ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
15 ta' Marzu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 229/2008 ta’ l-10 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 dwar it-twaqqif ta’ sħubijiet (partnerships) Ewropej fil-qafas tal-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 230/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 231/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-qafas tal-kwota tariffarja Tuneżina

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 382/2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 233/2008 ta' l-14 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2008

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċizjoni tal-Kunsill 91/116/KEE ( 1 )

13

 

*

Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza ta’ l-Istatistika ( 1 )

17

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/224/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2008 dwar il-konklużjoni ta’ Protokolli li jemendaw il-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u, rispettivament, il-Gvern tal-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Libanu, ir-Repubblika tal-Maldivi, ir-Repubblika tal-Moldavja, il-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija

20

Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

22

Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

24

Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

26

Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldavja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

27

Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

29

Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

31

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/225/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/805/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa ta’ l-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 956)  ( 1 )

32

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2008/226/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2008 ta' 5 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni tal-Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, EU SSR GUINEA-BISSAU

34

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 229/2008

ta’ l-10 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 dwar it-twaqqif ta’ sħubijiet (partnerships) Ewropej fil-qafas tal-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 181a(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 (2) jistipula li jiġu stabbiliti sħubijiet għall-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent.

(2)

Il-Kunsill Ewropew iddeċieda fil-laqgħa tiegħu fi Brussell f’Diċembru 2005 li l-eks-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja għandha tkun pajjiż kandidat għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

(3)

Hu għalhekk xieraq li jiġi stipulat li minflok Sħubija Ewropea, l-Unjoni Ewropea għandha timplimenta fir-relazzjonijiet tagħha ma’ l-eks-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja Sħubija ta’ l-Adeżjoni, u temenda r-Regolament (KE) Nru 533/2004 f’dan is-sens.

(4)

L-Unjoni Statali tas-Serbja u l-Montenegro m’għadhiex teżisti. Għaldaqstant, huwa xieraq li r-Regolament jiġi emendat sabiex jieħu f’kunsiderazzjoni l-fatt li sew is-Serbja u kif ukoll il-Montenegro issa huma żewġ stati indipendenti.

(5)

Ir-Regolament ikopri s-Sħubija ta’ l-Adeżjoni u kif ukoll is-Sħubija Ewropej. Għalhekk, it-test sħiħ jeħtieġ li jittieħed f’kunsiderazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2004 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Għandhom jiġu stabbiliti sħubija Ewropej sabiex ikopru l-Albanija, l-Bożnja-Herzegovina, il-Montenegro u s-Serbja inkluż il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda 1244 ta' l-10 ta’ Ġunju 1999, (minn hawnhekk 'il quddiem imsejħa s-sħubijiet). Is-sħubijiet Ewropej għandhom jipprovdu qafas li jinkorpora l-prijoritajiet li joħorġu mill-analiżi tas-sitwazzjonijiet differenti tas-sħab, li fuqhom għandhom ikunu kkonċentrati l-preparamenti għal aktar integrazzjoni ma’ l-Unjoni Ewopea fid-dawl tal-kriterji definiti mill-Kunsill Ewropew u l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni li jinkludi l-Ftehim dwar l-Istabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fejn neċessarju u b’mod partikolari l-kooperazzjoni reġjonali.”;

(2)

Artikolu 1a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1a

Bħala parti mill-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni, għandhom jitwaqqfu Sħubija ta’ l-Adeżjoni għall-Kroazja u l-eks-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja. Is-Sħubija ta’ l-Adeżjoni għandhom jipprovdu qafas li jkopri l-prijoritajiet kollha li jirriżultaw mill-analiżi tas-sitwazzjoni f’kull pajjiż, li fuqhom għandhom ikunu kkonċentrati l-preparazzjonijiet għall-adeżjoni fid-dawl tal-kriterji ta’ Kopenħagen definiti mill-Kunsill Ewropew u l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-proċess ta’ stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni, inkluż il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (*), u b’mod partikolari l-kooperazzjoni reġjonali.

(*)  Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri fuq naħa waħda u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13). Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri fuq naħa waħda u r-Repubblika tal-Kroazja fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3).”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  Opinjoni mogħtija fil-15 ta’ Jannar 2008 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 86, 24.3.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 269/2006 (ĠU L 47, 17.2.2006, p. 7).


15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 230/2008

ta’ l-14 ta’ Marzu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-14 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

65,0

MA

61,0

TN

129,8

TR

106,6

ZZ

90,6

0707 00 05

JO

178,8

MA

90,4

TR

167,6

ZZ

145,6

0709 90 70

MA

106,1

TR

141,4

ZZ

123,8

0709 90 80

EG

238,6

ZZ

238,6

0805 10 20

EG

48,6

IL

55,8

MA

54,4

TN

56,9

TR

50,7

ZA

43,3

ZZ

51,6

0805 50 10

EG

107,9

IL

106,3

SY

105,3

TR

123,0

ZA

147,5

ZZ

118,0

0808 10 80

AR

93,9

BR

85,0

CA

105,3

CL

96,0

CN

96,2

MK

42,9

US

106,8

UY

87,8

ZA

69,5

ZZ

87,0

0808 20 50

AR

79,8

CL

105,1

CN

74,4

ZA

92,5

ZZ

88,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 231/2008

ta’ l-14 ta’ Marzu 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-qafas tal-kwota tariffarja Tuneżina

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/822/KE tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproċi u l-emenda għall-Protokolli ta' l-Agrikultura fil-Fethim ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE/Tuneżija (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni ghall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli taћt sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tieghu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1)(2), tal-Protokoll Nru 1 tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (3), jistabbilixxi kwota tariffarja ta' eżenzjoni mid-dazji, għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa' taħt il-kodiċijiet 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u trasportat direttament fil-Komunità, fil-limiti previsti għal kull sena.

(2)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 ta' l-20 ta' Diċembru 2006 (4) li jiftaћ u jipprovdi gћall-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija jistipula l-limiti mensili gћall-ћruġ tal-liċenzji.

(3)

It-talbiet tressqu quddiem l-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għall-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-kwantità totali li teċċedi l-limitu ta' 4 000 tunnellata stipulat għax-xahar ta' Marzu.

(4)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tistipula ko-effiċjent ta' attribuzzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji pro rata għall-kwantità disponibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-talbiet għall-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa fl-10 u fil-11 ta' Marzu 2008, skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, huma aċċettati sal-limitu ta' 77,057570 % tal-kwantitajiet mitluba. Il-limitu ta' 4 000 tunnellata previst għax-xahar ta' Marzu ntlaħaq.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 336, 30.12.2000, p. 92.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. . Ir-Regolament kif l-aћћar emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 1.

(4)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.


15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 232/2008

ta’ l-14 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 382/2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 71(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 90 u 194(a) flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef (3) għandu jitħassar mill-1 ta’ April 2008 skond l-Artikolu 201(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)

L-Artikolu 86(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għal għajnuna għall-ipproċessar fir-rigward tal-prodotti fis-settur ta’ l-għalf niexef li għandha tingħata lill-intrapriżi li jipproċessaw il-prodotti. Il-kundizzjonijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn dawk l-intrapriżi attwalment huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1786/2003 u fir-regoli tiegħu ta’ implimentazzjoni li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2005 (4).

(3)

B’mod partikolari, l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 jipprovdi, fost affarijiet oħra, l-obbligazzjoni li l-intrapriżi ta’ l-ipproċessar iżommu reġistri tal-ħażniet. L-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament jiddetermina l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-kuntratti stipulati fl-Artikolu 86(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 jistipula li l-Istati Membri għandhom idaħħlu sistemi ta’ kontroll.

(4)

Dawk il-kundizzjonijiet u l-obbligazzjonijiet ma kinux ġew inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5)

Sabiex is-settur ta’ l-għalf niexef ikun jista’ jibqa’ jiffunzjona tajjeb u fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalizzazzjoni, dawk il-kundizzjonijiet u l-obbligazzjonijiet għandhom ikunu stipulati fir-Regolament (KE) Nru 382/2005.

(6)

L-eliġibilità għall-għajnuna teħtieġ, f’ċerti każijiet, il-konklużjoni ta’ kuntratt bejn il-produtturi u l-intrapriżi ta’ l-ipproċessar. Ċerti partikolarijiet fil-kuntratti għandhom isiru obbligatorji, biex tkun imħeġġa t-trasparenza fil-katina tal-produzzjoni u jkun iffaċilitat l-iċċekkjar.

(7)

Biex jirċievu l-għajnuna, il-proċessuri għalhekk għandhom ikunu meħtieġa li jżommu reġistri tal-ħażniet u jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-verifikar tad-drittijiet u li jfornu kull dokument ieħor meħtieġ.

(8)

Fejn ma jkun hemm l-ebda kuntratt bejn il-produtturi u l-intrapriżi ta' l-ipproċessar, dawn ta’ l-aħħar għandhom jipprovdu informazzjoni oħra li tkun tippermetti li d-dritt jiġi verifikat.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 382/2005 għandu għalhekk ikun emendat skond dan.

(10)

Skond l-Artikolu 33(2)(e), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, inter alia, dwar il-bidliet fiż-żoni ta’ l-għalf Leguminuż u ta’ għalf aħdar ieħor. Sabiex din id-dispożizzjoni ssir aktar preċiża, għandu jkun speċifikat li ż-żoni kkonċernati huma dawk li l-produzzjoni tagħhom, fis-sena tas-suq ta’ qabel, kienet soġġetta għall-ipproċessar bil-għan li jiksbu l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 382/2005 huwa emendat b’dan li ġej:

(1)

L-Artikolu 12 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Reġistri tal-ħażniet ta’ l-intrapriżi ta’ l-ipproċessar

1.   L-għajnuna stipulata fl-Artikolu 86(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*) għandha tingħata biss lill-intrapriżi li jipproċessaw il-prodotti elenkati fil-Parti IV ta’ l-Anness għal dak ir-Regolament li huma konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

li jżommu reġistri tal-ħażniet li jkun fihom talanqas l-informazzjoni li ġejja:

i)

il-kwantitajiet ta' għalf aħdar u, fejn japplika, ta’ għalf imnixxef fix-xemx li jiġu pproċessati; madanakollu, fejn iċ-ċirkostanzi partikolari ta' l-intrapriża jeħtieġu hekk, il-kwantitajiet jistgħu jiġi stmati skond iż-żoni miżrugħa;

ii)

il-kwantitajiet ta' għalf niexef prodott u l-kwantitajiet, u l-kwalità tagħhom, li jkunu telqu mingħand il-proċessur;

b)

jipprovdu kwalunkwe dokument ieħor ta' sostenn meħtieġ għall-verifika tad-dritt għall-għajnuna;

2.   Ir-reġistri tal-ħażniet ta’ l-intrapriżi ta’ l-ipproċessar stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jinżammu flimkien mal-kontijiet u għandhom jippermettu l-osservazzjoni:

a)

tal-kwantitajiet ta’ prodotti li deħlin għad-deidratazzjoni u/jew għat-tħin u, għal kull konsenja:

i)

id-data tad-dħul,

ii)

il-kwantità,

iii)

it-tip jew it-tipi msemmija fil-Parti IV ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ta’ għalf li se jkun deidratat u, fejn applikabbli, ta’ għalf imnixxef fix-xemx,

iv)

il-kontenut ta’ ndewwa ta' l-għalf li se jkun deidratat,

v)

ir-referenzi tal-kuntratt u/jew tad-dikjarazzjoni tal-konsenja kif stipulat fl-Artikolu 14 jew 15 ta’ dan ir-Regolament;

b)

il-kwantitajiet prodotti u kwalunkwe kwantità ta’ l-addittivi kollha użati fil-manifattura;

ċ)

il-kwantitajiet li jitilqu, u, għal kull lott, id-data tat-tluq, il-kontenut ta’ l-indewwa u l-kontenut ta’ proteina reġistrat;

d)

il-kwantitajiet ta’ għalf niexef li għalihom intrapriża ta’ l-ipproċessar tkun diġà bbenefikat mill-għajnuna, u li jkunu daħlu jew reġgħu daħlu fl-istabbiliment ta’ l-intrapriża;

e)

il-ħażna ta' għalf imnixxef fl-aħħar ta' kull sena tat-tmexxija fis-suq;

f)

il-prodotti mħallta jew miżjuda ma’ l-għalf imnixxef u/jew mitħun mill-intrapriża, bl-ispeċifikar tat-tip u ta’ l-isem tal-prodotti, il-kontenut totali ta’ materja nitroġena fil-materja niexfa u r-rata ta’ l-inkorporazzjoni tagħhom fil-prodott lest.

3.   L-intrapriżi ta' l-ipproċessar għandhom iżommu reġistri tal-ħażna separati għall-kategoriji kollha ta' għalf imnixxef stipulati fil-Parti IV ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

4.   Fil-każijiet fejn intrapriża ta' l-ipproċessar, tiddeidra jew tipproċessa prodotti minbarra l-għalf niexef, hija għandha żżomm reġistri separati tal-ħażna tat-tali attivitajiet oħrajn ta' deidratazzjoni u ta' pproċessar.

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.”"

(2)

L-Artikolu 14 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Kuntratti

1.   Kull kuntratt imsemmi fl-Artikolu 86(1), fil-punti (a) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jinkludi, b’mod partikolari:

a)

il-prezz li għandu jitħallas lil dak li jkabbar l-għalf aħdar jew, jekk xieraq, l-għalf imnixxef fix-xemx;

b)

iż-żona li minnha għandu jitwassal l-għalla lill-proċessatur;

ċ)

il-konsenja u t-termini tal-ħlas;

d)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet firmatarji tal-kuntratt;

e)

id-data illi fiha jkun konkluż;

f)

is-sena tas-suq ikkonċernata;

g)

it-tip jew it-tipi ta' għalf li se jiġu pproċessati u l-kwantità li probabbli se tkun involuta;

h)

l-identifikazzjoni tal-pakkett/i li fuqu/fuqhom se jitkabbar l-għalf għall-ipproċessar, b’referenza għall-applikazzjoni għall-għajnuna unika li fiha ġew iddikjarati dawn il-pakketti, skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 u, fejn kuntratt kien konkluż jew fejn saret dikjarazzjoni tal-konsenja qabel id-data ta’ sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna unika, l-intrapriża tiddikjara dawk il-pakketti fl-applikazzjoni għall-għajnuna unika.

2.   Meta intrapriża ta' l-ipproċessar tkun qiegħda teżegwixxi kuntratt ta’ordni speċjali għall-ipproċessar ta’ l-għalf kif imsemmi fl-Artikolu 86(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 konkluż ma' produttur indipendenti jew ma' wieħed jew iktar mill-membri tagħha stess, il-kuntratt għandu wkoll jindika:

a)

il-prodott mitmum li għandu jiġi kkonsenjat;

b)

l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-produttur,”

(3)

L-Artikolu 22a li ġej jiddaħħal fil-Kapitolu 9:

“Artikolu 22 a

Sistemi ta' spezzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta' spezzjoni biex jivverifikaw li kull intrapriża ta' l-ipproċessar tkun ikkonformat ma' dan li ġej:

(a)

il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 1, 3, 86 sa 89 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-Artikoli 12 u 14 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-kwantitajiet, koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jikkorrispondu mal-kwantitajiet ta' għalf niexef, tal-kwalità minima meħtieġa, li jitilqu mill-intrapriżi ta' l-ipproċessar.

2.   L-għalf niexef għandu jintiżen malli jħalli l-impjant ta' l-ipproċessar u għandhom jittieħdu kampjuni tiegħu.

3.   Qabel ma jiġu adottati d-dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.”

(4)

Fl-Artikolu 33(2), il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, reġistru komprensiv ta’ l-enerġija użata fil-produzzjoni ta’ l-għalf deidratat, skond l-Anness I għal dan ir-Regolament, u l-bidliet fiż-żoni ta’ għalf leguminuż u għalf aħdar ieħor soġġett għall-ipproċessar kif imsemmi fl-Artikolu 86(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, skond l-Anness II għal dan ir-Regolament, fis-sena ta’ tmexxija fis-suq ta’ qabel,”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 146/2008 (ĠU L 46, 21.02.2008, p. 1).

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 114. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 456/2006 (ĠU L 82, 21.3.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1388/2007 (ĠU L 310, 28.11.2007, p. 3).


15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 233/2008

ta' l-14 ta' Marzu 2008

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mis-16 ta’ Marzu 2008 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

(5)

Madankollu, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2008 ta’ l-20 ta' Diċembru 2007 li jdaħħal sospensjoni temporanja tad-dazji ta’ l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2007/2008 (3), l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji stabbiliti minn dan ir-Regolament hija sospiża,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Marzu 2008 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil Brussel, 14 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6). Ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).

(3)  ĠU L 1, 4.1.2008, p. 1.


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli tas-16 ta' Marzu 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00  (*)

ta' kwalità medja

0,00  (*)

ta' kwalità baxxa

0,00  (*)

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00  (*)

1002 00 00

SEGALA

0,00  (*)

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00  (*)

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00  (*)


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.

(*)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 1/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

29.2.2008-13.3.2008

1.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (**)

Qamħ iebes kwalità baxxa (***)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

364,10

144,71

Prezz FOB USA

446,78

436,78

416,78

176,70

Tariffa fuq il-Golf

95,51

10,40

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

2.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

43,76  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

36,26  EUR/t


(*)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(**)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(***)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73/13


DEĊIŻJONI Nru 234/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-11 ta’ Marzu 2008

li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċizjoni tal-Kunsill 91/116/KEE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-konsultazzjoni ta’ l-utenti u l-produtturi ta’ tagħrif statistiku kif ukoll ta’ min iwieġeb għat-talbiet ta’ tali tagħrif hi essenzjali għat-tħejjija u l-iżvilupp tal-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku.

(2)

Il-Kumitat Konsultattiv Ewropew dwar it-Tagħrif Statistiku fl-Ambiti Ekonomiċi u Soċjali mwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (3) bħalissa jgħin lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni ta’ l-għanijiet tal-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku, b’kunsiderazzjoni għar-rekwiżiti ta’ l-utenti u l-ispejjeż imġarrba mill-fornituri u l-produtturi tat-tagħrif.

(3)

Il-Kumitat Konsultattiv Ewropew dwar it-Tagħrif Statistiku kien utli fl-Ambiti Ekonomiċi u Soċjali, iżda bidliet li seħħew fil-Komunità, b’mod partikolari t-tkabbir tagħha għal 27 Stat Membru, jeħtieġu għadd ta’ bidliet rigward ir-rwol, il-mandat, il-kompożizzjoni u l-proċeduri tiegħu. Għall-finijiet ta’ ċarezza, jeħtieġ li l-Kumitat jiġi sostitwit b’ Kumitat Konsultattiv Ewropew dwar l-Istatistika ġdid (“il-Kumitat”).

(4)

Il-Kumitat għandu jagħti sehmu għal koperazzjoni mill-qrib fil-proċess ta’ l-ippjanar tal-programm għat-titjib tal-governanza tas-Sistema ta’ l-Istatistika Ewropea u għaż-żieda fil-kwalità ta’ l-istatistika Komunitarja. Għal dan il-għan, għandha tinżamm kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (4) u mal-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/115/KEE (5).

(5)

Għandu jintlaħaq bilanċ bejn il-bżonn li jitnaqqas in-numru ta’ membri sabiex jippermetti lill-Kumitat li jaħdem b’mod effiċjenti f’Komunità mkabbra u l-bżonn li jippermetti r-rappreżentanza tal-partijiet interessati kollha fl-istatistika Komunitarja, kif mitlub fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2005.

(6)

Sabiex jiġu milħuqa l-għanijiet ta’ valutazzjoni aħjar u l-bilanċ bejn l-benefiċċji u l-ispejjeż tar-rekwiżiti ta’ l-istatistika Komunitarja u l-ibbilanċjar mill-ġdid u tnaqqis tal-piż tal-leġiżlazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja, biex b’hekk tiġi mħaffa l-konformità mat-talba li kull ma tmur tikber, il-Kumitat għandu jkollu sehem akbar fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta’ l-istatistika.

(7)

Il-Kumitat għandu jservi ta’ mezz ta’ konsultazzjoni mill-utenti, minn min iwieġeb u mill-produtturi tat-tagħrif statistiku dwar l-għanijiet tal-politika Komunitarja ta’ tagħrif statistiku.

(8)

Id-Deċiżjoni 91/116/KEE għandha għalhekk tiġi rrevokata,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kumitat Konsultattiv Ewropew ta’ l-Istatistika

1.   Il-Kumitat Konsultattiv Ewropew ta’ l-Istatistika (minn issa ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”) hu hawnhekk stabblit.

2.   Il-Kumitat għandu jgħin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni billi jiżgura li jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ l-utenti u l-ispejjeż li jaqgħu fuq il-fornituri u l-produtturi tat-tagħrif fil-koordinazzjoni ta’ l-għanijiet u l-prijoritajiet strateġiċi tal-politika ta’ tagħrif dwar l-istatistika Komunitarja.

3.   Dik l-għajnuna għandha tkopri l-oqsma statistiċi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku.

Artikolu 2

Kompiti

1.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat minn kmieni fit-tħejjija tal-programm Komunitarju ta’ l-istatistika. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu u jindirizza b’mod partikolari:

(a)

ir-rilevanza tal-programm Komunitarju ta’ l-istatistika għar-rekwiżiti ta’ l-integrazzjoni u l-iżvilupp Ewropew, kif espress mill-istituzzjonijiet Komunitarji, l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, il-kategoriji ekonomiċi u soċjali varji u l-gruppi xjentifiċi;

(b)

ir-rilevanza għall-programm Komunitarju ta’ l-istatistika għall-attivitajiet tal-Komunità, b’kunsiderazzjoni ta’ l-iżviluppi ekonomiċi, soċjali u tekniċi;

(ċ)

il-bilanċ fir-rigward tal-prijoritajiet u r-riżorsi bejn iż-żoni differenti tal-programm Komunitarju ta’ l-istatistika u l-programm ta’ xogħol ta’ l-istatistika annwali tal-Kummissjoni, u l-fattibilita’ li jerġgħu jiġu ewalwati l-prijoritajiet tax-xogħol statistiku;

(d)

l-adegwatezza tar-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta’ l-istatistika inklużi l-ispejjeż magħmula direttament kemm mill-Komunità kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali; u jekk l-iskop, il-livell tad-dettall u l-ispejjeż ta’ l-istatistika Ewropea humiex xierqa għall-bżonnijiet ta’ l-utenti;

(e)

l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-provvista tat-tagħrif statistiku mill-fornituri tat-tagħrif u l-possibilitajiet li jonqos il-piż tat-tweġibiet, b’referenza partikolari għall-piż fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

2.   Il-Kumitat għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn iż-żoni fejn jista’ jkun meħtieġ li jiġu żviluppati attivitajiet statistiċi ġodda u għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kif ittejjeb ir-rilevanza ta’ l-istatistika Ewropea għall-utenti, b’kunsiderazzjoni ta’ l-ispejjeż għall-fornituri u l-produtturi tat-tagħrif.

Artikolu 3

Relazzjonijiet ma’ l-istituzzjonijiet Komunitarji u entitajiet oħra

1.   Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar is-suġġetti li għandhom x’jaqsmu mar-rekwżiti ta’ l-utent u dwar l-ispejjeż imġarrba mill-fornituri tad-data, fl-iżvilupp tal-Politika Komunitarja ta’ tagħrif statistiku, fil-prijoritajiet tal-programm Komunitarju ta’ l-istatistika, fil-valutazzjoni ta’ l-istatistika eżistenti, fil-kwalità tad-data u fil-politika ta’ tixrid.

2.   Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu u jippreżenta r-rapporti dwar ir-rekwiżiti ta’ l-utent u l-ispejjeż li jaqgħu fuq il-fornituri tad-data fil-produzzjoni u t-tixrid ta’ l-istatistika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kull meta jqis li dan hu meħtieġ għat-twettiq tal-ħidma tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta annwalment dwar kif qieset l-opinjonijiet tal-Kumitat.

3.   Sabiex iwettaq il-ħidma tiegħu, il-Kumitat għandu jikkoopera mal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika u l-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti. Għandu jinforma regolarment lil dawk iż-żewġ Kumitati dwar l-opinjonijiet tiegħu fir-rigward tal-kompiti deskritti fl-Artikolu 2 u għandu jibagħatilhom l-opinjonijiet u r-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi relazzjonijiet mal-kunsilli ta’ l-utent ta’ l-istatistika nazzjonali.

Artikolu 4

Kompożizzjoni u proċedura għall-ħatra

1.   Il-Kumitat għandu jkun kostitwit minn 24 membru, kif ġej:

(a)

Tnax-il membru għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. Dawn għandhom jaġixxu indipendentement. Bil-ħsieb li jinħatru dawn it-tnax il-membru, kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni lista ta’ tliet kandidati bi kwalifiki stabbiliti sew fil-qasam ta’ l-istatistika. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-selezzjoni ta’ t-tnax-il membru jirrappreżentaw b’mod ugwali lill-utenti, lil min iwieġeb u lill-partijiet l-oħra interessati fl-istatistika Ewropea (inkluża l-komunità xjentifika, il-partijiet soċjali u s-soċjetà ċivili). It-tnax il-membru għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom fil-kapaċità personali tagħhom.

(b)

Ħdax-il membru għandhom jiġu maħtura direttament mill-istituzzjonijiet u mill-entitajiet li għalihom jappartjenu, kif ġej:

(i)

membru li jirrappreżenta lill-Parlament Ewropew,

(ii)

membru li jirrappreżenta lill-Kunsill,

(iii)

membru li jirrappreżenta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

(iv)

membru li jirrappreżenta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

(v)

membru li jirrappreżenta lill-Bank Ċentrali Ewropew,

(vi)

żewġ membri li jirrappreżentaw lill-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika,

(vii)

membru li jirrappreżenta l-Konfederazzjoni tan-Negozju Ewropea (BUSINESSEUROPE),

(viii)

membru li jirrappreżenta l-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejdjunjins (ETUC),

(ix)

membru li jirrappreżenta l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Impriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju ta’ l-Artiġjanat, u

(x)

il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

(ċ)

Id-Direttur Ġenerali ta’ l-Eurostat se jkun membru ex-officio tal-Kumitat, mingħajr id-dritt tal-vot.

2.   Il-lista tal-membri tal-Kumitat għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, Serje C.

Artikolu 5

Tul tal-mandat

1.   Il-Membri tal-Kumitat se jinħatru għal perjodu ta’ ħames snin, li jiġġedded darba. Ma’ tmiem it-terminu tal-ħatra tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fil-ħatra sakemm jiġu ssostitwiti jew sakemm il-ħatra tagħhom tiġġedded.

2.   Jekk il-membri jirriżenjaw qabel tmiem it-terminu tal-ħatra tagħhom, għandhom ikunu ssostitwiti għall-bqija tat-terminu minn membri maħtura skond l-Artikolu 4.

Artikolu 6

Struttura u funzjoni

1.   Il-Kumitat għandu jaħtar il-President tiegħu minn fost il-membri maħtura mill-Kummissjoni. Il-President għandu jinħatar għal perjodu ta’ ħames snin, li jiġġedded darba.

2.   Il-President għandu jlaqqa’ l-Kumitat mill-inqas darba fis-sena, jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq it-talba ta’ għall-inqas terz mill-membri tiegħu.

3.   Għat-tħejjija ta’ l-opinjonijiet fuq suġġetti statistiċi tassew kumplessi, il-Kumitat jista’, bi ftehim mal-Kummissjoni jistabbilixxi gruppi ta’ xogħol temporanji li għandhom jiġu ppreseduti minn membru tal-Kumitat. Kull grupp tax-xogħol għandu jkun magħmul minn esperti li jipprovdu bilanċ xieraq ta’ sfondi professjonali u distribuzzjoni ġeografika. Il-Presidenti ta’ dawn il-gruppi ta’ ħidma għandhom jibagħtu r-riżultati tal-proċedimenti tagħhom fil-format ta’ rapport f’laqgħa tal-Kumitat.

4.   Għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Kumitat jista’ jitlob li jsiru studji u jorganizza seminars.

5.   Ir-rappreżentanti ta’ kwalunkwe dipartiment ikkonċernat tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat u fil-gruppi tax-xogħol bħala osservaturi.

Il-President jista’ jawtorizza lill-osservaturi l-oħra biex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat.

6.   Is-servizzi segretarjali għandhom jiġu pprovduti għall-Kumitat u gruppi ta’ ħidma mill-Kummissjoni.

7.   L-ispejjeż tal-Kumitat għandhom ikunu inklużi fl-estimi baġitarji tal-Kummissjoni.

Artikolu 7

Proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet

Il-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jispeċifikaw fid-dettal r-regoli ta’ proċedura interna tal-Kumitat.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 287 tat-Trattat, il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu meħtieġa li ma jikxfux informazzjoni li jkunu kisbu aċċess għaliha permezz tal-proċeduri tal-Kumitat jew ta’ grupp ta’ ħidma, jekk il-Kummissjoni tgħarrafhom li tali tagħrif miksub jista’ jiġi ġġustifikat bħala ta’ natura kunfidenzjali, jew jekk ir-risposta għal rikjesta għal opinjoni mitluba jew għall-mistoqsija mqajma jagħtu lok għall-iżvelar ta’ tali tagħrif kunfidenzjali.

Artikolu 9

Regoli ta’ Proċedura Interni

Wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jiġu trażmessi għal skopijiet ta’ informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 10

Tħassir

Id-Deċiżjoni 91/116/KEE hija mħassra.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Ġunju 2008.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 97, 28.4.2007, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Frar 2008.

(3)  ĠU L 59, 6.3.1991, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 97/255/KE (ĠU L 102, 19.4.1997, p. 32).

(4)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

(5)  ĠU L 59, 6.3.1991, p. 19. Id-Deċiżjoni kif sostitwita bid-Deċiżjoni 2006/856/KE (ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21).


15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73/17


DEĊIŻJONI Nru 235/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza ta’ l-Istatistika

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE (1),

Billi:

(1)

Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti standards li japplikaw madwar l-Ewropa kollha dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabilità ta’ l-awtoritajiet ta’ l-istatistika nazzjonali u Komunitarji wasslet lill-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (2), sabiex japprova unanimament, fil-laqgħa ta’ l-24 ta’ Frar 2005, il-Kodiċi ta’ Prattika dwar l-Istatistika Ewropea (hawn aktar ‘il quddiem “Kodiċi ta’ Prattika”) kif preżentat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabilità ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji ta’ l-Istatistika.

(2)

Il-Kodiċi ta’ Prattika hawn fuq imsemmi għandu l-għan doppju litejjeb il-fiduċja u l-kunfidenza fl-awtoritajiet ta’ l-istatistika billi jipproponi ċerti arranġamenti istituzzjonali u ta’ organizzazzjoni u, jsaħħaħ il-kwalità ta’ l-istatistika li jipproduċu.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tal-25 ta’ Mejju 2005 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabilità ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji ta’ l-Istatistika, l-Kummissjoni irrikonoxxiet l-użu ta’ korp konsultattiv estern li jkun jista’ jieħu rwol attiv fis-superviżjoni ta’ kif jiġi implimentat l-Kodiċi tal-Prattika mis-Sistema Ewropea ta’ l-Istatistika bħala entità sħiħa. Fir-Rakkomandazzjoni tagħha tal-25 ta’ Mejju 2005, il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tikkunsidra tipproponi l-istabbiliment ta’ korp konsultattiv estern ta’ dan it-tip.

(4)

Fit-8 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill ikkonkluda li korp konsultattiv ġdid ta’ livell għoli ser isaħħaħ l-indipendenza, l-integrità u r-responsabilità tal-Kummissjoni (Eurostat) u, fil-kuntest tal-valutazzjoni inter pares ta’ l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika Ewropea ta’ l-Istatistika, tas-Sistema Ewropea ta’ l-Istatistika. Il-Kunsill irrakkomanda li l-korp għandu jkun grupp żgħir ta’ persuni indipendenti maħtura abbażi tal-kompetenza tagħhom.

(5)

Il-membri ta’ dak il-korp għandhom jipprovdu taħlita kumplimentari ta’ kompetenzi u esperjenza, billi jużaw, per eżempju, nies mill-akkademja u dawk b’esperjenza professjonali nazzjonali u/jew internazzjonali fil-qasam ta’ l-istatistika.

(6)

Il-korp għandu jistabbilixxi valutazzjoni għall-Kummissjoni (Eurostat) dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika analogu għall-valutazzjoni inter pares ta’ l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ l-Istatistika.

(7)

Meta xieraq, għandu jiġi mħeġġeġ djalogu mal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika u mal-Kumitat Konsultattiv ta’ l-Istatistika Ewropea stabbilit bid-Deċiżjoni Nru. 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar il-Kodiċi ta’ Prattika, kif ukoll mal-korpi interessati ta’ l-Istati Membri.

(8)

Għandu għalhekk jiġi stabbilit korp konsultattiv, u l-kompiti u l-istruttura tiegħu għandhom ikunu definiti mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Bord Konsultattiv

B’dan huwa stabbilit il-Bord Ewropew Konsultattiv tal-Governanza ta’ l-Istatistika (minn issa ‘l quddiem “il-Bord”). L-għan tal-Bord ikun li jipprovdi analiżi ġenerali tas-Sistema Ewropea ta’ l-Istatistika dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar l-Istatistika Ewropea (minn issa ‘l quddiem “Kodiċi ta’ Prattika”).

Artikolu 2

Kompiti

1.   Il-kompiti tal-Bord għandhom ikunu:

(a)

li jipprepara rapport annwali għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika peress li jirrelata mal-Kummissjoni (Eurostat) u li jittrażmetti dak ir-rapport lill-Kummissjoni qabel ma jippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

(b)

li f’dak ir-rapport annwali jinkludi valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika fis-Sistema Ewropea ta’ l-Istatistika fit-totalità tiegħu;

(ċ)

li jagħti parir lill-Kummissjoni dwar miżuri xierqa biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika safejn dan jirrelata mall-Kummissjoni (Eurostat) u mas-Sistema Ewropea ta’ l-Istatistika fit-totalità tagħha;

(d)

li jagħti parir lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-komunikazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika lill-utenti u lill-fornituri tad-data;

(e)

li jagħti parir lill-Kummissjoni (Eurostat) u lill-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika dwar l-aġġornar tal-Kodiċi ta’ Prattika.

2.   Il-Bord jista’ jikkonsulta lill-Kummissjoni u għandu jwieġeb għall-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-kunfidenza ta’ l-utenti fl-istatistika Ewropea, f’konformità mal-kompiti stabbliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Il-Membri tal-Bord

1.   Il-Bord għandu jikkonsisti minn seba’ membri, inkluż il-president. Huma għandhom jaġixxu indipendentement. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tkun irrappreżentata bħala osservatur.

2.   Il-membri tal-Bord għandhom jintgħażlu minn fost esperti li għandhom kompetenza eċċellenti fil-qasam ta’ l-istatistika, għandhom iwettqu d-doveri tagħhom fil-kapaċità personali tagħhom u għandhom jintagħżlu biex jipprovdu firxa ta’ ħiliet u esperjenzi li jikkumplimentaw lil xulxin.

3.   Il-Kunsill għandu jagħżel il-president tal-Bord u l-Parlament Ewropew għandu japprova n-nomina tiegħu jew tagħha, wara li jkunu ikkonsultaw lill-Kummissjoni.

Il-president m’għandux ikun membru attwali ta’ uffiċċju nazzjonali ta’ l-istatistika jew tal-Kummissjoni jew ikun żamm tali kariga fl-aħħar sentejn.

Wara li jkunu kkonsultaw il-Kummissjon, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaħtru tliet membri tal-Bord.

4.   It-terminu ta’ kariga għall-president u l-membri tal-Bord għandu jkun tliet snin, rinnovabbli darba.

5.   Jekk membru jirriżenja qabel ma jiskadi t-terminu tiegħu/tagħha ta’ kariga, huwa/hija għandu jkun sostitwit b’membru ġdid, maħtur skond dan l-Artikolu li għandu jservi terminu sħiħ.

Artikolu 4

Il-Proċedimenti

1.   Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess, li għandhom isiru pubbliċi.

2.   Ir-rapport annwali tal-Bord, imsemmi fl-Artikolu 2 (1)(a), għandu jsir pubbliku wara li jkun tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Barra minn dan, il-Bord jista’ jiddeċiedi li jippubblika kwalunkwe konklużjoni, konklużjoni parzjali jew dokument ta’ ħidma, sakemm dan ġie kkomunikat minn qabel lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni (Eurostat) jew kwalunkwe korp ieħor involut b’opportunità xierqa għal tweġiba.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 287 tat-Trattat, il-membri tal-Bord għandhom jiġu rikjesti li ma jiżvelawx tagħrif li ġabu aċċess għalih permezz tal-proċedimenti tal-Bord, jekk il-Kummissjoni tgħarrafhom li tali tagħrif miksub jista’ jiġi ġġustifikat bħala ta’ natura kunfidenzjali, jew jekk ir-risposta għal-rikjesta għal opinjoni mitluba jew għall-mistoqsija mqajma jagħtu lok għall-iżvelar ta’ tali tagħrif kunfidenzjali.

4.   Il-Bord għandu jkun mgħejjun minn Segretarjat li għandu jiġi fornut mill-Kummissjoni iżda għandu jkun indipendenti minnha. Is-Segretarju tal-Bord għandu jinħatar mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Bord. Is-Segretarju għandu jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tal-Bord.

5.   L-ispejjeż tal-Bord għandhom ikunu inklużi fl-estimi baġitarji tal-Kummissjoni.

Artikolu 5

Għandha titwettaq reviżjoni ta’ l-irwol u l-effikaċja tal-Bord tliet snin wara l-istabbiliment tiegħu.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Frar 2008.

(2)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

(3)  Ara paġna 13 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Frar 2008

dwar il-konklużjoni ta’ Protokolli li jemendaw il-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u, rispettivament, il-Gvern tal-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Libanu, ir-Repubblika tal-Maldivi, ir-Repubblika tal-Moldavja, il-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija

(2008/224/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Kemm ir-Repubblika tal-Bulgarija kif ukoll ir-Rumanija ffirmaw ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru mal-Ġeorġja fid-19 ta’ Jannar 1995 u fis-26 ta’ Marzu 1996, rispettivament.

(2)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (2) ġie ffirmat fi Brussell fit-3 ta’ Mejju 2006.

(3)

Kemm ir-Repubblika tal-Bulgarija kif ukoll ir-Rumanija ffirmaw ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru mar-Repubblika tal-Libanu fis-17 ta’ Frar 1967 u fil-25 ta’ Frar 1967, rispettivament.

(4)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (3) ġie ffirmat f’Bejrut fis-7 ta’ Lulju 2006.

(5)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija ffirmat ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru mar-Repubblika tal-Maldivi f’Male fit-13 ta’ Awwissu 2006.

(6)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (4) ġie ffirmat fi Brussell fil-21 ta’ Settembru 2006.

(7)

Kemm ir-Repubblika tal-Bulgarija kif ukoll ir-Rumanija ffirmaw ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru mar-Repubblika tal-Moldavja fis-17 ta’ April 1996 u fit-28 ta’ Ġunju 1993, rispettivament.

(8)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldavja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (5) ġie ffirmat fi Brussell fil-11 ta’ April 2006.

(9)

Kemm ir-Repubblika tal-Bulgarija kif ukoll ir-Rumanija ffirmaw ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru mar-Repubblika ta’ Singapor fit-28 ta’ Novembru 1969 u fil-11 ta’ Jannar 1978, rispettivament.

(10)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (6) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fid-9 ta’ Ġunju 2006.

(11)

Ir-Rumanija ffirmat ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru mar-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj f’Bukarest fil-31 ta’ Mejju 1996.

(12)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (7) ġie ffirmat f’Montevideo fit-3 ta’ Novembru 2006.

(13)

It-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005 ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007.

(14)

Huwa meħtieġ Protokoll li jemenda l-Annessi I u II ta’ kull wieħed mill-Ftehim msemmija hawn fuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati rispettivi sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni taż-żewġ Stati Membri ġodda.

(15)

In-negozjati huma bbażati fuq il-mandat ta’ negozjati li l-Kunsill ta lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ġunju 2003.

(16)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Protokolli jiġu konklużi f’isem il-Komunità,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokolli li ġejjin b’dan huma approvati f’isem il-Komunità:

il-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru;

il-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru;

il-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru;

il-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldavja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru;

il-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru;

il-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru.

It-test tal-Protokolli huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità Ewropea, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 3 ta’ kull wieħed mill-Protokolli.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 215, 5.8.2006, p. 17.

(4)  ĠU L 286, 17.10.2006, p. 20.

(5)  ĠU L 126, 13.5.2006, p. 24.

(6)  ĠU L 243, 6.9.2006, p. 22.

(7)  ĠU L 330, 28.11.2006, p. 19.


PROTOKOLL

li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa waħda, u

L-GVERN TAL-ĠEORĠJA,

min-naħa l-oħra,

(minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”),

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u l-Ġeorġja, iffirmati f’Sofja fid-19 ta’ Jannar 1995 u fi Tbilisi fis-26 ta’ Marzu 1996, rispettivament,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-ftehim orizzontali”), iffirmat fi Brussell fit-3 ta’ Mejju 2006;

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt (a) ta’ l-Anness I, tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw lill-Awstrija u lill-Olanda, rispettivament:

“—

il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ġeorġja dwar is-servizzi bl-ajru, magħmul f‘Sofja fid-19 ta’ Jannar 1995, minn hawn ‘il quddiem ‘il-Ftehim Ġeorġja - Bulgarija’ fl-Anness II,”

“—

il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar is-servizzi bl-ajru, magħmul fi Tbilisi fis-26 ta’ Marzu 1996, minn hawn ‘il quddiem ‘il-Ftehim Ġeorġja - Rumanija’ fl-Anness II,”.

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Anness II tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw “il-Ftehim Ġeorġja - Belġju” u “l-Ftehim Ġeorġja - Polonja”, rispettivament:

(a)

fil-punt (a) “Denominazzjoni minn Stat Membru”:

“—

l-Artikolu 3(5) tal-Ftehim Ġeorġja - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 3(4) tal-Ftehim Ġeorġja - Rumanija;”;

(b)

fil-punt (b) “Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew -permessi”:

“—

l-Artikolu 4(1)(a) tal-Ftehim Ġeorġja - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 4(1)(a) tal-Ftehim Ġeorġja - Rumanija;”;

(ċ)

fil-punt (d) “Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni”:

“—

l-Artikolu 5 tal-Ftehim Ġeorġja - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Ġeorġja - Rumanija;”;

(d)

fil-punt (e) “Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea”:

“—

l-Artikolu 6 tal-Ftehim Ġeorġja - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 8 tal-Ftehim Ġeorġja - Rumanija;”.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub bit-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll ser jiġi mfassal bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Polakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Ġeorġjana, b’kull test ugwalment awtentiku.


PROTOKOLL

li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

min-naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU,

min-naħa l-oħra,

(minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”),

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u r-Repubblika tal-Libanu, iffirmati f’Bejrut fis-17 ta’ Frar 1967 u f’Bejrut fil-25 ta’ Frar 1967, rispettivament,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-ftehim orizzontali”), iffirmat fi Brussell fis-7 ta’ Lulju 2006;

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt (a) ta’ l-Anness I, tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw lill-Belġju u lill-Polonja, rispettivament:

“—

il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Libanu dwar is-servizzi bl-ajru, magħmul f’Bejrut fis-17 ta’ Frar 1967 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim Libanu - Bulgarija’);”;

“—

il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Libanu dwar is-servizzi bl-ajru, magħmul f’Bejrut fil-25 ta’ Frar 1967 (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Ftehim Libanu - Rumanija’);”.

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Anness II tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw “il-Ftehim Libanu - Belġju” u “l-Ftehim Libanu - Polonja”, rispettivament:

(a)

fil-punt (a) “Denominazzjoni minn Stat Membru”:

“—

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Libanu - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Libanu - Rumanija;”;

(b)

fil-punt (b) “Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi”:

“—

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Libanu - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Libanu - Rumanija;”;

(ċ)

fil-punt (d) “Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni”:

“—

l-Artikolu 6 tal-Ftehim Libanu - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 8 tal-Ftehim Libanu - Rumanija;”;

(d)

fil-punt (e) “Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea”:

“—

l-Artikolu 10 tal-Ftehim Libanu - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Libanu - Rumanija;”.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub bit-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll ser jiġi mfassal bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Polakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Għarbija, b’kull test ugwalment awtentiku.


PROTOKOLL

li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

min-naħa waħda, u

R-REPUBBLIKA TAL-MALDIVI

min-naħa l-oħra,

(minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”),

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Maldivi, iffirmat f’Male fit-13 ta’ Awwissu 1996,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-ftehim orizzontali”), iffirmat fi Brussell fil-21 ta’ Settembru 2006;

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija ma’ l-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt (a) ta’ l-Anness I, tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw lill-Belġju u lill-Polonja, rispettivament:

“—

il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Maldivi dwar is-servizzi bl-ajru, magħmul f’Male fit-13 ta’ Awwissu 2006 minn hawn ‘il quddiem ‘il-Ftehim Maldivi - Bulgarija’ fl-Anness II;”.

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Anness II tal-ftehim orizzontali wara l-entrata li tikkonċerna “l-Ftehim Maldivi - Awstrija”:

(a)

fil-punt (a) “Denominazzjoni minn Stat Membru”:

“—

l-Artikolu 3(1) tal-Ftehim Maldivi - Bulgarija;”

(b)

fil-punt (b) “Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi”:

“—

l-Artikolu 4(1)(a) tal-Ftehim Maldivi - Bulgarija;”

(ċ)

fil-punt (d) “Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni”:

“—

l-Artikolu 7 tal-Ftehim Maldivi - Bulgarija;”

(d)

fil-punt (e) “Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea”:

“—

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Maldivi - Bulgarija;”.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub bit-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll ser jiġi mfassal bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Polakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Maldiva Dhivehi, b’kull test ugwalment awtentiku.


PROTOKOLL

li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldavja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

min-naħa, u

R-REPUBBLIKA TAL-MOLDAVJA,

min-naħa l-oħra,

minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Bulgarija u r-Rumanija u r-Repubblika tal-Moldavja, iffirmati f’Sofja fis-17 ta’ April 1996 u f’Chisinau fit-28 ta’ Ġunju 1993, rispettivament,

Wara li kkunsidraw il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldavja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-ftehim orizzontali”), iffirmat fi Brussell fil-11 ta’ April 2006,

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt (a) ta’ l-Anness I, tal-ftehim orizzontali wara l-entrata li tikkonċerna lill-Awstrija u lill-Polonja, rispettivament:

“—

il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Moldavja dwar is-servizzi bl-ajru bejn it-territorji tagħhom u lil hinn minnhom, magħmul f’Sofja fis-17 ta’ April 1996, minn hawn ‘il quddiem ‘il-Ftehim Moldavja - Bulgarija’);”;

“—

il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Moldavja dwar is-servizzi bl-ajru, magħmul f’Chisinau fit-28 ta’ Ġunju 1993, kif emendat mill-Protokoll Addizzjonali ffirmat f’Bukarest fil-31 ta’ Jannar 2003, kif emendat l-aħħar permezz ta’ l-iskambju ta’ noti datati l-5 ta’ Mejju 2004 u, rispettivament, it-12 ta’ Mejju 2004 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim Moldavja - Rumanija’);”.

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Anness II tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw “il-Ftehim Moldavja - Awstrija” u “l-Ftehim Moldavja - Polonja”, rispettivament:

(a)

fil-punt (a) “Denominazzjoni minn Stat Membru”:

“—

l-Artikolu 3(5) tal-Ftehim Moldavja - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Moldavja - Rumanija;”;

(b)

fil-punt (b) “Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi”:

“—

l-Artikolu 4(1)(a) tal-Ftehim Moldavja - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 4(1)(a) tal-Ftehim Moldavja - Rumanija;”;

(ċ)

fil-punt (d) “Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni”:

“—

l-Artikolu 7 tal-Ftehim Moldavja - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Moldavja - Rumanija;”;

(d)

fil-punt (e) “Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea”:

“—

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Moldavja - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 8 tal-Ftehim Moldavja - Rumanija;”.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub bit-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll ser jiġi mfassal bil-lingwi uffiċċjali tal-Partijiet, b’kull test ugwalment awtentiku.


PROTOKOLL

li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ SINGAPOR,

min-naħa l-oħra,

(minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”),

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor, iffirmati f’Singapor fit-28 ta’ Novembru 1969 u f’Singapor fil-11 ta’ Jannar 1978, rispettivament,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-ftehim orizzontali”), iffirmat fil-Lussemburgu fid-9 ta’ Ġunju 2006,

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt (a) ta’ l-Anness I, tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw lill-Awstrija:

“—

il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Bulgarija dwar is-servizzi bl-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom u lil hinn minnhom, magħmul f’Singapor fit-28 ta’ Novembru 1969, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim Singapor - Bulgarija’);”;

“—

il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor dwar is-servizzi bl-ajru, magħmul f’Singapor fil-11 ta’ Jannar 1978, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim Singapor - Rumanija’);”.

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Anness II tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw “il-Ftehim Singapor - Belġju” u “l-Ftehim Singapor - Portugall”, rispettivament:

(a)

fil-punt (a) “Denominazzjoni minn Stat Membru”:

“—

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Singapor - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Singapor - Rumanija;”;

(b)

fil-punt (b) “Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi”:

“—

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Singapor - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Singapor - Rumanija;”;

(ċ)

fil-punt (d) “Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni”:

“—

l-Artikolu 8 tal-Ftehim Singapor - Bulgarija;”

“—

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Singapor - Rumanija;”.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub bit-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll ser jiġi mfassal bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, it-test bl-Ispanjol jegħeleb il-verżjonijiet l-oħra.


PROTOKOLL

li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa waħda, u

R-REPUBBLIKA ORJENTALI TA’ L-URUGWAJ

min-naħa l-oħra,

(minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”),

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn ir-Rumanija u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj, iffirmat f’Bukarest fil-31 ta’ Mejju 1996,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-ftehim orizzontali”), iffirmat f’Montevideo fit-3 ta’ Novembru 2006,

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt (a) ta’ l-Anness I, tal-ftehim orizzontali wara l-entrata li tikkonċerna lill-Portugall:

“—

il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj dwar is-servizzi bl-ajru, magħmul f’Bukarest fil-31 ta’ Mejju 1996, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim Urugwaj - Rumanija’ fl-Anness II;”.

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Anness II tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw “l-Ftehim Urugwaj - Portugall”:

(a)

fil-punt (a) “Denominazzjoni”:

“—

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Urugwaj - Rumanija;”

(b)

fil-punt (b) “Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi”:

“—

l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim Urugwaj - Rumanija;”

(ċ)

fil-punt (d) “Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni”:

“—

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Urugwaj - Rumanija;”

(d)

fil-punt (e) “Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea”:

“—

l-Artikolu 8 tal-Ftehim Urugwaj - Rumanija;”.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub bit-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll ser jiġi mfassal bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, it-test bl-Ispanjol jegħleb il-verżjonijiet l-oħra.


Kummissjoni

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/805/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa ta’ l-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 956)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/225/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi fil-kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/805/KE ta’ l-24 ta’ Novembru 2006 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa ta’ l-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) ġiet adottata bħala reazzjoni għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll tal-mard marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’dawn l-Istati Membri.

(2)

Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni li l-qagħda tal-marda f’ċerti żoni ta’ l-istat federali ta’ Rhine-Westfalia ta’ Fuq tjiebet b’mod sinifikanti. Għalhekk il-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2006/805/KE li jikkonċernaw dawk iż-żoni ma għandhomx japplikaw iktar.

(3)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza fil-leġislazzjoni Komunitarja, il-lista ta’ l-Istati Membri kkonċernati jew ir-reġjuni tagħhom kif stipulata fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/805/KE, għandha tinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni 2006/805/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/805/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(2)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33.

(3)  ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 631–637.


ANNESS

“ANNESS

PARTI I

1.   Il-Ġermanja

A.   Rhineland-Palatinate

(a)

fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr;

(b)

fil-Landkreis Vulkaneifel: il-muniċipalitajiet ta’ Obere Kyll u Hillesheim kif ukoll il-lokalitajiet ta’ Betteldorf, Dockweiler, Dreis-Brück, Hinterweiler u Kirchweiler li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Daun, il-lokalitajiet ta’ Beinhausen, Bereborn, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Mannebach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Kelberg, il-lokalitajiet ta’ Berlingen, Duppach, Hohenfels-Essingen, Kalenborn-Scheuern, Neroth, Pelm u Rockeskyll li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Gerolstein u l-Belt ta’ Gerolstein;

(ċ)

fl-Eifelkreis Bitburg-Prüm: il-lokalitajiet ta’ Büdesheim, Kleinlangenfeld, Neuendorf, Olzheim, Roth bei Prüm, Schwirzheim u Weinsheim li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Prüm.

B.   Rhine-Westfalia ta’ Fuq

(a)

fil-Kreis Euskirchen: l-ibliet ta’ Bad Münstereifel, Mechernich, Schleiden, il-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen (iċ-ċentru), Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim, Stotzheim, Wißkirchen fil-belt ta’ Euskirchen, u l-muniċipalitajiet ta’ Blankenheim, Dahlem, Hellenthal, Kall u Nettersheim;

(b)

fir-Rhein-Sieg-Kreis: il-lokalitajiet ta’ Ersdorf u Altendorf fil-belt ta’ Meckenheim, il-lokalitajiet ta’ Oberdrees, Niederdrees, Wormersdorf, Todenfeld, Hilberath, Merzbach, Irlenbusch, Queckenberg, Kleinschlehbach, Großschlehbach, Loch, Berscheidt, Eichen u Kurtenberg fil-belt ta’ Rheinbach, il-lokalitajiet ta’ Miel u Odendorf fil-muniċipalità ta’ Swisttal.

2.   Franza

It-territorju tad-Dipartiment tal-Bas-Rhin u l-Moselle li jinsab fil-punent tar-Rhine u l-kanal Rhine Marne, fit-tramuntana ta’ l-awtostrada A 4, fil-lvant tax-xmara Sarre u fin-nofsinhar tal-fruntiera mal-Ġermanja u l-muniċipalitajiet ta’ Holtzheim, Lingolsheim u Eckbolsheim.

PARTI II

1.   L-Ungerija

It-territorju tal-kontea ta’ Nógrád u t-territorju tal-kontea ta’ Pest li jinsabu fit-tramuntana u fil-lvant tad-Danubju, fin-nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-punent tal-fruntiera mal-kontea ta’ Nógrád u fit-tramuntana ta’ l-awtostrada E 71.

2.   Is-Slovakkja

It-territorju ta’ l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari (ADVA) ta’ Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti ta’ Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jinkludi d-distretti ta’ Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (li jinkludi d-distretti ta’ Lučenec u Poltár), Veľký Krtíš (li jinkludi d-distrett ta’ Veľký Krtíš), Komárno (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant ta’ l-awtostrada 64, fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija u fil-punent tad-distrett ta’ Nové Zámky), Nové Zámky (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant tad-distrett ta’ Komárno u fil-lvant ta’ l-awtostrada 64, fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada 75 u fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija) u Levice (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant tad-distrett Nové Zámky u fil-lvant ta’ l-awtostrada 66 (E77), fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada 75, fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija u fil-punent tad-distrett ta’ Veľký Krtíš).

PARTI III

1.   Il-Bulgarija

It-territorju kollu tal-Bulgarija.”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2008

ta' 5 ta’ Marzu 2008

dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni tal-Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, EU SSR GUINEA-BISSAU

(2008/226/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/112/PESK tat-12 ta’ Frar 2008 dwar il-missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, (EU SSR GINEA BISSAW) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 8(2) ta' l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK*, il-KPS hu awtorizzat, skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' EUSSR GUINEA-BISSAU, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap ta' Missjoni.

(2)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Juan Esteban Verastegui bħala l-Kap ta' EU SSR GUINEA-BISSAU.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Juan Esteban Verastegui huwa b'dan maħtur Kap ta' Missjoni tal-missjoni ta' l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, EU SSR GUINEA-BISSAU.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sakemm l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/112/PESK tiskadi.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Marzu 2008

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

M. IPAVIC


(1)  ĠU L 40, 14.2.2008, p. 11.