ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
20 ta' Marzu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 261/2008 tas-17 Marzu 2008 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2008 tad-19 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 263/2008 tad-19 ta’ Marzu 2008 li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 264/2008 tad-19 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

24

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 265/2008 tad-19 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

26

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 266/2008 tad-19 ta’ Marzu 2008 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

28

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 267/2008 tad-19 ta’ Marzu 2008 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

30

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 268/2008 tad-19 ta’ Marzu 2008 li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 269/2008 tad-19 ta’ Marzu 2008 li jipprojbixxi s-sajd għal-linarda fiż-żoni VI u VII ta' l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

35

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2008 tad-19 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

37

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2008/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju ta’ l-attività ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 1 )

38

 

*

Direttiva 2008/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’ l-investiment f’konglomerat finanzjarju, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

40

 

*

Direttiva 2008/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2003/6/KE dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

42

 

*

Direttiva 2008/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

45

 

*

Direttiva 2008/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/32/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija, kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE, rigward il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

48

 

*

Direttiva 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, fir-rigward tal-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

51

 

*

Direttiva 2008/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 1 )

53

 

*

Direttiva 2008/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

57

 

*

Direttiva 2008/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

60

 

*

Direttiva 2008/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

62

 

*

Direttiva 2008/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/96/KE dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

65

 

*

Direttiva 2008/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/95/KE dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

67

 

*

Direttiva 2008/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 92/49/KEE tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

69

 

*

Direttiva 2008/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/68/KE dwar riassigurazzjoni, rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 1 )

71

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/260/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2008 li tagħti lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni ta’ dazju anti-dumping għal ċerti biċċiet tar-roti fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, miżmum u emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, u li jneħħi s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju kontra l-iddampjar estiż għal ċertu partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħti lil ċerti partijiet skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1044)

73

 

 

IV   Atti oħrajn

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

 

*

Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 388/06/COL tat-13 ta’ Diċembru 2006 li temenda għall-wieħed u sittin darba r-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam ta’ l-Għajnuna mill-Istat

81

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 261/2008

tas-17 Marzu 2008

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-bidu

(1)

Fl-20 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni rċeviet ilment li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“PRC”) ippreżentat skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku mill-Federazione ANIMA/COMPO (“l-entità li għamlet l-ilment”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali Komunitarja ta’ ċerti kompressuri.

(2)

L-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping u ta’ dannu materjali li tqies li kienet suffiċjenti sabiex ikun iġġustifikat li jingħata bidu għal proċediment.

(3)

Fil-21 ta’ Diċembru 2006, il-proċediment ingћata bidu bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ inizjazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2).

2.   Miżuri provviżorji

(4)

Meta titqies il-ħtieġa li ċerti aspetti ta’ l-investigazzjoni jiġu investigati ulterjorment, kien deċiż li l-investigazzjoni titkompla mingħajr l-impożizzjoni ta’ dispożizzjonijiet provviżorji.

3.   Il-partijiet konċernati mill-proċediment

(5)

Il-Kummissjoni uffiċċjalment informat lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lill-importaturi, lin-negozjanti, lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet li kien magħruf li huma konċernati, lir-rappreżentanti tar-RPĊ, lill-produtturi Komunitarji li għamlu l-ilment u lil produtturi Komunitarji oħrajn li kien magħruf li huma konċernati bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li juru fehmithom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu ta’ żmien iffissat fl-avviż tal-bidu. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ġew mismugħa.

(6)

Sabiex il-produtturi esportaturi jkunu jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”) jew għal trattament individwali (“IT”), jekk xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi esportaturi Ċiniż li kien magħruf li huma konċernati u lir-rappreżentanti tar-RPĊ. Erbatax-il produttur li jesportaw, inklużi gruppi ta’ kumpanniji relatati, talbu l-MET skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew l-IT jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li huma ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għall-MET. Produttur esportatur wieħed talab IT biss.

(7)

Minħabba n-numru fid-deher kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, importaturi u produtturi fil-Komunità, fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat li, biex ikunu ddeterminati d-dumping u d-dannu, jista’ jkun applikat teħid ta’ kampjuni skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(8)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjun hux meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi Komunitarji u l-produtturi Komunitarji kollha ntalbu jippreżentaw irwieħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu, kif ġie speċifikat fl-avviż tal-bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott konċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (bejn l-1 ta’ Ottubru 2005 u t-30 ta’ Settembru 2006).

(9)

Safejn għandhom x’jaqsmu l-produtturi esportaturi, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, intgħażel kampjun fuq il-bażi ta’ l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri fil-Komunità, li raġonevolment jista’ jiġi investigat fi ħdan iż-żmien disponibbli. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni għażlet is-sitt kumpanniji, jew gruppi ta’ kumpanniji relatati (“il-kumpanniji li ttieħdu għall-kampjun”) li għandhom l-akbar volum ta’ esportazzjonijiet lejn il-Komunità. F’termini ta’ volum ta’ esportazzjonijiet, is-sitt kumpanniji li ttieħdu għall-kampjun kienu jirrappreżentaw 93 % ta’ l-esportazzjonijiet totali ta’ ċerti kompressuri mir-RPĊ lejn il-Komunità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet konċernati ġew konsultati u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni.

(10)

Rigward il-produtturi Komunitarji, meta jitqies li tliet gruppi ta’ kumpanniji biss ikkoperaw fl-investigazzjoni, kien deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ.

(11)

Rigward l-importaturi, meta jitqies li importatur wieħed biss ikkopera fl-investigazzjoni, kien deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ.

(12)

Il-kwestjonarji ntbagħtu lill-kumpanniji kollha li ntgħażlu għat-teħid ta’ kampjuni u lill-partijiet l-oħra kollha li kien magħruf li huma konċernati. Tweġibiet sħaħ waslu mingħand sitt produtturi esportaturi fir-RPĊ, tliet produtturi fil-Komunità u importatur wieħed. Produttur wieħed fil-Komunità wieġeb biss għall-kwestjonarju tat-teħid ta’ kampjuni. Mingħand il-partijiet interessati l-oħra ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju.

(13)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa biex ikunu ddeterminati d-dumping, id-dannu li rriżulta u l-interess Komunitarju u wettqet il-verifiki fl-uffiċċji tal-kumpanniji li ġejjin:

(a)

Il-produtturi fil-Komunità

ABAC Aria Compressa SpA tal-Grupp ABAC, Torino, l-Italja,

FIAC SpA tal-Grupp FIAC, Bologna, l-Italja,

FINI SpA, Zola Predosa (BO), l-Italja;

(b)

Il-produtturi esportaturi fir-RPĊ

Nu Air (Shanghai) Compressor and Tools Co. Ltd. tal-Grupp ABAC, Shanghai (“Nu Air”),

Zhejiang Xinlei Mechanical & Electrical Co. Ltd., Wenling (“Xinlei”),

Il-Grupp Hongyou/Taizhou: (1) Zhejiang Hongyou Air Compressor Manufacturing Co. Ltd., Wenling (“Hongyou”); (2) Taizhou Hutou Air Compressors Manufacturing Co. Ltd., Wenling (“Taizhou”),

Il-Grupp Wealth: (1) Shanghai Wealth Machinery & Appliance Co. Ltd., Shanghai (“Shanghai Wealth”); (2) Wealth (Nantong) Machinery Co., Ltd., Nantong (“Wealth Nantong”),

Zhejiang Anlu Cleaning Machinery Co., Ltd., Taizhou (“Anlu”),

FIAC Air Compressors (Jiangmen) Co. Ltd. tal-Grupp FIAC, Jiangmen (“FIAC”);

(ċ)

Il-kumpanniji relatati fir-RPĊ

Wealth Shanghai Import-Export Co. Ltd., Shanghai (“Wealth Import Export”),

FIAC Air Compressors (Ħong Kong) Ltd. tal-Grupp FIAC (“FIAC Ħong Kong”);

(d)

L-importatur mhux relatat fil-Komunità

Hans Einhell AG, Landau, il-Ġermanja.

(14)

Minħabba l-ħtieġa li jkun stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi li ma jistax jingħatalhom l-MET, fl-uffiċċji tal-kumpanniji li ġejjin twettqet verifika biex ikun stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-data minn pajjiż analogu, f’dan il-każ il-Brażil:

(e)

Il-produtturi fil-Brażil

FIAC Compressores de ar do Brasil Ltda. tal-Grupp FIAC, Araquara,

Schulz S/A, Joniville, Santa Catarina, il-Brażil.

4.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(15)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2005 u t-30 ta’ Settembru 2006 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew l-“IP”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (il-“perjodu meqjus”).

B.   IL-PRODOTT KONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott konċernat

(16)

Il-prodott konċernat huwa l-kompressuri bil-moviment alternat (reciprocating compressor), li jagħtu fluss li ma jeċċedix iż-2 metri kubiċi (m3) fil-minuta, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“kompressuri” jew “il-prodott konċernat”), li normalment jiġi ddikjarat taħt il-kodiċijiet NM ex 8414 40 10, ex 8414 80 22, ex 8414 80 28 u ex 8414 80 51.

(17)

Tipikament, kompressur ikun magħmul minn pompa, li taħdem b’mutur elettriku jew direttament jew permezz ta’ mekkaniżmu ta’ ċinturini. Fil-parti l-kbira tal-każi, l-arja ppressurizzata tiġi ppompjata fit-tank u toħroġ minn regolatur tal-pressjoni u minn pajp tal-lasktu. Il-kompressur, b’mod partikolari dawk li jkunu akbar fid-daqs, jista’ jkollhom ir-roti biex ikunu jistgħu jiġu mċaqilqa minn post għall-ieħor. Jistgħu jinbiegħu waħidhom jew flimkien ma’ aċċessorji għall-isprejjar, għat-tindif jew biex jintefħu t-tajers u oġġetti oħra.

(18)

L-avviż tal-bidu ta’ dan il-proċediment kien jirreferi wkoll għall-pompi tal-kompressuri bil-moviment alternat. L-investigazzjoni wriet li l-pompi tal-kompressuri bil-moviment alternat huma wieħed (imma mhux l-uniku) mill-komponenti essenzjali tal-kompressuri investigati (jammontaw għal – jiddependi mill-mudell – bejn 25 % u 35 % tal-prezz totali tal-prodott finali) u jistgħu jinbiegħu wkoll separatament kif ukoll assemblati fuq kompressuri oħra li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. L-investigazzjoni wriet ukoll li m’għandhomx l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi tal-kompressuri kompluti u ma jintużawx għall-istess finijiet. Il-kompressur komplut fih ukoll komponenti ewlenin oħra (eż. it-tank, il-mutur). Il-mezzi ta’ distribuzzjoni u l-perċezzjoni tal-klijenti ta’ pompa, fuq in-naħa l-waħda, u ta’ kompressur komplut, fuq in-naħa l-oħra, ukoll huma differenti. Għalhekk, huwa konkluż li f’dan il-każ il-pompi tal-kompressuri bil-moviment alternat m’għandhomx jitqiesu bħala l-prodott konċernat.

(19)

Il-prodott konċernat jintuża biex iħaddem għodod li jaħdmu bl-arja jew għall-isprejjar, għat-tindif jew biex jintefħu t-tajers u oġġetti oħra. L-investigazzjoni wriet li, minkejja d-differenzi fil-forom, fil-materjali u fil-proċess ta’ produzzjoni, it-tipi differenti tal-prodott konċenat kollha jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u bażikament jintużaw għall-istess finijiet. Għalhekk dawn jitqiesu bħala li jikkostitwixxu prodott wieħed għall-fini ta’ dan il-proċediment.

2.   Il-prodott simili

(20)

L-investigazzjoni wriet li l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi tal-kompressuri prodotti u mibjugħa mill-industrija Komunitarja fil-Komunità, tal-kompressuri Komunitarja fil-Komunità, tal-kompressurprodotti u mibjugħa fis-suq domestiku fir-RPĊ u fis-suq domestiku fil-Brażil, li għamilha ta’ pajjiż analogu, u l-kompressuri prodotti fir-RPĊ u mibjugħa lill-Komunità essenzjalment għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użu bażiku.

(21)

Għalhekk qed jitqies li dawn il-kompressuri kollha huma simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

Ċ.   ID-DUMPING

1.   Ġenerali

(22)

Erbatax-il kumpannija jew grupp ta’ kumpanniji ppreżentaw irwieħhom, fejn kienu jirrappreżentaw 100 % mill-esportazzjonijiet totali tal-prodott konċernat lejn il-KE. Għaldaqstant il-livell ta’ koperazzjoni kien għoli. Tlettax-il kumpannija jew grupp ta’ kumpanniji talbu l-MET filwaqt li kumpannija waħda talbet l-IT biss. Kif issemma fil-premessa (8) hawn fuq, sitt kumpanniji ntgħażlu fil-kampjun fuq il-bażi tal-volum ta’ l-esportazzjonijiet tagħhom.

2.   It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“MET”)

(23)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet antidumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali għandu jkun iddeterminat skond il-punti 1 sa 6 ta’ l-isemmi Artikolu għal dawk il-produtturi li nstab li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku.

(24)

Fil-qosor, u għal faċilità ta’ referenza biss, il-kriterji ta’ l-MET qed jiġu stabbiliti f’forma mqassra hawn taħt:

(1)

Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti min-naħa ta’ l-Istat; l-ispejjeż ewlenin sostanzjalment jirriflettu l-valuri tas-suq;

(2)

Id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords bażiċi tal-kontabbiltà li jiġu indipendentement ivverifikati skond l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u jiġu applikati għall-finijiet kollha;

(3)

Mhemm l-ebda tgħawwiġ sinifikanti li ntiret mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

(4)

Il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà legali;

(5)

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skond ir-rati tas-suq.

(25)

Ħames kumpanniji jew gruppi ta’ kumpanniji ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun għall-bidu talbu l-MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu l-formola tat-talbiet għall-MET għall-produtturi esportaturi fl-iskadenzi mogħtija. Dawn il-gruppi kollha kienu jinkludu kemm il-produtturi tal-prodott konċernat kif ukoll il-kumpanniji relatati mal-produtturi u kienu involuti fil-bejgħ tal-prodott konċernat. Fil-fatt, hija l-prattika konsistenti tal-Kummissjoni li teżamina jekk grupp ta’ kumpanniji relatati bħala entità sħiħa jissodisfax il-kondizzjonijiet għall-MET. Il-gruppi li ġejjin kienu talbu gaħl MET.

Nu Air,

Xinlei,

Hongyou/Taizhou,

Shanghai Wealth/Wealth Nantong,

FIAC.

(26)

Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw li ssemmew aktar ‘il fuq li kienu inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni mressqa fit-talba għall-MET fl-uffiċċji tal-kumpanniji in kwistjoni kif tqies li kien meħtieġ.

(27)

L-investigazzjoni wriet li l-MET ma setgħetx tingħata lil tlieta mill-ħames produtturi esportaturi Ċiniżi li ssemmew hawn fuq li kienu talbu l-MET peress li l-ebda waħda minn dawn il-kumpanniji jew mill-gruppi ta’ kumpanniji ma ssodisfat il-kriterju 2 kif issemma fil-qosor fil-premessa (24) hawn fuq. Barra minn hekk, wieħed mill-gruppi ta’ kumpanniji ma ssodisfax lanqas il-kriterju 3.

(28)

Żewġ kumpanniji jew gruppi ta’ kumpanniji (FIAC u Nu Air) issodisfaw il-kriterji kollha kif issemma fil-qosor fil-premessa (24) hawn fuq u setgħu jingħataw l-MET.

(29)

Kumpannija waħda (Taizhou), parti mill-grupp ta’ kumpanniji (Hongyou/Taizhou) u kumpannija waħda (Wealth Shanghai/Nantong Wealth) ma setgħux juru li kienu jissodisfaw il-kriterju 2 kif issemma fil-qosor fil-premessa (24) hawn fuq peress li nstab li ma kellhomx il-prattiki u l-istandards tal-kontabbiltà skond l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà. Il-grupp ta’ kumpanniji (Hongyou/Taizhou) u l-kumpannija (Wealth Shanghai/Nantong Wealth) għalhekk ma setgħux jingħataw l-MET.

(30)

Kumpannija waħda (Xinlei) ma setgħetx turi li kienet tissodisfa l-kriterju 2 kif issemma fil-qosor fil-premessa (24) hawn fuq peress li l-prattiki u l-istandards tal-kontabbiltà tagħha ma kinux skond l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Barra minn hekk, il-kumpannija ma setgħetx turi b’mod sħiħ il-pagament għad-drittijiet ta’ l-użu ta’ l-art tagħha. Għalhekk, hija lanqas ma kienet tissodisfa l-kriterju 3 kif issemma fil-qosor fil-premessa (24) hawn fuq. Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dan ma setgħetx tingħata l-MET.

(31)

Importatur mhux relatat wieħed oġġezzjona għall-għoti ta’ l-MET lil Nu Air, fuq il-bażi ta’ xi inkonsistenzi allegati fil-kontabbiltà vverifikata għall-2004 u għall-2005. Nu Air, madankollu, setgħet turi li ma kien hemm l-ebda inkonsistenza u tiċċara l-punti mqajma minn dak l-importatur. Għaldaqstant, din l-oġġezzjoni kienet miċħuda.

(32)

L-istess importatur oġġezzjona għall-għoti ta’ l-MET lil FIAC, minħabba l-fatt li fl-2002 il-kumpannija kienet innegozjat ftehim preliminari ma’ l-awtoritajiet reġjonali, li kien jagħtiha l-użu ta’ plott ta’ art mingħajr ħlas għal massimu ta’ tliet snin, sakemm jitlestew il-formalitajiet ta’ esproprjazzjoni ta’ l-art. Madankollu, il-ftehim skada mingħajr ma’ FIAC qatt għamlet użu minnu jew mingħajr ma qatt akkwistat jedd għal din l-art. Min-naħa l-oħra, FIAC setgħet turi li dejjem ħallset il-kera għall-uffiċċji li użat fl-attivitajiet tagħha. Għaldaqstant, dan l-argument ġie miċħud.

(33)

Kumpannija waħda (Hongyou) mill-grupp ta’ kumpanniji (Hongyou/Taizhou) oġġezzjonat li m’għandiex tiġi rifjutata l-MET minħabba kwistjonijiet li nqalgħu f’kumpannija oħra (jiġifieri, Taizhou). Madankollu, fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3), Hongyou u Taizhou għandhom jitqiesu bħala partijiet relatati. Għalhekk, peress li Taizhou ma setgħetx tingħata l-MET, Hongyou lanqas ma setgħet tingħata l-MET.

(34)

Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad aktar ‘il fuq, tlieta mill-ħames kumpanniji jew gruppi ta’ kumpanniji Ċiniżi li ttieħdu għall-kampjun li kienu talbu l-MET ma segħux juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku.

(35)

Għalhekk tqies li l-MET ma setgħetx tingħata lil żewġ kumpanniji (FIAC u Nu Air) u ġiet miċħuda lit-tliet kumpanniji/gruppi ta’ kumpanniji li fadal. Ġie konsultat il-Kumitat Konsultattiv u ma oġġezzjonax għall-konklużjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni.

3.   It-Trattament Individwali (“IT”)

(36)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju għall-pajjiż kollu, jekk ikun hemm, jiġi stabbilit għal pajjiżi li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każi fejn il-kumpanniji jkunu jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(37)

Il-produtturi esportaturi kollha li talbu l-MET talbu wkoll l-IT fil-każ li ma jingħatawx il-MET. Kumpannija waħda (Anlu) talbet l-IT biss.

(38)

Mill-erba’ kumpanniji jew gruppi ta’ kumpanniji li ttieħdu għall-kampjun li jew ma setgħux jingħataw l-MET (Xinlei, Honyou/Taizhou, Wealth Shanghai/Nantong Wealth) jew ma talbux l-MET (Anlu), tliet kumpanniji jew gruppi (Xinlei, Anlu u Wealth Shanghai/Nantong Wealth) issodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) u setgħu jingħataw l-IT.

(39)

Instab li Taizhou ma rnexxiliex turi li ssodisfat kumulattivament ir-rekwiżiti kollha għall-IT kif ġie stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Prinċipalment, il-problemi serji bis-sistema tal-kontabbiltà tal-kumpannija għamluha impossibbli li jkun ivverifikat jekk ġiex sodisfatt il-kriterju stipulat fl-Artikolu 9(5)(b) tar-Regolament bażiku, li l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu ddeterminati bil-libertà kollha.

(40)

Għalhekk, it-talba għall-IT ta’ Taizhou kienet miċħuda.

4.   Il-Valur Normali

4.1.   Il-kumpanniji jew il-gruppi ta’ kumpanniji li setgħu jingħataw l-MET

(41)

Safejn għandha x’taqsam id-determinazzjon tal-valur normali, għal dawk il-produtturi li jesportaw fil-kampjun li setgħu jingħataw l-MET, il-Kummissjoni l-ewwelnett stabbiliet, skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jekk il-bejgħ domestiku tagħhom tal-prodott konċernat lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ bejgħ ta’ din ix-xorta kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % mill-volum tal-bejgħ totali mill-esportazzjoni tal-prodott konċernat lill-Komunità. Peress li ż-żewġ kumpanniji jew gruppi ta’ kumpannija kważi ma kellhom l-ebda bejgħ fis-suq domestiku, tqies li l-prodott ma kienx qed jinbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi sabiex jipprovdi bażi xierqa għall-istabbilment tal-valur normali.

(42)

Peress li l-bejgħ domestiku ma setax jintuża biex ikun stabbilit il-valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni wżat valur normali mibni, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali nbena fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż tal-manifattura tal-prodott konċernat tal-kumpanniji jew tal-gruppi ta’ kumpanniji. Meta valur normali jinbena skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u ta’ profitt jiżi miżjud ma’ l-ispejjeż tal-manifattura. L-ispejjeż SG&A u l-profitt ma setgħux jiġu stabbiliti fuq il-bażi tad-daħla ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku peress li l-ebda kumpannija jew grupp ta’ kumpanniji ma kellha bejgħ domestiku rappreżentattiv. Dawn ma segħux jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 2(6)(a) peress li ma kien hemm l-ebda kumpannija oħra li seta’ jingħatalha l-MET. Barra minn hekk, l-ispejjeż SG&A u l-profitti ma setgħux jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 2(6)(b) peress li l-ebda kumpannija jew grupp ta’ kumpanniji ma kellha bejgħ rappreżentattiv ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti, fl-andament ordinarju tan-negozju. Għaldaqstant l-ispejjeż SG&A u l-profitti kienu ddeterminati skond l-Artikolu 2(6)(ċ) (“kwalunkwe metodu raġonevoli ieħor”) fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż SG&A u tal-profitti li saru mill-produttur li kkopera fil-pajjiż analogu. L-informazzjoni pubblikament disponibbli uriet li dan il-marġni ta’ profitt ma kienx jeċċedi l-profitt li għamlu produtturi oħra magħrufa ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti (jiġifieri, il-makkinarju elettriku) fir-RPĊ matul l-IP.

4.2.   Il-kumpanniji jew il-gruppi ta’ kumpanniji li ma setgħux jingħataw l-MET

(43)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ma ngħatawx l-MET irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur mibni f’pajjiż analogu.

(44)

Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat li hija kienet qed tipprevedi li tuża lill-Brażil bħala pajjiż analogu xieraq sabiex ikun stabbilit valur normali għar-RPĊ. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkumentaw dwar dan. L-ebda parti interessata ma oġġezzjonat għal din il-proposta.

(45)

Hemm erba’ produtturi magħrufa fil-Brażil, li jagħmlu madwar 220 000 kompressur fis-sena, u l-importazzjonijiet huma ta’ madwar 30 000 unità. Il-Kummissjoni fittxet il-koperazzjoni min-naħa tal-produtturi magħrufa kollha fil-Brażil.

(46)

Żewġ produtturi Brażiljani kkoperaw fl-investigazzjoni. Wieħed minnhom huwa relatat ma’ produttur Komunitarju, il-Grupp FIAC. L-investigazzjoni wriet li dan il-produttur ġeneralment kellu prezzijiet għoljin, prinċipalment minħabba l-fatt li huwa kien jipproduċi volum żgħir ta’ kompressuri sofistikati għal finijiet mediċi li ma kinux direttament paragunabbli mal-prodott konċernat. Minħabba l-karatteristiċi ferm differenti tal-prodott u tas-suq, ikun diffiċli li jiġu stabbiliti l-aġġustamenti meħtieġa sabiex din id-data tintuża bħala valur normali għall-kompressuri prodotti miċ-Ċiniżi. It-tieni produttur Brażiljan li kkopera nstab li kien jipproduċi xi mudelli ta’ kompressuri paragunabbli ma’ dawk esportati lejn il-Komunità mill-produtturi li jesportaw Ċiniżi. Għaldaqstant, il-prezzijiet fis-suq Brażiljan tal-mudelli paragunabbli ta’ dan il-produttur Brażiljan mibjugħa fl-andament ordinarju tan-negozju ntużaw bħala bażi sabiex ikun stabbilit valur normali għall-produtturi li jesportaw li ma ngħatawx l-MET.

5.   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(47)

Il-produtturi li jesportaw għamlu bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpanniji tan-negozju relatati jew mhux relatati li jinsabu fi ħdan u barra mill-Komunità.

5.1.   Il-kumpanniji jew il-gruppi ta’ kumpanniji li setgħu jingħataw l-MET jew l-IT

(48)

Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità sar jew direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità jew permezz ta’ kumpanniji tan-negozju mhux relatati, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li għandhom jitħallsu għall-prodott konċernat skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(49)

Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità sar permezz ta’ kumpanniji tan-negozju relatati li jinsabu fil-Komunità, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu stabbiliti fuq il-bażi ta’ l-ewwel prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dawn in-negozjanti relatati lil klijenti indipendenti fil-Komunità, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Għall-bejgħ li kien sar permezz tal-kumpanniji relatati barra mill-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabblit fuq il-bażi ta’ l-ewwel prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid lil klijenti indipendenti fil-Komunità.

5.2.   Il-kumpanniji jew il-gruppi ta’ kumpanniji li ma setgħux jingħataw il-MET/IT

(50)

Għaż-żewġ kumpanniji Ċiniżi li jesportaw li ttieħdu għall-kampjun li la ngħataw l-MET u lanqas l-IT (Taizhou/Grupp Honyou), id-data dwar il-bejgħ mill-esportazzjoni tagħhom ma setgħetx tintuża sabiex ikunu stabbiliti marġinijiet individwali tad-dumping għar-raġunijiet li ġew spjegati aktar ‘il fuq fil-premessa (28). Għalhekk, il-marġni tad-dumping kien ikkalkulat kif ġie stabbilit fil-premessa (55).

6.   Il-paragun

(51)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu pparagunati fuq bażi barra l-fabbrika u fuq l-istess livell ta’ negozju. Sabiex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa, fil-forma ta’ aġġustamenti, għad-differenzi li jaffetwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(52)

Fuq din il-bażi, għal dawk il-produtturi Ċiniżi li jesportaw li setgħu jingħataw l-MET/IT, fejn kien applikabbli u ġġustifikat, saru konċessjonijiet għad-differenzi fil-livell ta’ l-ispejjeż tan-negozju, tat-trasport u ta’ l-assigurazzjoni, ta’ l-ispejjeż ta’ l-immaniġġjar, tat-tagħbija u ta’ spejjeż anċillari, ta’ l-ispejjeż ta’ l-ippakkjar, tal-krediti u ta’ wara l-bejgħ (garanzija). Għall-kumpanniji l-oħra, sar aġġustament medju bbażat fuq l-aġġustamenti li ssemmew qabel.

(53)

Għall-bejgħ li sar permezz ta’ negozjanti relatati bbażati barra mill-Komunità, kien applikat aġġustament skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, fejn intwera li dawn il-kumpanniji jwettqu funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjonijiet. Dan l-aġġustament kien ibbażat fuq l-SG&A tal-kumpanniji tan-negozju flimkien ma’ data dwar il-profitti miksuba mingħand negozjant mhux relatat fil-Komunità.

7.   Il-marġnijiet tad-dumping

(54)

Il-marġnijiet tad-dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF ta’ importazzjoni fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Zhejiang Xinlei Mechanical & Electrical Co. Ltd., Wenling

77,6  %

Zhejiang Hongyou Air Compressor Manufacturing Co. Ltd., Wenling u Taizhou Hutou Air Compressors Manufacturing Co. Ltd., Wenling

76,6  %

Shanghai Wealth Machinery & Appliance Co. Ltd., Shanghai and Wealth (Nantong) Machinery Co., Ltd., Nantong

73,2  %

Zhejiang Anlu Cleaning Machinery Co., Ltd., Taizhou

67,4  %

Nu Air (Shanghai) Compressor u Tools Co. Ltd., Shanghai

13,7  %

FIAC Air Compressors (Jiangmen) Co. Ltd., Jiangmen

10,6  %

Il-kumpanniji li kkoperaw li ma ġewx inklużi fil-kampjun (elenkati fl-Anness)

51,6  %

Il-kumpanniji l-oħra kollha

77,6  %

(55)

Għaż-żewġ kumpanniji li ttieħdu għall-kampjun li la ngħataw l-MET u lanqas l-IT, il-marġni tad-dumping kien ikkalkulat bħala medja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-marġnijiet stabbilita għat-tliet kumpanniji jew gruppi ta’ kumpanniji mogħtija l-IT imma mhux l-MET.

(56)

Għall-kumpanniji li kkoperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-marġni tad-dumping kien ikkalkulat bħala medja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-marġnijiet stabbilita għall-kumpanniji kollha fil-kampjun.

(57)

Meta jitqies il-livell għoli ta’ koperazzjoni (100 %), li jissemma fil-premessa (22) hawn fuq, kien ifissat marġni medju tad-dumping għall-pajjiż kollu fuq l-ogħla livell applikabbli għal kwalunkwe waħda mill-kumpanniji li ntagħżlu bħala kampjun.

D.   ID-DANNU

1.   Il-produzzjoni Komunitarja

(58)

Fid-dawl tad-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kif ġiet stabbilita fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, il-produzzjoni tal-manifatturi Komunitarji li ġejjin tqieset għall-inklużjoni fid-definizzjoni tal-produzzjoni Komunitarja meta nbdiet l-investigazzjoni:

Erba’ manifatturi Komunitarji li għamlu l-ilment: CHINOOK SpA, FERRUA SYSTEM BLOCK Srl, FIAC SpA u FINI SpA;

Produttur wieħed ieħor fil-Komunità li kkopera b’mod sħiħ fl-investigazzjoni u li appoġġja l-proċediment: ABAC Aria Compressa SpA tal-Grupp ABAC. ta’ min jinnota li, fl-2007, il-Grupp ABAC biegħ din il-kumpannija lil kumpannija oħra;

Sitt produtturi Komunitarji oħra elenkati fl-ilment. Dawk il-kumpanniji rċevew kwestjonarju għat-teħid tal-kampjuni, imma wieħed minnhom biss wera x-xewqa li jikkopera ulterjorment mal-proċediment fil-limiti ta’ żmien indikati fl-avviż tal-bidu. Madankollu, dan il-produttur waqaf jikkopera ftit wara u ma pprovdiex tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju;

Għoxrin manifattur ieħor elenkati fl-ilment, li jassemblaw il-prodott simili billi jużaw partijiet prodotti mill-produtturi Komunitarji lli ssemmew aktar ‘il fuq u/jew li jiġu importati minn pajjiżi terzi. Hemm ukoll produzzjoni ferm limitata tal-prodott simili li ġejja minn manifatturi fis-settur tal-kompressuri b’bażi industrijali. Il-kwestjonarji ntbagħtu lil dawn kollha imma l-ebda wieħed ma wieġeb għall-kwestjonarju.

(59)

Tnejn mill-produtturi li għamlu l-ilment waqfu jikkopera ftit wara li ngħata bidu għall-proċediment u ma wieġbux għall-kwestjonarju tat-teħid tal-kampjuni.

L-esklużjoni ta’ manifattur Komunitarju mid-definizzjoni tal-produzzjoni Komunitarja għal raġunijiet ta’ importazzjonijiet sinifikanti fi ħdan il-perjodu meqjus

(60)

L-investigazzjoni wriet li t-tliet (gruppi ta’) kumpanniji kollha li kkoperaw, minbarra l-manifattura Komunitarja tagħhom, importaw ukoll ammonti dejjem akbar tal-prodott konċernat għal bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju. Kif intwera mill-investigazzjoni, il-(gruppi ta’) kumpanniji kollha ddeċidew li jiddelokalizzaw parti mill-produzzjoni tagħhom, għallinqas għall-parti li l-aktar li kienet esposta għal numru dejjem akbar ta’ importazzjonijiet suġġetti għal dumping mir-RPĊ. L-importazzjonijiet min-naħa tal-(gruppi ta’) kumpanniji kienu prinċipalment ġejjin mill-kumpanniji assoċjati rispettivi tagħhom (sister companies) jew mill-kumpanniji sussidjarji rispettivi tagħhom stabbiliti fir-RPĊ.

(61)

B’hekk kien eżaminat jekk, minkejja dawk il-volumi ta’ importazzjoni, iċ-ċentru ta’ interess ta’ dawk il-kumpanniji kienx fi ħdan il-Komunità.

(62)

Safejn għandu x’jaqsam il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-manifatturi li kkoperaw fil-Komnità, kien stabbilit li tnejn minn dawn il-(gruppi ta’) kumpanniji (kumpanniji A u B) kienu jimportaw kwantitajiet dejjem akbar imma relattivament baxxi tal-prodott konċernat (matul il-perjodu meqjus kollu, il-volumi tal-bejgħ mill-ġdid tal-prodott konċernat li kienu joriġinaw fir-RPĊ baqgħu inferjuri għall-bejgħ nett rispettiv tal-produzzjoni proprja ta’ dawn il-kumpanniji). Barra minn hekk, dawk il-kumpanniji żammew il-kwartieri ġenerali u l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp (R&D) tagħhom fil-Komunità. Għaldaqstant qed jiġi konkluż li ċ-ċentru ta’ interess għall-kumpanniji A u B baqa’ fil-Komunità u li minkejja l-importazzjonijiet tagħhom mir-RPĊ, dawn għandhom jitqiesu bħala parti mill-produzzjoni Komunitarja.

(63)

Rigward il-grupp ta’ kumpanniji l-ieħor li kkopera (il-kumpannija Ċ), kien stabbilit li fil-perjodu meqjus mhux biss kien hemm żieda konsiderevoli fil-proporzjon tal-prodott importat mibjugħ fis-suq Komunitarju imma, ibda mill-2005, dan il-proporzjon kien jeċċedi l-volumi tal-prodott simili manifatturati u mibjugħa fi ħdan il-Komunità. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volumi tal-bejgħ mill-ġdid tal-prodott konċernat li kienu joriġinaw fir-RPĊ kienu jikkostitwixxu l-maġġoranza vasta tal-bejgħ totali tal-kumpannija Ċ fis-suq Komunitarju.

(64)

Tqies jekk, minkejja l-volumi sinifikanti ta’ importazzjoni, il-volumi importati setgħux jitqiesu bħala li jikkomplementaw il-gamma ta’ prodotti jew li għandhom natura temporanja. Deher, madankollu, li l-importazzjonijiet tal-kumpannija Ċ ma jistgħux jitqiesu bħala li jikkomplementaw il-gamma ta’ prodotti, imma huma bbażati fuq deċiżjoni strateġika sabiex il-produzzjoni tal-prodott tinħareġ barra mill-kumpannija (outsource) għar-RPĊ f’mossa sabiex titnaqqas l-ispiża tal-produzzjoni u sabiex il-kumpannija tkun f’pożizzjoni ħalli tikkompeti ma’ importazzjonijiet Ċiniżi oħra. Kien stabbilit li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, bosta mudelli prodotti fir-RPĊ kienu prodotti anki fl-Italja minn kumpannija oħra ta’ l-istess grupp. Għalhekk, il-kompressuri prodotti fir-RPĊ kienu f’kompetizzjoni diretta mal-kompressuri prodotti mill-istess grupp fl-Italja. Minħabba dak li ngħad aktar ‘il fuq, u meta titqies l-importanza tal-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti importanti fil-bejgħ totali tal-kumpannija Ċ, b’hekk ma setax jiġi konkluż li ċ-ċentru ta’ interess tal-kumpannija Ċ għall-manifattura tal-prodott konċernat baqgħet fi ħdan il-Komunità. Deher probabbli li l-kumpannija Ċ tkompli jew saħansitra żżid l-importazzjonijiet tal-prodott simili mill-pajjiż konċernat għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju, li jfisser li l-kumpannija Ċ għandha titqies bħala importatriċi aktar milli bħala produttriċi Komunitarja.

(65)

Għalhekk, qed jiġi konkluż li l-kumpannija Ċ m’għandiex tiġi inkluża fid-definizzjoni ta’ produzzjoni Komunitarja.

(66)

Fl-aħħarnett, il-produzzjoni Komunitarja ta’ ċerti kompressuri fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku ġiet iddefinita bħala l-produzzjoni kollha mill-kumpanniji kollha li jissemmew fil-premessa 0, mingħajr il-produzzjoni tal-kumpannija Ċ. Minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni ta’ numru ta’ produtturi u ta’ assemblaturi fil-Komunità, il-produzzjoni kienet stmata fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni u fuq il-bażi tad-data mressqa fl-ilment.

2.   L-industrija Komunitarja

(67)

Il-proċediment inbeda minħabba lment li ġie ppreżentat mill-federazzjoni Taljana ANIMA li kienet tirrappreżenta erba’ kumpanniji li jimmanifatturaw il-kompressuri u produttur wieħed li appoġġja l-ilment (kif ġie spjegat fid-dettall fil-premessa 0 hawn fuq). Minkejja n-nuqqas ta’ koperazzjoni min-naħa ta’ żewġ kumpanniji li għamlu l-ilment u l-esklużjoni ta’ manifattur Komunitarju mid-definizzjoni tal-produzzjoni Komunitarja li ssemmew aktar ‘il fuq, iż-żewġ produtturi Komunitarji li fadal li kkoperaw b’mod xieraq ma’ l-investigazzjoni nstab li huma responsabbli għal proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali, f’dan il-każ madwar 50 %. Għalhekk, qed jitqies li dawn iż-żewġ produtturi li kkoperaw jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fit-tifsira ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

(68)

Il-produtturi li fadal, li ġew elenkati fl-ilment u li d-dettalji tagħhom ngħataw fil-premessa 0 hawn fuq, mingħajr il-kumpannija eskluża mid-definizzjoni tal-produzzjoni Komunitarja, minn hawn ‘il quddiem se jissejħu “il-produtturi Komunitarji l-oħra”. L-ebda wieħed minn dawn il-produtturi Komunitarji l-oħra ma oppona l-ilment.

3.   Il-konsum Komunitarju

(69)

Il-konsum Komunitarju kien stabbilit fuq il-bażi tal-volumi ta’ bejgħ tal-kumpannija Ċ u fuq il-produzzjoni proprja ta’ l-industrija Komunitarja ddestinata għas-suq Komunitarju, fuq id-data dwar il-volumi ta’ importazzjoni fis-suq Komunitarju miksuba mill-Eurostat u, rigward il-bejgħ tal-produtturi Komunitarji l-oħra, fuq l-informazzjoni disponibbli u fl-ilment.

(70)

Matul il-perjodu meqjus kollu, is-suq Komunitarju għall-prodott konċernat u għall-prodott simili naqas b’6 % biex fil-PI laħaq it-3 066 000 biċċa. B’mod aktar speċifiku, fl-2004, il-konsum Komunitarju naqas b’7 % qabel ma żdied ħarira b’1 punt perċentwali fl-2005 u stabilizza ruħu f’dan il-livell fil-PI.

 

2003

2004

2005

PI

Il-konsum ta’ l-UE (biċċiet)

3 270 283

3 053 846

3 075 358

3 065 898

Indiċi

100

93

94

94

4.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat

(a)   Il-volum

(71)

Bejn l-2003 u l-PI, il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat fil-Komunità tela’ bil-kbir. Huma żdiedu matul il-perjodu meqjus b’182 % u laħqu ‘l fuq minn 1 600 000 biċċa. Fid-dettall, bejn l-2003 u l-2004, l-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat żdiedu b’66 %, fl-2005 żdiedu b’110 punti perċentwali ulterjuri, u fil-PI żdiedu b’6 punti perċentwali.

(b)   Is-sehem tas-suq

(72)

Is-sehem mis-suq miżmum mill-esportaturi fil-pajjiż konċernat żdied b’iktar 35 punt perċentwali matul il-perjodu meqjus u laħaq it-53 % fil-PI. L-esportaturi Ċiniżi żiedu s-sehem tagħhom mis-suq bejn l-2003 u l-2004 bi 13-il punt perċentwali u b’20 punt perċentwali oħra fl-2005. Fil-PI, is-sehem tas-suq ta’ l-esportaturi mill-pajjiż konċernat żdied ħarira b’punt perċentwali ieħor.

 

2003

2004

2005

PI

Volum ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ (biċċiet)

574 795

953 001

1 586 614

1 622 702

Indiċi

100

166

276

282

Is-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ

17,6  %

31,2  %

51,6  %

52,9  %

(ċ)   Il-prezzijiet

(i)   L-evoluzzjoni tal-prezzijiet

(73)

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat fit-tabella t’hawn taħt huma bbażati fuq id-data mressqa mill-esportaturi li kkoperaw u li ġiet ivverifikata matul l-investigazzjoni. Matul il-perjodu meqjus, kien hemm żieda totali fil-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina fir-RPĊ li, bejn l-2003 u l-IP, żdied b’6 %. Ix-xejra tal-prezz dejjem jiżdied hija possibilment riflessjoni tal-bidla fit-taħlita tal-prodott, hekk kif l-esportaturi Ċiniżi bil-mod jibdew il-produzzjoni u l-esportazzjoni ta’ kumpressuri aktar avvanzati u li jiswew aktar.

 

2003

2004

2005

PI

Il-prezz ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ (EUR/biċċa)

35,15

34,61

35,70

37,27

Indiċi

100

98

102

106

(ii)   It-twaqqigħ tal-prezzijiet

(74)

Għal mudelli paragunabbli tal-prodott konċernat, sar paragun bejn il-prezzijiet tal-bejgħ medji fil-Komunità tal-produtturi li jesportaw li ttieħdu għall-kampjun u ta’ l-industrija Komunitarja. Għal dan il-għan, il-prezzijiet barra mill-fabbrika ta’ l-industrija Komunitarja lil klijenti mhux relatati, netti mir-ribassi u mit-taxxi kollha ġew ipparagunati mal-prezzijiet CIF fuq il-fruntieri Komunitarji tal-produtturi esportaturi tal-PRC, debitament aġġustati għall-ispejjeż tal-ħatt u ta’ l-iżdoganar. Meta jitqies li l-industrija Komunitarja normalment tbigħ il-produzzjoni Komunitarja tagħha direttament lill-bejjiegħa bl-imnut, filwaqt li l-merkanzija Ċiniża tinbiegħ lill-bejjiegħa bl-imnut permezz ta’ importaturi u/jew negozjanti relatati jew mhux relatati, fejn kien xieraq, sar aġġustament għall-prezz ta’ importazzjoni sabiex ikun żgurat li l-paragun isir fuq l-istess livell ta’ negozju. Il-paragun wera li matul il-PI, il-prodott konċernat mibjugħ fil-Komunità kien irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja b’22 % sa 43 %, jiddependi mill-esportatur konċernat.

5.   Is-Sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(75)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom influwenza fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

(76)

Meta jitqies li l-industrija Komunitarja tinkludi biss żewġ produtturi, id-data relatata ma’ l-industrija Komunitarja qed tiġi ppreżentata f’format u/jew f’firxiet indiċjati sabiex tinżamm il-kunfidenzjalità, skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. ta’ min ifakkar li d-data li ġiet ippreżentata aktar ‘l isfel tirreferi biss għall-prodott simili prodott fil-Komunità mill-industrija Komunitarja, biex b’hekk ġew esklużi l-pompi awtonomi u l-kompressuri manifatturi mill-kumpanniji relatati ta’ l-industrija Komunitarja fir-RPĊ u sussegwmentement mibjugħa mill-ġdid fil-Komunità.

(a)   Il-produzzjoni

(77)

Il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità naqset b’mod sinifikanti bejn l-2003 u l-PI. Speċifikament, hija naqset b’16 % fl-2004, bi 23 punt perċentwali oħra fl-2005 u b’7 punti perċentwali oħra fil-PI. Fil-PI il-volum tal-produzzjoni ta’ l-industrija kien jifrex bejn 300 000 biċċa u 400 000 biċċa.

 

2003

2004

2005

PI

Il-produzzjoni (biċċiet)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

84

61

54

(b)   Ir-rati tal-kapaċità u ta’ l-użu tal-kapaċità

(78)

Il-kapaċità tal-produzzjoni fżdiedet bi ftit bi 3 % bejn l-2003 u l-2004, reġgħet żdiedet b’9 punti perċentwali fl-2005 u stabbiliżżat f’ak il-livell matul il-PI. Iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni fl-2005 hija attribwibbli għall-investiment li sar minn produttur Komunitarju wieħed f’linja ta’ produzzjoni addizzjonali għall-kompressuri li sservi segment ogħla tas-suq. Matul il-PI, il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kienet tvarja bejn is-600 000 u t-800 000 biċċa.

(79)

Ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċità ta’ l-industrija Komunitarja naqset b’mod kostanti matul il-perjodu meqjus u fil-PI kienet inqas minn nofs il-livell li kienet fl-2003. Dan jirrifletti tnaqqis fil-livelli tal-produzzjoni. Matul il-PI, l-użu tal-kapaċità ta’ l-industrija Komunitarja kienet tvarja bejn l-40 % u l-50 %.

 

2003

2004

2005

PI

Il-kapaċità tal-produzzjoni (biċċiet)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

103

112

112

L-użu tal-kapaċità

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

81

54

48

(ċ)   L-iskorta

(80)

Fl-2004, il-livell ta’ l-iskorta ta’ l-għeluq żdied b’37 %, fl-2005 żdied b’45 punt perċentwali ieħor, qabel ma naqas b’138 punt perċentwali fil-PI. Matul il-PI l-iskorta ta’ l-industrija Komunitarja kienet tifrex bejn 10 000 u 20 000 biċċa. Meta jitqies li l-produzzjoni tal-prodott simili fil-Komunità prinċipalment issir fuq ordni, il-livell ta’ l-inventarji ma jitqiesx bħala indikatur utli tad-dannu għal dan il-prodott.

 

2003

2004

2005

PI

L-iskorta ta’ l-għeluq (biċċiet)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

137

182

44

(d)   Il-volum tal-bejgħ

(81)

Il-bejgħ min-naħa ta’ l-industrija Komunitarja tal-produzzjoni tagħha stess fis-suq Komunitarja naqas b’rata stabbli matul il-perjodu meqjus kollu. B’mod speċifiku, fl-2004 niżel b’19 %, fl-2005 naqas b’24 punt perċentwali oħra u fil-PI niżel b’9 punti perċentwali oħra. Matul il-PI il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja kien jifrex bejn 200 000 biċċa u 300 000 biċċa.

 

2003

2004

2005

PI

Il-volum tal-bejgħ tal-KE (biċċiet)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

81

57

48

(e)   Is-sehem mis-suq

(82)

Is-sehem miss-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’mod kostanti matul il-perjodu meqjus kollu. Fid-dettall, l-indiċi li kien jirrifletti l-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja niżel bi 13 % fl-2004, b’27 punt perċentwali fl-2005 u b’9 punti perċentwali oħra fil-PI. Matul il-PI is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja kien jifrex bejn 5 % u 10 %.

 

2003

2004

2005

PI

Is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

87

60

51

(f)   It-tkabbir

(83)

Bejn l-2003 u il-PI, meta l-konsum Komunitarju naqas b’6 %, il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas ferm aktar bil-kbir b’52 %. Matul il-perjodu meqjus, is-sehem tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja kważi naqas bin-nofs, filwaqt li l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping rebħu aktar minn 35 punt perċentwali ta’ sehem tas-suq, biex laħqu 53 %. B’hekk qed jiġi konkluż li ma kien hemm l-ebda tkabbir minfejn l-industrija Komunitarja setgħet tibbenefika.

(g)   L-impjiegi

(84)

Il-livell ta’ l-impjiegi ta’ l-industrija Komunitarja wera tnaqqis stabbli matul il-perjodu meqjus kollu. Fl-2004 niżel b’10 %, fl-2005 naqas b’16 -il punt perċentwali oħra, u fil-PI niżel b’5 punti perċentwali oħra. Matul il-PI, l-impjiegi ta’ l-industrija Komunitarja dedikati għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili kienu jifirxu bejn 150 u 200 persuna.

 

2003

2004

2005

PI

L-impjiegi

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

90

74

69

(h)   Il-produttività

(85)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol ta’ l-industrija Komunitarja, imkejla bħala produzzjoni (biċċiet) għal kull persuna impjegata fis-sena, fl-2004 naqset b’7 %, fl-2005 naqset b’10 punti perċentwali oħra, u fil-PI naqset b’5 punti perċentwali oħra. Matul il-PI, il-produttività ta’ l-industrija Komunitarja kienet tifrex bejn 1 500 u 2 000 biċċa għal kull impjegat. It-tnaqqis stabbli fil-produttività huwa rifless tat-tnaqqis fil-produzzjoni li kienet nieżla matul il-perjodu meqjus kollu b’rata xi ftit aktar mgħaġġla mill-impjiegi korrispondenti.

 

2003

2004

2005

PI

Il-produttività (biċċiet għal kull impjiegat)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

93

83

78

(i)   L-ispejjeż tax-xogħol

(86)

Bejn l-2003 u l-2004, l-ispiża medja tax-xogħol għal kull impjiegat żdiedet bi 8 % u stabilizzat ruħa fuq dak il-livell fl-2005, qabel ma naqset ħarira fil-PI b’1 punt perċentwali. Iż-żieda ta’ l-2004 kienet partikolarment minħabba żieda fil-pagi nnegozjata minn wieħed mill-produtturi ta’ l-industrija Komunitarja wara tilwima mat-trejdjunjins tagħha. Barra minn hekk, din iż-żieda li ġiet innegozjata kienet ippreċeduta minn strajk fl-2003 u s-sigħat mhux imħallsin li rriżultaw baxxew relattivament l-ispiża annwali tax-xogħol b’paragun mas-snin sussegwenti.

 

2003

2004

2005

PI

L-ispiża annwali tax-xogħol għal kull impjegat (EUR)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

108

108

107

(j)   Il-fatturi li jaffetwaw il-prezzijiet Komunitarji

(87)

Il-prezzijiet ta’ l-unità ta’ l-industrija tal-Komunità tal-produzzjoni proprja għall-konsumaturi mhux relatati żdiedet b’20 % bejn l-2003 u l-PI. Speċifikament, il-prezz medju tal-bejgħ żdied b’9 % fl-2004, b'13-il punt perċentwali oħra fl-2005, qabel ma naqas b’2 punti perċentwali fil-PI. Matul il-PI, il-prezz medju ta’ l-unità kien jifrex bejn 100 u 150 EUR.

 

2003

2004

2005

PI

Il-prezz ta’ unità tas-suq tal-KE (EUR)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

109

122

120

(88)

Iż-żieda fil-prezz medju ta’ unità hija rifless taċ-ċaqliqa parzjali gradwali fil-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja lejn segment ta’ fuq tas-suq, jiġifieri aktar kwalità, rendiment aħjar, kapaċità akbar u konsegwentement mudelli aktar mgħobbijin u bl-ispejjeż u aktar għaljin tal-prodott simili.

(89)

Meta jitqiesu l-volum u l-livell tat-traħħis tal-prezzijiet, dawn l-importazzjonijiet żgur li kienu fattur li affetwa l-prezzijiet.

(k)   Il-profittabilità u l-qligħ fuq l-investimenti

(90)

Matul il-perjodu meqjus, il-profittabilità tal-bejgħ tal-produzzjoni proprja ta’ l-industrija Komunitarja fil-Komunità, espressa bħala perċentwali tal-bejgħ nett, baqgħet negattiva imma tjiebet matul il-perjodu meqjus kollu. Il-profittabilità negattiva tjiebet fl-2004 u aktar fl-2005 meta l-livell tat-telf kien relattivament l-aktar wieħed baxx u fil-PI iddeterjora biss bi ftit. Matul il-PI, il-profittabilità ta’ l-industruja Komunitarja kienet tifreex bejn – 3 % u – 10 %.

 

2003

2004

2005

PI

Il-profittabilità tal-bejgħ fil-KE (% ta’ bejgħ nett)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

– 100

–93

–28

–32

ROI (profitt f’% tal-valur nett kontabbli ta’ l-assi)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

– 100

–85

–19

–20

(91)

Il-qligħ fuq l-investiment (ROI), epress bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur nett kontabbli ta’ l-investimenti, segwa t-tendenza tal-profittabilità t’aktar ‘il fuq. Huwa wkoll baqa’ negattiv matul il-perjodu meqjus. Tjieb fl-2004 u aktar fl-2005, qabel ma ddeterjora bi ftit fil-PI. Matul il-PI, ROI kien jifrex bejn – 30 % u – 15 %.

(l)   Il-likwidità

(92)

Il-likwidità netta għall-attivitajiet operattivi baqgħet ukoll negattiva matul il-perjodu meqjus, imma tjiebet biċ-ċar u kienet biss ftit negattiva fil-PI, fejn kienet tvarja bejn 100 000 u 0 EUR.

 

2003

2004

2005

PI

Il-likwidità (EUR)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

– 100

–67

–9

–1

(m)   L-investiment u l-ħila li jinġabar kapital

(93)

L-investiment annwali ta’ l-industrija Komunitarja fil-produzzjoni tal-prodott simili żdied fl-2004 b’72 % u b’75 punti perċentwali aktar fl-2005, qabel ma naqas bi ftit b’7 punti perċentwali fil-PI. Minkejja dan, l-investiment nett matul il-PI kien relattivament baxx u kien jifrex bejn 1 300 000 EUR u 2 300 000 EUR. Iż-żieda tista’ tiġi attribwita għal investiment li sar minn wieħed mill-produtturi Komunitarja għall-kiri ta’ bini ġdid bil-ħsieb li jiċċentralizza u jimmodernizza l-proċess tal-produzzjoni kif ukoll xi investiment min-naħa ta’ l-industrija Komunitarja maħsub għall-manutenzjoni u għat-tiġdid tat-tagħmir eżistenti imma wkoll għal tagħmir u moduli ġodda f’attentat sabiex tittejjeb il-kompetittività tal-prodott tagħhom fil-konfront ta’ l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping miċ-Ċina.

 

2003

2004

2005

PI

L-investimenti netti (EUR)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

172

247

240

(94)

Matul il-perjodu meqjus, ma kienet ipprovduta l-ebda evidenza lill-Kummissjoni rigward ħila mnaqqsa jew miżjuda sabiex jinġabar il-kapital.

(n)   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(95)

Meta jitqiesu l-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat, ma jistax jitqies li l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tad-daqs tal-marġnijiet effettivi tad-dumping huwa wieħed negliġibbli.

(o)   L-irkupru minn dumping fl-imgħoddi

(96)

Fin-nuqqas ta’ kwalunke informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ dumping qabel is-sitwazzjoni vvalutata f’dan il-proċediment, qed jitqies li dan il-fattur mhux rilevanti.

6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(97)

Bejn l-2003 u l-PI, il-volum ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping tal-prodott konċernat li kienu joriġinaw fir-RPĊ żdied bil-kbir, b’182 % u s-sehem tas-suq Komunitarju ta’ dawn l-importazzjonijiet kiber b’aktar minn 35 punt perċentwali. Matul il-perjodu meqjus, il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping kienu ferm aktar baxxi minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja. Barra minn hekk, matul il-PI, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonjiet mir-RPĊ b’mod sinifikanti kienu irħas minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja. Fuq bażi medja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi), it-traħħis tal-prezzijiet fil-PI, kien bejn it-22 % u t-43 %.

(98)

Uħud mill-indikaturi esperjenzaw żvilupp pożittiv bejn l-2003 u l-PI. Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità żdied b’20 %, l-indikatur tal-kapaċità tal-produzzjoni żdied bi 12 % u kien hemm żieda fl-investiment b’140 %. Madankollu, diġà ntwera fil-premessi (78), (88) u (93) hawn fuq li raġunijiet partikolari jispjegaw dawn l-iżviluppi. Barra minn hekk, kif ġie indikat hawn fil-premessa (90), il-profittabilità matul il-perjodu meqjus kollu wriet sinjali ta’ rkupru hekk kif it-telf naqas b’mod sinifikanti bejn l-2003 u l-PI. Minkejja dan, għandu jitfakkar li l-profittabilità baqgħet negattiva u l-livell tat-telf fil-PI ma jistax jitqies negliġibbli.

(99)

Matul il-perjodu meqjus, instab deterorjament sinifikanti fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. Bejn l-2003 u l-PI, il-parti l-kbira ta’ l-indikaturi tad-dannu żviluppaw b’mod negattiv: il-volum tal-produzzjoni naqas b’46 %, l-użu tal-kapaċità naqas b’aktar min-nofs, il-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja naqas bi 52 % u s-sehem tas-suq korrispondenti naqas kważi bin-nofs, bl-impjiegi jonqsu b’31 %, u l-produttività tinżel bi 22 %.

(100)

Fid-dawl ta’ dak li ngħad aktar ‘il fuq, qed jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja batiet minn dannu materjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(101)

Skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping ikkawżawx dannu lill-industrija Komunitarju sa tali punt li jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, li fl-istess ħin setgħu kienu qed jagħmlu dannu lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll sabiex ikun żgurat li d-dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħra ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping.

2.   L-effetti ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping

(102)

Bejn l-2003 u l-PI, iż-żieda sinifikanti fil-volum ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping b’182 %, u tas-sehem tas-suq Komunitarju korrispondenti tagħha, jiġifieri b’35 punt perċentwali, kif ukoll it-traħħis li nstab (bejn 22 % u 43 % matul il-PI) ġeneralment ikkoinċidew mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja, kif ġie spjegat fil-premessa (98) hawn fuq. Barra minn hekk, il-prezzijiet li kienu suġġetti għal dumping, bejn wieħed u ieħor, kienu ferm taħt dawk ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu meqjus kollu. Jitqies li dawn l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping eżerċitaw pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet, fejn ma ħallewx li l-industrija Komunitarja żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha sa livell li kien ikun meħtieġ sabiex tagħmel profitt u li l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. Barra minn hekk, jidher li l-industrija Komunitarja tilfet parti sinifikanti mis-sehem tas-suq tagħha lil dik iż-żieda fil-volum ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping. It-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ wassal għal żieda relattiva fl-ispejjeż fissi ta’ l-industrija Komunitarja li kellha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja wkoll. Għalhekk, hemm rabta kawżali ċara bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ u d-dannu materjali li batiet l-industrija Komunitarja.

3.   L-effetti ta’ fatturi oħra

Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(103)

Kif wieħed jista’ jara mit-tabella ta’ hawn taħt, matul il-perjodu meqjus kien hemm tnaqqis bi 33 % fil-volum tal-bejgħ mill-esportazzjoni li, madankollu, ma kienx daqshekk akut daqs it-tnaqqis fil-bejgħ fil-KE, li kien deskritt fil-premessa 0 hawn fuq. Matul il-PI, il-bejgħ mill-esportazzjoni kien ivarja bejn il-100 000 u l-150 000 biċċa. Bejn l-2003 u l-PI, il-prezz medju ta’ unità ta’ bejgħ mill-esportazzjoni baqa’ stabbli u kien ivarja bejn il-100 u l-150 EUR.

 

2003

2004

2005

PI

Il-bejgħ mill-esportazzjoni (biċċiet)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

89

74

77

Il-prezz ta’ unità ta’ esportazzjoni (EUR)

Ma jistgħux jiġu żvelati

Indiċi

100

100

102

100

(104)

Meta titqies l-istabbiltà tal-prezzijiet fis-swieq ta’ l-esportazzjoni u t-tnaqqis relattivament iżgħar fil-volumi ta’ l-esportazzjoni, jitqies li anki jekk l-attività ta’ l-esportazzjoni setgħet ikkontribwixxiet għad-dannu li batiet l-industrija Komunitarja, dan ma sarx sa tali punt li jikser ir-rabta kawżali.

Iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni

(105)

Parti interessata waħda sostniet li ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma setgħetx tkun ikkawżata biss miż-żieda fil-prezz tal-materja prima (prinċipalment il-partijiet metalliċi), imma anki minn kawżi oħra u għaldaqstant dan jindika dannu li l-industrija għamlet lilha nfisha. ta’ min jinnota li l-parti ma kinitx speċifika dwar il-kawżi li suppost jindikaw id-dannu li l-industrija Komunitarja għamlet liha nfisha.

(106)

L-investigazzjoni wriet li, bejn l-2003 u l-PI, l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ unità min-naħa ta’ l-industrija Komunitarja żdiedu b’madwar 8 %. Iż-żieda tista’ tkun parzjalment attribwita għaż-żieda apparenti fil-prezz tal-materja prima. L-investigazzjoni wriet li xi parti miż-żieda fl-ispejjeż hija minħabba struttura ta’ l-ispejjeż iddeterjorata u b’mod partikolari l-ispejjeż fissi ta’ unità, li nqalgħu minħabba tnaqqis sinifikanti fin-numru ta’ unitajiet prodotti. Madankollu, il-parti l-kbira taż-żieda għandha tiġi attribwita liż-żieda ċara fil-prezz tal-komponenti li jintużaw għall-produzzjoni tal-mudelli fis-segment ta’ fuq tas-suq.

(107)

Madankollu, iż-żieda fl-ispiża medja tal-produzzjoni ta’ unità kienet aktar milli kkumpensata miż-żieda fil-prezz medju ta’ bejgħ ta’ unità (ara l-premessa (87) hawn fuq) li rriżultat f’titjib tal-profittabilità (għalkemm għadha negattiva), kif deskritt fil-premessa (90). Għalhekk, qed jitqies li ż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni ma kkontribwixxietx għad-dannu li batew il-produtturi Komunitarji.

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

(108)

Fuq il-bażi tad-data ta’ l-Eurostat, il-volum ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott simili li joriġinaw mill-bqija tad-dinja (jiġifieri, eskluża l-PRC) naqas bi 33 % fl-2004, b’7 punti perċentwali oħra fl-2005, qabel ma rkupra ftit b’9 punti perċentwali fil-PI. B’kollox, it-tnaqqis bejn l-2003 u l-PI jammonta għal 31 %. Is-sehem tas-suq korrispondenti ta’ l-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja naqas minn 35 % fl-2003 għal 26 % fil-PI.

(109)

Ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni dettaljata dwar il-prezz ta’ l-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja. Meta jitqies li d-data ta’ l-Eurostat ma tqisx it-taħlita tal-prodotti, din id-data ma setgħet tintuża għall-ebda paragun raġonevoli mal-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja. L-investigazzjoni ma tat l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja kellhom ikunu orħos mill-prezzijiet Komunitarji.

(110)

Meta jitqies it-tnaqqis fil-volum u fis-sehem tas-suq u meta jitqies in-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li tgħid il-kuntrarju, qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja ma kkważawx dannu materjali, jekk ikkawżaw xi ħaġa, lill-industrija Komunitarja.

 

2003

2004

2005

PI

L-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja (biċċiet)

1 164 228

780 921

699 129

807 893

Indiċi

100

67

60

69

Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja

35,6  %

25,6  %

22,7  %

26,4  %

Il-kompetizzjoni minn produtturi oħra fil-Komunità

(111)

Kif ġie indikat fil-premessa (64) hawn fuq, produttur wieħed fil-Komunità kien eskluż mid-definizzjoni tal-produzzjoni Komunitarja. Barra minn hekk, numru ta’ produtturi u ta’ assemblaturi ma kkoperawx f’dan il-proċediment (ara l-premessa (58)). Fuq il-bażi ta’ l-informazzzjoni miksuba matul l-investigazzjoni mingħand produtturi li kkoperaw u mill-ilment, qed jiġi stmat li l-volumi tal-bejgħ ta’ dawn il-produtturi l-oħra fil-Komunità għas-suq tal-KE kienu ta’ madwar 1 000 000 biċċa fis-sena 2003 u naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus kollu, fejn laħqu madwar 400 000 biċċa fil-PI. Bl-istess mod, is-sehem korrispondenti mis-suq naqas matul il-perjodu meqjus minn 31 % fl-2003 għal 13 % fil-PI. Għalhekk dawn il-produtturi ma ggwadanjaw l-ebda volum tal-bejgħ u sehem mis-suq bi skapitu ta’ l-industrija Komunitarja. Għall-kuntrarju, b’mod simili għall-industrija Komunitarja, tilfu porzjon kbir tal-bejgħ u mis-sehem tas-suq tagħhom lill-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping miċ-Ċina.

(112)

Meta jitqies dak li ngħad aktar ‘il fuq, u meta titqies in-nuqqas ta’ informazzjoni li tgħid il-kuntrarju, qed jiġi konkluż li l-produtturi l-oħra fil-Komunità ma kkontribwixxewx għad-dannu li batiet l-industrija Komunitarja.

 

2003

2004

2005

PI

Il-bejgħ fil-KE tal-produtturi l-oħra fil-Komunità (stima f’biċċiet)

1 039 780

919 375

510 659

399 891

Indiċi

100

88

49

38

Is-sehem tas-suq tal-produtturi l-oħra fil-Komunità

31,4  %

29,7  %

16,4  %

12,9  %

It-tnaqqis fil-konsum fis-suq Komunitarju

(113)

Kif wieħed jista’ jara mill-premessa (69) hawn fuq, il-konsum naqas b’madwar 200 000 biċċa jew 6 % matul il-perjodu meqjus. Madankollu, ta’ min jinnota li matul l-istess perjodu, it-tnaqqis fil-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarja kien ferm aktar akut, kemm f’termini assoluti (il-bejgħ niżel b’250 000 sa 300 000 biċċa) u f’termini relattivi (il-bejgħ niżel bil-kbir bi 52 %). Fl-istess ħin, filwaqt li l-industrija Komunitarja tilfet kważi nofs is-sehem tas-suq tagħha (ara l-premessa 0, is-sehem tas-suq tal-kompressuri Ċiniżi żdied b’35 punt perċentwali (ara l-premessa (71)). B’hekk qed jiġi konkluż li t-tnaqqis fil-konsum ma kkawżawx id-dannu li batiet l-industrija Komunitarja.

4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(114)

Il-koinċidenza fiż-żmien, bejn min-naħa l-waħda, iż-żieda bil-kbir fl-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping mir-RPĊ, iż-żieda korrispondenti fl-ishma tas-suq u t-traħħis tal-prezzijiet li nstab u, fuq in-naħa l-oħra, id-deterjorament fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, twassal għall-konklużjoni li l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping ikkawżaw id-dannu materjali li batiet l-industrija Komunitarja fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

(115)

L-investigazzjoni wriet li r-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja seta’ kkontribwixxa, sa ċertu punt, għad-dannu li batiet, imma mhux sa punt li jikser ir-rabta kawżali. Ġew analizzati fatturi oħra magħrufa imma nstab li ma kkontribwixxewx għad-dannu li batiet l-industrija Komunitarja. Instab li ż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni ta’ unità ta’ l-industrija Komunitarja kienet aktar minn ikkumpensata miż-żieda fl-istess ħin fil-prezz tal-bejgħ, u konsegwentement tqies li ma setgħetx ikkontribwixxiet għad-dannu li batiet l-industrija Komunitarja. Fejn għandhom x’jaqsmu l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, meta jitqies it-tnaqqis fil-volumi u fis-sehem tas-suq tagħhom u meta titqies in-nuqqas ta’ possibbiltà għal paragun xieraq tal-prezzijiet mal-prezzijiet Komunitarji, kien konkluż li dawn l-importazzjonijiet ma kkważawx id-dannu. Rigward il-kompetizzjoni mill-produtturi l-oħra fil-Komunità, meta jitqies it-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tagħhom u s-sehem tas-suq mitluf lill-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, kien stabbilit li l-attività tagħhom ma kkontribwixxietx għad-dannu li batiet l-industrija Komunitarja. Rigward it-tnaqqis fil-konsum, meta jitqies li kien iżgħar mit-tnaqqis fil-bejgħ fil-Komunità tal-produtturi Komunitarji, u li kien jikkoniċidi maż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping miċ-Ċina, kien konkluż li, bħala tali, ma kkawżax id-dannu.

(116)

Fuq il-bażi ta’ l-analiżi t’aktar ‘il fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha li kellhom effett fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effett dannuż ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija Komunitarja fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   L-INTERESS KOMUNITARJU

(117)

Il-Kunsill u l-Kummissjoni eżaminaw jekk kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess Komunitarju li jadottaw miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill u l-Kummissjoni qiesu l-impatt probabbli tal-miżuri għall-partijiet kollha konċernati. Is-servizzi tal-Kummissjoni oriġinarjament bagħtu l-iżvelar finali fis-sens ta’ l-Artikolu 20 l-paragrafu 4, l-ewwel sentenza, tar-Regolament bażiku, li fih l-orjentazzjoni kienet li ma jiġux imposti miżuri. Skond l-iżvelar, ċerti operaturi, b’mod partikolari żewġ produtturi li kkoperaw fil-Komunità, ressqu ċerti argumenti li wasslu għal rivalutazzjoni tal-kwistjoni. L-iktar argument importanti minnhom se jiġi diskuss hawn taħt.

1.   L-interess tal-produtturi li kkoperaw fil-Komunità

(118)

Mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja (ara l-premessa (67)), huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li, kif issemma fil-premessa (60), il-gruppi ta’ kumpanniji kollha li kkoperaw fil-Komunità stabbilew faċilitajiet ta’ produzzjoni fir-RPĊ u importaw ammonti dejjem akbar tal-prodott konċernat għal bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju. Kif imsemmi fil-premessa (58), grupp wieħed ta’ kumpanniji biegħ il-faċilità tiegħu ta’ produzzjoni bbażata fil-Komunità lil kumpannija oħra fl-2007, jiġifieri wara l-PI. Meta jitqies li dan huwa żvilupp li seħħ wara l-PI u li matul il-perjodu meqjus kollu dan il-grupp kien qed jimmanifattura l-prodott simili fil-Komunità, l-interessi tiegħu qed jiġu diskussi taħt din l-intestatura u l-grupp qed jissejjaħ produttur fil-Komunità.

(119)

L-investigazzjoni wriet li jekk jiġu imposti xi miżuri, l-industrija Komunitarja probabbilment tkompli tbati minn dannu. Tabilħaqq, probabbli jkun hemm deterjorazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja u tnaqqis ulterjuri fis-sehem tagħha mas-suq.

(120)

Min-naħa l-oħra, jekk jiġu imposti xi miżuri, dan jista’ jagħti spazju għal żieda fil-prezzijiet u/jew fil-volumi tal-bejgħ (u fis-sehem mis-suq) li min-naħa tagħha tipprovdi lill-industrija Komunitarja bil-possibbiltà li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tagħha.

(121)

Safejn għandu x’jaqsam l-iżvilupp possibbli tas-sehem tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja, jekk jiġu imposti xi miżuri, għandu jiġi nnotat li l-produtturi kollha li kkoperaw, matul il-proċediment, sostnew li dan jirriżulta fit-tidwir tal-proċess kurrenti ta’ delokalizzazzjoni u fiċ-ċaqliq (għall-inqas ta’ parti) tal-produzzjoni lura lejn il-Komunità.

(122)

F’dan ir-rigward, l-analiżi tad-data dettaljata mressqa minn żewġ produtturi li kkoperaw fil-Komunità u mis-sussidjarji relatati tagħhom fir-RPĊ wriet biċ-ċar li fis-sitwazzjoni ekonomika partikolari li tipprevali matul dawn l-aħħar snin fir-RPĊ hemm differenzi importanti fl-ispejjeż favur il-produzzjoni fir-RPĊ tal-prodott konċernat iddestinat għas-suq Komunitarjumilli fil-Komunità. Dawn id-differenzi u d-dumping li ġie ppratikat mill-esportaturi Ċiniżi fis-suq Komunitarju setgħu wasslu biex il-produtturi kollha li kkoperaw fil-Komunità l-ewwel nett jiddelokalizzaw (parti mill-) il-produzzjoni tagħhom.

(123)

Għalhekk ġie eżaminat jekk l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ l-antidumping, li fil-każ ta’ esportaturi relatati mal-produtturi msemmija fil-premess (122) huma relattivament baxxi, hijiex se tbiddel, fir-rigward ta’ mill-inqas żewġ produtturi li kkoperaw, il-parametri ekonomiċi li wasslu għall-proċess ta’ delokalizzazzjoni. Ġie stabbilit li l-ispiża sħiħa tal-kumpressuri mibjugħa fil-Komunità u prodotti fir-RPĊ (inklużi, inter alia, l-ispejjeż ta’ manifattura, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi, trasport tal-merkanzija bil-baħar, dazju konvenzjonali u dazju possibbli ta’ l-antidumping) għandha tkun ta’ l-istess kobor, għalkemm ftit iktar baxxa, daqs l-ispiża sħiħa ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ kupressuri simili fil-Komunità.

(124)

Barra minn dan, dawn iż-żewġ kumpanniji tennew il-pożizzjoni tagħhom li jekk il-miżuri jnaqqsu l-livell tat-twaqqigħ fil-prezz imġarrab mill-prodotti Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping, huma jkunu f’pożizzjoni li jżidu u/jew jibdew mill-ġdid il-produzzjoni tagħhom fil-Komunità bl-użu tal-kapaċitajiet eżistenti li bħalissa huma weqfin.

(125)

Għalhekk, ma jistax jiġi eskluż, kif iddikjarat miż-żewġ produtturi li kkoperaw fis-sottomissjonijiet tagħhom wara l-iżvelar, li dawk il-produtturi jistgħu jużaw il-kapaċitajiet sostanzjali awżiljari fl-Ewropa. Dan jidher li huwa possibbli fid-dawl li l-miżuri propsti għandhom jaslu qrib li jillivellaw l-ispiża tal-prodotti, ikkunsijati fis-suq Komunitarju, prodotti fir-RPĊ u fil-Komunità. Konsegwentement, ma jistax jiġi eskluż li dawk il-produtturi għandhom iżidu l-produzzjoni tagħhom fil-Komunità bħala konsegwenza ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri. Fl-aħħarnett, ma jistax jiġi eskluż, jekk id-dazji fuq l-esportazzjonijiet mill-produtturi relatati fir-RPĊ jnaqqsu d-differenza fl-ispiża tal-prodotti kkunsinjati lis-suq Komunitarju, prodott fir-RPĊ u fil-Komunità, dawk il-produtturi għandhom jippreferu li ma jikkonċentrawx il-produzzjoni kollha ‘l barra mill-Komunità, sabiex jispeċjalizzaw il-produzzjoni ta’ ċerti mudelli f’ċerti lokalitajiet, jew sabiex jiddiversifikaw ir-riskju.

(126)

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ produttur terz li kkopera, il-kumpannija relatata tagħha fir-RPĊ ma kinitx inkluża fil-kampjun għall-kalkolu tal-marġini tad-dumping u għalhekk għandha, fil-każ ta’ miżuri ta’ impożizzjoni, taqa’, bħala priċipju, taħt id-dazju medju ta’ 51,8 % applikabbli għal kumpanniji koperanti li ma ttieħdux bħala kampjun. Fid-dawl li ma kinitx inkluża fil-kampjun, il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni verifikata fir-rigward ra’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-kumpannija Ċiniża. Għalhekk, ma jistax jiġi eskluż li f’dak il-każ l-ispiża sħiħa tal-kumpressuri mibjugħa fil-Komunità u prodotti fir-RPĊ (inklużi, inter alia, l-ispejjeż ta’ manifattura, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi, trasport tal-merkanzija bil-baħar, dazju konvenzjonali u dazju possibbli ta’ l-antidumping) għandha taqbeż l-ispiża sħiħa ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ kupressuri simili fil-Komunità.

(127)

Wara l-iżvelar, l-assoċjazzjoni Taljana tal-manifatturi tal-kumpressuri li ressqet l-ilment (ANIMA) enfasizzat il-ħtieġa tal-miżuri antidumping sabiex jippermettu l-produtturi jkomplu jimmanifatturaw fil-Komunità u għas-sopravivenza ekonomika tagħhom. Għamluha ċara li wkoll jekk il-fornituri relatati Ċiniżi ta’ ċerti produtturi Ewropej jkunu suġġetti għal dazji ta’ l-antidumping relattivament għolja, xorta waħda jkunu favorevoli li jiġu imposti l-miżuri.

(128)

Twettqet evalwazzjoni tal-benefiċċju potenzjali ta’ l-industrija Komunitarja f’każ li jiġu imposti xi miżuri. Ġie nnutat li jekk il-miżuri ma jiġux imposti dan jaf iwassal għal deterjorazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja u ta’ tnaqqis ulterjuri tas-sehem tagħhom tas-suq. Dan probabbli jwassal għat-telf ta’ numru ta’ impjiegi kif ukoll ta’ l-investiment li kien sar sabiex tinbena kapaċità ta’ produzzjoni fil-Komunità. Ukoll dawn l-elementi, minkejja li huma diffiċli biex jiġu kkwantifikati, jeħtieġu jqisu l-valutazzjoni globali ta’ l-interess tal-Komunità. Min-naħa l-oħra, jekk id-dazi ta’ l-antidumping jiġu imposti, ma jistax jiġi eskluż li tista’ sseħħ żieda fil-produzzjoni fil-Komunità, possibilment li tinvolvi rilokazzjoni ta’ xi parti mill-produzzjoni lura fil-Komunità. Dan jista’ jwassal għal żieda fl-impjiegi u jista’ jkollu impatt addizzjonali fuq l-industrija ta’ forniment, li tforni prodotti kważi lesti lill-produtturi Komunitarji tal-kumpressuri.

2.   L-interess tal-produtturi Komunitarji l-oħra

(129)

Dawn il-produtturi ma kkoperawx fl-investigazzjoni. Is-sehem tas-suq tagħhom huwa simili għal dak li għandha l-industrija Komunitarja. Minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni u minħabba l-fatt li l-biċċa l-kbira minn dawn il-produtturi ma ħadu l-ebda pożizzjoni ċara dwar dan il-proċediment, mhemm l-ebda indikazzjoni ta’ x’ikun l-interess ta’ dawn il-produtturi. Wara l-iżvelar wieħed mill-produtturi li ma kkoperawx u żewġ produturi kwerelanti li ma kkoperawx aktar f’dan il-proċediment (ara l-premessa (59)) kif ukoll assoċjazzjoni Taljana ta’ manifatturi tal-kumpressuri (ANIMA) ippreżentaw ruħhom sabiex itennu l-argumenti msemmija fil-premessa (127) hawn fuq. Huma ddikjaraw b’mod ċar li huma favur l-impożizzjoni tal-miżuri.

3.   L-interess ta’ l-importaturi (mhux relatati), tal-konsumaturi u ta’ operaturi ekonomiċi oħra fil-Komunità

(130)

Matul il-PI, l-uniku imporatur mhux relatat li kkopera importa madwar 20 % tal-volum totali Komunitarju ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġinaw fir-RPĊ. Fin-nuqqas ta’ koperazzjoni alternattiva u meta titqies il-perċentwali li ssemmiet hawn fuq, dan l-importatur qed jitqies li huwa rappreżentattiv tas-sitwazzjoni ta’ l-importaturi mhux relatati. Din il-parti li kkoperat indikat li hija kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumpingfuq l-importazzjonijiet ta’dan il-prodott partikolari mir-RPĊ. Matul il-PI, l-attività tal-bejgħ mill-ġdid tal-prodott konċernat kienet tammonta għal bejn 2 % u 8 % tal-fatturat totali tal-kumpannija ta’ dan l-importatur. F’termini ta’ forza tax-xogħol, bejn 30 u 70 persuna huma direttament involuti fix-xiri, fin-negozju u fil-bejgħ mill-ġdid tal-prodott konċernat.

(131)

Intalbet anki l-koperazzjoni ta’ l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi kif ukoll tal-bejjiegħa bl-imnut, tad-distributuri, tan-negozjanti u/jew ta’ operaturi ekonomiċi oħra li kien magħruf li kienu involuti fil-katina ta’ distribuzzjoni fil-Komunità. Madankollu, ma nkisbet l-ebda koperazzjoni. Meta jitqies li importatur mhux relatat wieħed biss ikkopera f’dan il-proċediment u meta jitqies in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni min-naħa ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fil-Komunità jew min-naħa ta’ kwalunkwe assoċjazzjoni tal-konsumaturi, tqies li kien xieraq li jiġi analizzat l-impatt potenzjali globali u ġenerali tal-miżuri possibbli fuq dawn il-partijiet kollha. B’mod ġenerali, ġie konkluż li s-sitwazzjoni tal-konsumaturi u ta’ l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-katina ta’ distribuzzjoni fil-Komunità jistgħu jkunu affetwati b’mod negattiv mill-miżuri possibbli.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(132)

Minħabba r-raġunijiet espressi fil-premessi (125) u (126), f’dan il-każ speiċfiku, ma jistax jiġi eskluż li l-produtturi li kkoperaw fil-Komunità jistgħu jieħdu l-opportunità li jgawdu mill-miżuri billi jirkupraw ftit mill-produzzjoni mitlufa minħabba dumping ta’ dannu billi jutilizzaw il-kapaċitajiet eżistenti li mhumiex użati.

(133)

Huwa rikonoxxut li, l-impożizzjoni tal-miżuri jista’ jkollha effett negattiv fuq il-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi kollha fil-katina ta’ distribuzzjoni fil-Komunità. Minkejja dan, jidher ċar ukoll li jekk il-produzzjoni fil-Komunità tiżdied (u permezz ta’ hekk, probabbli, in-numru ta’ persuni impjegati f’din il-produzzjoni fil-Komunità tiżdied) il-miżuri għandhom joħolqu ċerti benefiċċji għall-Komunità.

(134)

L-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku jirreferi għall-ħtieġa li tingħata konsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa li jinstab rimedju għall-effetti ta’ tgħawwiġ għan-negozju ta’ dumping dannuż u li l-kompetizzjoni effettiva terġa’ lura kif kienet, minkejja li din id-dispożizzjoni partikolari trid titqies fil-qafas ġenerali tat-test ta’ l-interess Komunitarju kif stiġulat fl-Artikolu msemmi qabel. B’hekk, l-effetti ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri jew tan-nuqqas ta’ impożizzjoni tal-miżuri fuq il-partijiet kollha konċernati jridu jiġu eżaminati.

(135)

Bħala konklużjoni, fid-dawl tal-marġini għoli tad-dumping u d-dannu, huwa meqjus li, f’dan il-każ partikolari, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni ppreżentata mhemmx biżżejjed evidenza sabiex jiġi konkluż li l-impożizzjoni possibbli tal-miżuri għandha tkun sproporzjonata b’mod ċar u kontra l-interess tal-Komunità.

(136)

Minkejja dan, jekk irrispettivament mill-impożizzjoni tad-dazji, il-qagħda prevalenti qabel l-impożizzjoni tal-miżuri (b’mod partikolari l-53 % tas-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ u s-sehem mis-suq relattivament baxx tal-produtturi li kkoperaw fil-Komunità) tibqa’ ma tinbidilx, l-ispiża tad-dazju possibbli li għandha tiġġarrab mill-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi fil-Komunità (inkluż l-importaturi, in-negozjanti u l-bejjiegħa bl-imnut) tista’ titqies, fit-tul, li tkun aqwa mill-benefiċċju għall-industrija Komunitarja. Għalhekk, il-miżuri għandhom jiġu imposti għal sentejn, u se jsiru ċerti obbligi ta’ rappurtar, b’mod partikolari, għall-produtturi tal-Komunità.

G.   IL-MIŻURI DEFINITTIVI

Il-livell stmat ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara

(137)

Il-livell ta’ kwalunkwe miżura anti-dumping għandu jkun biżżejjed li tiġi eliminata l-ħsara lill-industrija Komunitarja kkawżata mill-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, mingħajr ma jinqabżu l-marġni ta’ dumping misjuba. Meta jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmel il-ħsara, tqies li kwalunkwe miżura għandha tħalli lill-industrija Komunitarja tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping. Fid-dawl li l-industrija Komunitarja ma kinitx profittabbli fir-rigward tal-prodott simili matul il-perjodu sħiħ meqjus, tqies li marġini ta’ profitt ta’ 5 % li nkiseb mil-industrija fuq prodotti oħra fl-istess kategorija li pproduċew u biegħu matul il-PI, huwa livell xieraq li l-industrija Komunitarja tkun tista’ tiġi mistennija li tikseb fir-rigward tal-prodott simili fin-nuqqas ta’ dumping dannuż.

(138)

Iż-żieda fil-prezz meħtieġa mbagħad ġiet iddeterminata fuq bażi ta’ paragun, għal kull tip ta’ prodott, tal-prezz medju mobbli ta’ l-importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ bi prezz aktar baxx minn dak tas-suq, bil-prezz li ma jagħmilx ħsara tal-prodott simili mibjugħ mill-industrija Komunitarja. Il-prezz li ma jagħmilx ħsara nkiseb bl-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja biex jiġi rifless il-marġini ta’ profitt imsemmi hawn fuq. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet imbagħad espressa bħala perċentwali tal-valur CIF totali ta’ l-importazzjoni.

(139)

It-tqabbil tal-prezz imsemmi hawn fuq wera li marġini ta’ dannu kkalkolati huma bejn 61,3 % u 160,8 % u fil-każ tal-kumpanniji kollha huma ogħla mill-marġini rispettivi ta’ dumping. Fid-dawl ta’ dak li ssemma hawn fuq u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jitqies li gћandu jiġi impost dazju antidumping definittiv fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet ta’ ċerti kumpressuri li joriġinaw fir-RPĊ fil-livell tal-marġini tad-dumping.

Miżuri definittivi

(140)

Konsegwentament, id-dazji ta’ l-antidumping għandhom ikunu kif ġej:

Zhejiang Xinlei Mechanical & Electrical Co. Ltd., Wenling

77,6  %

Zhejiang Hongyou Air Compressor Manufacturing Co. Ltd., Wenling and Taizhou Hutou Air Compressors Manufacturing Co. Ltd., Wenling

76,6  %

Shanghai Wealth Machinery & Appliance Co. Ltd., Shanghai and Wealth (Nantong) Machinery Co., Ltd., Nantong

73,2  %

Zhejiang Anlu Cleaning Machinery Co., Ltd., Taizhou

67,4  %

Nu Air (Shanghai) Compressor and Tools Co. Ltd., Shanghai

13,7  %

FIAC Air Compressors (Jiangmen) Co. Ltd., Jiangmen

10,6  %

Il-kumpanniji li kkoperaw li ma ġewx inklużi fil-kampjun (elenkati fl-Anness)

51,6  %

Il-kumpanniji l-oħra kollha

77,6  %

(141)

Ir-rati individwali tad-dazju antidumping li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni attwali. Gћalhekk, dawn jirriflettu l-qagħda ta’ dawn il-kumpanniji li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati tad-dazju (bil-maqlub ta’ dazji residwi applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fir-RPĊ u prodotti minn dawn il-kumpanniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpannija oћra li ma tissemmix speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagћha, inklużi l-entitajiet relatati ma dawk imsemmija speċifikament, ma jistgћux igawdu minn din ir-rata u gћandhom ikunu suġġetti gћar-rata tad-dazju li tapplika gћall-pajjiż kollu.

(142)

Kwalunkwe talba gћall-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ dazju antidumping gћal kumpanniji individwali (eż. wara bdil fl-isem ta l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk xieraq, ir-Regolament għandu skond dan ta’ hawnhekk jiġi emendat billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpanniji li jgawdu mid-dazji individwali.

(143)

Il-miżuri huma imposti sabiex jippermettu l-produtturi fil-Komunità jirkupraw mill-effett danuż tad-dumping. Sal-punt li jkun hemm kwalunkwe żbilanċ inizjali bejn il-benefiċċju potenzjali għall-produtturi fil-Komunità u l-ispiża għall-konsumaturi u operaturi ekonomiċi oħra fil-Komunità, dan l-iżbilanċ jista’ jiġi kkumpensat permezz ta’ żieda u/jew ir-riżunzjoni tal-produzzjoni fil-Komunità. Minkejja dan, kif diġà indikat hawn fuq, fid-dawl ta’ l-enormità tal-piż ta’ dazji possibbli u fid-dawl li x-xenraju mbassar ta’ produzzjoni miżjuda fil-Komunità tista’ wkoll ma timmaterjalizzax, huwa propost bħala prudenti, f’każijiet eċċezzjonali bħal dawn, li jiġi limitat id-dewmien tal-miżuri għal perjodu ta’ sentejn biss.

(144)

Dan il-perjodu għandu jkun biżżejjed għall-produtturi fil-Komunità sabiex iżidu u/jew jerġgħu jibdew il-produzzjoni tagħhom fl-Ewropa, filwaqt li fl-istess ħin ma jipperikolawx b’mod sinifikanti l-qagħda tal-konsumaturi u operaturi ekonomiċi oħra fil-Komunità. Huwa meqjus li l-perjodu ta’ sentejn għandu jkun l-aktar xieraq sabiex jiġi analizzat jekk l-impożizzjoni tal-miżuri kellhiex l-effett li żżid il-produzzjoni Ewropea u permezz ta’ hekk tibbilanċja l-effetti negattivi fuq l-importaturi u l-konsumaturi.

Implimentazzjoni

(145)

Huwa meqjus ukoll bħala xieraq li l-qagħda fis-suq tal-Komunità tiġi ssorveljata mill-qrib, wara l-impożizzjoni tal-miżuri, fid-dawl tar-reviżjoni possibbli tal-miżuri minnufih jekk jidher li d-dazji mhumiex qed jilħqu l-effett immirat tagħhom, jiġifieri l-iżgurar tal-vijabilità tal-produtturi eżistenti fuq firxa qasira ta’ żmien u t-titjib tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tagħhom fuq firxa medja ta’ żmien.

(146)

Għal dan il-għan, il-produtturi fil-Komunità se jiġu mistiedna mill-Kummissjoni sabiex jirrapportawla perjodikament dwar l-evoluzzjoni tan-numru ta’ indikaturi ekonomiċi u finanzjarji ewlenin. Barra minn dan l-importaturi u l-operaturi l-oħra jistgħu jiġu mistiedna b’dan il-mod, jew jistgħu jipprovdu informazzjoni bħal din fuq inizjattiva tagħhom stess. Fuq il-bażi ta’ dawn id-data l-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni perjodika tal-qagħda ta’ importazzjonijiet u produzzjoni Komunitarja, sabiex tkun f’pożizzjoni li taġixxi b’ħeffa jekk ikun meħtieġ.

(147)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni kienet biħsieba tirrakkomanda l-impożizzjoni tad-dazji definittivi ta’ l-antidumping. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwentement għal dan l-iżvelar. Il-kummenti mressqa mill-partijiet tqiesu kif suppost, u, fejn xieraq, is-sejbiet ġew modifikati skond dan. Il-partijiet kollha ngħataw reazzjonijiet dettaljati għall-kummenti li ppreżentaw.

(148)

Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpanniji li kkoperaw li ma ġewx inklużi fil-kampjun, imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament, għandha ssir dispożizzjoni għad-dazju medju bil-piż differnzjat impost fuq il-kumpanniji msemmija l-aħħar li għandha tiġi applikata għal kwalunkwe esportatur ġdid li jekk mhux hekk ikun intitolat għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa b’dan impost dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ kompressuri bil-moviment alternat, li jagħtu fluss li ma jaqbiżx iż-2 metri kubiċi (m3) fil-minuta, li jaqgħu taħt il-kodiċ NM ex 8414 40 10, ex 8414 80 22, ex 8414 80 28 u ex 8414 80 51, (kodiċi TARIC 8414401010, 8414802219, 8414802299, 8414802811, 8414802891, 8414805119 u 8414805199) u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju tal-prodotti deskriti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpanniji ta’ hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Il-kumpannija

Dazju

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Zhejiang Xinlei Mechanical & Electrical Co. Ltd., Wenling

77,6  %

A860

Zhejiang Hongyou Air Compressor Manufacturing Co. Ltd., Wenling and Taizhou Hutou Air Compressors Manufacturing Co. Ltd., Wenling

76,6  %

A861

Shanghai Wealth Machinery & Appliance Co. Ltd., Shanghai and Wealth (Nantong) Machinery Co., Ltd., Nantong

73,2  %

A862

Zhejiang Anlu Cleaning Machinery Co., Ltd., Taizhou

67,4  %

A863

Nu Air (Shanghai) Compressor and Tools Co. Ltd., Shanghai

13,7  %

A864

FIAC Air Compressors (Jiangmen) Co. Ltd., Jiangmen

10,6  %

A865

Il-kumpanniji li kkoperaw li ma ġewx inklużi fil-kampjun (elenkati fl-Anness)

51,6  %

A866

Il-kumpanniji l-oħra kollha

77,6  %

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

4.   Fejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummisjoni li:

ma esportax lejn il-Komunità l-prodott deskritt fil-paragrafu 1 fil-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2005 u t-30 ta’ Settembru 2006 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”),

mhuwiex relatat ma’ kwalunkwe esportatur jew produttur fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huwa suġġett għall-miżuri antidumping imposti permezz ta’ dan ir-Regolament,

fil-fatt esporta lejn il-Komunità l-prodott konċernat wara l-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli għall-esportazzjoni ta’ kwantità sinifikanti lejn il-Komunità,

jopera taħt kondizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq kif definiti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku jew b’mod alternattiv li jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu dazju individwali skond l-Artikolu 9(5) ta’ dak ir-Regolament,

il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza sempliċi dwar proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, jista’ jemenda l-paragrafu 2 billi jżid il-produttur esportatur ġdid mal-kumpanniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun u b’hekk suġġetti għad-dazju medju bil-piż differenzjat ta’ 51,6 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika sal-21 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 314, 21.12.2006, p. 2.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS

PRODUTTURI ESPORTATURI ĊINIŻI LI KKOPERAW U LI MA TTIĦDUX BĦALA KAMPJUN

Kodiċi Addizzjonali TARIC A866

Fini (Taishan) Air Compressor Manufacturing Co., Ltd.

Taishan

Lacme Dafeng Machinery Co., Ltd.

Dafeng

Qingdao D&D Electro Mechanical Technologies Co., Ltd. u Qingdao D&D International Co., Ltd.

Qingdao

Shanghai Liba Machine Co., Ltd.

Shanghai

Taizhou Sanhe Machinery Co., Ltd.

Wenling

Taizhou Dazhong Air Compressors Co., Ltd.

Wenling

Taizhou Shimge Machinery & Electronic Co., Ltd.

Wenling

Quanzhou Yida Machine Equipment Co., Ltd.

Quanzhou


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 262/2008

tad-19 ta’ Marzu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

62,5

MA

57,1

TN

134,4

TR

96,5

ZZ

87,6

0707 00 05

JO

202,1

MA

90,4

TR

156,2

ZZ

149,6

0709 90 70

MA

74,1

TR

127,0

ZZ

100,6

0709 90 80

EG

242,2

ZZ

242,2

0805 10 20

EG

46,0

IL

55,1

MA

53,7

TN

56,7

TR

46,1

ZA

43,3

ZZ

50,2

0805 50 10

IL

106,6

SY

109,7

TR

131,9

ZA

147,5

ZZ

123,9

0808 10 80

AR

98,4

BR

86,4

CA

98,7

CL

103,2

CN

83,2

MK

44,4

US

97,3

UY

87,6

ZA

69,5

ZZ

85,4

0808 20 50

AR

76,0

CL

72,8

CN

88,9

ZA

104,8

ZZ

85,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 263/2008

tad-19 ta’ Marzu 2008

li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3), it-tielet inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta' butir (2), jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 tas-26 ta' Marzu 2004, li jistabbilixxi l-proċedura għall-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib (3) u wara li ġew eżaminati l-offerti mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tiġi allokata l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm tat-18 ta’ Marzu 2008.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 581/2004 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm tat-18 ta’ Marzu 2008, l-ebda rifużjoni ma hija allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KEE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1543/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 62).

(3)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 6).


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 264/2008

tad-19 ta’ Marzu 2008

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3), it-tielet inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista’ tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni f’konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

(3)

L-Artikolu 8(3), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jipprovdi li r-rifużjoni tista’ tiġi ddifferenzjata skond id-destinazzjoni meta jew il-qagħda tas-suq dinji jew inkella l-esiġenzi speċifiċi ta’ ċerti swieq dan jagħmluh ta’ ħtieġa.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom fuqhom il-marka ta’ l-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3).

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75 u l-ammonti tar-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skond fl-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom ikunu jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ mmarkar ta’ l-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Il-verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.


ANNESS

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur applikabbli mill-20 ta’ Marzu 2008

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità ta’ kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0105 11 11 9000

A02

EUR/100 pcs

1,4

0105 11 19 9000

A02

EUR/100 pcs

1,4

0105 11 91 9000

A02

EUR/100 pcs

1,4

0105 11 99 9000

A02

EUR/100 pcs

1,4

0105 12 00 9000

A02

EUR/100 pcs

2,8

0105 19 20 9000

A02

EUR/100 pcs

2,8

0207 12 10 9900

V03

EUR/100 kg

55,0

0207 12 90 9190

V03

EUR/100 kg

55,0

0207 12 90 9990

V03

EUR/100 kg

55,0

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

V03

A24 , l-Angola, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, Oman, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan, il-Jemen, il-Libanu, l-Iraq, l-Iran.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 265/2008

tad-19 ta’ Marzu 2008

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu, it-tielet subparagrafu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità tista’ tkun koperta minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-bajd, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni skond ir-regoli u ċerti kriterji previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75.

(3)

L-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 2771/75 jipprevedi li r-rifużjoni tista’ tvarja skond id-destinazzjoni, fejn dan ikun meħtieġ minħabba s-sitwazzjoni tas-suq dinji jew minħabba r-rekwiżiti speċifiċi ta’ swieq partikulari.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr fuq il-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (2), ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), u r-rekwiżiti tal-marka stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 tad-19 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti standards għat-tqegħid fis-suq tal-bajd (4).

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’riżerva tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skond il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka ddefiniti fl-Anness II, Sezzjoni I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll ir-rekwiżiti ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 1028/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(4)  ĠU L 186, 7.7.2006, p. 1.


ANNESS

Ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, applikabbli sa mill-20 ta’ Marzu 2008

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità tal-kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

0407 00 11 9000

A02

EUR/100 biċċa

2,32

0407 00 19 9000

A02

EUR/100 biċċa

1,16

0407 00 30 9000

E09

EUR/100 kg

0,00

E10

EUR/100 kg

20,00

E19

EUR/100 kg

0,00

0408 11 80 9100

A03

EUR/100 kg

50,00

0408 19 81 9100

A03

EUR/100 kg

25,00

0408 19 89 9100

A03

EUR/100 kg

25,00

0408 91 80 9100

A03

EUR/100 kg

31,50

0408 99 80 9100

A03

EUR/100 kg

8,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma ddefiniti kif ġej:

E09

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, Ħong Kong, ir-Russja, it-Turkija.

E10

Il-Korea t’Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan, il-Filippini.

E19

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Iżvizzera, u l-gruppi E09 , E10 .


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 266/2008

tad-19 ta’ Marzu 2008

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jaqgħu taħt rifużjoni fuq l-esportazzjoni fejn dawk l-oġġetti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għat-twaqqif ta’ ammont ta’ tali rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li għalihom rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilità u li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75.

(3)

Skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni tkun stabbilita għal perjodu ta’ żmien ta’ l-istess tul bħal dak li għalihom rifużjonijiet huma stabbiliti għall-istess prodotti li huma esportati fi stat mhux ipproċessat.

(4)

L-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluża taħt l-Uruguay Round jistipula li r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal prodott li jinstab f’oġġett ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr ipproċessar ulterjuri.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-refużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, u esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, għandhom ikunu stabbiliti kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1496/2007 (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 3).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-20 ta’ Marzu 2008 tal-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness ta’ dan it-Trattat

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Destinazzjoni (1)

Rata tar-rifużjoni

0407 00

Bajd ta’ l-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar:

 

 

– Tat-tjur:

 

 

0407 00 30

– – Oħra:

 

 

(a)

Fuq esportazzjoni ta’ ovalbumin tal-kodiċi NM 3502 11 90 u 3502 19 90

02

0,00

03

20,00

04

0,00

(b)

Fuq esportazzjoni ta’ oġġetti oħra

01

0,00

0408

Bajd ta’ l-għasafar, mhux fil-qoxra u l-isfar tal-bajd, friski, imnixxfa, imsajra permezz tal-fwar jew mgħollija fl-ilma, magħmula f’forma, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk ikun fihom zokkor miżjud jew sustanza oħra li tagħti ħlewwa u kemm jekk le:

 

 

– L-isfar tal-bajd:

 

 

0408 11

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 11 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

50,00

0408 19

– – Oħra:

 

 

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

ex 0408 19 81

– – – – Likwidu:

 

 

Mhux miżjud bi ħlewwa

01

25,00

ex 0408 19 89

– – – – Iffriżat:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

25,00

– Oħra:

 

 

0408 91

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 91 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

31,50

0408 99

– – Oħra:

 

 

ex 0408 99 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

8,00


(1)  Id-destinazzjonijiet huma dawn li ġejjin:

01

Pajjiżi terzi. Għall-Iżvizzera u l-Lichtenstein dawn ir-rati m’humiex applikabbli għall-prodotti imniżżla fit-tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972,

02

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, it-Turkija, Ħong Kong SAR, u r-Russja,

03

Il-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Filippini,

04

kull destinazzjoni ħlief l-Iżvizzera u dawk ta’ 02 u 03.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 267/2008

tad-19 ta’ Marzu 2008

li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin  (3), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (4) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ, għalhekk, li prezzijiet rappreżentattivi jiġu ppublikati.

(3)

Meta wieħed iqis s-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li tiġi applikata din l-emenda malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49)

(4)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 161/2008 (ĠU L 48, 22.2.2008, p. 29).


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tal-19 ta’ Marzu 2008 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodici NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Prezz rappreżentattiv

(EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ 70 %, iffriżati

108,3

0

02

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ 65 %, iffriżati

120,1

0

01

111,1

2

02

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ), iffriżati

230,1

21

01

261,8

12

02

297,4

1

03

0207 14 50

Isdra tat-tiġieġ, friżati

322,0

0

01

283,9

0

02

0207 14 60

Koxxox tat-tiġieġ, iffriżati

116,1

8

01

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani 80 %, iffriżati

181,1

0

01

0207 27 10

Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

370,2

0

01

400,6

0

03

0408 11 80

Isfra mnixxfa tal-bajd

457,1

0

02

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

439,1

0

02

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ)

223,8

19

01

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

560,1

0

02


(1)  Oriġini ta' l-importazzjonijiet:

01

Il-Brażil

02

L-Arġentina

03

Iċ-Ċilì.”


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 268/2008

tad-19 ta’ Marzu 2008

li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi li d-differenza bejn prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti mniżżlin fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (d), (e), u (g) ta’ dak ir-Regolament u prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema ta’ l-għoti tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għall-istipular ta’ ammonti ta’ rifużjonijiet (2) bħal dawn, tispeċifika l-prodotti li għalihom ir-rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita, li tapplika fejn dawn il-prodotti huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

(3)

Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull prodott bażiku msemmi hawnhekk għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

Minkejja dan, fil-każ ta’ ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, hemm periklu li, jekk rati ta’ rifużjoni għolja jkunu stabbiliti minn qabel, l-impenji li ġew meħuda minħabba dawn ir-rifużjonijiet jistgħu jidħlu fil-periklu li ma jitwettqux. Sabiex jiġi evitat dan il-periklu, huwa għalhekk importanti li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni xierqa, però mingħajr ma jiġi konkluż minn qabel l-ebda kuntratt għal żmien twil. L-istipular ta’ rati ta’ rifużjoni speċifiċi għall-istipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem għal dawk il-prodotti, għandu jwassal għat-twettiq ta’ dawn iż-żewġ għanjiet.

(5)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jipprovdi li, meta r-rata tar-rifużjoni qiegħda tiġi stipulata, għandha tiġi kkunsidrata, fejn xieraq, il-produzzjoni ta’ rifużjonijiet, għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli f'kull Stat Membru bi qbil mar-Regolament fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodott imsemmi għall-prodotti bażiċi mniżżlin fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew ta’ prodotti assimilati.

(6)

L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għall-ħlas ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat magħmul fil-Komunità li hu pproċessat f’kaseina jekk ħalib bħal dan u l-kaseina prodotta minnu tkun konformi ma’ ċerti kondizzjonijiet.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-impimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (3), jistipula li butir u krema bi prezzijiet imraħħsa għandhom ikunu disponibbli għall-industriji li jipproduċu ċerti prodotti.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonijiet li japplikaw għall-prodotti bażiċi li huma mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, u li huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha, tiġi stipulata kif imniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1496/2007 (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1546/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 68).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-20 ta’ Marzu 2008 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-trattat (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

 

 

(a)

Fejn merkanzija mħallta, bħala prodotti assimilati għal PG 3, butir bi prezz imraħħas jew krema miksuba insegwitu għar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fejn prodotti li jkollhom butir bi prezz imraħħas jew krema li ġiet prodotta bi qbil mal-kondizzjonijiet ipprovduti għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skond il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

0,00

0,00

(ċ)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

0,00

0,00


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijet lejn

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, l-Istati Uniti ta’ l-Amerka u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

(b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione fl-Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

(ċ)

It-territorji Ewropej li relazzjonijiet esterni tagħhom huma r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 269/2008

tad-19 ta’ Marzu 2008

li jipprojbixxi s-sajd għal-linarda fiż-żoni VI u VII ta' l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond (3) [traduzzjoni mhux uffiċjali] jistipula kwoti għall-2007 u l-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 9; kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.).

(3)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 28. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1533/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 21).


ANNESS

Nru

01/DSS

Stat Membru

ESP

Stokk

BLI/67-

Speċi

Linarda (Molva dypterygia)

Żona

Ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-Żoni VI u VII

Data

4.2.2008


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 270/2008

tad-19 ta’ Marzu 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 63(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (2), illimita l-għoti tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti fis-settur ta' l-inbid għall-volumi u għan-nefqiet miftiehma fil-ftehim dwar l-agrikoltura, konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta' l-Uruguay Round.

(2)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri partikolari sabiex jiġi evitat li jinqabżu l-kwantitajiet stipulati jew il-baġit disponibbli fil-qafas ta' dan il-ftehim.

(3)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni li għandha f'idejha l-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2008 dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni, hemm riskju li l-kwantità li għadha disponibbli għall-perjodu sal-30 ta' April 2008, għaż-żona ta' destinazzjoni 1) l-Afrika stipulata fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, tinqabeż kemm-il darba ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw ir-rifużjoni bil-quddiem. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi applikat perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjonijiet imressqa mis-16 sat-18 ta’ Marzu 2008 u li sas-1 ta' Mejju 2008 jiġu sospiżi, għal dawn iż-żoni, il-ħruġ tal-liċenzji għall-applikazzjonijiet imressqa, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw bil-quddiem ir-rifużjoni fis-settur ta' l-inbid u li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu mis-16 sat-18 ta’ Marzu 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 883/2001, huma maħruġa sal-limitu ta' 64,57 % tal-kwantitajiet mitluba għaż-żona 1) l-Afrika.

2.   Għall-prodotti tas-settur ta' l-inbid stipulati fil-paragrafu 1, il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li l-applikazzjonijiet għalihom ġew ppreżentati mid-19 ta’ Marzu 2008 kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni mill-20 ta’ Marzu 2008 huma sospiżi għaż-żona 1) Afrika sas-1 ta' Mejju 2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1211/2007 (ĠU L 274, 18.10.2007, p. 5).

(2)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).


DIRETTIVI

20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/38


DIRETTIVA 2008/24/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2006/48/KE dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju ta’ l-attività ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel u t-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/48/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku, adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta aġġustamenti tekniċi u miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex jittieħed kont ta’, inter alia, l-iżviluppi tekniċi tas-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva 2006/48/KE. Dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jispeċifikaw definizzjonijiet, jimmodifikaw l-ambitu ta’ eżenzjonijiet u jelaboraw jew jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva permezz ta’ adattamenti tekniċi relatati mad-determinazzjoni tal-fondi proprji u ma’ l-organizzazzjoni, kalkolu u stima tar-riskji u espożizzjonijiet. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/48/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2006/48/KE tistipula limitu ta’ żmien għas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li janalizza l-implimentazzjoni ta’ l-atti adottati skond il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li, f’konformità ma’ dan, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li se jassiguraw li l-proposti mmirati għat-tħassir tad-dispożizzjonijiet fl-istrumenti li jipprovdu għal limitu ta’ żmien għad-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun. Konsegwentement għall-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2006/48/KE għandha titħassar.

(6)

Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tanalizza l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha sabiex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn il-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika.

(7)

Id-Direttiva 2006/48/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(8)

Ladarba l-emendi li qegħdin isiru lid-Direttiva 2006/49/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m’huwiex meħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2006/48/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 150 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-frażi ta’ introduzzjoni għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju, dwar il-fondi proprji, għall-proposta li l-Kummissjoni għandha tippreżenta skond l-Artikolu 62, l-aġġustamenti tekniċi mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva fl-oqsma li ġejjin, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 151(2):”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

fil-parti introduttorja, il-kliem “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 151(2)” għandhom jiġu mħassra;

(ii)

għandu jiżdied is-sottoparagrafu li ġej:

“Il-miżuri msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (f), li għandhom l-għan li jibdlu elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 151(2). Il-miżuri msemmija fil-punti (d) u (e) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 151(2a).”;

(ċ)

il-Paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu mħassra;

(2)

l-Artikolu 151 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu li ġej għandu jiġi inserit:

“2a.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. ;

Il-perijodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.”

(ċ)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, ta’ lanqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setgħat. Dan ir-rapport għandu jeżamina, partikolarment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għad-Direttiva preżenti sabiex tiżgura l-ambitu xieraq tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emendament jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendament tad-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  ĠU C 39, 23.2.2007, p. 1.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(4)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/40


DIRETTIVA 2008/25/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’ l-investiment f’konglomerat finanzjarju, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/87/KE (4) tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi iħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi mhux essenzjali ġodda.

(3)

Konformement mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE (6), sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE sabiex tikkjarifika l-aspetti tekniċi ta’ xi wħud mid-definizzjonijiet mogħtija f’dik id-Direttiva, partikolarment sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u fit-teknika prudenzjali, u tiżgura l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva fil-Komunità. Ladarba dawn il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/87/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2002/87/KE tistipula limitu ta’ żmien fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li jiskrutinja l-implimentazzjoni ta’ strumenti adottati taħt il-proċedura tal-kodeċiżjoni u li, b’hekk, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li ser jiżguraw li l-proposti mmirati li jħassru d-dispożizzjonijiet fl-atti li jistipulaw limitu ta’ żmien fuq id-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati kemm jista’ jkun malajr. Konsegwentement għall-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2002/87/KE għandha titħassar.

(6)

Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tevalwa l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lilha biex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika.

(7)

Id-Direttiva 2002/87/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(8)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2002/87/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika li jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, dawn ma jeħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, m’huwiex neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan l-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni 2002/87/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 20(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2)” għandhom jitħassru;

(b)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(2).”.

(2)

l-Artikolu 21 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, għall-inqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat tagħha ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setgħat. Dan ir-rapport għandu jeżamina, partikolarment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għal din id-Direttiva sabiex tiżgura l-kamp ta’ applikazzjoni xieraq tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emenda jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendament tad-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  ĠU C 39, 23.2.2007, p. 1.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(4)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/42


DIRETTIVA 2008/26/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2003/6/KE dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/6/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li stabbilixxiet il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi mhux essenzjali ġodda.

(3)

F’konformità mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE (6), sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li diġa’ daħlu fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE, sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jadottaw definizzjonijiet, jelaboraw jew jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva b’modalitajiet tekniċi għall-iżvelar ta’ informazzjoni interna, listi interni, rappurtaġġ ta’ tranżazzjonijiet mill-management suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti u biex ir-riċerka tiġi ppreżentata b’mod ġust. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/6/KE billi jissupplimentawha b’elementi mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2003/6/KE stipulat restrizzjoni ta’ ż-żmien għas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Fl-istqarrija tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li janalizza l-implimentazzjoni ta’ l-istrumenti adottati taħt il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li, f’konformità ma’ dan, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li huma se jiżguraw li l-proposti mmirati għat-tħassir tad-dispożizzjonijiet fl-istrumenti li jipprovdu għal limitu ta’ żmien għad-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun. Wara l-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi dak il-limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2003/6/KE għandha titħassar.

(6)

Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tevalwa l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lilha biex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effiċjenza kif ukoll ir-responsabilità demokratika.

(7)

Id-Direttiva 2003/6/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(8)

Ladarba l-emendi li saru permezz ta’ din id-Direttiva għad-Direttiva 2003/6/KE huma ta’ natura teknika u li jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, mhux meħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2003/6/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fl-ewwel paragrafu, il-punt 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.

‘Prattiki aċċettati tas-suq’ għandhom ifissru prattiki li huma raġonevolment mistennija f’suq finanzjarju wieħed jew iktar u huma aċċettati mill-awtorità kompetenti skond il-linji gwida adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 17(2a).”;

(b)

It-tieni subparagrafu għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-kliem “filwaqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2),” għandhom jitħassru;

(ii)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

“Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 17(2a).”.

(2)

L-Artikolu 6(10) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 17(2a).”.

(3)

L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

“Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 17(2a).”.

(4)

L-Artikolu 16(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Skond il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri ta’ ħidma għall-iskambju ta’ informazzjoni u għal spezzjonijiet transkonfinali hekk kif imsemmi f’dan l-Artikolu.”.

(5)

L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“2a.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, ta’ lanqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setgħat. Dan ir-rapport għandu jeżamina, partikolarment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għad-Direttiva preżenti sabiex tiżgura l-kamp ta’ applikazzjoni xieraq tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emenda jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk meħtieġ, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għal emenda tad-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  ĠU C 39, 23.2.2007, p. 1.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhux ippubblikata fil-ĠU) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(4)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emedata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/45


DIRETTIVA 2008/27/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/18/KE (3) tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri li għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi jiġi ssupplimentat l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regulatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li diġà daħlu fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata is-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE. Dawk il-miżuri huma maħsuba li jadattaw ċerti annessi, tistabbilixxi kriterji għan-notifika u tistabbilixxi l-limiti minimi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2001/18/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2001/18/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2001/18/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, m’hemmx il-ħtieġa li dawn ikunu trasposti mill-Istati Membri. Għalhekk m’hemmx il-ħtieġa li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2001/18/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 16(2) u 16(3) għandhu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll kull rekwiżit xieraq għas-sommarju tad-dossier, għandhom jiġu stabbiliti. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku rilevanti, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3). Il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom ikunu tali li jassiguraw livell għoli ta’ sigurtà lis-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u jkunu bbażati fuq evidenza xjentifika disponnibli fuq din is-sigurtà u mill-esperjenza miksuba mir-rilaxx ta’ GMOs komparabbli.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(2) għandhom jiġu mibdula b’dawk adottati skond l-ewwel subparagrafu, u għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13(3), (4), (5) u (6) u l-Artikoli 14 u 15.

3.   Qabel tinbeda il-proċedura bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3) għal deċiżjoni fuq il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni ser tagħmel il-proposta aċċessibbli għall-pubbliku. Il-pubbliku jista’ jagħmel kummenti lill-Kummissjoni fi żmien 60 jum. Il-Kummissjoni għandha tressaq dawn il-kummenti, flimkien ma’ analiżi, lill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 30.”;

(2)

l-Artikolu 21(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Għal prodotti fejn traċċi tekniċi jew vantaġġużi li ma jistgħux jiġu evitati ta’ GMOs awtorizzati ma jistgħux jiġu esklużi, jista’ jiġi stabbilit limitu minimu li anqas minnu dawn il-prodotti m’għandhomx għalfejn jiġu ttikketjati skond id-dispożizzjoni tal-paragrafu 1.

Il-livelli għandhom jiġu stabbiliti skond il-prodott ikkonċernat. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).”;

(3)

l-Artikolu 21(3), għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar dirett, il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal traċċi ta’ GMOs awtorizzati fi proporzjoni li ma tkunx ogħla minn 0,9 % jew limiti aktar baxxi, kemm-il darba dawn it-traċċi ikunu aċċidentali jew teknikament inevitabbli.

Il-livelli massimi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ qabel jistgħu jiġu stabbiliti. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).”;

(4)

l-Artikolu 23(2), għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Fi żmien 60 jum mid-data li jiġi irċevut it-tagħrif trażmess mill-Istat Membru għandha titteħed deċiżjoni dwar il-miżuri meħuda minn dak l-Istat Membru skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2). Biex jiġi kkalkulat iż-żmien ta’ 60 jum, m’għandhux jittieħed kont ta’ kwalunkwe perjodu ta’ żmien li matulu l-Kummissjoni tkun qed tistenna iktar tagħrif li setgħet talbet mingħand min għamel in-notifika jew li matulhu tkun qed tfittex l-opinjoni tal-Kumitat jew Kumitati Xjentifiċi li jkun ġie jew li jkunu ġew ikkonsultati. Il-perjodu ta’ żmien li matulu l-Kummissjoni tkun qed tistenna l-opinjoni tal-Kumitat jew Kumitati Xjentifiċi li ġew ikkunsultati ma għandux ikun iktar minn 60 jum.

Bl-istess mod, m’għandux jittieħed kont tal-perjodu ta’ żmien li l-Kunsill jieħu biex jaġixxi skond il-proċedura bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(2).”;

(5)

l-Artikolu 26(2), għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom jitniżżlu, mingħajr ma jidduplikaw jew joħolqu inkonsistenzi ma’ dispożizzjonijiet ta’ tikkettar stabbiliti fil-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità. Dawk il-miżuri li jagħmlu dan, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3). Meta dan isir, għandu jittieħed kont, kif xieraq, tad-dispożizzjonijiet dwar ittikkettar stabbiliti mill-Stati Membri skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità.”;

(6)

l-Artikolu 27 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Adattazzjoni ta’ l-Annessi għal progress tekniku

L-adattazzjoni mal-progress tekniku ta’ Sezzjoni C u D ta’ l-Anness II, l-Annessi III sa VI, u sezzjoni C ta’ l-Anness VII, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adattati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).”;

(7)

fl-Artikolu 30, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(8)

fl-Anness II, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Dan l-Anness jiddeskrivi f’termini ġenerali l-għan li jrid jinkiseb, l-elementi li għandhom jitqiesu u l-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija li għandhom jiġu segwiti biex titwettaq l-istima ta’ riskju ambjentali (e.r.a.) imsemmija fl-Artikoli 4 u 13. Jistgħu jinħolqu noti ta’ għajnuna teknika skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 30(2) sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u l-ispjegazzjoni ta’ dan l-Anness”;

(9)

fl-Anness IV, il-kliem introduttiv għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Dan l-Anness jiddeskrivi f’termini ġenerali t-tagħrif addizzjonali li għandu jiġi pprovdut f’każ ta’ notifika ta’ tqegħid fis-suq u tagħrif dwar rekwiżiti ta’ tikkettar dwar GMOs bħala prodotti li għandhom jitpoġġew fis-suq jew f’tali prodotti, u GMOs eżentati skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(4). Jistgħu jiġu żviluppati noti ta’ għajnuna teknika, fir-rigward, inter alia, ta’ deskrizzjoni ta’ kif il-prodott huwa maħsub li jintuża, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u l-ispjegazzjoni ta’ dan l-Anness. Ir-rekwiżiti ta’l-ittikkettjar ta’ organiżmi eżentati kif stabblilit mill-Artikolu 26 għandu jiġi osservat billi jkunu pprovduti rakkomandazzjonijiet xierqa għall-użu u restrizzjonijiet għal tali użu:”;

(10)

fl-Anness VII, l-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“Dan l-Anness jiddeskrivi f’termini ġenerali l-għan li jrid jinkiseb u l-prinċipji ġenerali li jridu jkunu segwiti fit-tfassil tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikoli 13(2), 19(3) u 20. Jistgħu jinħolqu noti ta’ għajnuna teknika skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u l-ispjegazzjoni ta’ dan l-Anness.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

F’isem il-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(3)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/48


DIRETTIVA 2008/28/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2005/32/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija, kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE, rigward il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/32/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll it-tliet Direttivi li jikkostitwixxu miżuri ta’ implimentazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 15 tagħha, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta’ effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti likwidi jew gassużi (4), id-Direttiva 96/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Settembru 1996 fuq ħtiġiet ta’ effiċjenża fl-enerġija għall-friġġijiet, friżers elettriċi domestiċi u kombinazzjonijiet taghħom (5), u d-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-ħtiġiet ta’ effiċenza fl-enerġija ta’ alimentaturi għal dawl fluorexxenti (6), jistipulaw li ċerti miżuri għandhom ikunu adottati b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (7).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, fost l-oħrajn billi tħassar xi wħud minn dawk l-elementi jew billi tissupplimenta l-istrument biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali oħra.

(3)

Skond id-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u l-Kummissjoni (8) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat li huma diġà fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Id-dikjarazzjoni tinkludi lista ta’ atti li għandhom ikunu aġġustati b’urġenza, inkluża d-Direttiva 2005/32/KE. L-aġġustament ta’ dik id-Direttiva jeħtieġ l-aġġustament tad-Direttivi 92/42/KEE, 96/57/KE u 2000/55/KE.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda jew tirrevoka d-Direttivi 92/42/KEE, 96/57/KE u 2000/55/KE. Tali emendi jew revoki għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(6)

Barra minn hekk il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti ta’ eko-disinn għal prodotti definiti li jużaw l-enerġija, inkluż l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni waqt il-perjodu tranżitorju, u li jinkludu fejn ikun xieraq dispożizzjonijiet dwar l-ibbilanċjar ta’ diversi aspetti ambjentali. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ d-Direttiva 2005/32/KE billi jissuplimentawha biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju.

(7)

Id-Direttiva 2005/32/KE, kif ukoll id-Direttivi 92/42/KEE, 96/57/KE u 2000/55/KE, għandhom għalhekk jiġu emendati f’dan is-sens.

(8)

Peress li l-emendi għad-Direttiva 2005/32/KE, kif ukoll għad-Direttivi 92/42/KEE, 96/57/KE u 2000/55/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika li jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, m’hemmx il-ħtieġa li dawn ikunu trasposti mill-Istati Membri. Għalhekk ma jinħtieġx li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet biex isir dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2005/32/KE

Id-Direttiva 2005/32/KE, għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 13, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal:

“1a.   Linji gwida li jkopru l-karatteristiċi speċifiċi ta’ SMEs attivi fil-qasam tal-prodott affettwat jistgħu jakkumpanjaw miżura ta’ implimentazzjoni. Jekk hemm il-ħtieġa, u b’konformità mal-paragrafu 1, jista’ jiġi prodott aktar materjal speċjalizzat mill-Kummissjoni biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-SMEs.”;

2.

L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostiwit b’dan li ġej:

“1.   Meta EuP jissodisfa l-kriterji msemmija taħt il-paragrafu 2, huwa għandu jiġi kopert minn miżura ta’ implimentazzjoni jew b’ miżura ta’ awto-regolamentazzjoni skond il-paragrafu 3(b). Tali miżuri ta’ implimentazzjoni, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).”;

(b)

il-paragrafu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“10.   Fejn xieraq, miżura ta’ implimentazzjoni li tistabbilixxi rekwiżiti ta’ l-ekodisinn għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar l-ibbilanċjar tad-diversi aspetti ambjentali. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).”;

3.

L-Artikolu 16(2) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-frażi introduttorja, il-kliem “il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(2) u” għandu jitħassar;

(b)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).”;

4.

fl-Artikolu 19(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”.

Artikolu 2

Emenda għad-Direttiva 92/42/KEE

Fl-Artikolu 10a tad-Direttiva 92/42/KEE, il-kliem “skond l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2005/32/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “skond l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2005/32/KE”.

Artikolu 3

Emenda għad-Direttiva 96/57/KE

Fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 96/57/KE, il-kliem “skond l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2005/32/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “skond l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2005/32/KE”.

Artikolu 4

Emenda għad-Direttiva 2000/55/KE

Fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 2000/55/KE, il-kliem “skond l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2005/32/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “skond l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2005/32/KE”.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(3)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(4)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/32/KE.

(5)  ĠU L 236, 18.9.1996, p. 36. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/32/KE.

(6)  ĠU L 279, 1.11.2000, p. 33. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/32/KE.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(8)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/51


DIRETTIVA 2008/29/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, fir-rigward tal-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/83/KE (3) tistipola li ċerti miżuri neċessarji għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ att bażiku, adottati skond il-proċedura fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi tħassar xi wħud minn dawk l-elementi jew billi tissupplimenta l-istrument b’elementi mhux essenzjali oħra.

(3)

Skond id-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat li huma diġà fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda ċerti dispożizzjonijiet u annessi, li tadotta arranġamenti, prinċipji u linji gwida, kif ukoll li tiddefinixxi kondizzjonijiet speċifiċi ta’ applikazzjoni. Peress illi dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba sabiex jissupplimentaw id-Direttiva 2001/83/KE, inter alia billi jissupplimentaw dik id-Direttiva b’elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Għalhekk, id-Direttiva 2001/83/KE għandha tkun emendata.

(6)

Ladarba l-emendi li qed isiru fid-Direttiva 2001/83/KE huma aġġustament ta’ natura teknika li jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, ma hemmx bżonn li dawn jiġu trasposti mill-Istati Membri. Għaldaqstant, mhux meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dak il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2001/83/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu huwa mibdul bit-test li ġej:

“Jekk għarfien xjentifiku ġdid jeżiġi hekk, il-Kummissjoni tista’ taġġusta t-tielet inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu. Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 121(2a).”;

(2)

fl-Artikolu 35(1), it-tielet subparagrafu huwa mibdul bit-test li ġej:

“Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ Regolament ta’ implimentazzjoni. Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 121(2a).”;

(3)

fl-Artikolu 46, punt (f), it-tieni subparagrafu huwa mibdul bit-test li ġej:

“Dan il-punt japplika wkoll għal ċerti eċċipjenti, li l-lista u l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ applikazzjoni tagħhom huma adottati b’Direttiva mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 121(2a).”;

(4)

fl-Artikolu 46(a), il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni tista’ temenda paragrafu 1 biex tadattah għall-progressi xjentifiċi u tekniċi. Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, hija adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 121(2a).”;

(5)

fl-Artikolu 47, l-ewwel paragrafu huwa mibdul bit-test li ġej:

“Il-prinċipji u l-linji gwida għall-prattika tajba tal-manifattura għall-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 46(f) għandhom ikunu adottati fil-forma ta’ Direttiva. Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 121(2a).”;

(6)

l-Artikolu 104(7) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“7.   Il-Kummissjoni tista’ temenda paragrafu 6 fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tiegħu. Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, hija adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 121(2a).”;

(7)

Ir-raba subparagrafu ta’ l-Artikolu 107(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Id-deċiżjoni rigward il-miżuri finali li jikkonċernaw dan il-prodott għandhom jiġu adottati skond il-proċedura amministrattiva msemmija fl-Artikolu 121(3).”;

(8)

l-Artikolu 108 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Artikolu 108

Il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe emenda, li tista’ tkun meħtieġa biex ikunu aġġornati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 101 sa 107 biex jitqiesu l-progressi xjentifiċi u tekniċi. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 121(2a).”;

(9)

l-Artikolu 120 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Artikolu 120

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa biex tadatta l-anness I għall-progressi xjentifiċi u tekniċi. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 121(2a).”;

(10)

l-Artikolu 121 għandu jinbidel kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2a huwa miżjud:

“2(a).   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’ dan li ġej:

“4.   Ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Permanenti għandhom ikunu ppublikati.”;

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(3)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/53


DIRETTIVA 2008/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(2)(g) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/43/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri li għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u li huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia, billi iħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b'elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regulatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li diġà daħlu fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/43/KE, b’mod partikolari biex tassigura l-fiduċja fil-funzjoni ta’ awditjar u l-applikazzjoni uniformi tar-rekwiżiti dwar l-etika professjonali, is-sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità, l-indipendenza u l-oġġettività, biex tadatta l-lista ta’ suġġetti li għandhom jiġu inklużi fit-test ta’ għarfien teoretiku għall-awdituri, biex tadotta standards ta’ awditjar internazzjonali, u standards komuni għar-rapporti ta’ awditjar annwali jew kontijiet konsolidati u biex tiddefinixxi każi eċċezzjonali ta’ trasferiment dirett ta’ dokumenti lejn pajjiżi terzi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/43/KE, inter alia billi jissupplimentaw lil dik id-Direttiva b' elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2006/43/KE tipprovdi għal restrizzjoni ta’ żmien dwar is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni iddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li jagħmel skrutinju ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istrumenti adottati skond il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li, għalhekk, setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li għandhom jiżguraw li l-proposti maħsuba biex jirrevokaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-atti li jippreskrivu limitu ta' żmien għad-delegar tas-setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun. Wara l-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi dik ir-restrizzjoni ta’ żmien fid-Direttiva 2006/43/KE għandha titħassar.

(6)

Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tanalizza l-iffunzjonar tad-dispożizzjonijiet rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lilha biex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta' dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati, u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effiċjenza u kif ukoll ir-responsabilità demokratika.

(7)

Id-Direttiva 2006/43/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(8)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2006/43/KE permezz ta' din id-Direttiva huma ta' natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura ta' kumitat, m'hemmx il-ħtieġa li dawn ikunu trasposti mill-Istati Membri. Għalhekk m'hemmx il-ħtieġa li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2006/43/KE hija b’dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 8(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

“Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja biskrutinju msemmi fl-Artikolu 48(2a).”;

2)

l-Artikolu 21(2) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “,skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

“Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(2a).”;

3)

l-Artikolu 22(4) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Dawn il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(2a).”;

4)

l-Artikolu 26 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

f’paragrafu 1 il-kliem “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(2)” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(2a)”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-kliem “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(2)” għandhom jitħassru;

(ii)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(2a).”;

5)

l-Artikolu 28(2) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “,skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(2) ta’ din id-Direttiva,” għandhom jitħassru;

(b)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

“Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(2a).”;

6)

l-Artikolu 29(2) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “,skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

“Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(2a).”;

7)

l-Artikolu 36(7) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(2)” għandhom jitħassru;

(b)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

“Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(2a).”;

8)

l-Artikolu 45(6) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 5(d), l-ekwivalenza msemmija hemmhekk għandha tkun evalwata mill-Kummissjoni b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, u għandha tkun deċiża mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 48(2). L-Istati Membri jistgħu jevalwaw l-ekwivalenza msemmija fil-paragrafu 5(d) ta' dan l-Artikolu sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ħadet tali deċiżjoni.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jkunu mmirati biex jistabbilixxu kriterji ta' ekwivalenza ġenerali skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 22, 24, 25 u 26, li jkunu applikabbli għall-pajjiżi terzi kollha u li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jevalwaw l-ekwivalenza fil-livell nazzjonali. Il-kriterji m'għandhomx ikunu iktar mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 22, 24, 25 u 26. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(2a).”;

9)

l-Artikolu 46(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, l-ekwivalenza msemmija hemmhekk għandha tkun evalwata mill-Kummissjoni b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, u għandha tkun deċiża mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 48(2). L-Istati Membri jistgħu jevalwaw l-ekwivalenza msemmija fil-paragrafu 1 jew joqogħdu fuq l-evalwazzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri l-oħra, u dan sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ħadet tali deċiżjoni. F'każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li r-rekwiżit ta' ekwivalenza msemmi fil-paragrafu 1 mhux rispettat, hija tista' tippermetti l-awdituri u l-entitajiet tal-verifika kkonċernati sabiex ikomplu l-attivitajiet ta' verifika tagħhom skond ir-rekwiżiti ta' l-Istat Membru relevanti matul perjodu ta' tranżizzjoni xieraq.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jkunu mmirati biex jistabbilixxu kriterji ta' ekwivalenza ġenerali skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 29, 30 u 32, liema kriterji jkunu applikabbli għall-pajjiżi terzi kollha u għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jevalwaw l-ekwivalenza fil-livell nazzjonali. Il-kriterji m'għandhomx ikunu iktar mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 29, 30 u 32. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(2a).”;

10)

l-Artikolu 47 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 għandu jinbidel b' dan li ġej:

“3.   Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1(ċ), l-adegwatezza msemmija hemmhekk għandha tkun evalwata mill-Kummissjoni f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri u għandha tkun deċiża mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 48(2). L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Tali evalwazzjoni ta' l-adegwatezza għandha tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 36 jew riżultati funzjonali essenzjalment ekwivalenti. Kwalunkwe miżuri meħuda f'dan il-kuntest, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha u mmirati li jiffaċilitaw il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(2a).”;

(b)

il-paragrafu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(2),” għandhom jitħassru;

(ii)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

“Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(2a).”;

11)

l-Artikolu 48 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal:

“2a.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b' dan li ġej:

“3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, ta’ l-anqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iffunzjonar ta’ dawk is-setgħat. Dak ir-rapport għandu jeżamina, partikularment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għal din id-Direttiva, sabiex tiżgura l-ambitu xieraq tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta' emenda jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata ta' raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk meħtieġ, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex temenda id-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 (mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċizjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 2008.

(3)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/57


DIRETTIVA 2008/31/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 98/8/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi mhux essenzjali ġodda.

(3)

Konformement mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE (5), sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġà fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta kundizzjonijiet komuni dwar ir-riċerka u żvilupp, sabiex tadatta l-annessi u sabiex tadotta l-programm ta’ reviżjoni. Billi dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 98/8/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 98/8/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(6)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 98/8/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, ma jinħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, m’huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 98/8/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 10(5) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-tielet subparagrafu tal-punt (i) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Il-valutazzjoni għandha tiġi ċċirkolata skond l-Artikolu 11(2) għal deċiżjoni li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Dik id-deċiżjoni, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).”;

(b)

il-punt (5) tal-punt (ii) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.

id-dossiers kompleti tad-data ta’ l-evalwazzjoni li jservu jew li servew għar-reġistrazzjoni fl-Annessi I, IA jew IB għandhom jiġu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 28(1).”;

(2)

l-Artikolu 11(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Mar-riċezzjoni ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha, skond l-Artikolu 27, tipprepara proposta mingħajr dewmien sabiex tittieħed deċiżjoni mhux aktar tard minn tnax-il xahar mir-riċezzjoni ta’ l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Dik id-deċiżjoni, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).”;

(3)

l-Artikolu 16(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tibda programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin għall-eżami sistematiku tas-sustanzi attivi kollha li diġà jkunu fis-suq fid-data msemmija fl-Artikolu 34(1) bħala sustanzi attivi ta’ prodott bijoċidali għal għanijiet oħra għajr dawk definiti fl-Artikoli 2(2)(ċ) u (d). Għandu jsir provvediment, permezz ta’ regolamenti, għat-twaqqif u għall-implimentazzjoni tal-programm inkluż l-istabbiliment tal-prijoritajiet għall-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi differenti u ta’ skeda ta’ żmien. Dawk ir-regolamenti, imfasslin sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4). Mhux aktar tard minn sentejn qabel it-tlestija tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar il-progress miksub permezz tal-programm.

Matul dak il-perijodu ta’ għaxar snin u mid-data msemmija fl-Artikolu 34(1), jista jiġi deċiż li sustanza attiva għandha tiġi inkluża fl-Annessi I, IA jew IB u taħt liema kundizzjonijiet, jew, f’każi fejn il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 ma jkunux sodisfatti jew l-informazzjoni u d-data mitluba ma jkunux ġew preżentati fiż-żmien stipulat, li tali sustanza attiva ma tiġix inkluża fl-Annessi I, IA jew IB. Miżuri bħal dawn, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).”;

(4)

l-Artikolu 17(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Għandhom jiġu adottati kundizzjonijiet komuni għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-kwantitajiet massimi ta’ sustanzi attivi jew prodotti bijoċidali tagħhom ikun hemm ċans ta’ rilaxx waqt esperimenti u d-data minima li trid tiġi preżentata sabiex tippermetti evalwazzjoni skond il-paragrafu 2. Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġi adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).”;

(5)

l-Artikolu 27(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fit-tmiem tal-perijodu maħsub għall-kummenti, il-Kummissjoni għandha tipprepara abbozz għal deċiżjoni skond il-proċedura rilevanti msemmija fl-Artikolu 28(2) jew (4) fuq il-bażi ta’ l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

id-dokumenti riċevuti mill-Istat Membru li jevalwa d-dossiers;

(b)

kwalunkwe parir miksub minn kumitati xjentifiċi konsultattivi;

(ċ)

kummenti rċevuti minn Stati Membri oħra u l-applikanti; u

(d)

kull informazzjoni oħra rilevanti.”;

(6)

l-Artikolu 28 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assisstita minn Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali.”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.”;

(ċ)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-diżpożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.”;

(d)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(7)

l-Artikolu 29 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 29

Adattament għall-progress tekniku

Għandhom jiġu adottati il-miżuri meħtieġa sabiex l-Annessi IIA, IIB, IIIA, IIIB, IVA jew IVB jew id-deskrizzjonijiet tat-tipi ta’ prodotti fl-Anness V jiġu adattati għall-progress tekniku jew sabiex jiġu speċifikati rekwiżiti ta’ data għal kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ prodotti. Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġi adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(3)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/16/KE (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 48).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/60


DIRETTIVA 2008/32/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/60/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tipprovdi li ċerti miżuri għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE kienet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u li huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi l-istrument ikun ssupplimentat b’elementi mhux essenzjali ġodda.

(3)

Bi qbil mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti li diġà ġew adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-istrumenti iridu jkunu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat sabiex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi kif ukoll metodi standardizzati sabiex tadatta ċerti annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/60/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Peress li l-Kummissjoni stabbilixxiet reġistru ta’ siti sabiex jinħoloq in-netwerk ta’ l-interkalibrazzjoni msemmi fit-taqsima 1.4.1 ta’ l-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE permezz tad-Deċiżjoni 2005/646/KE (6), huwa xieraq li jitħassru r-referenzi għall-iskadenzi li skadew.

(6)

Id-Direttiva 2000/60/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(7)

Billi l-emendi li saru fid-Direttiva 2000/60/KE b’din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura tal-kumitat, m’hemmx il-ħtieġa li dawn ikunu trasposti mill-Istati Membri. Għalhekk ma jinħtieġx li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet biex isir dan.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2000/60/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Għandhom jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ ta’ l-istatus ta’ l-ilma. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).”;

(2)

L-Artikolu 20 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 20

Adattamenti tekniċi għad-Direttiva

1.   L-Annessi I, III u sezzjoni 1.3.6 ta’ l-Anness V jistgħu jkunu adattati għal progress xjentifiku u tekniku b’kunsiderazzjoni tal-perjodi għar-reviżjoni u għall-aġġornament tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara kif imsemmi fl-Artikolu 13. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jkunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).

Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta linji ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Annessi II u V skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).

2.   Għall-iskop tat-trażmissjoni u l-ipproċessar tad-data, inkluża data statistika u kartografika, formati tekniċi għall-iskop ta’ paragrafu 1 jistgħu jkunu adottati bi qbil mal-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 21(2).”;

(3)

L-Artikolu 21 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(4)

Is-Sezzjoni 1.4.1 ta’ l-Anness V għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

punt (vii) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(vii)

Il-Kummissjoni għandha tipprepara reġistru ta’ abbozz ta’ siti sabiex jinħoloq in-netwerk ta’ interkalibrazzjoni. Ir-reġistru finali tas-siti għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).”;

(b)

il-punt (ix) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(ix)

Ir-riżultati ta’ l-eżerċizzji ta’ interkalibrazzjoni u l-valuri stabbiliti għall-klassifikazzjonijiet tas-sistemi ta’ monitoraġġ ta’ l-Istati Membri, skond il-punti (i) sa (viii) u imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3) u għandhom jiġu ppubblikati fi żmien sitt xhur minn tmiem l-eżerċizzju ta’ interkalibrazzjoni.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(3)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/646/KE tas-17 ta’ Awwissu 2005 dwar l-istabbiliment ta’ reġistru ta’ siti sabiex jinħoloq in-netwerk ta’ l-interkalibrazzjoni skond id-Direttiva 2000/60/KE (ĠU L 243, 19.9.2005, p. 1).


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/62


DIRETTIVA 2008/33/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/53/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tipprovdi li ċerti miżuri għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u li huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi l-istrument ikun ssupplimentat b’elementi mhux essenzjali godda.

(3)

Bi qbil mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti adottati skond l-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-istrumenti jridu jkunu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex temenda l-annessi u sabiex tistabbilixxi ċerti rekwiżiti tekniċi u regoli ta’ kontroll. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/53/KE, inter alia, billi jissupplimentawha b’elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Billi l-Kummissjoni stabbiliet ir-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 5(5), 7(2) u 8(2) tad-Direttiva 2000/53/KE permezz tad-Deċiżjonijiet 2002/151/KE (6), 2005/293/KE (7) u 2003/138/KE (8), huwa xieraq li jitħassru r-referenzi għall-iskadenzi tal-21 ta’ Ottubru 2001, l-21 ta’ Ottubru 2002 u l-21 ta’ Ottubru 2001 rispettivament.

(6)

Id-Direttiva 2000/53/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(7)

Billi l-emendi li saru fid-Direttiva 2000/53/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw il-proċedura tal-kumitat, m’hemmx il-ħtieġa li dawn ikunu trasposti mill-Istati Membri. Għalhekk ma jinħtieġx li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet biex isir dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2000/53/KE hija permezz ta’ dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 4(2)(b) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja għandha tinbidel b’dan li ġej:

“L-Anness II għandu jiġi emendat fuq bażi regolari, skond progress tekniku u xjentifiku, f’każ li:”;

(b)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fil-punti (i) sa (iv), imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”;

2.

l-Artikolu 5(5) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrikonoxxu b’mod reċiproku u jaċċettaw iċ-ċertifikati ta’ distruzzjoni maħruġa fi Stati Membri oħra skond il-paragrafu 3.

Għal dan l-għan, għandhom ikunu stabbiliti rekwiżiti minimi meħtieġa għaċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni. Dik il-miżura, mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”;

3.

il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 6,:

“6.   L-Anness I għandu jiġi emendat skond il-progress tekniku u xjentifiku. Din il-miżura, mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”;

4.

it-tielet subparagarafu ta’ l-Artikolu 7(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Għandhom ikunu stabbiliti regoli dettaljati neċessarji biex jikkontrollaw il-konformità ta’ l-Istati Membri mal-miri stipulati fl-ewwel subparagrafu. Meta tipproponi tali regoli, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra fatturi rilevanti, inter alia d-disponibbiltà tad-data u l-kwistjoni ta’ esportazzjoni u importazzjoni ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw. Dawk ir-regoli, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”;

5.

l-Artikolu 8(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Għandhom ikunu stabbiliti l-istandards imsemmija fil-paragrafu 1. Meta tipproponi tali standards, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra x-xogħol li qed isir f’dan il-qasam fil-fora internazzjonali rilevanti u tikkontribwixxi għal dan ix-xogħol kif xieraq. Dik il-miżura, mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”;

6.

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 9(1):

“Il-formati li jirrelataw mas-sistema ta’ database għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 11(2)”;

7.

L-Artikolu 11 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(3)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/673/KE (ĠU L 254, 30.9.2005, p. 69).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/151/KE tad-19 ta’ Frar 2002 dwar il-ħtiġiet minimi għaċ-ċertifikat tal-qerda maħruġ skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/53/KE (ĠU L 50, 21.2.2002, p. 94).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/293/KE ta’ l-1 ta’ April 2005 li tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-monitoraġġ ta’ l-użu mill-ġdid/riċiklaġġ u miri għall-użu mill-ġdid/riċiklaġġ stabbiliti fid-Direttiva 2000/53/KE (ĠU L 94, 13.4.2005, p. 30).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi l-istandards tal-kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali tal-vetturi skond id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 58).


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/65


DIRETTIVA 2008/34/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2002/96/KE dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/53/KE (3) tipprovdi li ċerti miżuri għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi l-istrument ikun ssupplimentat b'elementi mhux essenzjali ġodda.

(3)

Bi qbil id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti adottati skond l-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-istrumenti jridu jkunu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex temenda l-annessi u sabiex tistabbilixxi regoli ta’ monitoragg tal-konformita'. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/96/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Ġaladarba l-Kummissjoni stabbiliet ir-regoli dettaljati msemmija fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/96/KE permezz tad-Deċiżjoni 2005/369/KE (6) huwa xieraq li jitħassru r-referenzi għall-iskadenza tat-13 ta’ Awissu 2004.

(6)

Id-Direttiva 2002/96/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(7)

Billi l-emendi li saru fid-Direttiva 2002/96/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura tal-kumitat, huma ma jeħtigux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk m'huwiex meħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2002/96/KE hija permezz ta’ dan emendata kif ġej:

(1)

it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Anness II jista’ jiġi emendat sabiex jintroduċi teknoloġiji oħra ta’ trattament li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(2)

it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 7(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli ddettaljati għas-sorveljanza ta’ konformità ta’ l-Istati Membri mal-miri mfassla fil-paragrafu 2, inklużi speċifikazzjonijiet għal materjali. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissumplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(3)

l-Artikolu 13 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Adattament għal progress xjentifiku u tekniku

Kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa sabiex tadatta l-Artikolu 7(3), l-Anness IB ( b’mod partikolari bil-għan li potenzjalment iżżid id-dwal fid-djar, bozoz tal-filament u prodotti fotovoltajċi, per eżempju, panels solari), l-Anness II, (b'mod partikolari billi tikkunsidra l-iżviluppi ġodda tekniċi għat-trattament tal-WEEE), u l-Annessi III u IV għall-progress xjentifiku u tekniku għandha tiġi adottata. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Qabel ma jiġu emendati l-Annessi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta inter alia, il-produtturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, riċiklaturi, operaturi tat-trattament, organizzazzjonijiet ambjentali u għaqdiet ta’ l-impjegati u tal-konsumaturi.”;

(4)

l-Artikolu 14(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonjiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(5)

il-punt 4 ta’ l-Anness II għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Filwaqt li taġixxi skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3), il-Kummissjoni għandha bħala prijorità tevalwa jekk id-daħliet għal bords stampati għal ċirkwiti għat-telefons ċellulari kif ukoll skrins tal-kristalli likwidi għandhomx ikunu emendati.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(3)  ĠU L 37, 13.2.2003, p.24. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/108/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p.106).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/369/KE tat-3 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ tal-konformità ta’ l-Istati Membri u li tistabbilixxi formati ta’ data għall-finijiet tad-Direttiva 2002/96/KE (ĠU L 119, 11.5.2005, p.13).


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/67


DIRETTIVA 2008/35/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2002/95/KE dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/95/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tipprovdi li ċerti miżuri għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi l-istrument jiġi ssupplimentat b’elementi mhux essenzjali ġodda.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti adottati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diga’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadatta l-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/95/KE, dawn għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2002/95/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(6)

Billi l-emendi li saru lid-Direttiva 2002/95/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura tal-kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m’huwiex meħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2002/95/KE hija permezz ta’ dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 5(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-frażi ta’ introduzzjoni għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“1.   Kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa biex tadatta l-Anness għall-progress xjentifiku u tekniku għall-iskopijiet li ġejjin għandha tiġi adottata:”;

(b)

Għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-miżuri msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).”;

2.

L-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-Artikolu 7

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart (6).

2.   Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

(6)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).”."

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(3)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kap.15, Vol. 05 p. 224-232. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/692/KE (ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 292-293).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/69


DIRETTIVA 2008/36/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 92/49/KEE tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2) u 55 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/49/KEE (3) tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ firxa ġenerali bil-għan li jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ att bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentan l-att biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE, għall-proċedura regolatorja bi skrutinju applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Direttivi 73/239/KEE (6), 88/357/KEE (7) u 92/49/KEE, sabiex din tkun tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-settur ta’ l-assigurazzjoni jew fis-swieq finanzjarji u tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dawk id-Direttivi. Ukoll, dawn il-miżuri huma maħsuba biex jestendu l-lista’ ta’ forom legali, jemendaw il-listi ta’ klassijiet ta’ assigurazzjoni jew jadattaw it-terminoloġija użata f’dik il-lista, jikkjarifikaw l-elementi li jikkostitwixxu l-marġni ta’ solvenza, jimmodifikaw l-ammont minimu tal-fond ta’ garanzija, jemendaw il-lista’ ta’ assi aċċettabbli bħala kopertura għal dispożizzjonijiet tekniċi u r-regoli dwar it-tixrid ta’ l-investimenti, jimmodifikaw ir-rilassamenti fir-regoli li jaqblu u jikkjarifikaw id-definizzjonijiet. Peress illi dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttivi 73/239/KEE, 88/357/KEE u 92/49/KEE, inter alia billi jissupplimentawhom b’elementi ġodda, dawn għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva Nru 92/49/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Peress illi l-emendi li għandhom isiru fid-Direttiva Nru 92/49/KEE huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, dawn ma jinħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, mhux neċessarju li jkunu inklużi dispożizzjonijiet f’dan is-sens,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 92/49/KEE, il-frażi ta’ introduzzjoni għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“L-aġġustamenti tekniċi li ġejjin maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE u ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/675/KEE:”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew,

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill,

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(3)  ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.

(6)  L-ewwel direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-direttiva 2006/101/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 238).

(7)  It-tieni direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xort’oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14).


20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/71


DIRETTIVA 2008/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2005/68/KE dwar riassigurazzjoni, rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2) u 55 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/68/KE (3) tal-Parlament u tal-Kunsill tistabbilixxi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju ġhall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġà fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni ghandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/68/KE sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fis-settur ta’ l-assigurazzjoni jew fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi zgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dik id-Direttiva. B’mod aktar partikolari, dawk il-miżuri huma maħsuba biex jestendu l-lista ta’ formoli legali, jiċċaraw jew jaġġustaw il-punti li jikkostitwixxu l-marġni tas-solvibbiltà, iżidu l-premiums jew ammonti tat-talbiet użati għall-kalkolu tal-marġni tas-solvibbiltà għal ċerti attivitajiet ta’ riassigurazzjoni jew tipi ta’ kuntratti, jibdlu l-fond minimu ta’ garanzija u jiċċaraw id-definizzjonijiet. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2005/68/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2005/68/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(6)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2005/68/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura tal-kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk m’huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2005/68/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 55 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi mħassar.

(2)

Fl-Artikolu 56, il-frażi ta’ introduzzjoni għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 55(2).”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(3)  ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2007/44/KE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/73


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Marzu 2008

li tagħti lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni ta’ dazju anti-dumping għal ċerti biċċiet tar-roti fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, miżmum u emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, u li jneħħi s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju kontra l-iddampjar estiż għal ċertu partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħti lil ċerti partijiet skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1044)

(2008/260/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (2) (ir-“Regolament li jestendi”), li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (3) dwar roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti biċċiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u l-impożizzjoni ta' dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet irreġistrati fir-Regolament (KE) Nru 703/96,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (4) (ir-“Regolament ta' eżenzjoni”) dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni ta' l-importazzjoni ta' uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament(KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ eżenzjoni, għadd ta’ persuni li jarmaw ir-roti ressqu talbiet skond l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għall-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti biċċiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skond ir-Regolament (KE) Nru 71/97 (id-“dazju estiż anti-dumping”). Il-Kummissjoni ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali listi suċċessivi ta’ min jarma r-roti (5) li għalihom il-ħlas tad-dazju anti-dumping estiż rigward l-importazzjonijiet tagħhom ta’ biċċiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ġie sospiż skond Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(2)

Wara l-aħħar pubblikazzjoni tal-lista ta’ partijiet li kienu taħt eżami (6), intgħażel perjodu ta’ eżami. Minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ġie deċiż li jiġi ddeterminat perjodu ta' eżami mill-1 ta' Jannar 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007 biex fl-istess proċedura talbiet għal eżenzjoni mibgħuta minn Bulgari u Rumeni li jarmaw ir-roti jkunu jistgħu jiġu analizzati wkoll. Intbagħat kwestjonarju lill-partijiet kollha taħt eżami, li jitlob l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ta' mmuntar li saru matul il-perjodu rilevanti ta' eżami.

A.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI LI GĦALIHA NGĦATAT SOSPENSJONI QABEL

A.1.   Talbiet aċċettabbli għal eżenzjoni

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet imniżżlin fit-tabella 1 hawn taħt l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-determinazzjoni ta' l-ammissibilità tat-talbiet tagħhom. Dawn il-partijiet irċevew is-sospensjoni tagħhom wara din id-data. L-informazzjoni pprovduta ġiet eżaminata u vverifikata, fejn meħtieġ, fl-istabbilimenti tal-partijiet ikkonċernati. Skond din l-informazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-talbiet li ntbagħtu mill-partijiet elenkati fit-tabella 1 hawn taħt huma ammissibbli skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni.

Tabella 1

Isem

Indirizz

Pajjiż

Kodiċi addizzjonali TARIC

Alubike — Bicicletas S.A.

Zona Industrial de Oia, Lote C-10,

3770-059 Oliveira do Bairro

Il-Portugall

A730

Balkanvelo AD

1 Mizia Blvd., 5500 Lovech

Il-Bulgarija

A811

Bonaventure BVBA

Stoomtuigstraat 16, 8830 Hooglede

Il-Belġju

A732

CROSS Ltd.

1 Hadji Dimitar Street, 3400 Montana

Il-Bulgarija

A810

SC Eurosport DHS SA

Santuhalm Street 35A, Deva, dept. Hunedoara

Ir-Rumanija

A817

F.lli Schiano S.R.L.

Via Carmelo Pezzullo 20,

80027 Frattamaggiore (NA)

L-Italja

A824

Goldbike — Industria de Bicicletas Lda

R. Flores, 3780 594 Poutena-Vilarinho do Bairro

Il-Portugall

A777

Helkama Velox Oy

Santalantie 22, 10960 Hanko Pohjoinen

Il-Finlandja

A825

Ing. Jaromír Březina

Foglarova 2896/11, 787 01 Šumperk

Ir-Repubblika Ċeka

A776

KHE Fahrradhandels GmbH

Gablonzer Strasse 10, 76185 Karlsruhe

Il-Ġermanja

A794

Koga BV.

Tinweg 9, 8445 PD Heerenveen

L-Olanda

A773

Rijwielen en Bromfietsenfabriek L'Avenir NV

Posthoornstraat 1, 2500 Lier

Il-Belġju

A826

Leader — 96 Ltd.

19 Sedianka Str., 4003 Plovdiv

Il-Bulgarija

A813

Look Cycle International S.A.

27, rue du Dr. Léveillé, 58000 Nevers

Franza

A781

Maxcom Ltd.

13 Peshtersko shousse Str., 4000 Plovdiv

Il-Bulgarija

A812

Prestige Rijwielen NV

Zuiderdijk 25, 9230 Wetteren

Il-Belġju

A737

Puky GmbH & Co. KG

Fortunastrasse 11, 42489 Wülfrath

Il-Ġermanja

A778

Robifir Bike Ltd.

3A Kosta Bosilkov Street,

2700 Blagoevgrad

Il-Bulgarija

A815

Skeppshultcykeln AB

Storgatan 78, 333 03 Skeppshult

L-Iżvezja

A745

Stevens Vertriebs GmbH

Asbrookdamm 35, 22115 Hamburg

Il-Ġermanja

A774

Trenga DE Vertriebs GmbH

Grossmoordamm 63—67,

21079 Hamburg

Il-Ġermanja

A746

Velomania Ltd.

Dimitar Nestorov Street bl. 120,

1612 Sofia

Il-Bulgarija

A814

(4)

Il-fatti kif finalment aċċertati mill-Kummissjoni juru li għal tnejn u għoxrin minn dawn l-applikanti ta’ l-operazzjonijiet ta’ mmuntar tar-roti, il-valur tal-biċċiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li kienu ntużaw fl-operazzjonijiet ta’ mmuntar tagħhom kien aktar baxx minn 60 % tal-valur totali tal-biċċiet użati f’dawn l-operazzjonijiet ta’ mmuntar, u għalhekk, jaqgħu barra l-ambitu ta’ l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

Għalhekk, u skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-tabella ta' hawn fuq għandhom jiġu eżentati mid-dazju anti-dumping estiż.

(6)

Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' eżenzjoni, l-eżenzjoni tal-partijiet elenkati fit-tabella 1 mid-dazju anti-dumping estiż għandu jkollha effett mid-data minn meta jaslu t-talbiet tagħhom. Barra minn hekk, id-dejn doganali tagħhom fir-rigward tad-dazju anti-dumping estiż għandu jkun ikkunsidrat null mid-data ta' meta waslu t-talbiet tagħhom għal eżenzjoni.

(7)

Ta' min jinnota li l-parti li ġejja elenkata fit-tabella 1 infurmat lis-servizzi tal-Kummissjoni b'bidla fis-sede rreġistrata tagħha matul il-perjodu ta' l-eżami:

Leader-96 Ltd. trasferiet l-uffiċċju rreġistrat tagħha minn 3 Mostova Str., 4002 Plovdiv, il-Bulgarija għak 19 Sedianka Str., 4003 Plovdiv, il-Bulgarija. .

(8)

Ġie stabbilit li din il-bidla fl-indirizz ta' l-uffiċċju rreġistrat ma affettwatx l-operazzjoni ta' l-immuntar f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istipulazzjonijiet tar-Regolament ta' eżenzjoni u għalhekk il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li din il-bidla għandha taffettwa l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż.

A.2.   Talbiet inaċċettabbli għall-eżenzjoni u l-irtirar

(9)

Il-partijiet elenkati fit-tabella 2 hawn taħt bagħtu talbiet għal eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż.

Tabella 2

Isem

Indirizz

Pajjiż

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isaac International Ltd.

4 Axis Park, P014 1FD Fareham Hants, Hampshire

Ir-Renju Unit

A816

Loris Cycles di Perinel Lori

Via delle Industrie 8, 30022 Ceggia (VE)

L-Italja

A731

ROG Kolesa d.d. (formerly ELAN Bikes d.d)

Letališka 29, 1000 Ljubljana

Is-Slovenja

A538

(10)

Żewġ partijiet irtiraw it-talba tagħhom għal eżenzjoni u infurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

(11)

Parti oħra falliet u għaldaqstant temmet l-attivitajiet ta' mmuntar.

(12)

Peress li l-partijiet elenkati fit-tabella 2 naqsu milli jissodisfaw il-kriterji għal eżenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni kellha tirrifjuta t-talbiet tagħhom għal eżenzjonijiet, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament. Fid-dawl ta' dan, is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju anti-dumping estiż imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' eżenzjoni għandha titneħħa u d-dazju anti-dumping estiż għandu jinġabar mid-data meta ntlaqgħu t-talbiet imressqa minn dawn il-partijiet.

B.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI LI GĦALIHOM IS-SOSPENSJONI MA NGĦATATX QABEL

B.1.   Talbiet inammissibbli għal eżenzjoni

(13)

Il-partijiet elenkati fit-tabella3 wkoll bagħtu talbiet għal eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju anti-dumping estiż:

Tabella 3

Isem

Indirizz

Pajjiż

BBC International Biria Bike Company International GmbH

Mannheimer Strasse 80,

68535 Edingen-Neckarhausen

Il-Ġermanja

Ets. TH Brasseur SA

Rue des Steppes 13, 4000 Liège

Il-Belġju

Individual Bike s.r.o.

Kmochova 2430, 431 11 Chomutov

Ir-Repubblika Ċeka

Shrapnell NV

Groendreef 7, 9500 Geraardsbergen

Il-Belġju

(14)

Fir-rigward ta' dawn il-partijiet, ta' min jinnota li t-talbiet tagħhom ma ssodisfawx il-kriterji ta' ammissibilità stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni peress li dawn l-applikanti kollha jużaw biċċiet essenzjali tar-rota għall-produzzjoni u l-immuntar ta' roti fi kwantitajiet inqas minn 300 unità għal kull tip fuq bażi ta' kull xahar.

(15)

Dawn il-partijiet kienu infurmati b'dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. Ma waslu l-ebda kummenti mingħand tnejn mill-partijiet filwaqt li t-tnejn l-oħra rtiraw it-talba tagħhom. Minħabba f'hekk, ma ngħatat l-ebda sospensjoni lil dawn il-partijiet.

B.2.   Talbiet ammissibbli għal eżenzjoni li għalihom għandha tingħata sospensjoni

(16)

Il-partijiet interessati huma b'dan infurmati bil-wasla ta’ talbiet ulterjuri għal eżenzjoni, skond l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ eżenzjoni, mill-partijiet elenkati fit-Tabella 4. Is-sospensjoni mid-dazju estiż, wara dawn it-talbiet, għandha tidħol fis-seħħ kif muri fil-kolonna intitolata “Data ta’ dħul fis-seħħ”:

Tabella 4

Isem

Indirizz

Pajjiż

Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data ta' dħul fis-seħħ

Kodiċi addizzjonali TARIC

Blue Ocean Hungary Ltd.

Sukorói u. 8,

8097 Nadap

L-Ungerija

Artikolu 5

30.1.2008

A858

Canyon Bicycles GmbH

Koblenzer Strasse 236,

56073 Koblenz

Il-Ġermanja

Artikolu 5

4.12.2007

A856

Euro-Bike-Products

Ul. Starołęcka 18,

61-361 Poznań

Il-Polonja

Artikolu 5

6.8.2007

A849

EUSA Mart European Sales & Marketing GmbH & Co. KG

An der Welle 4, 60322 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

Artikolu 5

7.1.2008

A857

KOVL spol. S.r.o.

Choceradská 3042/20,

141 00 Praha 4

Ir-Repubblika Ċeka

Artikolu 5

29.3.2007

A838

MICPOL

Ul. Myśliborska 93A m. 62, 03-185 Warszawa

Il-Polonja

Artikolu 5

17.4.2007

A839

N&W Cycle GmbH

Mühlenhof 5,

51598 Friesenhagen

Il-Ġermanja

Artikolu 5

11.10.2007

A852

Radsportvertrieb Dietmar Bayer GmbH

Zum Acker 1,

56244 Freirachdorf

Il-Ġermanja

Artikolu 5

25.6.2007

A850

Special Bike — Societa Cooperativa

Via Nizza 20,

71042 Cerignola (FG)

L-Italja

Artikolu 5

22.1.2008

A533

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-partijiet elenkati hawn taħt fit-tabella 1 huma b’dan eżentati mill-estensjoni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti biċċiet ta’ roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju anti-dumping definittiv impost fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, kif miżmum mir-Regolament (KE) Nru 1524/2000 u emendat mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005.

L-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ kull parti sa mid-data rilevanti murija fil-kolonna intitolata “Data ta’dħul fis-seħħ”.

Tabella 1

Lista tal-partijiet li għandhom ikunu eżentati

Isem

Indirizz

Pajjiż

Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data ta' dħul fis-seħħ

Kodiċi addizzjonali TARIC

Alubike — Bicicletas S.A.

Zona Industrial de Oia, Lote C-10, 3770-059 Oliveira do Bairro

Il-Portugall

Artikolu 7

12.12.2005

A730

Balkanvelo AD

1 Mizia Blvd.,

5500 Lovech

Il-Bulgarija

Artikolu 7

1.1.2007

A811

Bonaventure BVBA

Stoomtuigstraat 16,

8830 Hooglede

Il-Belġju

Artikolu 7

19.1.2006

A732

CROSS Ltd.

1 Hadji Dimitar Street,

3400 Montana

Il-Bulgarija

Artikolu 7

1.1.2007

A810

SC Eurosport DHS SA

Santuhalm Street 35A, Deva, dept. Hunedoara

Ir-Rumanija

Artikolu 7

1.1.2007

A817

F.lli Schiano S.R.L.

Via Carmelo Pezzullo 20,

80027 Frattamaggiore (NA)

L-Italja

Artikolu 7

31.1.2007

A824

Goldbike — Industria de Bicicletas Lda

R. Flores, 3780 594

Poutena-Vilarinho do Bairro

Il-Portugall

Artikolu 7

9.8.2006

A777

Helkama Velox Oy

Santalantie 22, 10960 Hanko Pohjoinen

Il-Finlandja

Artikolu 7

29.1.2007

A825

Ing. Jaromír Březina

Foglarova 2896/11,

787 01 Šumperk

Ir-Repubblika Ċeka

Artikolu 7

20.7.2006

A776

KHE Fahrradhandels GmbH

Gablonzer Strasse 10,

76185 Karlsruhe

Il-Ġermanja

Artikolu 7

6.11.2006

A794

Koga BV.

Tinweg 9,

8445 PD Heerenveen

L-Olanda

Artikolu 7

19.6.2006

A773

Rijwielen en Bromfietsenfabriek L'Avenir NV

Posthoornstraat 1, 2500 Lier

Il-Belġju

Artikolu 7

21.3.2007

A826

Leader — 96 Ltd.

19 Sedianka Str., 4003 Plovdiv

Il-Bulgarija

Artikolu 7

1.1.2007

A813

Look Cycle International S.A.

27, rue du Dr. Léveillé,

58000 Nevers

Franza

Artikolu 7

14.9.2006

A781

Maxcom Ltd.

13 Peshtersko shousse Str.,

4000 Plovdiv

Il-Bulgarija

Artikolu 7

1.1.2007

A812

Prestige Rijwielen NV

Zuiderdijk 25,

9230 Wetteren

Il-Belġju

Artikolu 7

16.2.2006

A737

Puky GmbH & Co. KG

Fortunastrasse 11,

42489 Wülfrath

Il-Ġermanja

Artikolu 7

21.8.2006

A778

Robifir Bike Ltd.

3A Kosta Bosilkov Street,

2700 Blagoevgrad

Il-Bulgarija

Artikolu 7

1.1.2007

A815

Skeppshultcykeln AB

Storgatan 78, 333 03 Skeppshult

L-Iżvezja

Artikolu 7

29.3.2006

A745

Stevens Vertriebs GmbH

Asbrookdamm 35,

22115 Hamburg

Il-Ġermanja

Artikolu 7

3.7.2006

A774

Trenga DE Vertriebs GmbH

Grossmoordamm 63—67,

21079 Hamburg

Il-Ġermanja

Artikolu 7

10.5.2006

A746

Velomania Ltd.

Dimitar Nestorov Street bl. 120, 1612 Sofia

Il-Bulgarija

Artikolu 7

1.1.2007

A814

Artikolu 2

It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż imressqa skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 mill-partijiet elenkati hawn taħt fit-tabella 2 huma b’dan miċħuda.

Is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju anti-dumping estiż konformi ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b'dan il-mezz imneħħija għall-partijiet ikkonċernati mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna bl-isem “Data ta' dħul fis-seħħ”.

Tabella 2

Lista ta' partijiet li għalihom is-sospensjoni għandha titneħħa

Isem

Indirizz

Pajjiż

Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data ta' dħul fis-seħħ

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isaac International Ltd.

4 Axis Park, P014 1FD Fareham Hants, Hampshire

Ir-Renju Unit

Artikolu 5

13.12.2006

A816

Loris Cycles di Perinel Lori

Via delle Industrie 8, 30022 Ceggia (VE)

L-Italja

Artikolu 5

13.12.2005

A731

ROG Kolesa d.d.

(former ELAN Bikes, d.d.)

Letališka 29,

1000 Ljubljana

Is-Slovenja

Artikolu 5

1.5.2004

A538

Artikolu 3

Il-partijiet elenkati fit-Tabella 3 hawn taħt jikkostitwixxu l-lista aġġornata tal-partijiet li qed jiġu eżaminati skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 88/97. Is-sospensjoni mid-dazju estiż, wara dawn it-talbiet, daħlet fis-seħħ mid-data rilevanti kif murija fil-kolonna bit-titolu “Data ta’ dħul fis-seħħ”fit-Tabella 3.

Tabella 3

Lista ta' partijiet li qed jiġu eżaminati

Isem

Indirizz

Pajjiż

Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data ta' dħul fis-seħħ

Kodiċi addizzjonali TARIC

Blue Ocean Hungary Ltd.

Sukorói u. 8,

8097 Nadap

L-Ungerija

Artikolu 5

30.1.2008

A858

Canyon Bicycles GmbH

Koblenzer Strasse 236,

56073 Koblenz

Il-Ġermanja

Artikolu 5

4.12.2007

A856

Euro-Bike-Products

Ul. Starołęcka 18,

61-361 Poznań

Il-Polonja

Artikolu 5

6.8.2007

A849

EUSA Mart European Sales & Marketing GmbH & Co. KG

An der Welle 4, 60322 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

Artikolu 5

7.1.2008

A857

KOVL spol. S.r.o.

Choceradská 3042/20,

141 00 Praha 4

Ir-Repubblika Ċeka

Artikolu 5

29.3.2007

A838

MICPOL

Ul. Myśliborska 93A m. 62,

03-185 Warszawa

Il-Polonja

Artikolu 5

17.4.2007

A839

N&W Cycle GmbH

Mühlenhof 5,

51598 Friesenhagen

Il-Ġermanja

Artikolu 5

11.10.2007

A852

Radsportvertrieb Dietmar Bayer GmbH

Zum Acker 1,

56244 Freirachdorf

Il-Ġermanja

Artikolu 5

25.6.2007

A850

Special Bike — Societa Cooperativa

Via Nizza 20,

71042 Cerignola (FG)

L-Italja

Artikolu 5

22.1.2008

A533

Artikolu 4

It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż magħmula mill-partijiet elenkati hawn taħt fit-tabella 4 huma b'dan miċħuda.

Tabella 4

Lista ta' partijiet li għalihom it-talba għall-eżenzjoni hija miċħuda

Isem

Indirizz

Pajjiż

BBC International Biria Bike Company International GmbH

Mannheimer Strasse 80, 68535 Edingen-Neckarhausen

Il-Ġermanja

Ets. TH Brasseur SA

Rue des Steppes 13, 4000 Liège

Il-Belġju

Individual Bike s.r.o.

Kmochova 2430, 431 11 Chomutov

Ir-Repubblika Ċeka

Shrapnell NV

Groendreef 7, 9500 Geraardsbergen

Il-Belġju

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)  ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1. Ir-Regolament (KE) Nru 1524/2000 (ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39) kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1).

(4)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(5)  ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, , ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16 u ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5.

(6)  ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5.


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

20.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 81/81


DEĊIŻJONI TA’ L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA

Nru 388/06/COL

tat-13 ta’ Diċembru 2006

li temenda għall-wieħed u sittin darba r-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam ta’ l-Għajnuna mill-Istat

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), partikolarment l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (2), u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5 (2) (b) tiegħu u l-Artikolu 1 fil-Parti I tal-Protokoll 3 tiegħu,

BILLI skond l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA għandha ġġib fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE li jirrigwarda l-Għajnuna mill-Istat,

BILLI skond l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA se toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdi hekk espressivament jew jekk l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA tqis li hu meħtieġ,

FILWAQT LI TFAKKAR ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam ta’ l-Għajnuna mill-Istat (3) adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA (4),

BILLI l-Kummissjoni Ewropea fit-22 ta’ Novembru 2006 adottat Qafas Komunitarju ġdid għall-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni li mistenni jkun ippubblikat fil-verżjoni uffiċjali tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta’ Diċembru 2006,

BILLI dan il-Qafas ġdid huwa wkoll ta’ rilevanza għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

BILLI applikazzjoni uniformi tar-regoli ta’ Għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tkun żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,

BILLI, skond il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” fi tmiem l-Anness XV għall-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, atti li jikkorrispondu għal dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea,

BILLI ladarba tkun lesta l-verżjoni uffiċjali finali tal-Qafas Komunitarju ġdid għall-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni, l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA tkun f’pożizzjoni li tadotta linji gwidi korrispondenti,

BILLI l-Kapitolu 14 preżenti se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2006,

BILLI għaldaqstant, hemm il-ħtieġa li jiġi estiż il-kapitolu 14 eżistenti sakemm l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA tadotta linji gwida korrispondenti għall-Qafas Komunitarju ġdid għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni,

WARA li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,

FILWAQT LI TFAKKAR li l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA kkonsultat lill-Istati ta’ l-EFTA b’ittra datata t-13 ta’ Novembru 2006 dwar is-suġġett,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

(1)

Il-validità ta’ Kapitolu 14 tal-Linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp hu estiż sakemm l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA tkun adottat linji gwida ġodda li jikkorrispondu mal-Qafas Komunitarju ġdid għall-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni. Il-paragrafu (2) ta’ qabel ta’ Taqsima 14.9 ta’ Kapitolu 14 tal-Linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat ġie sostitwit b’paragrafu (2) ġdid li se jkun jaqra kif ġej:

Dawn il-linji gwida għandhom japplikaw sakemm jiġu adottati linji gwida ġodda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA li jikkorrispondu mal-Qafas Komunitarju ġdid għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni adottati mill-Kummissjoni Ewropea fit-22 ta’ Novembru 2006”.

(2)

L-Istati ta’ l-EFTA għandhom ikunu infurmati permezz ta’ ittra, flimkien ma’ kopja ta’ din id-Deċiżjoni.

(3)

L-Istati ta’ l-EFTA se jiġu mgħarrfa permezz ta’ ittra, flimkien ma’ kopja ta’ din id-Deċiżjoni.

(4)

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 13 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA

Bjørn T. GRYDELAND

President

Kristján A. STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim taż-ŻEE”.

(2)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Sorveljanza u l-Qorti”.

(3)  Minn hawn ’il quddiem “Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat”.

(4)  Inizjalment ippubblikat fil-ĠU L 231,3.9.1994, fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu Nru 32 fl-istess data, l-aħħar emenda adottata permezz tad-Deċiżjoni tad-29 ta' Novembru 2006.