ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 68

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
12 ta' Marzu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 217/2008 tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 218/2008 tal-11 ta’ Marzu 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 219/2008 tal-11 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 220/2008 tal-11 ta’ Marzu 2008 li jemenda għat-93 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

11

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/216/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

14

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

15

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

12.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 68/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 217/2008

tal-11 ta’ Marzu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

91,1

MA

68,9

TN

120,5

TR

84,4

ZZ

91,2

0707 00 05

EG

178,8

JO

178,8

TR

201,6

ZZ

186,4

0709 90 70

MA

103,6

TR

165,7

ZZ

134,7

0709 90 80

EG

238,6

ZZ

238,6

0805 10 20

EG

46,2

IL

52,7

MA

60,1

TN

51,2

TR

100,7

ZZ

62,2

0805 50 10

EG

96,1

IL

86,8

TR

123,2

ZZ

102,0

0808 10 80

AR

94,4

BR

95,4

CA

73,8

CL

93,8

CN

88,5

MK

46,8

US

109,8

UY

90,0

ZZ

86,6

0808 20 50

AR

80,9

CL

96,0

CN

68,5

ZA

98,3

ZZ

85,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


12.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 68/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 218/2008

tal-11 ta’ Marzu 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 211/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1568/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 62).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 65, 8.3.2008, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mit-12 ta’ Marzu 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

22,71

4,95

1701 11 90  (1)

22,71

10,18

1701 12 10  (1)

22,71

4,76

1701 12 90  (1)

22,71

9,75

1701 91 00  (2)

23,66

13,84

1701 99 10  (2)

23,66

8,88

1701 99 90  (2)

23,66

8,88

1702 90 95  (3)

0,24

0,40


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


12.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 68/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 219/2008

tal-11 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 jelenka persuni, entitajiet u organi li, peress li ġew magħżula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt ir-Regolament.

(2)

Fit-3 ta' Marzu 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, entitajiet u organi li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. L-Anness IV għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq.

(3)

L-Artikoli 8(a), 9 u 11(b) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 jirreferu għad-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp ikun ġie maħtur mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kunsill. Hu xieraq li tkun miżjuda d-data rilevanti għal kull annotazzjoni.

(4)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 huma għalhekk mibdul bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 116/2008 (ĠU L 35, 9.2.2008, p. 1).


ANNESS

“ANNESS IV

Lista ta' persuni, entitajiet u korpi imsemmija fl-Artikolu 7 (1)

A.   Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi

(1)

Abzar Boresh Kaveh Co. (magħruf ukoll bħala BK Co.). Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: entità involuta fil-produzzjoni tal-komponenti ċentrifugi.

(2)

Grupp ta' l-Industriji tal-Munizzjon u l-Metallurġija, magħruf ukoll bħala (a) AMIG, (b) Grupp ta' l-Industriji tal-Munizzjon. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: (a) L-AMIG jikkontrolla l-entità 7th of Tir, (b) L-AMIG huwa l-proprjetà ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża (DIO) u huwa kkontrollat minnha.

(3)

Organizzazzjoni ta' l-Enerġija Atomika ta' l-Iran (Atomic Energy Organisation of Iran) (AEOI). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: entità involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(4)

Il-Bank Sepah u l-Bank Sepah Internazzjonali. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Il-Bank Sepah jipprovdi appoġġ lill-Organizzazzjoni ta' l-Industriji Ajruspazjali (AIO) u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, inkluż il-Grupp ta' l-Industrija Shahid Hemmat (SHIG) u l-Grupp ta' l-Industrija Shahid Bagheri (SBIIG).

(5)

Il-kumpaniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: (a) Kumpanija sussidjarja ta’ Saccal System companies,(b) din il-kumpanija ppruvat tixtri oġġetti sensittivi għal entità elenkata fir-riżoluzzjoni 1746 (2006).

(6)

Grupp Industrijali tal-Missili tal-Kruċiera (magħruf bħala l-Grupp ta' l-Industrija tal-Missili tad-Difiża Navali). Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(7)

Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża (DIO) Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Entità taħt il-kontroll tal-MODAFL, li xi wħud minn dawk li jaqgħu taħtha kienu involuti fil-programm taċ-ċentrifugi li joħloq komponenti, u fil-programm tal-missili, (b) Involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(8)

Il-Kumpanija Electro Sanam (magħrufa wkoll bħala(a) E. S. Co., (b) E. X. Co.). Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: AIO front-company, entità involuta fil-programm ta’ missili ballistiċi.

(9)

Ċentru ta' Riċerka u Produzzjoni tal-Karburant Nukleari Esfahan (Esfahan Nuclear Fuel Research and Production Centre) (NFRPC) u ċ-Ċentru tat-Teknoloġija Nukleari ta' Esfahan (Esfahan Nuclear Technology Centre) (ENTC). Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Dawn jagħmlu parti mill-Organizzazzjoni ta' l-Enerġija Atomika (AEOI) tal-Kumpanija ta' Produzzjoni u Xiri tal-Karburant Nukleari ta' l-Iran.

(10)

Grupp Tekniku Ettehad. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: AIO front-company, entità involuta fil-programm ta’ missili ballistiċi.

(11)

Grupp Industrijali Fajr. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Preċedentement magħruf taħt l-isem Instrumentation Factory Plant, (b) Entità mqiegħda taħt il-kontroll ta' l-AIO, (ċ) Involut fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(12)

Farayand Technique. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran (programm taċ-ċentrifugi), (b) Identifikata fir-rapporti IAEA.

(13)

Fabbriki Industrijali ta’ Preċiżjoni (IFP) Makkinarju (magħruf ukoll bħala Impjant ta’ Fabbriki ta’ Strumentazzjoni). Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: użata minn AIO għal uħud mill-attentati ta' akkwist.

(14)

Jabber Ibn Hayan. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: Il-Laborarju AEOI involut fl-attivitajiet taċ-ċiklu tal-karburant.

(15)

Joza Industrial Co. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: AIO front-company, entità involuta fil-programm ta’ missili ballistiċi.

(16)

Kala-Electric (magħrufa wkoll bħala Kalaye Electric). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Fornitur tal-PFEP – Nantaz, (b) Involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(17)

Ċentru ta' Riċerka Nukleari Karaj. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Parti mid-diviżjoni tar-riċerka ta' l-AEOI.

(18)

Kavoshyar Company. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Kumpanija sussidjarja ta' l-AEOI.

(19)

L-industriji Metallurġiċi Khorasan. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: (a) Kumpanija sussidjarja ta’ Ammunition Industries Group (AMIG) li tiddependi mid-DIO, (b) entità involuta fil-produzzjoni tal-komponenti ċentrifuġi.

(20)

Mesbah Energy Company. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Fornitur tal-fabbrikat tar-reattur sperimentali A40 – Arak, (b) Involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(21)

Niru Battery Manufacturing Company. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: (a) Kumpanija sussidjarja tad-DIO, (b) ir-rwol tagħha hu li timmanifattura power units għall-armata Iranjana inklużi s-sistemi tal-missili.

(22)

Novin Energy Company (magħrufa wkoll bħala Pars Novin). Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Topera fi ħdan l-AEOI.

(23)

Parchin Chemical Industries. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Fergħa tad-DIO.

(24)

Pars Aviation Services Company. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: tipprovdi l-manutenzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru.

(25)

Pars Trash Company. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Entità involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran (programm taċ-ċentrifugi), (b) Identifikata fir-rapporti IAEA.

(26)

Pishgam (Pioneer) Energy Industries. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: Ħadet sehem fil-kostruzzjoni tal-Faċiltà tal-Konverżjoni ta’ l-Uranju f’Esfahan.

(27)

Qods Aeronautics Industries. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Tipproduċi inġenji ta' l-ajru telegwidati (UAVs), paraxuwts, paraglajders, paramuturi, eċċ.

(28)

Grupp Industrijali Sanam. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: taqa' taħt l-AIO.

(29)

Safety Equipment Procurement (SEP). Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: AIO front-company, entità involuta fil-programm ta’ missili ballistiċi.

(30)

7th of Tir. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Entità li taqa' taħt id-DIO, rikonoxxuta ħafna bħala entità direttament involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran, (b) Involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(31)

Grupp Industrijali Shahid Bagheri (SBIG). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Entità li taqa' taħt l-AIO, (b) Involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(32)

Grupp Industrijali Shahid Hemmat (SHIG). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) entità li taqa' taħt l-AIO, (b) Involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(33)

Sho’a’ Aviation. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Tipproduċi ajruplani.

(34)

TAMAS Company. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: (a) entità involuta f'attivitajiet relatati ma' l-arrikkament, (b) TAMAS hi korp li tikkontrolla u li taħtha ġew stabbiliti erba' kumpaniji sussidjarji, inkluża waħda għall-estrazzjoni ta' l-Uranju għall-konċentrazzjoni u oħra responsabbli mill-ipproċessar ta' l-uranju, l-arrikkament u l-iskart.

(35)

Grupp Industrijali Ya Mahdi. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: taqa' taħt l-AIO.

B.   Persuni naturali

(1)

Fereidoun Abbasi-Davani. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Xjenzat responsabbli mir-riċerka fil-Ministeru tad-Difiża u ta' l-Appoġġ Loġistiku tal-Forżi Armati (MODAFL) b'rabtiet ma' l-Istitut tal-Fiżika Applikata. Jaħdem mill-qrib ma' Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi.

(2)

Dawood Agha-Jani. Funzjoni: Kap tal-PFEP – Natanz. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(3)

Ali Akbar Ahmadian. Titolu: Viċi Ammirall. Funzjoni: Kap tal-Korpi tal-Gwardja tar-Revoluzzjoni Iranjana (IRCG). Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(4)

Amir Moayyed Alai. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: involut fil-ġestjoni ta’ l-immuntar u l-inġinerija taċ-ċentrifugi.

(5)

Behman Asgarpour. Funzjoni: Maniġer Operattiv (Arak). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(6)

Mohammad Fedai Ashiani. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni ta’ l-ammonium uranyl carbonate u fil-ġestjoni ta’ kumpless ta’ arrikkament ta’ Natanz.

(7)

Abbas Rezaee Ashtiani. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: uffiċjal anzjan fl-uffiċju ta’ l-esplorazzjoni u kwistjonijiet dwar il-minjieri ta’ l-AEOI.

(8)

Bahmanyar Morteza Bahmanyar. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Finanzji u l-Baġit, Organizzazzjoni ta' l-Industriji Ajruspazjali (AIO). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(9)

Haleh Bakhtiar. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni tal-magneżju b’konċentrazzjoni ta’ 99.9 %.

(10)

Morteza Behzad. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni tal-komponenti ċentrifugi.

(11)

Ahmad Vahid Dastjerdi. Funzjoni: Kap ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industriji Ajruspazjali (AIO). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(12)

Ahmad Derakhshandeh. Funzjoni: President u Direttur Maniġerjali tal-Bank Sepah. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(13)

Mohammad Eslami. Titolu: Dr. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: Kap ta’ l-istitut ta’ l-Industriji tad-Difiża għat-Taħriġ u r-Riċerka.

(14)

Reza-Gholi Esmaeli. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Kwistjonijiet Internazzjonali, Organizzazzjoni ta' l-Industriji Ajruspazjali (AIO). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(15)

Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Xjenzat Għoli tal-MODAFL u eks-Kap taċ-Ċentru ta' Riċerka tal-Fiżika (PHRC).

(16)

Mohammad Hejazi. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kmandant tal-Forza ta' Reżistenza Bassij. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(17)

Mohsen Hojati. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Fajr. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(18)

Seyyed Hussein Hosseini. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: Uffiċjal ta’ l-AEOI involut fil-proġett tar-riċerka għar-reattur ta’ l-ilma tqil f’Arak.

(19)

M. Javad Karimi Sabet. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: Kap ta' Novin Energy Company, li hi maħtura skond ir-riżoluzzjoni 1747 (2007).

(20)

Mehrdada Akhlaghi Ketabachi. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Shahid Bagheri (SBIG). Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(21)

Ali Hajinia Leilabadi. Funzjoni: Direttur Ġenerali tal-Kumpnija ta' l-Enerġija Mesbah. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(22)

Naser Maleki. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Shahid Hemmat (SHIG). Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Naser Maleki huwa wkoll uffiċċjal tal-MODAFL li jissorvelja x-xogħol tal-programm tal-missili ballistiċi Shahab-3. Shahab-3 huwa l-programm Iranjan tal-missili ballistiċi ta' distanza twila li huwa fis-servizz bħalissa.

(23)

Hamid-Reza Mohajerani. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: Involut fil-ġestjoni tal-produzzjoni tal-Faċilità tal-Konverżjoni ta’ l-Uranju (Uranium Conversion Facility - UCF) f’Esfahan.

(24)

Jafar Mohammadi. Funzjoni: Konsulent Tekniku ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Enerġija Atomika ta' l-Iran (AEOI) (responsabbli mill-ġestjoni tal-produzzjoni tal-valvoli għaċ-ċentrifugi). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(25)

Ehsan Monajemi. Funzjoni: Maniġer tal-Proġett ta' Kostruzzjoni, Natanz Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(26)

Mohammad Reza Naqdi. Titolu: Brigadier Ġenerali. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: Eks Deputat Kap ta’ l-Istaff Ġenerali għal-Loġistika u r-Riċerka ta’ l-Industrija tal-Forzi Armati/Kap ta’ Stat tal-Kwartieri ta' Kontra l-Kutrabandu, li hu involut fl-isforz li jxejjen is-sanzjonijiet imposti bir-riżoluzzjoni 1737 (2006) and 1747 (2007).

(27)

Houshang Nobari. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: involut fil-ġestjoni tal-kumpless għall-arrikkament ta’ Natanz.

(28)

Mohammad Mehdi Nejad Nouri. Titolu: Logutenent Ġenerali. Funzjoni: Rettur ta' l-Università Malek Ashtar tat-Teknoloġija tad-Difiża. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Id-dipartiment tal-kimika ta' l-Università Ashtar tat-Teknoloġija tad-Difiża hu affiljat mal-MODALF u mexxa esperimenti fuq il-berilju. Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(29)

Mohammad Qannadi. Funzjoni: Viċi President tar-Riċerka u l-Iżvilupp ta' l-Organizzazzjoni Iranjana ta' l-Enerġija Atomika (AEOI). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(30)

Amir Rahimi. Funzjoni: Kap taċ-Ċentru ta' Riċerka u Produzzjoni tal-Karburant Nukleari Esfahan. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Iċ-Ċentru ta' Riċerka u Produzzjoni tal-Karburant Nukleari Esfahan huwa parti mill-Kumpanija ta' Produzzjoni u Xiri tal-Karburant Nukleari ta' l-AEOI, li hija involuta f'attivitajiet relatati ma' l-arrikkiment ta' l-uranju.

(31)

Abbas Rashidi. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: Involuta f’xogħol ta’ arrikkament f’Natanz.

(32)

Morteza Rezaie. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Deputat Kmandant ta' l-IRGC Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(33)

Morteza Safari. Titolu: Kontro-Ammirall. Funzjoni: Kmandant tal-Flotta IRGC. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(34)

Yahya Rahim Safavi. Titolu: Maġġur Ġeneral. Funzjoni: Kmandant, IRGC (Pasdaran). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta kemm fil-programm nukleari u fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(35)

Seyed Jaber Safdari. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Maniġer tal-Faċilitajiet ta' l-Arrikkiment ta' Natanz

(36)

Hosein Salimi. Titolu: Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-Forza ta' l-Ajru, IRGC (Pasdaran). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(37)

Qasem Soleimani. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kmandant tal-Forza Qods. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(38)

Ghasem Soleymani. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: Direttur ta’ l-Operat tat-Tħaffir għall-Uranju (Uranium Mining Operations) fil-Minjiera ta’ l-Uranju Saghand.

(39)

Mohammad Reza Zahedi. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kmandant tal-Forzi ta' l-Art ta' l-IRGC. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(40)

General Zolqadr. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Intern għall-Kwistjonijiet tas-Sigurtà, uffiċjal IRGC. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.”


12.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 68/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 220/2008

tal-11 ta’ Marzu 2008

li jemenda għat-93 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fl-1 ta’ Frar 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 198/2008 (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 10).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni “Sayyed Ghiassouddine Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Ghias, (b) Sayed Ghiasuddin Sayed Ghousuddin, (ċ) Sayyed Ghayasudin). Titlu: Maulavi. Funzjoni: (a) Ministru tal-Ħaġġ u l-Affarijiet Reliġjużi tar-reġim Taliban, (b) Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Farjab fl-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta' Faryab, l-Afganistan sa minn Mejju 2007” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Sayyed Ghiassouddine Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Ghiasuddin Sayed Ghousuddin, (b) Sayyed Ghayasudin, (a) Sayed Ghias). Titlu: Maulavi. Funzjoni: (a) Ministru tal-Ħaġġ u l-Affarijiet Reliġjużi tar-reġim Taliban, (b) Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Farjab fl-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta' Farjab, l-Afganistan sa minn Mejju ta' l-2007 (b) Involut fit-traffikar tad-droga..”

(2)

L-annotazzjoni “Ali Mohamed Abdul Aziz Al Zar’ani Al Fakhiri (magħruf ukoll bħala Ibn Al-Shaykh Al-Libi). Indirizz: Ajdabiya. Data tat-twelid: 1963. Tagħrif ieħor: Miżżewweġ lil Aliya al Adnan (cittadinanza Sirjana)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għadha tiġi sostitwita b’:

“Ali Mohamed Abdul Aziz Al Zar’ani Al Fakhiri (magħruf ukoll bħala Ibn Al-Shaykh Al-Libi). Indirizz: Ajdabiya, Il-Libja. Data tat-twelid: 1963. Tagħrif ieħor: (a) Miżżewweġ lil Aliya al Adnan (ċittadinanza Sirjana), (b) Miżmum fl-2001.”

(3)

L-annotazzjoni “Abu Bakr Al-Jaziri (magħruf ukoll bħalaYasir Al-Jazari). Ċittadinanza: (a) Alġerin, (b) Palestinjan; Indirizz: Peshawar, il-Pakistan. Tagħrif ieħor: (a) Affiljat mal-Kumitat ta' Appoġġ Afgan (ASC), (b) koordinatur u espert tal-komunikazzjoni ta' l-Al-Qaida” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tkun sostitwita minn:

“Abu Bakr Al-Jaziri (magħruf ukoll bħalaYasir Al-Jazari). Ċittadinanza: (a) Alġerin, (b) Palestinjan. Indirizz: Peshawar, il-Pakistan. Tagħrif ieħor: (a) Affiljat mal-Kumitat ta' Appoġġ Afgan (ASC), (b) koordinatur u espert tal-komunikazzjoni ta' l-Al-Qaida, (ċ) Arrestat f’April 2003.”

(4)

L-annotazzjoni “Jallalouddine Haqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani). Titlu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1942. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Khost, id-distrett ta' Żadran, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Mexxej attiv tat-Taliban, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan” (ċ) Irrapportat li hu miet f’Ġunju ta’ l-2007’ taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Jallalouddine Haqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani (b) Jallalouddin Haqqani). Titlu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1942. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Khost, id-distrett ta' Żadran, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Missier ta' Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, (b) Mexxej attiv tat-Taliban (ċ) Aktarx li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (d) Allegatament miet f'Ġunju 2007.”

(5)

L-annotazzjoni “Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani, (b) Zaia u Rahman Madani, (ċ) Madani Saheb) Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: Taliqan, il-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Responsabbli għall-affarijiet militari Talibani fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, sa minn Mejju ta' l-2007’ (b) Responsabbli għall-provinċja Nangahar” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani, (b) Zaia u Rahman Madani, (ċ) Madani Saheb). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: Taliqan, il-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Involut fit-traffikar tad-droga (b) Responsabbli għall-affarijiet militari Talibani fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, sa minn Mejju ta' l-2007, (ċ) Responsabbli għall-provinċja ta' Nangahar.”

(6)

L-annotazzjoni “Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb). Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1968. Post tat-twelid: Id-distrett ta' Darzab, id-distrett ta' Faryab, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: Membru tat-Taliban responsabbli għat-Tramuntana ta’ l-Afganistan sa minn Mejju 2007” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb). Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1968. Post tat-twelid: Id-distrett ta' Darzab, id-distrett ta' Faryab, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għat Tramuntana ta’ l-Afganistan sa minn Mejju ta' l-2007 (b) Involut fit-traffikar tad-droga.”

(7)

L-annotazzjoni “Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed (magħruf ukoll bħala a) Akhtar Mohammad Mansour Khan Muhammad, (b) Akhtar Muhammad Mansoor, (ċ) Akhtar Mohammad Mansoor). Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili u t-Trasport tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: (a) Kandaħar, l-Afganistan, (b) Kalanko Joftian, id-distrett ta' Żurmat fil-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Mibgħut lura lejn l-Afganistan f'Settembru ta' l-2006, (b) Membru tat-tmexxija Talibana, (ċ) attiv fil-provinċji ta' Khost, Paktia u Paktika, l-Afganistan sa minn Mejju ta' l-2007; ‘Gvernatur’ Taliban ta’ Kandaħar sa minn Mejju 2007” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed (magħruf ukoll bħala a) Akhtar Mohammad Mansour Khan Muhammad, (b) Akhtar Muhammad Mansoor, (ċ) Akhtar Mohammad Mansoor). Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili u t-Trasport tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: (a) Kandaħar, l-Afganistan, (b) Kalanko Joftian, id-distrett ta' Żurmat fil-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Mibgħut lura lejn l-Afganistan f'Settembru ta' l-2006, (b) Membru tat-tmexxija Talibana, (ċ) Involut fit-traffikar tad-droga (d) Attiv fil-provinċji ta' Khost, Paktia u Paktika, l-Afganistan sa minn Mejju ta' l-2007; ‘Gvernatur’ Taliban ta' Kandaħar sa minn Mejju ta' l-2007.”

(8)

L-annotazzjoni “Yazld Sufaat (magħruf ukoll bħala (a) Joe, (b) Abu Zufar), Taman Bukit Ampang, Selangor, Il-Malasja; Data tat-twelid: 20 ta' Jannar 1964. Post tat-twelid: Johor, Il-Malasja. Ċittadinanza: Malasjana. Numru tal-passaport: A 10472263. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 640120-01-5529” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Yazid Sufaat (magħruf ukoll bħala (a) Joe, (b) Abu Zufar). Indirizz: Taman Bukit Ampang, Selangor, il-Malasja. Data tat-twelid: 20.1.1964. Post tat-twelid: Johor, Il-Malasja. Ċittadinanza: Malasjana. Numru tal-passaport: A 10472263. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 640120-01-5529. Tagħrif ieħor: Miżmum taħt arrest sa minn Diċembru 2001, sa minn Ġunju 2007.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

12.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 68/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ġunju 2007

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2008/216/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni, permezz ta’ ftehim Komunitarju, ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti.

(2)

F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru konformement mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2003 li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti permezz ta’ ftehim Komunitarju.

(3)

Suġġett għall-konklużjoni eventwalment possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim negozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem il-Komunità suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.

Magħmula fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SCHAVAN


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa waħda, u

IR-RENJU ĦAXEMIT TAL-ĠORDAN,

min-naħa l-oħra

(minn hawn ‘il quddiem ‘il-Partijiet’),

FILWAQT LI JINNUTAW li ġew iffirmati ftehim dwar servizzi bilaterali ta’ l-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali ta’ servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skond il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta’ proprjetà fi trasportaturi ta’ l-ajru mogħtija liċenzja skond il-liġi tal-Komunità Ewropea,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali għal servizzi ta’ l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, li huma kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, għandhom jinġiebu f’konformità sħiħa magħha sabiex tiġi stabbilita bażi ġuridika tajba għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan u sabiex titħares it-tkomplija ta’ servizzi ta’ l-ajru bħal dawn,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skond il-leġiżlazzjoni Ewropea, il-linji ta’ l-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu ftehim li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li jkollhom l-għan jew l-effett li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan li i) jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiċi kkonċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn operaturi ta’ l-ajru fuq ir-rotot rilevanti. jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata tali; jew iii) jiddelegaw lil operaturi ta’ l-ajru jew operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jgħawġu, jipprevjenu, jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn l-operaturi ta’ l-ajru fuq ir-rotot rilevanti r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi jistgħu jirrenduhom bla effett,

FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali ta’ traffiku ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, jew li jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità u trasportaturi ta’ l-ajru tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, jew li jiġu nnegozjati emendi lid-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu ta’ ftehim bilaterali dwar servizzi ta’ l-ajru dwar drittijiet tat-traffiku.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, l-espressjoni ‘Stati Membri’ tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

2.   Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għai-ċittadini ta’ l-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu li qed jirriferu għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3.   Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għat-trasportaturi ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu bħala li qed jirriferu għat-trasportaturi ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru denominati minn dak l-Istat Membru.

4.   L-għoti ta’ drittijiet tat-traffiku għandu jkompli jsir permezz ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan u l-Istati Membri.

Artikolu 2

Denominazzjoni minn Stat Membru

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam mad-denominazzjoni ta’ trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija mir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportatur ta’ l-ajru, rispettivament.

2.   Malli tirċievi denominazzjoni mingħand Stat Membru, ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, bil-kundizzjoni li:

(i)

it-trasportatur ta’ l-ajru jkun stabbilit, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru denominanti u jkollu Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea;

(ii)

ikun eżerċitat u miżmum il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta’ l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika rilevanti tkun identifikata biċ-ċar fid-denominazzjoni; kif ukoll

(iii)

it-trasportatur ta’ l-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, u kkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra.

3.   Ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ operatur ta’ l-ajru denominat minn Stat Membru fejn:

(i)

it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx stabbilit, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru denominanti jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; jew

(ii)

ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta’ l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-denominazzjoni; jew

(iii)

it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx proprjetà u effettivament ikkontrollat direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra; jew

(iv)

it-trasportatur ta’ l-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan u xi Stat Membru ieħor u billi jeżerċita d-drittijiet tat-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti mill-ftehim bilaterali bejn ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan u dak l-Istat Membru l-ieħor; jew

(v)

it-trasportatur ta’ l-ajru denominat ikun fil-pussess ta’ Ċertifikat Operattiv ta’ l-Ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkun hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan u dak l-Istat Membru, u d-drittijiet tat-traffiku lejn dak l-Istat Membru jkunu ġew miċħuda lit-trasportatur ta’ l-ajru denominat mir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan.

Waqt li qed jeżerċita d-dritt tiegħu taħt dan il-paragrafu, ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan ma għandux jiddiskrimina bejn it-trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità abbażi tan-nazzjonalità.

Artikolu 3

Drittijiet rigward il-kontroll regolatorju

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2 (c).

2.   Fejn Stat Membru jkun iddenomina trasportatur ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ddenomina t-trasportatur ta’ l-ajru u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għandu japplika bl-istess mod fir-rispett ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew il-manteniment ta’ l-istandards tas-sikurezza mill-Istat Membru l-ieħor u b’rispett ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dik it-trasportatur ta’ l-ajru.

Artikolu 4

Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2 (d).

2.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness 2(d) ma għandu jżomm l-Istati Membri milli jimponu, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tagħhom għall-użu f’inġenju ta’ l-ajru ta’ trasportatur ta’ l-ajru denominat tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan li jopera bejn punt fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 5

It-tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness 2 (e).

2.   It-tariffi li jintalbu mit-trasportatur(i) ta’ l-ajru denominat/i mir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness 1 li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness 2(e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 6

Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1.   Minkejja kull dispożizzjoni għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I ma għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu jew jgħawġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma bħal dan; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet fil-ftehim elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

Artikolu 7

Annessi ta’ dan il-Ftehim

L-Annessi ta’ dan il-Ftehim se jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 8

Reviżjonijiet jew emendament

Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni provviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ikunu ġew kompluti.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu ġew kompluti.

3.   Ftehim u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ma jkunux għadhom daħlu fis-seħħ u ma jkunux qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness 1(b). Il-Ftehim għandu japplika għal kull ftehim u arranġament tali mad-dħul fis-seħħ jew ma’ l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

Artikolu 10

Terminazzjoni

1.   Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness 1 ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.

2.   Fil-każ li l-ftehim kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.

B’XHIEDA ta’ DAN, il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, duplikatament, fil-ħamsa u għoxrin jum ta’ Frar tas-sena elfejn u tmienja bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża u Għarbija.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image

Image

Image

За Хашемитското кралство Йордания

Por el Reino Hachemí de Jordania

Za Jordánské hášimovské království

For Det Hashemitiske Kongerige Jordan

Für das Haschemitische Königreich Jordanien

Jordaania Hašimiidi Kuningriigi nimel

Για το Χασεμιτικό Βασίλειο της Ιορδανίας

For the Hashemite Kingdom of Jordan

Pour le Royaume hachémite de Jordanie

Per il Regno Hashemita di Giordania

Jordānijas Hāšimītu Karalistes vārdā

Jordanijos Hašimitų Karalystės vardu

A Jordán Hasimita Királyság részéről

Għar-Renju Haxemit tal-Ġordan

Voor het Hasjemitisch Koninkrijk Jordanië

W imieniu Jordańskiego Królestwa Haszymidzkiego

Pelo Reino Hachemita da Jordânia

Pentru Regatul Hașemit al Iordaniei

Za Jordánske hašimovské královstvo

Za Hašemitsko kraljevino Jordanijo

Jordanian hašemiittisen kuningaskunnan puolesta

För Hashemitiska konungariket Jordanien

Image

Image

ANNESS 1

Lista ta’ ftehim imsemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ftehim dwar servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

Il-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali ta’ l-Awstrija u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, iffirmat fi Vjenna fis-16 ta’ Ġunju 1976, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Awstrija” fl-Anness 2;

Emendat bl-Iskambju ta’ Noti tat-23 ta’ Mejju u tat-8 ta’ Lulju 1993;

Supplimentat mill-Memorandum Konfidenzjali ta’ Ftehim magħmul f’Amman fid-29 ta’ Ottubru 1997.

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għall-istabbiliment ta’ servizzi ta’ l-ajru bi skeda bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Amman fid-19 ta’ Ottubru 1960, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Belġju” fl-Anness 2;

Supplimentat mill-Memorandum Konfidenzjali ta’ Ftehim magħmul f’Amman fil-15 ta’ Settembru 1994.

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għal servizzi ta’ l-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Sofja fil-25 ta’ Awwissu 2001, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Bulgarija” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għat-trasport bl-ajru kummerċjali bi skeda, iffirmat f’Amman fit-23 ta’ April 1967, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Ċipru” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru, iffirmat f’Amman fl-20 ta’ Settembru 1997, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Repubblika Ċeka” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għall-istabbiliment ta’ servizzi ta’ l-ajru bi skeda bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Amman fis-7 ta’ Diċembru 1961, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Danimarka” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għal servizzi ta’ l-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Ħelsinki fil-11 ta’ April 1978, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Finlandja” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru, iffirmat f’Amman fit-30 ta’ April 1966, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Franza” fl-Anness 2;

Supplimentat mill-Memorandum Konfidenzjali ta’ Ftehim magħmul f’Pariġi fis-16 ta’ Novembru 2000.

Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat f’Bonn fid-29 ta’ Jannar 1970, kif emendat, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Ġermanja” fl-Anness 2.

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Greċja u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru kummerċjali bi skeda, iffirmat f’Ateni fis-17 ta’ April 1967, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Greċja” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Irlanda u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar it-Trasport bl-Ajru, inizjalat fid-19 ta’ Marzu 1998, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Irlanda” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Italja u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għall-istabbiliment u l-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru bi skeda, iffirmat f’Ruma fit-28 ta’ Marzu 1980, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Italja” fl-Anness 2;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum Konfidenzjali ta’ Ftehim tal-25 ta’ Ġunju 1978;

Emendat bl-Iskambju ta’ Noti tat-12 ta’ Ġunju u l-11 ta’ Settembru 1996.

Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għall-istabbiliment u l-operat ta’ Servizzi ta’ l-Ajru bi skeda bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Amman fid-9 ta’ April 1962, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Lussemburgu” fl-Anness 2;

L-Abbozz ta’ Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għas-servizzi ta’ l-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, inizjalat u anness, fil-forma ta’ Anness C, mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Amman fit-28 ta’ Settembru 1999, minn hawn ‘il quddiem “l-Abbozz ta’ Ftehim Ġordan – Malta” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Olanda u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għall-istabbiliment u l-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru bi skeda bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f’Amman fl-24 ta’ Awwissu 1961, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Olanda” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru, iffirmat f’Amman fit-22 ta’ Novembru 1993, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Polonja” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Portugall u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar it-Trasport bl-Ajru, inizjalat u anness mal-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat f’Liżbona fid-29 ta’ Jannar 1982, minn hawn ‘il quddiem “l-Abbozz ta’ Ftehim Ġordan – Portugall” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar it-trasport ċivili bl-ajru, iffirmat f’Bukarest fis-17 ta’ Settembru 1975, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Rumanija” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju ta’ Spanja u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat f’Madrid fit-18 ta’ Mejju 1977, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Spanja” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Iżvezja u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għall-istabbiliment ta’ servizzi ta’ l-ajru bi skeda bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Amman fid-9 ta’ Jannar 1961, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Żvezja” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għal servizzi ta’ l-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Amman fid-9 ta’ Awwissu 1969, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Ġordan – Renju Unit” fl-Anness 2;

L-Abbozz ta’ Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru, inizjalat u anness, fil-forma ta’ Anness B, mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Amman fit-13 ta’ Lulju 1995, minn hawn ‘il quddiem “l-Abbozz ta’ Ftehim Rivedut Ġordan – Renju Unit” fl-Anness 2;

(b)

Ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Ġordan u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament.

[spazju mħolli vojt apposta]

ANNESS 2

Lista ta’ Artikoli fil-ftehim elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Denominazzjoni minn Stat Membru:

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Awstrija;

L-Artikolu 2 tal-Ftehim Ġordan – Belġju;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Bulgarija;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Ċipru;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 2 tal-Ftehim Ġordan – Danimarka;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Finlandja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Ġermanja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Greċja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Irlanda;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Italja;

L-Artikolu 3 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Ġordan – Malta;

L-Artikolu 2 tal-Ftehim Ġordan – Olanda;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Polonja;

L-Artikolu 3 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Ġordan – Portugall;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Rumanija;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Spanja;

L-Artikolu 2 tal-Ftehim Ġordan – Żvezja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Renju Unit;

L-Artikolu 4 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Rivedut Ġordan – Renju Unit.

(b)

Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta’ l-Awtorizzazzjonijiet jew il-Permessi:

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Ġordan – Awstrija;

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Ġordan – Belġju;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Bulgarija;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Ġordan – Ċipru;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Danimarka;

L-Artikoli 3 u 4 tal-Ftehim Ġordan – Finlandja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Ġordan – Franza;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Ġordan – Ġermanja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Ġordan – Greċja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Irlanda;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Italja;

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Ġordan – Lussemburgu;

L-Artikolu 4 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Ġordan – Malta;

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Ġordan – Olanda;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Polonja;

L-Artikoli 3 u 4 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Ġordan – Portugall;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Ġordan – Rumanija;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Ġordan – Spanja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Żvezja;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Ġordan – Renju Unit;

L-Artikolu 5 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Rivedut Ġordan – Renju Unit.

(ċ)

Kontroll regolatorju:

L-Artikolu 7 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Ġordan – Malta.

(d)

It-Tassazzjoni tal-Karburant ta’ l-Avjazzjoni:

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Ġordan – Awstrija;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Belġju;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Ġordan – Bulgarija;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Ġordan – Ċipru;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Ġordan – Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Ġordan – Danimarka;

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Ġordan – Finlandja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Franza;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Ġordan – Ġermanja;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Ġordan – Greċja;

L-Artikolu 13 tal-Ftehim Ġordan – Irlanda;

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Ġordan – Italja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Lussemburgu;

L-Artikolu 5 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Ġordan – Malta;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Ġordan – Olanda;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Ġordan – Polonja;

L-Artikolu 6 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Ġordan – Portugall;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Ġordan – Rumanija;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim Ġordan – Spanja;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Ġordan – Żvezja;

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Ġordan – Renju Unit;

L-Artikolu 8 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Rivedut Ġordan – Renju Unit.

(e)

It-tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Ġordan – Awstrija;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Ġordan – Belġju;

L-Artikolu 11 tal-Ftehim Ġordan – Bulgarija;

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Ġordan – Ċipru;

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Ġordan – Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Ġordan – Danimarka;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Ġordan – Finlandja;

L-Artikolu 16 tal-Ftehim Ġordan – Franza;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Ġordan – Ġermanja;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Ġordan – Greċja;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Ġordan – Irlanda;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Ġordan – Italja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Ġordan – Lussemburgu;

L-Artikolu 10 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Ġordan – Malta;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Ġordan – Olanda;

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Ġordan – Polonja;

L-Artikolu 9 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Ġordan – Portugall;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Ġordan – Rumanija;

l-Artikolu 11 tal-Ftehim Ġordan – Spanja;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Ġordan – Żvezja;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Ġordan – Renju Unit;

L-Artikolu 7 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Rivedut Ġordan – Renju Unit.

ANNESS 3

Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ir-Repubblika ta l-Islanda (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(ċ)

Ir-Renju tan-Norveġja (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).