ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
29 ta' Marzu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 286/2008 tat-28 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008 tat-28 ta' Marzu 2008 dwar l-estensjoni tal-perijodu ta' validità msemmi fl-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 ( 1 )

3

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/40/KE tat-28 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ l-amidosulfuron u n-nicosulfuron bħala sustanzi attivi ( 1 )

5

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/274/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Marzu 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

9

 

 

2008/275/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Marzu 2008 dwar il-konklużjoni ta’ protokoll li jemenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija

10

Protokoll li jemenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

11

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/276/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/338/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għotja ta’ l-ekotikketta Komunitarja lil servizz ta’ kampeġġ (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1128)  ( 1 )

12

 

 

2008/277/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummisjoni tas-26 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2001/405/KE, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal prodotti ta’ karta fina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1222)  ( 1 )

14

 

 

2008/278/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/589/KE fir-rigward ta’ l-aviglycine HCI (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1071)  ( 1 )

15

 

 

2008/279/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2008 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/69/KE li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ikel u ingredjenti ta' l-ikel prodotti minn qamħirrum Roundup Ready ġenetikament modifikat tal-linja GA21 bħala ikel ġdid jew ingredjenti ta' l-ikel ġodda taħt ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 258/97 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1116)

17

 

 

2008/280/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrun GA21 (MON-ØØØ21-9) modifikat ġenetikament skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1112)

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 286/2008

tat-28 ta’ Marzu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

64,0

MA

52,9

TN

125,1

TR

123,9

ZZ

91,5

0707 00 05

JO

178,8

MA

69,9

MK

99,4

TR

174,8

ZZ

130,7

0709 90 70

MA

56,4

TR

118,3

ZZ

87,4

0805 10 20

EG

46,1

IL

58,2

MA

58,3

TN

54,0

TR

71,2

ZZ

57,6

0805 50 10

IL

119,0

TR

124,3

ZA

147,5

ZZ

130,3

0808 10 80

AR

92,1

BR

80,7

CA

103,3

CL

95,0

CN

93,3

MK

42,9

US

121,7

UY

60,1

ZA

62,1

ZZ

83,5

0808 20 50

AR

76,1

CL

75,0

CN

53,0

ZA

95,8

ZZ

75,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 287/2008

tat-28 ta' Marzu 2008

dwar l-estensjoni tal-perijodu ta' validità msemmi fl-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002, dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Inġenji ta' l-ajru li jaqgħu fl-ambitu ta' l-Artikolu 2ċ tar-Regolament (KE) Nru. 1702/2003 (2) u li jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet partikolari stabbiliti li huma tajbin għall-ajru għandu jinħarġulhom ċertifikati ristretti mill-Istati Membri li huma tajbin għall-ajru, li sat-28 ta' Marzu jippermettulhom ikomplu bl-operat li kienu intitolati jwettqu qabel it-28 ta' Marzu 2007.

(2)

L-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 jipprovdi li l-Kummissjoni tista' testendi l-perijodu ta' validità msemmi fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu b'massimu ta' 18-il xahar, sakemm ikun twettaq proċess ta' ċertifikazzjoni għat-tip ta' inġenju ta' l-ajru kkonċernat mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (l-Aġenzija) qabel it-28 ta' Marzu 2008 u li l-Aġenzija tkun stabbiliet li tali proċess jista' jiġi mitmum b'perijodu addizzjonali ta' validità.

(3)

F'konformità ma' l-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2033, fil-15 ta' Frar 2008 l-Aġenzija ħarġet deċiżjoni bil-għan li jintlaħqu l-kundizzjonijiet għall-estensjoni tal-perijodu ta' validità msemmi fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 2ċ tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 fir-rigward ta' ċerti tipi ta' inġenji ta' l-ajru. Fl-istess ġurnata hi tat notifika dwar id-deċiżjoni tagħha lill-Kummissjoni.

(4)

Speċifikament, fid-deċiżjoni tagħha l-Aġenzija tiddikjara li rċeviet u aċċettat applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni u/jew il-validazzjoni tat-tip ta' ċertifikati maħruġin mill-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni ta' l-eks Unjoni Sovjetika ta' żewġ ajruplani: l-ajruplan tat-tip Antonov AN-26, li jippermettilha wkoll li tikkunsidra ċ-ċertifikazzjoni ta' l-ajruplan tat-tip AN-26B, u l-ħelikopter tat-tip Kamov-32A11BC, li jippermettilha wkoll li tikkunsidra tiċċertifika l-ħelikopter tat-tip Kamov-32A12.

(5)

Fid-deċiżjoni tagħha l-Aġenzija kkonkludiet ukoll li tista' tkompli bil-proċess taċ-ċertifikazzjoni ta' dawn it-tipi ta' inġenji ta' l-ajru sat-28 ta' Settembru 2009.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-perijodu ta' validità msemmi fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 2ċ tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 huwa estiż sat-28 ta' Settembru 2009 fir-rigward ta' l-ajruplani tat-tip Antonov AN-26 u AN-26B u l-ħelikopters tat-tip Kamov-32A12 u Kamov-32A11BC.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 334/2007 (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 39).

(2)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 375/2007 (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 3).


DIRETTIVI

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/5


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/40/KE

tat-28 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ l-amidosulfuron u n-nicosulfuron bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-ħsieb li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-amidosulfuron u n-nicosulfuron.

(2)

Għal dawk is-sustanzi attivi l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent kienu vvalutati skond id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal ġabra ta’ użi proposti min-notifikanti. Barra minn hekk, dawk ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri rapporteur li għandhom iressqu r-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għall-amidosulfuron u n-nicosulfuron, l-Istati Membri rapporteur kienu l-Awstrija u r-Renju Unit u kull informazzjoni rilevanti tressqet fil-31 ta’ Mejju 2005 u s-7 ta’ Diċembru 2005 rispettivament.

(3)

Ir-rapporti ta’ valutazzjoni kienu riveduti inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA u ppreżentati lill-Kummissjoni fit-22 ta’ Jannar 2007 għall-amidosulfuron u nicosulfuron fil-format tar-Rapporti Xjentifiċi ta’ l-EFSA (4). Dawn ir-rapporti ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ffinalizzati fit-22 ta’ Jannar 2008 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-amidosulfuron u nicosulfuron.

(4)

Minn eżamijiet varji li saru deher li jista’ jiġi mitlub li l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom l-amidosulfuron u n-nicosulfuron jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment fir-rigward ta’ l-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li dawn is-sustanzi attivi jkunu inklużi fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jkunu jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(5)

Għandu jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness 1 sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jingħataw iż-żmien li jħejju ruħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(6)

Mingħajr ħsara għall-obbligi ddefiniti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet attwali ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-amidosulfuron u n-nicosulfuron sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif ikun xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz tad-deroga mil-limitu ta’ żmien stabilit hawn fuq, perjodu itwal għandu jiġi pprovdut għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut ta’ l-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skond il-prinċipji uniformi stipolati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi eżaminati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni Jkollu x’juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I.

(8)

Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skond dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta’ l-Ikel (jew Alimentari) u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2009 l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Immedjatament għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Mejju 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif din ir-referenza għandha ssir.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-amidosulfuron u n-nicosulfuron bħala sustanzi attivi sat-30 ta’ April 2009.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li jintlaħqu l-kondizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernaw l-amidosulfuron u n-nicosulfuron, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B ta’ l-annotazzjoni relatata ma’ dik is-sustanza attiva, u li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II ta’ dik id-Direttiva skond il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-amidosulfuron u n-nicosulfuron bħala jew l-unika sustanza attiva nkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma ġew elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Ottubru 2008, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B ta’ l-annotazzjoni fl-Anness I għat-tali Direttiva dwar l-amidosulfuron u n-nicosulfuron rispettivament. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4(1)(b), (ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jiddeterminaw dak, l-Istati Membri jridu:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih l-amidosulfuron u n-nicosulfuron bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2012; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih l-amidosulfuron u n-nicosulfuron bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2012 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li inkludew is-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liema waħda minnhom seħħet l-iktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2008.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/76/KE (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 100).

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2007 (ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19).

(4)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2007) 116, 1-86, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva amidosulfuron (iffinalizzat fl-14 ta’ Novembru 2007).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2007) 120, 1-91, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva nicosulfuron(iffinalizzat fid-29 ta’ Novembru 2007).

(5)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 27).


ANNESS

It-tabella li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar ta’ l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Id-dħul fis-seħħ

Skadenza ta’ l-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“175

Amidosulfuron

Nru CAS 120923-37-7

Nru CIPAC 515

3-(4,6-dimethoxypyrimidin-2-yl)-1-(N-methyl-N-methylsulfonyl-aminosulfonyl)urea

jew

1-(4,6-dimethoxypyrimidin-2-yl)-3-mesyl(methyl) sulfamoylurea

≥ 970 g/kg

L-1 ta’ Jannar 2009

Il-31 ta’ Diċembru 2018

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-amidosulfuron għall-użi għajr dawk f’mergħat, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jassiguraw li tiġi pprovduta kull data jew informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din u:

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-amidosulfuron u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-22 ta’ Jannar 2008.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

il-ħarsien għall-ilma ta’ l-art minħabba kontaminazzjoni potenzjali ta’ l-ilma ta’ l-art minn uħud mill-prodotti ta’ degradazzjoni meta huwa applikat f’reġjuni b’kundizzjonijiet klimatiċi u/jew ħamrija vulnerabbli;

għall-protezzjoni ta’ pjanti akwatiċi.

F’relazzjoni ma’ dawn ir-riskji identifikati, il-miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju bħal żoni ta’ lqugħ, għandhom jiġu applikati fejn adatt.

176

nicosulfuron

Nru CAS 111991-09-4

Nru CIPAC 709

2-[(4,6-dimethoxypyrimidin-2-ylcarbamoyl)sulfamoyl]-N,N-dimethylnicotinamide

jew

1-(4,6-dimethoxypyrimidin-2-yl)-3-(3-dimethylcarbamoyl-2-pyridylsulfonyl)urea

≥ 930 g/kg

L-1 ta’ Jannar 2009

Il-31 ta’ Diċembru 2018

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar in-nicosulfuron u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-22 ta’ Jannar 2008.

F’dan l-assessjar globali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

espożizzjoni potenzjali ta’ l-ambjent akwatiku għall-metabolita DUDN meta n-nicosulfuron huwa applikat f’reġjuni b’kundizzjonijiet ta’ ħamrija vulnerabbli;

l-protezzjoni ta’ pjanti akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri li jtaffu r-riskju bħal żoni ta’ lqugħ.

protezzjoni ta’ pjanti li mhumiex il-mira u għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni li jinkludu, fejn xieraq, miżuri li jtaffu r-riskju bħala żona ta’ lqugħ bla ebda sprej fuq il-post

ħarsien ta’ l-ilma tal-wiċċ u taħt l-art taħt kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi vulnerabbli.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Marzu 2008

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2008/274/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ġunju ta’ l-2003 tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ftehim mar-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru (“il-Ftehim”) konformement mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/953/KE (2).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru huwa approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  Opinjoni tas-16 ta’ Mejju 2006 (għadha mhix ipubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 17.


29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Marzu 2008

dwar il-konklużjoni ta’ protokoll li jemenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija

(2008/275/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel inċiż tal-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 300(4),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Bulgarija u r-Rumanija ffirmaw ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru mar-Renju tal-Marokk, iffirmati rispettivament fl-14 ta’ Ottubru 1966 u s-6 ta’ Diċembru1971.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

(3)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru ġie ffirmat fi Brussell fil-12 ta’ Diċembru 2006 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-ftehim orizzontali”) (2) u ġie applikat provviżorjament min dik id-data;

(4)

It-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea (3) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007;

(5)

Protokoll li jemenda l-Annessi I u II tal-ftehim orizzontali hu meħtieġ sabiex titqies l-adeżjoni taż-żewġ Stati Membri ġodda.

(6)

Il-protokoll li jemenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru ġie inizjalat fid-19 ta’ Marzu 2007.

(7)

B’konsegwenza ta’ dan, il-protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-protokoll li jemenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-protokoll”), huwa approvat f’isem il-Komunità Ewropea.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità, jipproċedi bin-notifika prevista fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (4).

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  Opinjoni tal-11 ta’ Diċembru 2007 (għadha nhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 18.

(3)  ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-segretarjat ġenerali tal-Kunsill.


PROTOKOLL

li jemenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa, u

R-RENJU TAL-MAROKK

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Partijiet”,

Wara li kkunsidraw il-ftehimiet bejn il-Bulgarija u r-Rumanija u r-Renju tal-Marokk, iffirmati rispettivament fl-14 ta’ Ottubru 1966 f’Rabat u fis-6 ta’ Diċembru 1971 f’Bukarest,

Wara li kkunsidraw il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru ffirmat fi Brussell fil-12 ta’ Diċembru 2006 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-ftehim orizzontali”),

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u għalhekk fil-Komunità Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma miżjuda ma’ l-Anness I (a) tal-ftehim orizzontali:

“—

Ftehim bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Renju tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f’Rabat fl-14 ta’ Ottubru 1966 (minn hawn ’il quddiem ‘il-ftehim Marokk-Bulgarija’);

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk dwar it-trasport ċivili bl-ajru, iffirmat f’Bukarest fis-6 ta’ Diċembru 1971 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-ftehim Marokk-Rumanija’);

Emendat mill-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat ir-Rabat fid-29 ta’ Frar 1996.”

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma miżjuda ma’ l-Anness II tal-ftehim orizzontali:

 

Fil-punt a (ħatra minn Stat Membru):

“—

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk – Rumanija.”;

 

Fil-punt b (rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi)

“—

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk-Bulgarija;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk – Rumanija.”;

 

Fil-punt ċ (kontroll regolamentari)

“—

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Marokk – Bulgarija.”;

 

Fil-punt d (tassazzjoni tal-fjuwil ta’ l-avjazzjoni):

“—

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk– Bulgarija;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Marokk – Rumanija.”;

 

Fil-punt e (tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea):

“—

L-Artikolu 16 tal-Ftehim Marokk – Bulgarija;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk – Rumanija.”;

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu tlestew.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll huwa mfassal bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Bulgaru, bid-Daniż, bl-Ispanjol, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Iżvediż, biċ-Ċek u bl-Għarbi b’kull wieħed minn dawk it-testi ugwalment awtentiċi.


Kummissjoni

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2005/338/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għotja ta’ l-ekotikketta Komunitarja lil servizz ta’ kampeġġ

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1128)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/276/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta għall-għotja ta’ l-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord ta’ Ekotikkettjar ta’ l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-kriterji ekoloġiċi stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/338/KE ta’ l-14 ta’ April 2005 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja ta’ l-ekotikketta Komunitarja lil servizz ta’ kampeġġ (2) se jiskadu fl-14 ta’ April 2008.

(2)

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/338/KE.

(3)

Minħabba l-istadji differenti tal-proċess ta’ reviżjoni huwa xieraq li l-perjodu ta’ validità rilevanti jittawwal b’perjodu ta’ 18-il xahar.

(4)

Id-Deċiżjoni 2005/338/KE għalhekk għandha tkun emendata kif jixraq.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2005/338/KE hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti ‘servizz ta’ kampeġġ’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Ottubru 2009.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 108, 29.4.2005, p. 67.


29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISJONI

tas-26 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2001/405/KE, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal prodotti ta’ karta fina

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1222)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/277/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta ta’ l-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord ta’ l-Itikkettjar Ekoloġiku ta’ l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-kriterji ekoloġiċi stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE ta’ l-4 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għall-prodotti ta’ karta fina (2) jiskadu fl-4 ta’ Mejju 2008.

(2)

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta’ stima u verifika, stabbiliti b’din d-Deċiżjoni.

(3)

Fid-dawl tar-reviżjoni ta’ dawk il-kriterji u rekwiżiti, huwa xieraq li l-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti għad-Deċiżjoni 2001/405/KE jiġi mtawwal għal-perjodu ta’ 12-il xahar.

(4)

Peress li l-obbligu ta’ reviżjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 huwa limitat biss għall-kriterji ekoloġiċi u għar-rekwiżiti ta’ stima u verifika, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2001/405/KE tibqa’ fis-seħħ.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2001/405/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2001/405/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti ta’ karta fina, kif ukoll għar-rekwiżiti relatati ta’ stima u verifika, għandhom jibqgħu validi sa l-4 ta’ Mejju 2009.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 142, 29.5.2001, p. 10. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/207/KE (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 16).


29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/589/KE fir-rigward ta’ l-aviglycine HCI

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1071)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/278/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju ta’ l-1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6 (3) tagħha,

Billi,

(1)

Bi qbil ma’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni fis-27 ta’ Ottubru ta’ l-2004 mingħand Valent Bioscience, għall-inklużjoni tas-sustanza attiva aviglycine HCl fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/589/KE (2) ikkonfermat illi, wara eżami preliminari, id-dossier kien “komplet”, fis-sens li seta’ jitqies bħala li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-data u t-tagħrif ta’ l-Anness II u l-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-Istati Membri kienu b’dan ingħataw il-possibilità li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-aviglycine HCl, skond l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-ebda Stat Membru ma uża din il-possibilità.

(4)

Ir-Renju Unit, bħala Stat Membru rapporteur, indika lill-Kummissjoni li eżami dettaljat tad-dossier wera li bosta elementi addizzjonali ta’ data meħtieġa fl-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE ma kinux preżenti. B’hekk, id-dossier ma jistax jitqies aktar li huwa komplet.

(5)

In-notifikatur għall-aviglycine HCl informa lir-Renju Unit u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li ma jappoġġjax aktar l-evalwazzjoni li għaddejja u li mhux se jissottometti aktar informazzjoni. B’riżultat ta’ dan, huwa ċar li d-dossier mhux se jkun komplet u għalhekk se jkun impossibbli għall-Istat Membru rapporteur li jabbozza rapport ta’ evalwazzjoni rigward l-aviglycine HCl u li jgħaddih lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel u lill-Istati Membri l-oħra. Il-possibiltà li tingħata awtorizzazzjoni provviżorja għandha għalhekk tiġi rtirata.

(6)

Ebda perjodu transitorju għad-disponiment, ħażna, tqegħid fis-suq u użu tal-ħażniet eżistenti tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-aviglycine HCl ma huwa meħtieġ billi l-ebda Stat membru ma ta awtorizzazzjoni provviżorja għal din is-sustanza attiva.

(7)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/589/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2006/589/KE huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/76/KE (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 100).

(2)  ĠU L 240, 2.9.2006, p. 9.


ANNESS

IS-SUSTANZI ATTIVI KKONĊERNATI MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

Nru

Isem Komuni, Numru ta’ l-Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data ta’ l-applikazzjoni

Stat Membru Rapporteur

1

Mandipropamid

In-Nru CIPAC. għadu ma ġiex allokat

Syngenta AG

13.12.2005

L-AWSTRIJA

2

Meptyldinocap

In-Nru CIPAC għadu ma ġiex allokat

Dow AgroSciences

12.8.2005

IR-RENJU UNIT


29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Marzu 2008

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/69/KE li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ikel u ingredjenti ta' l-ikel prodotti minn qamħirrum Roundup Ready ġenetikament modifikat tal-linja GA21 bħala ikel ġdid jew ingredjenti ta' l-ikel ġodda taħt ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 258/97

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1116)

(It-testi Franċiżi u Olandiżi biss huma awtentiċi)

(2008/279/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1),

Billi:

(1)

Ikel u ingredjenti ta' l-ikel prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat tal-linja GA21 (MON- ØØØ21-9) kienu awtorizzati għat-tqegħid fis-suq bħala ikel ġdid jew ingredjenti ta' l-ikel ġodda permezz tad-Deċiżjoni 2006/69/KE tat-13 ta' Jannar 2006 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ikel u ingredjenti ta' l-ikel prodotti minn qamħirrum Roundup Ready ġenetikament modifikat tal-linja GA21 bħala ikel ġdid jew ingredjenti ta' l-ikel ġodda taħt ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 258/97 (2).

(2)

Din id-Deċiżjoni kienet indirizzata lil Monsanto Europe S.A., il-Belġju, li tirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, u kienet valida għal 10 snin.

(3)

Permezz ta' ittra ta' l-1 ta' Marzu 2007 lill-Kummissjoni, Monsanto Europe S.A., filwaqt li kkunsidrat li Syngenta Seeds S.A.S. ippreżentat applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-qamħirrum tal-GA21, indikat li bosta snin ilu ma komplietx il-produzzjoni taż-żerriegħa GA21 u li fl-2005 waqqfet il-bejgħ taż-żerriegħa, u għalhekk ma kellha l-ebda interess li tippreserva din l-awtorizzazzjoni minħabba d-dħul fis-seħħ ta' l-awtorizzazzjoni mogħtija lil Syngenta.

(4)

Fit-2 ta' Ottubru 2007, l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari tat opinjoni favorevoli għal applikazzjoni ppreżentata minn Sygenta, li taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tinkludi prodotti koperti mid-Deċiżjoni 2006/69/KE.

(5)

Bħala konsegwenza, huwa xieraq li jiġi previst li r-revoka tad-Deċiżjoni 2006/69/KE għandha tapplika mill-jum ta' l-applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni mogħtija lil Sygenta għall-prodotti GA21.

(6)

L-entrati fir-reġistru tal-Komunità ta' l-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, rigward il-qamħirrum MON-ØØØ21-9 għandhom jinbidlu sabiex tiġi kkunsidrata din id-Deċiżjoni.

(7)

Monsanto Europe S.A. ġiet ikkonsultata dwar il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/69/KE hija revokata.

Artikolu 2

L-entrati fir-Reġistru tal-Komunità ta' l-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif previst fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, rigward il-qamħirrum MON-ØØØ21-9 għandhom jinbidlu sabiex jikkunsidraw din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data li fiha d-Deċiżjoni tal-Komunità li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament GA21 (MON-ØØØ21-9) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li hija indirizzata lil Syngenta Seeds S.A.S., tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Monsanto Europe S.A., Scheldelaan 460, Haven 627 – B 2040 Antwerp – il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).

(2)  ĠU L 34, 7.2.2006, p. 29.


29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Marzu 2008

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrun GA21 (MON-ØØØ21-9) modifikat ġenetikament skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1112)

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

(2008/280/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Lulju 2005, Syngenta Seeds S.A.S., f'isem Syngenta Crop Protection AG, ippreżentat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, skond l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti ta' l-ikel, u għalf li fihom, jew li jikkonsistu fi, jew prodotti minn qamħirrun GA21.

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti oħrajn li fihom jew jikkonsistu minn qamħirrun GA21 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrun ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għalhekk, skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-data u t-tagħrif meħtieġa mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skond il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE.

(3)

Fis-17 ta' April 2007, Syngenta Seeds S.A.S., f'isem Syngenta Crop Protection AG, ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni, skond l-Artikoli 8(4) u 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti eżistenti prodotti minn qamħirrun GA21 (addittivi ta' l-ikel, materjali ta' l-għalf u addittivi ta' l-għalf prodotti minn qamħirrun GA21).

(4)

Fit-2 ta' Ottubru 2007, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli għaż-żewġ applikazzjonijiet skond l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li ma kienx probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti minn qamħirrun GA21 kif deskritti fl-applikazzjoni (“il-prodotti”) se jkollhom effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew fuq l-ambjent (3). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet u t-tħassib speċifiċi kollha li tqajjmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, stipulati mill-Artikoli 6(4) u 18(4) ta' dak ir-Regolament.

(5)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta' superviżjoni ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta' sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikant huwa b'konformità ma' l-użu maħsub għall-prodotti.

(6)

Wara li tqiesu dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għall-prodotti.

(7)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OMĠ kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 ta' l-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta' identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (4).

(8)

Fuq il-bażi ta' l-opinjoni ta' l-EFSA, l-ebda rekwiżiti tat-tqegħid tat-tikketti speċifiċi għajr dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidhru meħtieġa għall-ikel, l-ingredjenti ta' l-ikel u l-għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrun GA21. Madankollu, sabiex ikun żgurat l-użu tal-prodotti fil-limiti ta' l-awtorizzazzjoni stipulata b'din id-Deċiżjoni, it-tqegħid tat-tikketti ta' għalf li fih jew jikkonsisti minn OMĠ u prodotti għajr ikel u għalf li fih jew jikkonsisti mill-OMĠ li għalih intalbet awtorizzazzjoni għandu jkun ikkomplementat b'indikazzjoni ċara li l-prodotti meqjusa ma għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni.

(9)

L-istess, l-opinjoni ta' l-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta' kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta' superviżjoni ta' wara t-tqegħid fis-suq, u l-ebda kundizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni (jew ħarsien) ta' ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) ta' l-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(10)

It-tagħrif rilevanti kollu dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandu jiddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta' l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(11)

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettjar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta' prodotti ta' l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5) jistipula l-ħtiġijiet ta' l-ittikkettjar għal prodotti li jikkonsistu minn jew li fihom l-OMĠ.

(12)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata permezz ta' l-Istituzzjoni ta' Ġbir u Tixrid ta' Tagħrif tal-Bijosigurtà lill-Partijiet fil-Protokoll ta' Cartagena dwar il-Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skond l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(ċ), tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta' organiżmi modifikati ġenetikament (6).

(13)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Il-Kummissjoni għaldaqstant ressqet quddiem il-Kunsill proposta li tirrigwarda dawn il-miżuri.

(14)

Fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta' Frar 2008, il-Kunsill ma setax jilħaq deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata kemm favur kif ukoll kontra l-proposta. Il-Kunsill indika li l-proċedimenti dwar dan il-fajl kienu konklużi u li l-Kummissjoni tista' tiffinalizza l-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni. Skond dan hi l-Kummissjoni li trid tadotta l-miżuri,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmu modifikat ġenetikament u identifikatur uniku

Il-qamħirrun modifikat ġenetikament (Zea mays L.) GA21, kif inhu speċifikat fil-punt (b) ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku MON-ØØØ21-9, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Dawn il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet ta' l-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) 1829/2003, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti ta' l-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrun MON-ØØØ21-9.

(b)

ikel li fih, jew li jikkonsisti minn, jew prodott minn qamħirrun MON-ØØØ21-9;

(ċ)

prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrun MON-ØØØ21-9 għall-istess użu bħal kwalunkwe qamħirrun ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.

Artikolu 3

Tqegħid tat-tikketti

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tqegħid tat-tikketti stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-'isem ta' l-organiżmu' għandu jkun “qamħirrun”.

2.   Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta' u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrun MON-ØØØ21-9 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (ċ).

Artikolu 4

Is-sorveljanza ta' l-effetti ambjentali

1.   Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta' sorveljanza għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) ta' l-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta' l-attivitajiet imfassla fil-pjan ta' sorveljanza.

Artikolu 5

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta' l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni

Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni se jkun Syngenta Seeds S.A.S., Franza, li jirrappreżenta lil Syngenta Crop Protection AG, l-Iżvizzera.

Artikolu 7

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Syngenta Seeds S.A.S., Chemin de l'Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(3)  http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753816_1178620785956.htm

(4)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(5)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(6)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.


ANNESS

(a)   L-Applikant u d-Detentur ta' l-awtorizzazzjoni:

Isem

:

Syngenta Seeds S.A.S.

Indirizz

:

12, Chemin de l'Hobit, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur

F'isem Syngenta Crop Protection AG - Schwarzwaldallee 215 - CH 4058 Basle – l-Iżvizzera.

(b)   Isem u speċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

Ikel u ingredjenti ta' l-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrun MON-ØØØ21-9.

(2)

Għalf li fih, jew li jikkonsisti minn, jew prodott minn qamħirrun MON-ØØØ21-9;

(3)

Prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrun MON-ØØØ21-9 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrun ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.

Il-qamħirrun MON-ØØØ21-9 modifikat ġenetikament, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi l-proteina mEPSPS li tagħti t-toleranza lill-erbiċida tal-glyphosate

(ċ)   Ittikkettjar:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tqegħid tat-tikketti stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-’isem ta' l-organiżmu’ għandu jkun ’qamħirrun’.

(2)

Il-kelmiet ’mhux għall-kultivazzjoni’ għandhom jidhru fuq it-tikketta ta' u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrun MON-ØØØ21-9 li jissemma fl-Artikoli 2(b) u (ċ).

(d)   Metodu ta' investigazzjoni:

Metodu kwantitattiv fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment u msejjes fuq il-PCR għal qamħirrun MON-ØØØ21-9 modifkat ġenetikament.

Ivvalidat mil-laboratorju ta' referenza Komunitarju stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.it/statusofdoss.htm

Materjal ta' Referenza: AOCS 0407-A u AOCS 0407-B aċċessibbli permezz l-American Oil Chemists Society (AOCS) f'http://www.aocs.org

(e)   Identifikatur uniku:

MON-ØØØ21-9

(f)   Informazzjoni mitluba skond l-Anness II tal-Protokoll ta' Cartagena dwar Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

Clearing House tal-Bijosigurtà, Rekord ID: ara [għandu jitlesta meta notifikat]

(g)   Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-ġarr tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta' superviżjoni

Il-pjan ta' superviżjoni għal effetti ambjentali li jikkonforma ma' l-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE

[Link: pjan ippubblikat fuq l-internet].

(i)   Rekwiżiti ta' superviżjoni wara t-tqegħid fis-suq għall-użu ta' l-ikel għall-konsum mill-bniedem:

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawn il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz ta' l-aġġornament tar-reġistru Komunitarju ta' l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.