ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 102

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
12 ta' April 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 330/2008 tal-11 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 331/2008 tal-11 ta’ April 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 332/2008 tal-11 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 297/2003 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2008 tal-11 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-limiti applikabbli għall-ammonti addizzjonali ta’ għajnuna li għandhom jitħallsu lill-Portugall fil-qafas tal-modulazzjoni volontarja pprovduta fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 334/2008 tal-11 ta’ April 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

20

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/297/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/779/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni għas-saħħa ta’ l-annimali kontra l-marda vexxikolari tal-ħnieżer fl-Italja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1092)  ( 1 )

22

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/298/PESK tas-7 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2001/80/PESK dwar l-istabbiliment tal-Persunal Militari ta’ l-Unjoni Ewropea

25

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/299/PESK tas-7 ta’ April 2008 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK dwar l-istabbiliment ta’ l-Agenzija tad-Difiża Ewropea

34

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 102/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 330/2008

tal-11 ta’ April 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-11 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

74,4

MA

65,9

TN

111,3

TR

98,3

ZZ

87,5

0707 00 05

EG

178,8

JO

175,9

MA

43,7

TR

133,0

ZZ

132,9

0709 90 70

MA

91,8

TR

130,6

ZZ

111,2

0805 10 20

EG

50,3

IL

57,7

MA

53,7

TN

55,2

TR

68,0

US

51,9

ZZ

56,1

0805 50 10

AR

117,5

TR

136,6

ZA

122,8

ZZ

125,6

0808 10 80

AR

86,0

BR

88,0

CL

89,2

CN

87,0

MK

46,6

NZ

117,5

US

114,8

UY

76,8

ZA

77,1

ZZ

87,0

0808 20 50

AR

81,7

CL

117,3

CN

78,4

UY

89,6

ZA

98,2

ZZ

93,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 102/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 331/2008

tal-11 ta’ April 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija ta’ l-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 stabbilixxa l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (2).

(2)

Skond l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi Stati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni tagħrif li huwa rilevanti fil-kuntest ta’ l-aġġornar tal-lista Komunitarja. Ġie ikkomunikat ukoll tagħrif rilevanti minn pajjiżi terzi. Abbażi ta’ dan, il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi ta’ l-ajru kollha kkonċernati, direttament, jew fejn dan ma kienx prattikabbli, permezz ta’ l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, u indikat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li għandhom jiffurmaw il-bażi għal deċiżjoni biex tkun imposta fuqhom projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità, jew biex jiġu mmodifikati l-kundizzjonijiet tal-projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur ta' l-ajru li huwa inkluż fil-lista Komunitarja.

(4)

Ingħata ċ-ċans mill-Kummissjoni lit-trasportaturi bl-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, iressqu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni bil-fomm lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol u lill-Kumitat tas-Sikurezza ta' l-Ajru stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili (3).

(5)

L-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportaturi bl-ajru kkonċernati ġew ikkonsultati mill-Kummissjoni kif ukoll, f'każijiet speċifiċi, minn xi Stati Membri.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

It-trasportaturi bl-ajru lliċenzjati fl-Ukraina

Albatross Avia Ltd

(7)

Franza għarrfet lill-Kummissjoni li adottat projbizzjoni immedjata fuq l-operat kollu tat-trasportatur Albatross Avia Ltd, iċċertifikat fl-Ukraina, minħabba li, fil-verità, dan it-trasportatur huwa t-trasportatur Ukrain Volare, li huwa diġà suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat (4). Franza ressqet ukoll talba lill-Kummissjoni biex taġġorna l-lista Komunitarja bi qbil ma’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(8)

It-trasportatur ma pprovda l-ebda evidenza xierqa sabiex ineħħi t-tħassib imressaq minn Franza.

(9)

Wara taħditiet mal-Kummissjoni u ma' xi Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti Ukraini ressqu d-deċiżjoni tagħhom lill-Kummissjoni, li permezz tagħha huma rrevokaw iċ-Ċertifikat ta' Operatur ta' l-Ajru (l-AOC) tat-trasportatur. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, m'hemm bżonn tittieħed l-ebda azzjoni ulterjuri rigward Albatross Avia Ltd.

(10)

Madanakollu, l-Kummissjoni hija mħassba dwar il-fatt li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina ħarġu AOC lil kumpanija li hija sostanzjalment trasportatur ta' l-ajru li huwa diġà suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat. Jekk din it-tip ta' sitwazzjoni tirrepeti ruħha, dan jista' jitqies bħala evidenza li dawn l-awtoritajiet jista' jkun li ma jilħqux il-kriterji komuni mniżżlin fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Ukraine Cargo Airways

(11)

Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tat-trasportatur Ukraine Cargo Airways, iċċertifikat fl-Ukraina, li jaffettwaw kull tip ta' inġenju ta' l-ajru. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mill-Awstrija, mill-Ungerija, minn Franza, mill-Ġermanja, mill-Italja, mil-Latvja, mil-Lussemburgu, mir-Rumanija, mill-Polonja, minn Spanja u mill-Olanda (5) waqt spezzjonijiet fuq l-art imwettqin bħala parti mill-Programm SAFA.

(12)

L-Awstrija għarrfet lill-Kummissjoni li adottat projbizzjoni immedjata fuq l-operat ta' l-inġenji ta' l-ajru tat-tip AN-12 ta’ l-Ukraine Cargo Airways li s'issa kienu joperaw lejn l-Awstrija, filwaqt li qieset il-kriterji komuni, fil-qafas ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, u ressqet talba lill-Kummissjoni sabiex din taġġorna l-lista Komunitarja bi qbil ma’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(13)

Ir-raġunijiet għall-impożizzjoni ta' dik il-miżura min-naħa ta' l-Awstrija huma dawn li ġejjin: a) nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tat-trasportatur ta' l-ajru vverifikati permezz ta' rapporti li juru nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza u nuqqas kontinwu min-naħa tat-trasportatur ta' l-ajru kkonċernat li jindirizza dawn in-nuqqasijiet imressqin f'rapporti dwar l-ispezzjonijiet fuq l-art imwettqa bħala parti mill-Programm SAFA u li kienu ġew mgħarrfa lit-trasportatur minn qabel; b) in-nuqqas ta' ħila tat-trasportatur li jindirizza dawn in-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza, muri permezz ta' azzjonijiet korrettivi mhux xierqa u mhux suffiċjenti imressqin bħala tweġiba għan-nuqqasijiet gravi identifikati fil-qasam tas-sikurezza; ċ) in-nuqqas ta' ħila u n-nuqqas ta' rieda ta' l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tat-trasportatur ikkonċernat li jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza, murija min-nuqqas ta' kooperazzjoni tagħhom ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Awstrija li wettqu l-ispezzjonijiet fuq l-art u min-nuqqas ta' ħila suffiċjenti tagħħhom li jimplimentaw u jinfurzaw l-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(14)

In-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza li ndunaw bihom l-Awstrija u l-Istati Membri l-oħra fl-inġenji ta' l-ajru tat-tip AN-12, AN-26 u IL-76 kienu fl-istess oqsma. Barra minn hekk, dawk in-nuqqasijiet baqgħu iseħħu matul l-istess perjodu meqjus. Din tixhed in-natura sistematika ta' dawn it-tip ta' nuqqasijiet.

(15)

Waqt taħditiet mal-Kummissjoni u ma' xi Stati Membri, il-kumpanija Ukraine Cargo Airways ressqet pjan ta' azzjonijiet korrettivi li skond it-trasportatur jindirizzaw in-nuqqasijiet kollha fil-qasam tas-sikurezza fl-oqsma tal-manutenzjoni, l-inġinerija u l-operat identifikati għat-tlett tipi ta' inġenji ta' l-ajru li bihom it-trasportatur kien qed jopera lejn il-Komunità. Madanakollu, waqt dawn it-taħditiet, it-trasportatur ma kienx kapaċi juri kemm huma adegwati l-azzjonijiet korrettivi proposti. B'mod partikulari, it-trasportatur ma kienx kapaċi juri kemm l-azzjonijiet proposti huma xierqa f'dak li għandu x'jaqsam mad-dixxiplina fl-operat, u naqas li jispjega kif l-ispezzjonijiet ta' l-inġenji ta' l-ajru li huwa juża biex itir lejn il-Komunità xorta qed juru l-istess nuqqasijiet li kien hemm qabel ma l-Awstrija imponiet il-projbizzjoni fuq l-operat, minkejja li għadd ta' miżuri msemmija fil-pjan ta' azzjonijiet propost diġà jidher li twettqu fil-qasam ta' l-operat ta' kull tip ta' inġenju ta' l-ajru użat minn dak it-trasportatur.

(16)

Waqt l-istess taħditiet, l-awtoritajiet kompetenti Ukraini ressqu tagħrif dwar id-deċiżjoni tagħhom li jirrestrinġu l-AOC tat-trasportatur billi jneħħu l-inġenji ta' l-ajru AN-12 bil-marki tar-reġistrazzjoni UR-UCK, UR-UDD u UR-UCN li permezz tagħhom it-trasportatur kien qed jopera lejn l-Awstrija u lejn l-Istati Membri l-oħra u jqegħduhom għall-manutenzjoni kif ukoll billi jipprojbixxu, sad-19 ta' Novembru 2008, l-operat ta' l-inġenji ta' l-ajru bil-marki tar-reġistrazzjoni UR-UCA, UR-UCC, UR-UCD, UR-UCH, UR-UCO, UR-UCQ UR-UCT, UR-UCU, UR-UCW u UR-UCX. It-trasportatur opera b'uħud minn dawn l-inġenji ta' l-ajru (bil-UR-UCA, il-UR-UCO u l-UR-UCU) lejn il-Komunità. Dawn l-awtoritajiet ikkonfermaw ukoll li huma kienu approvaw il-pjan ta' azzjonijiet korrettivi tat-trasportatur u mpenjaw irwieħhom li jivverifikaw l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet korrettivi mill-Ukraine Cargo Airways qabel ma jawtorizzaw lit-trasportatur biex jerġa' jibda l-operat tiegħu bl-inġenji ta' l-ajru AN-12 lejn il-Komunità.

(17)

Il-Kummissjoni se tqis il-miżuri mittieħda mill-awtoritajiet kompetenti Ukraini f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-inġenji ta' l-ajru AN-12 u IL-76. Madanakollu, hija tqis li l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet korrettivi tonqos milli tindirizza n-natura sistematika tan-nuqqasijiet innutati, li jaffettwaw lit-tipi kollha ta' inġenji ta' l-ajru użati s'issa mit-trasportatur għall-operat tiegħu lejn il-Komunità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li r-riżultati ta' l-ispezzjonijiet fuq l-art (6) fuq inġenji ta' l-ajru tat-tip AN-26 imwettqin wara t-taħditiet li saru mat-trasportatur u l-awtoritajiet tiegħu u wara li t-trasportatur kien beda jimplimenta l-azzjonijiet korrettivi taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet tiegħu juru li dawn it-tip ta' azzjonijiet ma jipprovdux għar-riżoluzzjoni xierqa tan-nuqqasijiet ivverifikati fil-qasam tas-sikurezza f'dawn it-tipi ta' inġenji ta' l-ajru jew f'kull tip ta' inġenju ta' l-ajru ieħor imħaddem minn dan it-trasportatur lejn il-Komunità.

(18)

Fl-1 ta' April 2008, it-trasportatur ressaq dokumentazzjoni li tinkludi pjan rivedut ta' azzjonijiet korrettivi li jirrifletti t-tibdiliet mitlubin mill-awtoritajiet kompetenti Ukraini wara spezzjoni tal-kumpanija. It-trasportatur ta' l-ajru ngħata wkoll l-opportunità li, fit-2 ta' April, jagħmel preżentazzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tas-Sikurezza ta' l-Ajru; madanakollu, huwa ma kienx kapaċi juri kemm l-azzjonijiet riveduti proposti huma xierqa f'dak li għandu x'jaqsam mad-dixxiplina fl-operat, u naqas li jispjega kif dawn l-azzjonijiet se jipprovdu għal soluzzjonijiet sostenibbli tan-nuqqasijiet kollha fil-qasam tas-sikurezza li kienu identifikati qabel. Għaldaqstant, din id-dokumentazzjoni se jkollha tiġi analizzata iktar sabiex jiġi deċiż jekk in-nuqqasijiet kollha fil-qasam tas-sikurezza li kienu identifikati qabel ġewx indirizzati b'mod xieraq jew le.

(19)

Hija u tistenna li titlesta din l-analiżi, u minħabba n-nuqqas ta' azzjonijiet korrettivi li jistgħu jirranġaw ir-rikorrenza tan-nuqqasijiet sistematiċi fil-qasam tas-sikurezza mingħajr dewmien, il-Kummissjoni tqis li t-trasportatur m'għandux jitħalla jopera lejn il-Komunità sakemm ma jkunx ivverifikat li ttieħdu l-miżuri adegwati sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' l-operat ta' kull inġenju ta' l-ajru użat mill-Ukraine Cargo Airways ma' l-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(20)

Abbażi tal-kriterji komuni mniżżlin fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, huwa meqjus li l-Ukraine Cargo Airways ma tilħaqx l-istandards rilevanti tas-sikurezza. It-trasportatur bl-ajru għandu jkun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat kollu tiegħu, u għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

Is-sorveljanza globali tas-sikurezza

(21)

Il-Kummissjoni tqis li l-eżerċizzju globali tas-sorveljanza tas-sikurezza u b'mod partikulari l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' l-istandards rilevanti tas-sikurezza mill-awtoritajiet kompetenti Ukraini għandu jissaħħaħ sabiex ikunu żgurati azzjonijiet korrettivi sostenibbli mit-trasportaturi li jaqgħu fi ħdan il-kontroll regolatorju tagħhom. In-numru dejjem jiżdied ta' trasportaturi li huma suġġetti għal miżuri eċċezzjonali mill-Istati Membri u li sussegwentement ikunu nklużi fl-Anness A jeħtieġ li jiġi ndirizzat b'mod urġenti mill-awtoritajiet kompetenti Ukraini. Għaldaqstant, dawn l-awtoritajiet huma mistiedna jressqu pjan ta' miżuri sabiex itejbu l-eżerċizzju tas-sorveljanza tas-sikurezza ta' l-operaturi li jaqgħu fi ħdan il-kontroll regolatorju tagħhom u ta' l-inġenji ta' l-ajru rreġistrati fl-Ukraina li jintużaw għal ħidmiet fil-Komunità. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri, inklużi dawk imsemmija fil-premessi 15 u 18, bil-għan li tressaq abbozz ta' miżuri xierqa waqt il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat tas-Sikurezza ta' l-Ajru.

Cubana de Aviación SA

(22)

Hemm evidenza vverifikata ta' nuqqas ta' konformità min-naħa tal-Cubana de Aviación ma' standards speċifiċi tas-sikurezza stabbiliti bil-Konvenzjoni ta' Chicago. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mir-Renju Unit, waqt spezzjonijiet fuq l-art imwettqin bħala parti mill-Programm SAFA (7).

(23)

Ir-Renju Unit għarraf lill-Kummissjoni li adotta projbizzjoni immedjata fuq l-operat ta' l-inġenji ta' l-ajru tal-Cubana de Aviación tat-tip Ilyushin IL-62 bil-marki tar-reġistrazzjoni CU-T1283 u CU-T1284, waqt li kkunsidra l-kriterji komuni, fil-qafas ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Attwalment dawn l-inġenji ta' l-ajru mhumiex mgħammra bis-sistema ta' l-EGPWS – is-sistema tat-twissija għall-viċinanza ta' l-art (Enhanced Ground Proximity Warning System), tagħmir meħtieġ għall-operat lejn il-Komunità f'konformità ma' l-Anness 6 tal-Konvenzjoni ta' Chicago.

(24)

Wara taħditiet mal-Kummissjoni u ma' xi Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika ta' Kuba adottaw deċiżjoni li jillimitaw l-AOC ta' Cubana de Aviacion sabiex jeskludu l-inġenji ta' l-ajru tat-tip IL-62 minn kull operat tat-trasportatur lejn il-Komunità sakemm tiġi stallata s-sistema ta' l-EGPWS fuqhom. Dawn l-awtoritajiet impenjaw irwieħhom ukoll biex jiżguraw li s-sistema ta' l-EGPWS tkun stallata fuq kull inġenju ta' l-ajru ta' dak it-trasportatur li jkun qed jopera lejn il-Komunità sal-15 ta' Ġunju 2008. Fl-aħħarnett, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika ta' Kuba mpenjaw irwieħhom li jivverifikaw li n-nuqqasijiet kollha tas-sikurezza nnutati, inkluża l-istallazzjoni tas-sistema ta' l-EGPWS, ikunu indirizzati b'mod effiċjenti mill-kumpanija Cubana de Aviacion sa dik id-data, u li jgħaddu r-riżultati ta' din it-tip ta' verifika lill-Kummissjoni qabel ma dan it-trasportatur ikun jista' jerġa' jibda jopera lejn il-Komunità b'inġenji ta' l-ajru tat-tip IL-62.

(25)

Abbażi tal-kriterji komuni mniżżlin fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, u fil-kuntest ta' l-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika ta' Kuba huwa meqjus li m'hemm bżonn tittieħed l-ebda azzjoni ulterjuri. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet korrettivi waqt il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat tas-Sikurezza ta' l-Ajru. Madanakollu, jekk il-miżuri ma jitqiesux sodisfaċenti, il-Kummissjoni se tressaq abbozz ta' miżuri xierqa lill-Kumitat.

Islands Development Company

(26)

Hemm evidenza vverifikata li l-inġenju ta' l-ajru tat-tip Beech 1900 bil-marka tar-reġistrazzjoni S7-IDC tat-trasportatur Islands Development Company illiċenzjat fis-Seychelles mhuwiex mgħammar bis-sistema ta' l-EGPWS – Enhanced Group Proximity Warning System (is-sistema tat-twissija għall-viċinanza ta' l-art), tagħmir meħtieġ għall-operat lejn il-Komunità f'konformità ma' l-Anness 6 tal-Konvenzjoni ta' Chicago. Barra minn hekk, ma setgħux jintwerew id-dokumenti ċċertifikati li l-Konvenzjoni ta' Chicago tippreskrivi li għandhom jinżammu abbord. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn Franza, waqt spezzjoni fuq l-art imwettqa bħala parti mill-Programm SAFA (8).

(27)

Franza għarrfet lill-Kummissjoni li adottat projbizzjoni immedjata fuq l-operat ta' l-inġenju ta' l-ajru imsemmi hawn fuq ta' dan it-trasportatur, filwaqt li qieset il-kriterji komuni, fil-qafas ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, u ressqet talba lill-Kummissjoni sabiex din taġġorna l-lista Komunitarja bi qbil ma’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u kif preskritt mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(28)

L-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Ċivili tas-Seychelles ikkonfermat, permezz ta' ittra tal-11 ta' Marzu 2008, li t-trasportatur Island Development Company, illiċenzjat fis-Seychelles, ħa miżuri sabiex jinstalla s-sistema ta' l-EGPWS fuq l-inġenju ta' l-ajru tiegħu tat-tip Beech 1900D bil-marka tar-reġistrazzjoni S7-IDC. Is-sistema ta' l-EGPWS ġiet ordnata u nstallata fis-26 ta' Marzu 2008. Konferma ċċertifikata ta' din l-installazzjoni ngħatat mit-trasportatur waqt laqgħa li saret nhar il-31 ta' Marzu 2008 mal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles ikkonfermaw li l-kopji ċċertifikati tad-dokumenti preskritti tpoġġew abbord mis-27 ta' Frar 2008 'il quddiem.

(29)

Abbażi tal-kriterji komuni, qiegħed jitqies li l-kumpanija Islands Development Company ħadet il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tkun konformi ma’ l-istandards rilevanti tas-sikurezza u għaldaqstant m'għandhiex tiddaħħal fl-Anness A.

Hewa Bora Airways

(30)

Il-kumpanija Hewa Bora Airways m'għadhiex topera, taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti Belġjani, l-inġenju ta' l-ajru tagħha tat-tip Boeing B767-266ER, Nru. ta' kos. 23 178, u bil-marka tar-reġistrazzjoni 9Q-CJD, li huwa nkluż fl-Anness B, lejn il-Komunità. Minħabba li r-reġim provviżorju ta' spezzjonijiet fuq l-art u ta' sorveljanza ta' dan l-inġenju ta' l-ajru ma jistax ikun iggarantit iktar, għandu jkun ipprojbit ukoll l-operat b'dan l-inġenju ta' l-ajru.

(31)

Minħabba dan, it-trasportatur ta’ l-ajru għandu jkun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat kollu tiegħu, u għandu jiġi ttrasferit mill-Anness B għall-Anness A.

TAAG Angola Airlines

(32)

Wara l-istedina min-naħa ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Angola u mit-trasportatur TAAG Angola Airlines, tim ta' esperti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri wettaq missjoni esploratorja fl-Angola mit-18 sat-22 ta' Frar 2008. Waqt din il-missjoni t-trasportatur ipprovda stat aġġornat tal-pjan ta' azzjonijiet korrettivi u preventivi tiegħu, immirat sabiex jerġa' jiġi f'konformità ma' l-istandards ta' l-ICAO. Ir-rapport tat-tim wera li t-TAAG Angola Airlines wettaq progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjonijiet tiegħu, hekk li, b'mod globali, iktar minn ħamsin fil-mija ta' l-azzjonijiet jistgħu jitqiesu li twettqu. B'mod partikulari, fil-maġġoranza tagħhom, twieġbu s-sejbiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-operat waqt it-titjira u ma' l-operat ta' ma' l-art. It-trasportatur ġie mistieden ikompli l-isforzi tiegħu sabiex iwettaq bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni tiegħu. Barra minn hekk, it-tim innota li t-trasportatur lesta l-ewwel pass lejn iċ-ċertifikazzjoni sħiħa mill-ġdid mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Angola.

(33)

It-tim innota nuqqasijiet kontinwi sinifikanti fl-oqsma tal-kapaċità kontinwa ta' l-użu ta' l-inġenji ta' l-ajru għat-titjir u tal-manutenzjoni, li kienu rrappurtati lit-trasportatur TAAG Angola Airlines u lill-awtoritajiet tiegħu u li għandhom jiġu indirizzati b'mod xieraq qabel ma jsir xi tibdil fil-projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq it-trasportatur.

(34)

It-tim evalwa wkoll il-pjan ta' azzjonijiet korrettivi propost mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Angola (l-INAVIC) immirat biex itejjeb l-eżerċizzju tas-sorveljanza tas-sikurezza tat-TAAG Angola Airlines u tat-trasportaturi kollha li jaqgħu taħt il-kontroll regolatorju tagħhom. Għal dak il-għan, it-tim evalwa l-livell ta’ konformità ta’ l-INAVIC ma' l-istandards applikabbli ta' l-ICAO, abbażi wkoll tar-riżultati ta' l-ispezzjoni ta' l-USOAP ta' l-ICAO imwettqa f'Novembru 2007. Ir-rapport tat-tim juri li fis-16 ta' Jannar 2008 ġie ppubblikat att ġdid dwar l-avjazzjoni ċivili, u li l-INAVIC mexjin lejn it-twaqqif ta' awtorità ta' l-avjazzjoni ċivili indipendenti u strutturata tajjeb. Madanakollu, it-tim innota li d-dispożizzjonijiet il-ġodda ta' l-att dwar l-avjazzjoni ċivili u r-regolamenti speċifiċi ta' l-operat li għandhom x'jaqsmu magħhom għadhom ma ġewx implimentati u li attwalment it-trasportaturi kollha ta' l-Angola għandhom Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru li mhumiex konformi ma' l-Anness 6 tal-Konvenzjoni ta' Chicago. L-INAVIC ġew mistednin ikomplu bir-ristrutturar ta' l-organizzazzjoni tagħhom, bil-mixja 'l quddiem, mill-aktar fis possibbli, fil-bini tal-kapaċità tagħhom, kif ukoll bit-tkomplija b'mod determinat tal-proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi sabiex juru l-konformità tagħhom mar-regolamenti ta' l-Angola u ma' l-istandards applikabbli ta' l-ICAO, u jirrappurtaw ir-riżultati lill-Kummissjoni fiż-żmien dovut.

(35)

Il-Kummissjoni tagħraf l-isforzi li saru mit-TAAG Angola Airlines u mill-INAVIC sabiex jitwettqu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tinżamm il-konformità ma' l-istandards rilevanti tas-sikurezza. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li deċiżjoni biex tneħħi t-TAAG Angola Airlines mil-lista Komunitarja hija prematura f'dan l-istadju, għax għad baqa' nuqqasijiet sinifikanti fil-qasam tas-sikurezza li għad iridu jiġu indirizzati mit-trasportatur kif ukoll mill-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, għadu għaddej il-proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid mill-awtoritajiet kompetenti tat-TAAG Angola Airlines kif ukoll tat-trasportaturi l-oħrajn. Il-Kummissjoni tinnota li se jkun hemm bżonn ta' żieda sostanzjali fir-riżorsi umani u finanzjarji ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Angola, sabiex il-proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid ikun jista' jitlesta fil-perjodu taż-żmien imsemmi minnhom.

(36)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-konformità ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Angola ma' l-istandards mandatorji ta' l-ICAO u mal-prattiki rakkomandati minnha u b'mod partikulari l-eżerċizzju tas-sorveljanza tiddependi wkoll mill-mezzi finanzjarji li dawn l-awtoritajiet ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni se tistenna r-rapporti dwar il-progress mit-TAAG Angola Airlines u mill-INAVIC fiż-żmien dovut.

Mahan Air

(37)

Fl-14 ta' Diċembru 2007 u fit-12 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni u xi Stati Membri kellhom taħditiet mal-Mahan Air u ma' l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran fir-rigward tal-verifika min-naħa ta' dawn l-awtoritajiet dwar l-implimentazzjoni progressiva ta' l-azzjonijiet korrettivi min-naħa tat-trasportatur. Waqt it-taħditiet li saru fl-14 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni talbet b'mod partikulari li kull dokumentazzjoni rigward il-progress fl-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet korrettivi min-naħa tal-Mahan Air titressaq lill-Kummissjoni sa tmiem Frar 2008.

(38)

Waqt it-taħditiet li saru fit-12 ta' Marzu 2008, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran qalu li huma wettqu spezzjonijiet fuq it-trasportatur Mahan Air u li n-nuqqasijiet kollha fil-qasam tas-sikurezza ġew solvuti b'mod li jissodisfahom. Madanakollu, la t-trasportatur u lanqas l-awtoritajiet tiegħu ma ressqu dokumentazzjoni li tipprovdi evidenza li l-miżuri korrettivi ġew implimentati sabiex juru kemm dawn l-azzjonijiet huma xierqa sabiex jipprovdu soluzzjonijiet sostenibbli u sabiex jiżguraw konformità effettiva mal-pjan ta' azzjonijiet korrettivi mressaq f'Settembru u f'Novembru 2007.

(39)

Fis-26 ta' Marzu 2008, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran, wara spezzjoni tal-kumpanija Mahan Air, ressqu dokumentazzjoni lill-Kummissjoni rigward rapport iddettaljat dwar il-progress u materjal li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet korrettivi min-naħa tal-Mahan Air. Il-Kummissjoni beħsiebha tanalizza d-dokumentazzjoni mressqa sabiex tivverifika jekk in-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza li kienu identifikati qabel ġewx indirizzati b'mod xieraq jew le.

(40)

Sakemm titlesta din l-analiżi, il-Kummissjoni tqis li attwalment għad m'hemmx biżżejjed evidenza li turi li t-trasportatur wettaq bis-sħiħ l-azzjonijiet korrettivi sabiex ineħħi n-nuqqasijiet li wasslu għall-inklużjoni tiegħu fil-lista Komunitarja.

(41)

Abbażi tal-kriterji komuni, qiegħed jitqies li bħalissa għadu ma ġiex ivverifikat li l-kumpanija Mahan Air ħadet il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tkun konformi ma’ l-istandards rilevanti tas-sikurezza u li għaldaqstant, għadha ma tistax titneħħa mill-Anness A. Il-Kummissjoni se tkompli tikkoopera ma' l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran sabiex tissorvelja l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet korrettivi min-naħa tal-Mahan Airlines u tiżgura li dawn jipprovdu soluzzjonijiet sostenibbli għal żmien fit-tul. Għal dak il-għan, hija beħsiebha twettaq żjara fix-xhur li ġejjin.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Federazzjoni Russa

(42)

Kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1400/2007, permezz ta' deċiżjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa meħuda fis-26 ta' Novembru 2007, ċerti trasportaturi bl-ajru lliċenzjati minn dawn l-awtoritajiet huma awtorizzati joperaw lejn il-Komunità b'tagħmir speċifiku biss. It-trasportaturi bl-ajru u l-inġenji ta' l-ajru kkonċernati huma: Krasnoyarsk Airlines: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip Boeing B737 (EI-DNH/DNS/DNT/CBQ/CLŻ/CLW), B-757 (EI-DUA/DUD/DUC/DUE), B-767 (EI-DMP/DMH), Tupolev Tu-214 (RA-65508), u Tu-154M (RA-85720); Ural Airlines: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip Airbus A-320 (VP-BQY/BQZ), Tu-154M (RA-85807/85814/85833/85844); Gazpromavia: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip Falcon-900 (RA-09000/09001/09006/09008); Atlant-Soyuz: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip Boeing B-737 (VP-BBL/BBM), u Tu-154M (RA-85709/85740); UTAir: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip ATR-42 (VP-BCB/BCF/BPJ/BPK), Gulfstream IV (RA-10201/10202), u Tu-154M (RA-85805/85808); Kavminvodyavia: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip Tu-204 (RA-64022/64016), u Tu-154M (RA-85715/85826/85746); Kuban Airlines: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip Yak-42 (RA-42386/42367/42375); Air Company Yakutia: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip Tu-154M (RA-85700/85794) u B-757-200 (VP-BFI); Airlines 400: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip Tu-204 (RA-64018/64020). Barra minn hekk, skond dik id-deċiżjoni, ċerti trasportaturi bl-ajru ma jitħallewx joperaw lejn il-Komunità b'inġenji ta' l-ajru speċifiċi; it-trasportaturi bl-ajru u l-inġenji ta' l-ajru kkonċernati huma: Orenburg Airlines: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip Tu-154 (RA-85768) u B-737-400 (VP-BGQ); Air Company Tatarstan: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip Tu-154 (RA 85101 u RA-85109); Air Company Sibir: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip B-737-400 (VP-BTA); u Rossija: l-inġenji ta' l-ajru tat-tip Tu-154 (RA-85753 u RA-85835).

(43)

Fis-26 ta' Marzu 2008, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għarrfu lill-Kummissjoni li beħsiebhom ibiddlu d-deċiżjoni tagħhom tas-26 ta' Novembru 2007 fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-operat imposti fuq ċerti trasportaturi lliċenzjati fil-Federazzjoni Russa sabiex, b'effett mill-25 ta' April 2008, jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha fuq l-operat imposti qabel fuq it-trasportaturi kollha kkonċernati.

(44)

Fis-27 ta' Marzu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa ġew mistiedna mill-Kummissjoni jressqu lilha u lill-Kumitat tas-Sikurezza ta' l-Ajru l-evidenza ta' tagħrif li ta' min joqgħod fuqu dwar it-titjib fis-sistema interna ta' sorveljanza tat-trasportaturi kkonċernati rigward is-sikurezza tat-titjiriet tagħhom li qed twassalhom biex jaħsbu għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-operat imposti fuq it-trasportaturi bl-ajru kollha kkonċernati. Dawn impenjaw irwieħhom li jressqu dan it-tagħrif sa mhux aktar tard mid-9 ta' April 2008, u li, flimkien ma' kull trasportatur bl-ajru kkonċernat, li jagħmlu preżentazzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri rigward is-sitwazzjoni tas-sikurezza ta' dawn it-trasportaturi bl-ajru qabel id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tagħhom. Fit-2 ta' April 2008, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa mpenjaw irwieħhom, quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza ta' l-Ajru, illi, jekk dan it-tagħrif jitressaq lill-Kummissjoni wara, huma jipposponu d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li beħsiebhom jieħdu, bi qbil mal-Kummissjoni.

(45)

Il-Kummissjoni se tqis id-deċiżjoni li beħsiebhom jieħdu l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa u beħsiebha tanalizza l-materjal li dawn l-awtoritajiet impenjaw ruħhom li jressqu fil-kuntest tal-pjanijiet ta' azzjonijiet korrettivi li kienu tressqu lill-Kummissjoni qabel mit-trasportaturi bl-ajru kkonċernati. Il-Kummissjoni beħsiebha tikkoordina r-riżultati ta' l-analiżi tagħha ma' l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa qabel id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li beħsiebha tittieħed imsemmija hawn fuq.

(46)

Sadanittant, id-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa tas-26 ta' Novembru 2007 għandhom jibqgħu fis-seħħ; b'hekk, l-operat lejn il-Komunità tat-trasportaturi msemmijin hawn fuq għandu jseħħ biss skond it-termini u l-kundizzjonijiet ipprovduti f'dik id-deċiżjoni u msemmijin fil-premessi 34 sa 36 tar-Regolament (KE) Nru 1400/2007.

(47)

Il-Kummissjoni beħsiebha tissorvelja l-ħidma tat-trasportaturi msemmijin hawn fuq, u tanalizza s-sitwazzjoni tagħhom tas-sikurezza fil-kuntest tar-riżultati tal-proċess imsemmi hawn fuq, bil-għan li tadotta, fejn ikun meħtieġ, mizuri xierqa sabiex tiżgura li l-istandards kollha rilevanti jkunu ggarantiti fil-Komunità, filwaqt li tqis id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

It-trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika Kirgiża

(48)

L-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża pprovdew lill-Kummissjoni b’evidenza ta' l-irtirar taċ-Ċertifikati ta’ Operatur ta’ l-Ajru tal-Galaxy Air għal raġunijiet ta’ sikurezza. Billi dan it-trasportatur, iċċertifikat fir-Repubblika Kirgiża, konsegwentement waqqaf l-attivitajiet tiegħu, għandu jitneħħa mill-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Ginea Ekwatorjali

(49)

Il-Kummissjoni rċeviet tagħrif li t-trasportatur Ceiba Intercontinental qed jopera servizzi kummerċjali taħt AOC maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Ekwatorjali u talbet lil dawn l-awtoritajiet jgħaddulha t-tagħrif rilevanti kollu dwar din il-kumpanija. L-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Ekwatorjali ma weġbux għat-talba tal-Kummissjoni.

(50)

Abbażi tal-kriterji komuni mniżżlin fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, it-trasportatur Ceiba Intercontinental għandu jkun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, u għaldaqstant għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

(51)

It-trasportatur bl-ajru Cronos Airlines, illiċenzjat fil-Ginea Ekwatorjali, ressaq dokumentazzjoni li fiha talab lill-Kummissjoni li jkun eskluż mill-Anness A, filwaqt li qal li l-inġenji ta' l-ajru li jopera huma mikrijin flimkien ma' l-ekwipaġġ (wet leased) fuq bażi ta' l-“ACMI” (l-inġenji ta' l-ajru, l-ekwipaġġ, il-manutenzjoni, l-assigurazzjoni) mingħand trasportatur illiċenzjat fir-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel.

(52)

Il-Kummissjoni tqis li d-dokumentazzjoni mressqa mill-Cronos Airlines ma tiġġustifkax it-tneħħija mill-Anness A. Madanakollu, it-trasportaturi bl-ajru kollha li huma inklużi fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji ta’ l-ajru mikrijin flimkien ma' l-ekwipaġġ mingħand trasportaturi bl-ajru li mhumiex suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk ikun hemm konformità ma' l-istandards rilevanti tas-sikurezza.

It-trasportaturi bl-ajru mis-Sważiland

(53)

L-awtoritajiet kompetenti tas-Sważiland talbu li t-trasportaturi Royal Swazi Airways Corporation u Scan Air Charter jiġu esklużi mill-Anness A għaliex dawn m'għadx għandhom aktar inġenji ta' l-ajru u għaldaqstant m'hu qed joperaw l-ebda servizz. Barra minn hekk, huma talbu li t-trasportatur Swaziland Airlink jitneħħa mill-Anness A għaliex dan jopera servizzi b'inġenji ta' l-ajru ċċertifikati u miżmuma u b’ekwipaġġ illiċenzjat fir-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel. L-awtoritajiet kompetenti tas-Sważiland jivvalidaw iċ-ċertifikati, l-approvazzjonijiet u l-liċenzji kkonċernati.

(54)

Fir-rigward tar-Royal Swazi Airways Corporation u ta' l-iScan Air Charter, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-irtirar mill-Anness A mhux iġġustifikat, għaliex m'hemm l-ebda evidenza li dawn it-trasportaturi m'għadhomx jeżistu. Fir-rigward tat-trasportatur Swaziland Airlink, il-Kummissjoni tqis li l-irtirar mill-Anness A mhux iġġustifikat. Madanakollu, it-trasportaturi bl-ajru kollha li huma inklużi fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji ta’ l-ajru mikrijin flimkien ma' l-ekwipaġġ mingħand trasportaturi bl-ajru li mhumiex suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk ikun hemm konformità ma' l-istandards rilevanti tas-sikurezza.

Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika ta’ l-Indoneżja

(55)

Fil-25 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet pjan ġdid ta' azzjonijiet imħejji mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Indoneżja li mehmuż miegħu ma kellux id-dokumentazzjoni ta' appoġġ li tagħti xhieda ta' l-implimentazzjoni tiegħu, u li juri li, qabel Settembru 2008, mhix prevista t-tlestija ta' għadd ta' passi importanti. Dan it-tagħrif ma jurix li f'dan l-istadju l-awtoritajiet nazzjonali għandhom il-ħila jiżguraw is-sorveljanza tat-trasportaturi kollha li jiċċertifikaw, inkluż tal-kumpanija Garuda.

(56)

Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi għajnuna teknika lill-Indoneżja u tappoġġa bil-kbir l-isforzi tagħha sabiex jiġu implimentati l-miżuri meħtieġa sabiex ikun żgurat li s-sikurezza tkun iggarantita.

(57)

Madanakollu, dal-ħin, il-Kummissjoni tqis li dawn l-awtoritajiet ma wrewx li lestew l-azzjonijiet korrettivi proposti sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità ma' l-istandards rilevanti tas-sikurezza u li, għaldaqstant, l-ebda wieħed mit-trasportaturi Indoneżjani ma jista’ jitneħħa mil-lista Komunitarja f'dan l-istadju sakemm kemm dan it-trasportatur kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu juru li huma konformi ma' l-istandards ta' l-ICAO.

Garuda Indonesia Airline

(58)

Fl-10 u t-18 ta' Marzu 2008, it-trasportatur Garuda Indonesia Airline ressaq lill-Kummissjoni dokumentazzjoni estensiva, li tinkludi t-tweġibiet tal-kumpanija għall-osservazzjonijiet li għamel it-tim ta' esperti tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri waqt il-missjoni tiegħu mwettqa mill-5 sad-9 ta' Novembru 2007. Din id-dokumentazzjoni ġiet analizzata bir-reqqa mill-Kummissjoni, li talbet li jitressaq tagħrif kumplimentari sabiex titlesta l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-kumpanija Garuda. It-trasportatur impenja ruħu li jressaq dan it-tagħrif mingħajr dewmien.

(59)

Fit-28 ta' Marzu 2008, it-trasportatur għamel ukoll talba formali sabiex, fil-laqgħa li kien imiss, jippreżenta l-kummenti tiegħu bil-fomm lill-Kumitat tas-Sikurezza ta' l-Ajru, u, sussegwentement, dan instema' fit-3 ta' April 2008.

(60)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri qiesu li t-trasportatur mexa 'l quddiem fl-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet korrettivi sabiex jagħmel tajjeb għall-osservazzjonijiet imressqa mit-tim fir-rapport dwar il-missjoni tiegħu. Madanakollu, huma qiesu wkoll li, sabiex ikun hemm konformità ma' l-istandards ta' l-ICAO, l-azzjonijiet korrettivi jeħtieġ li jitkomplew u jitlestew f'għadd ta' oqsma, fost l-oħrajn fit-tagħmir tal-flotta kollha tal-Boeing 737 bis-sistema ta' l-EGPWS – is-sistema tat-twissija għall-viċinanza ta' l-art (Enhanced Ground Proximity Warning System), fl-implimentazzjoni tas-sorveljanza tad-data dwar it-tijiriet għall-flotta kollha tat-trasportatur, kif ukoll fit-titjib meħtieġ tas-sistemi interni ta' kontroll tiegħu.

(61)

Fil-kuntest tal-kunsiderazzjonijiet imressqin fil-premessi 55 sa 60, il-Kummissjoni tqis li t-trasportatur bl-ajru Garuda Indonesia Airline għadu ma jistax jitneħħa mill-Anness A.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar it-trasportaturi l-oħrajn inklużi fl-Annessi A u B

(62)

L-ebda evidenza ma ġiet ikkomunikata s’issa lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-azzjonijiet xierqa ta' rimedju mit-trasportaturi l-oħrajn inklużi fil-lista Komunitarja, aġġornata fit-28 ta' Novembru 2007, u mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ta' dawn it-trasportaturi bl-ajru, minkejja li l-Kummissjoni ressqet talbiet speċifiċi għal dan. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qiegħed jitqies li dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom ikomplu jkunu suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat (Anness A) jew għal restrizzjonijiet fuq l-operat (Anness B), skond xi jkun il-każ.

(63)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza ta' l-Ajru.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A huwa mibdul bl-Anness A ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness B huwa mibdul bl-Anness B ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1400/2007 (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 12).

(3)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 787/2007 ta' l-4 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 10).

(5)  Ir-rapporti tas-SAFA: ACG-2007-36; ACG-2007-43; ACG-2007-56; ACG-2007-150; ACG-2007-205; ACG-2008-42; DGCATR-2007-374; LBA/D-2008-95; LBA/D-2008-117; LBA/D-2008-121; CAO-2007-57; LBA/D-2007-292; MOTLUX-2008-2; CAALAT-2007-14; DGAC-E-2006-801; LBA/D-2007-29; LBA/D-2008-114; LBA/D-2008-120; CAA-NL-2007-137; ENAC-IT-2006-389; LBA/D-2006-684; RCAARO-2006-46; RCAARO-2007-118; ENAC-IT-2007-322; ENAC-IT-2007-432; RCAARO-2006-38; RCAARO-2007-58.

(6)  LBA/D-2008-117, LBA/D-2008-121, MOTLUX-2008-2, BUL-2008-3, LBA/D-2008-114, LBA/D-2008-120.

(7)  CAA-UK-2008-8.

(8)  DGAC/F-2008-152.


ANNESS A

IL-LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat ta' Operatur ta' l-Ajru (l-AOC) jew tal-Liċenzja ta' l-Operat

In-numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-ICAO għal-linja ta' l-ajru

L-istat ta' l-operatur

AIR KORYO

Mhux magħruf

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (id-DPRK)

AIR WEST CO. LTD

004/A

AWZ

Is-Sudan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

009

AFG

L-Afganistan

MAHAN AIR

FS 105

IRM

Ir-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran

SILVERBACK CARGO FREIGHTERS

Mhux magħruf

VRB

Ir-Rwanda

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

L-Angola

UKRAINE CARGO AIRWAYS

145

UKS

L-Ukraina

UKRAINIAN MEDITERRANEAN AIRLINES

164

UKM

L-Ukraina

VOLARE AVIATION ENTREPRISE

143

VRE

L-Ukraina

It-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

AFRICA ONE

409/CAB/MIN/TC/0114/2006

CFR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

AFRICAN AIR SERVICES COMMUTER SPRL

409/CAB/MIN/TC/0005/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

AIGLE AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0042/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

AIR BENI

409/CAB/MIN/TC/0019/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

AIR BOYOMA

409/CAB/MIN/TC/0049/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

AIR INFINI

409/CAB/MIN/TC/006/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TC/0118/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

AIR NAVETTE

409/CAB/MIN/TC/015/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

AIR TROPIQUES S.P.R.L.

409/CAB/MIN/TC/0107/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

BEL GLOB AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0073/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

BLUE AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0109/2006

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

BRAVO AIR CONGO

409/CAB/MIN/TC/0090/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

BUSINESS AVIATION S.P.R.L.

409/CAB/MIN/TC/0117/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

BUTEMBO AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0056/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

CARGO BULL AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0106/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

CETRACA AVIATION SERVICE

409/CAB/MIN/TC/037/2005

CER

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

CHC STELLAVIA

409/CAB/MIN/TC/0050/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

COMAIR

409/CAB/MIN/TC/0057/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TC/0111/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

DOREN AIR CONGO

409/CAB/MIN/TC/0054/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

EL SAM AIRLIFT

409/CAB/MIN/TC/0002/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

ESPACE AVIATION SERVICE

409/CAB/MIN/TC/0003/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

FILAIR

409/CAB/MIN/TC/0008/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

FREE AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0047/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

GALAXY INCORPORATION

409/CAB/MIN/TC/0078/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

GOMA EXPRESS

409/CAB/MIN/TC/0051/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TC/0023/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

GREAT LAKE BUSINESS COMPANY

409/CAB/MIN/TC/0048/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

HEWA BORA AIRWAYS (HBA)

409/CAB/MIN/TC/0108/2006

ALX

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

I.T.A.B. — INTERNATIONAL TRANS AIR BUSINESS

409/CAB/MIN/TC/0022/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

KATANGA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0088/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

KIVU AIR

409/CAB/MIN/TC/0044/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

LIGNES AÉRIENNES CONGOLAISES

Firma ministerjali (ordinanza 78/205)

LCG

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

MALU AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0113/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

MALILA AIRLIFT

409/CAB/MIN/TC/0112/2006

MLC

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0007/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

PIVA AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0001/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

RWAKABIKA BUSHI EXPRESS

409/CAB/MIN/TC/0052/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

SAFARI LOGISTICS SPRL

409/CAB/MIN/TC/0076/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

SAFE AIR COMPANY

409/CAB/MIN/TC/0004/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

SERVICES AIR

409/CAB/MIN/TC/0115/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

SUN AIR SERVICES

409/CAB/MIN/TC/0077/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

TEMBO AIR SERVICES

409/CAB/MIN/TC/0089/2006

Mhux magħruf

Democratic Republic of Congo (RDC)

THOM'S AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0009/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

TMK AIR COMMUTER

409/CAB/MIN/TC/020/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

TRACEP CONGO

409/CAB/MIN/TC/0055/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

TRANS AIR CARGO SERVICE

409/CAB/MIN/TC/0110/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

TRANSPORTS AERIENS CONGOLAIS (TRACO)

409/CAB/MIN/TC/0105/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

VIRUNGA AIR CHARTER

409/CAB/MIN/TC/018/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

WIMBI DIRA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0116/2006

WDA

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

ZAABU INTERNATIONAL

409/CAB/MIN/TC/0046/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-RDC)

It-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

 

Il-Ginea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

Mhux magħruf

CEL

Il-Ginea Ekwatorjali

EUROGUINEANA DE AVIACION Y TRANSPORTES

2006/001/MTTCT/DGAC/SOPS

EUG

Il-Ginea Ekwatorjali

GENERAL WORK AVIACION

002/ANAC

m/a

Il-Ginea Ekwatorjali

GETRA — GUINEA ECUATORIAL DE TRANSPORTES AEREOS

739

GET

Il-Ginea Ekwatorjali

GUINEA AIRWAYS

738

m/a

Il-Ginea Ekwatorjali

UTAGE — UNION DE TRANSPORT AEREO DE GUINEA ECUATORIAL

737

UTG

Il-Ginea Ekwatorjali

It-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ l-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

 

L-Indoneżja

ADAM SKY CONNECTION AIRLINES

121-036

DHI

L-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

L-Indoneżja

AIRFAST INDONESIA

135-002

AFE

L-Indoneżja

ASCO NUSA AIR TRANSPORT

135-022

Mhux magħruf

L-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

Mhux magħruf

L-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

Mhux magħruf

L-Indoneżja

BALAI KALIBRASI FASITAS PENERBANGAN

135-031

Mhux magħruf

L-Indoneżja

CARDIG AIR

121-013

Mhux magħruf

L-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

L-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

L-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

Mhux magħruf

L-Indoneżja

DIRGANTARA AIR SERVICE

135-014

DIR

L-Indoneżja

EASTINDO

135-038

Mhux magħruf

L-Indoneżja

EKSPRES TRANSPORTASI ANTAR BENUA

121-019

Mhux magħruf

L-Indoneżja

EKSPRES TRANSPORTASI ANTAR BENUA

135-032

Mhux magħruf

L-Indoneżja

GARUDA INDONESIA

121-001

GIA

L-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

L-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA

121-009

AWQ

L-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

135-017

IDA

L-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

L-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

L-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

Mhux magħruf

L-Indoneżja

LION MENTARI ARILINES

121-010

LNI

L-Indoneżja

MANDALA AIRLINES

121-005

MDL

L-Indoneżja

MANUNGGAL AIR SERVICE

121-020

Mhux magħruf

L-Indoneżja

MEGANTARA AIRLINES

121-025

Mhux magħruf

L-Indoneżja

MERPATI NUSANTARA

121-002

MNA

L-Indoneżja

METRO BATAVIA

121-007

BTV

L-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

L-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

L-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

135-001

PAS

L-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

L-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

L-Indoneżja

REPUBLIC EXPRES AIRLINES

121-040

RPH

L-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-016

RIU

L-Indoneżja

SAMPURNA AIR NUSANTARA

135-036

Mhux magħruf

L-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

L-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

L-Indoneżja

TRANS WISATA PRIMA AVIATION

121-017

Mhux magħruf

L-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

Mhux magħruf

L-Indoneżja

TRAVEL EXPRES AIRLINES

121-038

XAR

L-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

Mhux magħruf

L-Indoneżja

TRI MG INTRA AIRLINES

121-018

TMG

L-Indoneżja

TRI MG INTRA AIRLINES

135-037

TMG

L-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

L-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

135-005

TGN

L-Indoneżja

WING ABADI NUSANTARA

121-012

WON

L-Indoneżja

It-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR CENTRAL ASIA

34

AAT

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

ASIA ALPHA AIRWAYS

32

SAL

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

BISTAIR-FEZ BISHKEK

08

BSC

Ir-Repubblika Kirgiża

BOTIR AVIA

10

BTR

Ir-Repubblika Kirgiża

CLICK AIRWAYS

11

CGK

Ir-Repubblika Kirgiża

DAMES

20

DAM

Ir-Repubblika Kirgiża

EASTOK AVIA

15

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Kirgiża

ESEN AIR

2

ESD

Ir-Repubblika Kirgiża

GOLDEN RULE AIRLINES

22

GRS

Ir-Repubblika Kirgiża

INTAL AVIA

27

INL

Ir-Repubblika Kirgiża

ITEK AIR

04

IKA

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZ TRANS AVIA

31

KTC

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZSTAN AIRLINES

01

KGA

Ir-Repubblika Kirgiża

MAX AVIA

33

MAI

Ir-Repubblika Kirgiża

OHS AVIA

09

OSH

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP AVIATION

6

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY GATE INTERNATIONAL AVIATION

14

SGD

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

21

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TENIR AIRLINES

26

TEB

Ir-Repubblika Kirgiża

TRAST AERO

05

TSJ

Ir-Repubblika Kirgiża

It-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

Il-Liberja

It-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sjerra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

Is-Sjerra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħruf

RUM

Is-Sjerra Leone

BELLVIEW AIRLINES (S/L) LTD

Mhux magħruf

BVU

Is-Sjerra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħruf

DTY

Is-Sjerra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sjerra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħruf

ORJ

Is-Sjerra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħruf

PRR

Is-Sjerra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħruf

SVT

Is-Sjerra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sjerra Leone

It-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sważiland responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

Is-Sważiland

AERO AFRICA (PTY) LTD

Mhux magħruf

RFC

Is-Sważiland

JET AFRICA SWAZILAND

Mhux magħruf

OSW

Is-Sważiland

ROYAL SWAZI NATIONAL AIRWAYS CORPORATION

Mhux magħruf

RSN

Is-Sważiland

SCAN AIR CHARTER, LTD

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sważiland

SWAZI EXPRESS AIRWAYS

Mhux magħruf

SWX

Is-Sważiland

SWAZILAND AIRLINK

Mhux magħruf

SZL

Is-Sważiland


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness A jista' jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji ta’ l-ajru mikrijin flimkien ma' l-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità ma' l-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS B

IL-LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu

(u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru (l-AOC)

In-numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-ICAO għal-linja ta' l-ajru

L-istat ta' l-operatur

It-tip ta' inġenji ta' l-ajru

Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, fejn disponibbli, in-numru/i serjali tal-kostruzzjoni

L-istat tar-reġistrazzjoni

AIR BANGLADESH

17

BGD

Il-Bangladexx

B747-269B

S2-ADT

Il-Bangladexx

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Il-Komoros

Il-flotta kollha ħlief għad-:

LET 410 UVP

Il-flotta kollha ħlief għad-:

D6-CAM (851336)

Il-Komoros


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness B jista' jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji ta’ l-ajru mikrijin flimkien ma' l-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità ma' l-istandards rilevanti tas-sikurezza.


12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 102/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 332/2008

tal-11 ta' April 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 297/2003 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi,

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2003 (2) jipprevedi l-ftuħ u l-amministrazzjoni, fuq bażi multiannwali, ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti taċ-ċanga u tal-vitella. Ċertifikati ta’ awtentiċità li jixhdu li l-prodotti joriġinaw fiċ-Ċili għandhom jinħarġu qabel l-importazzjoni ta' ċerti prodotti. L-isem ta’ l-awtorità li toħroġ dawn iċ-ċertifikati jinsab f’Anness III ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li l-Anness III jista’ jiġi rivedut jekk tinħatar awtorità ġdida għall-ħruġ taċ-ċertifikati.

(2)

Iċ-Ċili nnotifika lill-Kummissjoni li ħatar entità ġdida li se tkun awtorizzata li toħroġ ċertifikati ta' awtentiċità mill-1 ta' Lulju 2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u tal-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 297/2003 huwa sostitwit mill-Anness għal dan ir-Regolament

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 98/2008 (ĠU L 29, 2.2.2008, p. 5). Ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 se jiġi mibdul bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) b'seħħ mill-1 ta’ Lulju 2008.

(2)  ĠU L 43, 18.2.2003, p. 26. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 567/2007 (ĠU L 133, 25.5.2007, p. 13).


ANNESS

“ANNESS III

L-entità awtorizzata miċ-Ċili għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ awtentiċità:

Asociación Gremial de Plantas Faenadoras Frigoríficas de Carnes de Chile

Teatinos 20 – Oficina 55

Santiago

Chile”


12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 102/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 333/2008

tal-11 ta’ April 2008

li jistabbilixxi l-limiti applikabbli għall-ammonti addizzjonali ta’ għajnuna li għandhom jitħallsu lill-Portugall fil-qafas tal-modulazzjoni volontarja pprovduta fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta’ pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 378/2007 stabbilixxa l-kundizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw, matul il-perjodu 2007-2012, tnaqqis (minn hawn 'il quddiem “modulazzjoni volontarja”) fl-ammonti kollha ta’ ħlasijiet diretti mogħtija fit-territorju tagħhom skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (2).

(2)

Il-Portugall iddeċieda li japplika l-modulazzjoni volontarja mis-sena 2008 'il quddiem, b'rata ta’ tnaqqis annwali ta’ 10 %.

(3)

Sabiex jiġu stabbilti l-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni volontarja u li se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Portugall bħala appoġġ Komunitarju għal miżuri fil-qafas ta’ l-ipprogrammar ta’ l-iżvilupp rurali, jeħtieġ li l-limiti applikabbli fil-Portugall jiġu stabbiliti għall-ammont totali ta’ għajnuna addizzjonali, imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007.

(4)

Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-limiti applikabbli fil-Portugall għall-ammont totali ta’ għajnuna addizzjonali, imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, huma kif ġej:

Sena kalendarja

(Miljuni ta’ EUR)

2008

20,4

2009

20,4

2010

20,4

2011

20,4

2012

20,4

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 293/2008 (ĠU L 90, 2.4.2008, p. 5).


12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 102/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 334/2008

tal-11 ta’ April 2008

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ppubblikax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi evokata għal perjodu ta' tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 275/2008 (ĠU L 85, 27.3.2008, p. 3).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott li għandu l-kompożizzjoni li ġejja (% bil-piż):

alkoħol etiliku

aktar minn 90,0

ilma

inqas minn 7,4

glikol ta’ l-etilene

1,3

butanun

1,3

Il-prodott huwa ppakkjat fi fliexken ta' litru u 3 litri u f'kontenituri ta' madwar 100 litru.

Skond l-ippakkjar il-prodott jista’ jintuża, direttament jew miżjud bl-ilma, fost oħrajn bħala fluwidu kontra l-iffriżar jew fluwidu għat-tneħħija tas-silġ.

2207 20 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 2207 u 2207 20 00 .

Iż-żieda ta’ butanun, u b’ammont inqas ta’ glikol ta’ l-etilene, jirrendi l-prodott mhux tajjeb għall-konsum uman iżda mhux għal għanijiet industrijali.

Il-perċentwal baxx ta’ glikol ta’ l-etilene ma jagħtix lill-prodott il-karattru ta’ fluwidu ta’ kontra l-iffriżar jew ta’ fluwidu għat-tneħħija tas-silġ ta’ titlu 3820 .

Għalhekk il-prodott għandu jkun ikklassifikat bħala alkoħol etiliku denaturizzat tal-kodiċi tan-NM 2207 20 00 .


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 102/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2005/779/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni għas-saħħa ta’ l-annimali kontra l-marda vexxikolari tal-ħnieżer fl-Italja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1092)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/297/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intraKomunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jitlesta s-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi,

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/779/KE tat-8 ta’ Novembru 2005 dwar miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali kontra l-marda vexxikolari tal-ħnieżer fl-Italja (2) ġiet adottata bi tweġiba għall-preżenza ta’ din il-marda fl-Italja. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali fir-rigward tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer għal reġjuni ta’ dan l-Istat Membru li huma rikonoxxuti bħala ħielsa mill-marda vexxikolari tal-ħnieżer u għal dawk li mhumiex rikonoxxuti bħala ħielsa minn din il-marda.

(2)

Wara tifqigħat tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer fl-Italja matul l-2007 f’ċerti provinċji li jinsabu f’reġjuni rikonoxxuti bħala ħielsa minn din il-marda, dan l-Istat Membru ħa miżuri skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (3).

(3)

Barra minn hekk, l-Italja ssospendiet l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ dawn il-provinċji fejn ir-riskju ta’ tixrid ulterjuri tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer huwa probabbli. L-Italja pprojbiet ukoll il-moviment ta’ ħnieżer minn dawn il-provinċji lejn reġjuni oħra ta’ l-Italja u lejn Stati Membri oħra.

(4)

Dawn il-miżuri li ttieħdu mill-Italja wrew li kienu effettivi. Huwa għalhekk xieraq li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2005/779/KE biex isiru provvedimenti għas-sospensjoni ta’ l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ provinċja li tinsab f’reġjun rikonoxxut baħal ħieles mill-marda vexxikolari tal-ħnieżer, biex l-Italja tkun tista’ twieġeb b’mod rapidu u trasparenti fil-każ ta’ xi tifqigħat ta’ din il-marda f’reġjuni rikonoxxuti bħala ħielsa minn din il-marda. Il-possibbiltà ta’ sospensjoni għandha għalhekk tkun limitata fiż-żmien u, jekk ir-riskju jkompli wara li jiskadi l-perjodu stabbilit, għandha tittieħed Deċiżjoni skond l-Artikolu 10(4) id-Direttiva 90/425/KEE.

(5)

Barra minn hekk, iċ-ċentri ta’ assemblaġġ għall-ħnieżer ħafna drabi huma sors primarju għat-tixrid tal-mard vexxikolari tal-ħnieżer. Għaldaqstant, l-Italja ħadet miżuri biex ittejjeb il-kontroll tal-movimenti ta’ ħnieżer minn ċentri ta’ assemblaġġ u biex tipprevjeni kull tixrid possibbli ta’ din il-marda. Dawn il-miżuri, fir-rigward tas-sorveljanza taċ-ċentri ta’ assemblaġġ għall-ħnieżer, u b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ittestjar u t-teħid ta’ kampjuni li għandhom jitwettqu, għandhom għalhekk jiżdiedu.

(6)

Id-Deċiżjoni 2005/779/KE għalhekk għandha tkun emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/779/KE hi emendata kif ġej:

(1)

L-intestatura tal-Kapitolu II qed tinbidel b’dan li ġej:

 

“RIKONOXXIMENT TA’ REĠJUNI, PROVINĊJI U STABBILIMENTI FL-ITALJA BĦALA ĦIELSA MILL-MARDA VEXXIKOLARI TAL-ĦNIEŻER”

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 3a li jmiss:

“Artikolu 3a

Sospensjoni tar-rikonoxximent ta’ provinċji f’reġjun rikonoxxuti bħala ħielsa

1.   L-Italja għandha tiżgura li fejn isseħħ tifqigħa tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer fi provinċja f’reġjun rikonoxxuta bħala ħielsa mill-marda vexxikolari tal-ħnieżer, ir-rikonoxximent ta’ din il-provinċja bħala ħielsa mid-deni vexxikolari tal-ħnieżer jiġi sospiż minnufih sakemm l-oriġini ta’ l-infezzjoni ma tkunx stabbilita bħala tifqigħa sekondarja u l-inkjesta epidemjoloġika mwettqa skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tat-tifqigħa ma turix li hemm riskju insinifikanti ta’ tixrid ulterjuri ta’ din il-marda.

2.   Il-miżuri stipulati fl-Artikoli 7, 8 u 9 għandhom japplikaw għall-provinċja msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-Italja tista’ għal darba oħra tirrikonoxxi l-provinċja msemmija fil-paragrafu 1 bħala ħielsa mill-marda vexxikolari tal-ħnieżer jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

l-istabbilimenti kollha li jinsabu fil-provinċja għandhom ikunu ġew ippreżentati f’żewġ okkażjonijiet b’intervall ta’ 28 sa 40 jum, għal teħid ta’ kampjuni għal ittestjar seroloġiku fuq numru ta’ ħnieżer biżżejjed biex tkun individwata prevalenza ta’ marda vexxikolari tal-ħnieżer ta’ 5 % b’intervall ta’ affidabilità ta’ 95 %, u r-riżultati jkunu negattivi;

(b)

il-miżuri fiż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer fil-provinċja ma għadhomx ikunu applikati skond il-punt 7(3) u (4) u l-punt 8(3)(b) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 92/119/KEE;

(ċ)

ir-riżultati ta’ l-inkjesta epidemjoloġika mwettqa skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tat-tifqigħat tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer ma wrew l-ebda riskju ta’ tixrid ulterjuri ta’ din il-marda.

4.   L-Italja għandha tikkomunika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull miżura li ttieħdet skond il-paragrafi 1, 2 u 3 u tippubblika dawn il-miżuri. Is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taqbeż is-sitt xhur.”

(3)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 qed jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Fiċ-ċentri ta’ assemblaġġ għall-ħnieżer, it-teħid ta’ kampjuni għandu jitwettaq f’intervalli ta’ xahar:

(a)

għall-ittestjar seroloġiku fuq għadd ta’ ħnieżer biżżejjed biex tkun individwata l-prevalenza ta’ marda vexxikolari tal-ħnieżer ta’ 5 % b’intervall ta’ affidabilità ta’ 95 %;

(b)

għall-ittestjar viroloġiku ta’ feċi li għandhom jinġabru f’kull maqjel fejn jgħixu jew inżammu l-ħnieżer”

(4)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 qed jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Fiċ-ċentri ta’ assemblaġġ għall-ħnieżer, it-teħid ta’ kampjuni għandu jitwettaq f’intervalli ta’ xahar:

(a)

għall-ittestjar seroloġiku fuq għadd ta’ ħnieżer biżżejjed biex tkun individwata l-prevalenza ta’ marda vexxikolari tal-ħnieżer ta’ 5 % b’intervall ta’ affidabilità ta’ 95 %;

(b)

għall-ittestjar viroloġiku ta’ feċi li għandhom jinġabru f’kull maqjel fejn jgħixu jew inżammu l-ħnieżer.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(2)  ĠU L 293, 9.11.2005, p. 28. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/9/KE (ĠU L 7, 12.1.2007, p. 15).

(3)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 102/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/298/PESK

tas-7 ta’ April 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2001/80/PESK dwar l-istabbiliment tal-Persunal Militari ta’ l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Billi:

(1)

“Fit-22 ta’ Jannar 2001, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2001/80/PESK (1) (‘UMS’), it-termini ta’ referenza ta’ liema kienu stabbiliti fl-Anness tagħha.”

(2)

Fid-19 ta’ Novembru 2007 l-Kunsill approva sett ta’ erba’ miżuri biex titjieb il-kapaċità ta’ l-EUMS biex iwettaq ippjanar militari bikri fil-livell strateġiku għal operazzjonijiet immexxija mill-UE.

(3)

It-termini ta’ referenza ta’ l-EUMS għandhom jiġu emendati biex jiġu implimentati dawn il-miżuri, sakemm issir reviżjoni komprensiva tat-termini ta’ referenza wara evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri.

(4)

Barra minn hekk, it-termini ta’ referenza ta’ l-EUMS għandhom jirriflettu l-bidliet li ġew introdotti fl-istrutturi u l-proċeduri tal-Kunsill ta’ maniġġar ta’ kriżijiet minn meta t-termini ta’ referenza ġew emendati l-aħħar.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/80/KE għandha tiġi emendata wkoll biex tieħu kont ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali u għall-persunal militari ssekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (2),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2001/80/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-membri tal-Persunal Militari ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu soġġetti għal regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali u għall-persunal militari ssekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (*).

(*)  ĠU L 327, 13.12.2007, p. 10.”;"

(2)

L-Anness għandu jiġi sostitwit mill-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiedħal fis-seħħ mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 27, 30.1.2001, p. 7. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/395/PESK (ĠU L 132, 26.5.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 327, 13.12.2007, p. 10.


ANNESS

TERMINI ta’ REFERENZA U ORGANIZZAZZJONI TAL-PERSUNAL MILITARI ta’ L-UNJONI EWROPEA (EUMS) (*)

1.   Introduzzjoni

F'Ħelsinki, l-Istati Membri ta’ l-UE ddeċidew li jistabbilixxu fi ħdan il-Kunsill, korpi militari u politiċi ġodda u permanenti, li jippermettu lill-UE tassumi r-responsabbiltajiet tagħha għall-medda sħiħa ta’ prevenzjoni ta’ konflitti u kompiti ta’ maniġġar ta’ kriżijiet kif definiti fit-TUE. Kif previst fir-rapport ta’ Ħelsinki, l-EUMS, “fl-istrutturi tal-Kunsill jipprovdi kompetenza militari u appoġġ lis-CESDP, inkluża t-tmexxija ta’ operazzjonijiet militari ta’ maniġġar ta’ kriżijiet immexxija mill-UE”.

Waqt il-laqgħa tiegħu tat-12 u t-13 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew laqa' d-dokument intitolat “Difiża Ewropea, konsultazzjoni, ippjanar u operazzjonijiet NATO/UE”. Fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2004 l-Kunsill Ewropew approva l-proposti dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan id-dokument.

Fid-19 ta’ Novembru 2007 l-Kunsill laqa' r-rapport mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli (“SĠ/RGħ”) dwar il-kapaċità tal-Persunal Militari ta’ l-UE li jwettaq ippjanar bikri fil-livell strateġiku għal operazzjonijiet immexxijin mill-UE, kif mitlub mill-Kunsill f'Mejju 2007, u approva r-rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni, bħala pakkett, ta’ l-erba' miżuri, flimkien ma’ l-azzjonijiet identifikati fil-konsulenza militari.

Il-Mandat ta’ l-EUMS huwa definit kif ġej:

2.   Missjoni

Il-Persunal Militari għandu jipprovdi twissija bikrija, valutazzjoni tas-sitwazzjoni u ppjanar strateġiku għall-missjonijiet u l-kompiti msemmija fl-Artikolu 17(2) tat-TUE, inklużi dawk identifikati fl-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà.

Din tinkludi wkoll l-identifikazzjoni tal-forzi nazzjonali u multinazzjonali Ewropej u l-implimentazzjoni ta’ linji ta’ politika u d-deċiżjonijiet kif diretti mill-EUMC.

3.   Rwol

Hu l-fonti tal-kompetenza militari ta’ l-UE.

Jiżgura l-konnessjoni bejn l-EUMC min-naħa l-waħda u r-riżorsi militari disponibbli għall-UE min-naħa l-oħra, u jipprovdi kompetenza militari lill-korpi ta’ l-UE kif dirett mill-EUMC.

Iwettaq tliet funzjonijiet operattivi priċipali: twissija bikrija, valutazzjoni tas-sitwazzjoni u ppjanar strateġiku.

Iwettaq ippjanar bikri f'dettall suffiċjenti, inter alia, biex jippermetti lill-Istati Membri jivvalutaw il-kontributi ta’ forza potenzjali tagħhom u biex l-EUMS jipprovdi l-kompetenza adegwata tul il-proċess ta’ tfassil tad-deċiżjonijiet.

Jipprovdi kapaċità ta’ twissija bikrija. Jippjana, jivvaluta u jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-kunċett tal-maniġġar ta’ kriżijiet u l-istrateġija militari ġenerali u jimplimenta d-deċiżjonijiet u l-gwida ta’ l-EUMC.

Jappoġġa lill-EUMC fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u l-aspetti militari ta’ l-ippjanar strateġiku (1), fuq il-medda kollha ta’ missjonijiet u kompiti previsti fl-Artikolu 17(2) tat-TUE, inklużi dawk identifikati fl-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà, għall-każijiet kollha ta’ operazzjonijiet immexxija mill-UE, kemm jekk l-UE tieħu mill-assi u l-kapaċitajiet tan-NATO kif ukoll jekk le.

Jappoġġa (fuq talba tal-SĠ/RGħ jew tal-KPS) lil missjonijiet temporanji għal pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex jipprovdi, kif meħtieġ, konsulenza u assistenza dwar aspetti militari tal-prevenzjoni ta’ konflitti, maniġġar ta’ kriżijiet u stabbilizzazzjoni wara l-konflitt.

Jikkontribwixxi għall-proċess ta’ elaborazzjoni, valutazzjoni u reviżjoni tal-miri ta’ kapaċità, b'kont meħud tal-ħtieġa, għal dawk l-Istati Membri kkonċernati, biex tiġi żgurata koerenza mad-DPP tan-NATO u l-PARP tal-PfP skond proċeduri miftiehma.

Jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib ma’ l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea.

Ikun responsabbli għall-monitoraġġ, valutazzjoni u rakkomandazzjonijiet dwar it-taħriġ, l-eżerċizzji u l-interoperabbiltà, b'konnessjoni mal-forzi u l-kapaċitajiet li l-Istati Membri jqiegħdu għad-disponibbiltà ta’ l-UE.

Iżomm il-kapaċità biex jirrinforza l-Kwartieri Ġenerali (KĠ) nazzjonali magħżulin biex titmexxa operazzjoni awtonoma ta’ l-UE.

Ikun responsabbli li jiġġenera l-kapaċità li jippjana u jmexxi operazzjoni militari awtonoma ta’ l-UE, u jżomm il-kapaċità fi ħdan l-EUMS biex jiġi stabbilit rapidament ċentru ta’ operazzjonijiet għal operazzjoni speċifika, partikolarment fejn ikun meħtieġ rispons ċivili/militari konġunt u fejn ma jkun identifikat l-ebda KĠ nazzjonali, ladarba deċiżjoni dwar tali operazzjoni tkun ittieħdet mill-Kunsill, fuq parir ta’ l-EUMC.

4.   Kompiti

Jipprovdi kompetenza militari lis-SĠ/RGħ u lill-korpi ta’ l-UE, taħt it-tmexxija ta’ l-EUMC.

Jagħmel monitoraġġ tal-kriżijiet potenzjali billi jserraħ fuq kapaċitajiet ta’ intelligence nazzjonali u multinazzjonali adegwati.

Jikkollabora maċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni Konġunt fil-qasam ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni skond l-arranġament dwar il-Kapaċità Unika ta’ Analiżi ta’ l-Intelligence.

Iwettaq l-ippjanar militar bil-quddiem fuq il-livell strateġiku.

Iwettaq ippjanar bikri f'dettall suffiċjenti, inter alia, biex jippermetti lill-Istati Membri jivvalutaw il-kontributi ta’ forza potenzjali tagħhom u biex l-EUMS jipprovdi l-kompetenza adegwata flimkien mal-proċess ta’ tfassil tad-deċiżjonijiet.

Jidentifika u jelenka l-forzi nazzjonali u multinazzjonali Ewropej għal operazzjonijiet immexxija mill-UE kkoordinati man-NATO.

Jikkontribwixxi għall-iżvilupp u t-tħejjija (inkluż taħriġ u eżerċizzji) ta’ forzi nazzjonali u multinazzjonali li l-Istati Membri jqiegħdu għad-disponibbiltà ta’ l-UE. Il-modalitajiet tar-relazzjoni man-NATO huma ddefiniti fid-dokumenti rilevanti.

Jorganizza u jikkoordina l-proċeduri ma’ KĠ nazzjonali u multinazzjonali inklużi dawk il-KĠ tan-NATO disponibbli għall-UE, biex tiġi żgurata, safejn possibbli, il-kompatibbilità mal-proċeduri tan-NATO.

Jikkontribwixxi għall-aspetti militari tad-dimensjoni tal-PESD tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ kunċetti, duttrina, pjanijiet u proċeduri għall-użu ta’ assi u kapaċitajiet militari għal operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ konsegwenzi ta’ diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem.

Jipprogramma, jippjana, imexxi u jivvaluta l-aspetti militari tal-proċeduri ta’ maniġġar ta’ kriżijiet ta’ l-UE, inkluż l-eżerċizzju tal-proċeduri UE/NATO.

Jipparteċipa fl-estimu finanzjarju ta’ operazzjonijiet u eżerċizzji.

Jagħmel kollegament mal-KĠ nazzjonali u l-KĠ multinazzjonali tal-forzi multinazzjonali.

Jistabbilixxi relazzjonijiet permanenti man-NATO skond l-“arranġamenti permanenti UE/NATO”.

Jospita Grupp ta’ Kollegament man-NATO fl-EUMS u jżomm Ċellola ta’ l-UE f'SHAPE skond ir-Rapport tal-Presidenza dwar il-PESD adottat mill-Kunsill fit-13 ta’ Diċembru 2004.

Jistabbilixxi relazzjonijiet adatti ma’ korrispondenti identifikati fin-NU kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, inklużi l-OSKE u l-UA, soġġett għal qbil minn dawn l-organizzazzjonijiet.

Jikkontribwixxi għall-proċess meħtieġ ta’ analiżi mill-esperjenza miksuba.

Iwettaq ippjanar strateġiku ta’ kontinġenza fuq l-inizjattiva tal-SĠ/RGħ jew tal-KPS.

Jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ korp ta’ duttrina/kunċetti, permezz ta’ l-esperjenza miksuba minn operazzjonijiet u eżerċizzji ċivili/militari.

Jipprepara kunċetti u proċeduri għaċ-Ċentru Operattiv ta’ l-UE u jiżgura d-disponibbilità u l-prontezza tal-persunal, il-faċilitajiet u t-tagħmir taċ-ċentru operattiv għal operazzjonijiet, eżerċizzji u taħriġ.

Iwettaq manutenzjoni, aġġornament u sostituzzjoni tat-tagħmir taċ-Ċentru Operattiv ta’ l-UE u jwettaq manutenzjoni ta’ l-istallazzjonijiet.

a)   Kompiti addizzjonali f'sitwazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet

Jitlob u jipproċessa informazzjoni speċifika mill-organizzazzjonijiet ta’ l-intelligence u informazzjoni rilevanti oħra mis-sorsi kollha disponibbli.

Jappoġġa lill-EUMC fil-kontributi tiegħu għal Gwida dwar Ippjanar Inizjali u Direttivi ta’ Ppjanar tal-KPS.

Jiżviluppa u jipprijoritizza l-għażliet strateġiċi militari bħala l-bażi għall-konsulenza militari mogħtija mill-EUMC lill-KPS permezz ta':

id-definizzjoni ta’ għażliet inizjali wesgħin;

l-użu, kif adatt, ta’ l-appoġġ għall-ippjanar minn sorsi esterni li janalizzaw u jiżviluppaw iktar dawn l-għażliet f'iktar dettall;

il-valutazzjoni tar-riżultati ta’ din il-ħidma iktar dettaljata u l-ikkummissjonar ta’ ħidma oħra li tista’ tkun meħtieġa;

il-preżentazzjoni ta’ stima ġenerali, b'indikazzjoni tal-prijoritajiet u r-rakkomadazzjonijiet kif meħtieġ, lill-EUMC;

Jidentifika f'koordinazzjoni ma’ persunal ta’ ppjanar nazzjonali u, skond il-ħtieġa, in-NATO, il-forzi li jistgħu jipparteċipaw f'operazzjonijiet possibbli mmexxija mill-UE.

Jassisti lill-kmandant ta’ l-operazzjoni fi skambji tekniċi ma’ pajjiżi terzi li joffru kontributi militari lil operazzjoni mmexxija mill-UE, u fit-tħejjija tal-konferenza tal-ġenerazzjoni ta’ forza.

Ikompli jagħmel monitoraġġ ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

Fuq talba mid-DG E lid-DGEUMS, jipprovdi assistenza għall-ippjanar strateġiku politiku-militari ta’ rispons għal kriżijiet imwettaq taħt ir-responsabbiltà tad-DG E (tħejjija ta’ CMC, azzjoni konġunta…).

Fuq talba mid-DG E lid-DGEUMS, jipprovdi assistenza għall-ippjanar ta’ rispons għal kriżijiet fil-livell strateġiku (Missjonijiet ta’ Sejbien tal-Fatti, CMC) imwettaq taħt ir-responsabbiltà tad-DGE.

Jikkontribwixxi għall-ippjanar strateġiku ta’ rispons għal kriżi għal operazzjonijiet ċivili/militari konġunti permezz ta’ l-iżvilupp ta’ għażliet strateġiċi kif previsti fi proċeduri ta’ maniġġar ta’ kriżijiet. Dan l-ippjanar jaqa' taħt ir-responsabbiltà diretta tal-DGEUMS u d-DCPCC u l-awtorità ġenerali tas-SĠ/RGħ.

Fuq talba mid-DCPCC lid-DGEUMS, jipprovdi assistenza għall-ippjanar ta’ rispons għal kriżijiet fil-livell strateġiku u operattiv għal missjonijiet ċivili imwettqa taħt ir-responsabbiltà tad-DCPCC.

b)   Kompiti addizzjonali matul l-operazzjonijiet

L-EUMS jipprovdi, permezz tal-“Kapaċità ta’ Għassa”, kapaċità ta’ 24 siegħa kuljum, sebat'ijiem fil-ġimgħa, ta’ monitoraġġ fuq il-missjonijiet u l-operazzjonijiet kollha tal-PESD biex jiżgura l-passaġġ ta’ informazzjoni speċifika għal operazzjoni b'mod sistematiku.

L-EUMS, li jaġixxi taħt id-direzzjoni tal-EUMC, jagħmel monitoraġġ kontinwu ta’ l-aspetti militari kollha ta’ l-operazzjonijiet. Hu jwettaq analiżi strateġika f'kollegament mal-kmandant ta’ l-operazzjoni magħżul biex jappoġġa lill-EUMC fir-rwol konsultattiv tiegħu lill-KPS responsabbli mit-tmexxija strateġika.

Fid-dawl ta’ żviluppi politiċi u operattivi, huwa jipprovdi lill-EUMC għażliet ġodda bħala bażi għall-konsulenza militari ta’ l-EUMC lill-KPS.

Jikkontribwixxi għan-nukleu ewlieni rinforzat, u għal tkabbir ulterjuri, kif meħtieġ, taċ-Ċentru Operattiv ta’ l-UE.

Jipprovdi n-nukleu ċentrali permanenti taċ-Ċentru Operattiv ta’ l-UE.

Jassisti fil-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet ċivili. Tali operazzjonijiet huma ppjanati u mwettqa taħt l-awtorità tad-DCPCC. Jassisti fl-ippjanar, l-appoġġ (inkluż l-użu possibbli ta’ mezzi militari) u t-twettiq ta’ operazzjonijiet ċivili (il-livell strateġiku jibqa' mad-DGE IX).

5.   Organizzazzjoni

L-EUMS jaħdem taħt id-direzzjoni militari ta’ l-EUMC, li lilu jirrapporta.

Hu dipartiment tas-Segretarjat tal-Kunsill marbut direttament mas-SĠ/RGħ u jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma’ dipartimenti oħrajn tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Hu mmexxi mid-DGEUMS, ġeneral bi 3-stilel.

Huwa magħmul minn persunal sekondat mill-Istati Membri li jaġixxi f'kapaċità internazzjonali, skond ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali u l-persunal militari sekondat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, kif ukoll minn uffiċjali mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-uffiċjali ssekondati mill-Kummissjoni. Bil-għan li jitjieb il-proċess ta’ l-għażla ta’ l-EUMS, l-Istati Membri huma mħeġġa jippreżentaw iktar minn kandidat wieħed għal kull post li ssir applikazzjoni għalih.

Sabiex ikun jista’ jlaħħaq mal-firxa kollha ta’ missjonijiet u kompiti, l-EUMS hu organizzat kif stabbilit fl-Appendiċi “A”.

F'sitwazzjonijiet jew eżerċizzji ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, l-EUMS jista’ tistabbilixxi Skwadri ta’ Ppjanar u Amministrazzjoni, li jibnu fuq il-kompetenza, il-persunal u l-infrastruttura tiegħu. Barra minn dan, huwa jista', jekk meħtieġ, jitlob permezz ta’ l-EUMC persunal għal żieda temporanja mill-Istati Membri ta’ l-UE.

L-EUMC jipprovdi gwida permezz tad-DGEUMS, dwar l-attivitajiet militari mwettqa mill-EUMS fil-qafas ta’ maniġġar ċivili ta’ kriżijiet. Kontributi mill-EUMS għall-aspetti ċivili tal-maniġġar ta’ kriżijiet jibqgħu taħt ir-responsabbiltà funzjonali tad-DGE IX għall-attivitajiet kollha (ippjanar, Missjonijiet ta’ Sejbien tal-Fatti eċċ.) sa, u inkluż, l-iżvilupp tas-CMC u, fejn adatt, CSO/PSOs. Ladarba tittieħed deċiżjoni biex titnieda missjoni, dawn il-kontributi jaqgħu taħt ir-responsabbiltà funzjonali tad-DCPCC. Rappurtar dwar dawn l-attivitajiet lis-CIVCOM isir skond proċeduri stabbiliti dwar l-aspetti ċivili ta’ maniġġar ta’ kriżijiet.

6.   Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

Ir-relazzjonijiet bejn l-EUMS, u l-membri Ewropej tan-NATO li mhumiex fl-UE, Stati terzi oħrajn, u l-kandidati għall-adeżjoni fl-UE huma definiti fid-dokumenti rilevanti dwar ir-relazzjonijiet ta’ l-UE ma’ pajjiżi terzi.


(*)  Għat-taqsir tal-kliem f'kull parti ta’ dan id-dokument, ara Appendiċi B.

(1)  Definizzjonijiet:

 

Ippjanar strateġiku: Attivitajiet ta’ ppjanar li jibdew hekk kif tkun idenitifikata kriżi, jew kif titfaċċa kriżi u jintemmu meta l-awtoritajiet politiċi ta’ l-UE japprovaw għażla strateġika militari jew sett ta’ għażliet strateġiċi militari. Il-proċess strateġiku jinkludi valutazzjoni tas-sitwazzjoni militari, definizzjoni ta’ qafas tal-POL/MIL u żvilupp ta’ l-għażliet strateġiċi militari.

 

Għażla Strateġika Militari: azzjoni militari possibbli maħsuba sabiex tikseb l-għanijiet tal-POL/MIL kif elenkati fil-qafas tal-POL/MIL. Għażla strateġika militari tiddeskrivi b'mod ġenerali s-soluzzjoni militari, ir-riżorsa meħtieġa u l-limitazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet dwar l-għażla tal-Kmandant ta’ l-Operazzjonijiet u l-KĠO.

Appendiċi A

ORGANIZZAZZJONI ĠENERALI TA' L-EUMS

Image

Appendiċi B

ABBREVJAZZJONIJIET

A

ADMIN Fergħa ta' l-Amministrazzjoni

AU Unjoni Afrikana

C

CESDP Politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni

CEUMC President tal-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea

CPCC Kapaċità Ċivili ta' Ppjanar u Tmexxija

CIS Taqsima tas-Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni

CIS POL/REQ Politika u Ħtiġiet ta' Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informatika

CIV/MIL CELL Ċellola Ċivili/Militari

CIV/MIL STRAT PLAN Fergħa ta' l-Ippjanar Strateġiku taċ-Ċellola Ċivili/Militari

CIVCOM Kumitat għall-Aspetti Ċivili tal-Maniġġar ta' Kriżijiet

CMC Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżijiet

CMC SPT Appoġġ lill-President tal-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea

COMMS & IS Direttorat tas-Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni

CONOPS Kunċett ta' Operazzjonijiet

CRISIS RESP/CURRENT OPS Fergħa ta' Rispons għall-Kriżijiet u Operazzjonijiet Attwali

CSO Għażla Strateġika Militari

D

DDG Viċi Direttur Ġenerali

DGEUMS Direttur Ġenerali tal-Persunal Militari ta' l-Unjoni Ewropea

DCPCC Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta' Ppjanar u Tmexxija

DPP Proċess ta' Ppjanar ta' Difiża

E

ESDP Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża

EUMC Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea

EUMS Persunal Militari ta' l-Unjoni Ewropea

EU CELL (SHAPE) Ċellola ta' l-Unjoni Ewropea f'SHAPE

EX/TRN/ANL Fergħa ta' Analiżi ta' l-Eżerċizzji u t-Taħriġ

I

INT POLICY Fergħa ta' Politika dwar l-Intelligence

INT PRODUCTION Fergħa ta' Produzzjoni dwar l-Intelligence

INT REQ Rekwiżit ta' l-Intelligence

IT SUPPORT Fergħa ta' Appoġġ għat-Teknoloġija ta' l-Informatika

K

KĠO Kwartieri Ġenerali ta' l-Operazzjonijiet

KPS Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

L

LEGAL Konsulent Legali

LOG POLICY Fergħa ta' Politika dwar il-Loġistika

M

MAP Fergħa ta' l-Ippjanar u l-Valutazzjoni Militari

O

OCPS Persunal Permanenti taċ-Ċentru ta' l-Operazzjonijiet

OHQ (ara KĠO)

OP CENTRE PERM STAFF Persunal Permanenti taċ-Ċentru ta' l-Operazzjonijiet

OLPAN Pjan ta' l-Operazzjonijiet

OPSCEN Ċentru ta' l-Operazzjonijiet

OSCE (ara OSKE)

OSKE Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa

P

PARP Proċess ta' Ppjanar u Reviżjoni

PfP Sħubija għall-Paċi

POL Fergħa tal-Politika

PSC (ara KPS)

PSO Għażla Strateġika Militari

T

TUE Trattat dwar l-Unjoni Ewropea


12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 102/34


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/299/PESK

tas-7 ta’ April 2008

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK dwar l-istabbiliment ta’ l-Agenzija tad-Difiża Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Lulju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (1) (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”), li, fost affarijiet oħra, tipprevedi li d-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija, u d-Deputat tiegħu, għandhom jinħatru mill-Bord Direttiv ta’ l-Aġenzija fuq proposta mill-Kap ta’ l-Aġenzija u li għandhom jaġixxu taħt l-awtorità tal-Kap ta’ l-Aġenzija u f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Bord Direttiv.

(2)

Il-Bord Direttiv qabel fil-25 ta’ Settembru 2007 biex jirrakkomanda, f'konformità mar-rapport ippreżentat mill-Kap ta’ l-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK, skond l-Artikolu 27 tagħha, li l-Kunsill jemenda l-Azzjoni Konġunta msemmija fir-rigward tal-ħolqien ta’ tieni post ta’ Deputat Direttur Eżekuttiv u jordna reviżjoni oħra fl-2010.

(3)

Għaldaqstant l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(4)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Għalhekk id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-elaborazzjoni u l-adozzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u ma għandiex tkun marbuta biha,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Is-subparagrafu 1.5 ta’ l-Artikolu 91 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.5.

jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u ż-żewġ Deputati tiegħu;”;

(2)

Il-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 10 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Id-Direttur Eżekuttiv, u ż-żewġ Deputati tiegħu, għandhom jiġu maħtura mill-Bord Direttiv fuq proposta tal-Kap ta’ l-Aġenzija għal tlett snin. Il-Bord Direttiv jista’ jagħti estensjoni ta’ sentejn. Id-Direttur Eżekuttiv, u ż-żewġ Deputat tiegħu, għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kap ta’ l-Aġenzija u skond id-deċiżjonijiet tal-Bord Direttiv.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv, bl-għajnuna taż-żewġ Deputati tiegħu, għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza u l-effikaċja tax-xogħol ta’ l-Aġenzija. Huwa għandu jkun responsabbli għas-superviżjoni u l-koordinazzjoni ta’ l-unitajiet funzjonali, sabiex tiġi żgurata l-koerenza ġenerali tax-xogħol tagħhom. Huwa għandu jkun il-Kap tal-persunal ta’ l-Aġenzija.”;

(3)

L-Artikolu 27 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Klawżola ta’ reviżjoni

Il-Kap ta’ l-Aġenzija għandu jippreżenta, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010, rapport lill-Bord Direttiv dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ reviżjoni tagħha mill-Kunsill.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 245, 17.7.2004, p. 17.