ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 98

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
10 ta' April 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/2008 tad-9 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 323/2008 tat-8 ta’ April 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 324/2008 tad-9 ta’ April 2008 li jistabbilixxi proċeduri riveduti għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima ( 1 )

5

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/291/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tistipula lista ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jista' jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1005)  ( 1 )

11

 

 

2008/292/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ April 2008 li tistabbilixxi li, għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007, il-Baħar l-Iswed u s-sistemi tax-xmajjar marbutin miegħu ma jikkostitwixxux il-ħabitat naturali tas-sallura Ewropea (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1217)

14

 

 

2008/293/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/784/KE li tawtorizza metodi għall-klassifika ta' karkassi tal-majjali fi Franza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1235)

16

 

 

2008/294/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2008 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu ta’ l-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1256)  ( 1 )

19

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/295/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ servizzi għall-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità Ewropea (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1257)  ( 1 )

24

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 283/2008 tas-27 ta’ Marzu 2008 li jibdel l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika ( ĠU L 86, 28.3.2008 )

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 98/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 322/2008

tad-9 ta’ April 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

74,4

MA

52,8

TN

115,9

TR

101,4

ZZ

86,1

0707 00 05

EG

178,8

MA

43,7

TR

174,6

ZZ

132,4

0709 90 70

MA

88,0

TR

122,2

ZZ

105,1

0805 10 20

EG

53,4

IL

56,2

MA

52,8

TN

54,1

TR

64,5

US

51,9

ZZ

55,5

0805 50 10

AR

117,5

TR

137,3

ZA

125,5

ZZ

126,8

0808 10 80

AR

90,6

BR

77,2

CA

97,5

CL

87,1

CN

88,7

MK

52,8

NZ

123,0

US

117,8

UY

45,1

ZA

72,0

ZZ

85,2

0808 20 50

AR

87,7

CL

77,7

CN

53,0

UY

89,6

ZA

98,7

ZZ

81,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 98/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 323/2008

tat-8 ta’ April 2008

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ppubblikax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi evokata għal perjodu ta' tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 580/2007 (ĠU L 138, 30.05.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Oġġett tal-plastik flessibbli fil-forma ta' nuċċali li fih soluzzjoni kkulurita likwida bil-kompożizzjoni (% tal-volum) li ġejja:

ilma

40

glikol propiliniku

60

Dan il-prodott huwa maħsub biex itaffi l-uġigħ ta' ras meta jkun applikat mal-wiċċ wara li l-ewwel ikun tkessaħ fil-friġġ.

3824 90 97

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 3824 , 3824 90 u 3824 90 97 .

Is-soluzzjoni li tinsab fl-envelop tal-plastik tintuża bħala likwidu għat-tkessiħ u tagħti lill-prodott il-karattru essenzjali ta' preparazzjoni ta' titlu 3824 .

L-oġġett m'għandux effett terapewtiku jew profilattiku, fl-ambitu ta’ Kapitlu 30.

2.

Envelop magħmul minn folji tal-plastik li fih taħlita ta' ilma u żejt biex jiddaħħal fil-cups tal-malji jew tar-riċipetti.

3926 20 00

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 3926 u 3926 20 00 .

Peress li l-oġġett huwa maħsub biex jiddaħħal fil-cups tal-malji jew tar-riċipetti għan-nisa, fl-ambitu ta' titlu 3926 , huwa meqjus bħala aċċessorju ta' lbies ta’ subtitlu 3926 20 00

3.

Oġġett tat-tixju tad-drapp fil-forma ta' ċinturin, li fih frak ta’ qamħ komuni, li wara li jissaħħan fil-majkrowejv, jintuża biex itaffi l-uġigħ fil-parti ta' isfel tad-dahar.

1001 90 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 1001 , 1001 90 u 1001 90 99 .

Il-qamħ komuni li jinsab fiċ-ċinturin jintuża biex jittrasferixxi s-sħana miżmuma u jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu ta' ċereal ta' titlu 1001 .

L-oġġett m'għandux effett terapewtiku jew profilattiku, fl-ambitu ta’ Kapitlu 30.


10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 98/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 324/2008

tad-9 ta’ April 2008

li jistabbilixxi proċeduri riveduti għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 725/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil portijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (2), u b’mod partikolari l Artikolu 13(2) u 13(3) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex tkun immonitorjata l-applikazzjoni mill-Istati Membri tar Regolament (KE) Nru 725/2004, il-Kummissjoni għandha tmexxi spezzjonijiet li jibdew minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dak ir Regolament. L-organizzazzjoni ta' spezzjonijiet taħt is-superviżjoni tal Kummissjoni hija meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-effettività ta' sistemi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità kif ukoll ta’ miżuri, proċeduri u strutturi ta' sigurtà marittima.

(2)

Skond l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2005/65/KE, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva msemmija, b'mod konġunt ma' l-ispezzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 725/2004.

(3)

L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima mwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b'assistenza teknika fit-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ bastimenti, ta’ kumpaniji rilevanti u ta’ organizzazzjoniet ta’ sigurtà rikonoxxuti.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tikkoordina ma' l-Istati Membri l-iskeda u t-tħejjija ta' l-ispezzjonijiet. Il-gruppi ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni għandu jkollhom is-setgħa li jsejħu għal spetturi nazzjonali kkwalifikati, fejn ikunu disponibbli.

(5)

L-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom isiru skond proċedura stabbilita, li tinkludi metodoloġija standard.

(6)

L-informazzjoni sensittiva li għandha x'taqsam ma' l-ispezzjonijiet għandha tkun meqjusa bħala informazzjoni klassifikata.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2005 ta' l-10 ta’ Ġunju 2005 li jistabbilixxi proċeduri għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima (4) għandu jitħassar.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabilixxi proċeduri għat-tmexxija ta’ spezzjonijiet mill-Kummissjoni għall-monitoraġġ ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 mill-Istati Membri kif ukoll minn faċilitajiet ta’ portijiet individwali u kumpaniji rilevanti.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll proċeduri għall-monitoraġġ mill-Kummissjoni ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/65/KE, b'mod konġunt ma' l-ispezzjonijiet fuq il-livell ta’ l-Istati Membri u tal-faċilitajiet tal-portijiet fir-rigward ta’ portijiet kif imfissra fl-Artikolu 2(11) ta' dan ir-Regolament.

L-ispezzjonijiet għandhom jitmexxew b'mod trasparenti, effettiv, armonizzat u konsistenti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“spezzjoni mill-Kummissjoni” tfisser eżaminazzjoni minn spetturi tal-Kummissjoni tas-sistemi ta' kontroll tal-kwalità, il-miżuri, il-proċeduri u l-istrutturi nazzjonali ta' protezzjoni marittima, bil-għan li jiġu vverifikati l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 725/2004 u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/65/KE;

(2)

“spettur tal-Kummissjoni” tfisser persuna li tilħaq il-kriterji stipulati fl Artikolu 7, impjegata mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima jew minn spettur nazzjonali, u kkummissjonata mill-Kummissjoni biex tieħu sehem fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni;

(3)

“spettur nazzjonali” tfisser persuna impjegata minn Stat Membru bħala spettur tas-sigurtà marittima, u kkwalifikata skond ir-rekwiżiti ta' dak l-Istat Membru;

(4)

“evidenza oġġettiva” tfisser informazzjoni, reġistri jew riżultati kwantitattivi jew kwalitattivi marbutin mas-sigurtà jew ma' l-eżistenza u l-implimentazzjoni ta' rekwiżit stipulat fir-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew fid-Direttiva 2005/65/KE, li huma msejsa fuq l-osservazzjoni, il-kejl jew l-eżaminar, u li jistgħu jkunu vverifikati;

(5)

“osservazzjoni” tfisser sejba li ssir waqt spezzjoni tal-Kummissjoni, u sostanzjata minn evidenza oġġettiva;

(6)

“nuqqas ta' konformità” tfisser sitwazzjoni osservata li fiha hemm evidenza oġġettiva li tindika li ma jkunx intlaħaq rekwiżit stipulat fir-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew fid-Direttiva 2005/65/KE, u li tirrekjedi azzjoni korrettiva;

(7)

“nuqqas maġġuri ta' konformità” tfisser devjazzjoni identifikabbli li tikkostitwixxi theddida serja għas-sigurtà marittima u tirrekjedi azzjoni korrettiva minnufih, u tinkludi n-nuqqas ta' implimentazzjoni effettiva u sistematika ta' rekwiżit stipulat fir-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew fid-Direttiva 2005/65/KE;

(8)

“punt ta’ kuntatt” tfisser l-entità maħtura minn kull Stat Membru biex isservi ta' punt ta' kuntatt għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri l-oħra, u biex tiffaċilita, issegwi u tinforma dwar l-applikazzjoni tal-miżuri ta' sigurtà marittima stipulati fir-Regolament (KE) Nru 725/2004, kif ukoll tal-miżuri ta' sigurtà tal-portijiet stipulati fid-Direttiva 2005/65/KE;

(9)

“kumpanija rilevanti” tfisser entità li għandha taħtar uffiċjal tal-kumpanija għas-sigurtà, uffiċjal għas-sigurtà tal-bastimenti jew uffiċjal għas-sigurtà tal faċilità tal-port, jew li tkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta' pjan ta' sigurtà tal-bastimenti jew pjan ta' sigurtà tal-faċilità tal-port, jew li tkun inħatret minn Stat Membru bħala organizzazzjoni ta' sigurtà rikonoxxuta;

(10)

“eżami” tfisser prova ta' miżuri ta’ sigurtà marittima, fejn l-intenzjoni li tiġi kommessa azzjoni kontra l-liġi tigi simulata sabiex tkun eżaminata l effiċjenza fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà eżistenti;

(11)

“port” tfisser iż-żona ġewwa l-fruntieri ddefiniti mill-Istati Membri skond l Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2005/65/KE, u nnotifikata lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 12 tagħha.

KAPITOLU II

REKWIŻITI ĠENERALI

Artikolu 3

Il-kooperazzjoni ta’ l-Istati Membri

Mingħajr ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni fit-twettiq tax-xogħlijiet tagħha ta' spezzjoni. Din il-kooperazzjoni għandha tapplika matul il-fażijiet ta' tħejjija, kontroll u rappurtar.

Artikolu 4

Eżerċizzju tas-setgħat tal-Kummissjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ispetturi tal-Kummissjoni jkunu kapaċi jeżerċitaw l-awtorità tagħhom li jispezzjonaw l-attivitajiet ta' sigurtà marittima ta' kwalunkwe awtorità kompetenti skond ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew id-Direttiva 2005/65/KE, kif ukoll ta’ kwalunkwe kumpanija rilevanti.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li, fuq talba, spetturi tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għad-dokumentazzjoni kollha rilevanti marbuta mas-sigurtà, u b'mod partikolari:

(a)

il-programm nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 msemmi fl-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

dejta pprovduta mill-punt ta’ kuntatt u rapporti tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004;

(ċ)

ir-riżultati tal-monitoraġġ mill-Istati Membri ta’ l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ sigurtà tal-portijiet.

3.   Kull fejn spetturi tal-Kummissjoni jiltaqgħu ma' diffikultajiet fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jużaw kwalunkwe mezz fil-limiti tas-setgħat ġuridiċi tagħhom biex jassistu lill Kummissjoni fit-twettiq tal-kompitu kollu tagħha.

Artikolu 5

Is-sehem ta’ spetturi nazzjonali fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex iqiegħdu għad dispożizzjoni tal-Kummissjoni spetturi nazzjonali li kapaċi jieħdu sehem fi spezzjonijiet tal-Kummissjoni, inkluż fil-fażijiet relatati ta’ tħejjija u rappurtar.

2.   Spettur nazzjonali m'għandux jipparteċipa fi spezzjonijiet tal-Kummissjoni fl-Istat Membru fejn hu impjegat.

3.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'lista ta' spetturi nazzjonali li l-Kummissjoni tista' ssejħilhom biex jieħdu sehem fi spezzjoni mmexxija minnha.

Din il-lista għandha tiġi aġġornata talanqas sa tmiem Ġunju ta’ kull sena.

4.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat”) il listi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tá dan l-Artikolu.

5.   Fejn il-Kummissjoni tqis li s-sehem ta’ spettur nazzjonali huwa meħtieġa fi spezzjoni partikolari tal-Kummissjoni, għandha titlob informazzjoni mill-Istati Membri rigward id-disponibbiltà ta’ spetturi nazzjonali għat-twettiq ta’ dik l-ispezzjoni. Dawn it-talbiet normalment għandhom isiru tmien ġimgħat qabel l-ispezzjoni.

6.   Skond ir-regoli tal-Komunità, l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni ta' l-ispetturi nazzjonali fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Assistenza teknika mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni

Fil-qafas ta’ l-assistenza teknika lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 2(b)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għandha tqiegħed esperti tekniċi għad-dispożizzjoni fi spezzjonijiet mill-Kummissjoni, inkluż fil-fażijiet relatati ta’ tħejjija u rappurtar.

Artikolu 7

Kriterji ta' kwalifika u taħriġ għal spetturi tal-Kummissjoni

1.   L-ispetturi tal-Kummissjoni għandu jkollhom kwalifiki xierqa, inklużi esperjenza teorika u prattika biżżejjed fis-sigurtà marittima. Dawn il-kwalifiki għandhom jinkludu normalment:

(a)

fehim tajjeb tas-sigurtà marittima u ta’ kif tiġi applikata għall-operazzjonijiet soġġetti għal eżami;

(b)

għarfien prattiku tajjeb tat-teknoloġiji u t-tekniki tas-sigurtà;

(ċ)

għarfien tal-prinċipji, il-proċeduri u t-tekniki ta' l-ispezzjonar;

(d)

għarfien prattiku ta’ l-operazzjonijiet soġġetti għal eżami.

2.   Biex jikkwalifikaw għall-parteċipazzjoni fi spezzjonijiet mill-Kummissjoni, l-ispetturi tal-Kummissjoni jridu jkunu lestew b'suċċess it-taħriġ meħtieġ.

Fil-każ ta’ spetturi nazzjonali, it-taħriġ meħtieġ biex jaġixxu bħala spetturi tal-Kummissjoni:

(a)

għandu jkun akkreditat mill-Kummissjoni;

(b)

għandu jkun inizjali u rikorrenti;

(ċ)

għandu jiżgura livell ta' prestazzjoni xieraq għall-iskop li jigi kkontrollat jekk miżuri ta' sigurtà jkunux implimentati skond ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 u d-Direttiva 2005/65/KE.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ispetturi tal-Kummissjoni jilħqu l-kriterji stipulati fil-paragrafi 1 u 2.

KAPITOLU III

PROĊEDURI GĦAT-TMEXXIJA TA’ L-ISPEZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

Artikolu 8

Notifika ta' spezzjonijiet

1.   Meta l-Kummissjoni tkun biħsiebha tagħmel spezzjoni, għandha tavża lill-punt ta’ kuntatt ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu se ssir l-ispezzjoni talanqas sitt ġimgħat qabel. F'każijiet eċċezzjonali, dan il-perjodu ta' notifika jista' jitqassar.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li n-notifika ta' spezzjoni tinżamm kunfidenzjali sabiex ikun żgurat li l-proċess ta' spezzjoni ma jkunx kompromess.

2.   Il-punt ta’ kuntatt għandu jkun innotifikat bil-quddiem ta’ l-ambitu previst ta’ spezzjoni mill-Kummissjoni.

Fejn tkun se tiġi spezzjonata faċilità ta’ port, il-punt ta’ kuntatt għandu jiġi infurmat fin-notifika:

(a)

jekk l-ispezzjoni hijiex se tinkludi bastimenti f'dik il-faċilità tal-port, jew f'parti oħra tal-port matul l-istess spezzjoni, kif ukoll

(b)

jekk l-ispezzjoni hijiex se tinkludi l-monitoraġġ tal-port skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2005/65/KE.

Għall-iskopijiet tal-punt (b), “monitoraġġ” tfisser il-verifika ta' jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/65/KE ġewx implimentati mill-Istati Membri u mill-portijiet fit-territorju tagħhom li ġew notifikati lill Kummissjoni skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2005/65/KE. B'mod partikolari, “monitoraġġ” tfisser il-verifika li d-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva 2005/65/KE tqiesu fil-valutazzjonijiet tas-sigurtà tal-port u fit-tfassil tal-pjanijiet ta' sigurtà tal-port, kif ukoll li l-miżuri stabbiliti f'dawn il-pjanijiet huma konsistenzi mad-dispożizzjonijiet adottati skond ir Regolament (KE) Nru 725/2004 għall-faċilitajiet li jinsabu fil-portijiet ikkonċernati.

3.   Il-punt ta’ kuntatt għandu:

(a)

jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fl-Istat Membru bl-ispezzjoni;

(b)

jinnotifika lill-Kummissjoni rigward dawn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

4.   Il-punt ta’ kuntatt għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, talanqas 24 siegħa qabel l-ispezzjoni, isem l-Istat tal-bandiera u n-numru IMO ta' bastimenti mistennija li jkunu f'faċilità ta' port jew f'port innotifikati skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 matul l-ispezzjoni.

5.   Fejn l-Istat tal-bandiera huwa Stat Membru, il-Kummissjoni, fejn prattikabbli, għandha tinforma lill-punt ta’ kuntatt ta’ dak l-Istat Membru li l-bastiment jista' jkun soġġett għal spezzjoni meta tkun fil-faċilità tal-port.

6.   Fejn l-ispezzjoni ta' faċilità ta' port fi Stat Membru tkun se tinkludi bastiment ta’ l-istess Stat Membru bħala Stat tal-bandiera, il-punt ta’ kuntatt għandu jżomm kuntatt mal-Kummissjoni biex jikkonferma jekk il-bastiment hux se jinsab fil-faċilità tal-port matul l-ispezzjoni.

7.   Fejn bastiment ikun diġà ġie identifikat biex ikun spezzjonat mhux se jkun irmiġġat fil-port matul l-ispezzjoni tal-faċilità tal-port, il-Kummissjoni u l-koordinatur maħtur skond l-Artikolu 9(3) għandhom jaqblu fuq bastiment alternattiv li għandu jkun soġġett għal spezzjoni. Dan il-bastiment jista' jinsab f'faċilità oħra ta’ l-istess port. F'dawn il-każijiet, il-paragrafi 5 u 8 ta’ dan l-Artikolu jibqgħu japplikaw.

8.   L-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni għandhom isiru taħt l-awspiċju ta’ l-Istat Membru tal-faċilità tal-port li jwettaq miżuri ta’ kontroll u konformità, skond ir-Regolament 9 tal-miżuri speċjali għat-tisħiħ tas-sigurtà marittima tal-Konvenzjoni SOLAS (1974 International Convention for the Safety of Life at Sea) kif emendata, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-Istat tal-bandiera tal-bastiment mhuwiex Stat Membru; jew

(b)

meta l-bastiment mhuwiex inkluż fl-informazzjoni pprovduta skond il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

9.   Meta tingħata notifika ta’ spezzjoni lill-punt ta' kuntatt, jista' jintbagħat magħha kwestjonarju għal qabel l-ispezzjoni, u li għandu jimtela mill-awtorità jew mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, flimkien ma' talba għad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(2).

In-notifika għandha tispeċifika wkoll sa liema data għandhom jintraddu lura lill-Kummissjoni l-kwestjonarju mimli u d-dokumenti msemmija fl Artikolu 4(2).

Artikolu 9

It-tħejjija ta' spezzjonijiet

1.   L-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom iwettqu attivitajiet ta' tħejjija sabiex jiżguraw l-effiċjenza, il-preċiżjoni u l-konsistenza fl-ispezzjonijiet.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-punt ta’ kuntatt bl-ismijiet ta' l-ispetturi tal-Kummissjoni li jkunu kummissjonati biex iwettqu l-ispezzjoni, u dettalji oħra kif xieraq. Dawn l-ismijiet għandhom jinkludu isem il-mexxej tal-grupp ta’ spezzjoni, li għandu jkun spettur impjegat mill-Kummissjoni.

3.   Għal kull spezzjoni, il-punt ta’ kuntatt għandu jiżgura li jinħatar koordinatur biex jieħu ħsieb l-arranġamenti prattiċi marbutin ma' l-attività ta' spezzjoni li tkun ser issir. Matul l-ispezzjoni, il-mexxej tal-grupp għandu jkun il-kuntatt ewlieni għall-koordinatur.

Artikolu 10

It-tmexxija ta' spezzjonijiet

1.   Għandha tintuża metodoloġija standard għall-monitoraġġ ta’ l-applikazzjoni mill-Isati Membri tar-rekwiżiti ta’ sigurtà marittima stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 725/2004.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi tal-Kummissjoni jkunu akkumpanjati l-ħin kollu matul l-ispezzjoni.

3.   Fejn bastiment f'faċilità ta’ port ikun se jiġi spezzjonat u l-Istat tal-bandiera tal-bastiment mhuwiex l-Istat Membru tal-faċilità tal-port, l-Istat Membru tal faċilità tal-port għandu jiżgura li l-ispetturi tal-Kummissjoni jkunu akkumpanjati minn uffiċjal ta’ awtorità msemmija fl-Artikolu 8(2) tar Regolament (KE) Nru 725/2004 matul l-ispezzjoni tal-bastiment.

4.   L-ispetturi tal-Kummissjoni għandu jkollhom fuqhom karta ta’ l-identità li tawtorizzahom biex iwettqu spezzjonijiet f'isem il-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għaż-żoni kollha meħtieġa għat-twettiq ta’ l-ispezzjoni.

5.   Eżami għandu jsir biss wara notifika lill-punt ta’ kuntatt u wara li jintlaħaq qbil mal-punt ta’ kuntatt dwar l-ambitu u l-għan ta' l-eżami. Il-punt ta’ kuntatt għandu jieħu ħsieb il-kompiti kollha ta’ koordinazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

6.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 11, l-ispetturi tal-Kummissjoni, kull fejn ikun xieraq u prattikabbli, għandhom jagħtu sinteżi informali orali tas-sejbiet tagħhom fuq il-post.

Il-punt ta’ kuntatt rilevanti għandu jiġi infurmat mill-ewwel dwar kull nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew mad Deċiżjoni 2005/65/KE identifikat minn spezzjoni mill-Kummissjoni, qabel il-kompletar ta' rapport ta' spezzjoni skond l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.

Madankollu, f'każijiet fejn spettur tal-Kummissjoni li jkun qed iwettaq l ispezzjoni ta’ bastiment isib nuqqas maġġuri ta’ konformità li jeħtieġ azzjoni skond l-Artikolu 16, il-mexxej tal-grupp għandu jgħarraf b'dan minnufih lill-punt ta’ kuntatt ta’ l-Istat Membru bħala l-Istat tal-port.

Artikolu 11

Rapport ta’ l-ispezzjonijiet

1.   Fi żmien sitt ġimgħat mit-tmiem ta' spezzjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta’ spezzjoni lill-Istat Membru. Dan ir-rapport ta’ spezzjoni jista’ jinkludi, fejn xieraq, il-konklużjonijiet tal-monitoraġġ tal-port li jkun sar skond l-Artikolu 8(2)(b).

2.   Fejn ikun ġie spezzjonat bastiment waqt spezzjoni ta’ faċilità ta’ port, il-partijiet rilevanti tar-rapport ta’ spezzjoni għandhom jintbagħtu wkoll lill-Istat Membru li huwa l-Istat tal-bandiera, jekk ikun differenti mill-Istat Membru li fih saret l-ispezzjoni.

3.   L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-entitajiet spezzjonijiet bl-osservazzjonijiet rilevanti ta’ l-ispezzjoni. Madankollu, ir-rapport ta' spezzjoni nnifsu ma għandux jintbagħat lill-entitajiet spezzjonati.

4.   Ir-rapport għandu jinkludi l-osservazzjonijiet ta’ l-ispezzjoni fid-detall, u jidentifika kull nuqqas ta’ konformità, jew nuqqas maġġuri ta’ konformità, mar-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew mad-Direttiva 2005/65/KE.

Ir-rapport ma jistax jinkludi rakkomandazzjonijiet għal azzjoni korrettiva.

5.   Fl-analiżi ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 u tad-Direttiva 2005/65/KE, għandha tiġi applikata waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin għal kull osservazzjoni tar-rapport:

(a)

konformi;

(b)

konformi, iżda jeħtieġ titjib;

(ċ)

nuqqas ta’ konformità;

(d)

nuqqas maġġuri ta’ konformità;

(e)

mhux applikabbli;

(f)

mhux ikkonfermat.

Artikolu 12

Tweġiba mill-Istat Membru

1.   Fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jintbagħat ir-rapport ta' spezzjoni, l-Istat Membru għandu jressaq lill-Kummissjoni tweġiba għar-rapport, li fiha:

(a)

jikkummenta dwar l-osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet; kif ukoll

(b)

jipprovdi pjan ta’ azzjoni, li jispeċifika azzjonijiet u skadenzi, sabiex jiġi rimedjat kull nuqqas identifikat.

2.   Fejn ir-rapport ta’ spezzjoni ma jidentifika l-ebda nuqqas ta’ konformità jew nuqqas maġġuri ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew mad-Direttiva 2005/65/KE, l-ebda tweġiba ma tkun meħtieġa.

Artikolu 13

Azzjoni mill-Kummissjoni

1.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew nuqqas maġġuri ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew mad-Direttiva 2005/65/KE, u wara li tkun irċeviet it-tweġiba mingħand l-Istat Membru, il-Kummissjoni tista’ tieħu waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)

tressaq kummenti lill-Istat Membru jew titolbu aktar spjegazzjoni biex jiċċara t-tweġiba kollha jew parti minnha;

(b)

twettaq spezzjoni jew monitoraġġ ta’ segwiment biex tivverifika l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi; f'dal-każ, il-Kummissjoni għandha tibgħat avviż talanqas ġimagħtejn qabel ma jsir dan is-segwiment;

(ċ)

tibda proċediment ta’ ksur fir-rigward ta' l-Istat Membru kkonċernat.

2.   Fejn tkun se ssir spezzjoni ta’ segwiment ta’ bastiment, l-Istat Membru li huwa l-Istat tal-bandiera għandha tgħarraf lill-Kummissjoni, fejn possibbli, bil-portijiet li l-bastiment ikun se jżur, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi fejn u meta twettaq l-ispezzjoni ta’ segwiment.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 14

Informazzjoni sensittiva

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 u għall-Artikolu 16 tad-Direttiva 2005/65/KE, il-Kummissjoni għandha tittratta materjal sensittiv marbut ma' l-ispezzjonijiet bħala informazzjoni klassifikata.

Artikolu 15

Programm ta' spezzjoni tal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu parir mill-Kumitat dwar il-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ spezzjoni tagħha.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ spezzjoni tagħha, kif ukoll dwar ir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet.

Artikolu 16

Notifikar lill-Istati Membri ta’ nuqqas maġġuri ta’ konformità

Jekk spezzjoni tikxef nuqqas maġġuri ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew mad-Direttiva 2005/65/KE li jitqies li għandu impatt sinifikanti fuq il-livell ġenerali tas-sigurtà marittima fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tgħarraf b'dan lill-Istati Membri l-oħra immedjatament wara li tkun bagħtet ir-rapport ta' spezzjoni lill-Istat Membru kkonċernat.

Ladarba nuqqas maġġuri ta’ konformità nnotifikat lill-Istati Membri l-oħra skond dan l-Artikolu jkun issewwa b'mod sodisfaċenti għall-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha minnufih tgħarraf b'dan lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 17

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sistema tagħha ta’ spezzjonijiet, u b'mod partikolari l-effettività ta' dik is-sistema.

Artikolu 18

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 884/2005 huwa b'dan revokat.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.

(2)  ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28.

(3)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2038/2006 (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 148, 11.6.2005, p. 25.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 98/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tistipula lista ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jista' jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1005)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/291/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta’ użu ta’ data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (2), biex wieħed ikun jista' jasal għal konklużjonijiet ta’ statistika għal skopijiet xjentifiċi, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jingħata aċċess għal data kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Komunità kif ukoll ir-regoli ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali ħalli jiġi ffaċilitat dan l-aċċess.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/452/KE (3) stabbiliet lista ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi.

(3)

Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji u l-Istatistika (Direction de l'Animation de la Recherche, des Études et des Statistiques – DARES) fil-Ministeru tax-Xogħol, Relazzjonijiet tax-Xogħol u Solidarjetà, Pariġi, Franza, ir-Research Foundation of State University of New York (RFSUNY), Albany, fl-Istati Uniti u ċ-Ċentru Finlandiż għall-Pensjonijiet, (Eläketurvakeskus – ETK), il-Finlandja, għandhom jitqiesu bħala korpi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet rekwiżiti u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ aġenżiji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità ta’ l-Istatistika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/452/KE jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1000/2007 (ĠU L 226, 30.8.2007, p. 7).

(3)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2008/52/KE (ĠU L 13, 16.1.2008, p. 29).


ANNESS

“ANNESS

ISTITUZZJONIJIET LI R-RIĊERKATURI TAGĦHOM JISTA’ JKOLLHOM AĊĊESS GĦAL DATA KUNFIDENZJALI GĦAL SKOPIJIET XJENTIFIĊI

Il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Spanjol

Il-Bank Ċentrali Taljan

University of Cornell (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika)

Department of Political Science, Baruch College, New York City (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika)

Il-Bank Ċentrali Ġermaniż

L-Unità ta’ l-Analiżi ta’ l-Impjiegi, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni Ewropea

L-Università ta’ Tel Aviv (Iżrael)

Il-Bank Dinji

Center of Health and Wellbeing (CHW) Woodrow Wilson School of Public and International Affairs at Princeton University, New Jersey, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

The University of Chicago (UofC), Illinois, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

L-Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD)

Family and Labour Studies Division of Statistics Canada, Ottawa, Ontario, il-Kanada

L-Unità ta’ l-Ekonometrika u l-Appoġġ Statistiku Kontra l-Frodi (ESAF), id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

L-Unità ta’ l-Appoġġ liż-Żona Ewropea ta’ Riċerka (SERA – Support to the European Research Area), id-Direttorat Ġenerali, iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Canada Research Chair School of Social Science Atkinson Faculty of Liberal and Professional Studies at York University, f'Ontario, il-Kanada

University of Illinois f'Chicago (UIC), Chicago, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Rady School of Management fil-University of California, San Diego, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji u l-Istatistika (Direction de l'Animation de la Recherche, des Études et des Statistiques - DARES) fil-Ministeru tax-Xogħol, ir-Relazzjonijiet mal-Ħaddiema u s-Solidarjetà, Pariġi, Franza

The Research Foundation of State University of New York (RFSUNY), Albany, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Iċ-Ċentru Finlandiż għall-Pensjonijiet, (Eläketurvakeskus – ETK), il-Finlandja”


10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 98/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ April 2008

li tistabbilixxi li, għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007, il-Baħar l-Iswed u s-sistemi tax-xmajjar marbutin miegħu ma jikkostitwixxux il-ħabitat naturali tas-sallura Ewropea

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1217)

(it-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Ġermaniż, bil-Pollakk, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

(2008/292/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru ta’ l-istokk [tal-ħażna] tas-sallura Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2007 jistabbilixxi qafas għall-ħarsien u għall-użu sostenibbli ta’ l-istokk tas-sallura Ewropea fl-ilmijiet tal-Komunità u fil-laguni mal-kosta, fl-estwarji, u fix-xmajjar u l-ilmijiet interni komunikanti ta’ l-Istati Membri.

(2)

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jiddefinixxu l-baċiri tax-xmajjar individwali li jinsabu fit-territorju nazzjonali tagħhom li jikkostitwixxu ħabitati naturali għas-sallura Ewropea. L-Istati Membri għandhom iħejju Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura għal kull baċin ta’ xmara tas-sallura.

(3)

Minħabba li s-sallura Ewropea tinsab fi kwantitajiet żgħar fil-Baħar l-Iswed u fis-sistemi tax-xmajjar marbutin miegħu, m'hemmx ċertezza dwar jekk dawk l-ilmijiet jikkostitwixxux ħabitat naturali għal dik l-ispeċi jew le.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1100/2007 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddeċiedi jekk il-Baħar l-Iswed u s-sistemi tax-xmajjar marbutin miegħu jikkostitwixxux dan it-tip ta’ ħabitat naturali, li jkollu bżonn l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-irkupru.

(5)

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ta’ parir lill-Kummissjoni li l-Baħar l-Iswed u s-sistemi tax-xmajjar marbutin miegħu qegħdin fil-punt estrem tal-firxa tas-sallura Ewropea u li l-preżenza naturali tas-sallura fihom, qabel ma dawn tgħammru biha, kienet sporadika. Qabel ma tgħammru biha, id-densità tas-sallura Ewropea f'dawk l-ibħra kienet baxxa wisq biex din tkun tista' tiġi mistada fi kwalunkwe stadju ta’ ħajjitha.

(6)

X'aktarx li l-ebda kwantità sinifikanti ta’ sallura mgħammra fix-xmajjar marbutin mal-Baħar l-Iswed ma tista tilħaq il-maturità u tispiċċa b'suċċess it-tpassija lejn il-Baħar Sargasso sabiex tkun tista' tbid. Barra minn hekk, x'aktarx li l-ebda kwantità sinifikanti ta’ frieħ tas-sallura ma jkunu jistgħu jitilgħu fix-xmajjar marbutin mal-Baħar l-Iswed, jilħqu l-maturità u jpassu lejn il-postijiet fejn ibidu.

(7)

Kwalunke benefiċċju potenzjali għall-istokk tas-sallura Ewropea li jirriżulta minn miżuri għall-irkupru fil-Baħar l-Iswed u s-sistemi tax-xmajjar marbutin miegħu jkun negliġibbli u b'hekk ikun baxx wisq meta mqabbel mal-piż amministrattiv u finanzjarju li jkollhom iġarrbu l-Istati Membri kkonċernati.

(8)

Għalhekk, għandu jkun stabbilit li, għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007, il-Baħar l-Iswed u s-sistemi tax-xmajjar marbutin miegħu ma jikkostitwixxux il-ħabitat naturali tas-sallura Ewropea.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akwakultura,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007, il-Baħar l-Iswed u s-sistemi tax-xmajjar marbutin miegħu ma jikkostitwixxux il-ħabitat naturali tas-sallura Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ l-Ungerija, lir-Repubblika ta’ l-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja u lir-Repubblika Slovakka.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17 .


10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 98/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-4 ta' April 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/784/KE li tawtorizza metodi għall-klassifika ta' karkassi tal-majjali fi Franza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1235)

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

(2008/293/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta' Novembru 1984 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/784/KE (2) tawtorizza ħames metodi (Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM), CSB Ultra-Meater, the manual method (ZP), Autofom, UltraFom 300) għall-ikklassifikar ta' karkassi tal-majjali fi Franza.

(2)

Franza talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza żewġ metodi ġodda għall-ikklassifikar tal-karkassi tal-majjali u ppreżentat ir-riżultati tal-provi tad-dissezzjoni tagħha fit-tieni parti tal-protokoll previst fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 ta' l-24 ta’ Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni (ikklassifikar) tal-karkassi tal-majjal (3).

(3)

Eżami ta' din it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-metodi ta’ klassifika huma sodisfatti.

(4)

Id-Deċiżjoni 2006/784/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/784/KE hi emendata kif ġej:

(1)

Il-punti (f) u (g) li ġejjin jiżdiedu ma' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1:

“(f)

l-apparat CSB Image-Meater u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinstabu fil-Parti 6 ta’ l-Anness.

(g)

l-apparat VCS 2000 u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinstabu fil-Parti 7 ta’ l-Anness.”

(2)

L-Anness huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Franza.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3513/93 (ĠU L 320, 22.12.1993, p. 5).

(2)  ĠU L 318, 17.11.2006, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/510/KE (ĠU L 187, 19.7.2007, p. 47).

(3)  ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1197/2006 (ĠU L 217, 8.8.2006, p. 6).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/784/KE, jiżdiedu l-Partijiet 6 u 7 li ġejjin:

“PARTI 6

CSB Image-Meater

1.

Il-klassifika ta' karkassi tal-majjali ssir permezz ta' l-apparat magħruf bħala ‘CSB Image-Meater’.

2.

Is-CSB Image-Meater jikkonsisti partikolarmenti minn vidjokamera, kompjuter attrezzat b’kard għall-analiżi ta’ l-immaġni, skrin, printer, mekkaniżmu wżat għall-kmand, mekkaniżmu għar-rata u interfaces. Il-ħdax-il varjabbli ta' l-Image-Meater jitkejlu kollha fuq il-linja ta’ diviżjoni: il-valuri mkejla jiġu trasformati f’estimu tal-perċentwali ta’ dgħif minn unità ċentrali.

3.

Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skond il-formola li ġejja:

Ŷ =

64,40 – 0,129 G – 0,187 MG – 0,068 VaG + 0,003 VbG – 0,368 EG + 0,036 V + 0,032 MV – 0,024 VaV + 0,034 VbV – 0,024 VcV + 0,022 VdV

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali stmat ta’ dgħif fil-karkassa,

G

=

il-ħxuna tax-xaħam imkejla skond il-metodu ZP: l-iċken ħxuna tax-xaħam (inkluża l-ġilda) fuq il-muskolu gluteus medius (f'millimetri),

MG

=

il-ħxuna medja tax-xaħam fuq il-muskolu gluteus medius (f'millimetri),

VaG

=

il-ħxuna medja tax-xaħam fuq ir-rukkell tad-dahar ‘a’ (f'millimetri),

VbG

=

il-ħxuna medja tax-xaħam fuq ir-rukkell tad-dahar ‘b’ (f'millimetri),

EG

=

il-ħxuna medja tax-xaħam tas-saff xaħmi estern ta’ taħt il-ġilda fuq ir-rukkell tad-dahar a sa d (f'millimetri),

V

=

il-ħxuna tal-muskolu mkejla skond il-metodu ZP: l-iċken ħxuna tal-muskolu bejn l-estremità anterjuri tal-muskolu gluteus medius u l-parti dorsali tal-kanal tal-mudullun (f’millimetri),

MV

=

il-ħxuna medja tal-muskolu tal-muskoli tad-dahar u l-gluteus medius (f'millimetri),

VaV

=

il-ħxuna medja tal-muskolu fuq ir-rukkell tad-dahar ‘a’ (f'millimetri),

VbV

=

il-ħxuna medja tal-muskolu fuq ir-rukkell tad-dahar ‘b’ (f'millimetri),

VcV

=

il-ħxuna medja tal-muskolu fuq ir-rukkell tad-dahar ‘c’ (f'millimetri),

VdV

=

il-ħxuna medja tal-muskolu fuq ir-rukkell tad-dahar ‘d’ (f'millimetri),

Il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 45 u 125 kilogramma.

PARTI 7

VCS 2000

1.

Il-klassifika ta' karkassi tal-majjali ssir permezz ta' l-apparat magħruf bħala ‘VCS 2000’.

2.

Il-VCS 2000 huwa bbażat fuq l-analiżi ta’ l-immaġni b’vidjo diġitali. Il-komponenti ewlenin huma 3 kameras, bozoz, kompjuter li janalizza l-immaġni, kompjuter server u unitajiet ta’ l-ippożizzjonar. Fl-ewwel stazzjon, kamera waħda tiġbed l-immaġni tan-naħa esterna tal-perżut. Fit-tieni stazzjon żewġ kameras jiġbdu l-immaġni fuq il-linja ta’ diviżjoni. Jiġu estratti 40 varjabbli mill-immaġni. Fil-biċċa l-kbira, dawn il-varjabbli huma kejl ta’ ħxuna, wisa’, tul u erja. Il-valuri mkejla jiġu trasformati f’estimu tal-perċentwali ta’ dgħif minn unità ċentrali.

3.

Il-kontenut ta’ dgħif fil-karkassi għandu jiġi kkalkulat abbażi ta' 40 fattur varjabbli skond il-formola li ġejja:

Ŷ =

122,458 + 0,05805 * X1 + 0,01449 * X2 – 0,02996 * X3 – 0,001585 * X4 – 39,297 * X5 – 47,553 * X6 + 38,877 * X7 – 0,1013 * X8 + 0,00004308 * X9 – 817,242 * X10 + 10,135 * X11 + 15,277 * X12 – 25,777 * X13 – 90,738 * X14 + 0,0005792 * X15 + 2,743 * X16 – 0,06866 * X17 + 3,511 * X18 – 0,1681 * X19 – 0,007867 * X20 – 0,1082 * X21 – 0,01290 * X22 + 0,02957 * X23 + 0,03856 * X24 – 0,003353 * X25 – 0,03378 * X26 – 0,01661 * X27 + 2,368 * X28 – 0,3133 * X29 – 0,01386 * X30 – 0,02100 * X31 – 0,01908 * X32 – 0,02442 * X33 + 0,06009 * X34 – 0,007792 * X35 – 2,598 * X36 – 7,632 * X37 – 0,004848 * X38 – 0,9099 * X39 – 20,514 * X40

fejn

Ŷ = il-perċentwali stmat ta’ dgħif fil-karkassa;

X1, X2, … X40 huma l-varjabbli mkejla mill-VCS 2000.

Deskrizzjonijiet tal-varjabbli u l-metodu ta' l-istatistika jinstabu fil-Parti II tal-protokoll Franċiż mibgħut lill-Kummissjoni f'konformità ma' l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2967/85.

Il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 45 u 125 kilogramma.”


10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 98/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ April 2008

dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu ta’ l-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1256)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/294/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-i2010 – qafas strateġiku tas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni Ewropea (2) jippromwovi ekonomija diġitali miftuħa u kompetittiva fl-Unjoni Ewropea u jenfasizza l-ICT bħala forza ta’ inklużjoni u ta’ kwalità ta’ ħajja. L-iżvilupp ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni addizzjonali jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-produttività tax-xogħol u għal tkabbir fis-suq tat-telefonija mobbli.

(2)

L-applikazzjonijiet ta’ konnettività fl-ajru huma minnhom infushom, pan-Ewropej għaliex se jintużaw l-aktar għal titjiriet transkonfinali fi ħdan il-Komunità u lil hinn minnha. Approċċ koordinat għar-regolamentazzjoni tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) jappoġġa l-objettivi tas-Suq Uniku.

(3)

L-armonizzazzjoni tar-regoli dwar l-użu ta’ l-ispektrum tar-radju madwar il-Komunità tiffaċilita l-applikazzjoni u l-użu f’waqthom tas-servizzi MCA fi ħdan il-Komunità.

(4)

Attwalment, t-tħaddim kummerċjali ta’ servizzi MCA huwa kkunsidrat biss għal sistemi GSM li jaħdmu fil-medda ta’ konnessjoni axxendentali ta’ 1 710-1 785 MHz (terminal li jittrasmetti u stazzjon ta’ bażi ta’ riċezzjoni) u ta’ 1 805-1 880 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta’ bażi li jittrasmetti u terminal ta’ riċezzjoni), skond l-istandards ta’ l-ETSI EN 301 502 u EN 301 511. Madankollu, fil-futur jista’ jiġi estiż għal sistemi pubbliċi oħra ta’ komunikazzjoni mobbli terrestri, li jaħdmu skond standards oħra u f'meded ta’ frekwenzi oħra.

(5)

Skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, il-Kummissjoni tat mandat (3) lill-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni (hawn taħt “is-CEPT”) biex twettaq l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jiġu vvalutati kwistjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-kompatibilità teknika bejn it-tħaddim ta’ sistemi ta’ l-ajru GSM 1800 u numru ta’ servizzi tar-radju potenzjalment milquta minnhom. Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq l-istudji tekniċi li twettqu mis-CEPT skond il-mandat tal-KE, kif ippreżentat fir-Rapport tas-CEPT 016 (4).

(6)

Is-sistema MCA ikkunsidrata fir-rapport CEPT tikkonsisti minn unità ta’ kontroll tan-netwerk (NCU) u stazzjon ta’ bażi transciever ta’ l-inġenji ta’ l-ajru (il-BTS ta’ l-inġenji ta’ l-ajru). Is-sistema hija ddisinjata b’mod li tiżgura li s-sinjali trasmessi minn sistemi mobbli bbażati fuq l-art ma jkunux osservati fil-kabina ta’ l-inġenji ta’ l-ajru u li t-terminals ta’ l-utenti fuq l-inġenji ta’ l-ajru jittrasmettu biss f’livell minimu. Il-parametri tekniċi għall-NCU u l-BTS ta’ l-inġenji ta’ l-ajru ġew derivati minn mudelli teoretiċi.

(7)

L-użu ta’ l-ispektrum minn netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika mobbli terrestri m'huwiex fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni. Huma se jiġu indirizzati, inter alia, minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza ta’ 900 MHz u ta’ 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni elettronika.

(8)

It-termini u kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni applikabbli għas-servizzi MCA ukoll m’humiex fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni. Il-koordinazzjoni ta’ kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali għas-servizzi MCA hija indirizzata mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/295/KE (5) skond id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (6).

(9)

It-tagħmir għas-servizzi MCA kopert b’din id-Deċiżjoni huwa fl-ambitu tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (7). Il-preżunzjoni ta’ konformità mal-kondizzjonijiet essenzjali tad-Direttiva 1999/5/KE għal tagħmir użat għas-servizzi MCA fl-Unjoni Ewropea tista’ tintwera permezz ta’ l-osservanza ta’ l-Istandard Armonizzat EN 302 480 ta’ l-ETSI jew bl-użu tal-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità l-oħra stipulati fid-Direttiva 1999/5/KE.

(10)

Il-kwistjonijiet relatati ma’ sikurezza ta’ l-ajru huma ta’ l-akbar importanza u l-ebda dispożizzjoni f’din id-Deċiżjoni m’għandha tmur kontra ż-żamma ta’ l-aqwa kondizzjonijiet ta’ sikurezza ta’ l-ajru.

(11)

Is-servizzi MCA jistgħu biss jiġu pprovduti bil-kondizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza ta’ l-ajru permezz ta’ ċertifikazzjoni ta’ ajrunavigabbiltà u dispożizzjonijiet ajrunawtiċi rilevanti oħra, flimkien mar-rekwiżiti ta’ komunikazzjoni elettronika. Iċ-ċertifikati ta’ ajrunavigabbiltà validi għall-Komunità kollha kemm hi jinħarġu mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni (EASA) skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 ta’ l-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji ta’ l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (8).

(12)

Din id-deċiżjoni ma tindirizzax kwistjonijiet ta’ l-ispektrum relatati mal-konnessjonijiet ta’ komunikazzjoni bejn l-inġenji ta’ l-ajru, l-istazzjon spazjali tas-satellita u l-art li huma wkoll meħtieġa għall-proviżjoni tas-servizzi MCA.

(13)

Bil-għan li jkun żgurat li l-kondizzjonijiet speċifikati f’din id-Deċiżjoni għadhom rilevanti u fid-dawl tal-bidliet veloċi fil-qasam ta’ l-ispektrum tal-frekwenzi tar-radju, l-amministrazzjonijiet nazzjonali għandhom jimmonitorjaw, fejn ikun possibbli, l-użu ta’ l-ispektrum tal-frekwenzi tar-radju li jsir minn apparat għal servizzi MCA, sabiex din id-Deċiżjoni tibqa’ soġġetta għal reviżjoni attiva. Reviżjoni ta’ dan it-tip għandha tikkunsidra l-iżvilupp teknoloġiku u tivverifika li s-suppożizzjonijiet tal-bidu dwar it-tħaddim tas-servizzi MCA għadhom rilevanti.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispektrum tar-Radju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tarmonizza l-kondizzjonijiet tekniċi għad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta’ l-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru fil-Komunità.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjonijiet Komunitarji oħra, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 u r-Rakkomandazzjoni 2008/295/KE.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(1)

“servizzi ta’ Komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA)” tfisser servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, kif definiti fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE pprovduti minn intrapriża sabiex il-passiġġieri ta’ l-ajru jkunu jistgħu jużaw netwerks ta’ komunikazzjoni pubbliċi matul it-titjira mingħajr ma jistabbilixxu konnessjonijiet diretti ma’ netwerks mobbli terrestri;

(2)

il-kundizzjoni “bla interferenza u bla protezzjoni” tfisser li ma tista’ tiġi kkawżata l-ebda interferenza ta’ ħsara lil kwalunkwe servizz ta’ radjukomunikazzjoni u li ma tista’ ssir l-ebda talba għall-protezzjoni ta’ dawn l-apparati kontra interferenza ta’ ħsara li toriġina minn servizzi ta’ radjukomunikazzjoni;

(3)

“stazzjon ta’ bażi transciever ta’ l-inġenji ta’ l-ajru (il-BTS ta’ l-inġenji ta’ l-ajru)” tfisser stazzjon ta’ komunikazzjoni wieħed jew aktar li jinsab/u fl-inġenji ta’ l-ajru li jsostnu il-meded ta’ frekwenza u s-sistemi speċifikati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness;

(4)

“unità ta’ kontroll tan-netwerk (NCU)” tfisser tagħmir li għandu jitqiegħed fl-inġenji ta’ l-ajru li jiżgura li s-sinjali trasmessi minn sistemi mobbli ta’ komunikazzjoni elettronika bbażati fuq l-art u elenkati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness ma jiġux osservati fil-kabina billi jiżdied il-livell ta’ ħsejjes fil-kabina fil-meded ta’ riċezzjoni ta’ komunikazzjoni mobbli.

Artikolu 3

Kemm jista' jkun kmieni u mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu l-meded ta’ frekwenza, elenkati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness, għad-disponibilità ta’ servizzi MCA abbażi ta’l-kondizzjoni “bla interferenza u bla protezzjoni”, sakemm dawn is-servizzi jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-livell minimu ta’ għoli ‘l fuq mill-art għal kwalunkwe trasmissjoni minn sistema MCA li tkun qed titħaddem skond taqsima 3 ta’ l-Anness.

L-Istati Membri jistgħu jimponu livelli minimi ta’ għoli ta’ operat ta’ l-MCA ogħla fejn dan ikun iġġustifikat minn kondizzjonijiet topografiċi nazzjonali u l-applikazzjoni tan-netwerk fuq l-art. Din l-informazzjoni, sostnuta minn ġustifikazzjoni xierqa, għandha tkun mgħarrfa lill-Kummissjoni fi żmien erba’ xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu ta’ l-ispektrum mis-servizzi MCA taħt skrutinju, b’mod partikolari biex jevalwaw l-eżistenza jew il-possibilità ta’ interferenza ta’ ħsara u r-rilevanza kontinwa tal-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3, u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni sabiex jippermettu l-analiżi f’waqtha ta’ din id-Deċiżjoni, jekk meħtieġ.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  COM(2005) 229 finali, 1.6.2005.

(3)  Mandat mogħti lis-CEPT dwar servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru, 12.10.2006.

(4)  Rapport mis-CEPT lill-Kummissjoni Ewropea bi tweġiba għall-Mandat tal-KE dwar servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji ta’ l-ajru (MCA), 30.3.2007.

(5)  Ara p. 24 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32).

(7)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(8)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6. Ir-Regolament kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 287/2008 (ĠU L 87, 29.3.2008, p. 3).


ANNESS

1.   MEDED TA’ FREKWENZI U SISTEMI AMMISSIBBLI GĦAL SERVIZZI MCA

Tabella 1

Tip

Frekwenza

Sistema

GSM 1800

1 710 -1 785  MHz u 1 805 -1 880  MHz (il-“medda ta’ 1 800  MHz”)

Konformi ma’ l-Istandards GSM ippubblikati mill-ETSI b’mod partikolari EN 301 502, EN 301 511 u EN 302 480, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

2.   IL-PREVENZJONI TA’ KONNESSJONI TA’ TERMINALS MOBBLI MA’ NETWERKS FUQ L-ART

Waqt il-perjodu li fih ikun awtorizzat it-tħaddim tas-servizzi MCA fuq inġenji ta’ l-ajru, terminals mobbli li jirċievu fil-meded ta’ frekwenza elenkati fit-Tabella 2 m’għandhomx jitħallew jippruvaw jirreġistraw ma’ netwerks mobbli fuq l-art.

Tabella 2

Medda ta’ frekwenza

(MHz)

Sistemi fuq l-art

460-470

CDMA2000, FLASH OFDM

921-960

GSM, WCDMA

1 805 -1 880

GSM, WCDMA

2 110 -2 170

WCDMA

3.   PARAMETRI TEKNIĊI

3.1.   Sistemi MCA GSM 1800

(a)   Potenza isotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p), barra l-inġenji ta’ l-ajru, mill-NCU/BTS ta’ l-inġenji ta’ l-ajru

L-e.i.r.p. totali, barra l-inġenji ta’ l-ajru, mill-NCU/BTS ta’ l-inġenji ta’ l-ajru ma tistax taqbeż:

Tabella 3

Għoli 'l fuq mill-art

(m)

Densità e.i.r.p massima prodotta mill-NCU/BTS ta’ l-inġenji ta’ l-ajru, barra l-inġenji ta’ l-ajru

460-470 MHz

921-960 MHz

1 805 -1 880 MHz

2 110 -2 170 MHz

dBm/1,25 MHz

dBm/200 kHz

dBm/200 kHz

dBm/3,84 MHz

3 000

–17,0

–19,0

–13,0

1,0

4 000

–14,5

–16,5

–10,5

3,5

5 000

–12,6

–14,5

–8,5

5,4

6 000

–11,0

–12,9

–6,9

7,0

7 000

–9,6

–11,6

–5,6

8,3

8 000

–8,5

–10,5

–4,4

9,5

(b)   Potenza isotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p), barra l-inġenji ta’ l-ajru, mit-terminal abbord

L-e.i.r.p, barra l-inġenji ta’ l-ajru, mit-terminal mobbli GSM li jittrasmetti f’0 dBm ma tistax taqbeż:

Tabella 4

Għoli 'l fuq mill-art

(m)

L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenji ta’ l-ajru, minn terminal mobbli GSM f’dBM/kanal

1 800 MHz

3 000

–3,3

4 000

–1,1

5 000

0,5

6 000

1,8

7 000

2,9

8 000

3,8

(ċ)   Kondizzjonijiet operattivi

I.

L-għoli minimu ‘l fuq mill-art għal kull trasmissjoni minn sistema MCA GSM 1800 waqt li titħaddem għandu jkun 3 000 metru.

II.

Il-BTS ta’ l-inġenji ta’ l-ajru, waqt li jitħaddmu, għandu jillimita l-potenza ta’ trasmissjoni tat-terminals mobbli GSM kollha li jittrasmettu fil-medda ta’ 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 0 dBm f’kull stadju ta’ komunikazzjoni, inkluż l-aċċess inizjali.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kummissjoni

10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 98/24


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ April 2008

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ servizzi għall-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità Ewropea

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1257)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/295/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għal netwerks u servizzi elettroniċi tal-komunikazzjonijiet (Direttiva Kwadru) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-politika ta’ l-UE dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-inizjattiva i2010 jenfasizzaw il-benefiċċji ta’ aċċess faċli għar-riżorsi ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fl-aspetti kollha tal-ħajja ta’ kuljum. Approċċ koordinat biex jiġu rregolati s-servizzi għall-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) jgħin biex dawn il-benefiċċji jinkisbu u jiffaċilità s-servizzi transkonfinali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi madwar il-Komunità.

(2)

Huma u jawtorizzaw servizzi MCA, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-Direttiva Kwadru u mad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (2).

(3)

Skond id-Direttiva Kwadru, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi, inter alia, ineħħu l-ostakli li fadal għall-forniment ta’ netwerks għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet u servizzi assoċjati u servizzi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fuq livell Ewropew u jħeġġu l-istabbiliment u l-iżvilupp tan-netwerks transEwropej u l-interoperabilità ta’ servizzi pan-Ewropej u konnettività minn tarf sa ieħor.

(4)

Skond id-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, is-sistema ta’ awtorizzazzjoni l-anqas oneruża possibbli għandha tintuża biex tippermetti l-forniment ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi sabiex tistimula l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u netwerks u servizzi pan-Ewropej ta’ komunikazzjonijiet u biex tippermetti li l-fornituri tas-servizzi u l-konsumaturi jibbenefikaw mill-ekonomiji ta’ l-iskala tas-suq uniku. Dawk l-għanijiet ġeneralment jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod permezz ta’ l-awtorizzazzjoni ġenerali tan-netwerks u s-servizzi kollha tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(5)

Il-kundizzjonijiet tekniċi meħtieġa biex jitnaqqas ir-riskju ta’ interferenza ta’ ħsara fin-netwerks terrestri tal-komunikazzjoni mobbli mill-operat ta’ l-MCA huma ttrattati individwalment fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE (3).

(6)

Il-bażi teknika għad-Deċiżjoni 2008/294/KE hija r-Rapport 016 tal-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjoni Postali u tat-Telekomunikazzjoni (CEPT) li tħejja bi tweġiba għall-mandat tal-KE li ngħata lis-CEPT dwar l-MCA tat-12 ta’ Ottubru 2006.

(7)

L-Istandard Armonizzat ta’ l-ETSI, EN 302 480, jipprovdi għall-preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (4) għal tagħmir użat għas-servizzi MCA fl-Unjoni Ewropea.

(8)

Kwistjonijiet marbuta mas-sikurezza ta’ l-ajru huma ta’ importanza ewlenija u s-servizzi MCA jistgħu jingħataw biss bil-kundizzjoni li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza ta’ l-ajru permezz taċ-ċertifikazzjoni xierqa għat-tajran u ftehimiet ajrunawtiċi rilevanti oħra, flimkien mar-rekwiżiti dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi. Iċ-ċertifikati għat-tajran validi għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi jinħarġu mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni (EASA).

(9)

Jekk il-kundizzjonijiet tekniċi speċifikati fid-Deċiżjoni 2008/294/KE u fl-Istandard Armonizzat EN 302 480 jew standards ekwivalenti u ċertifikati ta’ tajran rilevanti jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti, ir-riskju ta’ interferenza ta’ ħsara tkun negliġibbli u għalhekk għandhom jitqiesu awtorizzazzjonijiet ġenerali għas-servizzi MCA.

(10)

Ir-responsabbiltà għall-awtorizzazzjoni ta’ servizzi MCA għandha taqa’ fuq il-pajjiż li fih ikun irreġistrat l-inġenju ta’ l-ajru, skond is-sistema ta’ awtorizzazzjoni ta’ dak il-pajjiż.

(11)

Id-disponibbiltà u l-qsim ta’ informazzjoni suffiċjenti għandha tgħin biex jissolvew kwistjonijiet transkonfinali possibbli ta’ interferenza, ikkawżati mis-servizzi MCA.

(12)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu ċerti elementi ta’ informazzjoni meħtieġa lis-Sistema ERO ta’ Informazzjoni dwar il-Frekwenzi (EFIS) skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata ta’ l-informazzjoni dwar l-użu ta’ l-ispektrum fil-Komunità (5). Informazzjoni rilevanti oħra tista’ tinkiseb minn operaturi tas-servizzi MCA jew mill-amministrazzjonijiet ta’ l-avjazzjoni ċivili.

(13)

Reġistru dedikat ta’ dejta rilevanti għall-inġenji ta’ l-ajru kollha li jġorru abbord MCA fl-Unjoni Ewropea, u wkoll 'il ġewwa u 'l barra mill-Unjoni Ewropea, jista’ jgħin biex tissolva l-problema ta’ l-interferenza billi tinġabar l-informazzjoni kollha regolarment u f’format komuni. Għall-bidu, u soġġett għal analiżi perjodika, reġistru komuni bħal dan jinżamm mill-operaturi rilevanti ta’ l-MCA u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Membri.

(14)

Id-dispożizzjonijiet tat-trattat internazzjonali dwar ir-Regolamenti tar-Radju ITU u r-reġistrar ta’ l-allokazzjoniijiet tal-frekwenzi kif ukoll dwar ir-rappurtar ta’ interferenzi ta’ ħsara, ukoll jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet ta’ interferenza bejn l-Istati Membri.

(15)

L-awtorizzazzjoni ta’ inġenji ta’ l-ajru li jġorru abbord MCA, u li jtiru fis-smewwiet ta’ l-Istati Membri iżda li huma rreġistrati barra l-Unjoni Ewropea tkun appoġġata mill-informazzjoni rilevanti pprovduta mill-industrija fir-reġistru dedikat ta’ l-MCA u permezz ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolamenti tar-Radju ITU. Approċċ komuni dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ l-awtorizzazzjonijiet MCA ma’ pajjiżi fejn ikunu rreġistrati inġenji ta’ l-ajru mhux ta’ l-UE jista’ jkun ta’ għajnuna.

(16)

L-Istati Membri diġà taw drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi lil operaturi terrestri tas-servizzi mobbli. Awtorizzazzjonijiet bħal dawn ma jkoprux servizzi MCA u ġeneralment huma limitati għal servizzi mobbli terrestri.

(17)

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, l-ispazju tal-kabina ta’ l-inġenju ta’ l-ajru jitqies li huwa taħt il-ġurisdizzjoni u l-kontroll tal-pajjiż fejn l-inġenju ta’ l-ajru huwa rreġistrat.

(18)

L-użu ta’ servizzi MCA jista’ jkollu wkoll implikazzjonijiet għas-sigurtà pubblika. Miżuri xierqa li jistgħu jittieħdu nazzjonalment jew skond ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (6) sabiex jiġi żgurat li t-telefowns ċellulari fuq l-inġenji ta’ l-ajru ma jintużawx għal skopijiet illegali.

(19)

L-elementi regolatorji u tekniċi ta’ l-approċċ komuni għall-awtorizzazzjoni tas-servizzi MCA fl-Unjoni Ewropea għandhom jinżammu taħt skrutinju sabiex jiġi żgurat li jibqgħu sodisfaċenti għall-iskop aħħari li tiġi evitata l-interferenza ta’ ħsara, u fin-nuqqas ta’ dan se jitqiesu miżuri xierqa ta’ rimedju.

(20)

Il-miżuri pprovduti f’din ir-Rakkomandazzjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet,

B’DAN TIRRAKKOMANDA:

(1)

Din ir-Rakkomandazzjoni hija mmirata biex tikkoordina l-kundizzjonijiet u l-proċeduri nazzjonali ta’ l-awtorizzazzjoni marbuta ma’ l-użu ta’ l-ispektrum tar-radju għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) sabiex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni tagħhom fil-Komunità u sabiex tiġi evitata interferenza ta’ ħsara kkawżata minn servizzi MCA fuq titjiriet transkonfinali.

Kwistjonijiet marbuta mal-fattur uman u l-użu tas-servizzi MCA u l-komunikazzjonijiet satellitari bejn l-inġenji ta’ l-ajru u l-istazzjonijiet spazjali ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

Il-kundizzjonijiet u r-regoli għall-awtorizzazzjoni nazzjonali msemmija f’dan ir-Regolament se japplikaw mingħajr preġudizzju għall-obbligi legali li jikkonċernaw is-sikurezza ta’ l-ajru u s-sigurtà pubblika.

(2)

“Servizzi għall-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA)” tfisser servizzi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif definiti fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva Kwadru pprovduti minn impriża sabiex il-passiġġieri ta’ l-ajru jkunu jistgħu jużaw netwerks ta’ komunikazzjoni pubbliċi matul it-titjira mingħajr ma jistabbilixxu konnessjonijiet diretti ma’ netwerks terrestri tas-servizzi mobbli.

(3)

Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex ikunu jistgħu jawtorizzaw il-forniment ta’ servizzi MCA fuq inġenji ta’ l-ajru rreġistrati fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw servizzi MCA skond il-prinċipji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni.L-ebda dispożizzjoni f’din ir-Rakkomandazzjoni ma għandha tmur kontra ż-żamma ta’ l-aqwa kundizzjonijiet ta’ sikurezza ta’ l-ajru.

L-Istati Membri ma għandhom jeħtieġu l-ebda awtorizzazzjoni addizzjonali għat-tħaddim ta’ servizzi MCA fuq it-territorju tagħhom f’ajruplani rreġistrati fi Stati Membri oħra skond il-kundizzjonijiet miftiehma skond il-punt 4.

Servizzi MCA f’inġenji ta’ l-ajru rreġistrati barra l-Komunità wkoll għandhom ikunu eżentati mill-awtorizzazzjoni fil-Komunità, bil-kundizzjoni li dawn is-servizzi jkunu konformi mal-kundizzjonijiet miftiehma skond il-punt 4 u rreġistrati skond ir-regoli rilevanti ta’ l-ITU.

(4)

L-Istati Membri m’għandhomx jawtorizzaw servizzi MCA sakemm ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tekniċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/294/KE.

(5)

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jirrikjedu li l-provvediment ta’ servizzi MCA f’inġenji ta’ l-ajru rreġistrati fil-ġurisdizzjoni tagħhom ikun soġġett għal awtorizzazzjonijiet ġenerali.

Meta l-użu ta’ l-ispektrum għall-operat ta’ servizzi MCA ikun soġġett għal drittijiet individwali, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid fuq bażi perjodika, il-ħtieġa għal kull dritt individwali fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, bil-għan li l-kundizzjonijiet marbuta ma’ drittijiet bħal dawn jiġu inkorporati f’awtorizzazzjoni ġenerali.

F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li servizzi MCA u servizzi mobbli terrestri ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fl-istess meded ta’ frekwenzi jkunu awtorizzati fuq bażijiet distinti.

(6)

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minn qabel, kif xieraq, lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra dwar is-servizzi MCA awtorizzati biex jitħaddmu inġenji ta’ l-ajru rreġistrati fil-ġurisdizzjoni tagħhom u dwar talbiet biex jitħaddmu servizzi MCA fis-smewwiet nazzjonali tagħhom minn inġenji ta’ l-ajru rreġistrati barra l-Unjoni Ewropea.

Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operaturi tas-servizzi MCA biex jipprovdu dejta rilevanti għall-iskopijiet indikati fil-paragrafu preċedenti.

(7)

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw attivament, kostruttivament u fi spirtu ta’ solidarjetà, bl-użu ta’ proċedura eżistenti ta’ ITU fejn xieraq, biex jieħdu ħsieb kwalunkwe kwistjonijiet li jirrigwardaw interferenza ta’ ħsara li allegatament ikunu kkawżati mit-tħaddim ta’ servizzi MCA.

L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien iressqu kwistjonijiet li jirrigwardaw interferenzi ta’ ħsara li allegatament ikunu kkawżati minn servizzi MCA awtorizzati fi Stat Membru ieħor, għall-attenzjoni ta’ l-Istat Membru responsabbli għas-servizz MCA ikkonċernat u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat għall-Komunikazzjonijiet u lill-Kumitat għall-Ispektrum tar-Radju dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq sabiex ifittxu soluzzjonijiet għal kwalunkwe diffikultajiet.

L-Istati Membri li jkunu awtorizzaw servizzi MCA li jkunu suspettati li qed jinterferixxu u jkunu ta’ ħsara għal servizzi fuq it-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandhom jirrispondu u jsolvu minnufih kwalunkwe interferenza bħal din.

(8)

L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu ta’ l-ispektrum minn servizzi MCA taħt skrutinju, partikolarment fir-rigward ta’ interferenza li attwalment jew potenzjalment tkun ta’ ħsara, u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni sabiex jippermettu l-analiżi f’waqtha ta’ din ir-Rakkomandazzjoni jekk meħtieġ.

(9)

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32).

(2)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(3)  Ara p. 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 129, 17.5.2007, p. 67.

(6)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 849/2004 (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 1).


Corrigendum

10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 98/28


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 283/2008 tas-27 ta’ Marzu 2008 li jibdel l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 86, tat-28 ta' Marzu 2008 )

F'paġna 20, l-Anness għandu jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS

‘ANNESS I

Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw id-dazji addizzjonali huma identifikati mill-kodiċi NM tagħhom li fih tmien numri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċi tista' tinstab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u t-Tariffa Doganali Komuni (1) kif emendati bir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (2).

 

4820 10 90

 

4820 50 00

 

4820 90 00

 

4820 30 00

 

4820 10 50

 

6204 63 11

 

6204 69 18

 

6204 63 90

 

6104 63 00

 

6203 43 11

 

6103 43 00

 

6204 63 18

 

6203 43 19

 

6204 69 90

 

6203 43 90

 

0710 40 00

 

9003 19 30

 

8705 10 00

 

6301 40 10

 

6301 30 10

 

6301 30 90

 

6301 40 90

 

4818 50 00

 

9009 11 00

 

9009 12 00

 

8467 21 99

 

4803 00 31

 

4818 30 00


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1.’