l-awditur jew il-kumpanija tal-verifika statutorji li tkun saritilhom l-ispezzjoni, jew mingħand in-netwerks tagħhom.

15.

Jekk l-awtorità ta’ sorveljanza pubblika tħoss li huwa meħtieġ għarfien espert speċifiku, biex l-ispezzjoni ssir kif xieraq, l-ispetturi għandhom jingħataw l-għajnuna ta’ esperti. Dawn l-esperti għandhom jaħdmu taħt il-kontroll dirett ta’ l-ispettur u għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti msemmija fil-punti 10, 12 sa 14.

Informazzjoni dwar il-metodoloġija għat-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet

16.

Meta, għal perjodu ta’ żmien temporanju, ma jkunx hemm biżżejjed spetturi disponibbli f’xi Stat Membru biex iwettqu l-ispezzjonijiet fuq il-post, l-awtorità ta’ sorveljanza pubblika għandha tingħata d-dritt li tiddeċiedi li l-ispezzjonijiet fuq il-post isiru minn esperti, dejjem jekk dawn l-esperti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (d) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, li jagħtu rendikont sħiħ ta’ għemilhom lill-awtorità ta’ sorveljanza pubblika u li l-ispetturi jwettqu spezzjonijiet fuq il-post lill-istess awditur jew kumpanija tal-verifika mill-anqas kull sitt snin.

17.

L-ambitu ta’ l-ispezzjonijiet għandu jkopri:

(a)

valutazzjoni ta’ l-għamla tas-sistema interna ta’ kontroll tal-kwalità tal-kumpanija tal-verifika;

(b)

ittestjar adegwat għall-konformità tal-proċeduri li jintużaw u analiżi tal-fajls ta’ verifika ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku sabiex tiġi vverifikata l-effikaċja tas-sistema interna ta’ kontroll tal-kwalità;

(ċ)

fid-dawl tas-sejbiet ta’ l-ispezzjoni skond il-punti (a) u (b), valutazzjoni tal-kontenut tar-rapport annwali ta’ trasparenza l-aktar reċenti kif ippubblikat minn awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji b’konformità ma’ l-Artikolu 40 tad-Direttiva 2006/43/KE.

18.

Millanqas, għandhom jiġu analizzati dawn il-politiki u proċeduri ta’ kontroll intern ta’ l-awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji:

(a)

il-konformità ta’ l-awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji ma’ l-istandards applikabbli għall-verifika u kontroll tal-kwalità, u rekwiżiti ta’ etika u indipendenza, inklużi dawk relatati mal-Kapitolu IV u l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2006/43/KE, kif ukoll il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti ta’ l-Istat Membru kkonċernat;

(b)

il-kwantità u l-kwalità tar-riżorsi li jintużaw, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti ta’ edukazzjoni kontinwa kif stipulati fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/43/KE;

(ċ)

il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2006/43/KE dwar l-onorarji li jintalbu għall-verifika.

19.

Għal skopijiet ta’ konformità ta’ l-ittestjar, għandhom jintgħażlu mill-anqas għadd sinifikanti ta’ fajls ta’ verifika abbażi ta’ analiżi tar-riskju li jista’ jwassal għal twettiq insuffiċjenti tal-verifika statutorja.

Ir-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet

20.

Is-sejbiet u konklużjonijiet ta’ l-ispezzjoni li fuqhom ikunu bbażati r-rakkomandazzjonijiet, inklużi s-sejbiet u l-konklużjonijiet relatati mar-rapport ta’ trasparenza, għandhom jiġu kkomunikati u diskussi kif xieraq ma’ l-awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji li ssirilhom l-ispezzjoni qabel ma jiġi ffinalizzat ir-rapport ta’ l-ispezzjoni. L-awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji li ssirilhom l-ispezzjoni għandhom jingħataw perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar mill-ħruġ tar-rapport ta' l-ispezzjoni biex jieħdu miżuri fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sistema interna ta’ kontroll tal-kwalità tal-kumpanija tal-verifika. Jekk l-awditur jew il-kumpanija tal-verifika statutorji li ssirilhom l-ispezzjoni ma jkunux segwew ir-rakkomandazzjonijiet kif xieraq, l-awtorità ta' sorveljanza pubblika għandha tikxef kwalunkwe nuqqas kbir li ssib fis-sistema interna tal-kontroll tal-kwalità.

21.

Is-sistema ta’ sorveljanza pubblika għandha jkollha d-dritt, b’konformità mal-proċess legali rilevanti kif previst fl-Istat Membru kkonċernat, li tieħu miżuri ta’ dixxiplina jew timponi penali fir-rigward ta’ awdituri u kumpaniji tal-verifika statutorji.

22.

Millanqas, l-awtorità ta’ sorveljanza pubblika għandha tinforma lill-pubbliku b’mod xieraq u f’waqtu dwar miżuri finali dixxiplinari li tieħu, jew dwar penali li timponi, fir-rigward ta’ awdituri u kumpaniji tal-verifika statutorji minħabba t-twettiq tal-verifika statutorja. Għandha tidentifika l-awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji kkonċernati u tiddeskrivi n-nuqqasijiet li wasslu għal dawn il-miżuri jew penali.

23.

Fil-każijiet fejn waqt l-ispezzjoni jinstab li r-rapport ta' trasparenza ppubblikat minn awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji skond l-Artikolu 40 tad-Direttiva 2006/43/KE jkun fih informazzjoni, inkluża dik dwar l-effikaċja tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità tal-kumpanija tal-verifika, li l-awtorità ta' sorveljanza pubblika tqis bħala qarrieqa, din l-awtorità għandha tiżgura li r-rapport tat-trasparenza jiġi emendat kif xieraq u bla dewmien.

It-trasparenza dwar ir-riżultati kumplessivi tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità

24.

Kull sena, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza pubblika għandhom jirrappurtaw dwar ir-riżultati kumplessivi tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jsiru, is-segwitu tagħhom, l-azzjonijiet dixxiplinari li jittieħdu u l-penali imposti. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni kwantitattiva flimkien ma’ informazzjoni importanti oħra dwar ir-rendiment ta’ riżorsi u persunal, u l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità.

Segwitu

25.

L-Istati Membri huma mistiedna jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jittieħdu fid-dawl ta’ din ir-Rakkomandazzjoni sas-6 ta’ Mejju 2009.

Destinatarji

26.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 53).

(2)  ĠU L 91, 31.3.2001, p. 91.