ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 94

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
5 ta' April 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2008 ta' l-4 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 315/2008 ta' l-4 ta' April 2008 li jemenda l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta' testijiet rapidi ( 1 )

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2008 ta’ l-4 ta’ April 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

6

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/43/KE ta’ l-4 ta’ April 2008 li twaqqaf, skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE, sistema għall-identifikazzjoni u t-traċċabilità ta' l-isplussivi għall-użi ċivili ( 1 )

8

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/44/KE ta' l-4 ta' April 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-benthiavalicarb, il-boscalid, il-carvone, il-fluoxastrobin, il-Paecilomyces lilacinus u l-prothioconazole bħala sustanzi attivi ( 1 )

13

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/45/KE ta' l-4 ta' April 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-estensjoni ta' l-użu tas-sustanza attiva metconazole ( 1 )

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

5.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 94/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 314/2008

ta' l-4 ta’ April 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-4 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

63,1

MA

41,5

TN

125,1

TR

92,9

ZZ

80,7

0707 00 05

EG

178,8

MA

131,7

TR

127,6

ZZ

146,0

0709 90 70

MA

56,1

TR

109,4

ZZ

82,8

0805 10 20

EG

47,9

IL

55,6

MA

55,4

TN

53,8

TR

61,4

ZZ

54,8

0805 50 10

AR

53,2

IL

117,7

TR

133,6

ZA

147,5

ZZ

113,0

0808 10 80

AR

90,2

BR

85,6

CA

97,5

CL

90,1

CN

85,4

MK

54,3

US

112,4

UY

58,0

ZA

73,0

ZZ

82,9

0808 20 50

AR

71,8

CL

89,7

CN

52,7

ZA

97,3

ZZ

77,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


5.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 94/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 315/2008

ta' l-4 ta' April 2008

li jemenda l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta' testijiet rapidi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' enċifalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) fl-annimali. Huwa japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali u f'ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjoni tagħhom.

(2)

Il-Punt 4, Kapitolu C ta' l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi lista ta' testijiet rapidi approvati għas-sorveljanza tat-TSEs fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

(3)

Fit-30 ta’ Awwissu 2007, laboratorju għarraf lill-Kummissjoni li għandu jieqaf milli jqiegħed fis-suq it-test rapidu approvat għas-sorveljanza ta' l-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE). Huwa għalhekk xieraq li dak it-test jitħassar (Institut Pourquier Speed’it BSE) mil-lista ta’ testijiet rapidi għas-sorveljanza tal-BSE fl-annimali bovini fil-Kapitolu C ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu C ta’ l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-punt 4 għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 21/2008 (ĠU L 9, 12.1.2008, p. 3).


ANNESS

Fl-Anness X, Kapitolu C, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, punt 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Testijiet Rapidi

Għall-għanijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skond l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6(1), il-metodi li ġejjin għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ tal-BSE f'annimali bovini:

test immuno-blotting imsejjes fuq il-proċedura Western blotting għall-identifikazzjoni ta' frak PrPRes reżistenti għall-Proteinase K (Prionics-Check Western test);

testijiet tal-kemiluminexxenza ELISA li jinvolvu proċess ta' estrazzjoni u teknika magħrufa bħala ELISA fejn jintuża reaġent kemiluminexxenti żviluppat (Enfer test u Enfer TSE Kit verżjoni 2.0, preparazzjoni awtomatizzata tal-kampjuni);

immunoanaliżi fuq mikroplakka għall-identifikazzjoni tal-PrPSc (Enfer TSE Verżjoni 3);

immunoanaliżi sandwich għal PrPRes imwettqa wara l-istadji ta' denaturazzjoni u konċentrazzjoni (test Bio-Rad Te-SeE);

immunoanaliżi fuq mikroplakka (ELISA) li tidentifika l-PrPRes reżistenti għall-Proteinase K b'antikorpi monoklonali (test Prionics-Check LIA);

immunoanaliżi dipendenti mill-konformazzjoni, kit għat-test ta' l-antiġene tal-BSE (Beckman Coulter InPro CDI kit);

ELISA kemiluminexxenti għad-determinazzjoni kwalitattiva tal-PrPSc (CediTect BSE test);

immunoanaliżi li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrPSc u antikorp monoklonali ta' identifikazzjoni dirett kontra r-reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (IDEXX HerdChek BSE Antigen Test Kit, EIA);

immunoanaliżi bi fluss mill-ġenb li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti biex tindividwa l-frazzjonijiet tal-PrP reżistenti għall-Proteinase K (Prionics Check PrioSTRIP);

immunoanaliżi bilaterali li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti diretti kontra żewġ epitopi preżenti fil-PrPSc bovina fi stat mhux mitni (unfolded) (Roboscreen Beta Prion BSE EIA Test Kit);

ELISA sandwich għall-individwazzjoni tal-PrPSc reżistenti għall-Proteinase K (Roche Applied Science PrionScreen);

ELISA li jaqbad l-antiġene li juża żewġ antikorpi monoklonali differenti biex jindividwa l-frazzjonijiet tal-PrP reżistenti għall-Proteinase K (Fujirebio FRELISA BSE post mortem rapid BSE Test).

Għall-għanijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skond l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6(1), il-metodi li ġejjin għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ tat-TSE f'annimali ovini u kaprini:

immunoanaliżi dipendenti mill-konformazzjoni, kit għat-test ta' l-antiġene tal-BSE (Beckman Coulter InPro CDI kit);

immunoanaliżi sandwich għal PrPRes imwettqa wara l-istadji ta' denaturazzjoni u konċentrazzjoni (test Bio-Rad Te-SeE);

immunoanaliżi sandwich għal PrPRes imwettqa wara l-istadji ta' denaturazzjoni u konċentrazzjoni (Bio-Rad TeSeE test għan-Nagħaġ/Mogħoż).

test kemiluminexxenti ELISA li jinvolvi proċess ta' estrazzjoni u teknika magħrufa bħala ELISA fejn jintuża reaġent kemiluminexxenti żviluppat (Enfer TSE Kit verżjoni 2.0);

immunoanaliżi fuq mikroplakka għall-identifikazzjoni tal-PrPSc (Enfer TSE Verżjoni 3);

immunoanaliżi li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrPSc u antikorp monoklonali ta' individwazzjoni dirett kontra r-reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (IDEXX HerdChek BSE-Scrapie Antigen Test Kit, EIA);

mikroplejt imsejjes fuq l-immunoanaliżi kemiluminexxenti għall-identifikazzjoni tal-PrPSc f'tessuti ovini (POURQUIER’S - LIA Scrapie);

test immuno-blotting ibbażat fuq il-proċedura Western blotting għall-identifikazzjoni ta' frak PrPRes reżistenti għall-Proteinase K (Prionics-Check Western Small Ruminant test);

mikroplejt ibbażat fuq l-immunoanaliżi kemiluminexxenti għall-identifikazzjoni tal-PrPSc reżistenti għall-Proteinase K (Prionics Check LIA Small Ruminants).

Għat-testijiet kollha l-kampjun tat-tessuti li fuqu t-testijiet għandhom jiġi applikati għandhom ikunu konformi ma' l-istruzzjonijiet għall-użu tal-manifattur.

Il-produttur tat-testijiet rapidi jrid ikollu sistema li tiżgura l-kwalità, approvata mil-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza (LKR), li tiżgura li t-twettiq tat-test ma jinbidilx. Il-produtturi għandhom jipprovdu lil-LKR bil-protokolli tat-test.

It-tibdiliet fit-testijiet rapidi jew fil-protokolli tat-testijiet jistgħu jsiru biss wara notifika minn qabel lil-LKR u bil-kundizzjoni li l-LKR isib li t-tibdil ma jalterax is-sensittività, l-ispeċifiċità u l-affidabilità tat-test rapidu. Dan ir-riżultat għandu jiġi kkomunikat lill-Kummisjoni u lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza.”


5.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 94/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 316/2008

ta’ l-4 ta’ April 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 211/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1568/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 62).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 65, 8.3.2008, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mill-5 ta’ April 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

21,18

5,71

1701 11 90  (1)

21,18

11,12

1701 12 10  (1)

21,18

5,52

1701 12 90  (1)

21,18

10,60

1701 91 00  (2)

21,90

15,08

1701 99 10  (2)

21,90

9,76

1701 99 90  (2)

21,90

9,76

1702 90 95  (3)

0,22

0,42


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


DIRETTIVI

5.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 94/8


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/43/KE

ta’ l-4 ta’ April 2008

li twaqqaf, skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE, sistema għall-identifikazzjoni u t-traċċabilità ta' l-isplussivi għall-użi ċivili

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tqegħid fis-suq u s-sorveljar ta' splussiv għall-użu ċivili (1) u b'mod partikolari it-tieni sentenza tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 14 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 93/15/KEE tistipula regoli li jiżguraw iċ-ċirkulazzjoni taħt sikurezza u sigurtà ta' l-isplussivi fis-suq komunitarju.

(2)

Kif stipulat f'dik id-Direttiva, huwa neċessarju li jkun żġurat li l-impriżi fis-settur ta' l-isplussivi jippossedu sistema li żżomm traċċi ta' l-isplussivi sabiex tkun tista' tidentifika dawk li għandhom l-isplussivi fi kwalunkwe żmien.

(3)

Identifikazzjoni unika ta' l-isplussivi hija essenzjali jekk rekords preċiżi u sħaħ ta' l-isplussivi jridu jinżammu fl-istadji kollha tal-katina ta' provvista. Dan għandu jippermetti l-identifikazzjoni u t-traċċabilità ta' l-isplussiv mis-sit tal-produzzjoni u l-ewwel tqegħid tiegħu fis-suq sa l-utent finali tiegħu u l-użu tiegħu bil-ħsieb li jkun evitat l-użu ħażin u s-serq u tingħata għajununa lill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi fit-traċċabilità ta' splussivi mitlufa jew misruqa.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija stabbilit skond l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 1993/15/KEE.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva twaqqaf sistema armonizzata għal identifikazzjoni unika u t-traċċabilità ta' l-isplussivi għal użi ċivili.

Artikolu 2

Ambitu

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:

(a)

Splussivi trasportati u fornuti mhux ippakkjati jew fi trakkijiet bil-pompi biex jinħattu direttament fil-fornelli tal-mina;

(b)

Splussivi manifatturati fuq is-siti ta' l-isplużjoni, u li jitgħabbew immedjatament wara li jkunu prodotti (produzzjoni “in situ”);

(ċ)

munizzjon

KAPITOLU 2

IDENTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

Artikolu 3

Identifikazzjoni unika

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi fis-settur ta' l-isplussivi li jimmanifattura jew jimporta l-isplussivi jew jgħaqqdu d-detonaturi għandhom jimmarkaw l-isplussivi u kull unità ta' l-ippakkjar sa l-iżgħar waħda b'identifikazzjoni unika.

Fejn splussiv huwa soġġett għal proċessi ulterjuri ta' manifattura, il-manifatturi ma għandhomx jintalbu jimmarkaw l-isplussiv b'identifikazzjoni unika ġdida ħlief jekk l-identifikazzjoni unika oriġinali ma baqgħetx immarkata iżjed b'konformità ma' l-Artikolu 4.

2.   Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika fejn l-isplussiv huwa mmanifatturat għall-esportazzjoni u huwa mmarkat b'identifikazzjoni skond ir-rekwiżiti tal-pajjiż ta' importazzjoni, li tippermetti traċċabilità ta' l-isplussiv.

3.   L-identifikazzjoni unika għandha tkun magħmula minn komponenti deskritti fl-Anness.

4.   Kull sit tal-manifattura għandha tingħata kodiċi ta' 3 figuri diġitali mill-awtorità nazzjonali ta' l-Istati Membri fejn hija stabbilita.

5.   Fejn is-sit tal-manifattura jinsab barra l-Komunità, il-manifattur minħabba li huwa stabbilit fil-Komunità għandu jagħmel kuntatt ma' l-awtorità nazzjonali ta' l-Istat Membru li qed jimporta sabiex is-sit tal-manifattura tingħata kodiċi.

Fejn is-sit tal-manifattura jinsab barra l-Komunità u l-manifattur mhuwiex stabbilit fil-Komunità, l-importatur ta' l-isplussivi kkonċernati għandu jagħmel kuntatt ma' l-Istat Membru li qed jimporta sabiex is-sit tal-manifattura tingħata kodiċi.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri li jippakkjaw mill-ġdid l-isplussivi jiżguraw li l-identifikazzjoni unika titwaħħal fuq l-isplussiv u fuq l-iżgħar biċċa ta' l-ippakkjar.

Artikolu 4

Immarkar u twaħħil

L-identifikazzjoni unika għandha tkun immarkata fuq l-oġġett ikkonċernat jew imwaħħla sewwa fuqu b'mod li jibqa' matul iż-żmien sabiex ikun żgurat li hija tkun tista' tinqara ċar.

Artikolu 5

Splussivi f'skartoċċ u splussivi fi xkejjer

Għall-isplussivi bl-iskartoċċ u l-isplussivi fi xkejjer, l-identifikazzjoni unika għandha tikkonsisti f'tikketta adeżiva jew stampar dirett fuq kull skartoċċ jew xkora. Tikketta assoċjata għandha titqiegħad fuq kull kaxxa ta' skrataċ.

Barra minn hekk, l-impriżi jistgħu jużaw tikketta elettronika ta' materjal inerti u passiv imwaħħla ma' kull skartoċċ jew xkora u bl-istess mod, titwaħħal tikketta elettronika assoċjata fuq kull kaxxa ta' skrataċ.

Artikolu 6

Splussivi b'komponent ta' bi tnejn

Għall-isplussivi b'komponent ta' bi tnejn, l-identifikazzjoni unika għandha tikkonsisti f'tikketta adeżiva jew stampar dirett fuq kull unità ta' l-ippakkjar sa l-iżgħar waħda li fiha ż-żewġ komponenti.

Artikolu 7

Detonaturi sempliċi u fjusijiet

Għad-detonaturi sempliċi jew il-fjusijiet, l-identifikazzjoni għandha tikkonsisti f'tikketta adeżiva jew stampar dirett jew timbru fuq il-qoxra tad-detonatur. Tikketta assoċjata għandha titwaħħal fuq kull kaxxa ta' detonaturi jew fjusijiet.

Barra minn hekk, l-impriżi jistgħu jużaw tikketta elettonika ta' materjal inerti u passiv imwaħħla ma' kull detonatur jew fjus, u titwaħħal tikketta elettronika assoċjata fuq kull kaxxa ta' detonaturi jew fjusijiet.

Artikolu 8

Detonaturi elettriċi, mhux elettriċi u elettroniċi

Għad-detonaturi elettriċi, mhux elettriċi u elettroniċi, l-identifikazzjoni unika għandha tikkonsisti jew f'tikketta adeżiva fuq il-wajers jew it-tubu, jew tikketta adeżiva jew stampar dirett jew timbru fuq il-qoxra tad-detonatur. Tikketta assoċjata għandha titwaħħal fuq kull kaxxa ta' detonaturi.

Barra minn hekk, l-impriżi jistgħu jużaw tikketta elettronika ta' materjal inerti u passiv imwaħħla ma' kull detonatur u tikketta assoċjata fuq kull kaxxa ta' detonaturi.

Artikolu 9

Kapsijiet u aċċelleraturi ta' l-isplużjoni

Għall-kapsijiet u l-aċċelleraturi ta' l-isplużjoni, l-identifikazzjoni unika għandha tikkonsisti f'tikketta adeżiva jew stampar dirett fuq il-kaps u l-aċċelleratur ta' l-isplużjoni. Tikketta assoċjata għandha titwaħħal fuq kull kaxxa tal-kapsijiet u l-aċċelleraturi ta' l-isplużjoni.

Barra minn hekk, l-impriżi jistgħu jużaw tikketta elettronika ta' materjal inerti u passiv imwaħħla ma' kull kaps jew aċċelleratur ta' l-isplużjoni u tikketta assoċjata fuq kull kaxxa tal-kapsijiet u l-aċċelleraturi ta' l-isplużjoni.

Artikolu 10

Miċeċ tad-detonazzjoni u fjusijiet tas-sikurezza

Għall-miċeċ tad-detonazzjoni u l-fjusijiet tas-sikurezza, l-identifikazzjoni unika għandha tikkonsisti f'tikketta adeżiva jew stampar dirett fuq ir-rukkel. L-identifikazzjoni unika għandha tkun immarkata kull 5 metri jew fuq l-invilopp estern tal-miċċa jew il-fjus jew in-naħa interna tal-plastik estruż immedjatament taħt il-fibra esterna tal-miċċa jew il-fjus. Tikketta assoċjata għandha titwaħħal fuq kull kaxxa ta' miċeċ ta' detonazzjoni jew fjus.

Barra minn hekk, l-impriżi jistgħu jużaw tikketta elettronika ta' materjal inerti u passiv imdaħħla ġol-miċċa, u tikketta assoċjata fuq kull kaxxa ta' miċeċ jew fjus.

Artikolu 11

Bottijiet u ċilindri li fihom l-isplussiv

Għall-bottijiet u ċ-ċilindri li fihom l-isplussiv, l-identifikazzjoni unika għandha tikkonsisti f'tikketta adeżiva jew stampar dirett fuq il-bott jew iċ-ċilindru li fih l-isplussiv.

Barra minn hekk, l-imprżi jistghu jużaw tikketta elettronika ta' materjal inerti u passiv imwaħħla fuq kull bott u ċilindru.

Artikolu 12

Kopji tat-tikketta oriġinali

L-impriżi jistgħu jwaħħlu kopji tat-tikketta oriġinali adeżivi li jistgħu jinqalgħu fuq l-isplussivi għall-użu tal-klijenti tagħhom. Dawn il-kopji għandhom jidhru b'mod ċar bħala kopji ta' l-oriġinal biex ikun evitat l-użu ħażin.

KAPITOLU 3

ĠBIR U ARKIVJAR TAD-DATA

Artikolu 13

Ġbir ta' data

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi fis-settur ta' l-isplussivi jwaqqfu sistema għall-ġbir ta' data f'relazzjoni ma' l-isplussivi inkluża l-identifikazzjoni unika tagħhom matul il-katina kollha ta' forniment u l-eżistenza tagħhom.

2.   Is-sistema ta' ġbir ta' data għandha tippermetti li l-impriżi jkunu jistgħu jittraċċaw l-isplussivi b'tali mod li dawk li jkollhom l-isplussivi jistgħu jkunu identifikati fi kwalunkwe ħin.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data miġbura inklużi l-identifikazzjonijiet uniċi tinżamm u tkun arkivjata għal perjodu ta' 10 snin wara l-forniment jew meta jkun magħruf fi tmiem ta' l-eżistenza ta' l-isplussiv anke jekk l-impriżi jkunu waqqfu l-attività kummerċjali tagħhom.

Artikolu 14

L-obbligi ta' l- impriżi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi fis-settur ta' l-isplussivi jissodisfaw dan li ġej:

(a)

jarkivjaw l-identifikazzjonijiet kollha ta' l-isplussivi, flimkien ma' l-informazzjoni pertinenti inklużi t-tip ta' splussiv, il-kumpanija u l-persuna li ngħatat il-kustodja ta' l-isplussiv;

(b)

l-arkivjar tal-lok ta' kull splussiv fil-waqt li l-isplussiv hu fil-possessjoni jew il-kustodja tagħhom sakemm tkun jew trasferita lil impriża oħra jew użata;

(ċ)

jittestjaw fuq intervalli regolari s-sistema ta' ġbir ta' data sabiex ikun żgurat l-effettività tagħha u l-kwalità tad-data arkivjata;

(d)

iżommu u jarkivjaw id-data miġbura inklużi l-identifikazzjonijiet uniċi għall-perjodu speċifikata fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 13;

(e)

jipproteġu d-data miġbura kontra kull ħsara aċċidentali jew malizzjuża;

(f)

jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti, meta jintalbu, l-informazzjoni li tikkonċerna l-oriġni u l-lok ta' kull splussiv matul l-eżistenza tiegħu u matul il-katina ta' forniment;

(g)

jipprovdu lill-awtoritajiet responsabbli ta' l-Istati Membri l-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta' persuna li kapaċi tagħti l-informazzjoni deskritta f'punt (f) barra l-ħinijiet normali tan-negozju.

Għall-għan tal-punt d, l-impriża għandha, fil-każ ta' splussivi mmanifatturati jew importati qabel id-data speċifikata fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15 (1), iżżomm ir-reġistri skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali attwali.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

It-traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn 5 ta' April 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jaslu f'konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-5 ta' April 2012

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 16

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

L-identifikazzjoni unika għandha tkun magħmula minn:

1.

parti li tinqara mill-bniedem ta' l-identifikazzjoni li fiha dan li ġej:

(a)

l-isem tal-manifattur;

(b)

kodiċi alfanumeriku li fih:

(i)

2 ittri li jidentifikaw l-Istat Membru (il-post tal-produzzjoni jew importazzjoni fis-suq Komunitarju, e.g. AT = l-Awstrija);

(ii)

3 figuri diġitali li jidentifikaw l-isem tas-sit ta' manifattura (mogħti mill-awtoritajiet nazzjonali);

(iii)

il-kodiċi ta' prodott uniku u l-informazzjoni loġistika mfassla mill-manifattur;

2.

identifikazzjoni elettronika li tinqara f'format ta' barcode u/jew matrix code li għandu x'jaqsam direttament mal-kodiċi ta' identifikazzjoni alfanumeriku.

Eżempju:

Image

3.

Għal oġġetti żgħar ħafna biex jitwaħħlilhom kodiċi ta' prodott uniku u informazzjoni loġistika mfassla mill-manifattur, l-informazzjoni taħt 1 (b) (i), 1 (b) (ii) u 2 għandha titqies suffiċjenti.


5.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 94/13


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/44/KE

ta' l-4 ta' April 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-benthiavalicarb, il-boscalid, il-carvone, il-fluoxastrobin, il-Paecilomyces lilacinus u l-prothioconazole bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fid-19 ta’ April 2002, il-Belġju rċieva applikazzjoni minn Kumiai Chemicals Industry Co Ltd biex is-sustanza attiva benthiavalicarb tiġi inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/35/KE (2) kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, id-data u r-rekwiżiti tat-tagħrif ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fis-26 ta’ April 2001, il-Ġermanja rċeviet applikazzjoni minn BASF AG biex is-sustanza attiva boscalid tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/268/KE (3) konfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, id-data u r-rekwiżiti tat-tagħrif ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fis-26 ta' Marzu 1997 l-Olanda rċeviet applikazzjoni minn Luxan B.V. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva carvone fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/610/KE (4) kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-data u tat-tagħrif ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(4)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-25 ta' Marzu 2002 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni minn Bayer AG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fluoxastrobin fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2003/35/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-data u tat-tagħrif ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-15 ta’ Settembru 2002, il-Belġju rċieva applikazzjoni minn Prophyta biex is-sustanza attiva Paecilomyces lilacinus strain 251 (minn issa 'l quddiem “Paecilomyces lilacinus”) tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/305/KE (5) kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-data u tat-tagħrif ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-25 ta' Marzu 2002 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni minn Bayer CropScience għall-inklużjoni tas-sustanza attiva prothioconazole fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/35/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-data u tat-tagħrif ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

L-effetti ta' dawn is-sustanzi radjoattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użu propost mill-applikanti. Ir-relatur maħtur ta’ l-Istati Membri ressaq abbozz ta' rapport ta’ evalwazzjoni fit-13 ta’ April 2004 (benthiavalicarb), fit-22 ta’ Novembru 2002 (boscalid), fis-16 ta’ Ottubru 2000 (carvone), fit-2 ta’ Settembru 2003 (fluoxastrobin), fit-3 ta’ Novembru 2004 (Paecilomyces lilacinus) u fit-18 ta' Ottubru 2004 (prothioconazole).

(8)

Ir-rapporti ta’ evalwazzjoni għaddew minn reviżjoni esperta mill-Istati Membri u mill-EFSA fi ħdan il-Valutazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma tagħha u ressqu quddiem il-Kummissjoni fil-format ta' l-EFSA Rapporti Xjentifiċi fil-15 ta’ Ġunju 2007 għall-fluoxastrobin (6) u għall-Paecilomyces lilacinus  (7) u fit-12 ta’ Lulju 2007 għall-benthiavalicarb (8) u l-prothioconazole (9). Dawn ir-rapporti u l-abbozz tar-rapporti ta’ evalwazzjoni għall-boscalid u l-carvone ġew reveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali u r-reviżjoni kienet finalizzata fit-22 ta' Jannar 2008 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-benthiavalicarb, boscalid, carvone, fluoxastrobin, Paecilomyces lilacinus u għall-prothioconazole.

(9)

Minn eżamijiet varji li saru jidher li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi radjoattivi kkonċernati jistgħu jintalbu li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-użu li kien eżaminat u ddettaljat fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-benthiavalicarb, il-boscalid, il-carvone, il-fluoxastrobin, il-Paecilomyces lilacinus u l-prothioconazole jiġu inklużi fl-Anness I ta' din id-Direttiva, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(10)

Bla ħsara għall-konklużjoni ta' hawn fuq, għall-fluoxastrobin u l-prothioconazole huwa xieraq li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi soġġetta għal kondizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li jintalab li l-fluoxastrobin għandu jkun suġġett għal aktar ittestjar għall-konferma ta' l-evalwazzjoni tar-riskju għall-ilma tal-wiċċ u għal metaboliti mhux tal-firien u li l-prothioconazole għandu jkun soġġett għal aktar ittestjar għal konferma ta’ l-evalwazzjoni tar-riskju rigward id-derivattivi metaboliti tat-triazole u r-riskju għal għasafar u mammiferi granivori u li studji bħal dawn għandhom jitressqu min-notifikati.

(11)

Bla ħsara għall-obbligi definiti bid-Direttiva 91/414/KE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet proviżjorji eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benthiavalicarb, il-boscalid, il-carvone, il-fluoxastrobin, il-Paecilomyces lilacinus jew il-prothioconazole biex jiżguraw li l-ħtiġijiet stabbiliti bid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, huma sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ibiddlu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti f'awtorizzazzjonijiet kompluti, jemendawhom jew jirtirawhom skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mid-data ta’ l-għeluq ta' hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tad-dossier sħiħ ta' l-Anness III għal kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(12)

Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skond dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sal-31 ta' Jannar 2009 dawk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tiġi mħarsa din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom, skond id-Direttiva 91/414/KEE u fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benthiavalicarb, il-boscalid, il-carvone, il-fluoxastrobin, il-Paecilomyces lilacinus jew il-prothioconazole bħala sustanza attiva sal-31 ta' Jannar 2009. Sa din id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li jintlaħqu l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' din id-Direttiva relatati mal-benthiavalicarb, boscalid, carvone, fluoxastrobin, Paecilomyces lilacinus jew mal-prothioconazole, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B ta’ l-annotazzjoni dwar is-sustanza attiva, u li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva skond il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva.

2.   B’deroga minn paragrafu 1, għal kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-benthiavalicarb, boscalid, carvone, fluoxastrobin, Paecilomyces lilacinus jew il-prothioconazole bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li huma kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2008, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi li hemm imsemmija fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tad-daħla fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-benthiavalicarb, il-boscalid, il-carvone, il-fluoxastrobin, il-Paecilomyces lilacinus jew il-prothioconazole. Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jistabbilixxu dan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta prodott li fih il-benthiavalicarb, il-boscalid, il-carvone, il-fluoxastrobin, il-Paecilomyces lilacinus jew il-prothioconazole bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2010; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-benthiavalicarb, il-boscalid, il-carvone, il-fluoxastrobin, il-Paecilomyces lilacinus jew il-prothioconazole bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-31 ta’ Jannar 2010 jew sad-data ffissata, għal emenda bħal din jew l-irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti ma’ l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liema waħda hi l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2008.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/41/KE (ĠU L 89, 1.4.2008, p. 12).

(2)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 52.

(3)  ĠU L 92, 9.4.2002, p. 34.

(4)  ĠU L 242, 14.9.1999, p. 29.

(5)  ĠU L 112, 6.5.2003, p. 10.

(6)  Ir-Rapport Xjentifiku ta’ l-EFSA (2007) 102, 1-84, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva fluoxastrobin (iffinalizzat: 13 ta' Ġunju 2007).

(7)  Ir-Rapport Xjentifiku ta’ l-EFSA (2007) 103, 1-35, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva Paecilomyces lilacinus strain 251 (iffinalizzat: 13 ta' Ġunju 2007).

(8)  Ir-Rapport Xjentifiku ta’ l-EFSA (2007) 107, 1-81, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva benthiavalicarb (iffinalizzat: 12 ta' Lulju 2007).

(9)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2007) 106, 1-98, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva prothioconazole (ffinalizzat: 12 ta' Lulju 2007).


ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringieli li ġejjin huma miżjuda fl-aħħar tat-tabella:

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (*)

Id-dħul fis-seħħ

Skadenza ta' l-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“169

Benthiavalicarb

Nru CAS 413615-35-7

Nru CIPAC 744

[(S)-1-{[(R)-1-(6-fluoro-1,3-benzothiazol-2-yl) ethyl]carbamoyl}-2-methylpropyl]carbamic acid

≥ 910 g/kg

L-impuritajiet manifatturati li ġejjin huma ta’ tħassib tossoloġiku u kull waħda minnhom ma għandhiex taqbeż ċertu ammont fil-materjal tekniku.

 

6,6′-difluoro-2,2′-dibenzothiazole: < 3,5 mg/kg

 

bis(2-amino-5-fluorophenyl) disulfide: < 14 mg/kg

1 ta’ Awwissu 2008

31 ta’ Lulju 2018

Parti A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

Parti B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-benthiavalicarb, b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-22 ta’ Jannar 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sigurtà ta' l-operatur;

lill-ħarsien ta’ organiżmi artropodi mhux immirati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju adegwati, fejn xieraq.

Waqt il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benthiavalicarb għall-użu għajr dawk ta’ trattament fis-serer, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jassiguraw li tiġi pprovduta kull data u tagħrif meħtieġ qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 13(5) dwar l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif kummerċjalment manufatturat.

170

Boscalid

Nru CAS 188425-85-6

Nru CIPAC 673

2-Chloro-N-(4′-chlorobiphenyl-2-yl)nicotinamide

≥ 960 g/kg

1 ta’ Awwissu 2008

31 ta’ Lulju 2018

Parti A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

Parti B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-boscalid, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-22 ta’ Jannar 2008.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sigurtà ta' l-operatur;

lir-riskju fit-tul għall-għasafar u l-organiżmi tal-ħamrija;

lir-riskju ta’ l-akkumulazzjoni fil-ħamrija jekk is-sustanza hija użata f’uċuħ tar-raba' perenni jew fl-uċuħ suċċessivi tar-raba' fir-rotazzjoni tal-ħsad.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju adegwati, fejn xieraq.

171

Carvone

Nru CAS 99-49-0 (taħlita d/l)

Nru CIPAC 602

5-isopropenyl-2-methylcyclohex-2-en-1-one

≥ 930 g/kg bi proporzjon d/l ta’ mill-inqas 100:1

1 ta’ Awwissu 2008

31 ta’ Lulju 2018

Parti A

L-użu bħala regolatur għat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat.

Parti B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-carvone b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-22 ta’ Jannar 2008.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari għar-riskju ta’ l-operaturi.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

172

Fluoxastrobin

Nru CAS 361377-29-9

Nru CIPAC 746

(E)-{2-[6-(2-chlorophenoxy)-5-fluoropyrimidin-4-yloxy]phenyl}(5,6-dihydro-1,4,2-dioxazin-3-yl)methanone O-methyloxime

≥ 940 g/kg

1 ta’ Awwissu 2008

31 ta’ Lulju 2018

Parti A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

Parti B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fluoxastrobin b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-22 ta’ Jannar 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sigurtà ta' l-operatur, b'mod partikolari meta jittratta l-konċentrat mhux imħallat. Il-kondizzjonijiet ta’ l-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ ħarsien adegwati, bħall-ilbies ta’ maskra ta’ protezzjoni għall-wiċċ;

lill-ħarsien ta' organiżmi akwatiċi. Miżuri ta' tnaqqis tar-riskju għandhom ikunu applikati, fejn hu xieraq;

il-livelli ta’ residwi tal-metaboliti tal-fluoxastrobin, meta t-tiben minn żoni ttrattati jintuża bħala għalf. Il-kondizzjonijiet ta’ l-użu għandhom jinkludu restrizzjonijiet għall-għalf ta' l-annimali, fejn xieraq;

lir-riskju ta’ l-akkumulazzjoni fil-ħamrija, jekk is-sustanza hija użata f’uċuħ tar-raba' perenni jew fl-uċuħ suċċessivi tar-raba' fir-rotazzjoni tal-ħsad.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta’:

data li tippermetti li ssir evalwazzjoni tar-riskju komprensiva ta’ l-ilma fejn jitqies it-tifrix tal-bexx, il-fawran, id-dranaġġ u l-effettività ta’ miżuri ta’ tnaqqis potenzjali ta’ riskju;

data dwar it-tossiċità ta’ metoboliti mhux tal-firien jekk it-tiben miż-żoni ttrattati għandu jintuża bħala għalf.

Huma għandhom jiżguraw li n-notifikant li fuq talba tiegħu ġie inkluż il-fluoxastrobin f’dan l-Anness, jipprovdi studji bħal dawn lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ta’ inklużjoni.

173

Paecilomyces lilacinus (Thom)

Samson 1974 strain 251 (AGAL: nru 89/030550)

Nru CIPAC 753

Mhux applikabbli

 

1 ta’ Awwissu 2008

31 ta’ Lulju 2018

Parti A

L-użu bħala nematiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

Parti B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Paecilomyces lilacinus u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-22 ta’ Jannar 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sigurtà ta' l-operatur (għalkemm ma kienx meħtieġ li jiġi stipulat AOEL, bħala regola ġenerali, il-mikroorganiżmi għandhom jitqiesu bħala sensitizzaturi potenzjali);

lill-ħarsien ta’ artropodi mhux immirati fejn jgħixu l-weraq.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

174

Prothioconazole

Nru CAS 178928-70-6

Nru CIPAC 745

RS)-2-[2-(1-chlorocyclopropyl)-3-(2-chlorophenyl)-2-hydroxypropyl]-2,4-dihydro-1,2,4-triazole-3-thione

≥ 970 g/kg

L-impuritajiet manifatturati li ġejjin huma ta’ tħassib tossoloġiku u kull waħda minnhom ma għandhiex taqbeż ċertu ammont fil-materjal tekniku.

Toluene: < 5 g/kg

Prothioconazole-desthio (2-(1-chlorocycloproyl)1-(2-chlorophenyl)-3-(1,2,4-triazol-1-yl)-propan-2-ol): < 0.5 g/kg (LOD)

1 ta’ Awwissu 2008

31 ta’ Lulju 2018

Parti A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

Parti B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-prothioconazole, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-22 ta’ Jannar 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-operatur tas-sigurtà fl-applikazzjonijiet ta’ bexx. Il-kundizzjonijiet ta’ l-użu għandhom jinkludu miżuri xierqa ta’ ħarsien;

lill-ħarsien ta' organiżmi akwatiċi. Miżuri ta' tnaqqis tar-riskju għandhom ikunu applikati, fejn hu xieraq;

lill-ħarsien ta’ l-għasafar u l-mammiferi żgħar. Miżuri ta' tnaqqis tar-riskju għandhom ikunu applikati fejn hu xieraq.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta’:

tagħrif biex jippermetti li ssir evalwazzjoni ta’ l-esponiment tal-konsumaturi għad-derivattivi tal-metaboliti tat-tirazole fl-uċuħ ewlenin tar-raba', fir-rotazzjoni tal-ħsad, u fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali;

tqabbil tal-mod ta’ azzjoni tad-derivattivi tal-metaboliti tal-prothioconazole u tat-triazole biex tkun tista’ ssir l-evalwazzjoni tat-tossiċità li tirrizulta mill-esponiment kombinat ta’ dawn il-komposti;

tagħrif li jkompli jindirizza r-riskju fit-tul għall-għasafar u l-mammiferi granivori li jiġi mill-użu tal-prothioconazole bħala trattament għaż-żerriegħa.

Huma għandhom jiżguraw li n-notifikant li fuq talba tiegħu ġie inkluż il-prothioconazole f’dan l-Anness, jipprovdi studji bħal dawn lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ta’ inklużjoni.”


(*)  Iktar dettalji dwar l-identità u l-speċifikazzjoni ta' sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta' analiżi.


5.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 94/21


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/45/KE

ta' l-4 ta' April 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-estensjoni ta' l-użu tas-sustanza attiva metconazole

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jħarsu l-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE (2), il-metconazole kienet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Meta kien qed japplika għall-inklużjoni tal-metconazole, in-notifikatur tagħha, BASF Aktiengesellschaft, issottometta data dwar l-użi biex jiġu kkontrollati l-fungi, liema data appoġġjat il-konklużjoni ġenerali li tgħid li hu mistenni li prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom il-metconazole għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sikurezza stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. Għalhekk, il-metconazole kienet inkluża fl-Anness I ta' din id-Direttiva bid-dispożizzjonijiet speċifiċi li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw biss użi tagħha bħala fungiċida.

(3)

Barra l-kontroll ta' fungi f'ċerti użi agrikoli, in-notifikatur issa applika għal emenda f'dawk id-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' l-użu bħala regolatur fit-tkabbir tal-pjanti. Sabiex tkun appoġġjata din l-estensjoni ta' l-użu, in-notifikatur issottometta informazzjoni addizzjonali.

(4)

Il-Belġju evalwa l-informazzjoni u d-data sottomessi min-notifikatur. F'Ottubru 2007 informa lill-Kummissjoni li huwa wasal għall-konklużjoni li l-estensjoni ta' l-użu mitluba ma tikkawżax riskji oħrajn barra dawk li diġà kienu kkunsidrati fid-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-metconazole fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sustanza. Dan jgħodd b'mod partikolari minħabba li l-estensjoni tkopri applikazzjonijiet b'rati li huma inqas minn dawk neċessarji għall-użu bħala fungiċida filwaqt li l-parametri l-oħrajn ta' applikazzjoni kif stabbiliti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jibqgħu kif inhuma.

(5)

Għalhekk huwa ġustifikat li jkunu modifikati d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-metconazole.

(6)

Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-5 ta' Awwissu 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mis-6 ta' Awwissu 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/41/KE (ĠU L 89, 1.4.2008, p. 12).

(2)  ĠU L 235, 30.8.2006, p. 17.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringiela 136 hi sostitwita b’dan li ġej:

“136

Metconazole

Nru tal-CAS 125116-23-6 (stereokimika mhux dikjarata)

CIPAC Nru 706

(1RS,5RS:1RS,5SR)-5-(4-chlorobenzyl)- -2.2-dimethyl-1-(1H-1,2,4-triazol-1-ylmethyl)cyclopentanol

≥ 940 g/kg

(total ta’ cis- u trans-isomers)

1 ta’ Ġunju 2007

31 ta’ Mejju 2017

Parti A

L-użi bħala fungiċida u regolatur għat-tkabbir tal-pjanti biss jistgħu jiġu awtorizzati.

Parti B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-metconazole, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-23 ta’ Mejju 2006.

F'din il-valutazzjoni globali:

l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi, għasafar u mammiferi. Il-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' tnaqqis tar-riskju, skond il-każ.

l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari lis-sikurezza ta’ l-operatur. Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' protezzjoni skond il-każ”.