ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 105

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
15 ta' April 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2008 ta' l-14 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/300/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' April 2008 li taħtar membru Olandiż u membru supplenti Olandiż tal-Kumitat tar-Reġjuni

3

 

 

2008/301/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ April 2008 li taħtar membru supplenti Rumen fil-Kumitat tar-Reġjuni

4

 

 

2008/302/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' April 2008 li taħtar għaxar membri Pollakki u ħmistax-il membru supplenti Pollakk tal-Kumitat tar-Reġjuni

5

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/303/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ April 2008 dwar miżuri ta’ ħarsien interim li għandhom x’jaqsmu mad-Deni Klassiku tal-Majjali fis-Slovakkja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1525)  ( 1 )

7

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2008/304/PESK ta’ l-14 ta' April 2008 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

10

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

15.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 105/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 335/2008

ta' l-14 ta’ April 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-14 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

74,4

MA

66,2

TN

115,9

TR

107,9

ZZ

91,1

0707 00 05

JO

175,9

MA

43,7

TR

134,4

ZZ

118,0

0709 90 70

MA

91,7

TR

134,5

ZZ

113,1

0805 10 20

EG

51,7

IL

57,4

MA

58,0

TN

53,2

TR

68,0

US

51,9

ZZ

56,7

0805 50 10

AR

117,5

IL

117,6

TR

136,2

ZA

133,1

ZZ

126,1

0808 10 80

AR

84,1

BR

88,1

CA

79,6

CL

90,1

CN

93,9

MK

57,9

NZ

125,8

US

110,9

UY

76,8

ZA

76,0

ZZ

88,3

0808 20 50

AR

84,9

CL

83,0

CN

61,8

ZA

93,0

ZZ

80,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

15.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 105/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' April 2008

li taħtar membru Olandiż u membru supplenti Olandiż tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/300/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattal wara r-riżenja tas-Sur H. DIJKSMA. Post ta' membru supplenti tbattal wara r-riżenja tas-Sinjura R. KRUISINGA.

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:

a)

bħala membru:

is-Sinjura R. KRUISINGA, gedeputeerde van de provincie Noord-Holland (bidla tal-mandat)

u

b)

bħala membru supplenti:

is-Sur H. DIJKSMA, gedeputeerde van de provincie Flevoland (bidla tal-mandat)

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni jkollha effett mill-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


15.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 105/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ April 2008

li taħtar membru supplenti Rumen fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/301/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Rumen,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010,

(2)

Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar battal wara r-riżenja tas-Sur FILIP.

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Mihai Dan GROZA, kunsillier lokali u aġent sindku tal-muniċipalità Oradea, huwa maħtur membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


15.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 105/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' April 2008

li taħtar għaxar membri Pollakki u ħmistax-il membru supplenti Pollakk tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/302/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Pollakk,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti għall-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.

(2)

Għaxar postijiet ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara l-iskadenza tal-mandati tas-Sur BOCHEŃSKI, is-Sur CIACH, is-Sur CZARSKI, is-Sur CZERNECKI, is-Sur MAKAREWICZ, is-Sur RAKOCZY, is-Sinjura RONOWICZ, is-Sur RYŃSKI, is-Sur SEPIOŁ u s-Sur TEODORCZYK. Erbatax-il post ta’ membri supplenti tbattlu wara l-iskadenza tal-mandati tas-Sur ACHRAMOWICZ, is-Sur FOGLER, is-Sur GRZESIEK, is-Sur KARALUS, is-Sinjura KEMPIŃSKA, is-Sur KRZYWICKI, is-Sur KRZYŻEWSKI, is-Sur KUBAT, is-Sur NAWARA, is-Sur OLSZEWSKI, is-Sur OSOWSKI, is-Sur PRUSZKOWSKI, is-Sur SŁOWIŃSKI u s-Sur TRAMŚ. Post ta’ membru supplenti wieħed tbattal wara l-ħatra tas-Sur WRONA bħala membru,

IDDECIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jiddekorri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membri:

Adam JARUBAS, marszałek województwa świętokrzyskiego,

Lech JAWORSKI, radny m.st. Warszawy,

Marek NAWARA, marszałek województwa małopolskiego (bidla fil-mandat),

Jacek PROTAS, marszałek województwa warmińsko-mazurskiego,

Józef SEBESTA, marszałek województwa opolskiego,

Stanisław SZWABSKI, przewodniczący Rady Miasta Gdyni,

Krzysztof SZYMAŃSKI, marszałek województwa lubuskiego,

Marek TRAMŚ, radny powiatu polkowickiego (bidla fil-mandat),

Ludwik WĘGRZYN, radny powiatu bocheńskiego (bidla fil-mandat),

Tadeusz WRONA, prezydent Częstochowy (bidla fil-mandat),

kif ukoll

(b)

bħala membri supplenti:

Adam BANASZAK, radny Sejmiku Województwa Kujawsko-Pomorskiego,

Jan BRONŚ, burmistrz Oleśnicy,

Lech DYMARSKI, przewodniczący Sejmiku Województwa Wielkopolskiego,

Jan DZIUBIŃSKI, prezydent Tarnobrzega,

Robert GODEK, starosta powiatu strzyżowskiego,

Michał KARALUS, radny powiatu pleszewskiego (bidla fil-mandat),

Marzena KEMPIŃSKA, radna powiatu świeckiego,

Józef KOTYŚ, radny Sejmiku Województwa Opolskiego,

Tadeusz KOWALCZYK, przewodniczący Sejmiku Województwa Świętokrzyskiego,

Andrzej MATUSIEWICZ, przewodniczący Sejmiku Województwa Podkarpackiego,

Norbert OBRYCKI, marszałek województwa zachodniopomorskiego,

Ewa PANASIUK, radna Sejmiku Województwa Lubelskiego,

Czesław SOBIERAJSKI, radny Sejmiku Województwa Śląskiego,

Robert SOSZYŃSKI, przewodniczący Sejmiku Województwa Mazowieckiego,

Tadeusz TRUSKOLASKI, prezydent Białegostoku.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Kummissjoni

15.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 105/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ April 2008

dwar miżuri ta’ ħarsien interim li għandhom x’jaqsmu mad-Deni Klassiku tal-Majjali fis-Slovakkja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1525)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/303/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-Slovakkja kien hemm tifqigħa tad-Deni Klassiku tal-Majjali.

(2)

Fid-dawl tal-kummerċ ta’ majjali ħajjin u ċerti prodotti tal-majjal, din it-tifqigħa tista’ tkun ta’ periklu għall-merħliet ta’ Stati Membri oħrajn.

(3)

Is-Slovakkja ħadet miżuri fi ħdan il-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-Deni Klassiku tal-Majjali (2).

(4)

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimal u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għal kummerċ ta’ majjali ħajjin huma stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u tal-majjali ġewwa l-Komunità (3).

(5)

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimal u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-kummerċ ta’ semen tal-porċini huma stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intrakomunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tal-majjali (4).

(6)

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimal u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-kummerċ ta’ ova u embrijuni tal-porċini huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/483/KE tad-9 ta’ Novembru 1995 li tistabbilixxi l-kampjuni taċ-ċertifikat għall-kummerċ intrakomunitarju fl-ova u l-embrijuni tal-majjal (5).

(7)

Fl-istennija tal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, u f’kollaborazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, huwa xieraq li jiġu adottati miżuri ta’ ħarsien interim.

(8)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Mingħajr preġudizzju għall-miżuri tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE, u b’mod partikolari l-Artikoli 9, 10 u 11 tagħha, is-Slovakkja għandha tiżgura li:

(a)

ma jiġux trasportati majjali minn u lejn irziezet tal-majjali li jinsabu fiż-żoni deskritti fl-Anness;

(b)

it-trasport ta' majjali għal proċediment ta’ qatla minn irziezet li jinsabu barra ż-żoni deskritti fl-Anness għal biċċeriji li jinsabu fiż-żoni msemmija u tranżitu ta' majjali miż-żoni msemmija għandu jiġi permess biss permezz ta' triqat prinċipali jew ferroviji u skond l-istruzzjonijiet dettaljati previsti mill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikun evitat li matul it-trasport, il-majjali kkonċernati jiġu f'kuntatt dirett jew indirett ma' majjali oħrajn.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1 (a) l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-trasport ta’ majjali direttament lejn biċċerija li tinsab fiż-żona deskritta fl-Anness, jew f’każijiet eċċezzjonali f’biċċeriji magħżula barra dik iż-żona fis-Slovakkja, għal qtil immedjat.

Artikolu 2

1.   Is-Slovakkja għandha tiżgura li l-ebda majjali, għajr għal majjali mibgħuta għal qtil immedjat direttament lejn il-biċċerija, ma jintbagħtu lejn Stati Membri oħrajn u lejn pajjiżi terzi sakemm il-majjali:

(a)

ma jiġux minn razzett li jinsab f’żona barra ż-żoni deskritti fl-Anness, u

(b)

kienu qed jinżammu fir-razzett ta’ oriġini għal mill-anqas 30 jum qabel ma ngħabbew, jew mit-twelid jekk għandhom anqas minn 30 jum, u

(ċ)

ġejjin minn razzett fejn ma ġew introdotti l-ebda majjali ħajjin matul il-perjodu ta’ 30 jum immedjatament qabel il-konsenja tal-majjali kkonċernati.

2.   L-awtorità veterinarja kompetenti tas-Slovakkja għandha tiżgura li n-notifika tal-konsenja tal-majjali lil Stati Membri oħrajn hija kkomunikata lill-awtoritajiet veterinarji ċentrali u lokali ta' l-Istat Membru destinatarju u kull Stat Membru ta' tranżitu mill-anqas tlett ijiem qabel il-konsenja.

Artikolu 3

1.   Is-Slovakkja għandha tiżgura li l-ebda konsenja ta’ semen tal-porċini ma tintbagħat lejn Stati Membri oħrajn u lejn pajjiżi terzi sakemm is-semen ma joriġinax minn ħlieleġ miżmuma f'ċentru ta' ġbir msemmi fl-Artikolu 3 (a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE u li jinsab barra ż-żoni deskritti fl-Anness.

2.   Is-Slovakkja għandha tiżgura li l-ebda konsenja ta’ ova u embrijuni ta’ majjali ma tintbagħat lejn Stati Membri oħrajn u lejn pajjiżi terzi sakemm l-ova u l-embrijuni ma joriġinawx minn majjali miżmuma f’razzett li jinsab barra ż-żoni deskritti fl-Anness.

Artikolu 4

Is-Slovakkja għandha tiżgura li:

(a)

iċ-ċertifikat tas-saħħa previst fid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li jakkompanja l-majjali mibgħuta mis-Slovakkja jrid jimtela b'dan li ġej:

“Annimali skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/303/KE ta’ l-14 ta’ April 2008 fir-rigward ta’ miżuri ta’ ħarsien interim fir-rigward tad-Deni Klassiku tal-Majjali fis-Slovakkja”

(b)

iċ-ċertifikat tas-saħħa previst fid-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE li jakkompanja semen ta’ ħlieleġ mibgħuta mis-Slovakkja jrid jimtela b'dan li ġej:

“Semen skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/303/KE ta’ l-14 ta’ April 2008 fir-rigward ta’ miżuri ta’ ħarsien interim fir-rigward tad-Deni Klassiku tal-Majjali fis-Slovakkja”

(ċ)

iċ-ċertifikat tas-saħħa previst fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/483/KE li jakkompanja ova u embrijuni ta’ majjali mibgħuta mis-Slovakkja jrid jimtela b'dan li ġej:

“Ova / Embrijuni (ħassar kif xieraq) skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/303/KE ta’ l-14 ta’ April 2008 fir-rigward ta’ miżuri ta’ ħarsien interim fir-rigward tad-Deni Klassiku tal-Majjali fis-Slovakkja”

Artikolu 5

Is-Slovakkja għandha tiżgura li vetturi li ntużaw għat-trasport tal-majjali jew li daħlu f’razzett fejn jinżammu l-majjali jitnaddfu u jiġu diżinfettati wara kull operazzjoni u x-xufier għandu jipprovdi l-prova ta' din id-diżinfezzjoni lill-awtorità veterinarja kompetenti.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ sabiex iġibuhom f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom jagħmlu reklamar xieraq immedjat dwar il-miżuri adottati. Dawn għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(2)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(3)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(4)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 275, 18.11.1995, p. 30.


ANNESS

It-territorju kollu tas-Slovakkja.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

15.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 105/10


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/304/PESK

ta’ l-14 ta' April 2008

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Marzu 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX (1).

(2)

Fit-22 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/760/PESK (2) li emendat u estendiet l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK sat-30 ta’ April 2008.

(3)

L-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK għandha tkun estiża ulterjorment sat-30 ta’ Ġunju 2008.

(4)

L-ammont finanzjarju ta’ referenza ta’ EUR 10 miljun previst fl-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK ġie supplimentat bi EUR 11,2 miljun fl-Azzjoni Konġunta tal-kunsill 2006/708/PESK (3), li għandu jkopri wkoll in-nefqa li għandha ssir waqt il-perijodu rimanenti tal-Missjoni,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 11(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu 7 ta’ Marzu 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2008 għandu jkun ta’ EUR 21,2 miljun.”

(2)

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14 għandu jinbidel b’li ġej:

“Għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2008.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 14 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 62, 9.3.2005, p. 37.

(2)  ĠU L 305, 23.11.2007, p. 58.

(3)  ĠU L 291, 21.10.2006, p. 43.