ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 63

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
7 ta' Marzu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2008 tas-6 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008 tas-6 ta’ Marzu 2008 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf Sc 47) bħala addittiv fl-għalf ( 1 )

3

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/39/KE tas-6 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel ( 1 )

6

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/203/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2008 li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 168/2007 fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ Qafas Pluriennali għall-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012

14

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/204/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Ottubru 2007 rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza f'dak li jikkonċerna r-riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall-pensjonijiet għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4545)  ( 1 )

16

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/205/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 2008 li tadatta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE dwar kard għall-parkeġġ għal persuni b’diżabbiltà, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tar-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka

43

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/206/JHA tat-3 ta’ Marzu 2008 dwar id-definizzjoni ta’ 1-benzylpiperazine (BZP) bħala droga psikoattiva ġdida li għandha tiġi suġġetta għal miżuri ta’ kontroll u dispożizzjonijiet kriminali

45

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

7.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 63/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 208/2008

tas-6 ta’ Marzu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-6 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

72,2

MA

56,3

TN

120,5

TR

90,9

ZZ

85,0

0707 00 05

EG

178,8

TR

199,4

ZZ

189,1

0709 90 70

MA

98,7

TR

156,2

ZZ

127,5

0709 90 80

EG

238,6

ZZ

238,6

0805 10 20

EG

44,7

IL

55,5

MA

56,9

TN

50,6

TR

87,7

ZZ

59,1

0805 50 10

EG

95,9

IL

110,2

TR

126,9

ZZ

111,0

0808 10 80

AR

97,3

CA

73,8

CN

92,5

MK

42,4

US

107,1

UY

89,9

ZZ

83,8

0808 20 50

AR

78,8

CL

81,3

CN

58,4

US

123,2

ZA

95,0

ZZ

87,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


7.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 63/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 209/2008

tas-6 ta’ Marzu 2008

rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf Sc 47) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kif stipulat fl-Anness. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 kien awtorizzat għall-baqar tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (2), għall-ifrat għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2003 (3), għall-ħnejjes (miftuma) bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (4), għall-ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 (5), għall-fniek għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 (6), għaż-żwiemel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2007 (7) u għall-mogħoż tal-ħalib u nagħaġ tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 (8), għall-ħrief għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 (9).

(5)

Ġiet sottomessa data ġdida bħala appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza fl-Ikel (l-Awtorità) tikkonkludi fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Novembru 2007 li s-sikurezza ta’ Saccharomyces cerevisiae (Biosaf Sc 47) għall-konsumatur, l-utent u l-ambjent diġà kienet stabbilita bl-opinjonijiet preċedenti tagħha (10). Tikkonkludi ulterjorment li l-użu tal-preparazzjoni ma jippreżentax riskju għal din il-kategorija ta’ annimali addizzjonali u li l-użu ta’ din il-preparazzzjoni jista’ jtejjeb il-parametri ta’ rendiment fil-ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-evalwazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 15.

(4)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1980/2005 (ĠU L 318, 6.12.2005, p. 3).

(5)  ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1812/2005 (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 18).

(6)  ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 496/2007 (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 9).

(7)  ĠU L 63, 1.3.2007, p. 6.

(8)  ĠU L 57, 24.2.2007, p. 3.

(9)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28.

(10)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-Biosaf Sc 47 (Saccharomyces cerevisiae) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin. Il-Ġurnal EFSA (2007) 585, 1-9.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni ta' l-addittiv

Isem id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni

Addittiv (Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta' umdità ta’ 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

4b1702

Société Industrielle Lesaffre

Saccharomyces cerevisiae

NCYC Sc 47

(Biosaf Sc 47)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 li fiha minimu ta' 5 × 109 CFU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47

 

Metodi Analitiċi (1)

Metodu pour plate bl-użu ta’ agar ta' l-estratt ta' ħmira bil-chloramphenicol bbażat fuq ISO 7954

Reazzjoni katina polumerase (PCR)

Ħnieżer għat-tismin

1,25 × 109

1,00 × 1010

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

27 ta’ Marzu 2018


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


DIRETTIVI

7.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 63/6


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/39/KE

tas-6 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE (2) hija Direttiva speċifika skond it-tifsira tar-Regolament ta’ qafas (KE) Nru 1935/2004 u tarmonizza r-regoli dwar l-awtorizzazzjoni tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel.

(2)

Id-Direttiva 2002/72/KE tistabbilixxi lista ta’ sustanzi awtorizzati għall-manifattura ta’ dawn il-materjali u l-oġġetti, b’mod partikolari addittivi u monomeri, ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tagħhom, kif ukoll regoli dwar l-ittikkettjar u l-informazzjoni li għandha tingħata lill-konsumaturi jew lill-industrija ta’ l-ikel dwar l-użu korrett ta’ dawn il-materjali u l-oġġetti.

(3)

Il-lista kurrenti ta’ addittivi li tinsab fid-Direttiva 2002/72/KE mhijiex waħda kompluta minħabba li ma fihiex is-sustanzi kollha li bħalissa huma aċċettati fi Stat Membru wieħed jew aktar.

(4)

Skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/72/KE kif inhi bħalissa, il-lista ta’ addittivi titqies li mhijiex waħda kompluta sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi, skond l-Artikolu 4a, li saret lista Komunitarja pożittiva ta’ addittivi awtorizzati.

(5)

Għal dawk l-addittivi li bħalissa huma permessi fl-Istati Membri, il-limitu ta’ żmien għat-tressiq ta’ informazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sikurezza tagħhom mill-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza Alimentari (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) bil-ħsieb li jiġu inklużi fil-lista Komunitarja, skada fil-31 ta’ Diċembru 2006. Għalhekk, id-data ta’ meta l-lista Komunitarja ta’ addittivi ssir lista pożittiva issa tista’ tiġi stabbilita. Jekk jitqies iż-żmien li l-Awtorità se teħtieġ biex tevalwa l-applikazzjonijiet validi kollha mressqa fil-ħin, din id-data għandha tkun Jannar 2010.

(6)

Jixraq ukoll li jiġi ċċarat ir-rwol tal-lista proviżorja msemmija fl-Artikolu 4a (4) u (5) tad-Direttiva 2002/72/KE kif inhi bħalissa u kif se tiġi aġġornata. Il-lista proviżorja fiha dawk l-addittivi li għalihom ngħatat l-informazzjoni meħtieġa fil-ħin u skond ir-rekwiżiti ta’ l-Awtorità, iżda fejn għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar l-inklużjoni tagħhom fil-lista pożittiva.

(7)

Din il-lista proviżorja tagħti tagħrif lill-pubbliku dwar l-addittivi li qed jiġu evalwati fid-dawl ta’ l-inklużjoni possibbli tagħhom fil-lista Komunitarja ta’ addittivi. Billi mhuwiex possibbli jkun magħruf jekk l-evalwazzjonijiet għall-addittivi kollha inklużi fil-lista proviżorja humiex se jitlestew sad-data meta l-lista ta’ l-addittivi ssir lista pożittiva, għandu jkun possibbli li dawk l-addittivi jkomplu jiġu użati, skond il-liġi nazzjonali, sakemm titlesta l-evalwazzjoni tagħhom u tittieħed deċiżjoni dwar l-inklużjoni tagħhom fil-lista pożittiva ta’ additivi.

(8)

Meta addittiv inkluż fil-lista proviżorja jiddaħħal fil-lista Komunitarja ta’ addittivi jew meta jiġi deċiż li mhux se jiġi inkluż fil-lista Komunitarja, dak l-addittiv għandu jitneħħa mil-lista proviżorja ta’ addittivi.

(9)

Jekk matul l-eżami ta’ l-informazzjoni dwar addittiv inkluż fil-lista proviżorja, l-Awtorità titlob għal aktar informazzjoni, dak l-addittiv għandu jinżamm fil-lista proviżorja sakemm tittieħed deċiżjoni dwaru, kemm-il darba l-informazzjoni tintbagħat fil-limiti ta’ żmien speċifikati mill-Awtorità.

(10)

Fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġdida marbuta ma’ l-evalwazzjonijiet tar-riskji ta’ monomeri u addittivi evalwati mill-Awtorità (3), ċerti addittivi aċċettati fil-livell nazzjonali kif ukoll monomeri u addittivi ġodda għandhom jiġu inklużi fil-listi Komunitarji rispettivi ta’ sustanzi awtorizzati. Għal sustanzi oħrajn, ir-restrizzjonijiet u/jew l-ispeċifikazzjonijiet diġà stabbiliti fil-livell Komunitarju għandhom jiġu emendati fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni ġdida. Għalhekk, l-Annessi II, III, IVa, V u VI tad-Direttiva 2002/72/KE għandhom jiġu emendati skond dan.

(11)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/79/KE (4) introduċiet fil-lista ta’ l-addittivi l-addittiv bin-Numru ta’ Referenza 30340 u bl-isem 12-(Acetoxy)stearic acid, 2,3-bis(acetoxy)propyl ester u bin-numru CAS 330198-91-9. L-isem u n-numru CAS introdotti f’dik id-Direttiva jirriflettu biss il-komponent ewlieni ta’ l-applikazzjoni. Madankollu, l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità tkopri t-taħlita ta’ sustanzi msemmija fl-applikazzjoni u mhux biss il-komponent ewlieni tiegħu. It-taħlita ta’ sustanzi issa hija rreġistrata fir-reġistru CAS bin-numru CAS 736150-63-3 u bl-isem Glycerides, castor-oil mono-, hydrogenated, acetates. Għal din ir-raġuni, issa jixraq li jinbidlu l-isem u n-numru CAS sabiex tiġi aġġornata l-awtorizzazzjoni lis-sustanzi kollha fit-taħlita. Billi jinbidel l-isem, se jingħata n-Numru ġdid ta’ Referenza 55910. Billi s-sustanza issa hija koperta bin-Numru ta’ Referenza 55910, in-Numru ta’ Referenza 30340 għandu jitħassar.

(12)

Bħala konsegwenza, id-Direttiva 2002/72/KE għandha tiġi aġġornata biex titqies l-informazzjoni l-ġdida marbuta ma’ l-evalwazzjoni tar-riskju ta’ sustanzi evalwati mill-Awtorità, biex tiġi stabbilita d-data meta l-lista ta’ addittivi ssir lista pożittiva u biex jiġi ċċarat ir-rwol tal-lista proviżorja ta’ additttivi.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2002/72/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Lista Komunitarja ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik, flimkien mar-restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet dwar l-użu tagħhom, hija stipulata fl-Anness III.

Sa l-31 ta’ Diċembru 2009, addittivi li mhux inklużi fil-lista Komunitarja ta’ addittivi jistgħu jkomplu jintużaw soġġetti għal-liġi nazzjonali.

Mill-1 ta’ Jannar 2010, dawk l-addittivi biss li jkunu inklużi fil-lista ta’ l-addittivi jistgħu jintużaw fil-manifattura tal-materjali u ta’ l-oġġetti tal-plastik (lista pożittiva).”

(2)

L-Artikolu 4a huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.   Lista proviżorja ta’ addittivi li qed jiġu evalwati mill-Awtorità għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-11 ta’ April 2008. Din għandha tinżamm aġġornata.

4.   B’deroga mit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1), l-addittivi li mhux inklużi fil-lista Komunitarja msemmija f’dak l-Artikolu jistgħu jkomplu jintużaw soġġetti għal-liġi nazzjonali wara l-1 ta’ Jannar 2010 sakemm jibqgħu inklużi fil-lista proviżorja.”

(b)

Jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6.   Addittiv għandu jitneħħa mil-lista proviżorja:

(a)

meta jiġi inkluż fil-lista Komunitarja ta’ addittivi; jew

(b)

meta tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni biex ma jiġix inkluż fil-lista Komunitarja ta’ addittivi; jew

(c)

jekk matul l-eżaminazzjoni ta’ l-informazzjoni, l-Awtorità titlob tagħrif addizzjonali u dak it-tagħrif ma jintbagħatx fil-limiti ta’ żmien speċifikati mill-Awtorità.”

(3)

L-Annessi II, III, IVa, V u VI jiġu emendati skond l-Annessi I, II, III, IV u V ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mis-7 ta’ Marzu 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b'tali mod li:

(a)

jippermettu l-kummerċ u l-użu tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li jikkonformaw mad-Direttiva 2002/72/KE, kif emendata permezz ta’ din id-Direttiva, mis-7 ta’ Marzu 2009;

(b)

jipprojbixxu l-manifattura u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li ma jikkonformawx mad-Direttiva 2002/72/KE, kif emendata permezz ta’ din id-Direttiva, mis-7 ta’ Marzu 2010.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/19/KE (ĠU L 97, 12.4.2007, p. 50).

(3)  Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007) 555 sa 563, 1-32.

Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007) 516 sa 518, 1-12.

Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007) 452 sa 454, 1-10.

Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2006) 418 sa 427, 1-25.

(4)  ĠU L 302, 19.11.2005, p. 35.


ANNESS I

It-Taqsima A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2002/72/KE hu emendat kif ġej:

(a)

il-monomeri u sustanzi oħra tal-bidu li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni numeriku xieraq:

Nru ta’ Ref.

Nru CAS

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“15404

000652-67-5

1,4:3,6-Dianhydrosorbitol

SML = 5 mg/kg. Għall-użu biss bħala ko-monomeru fil-poly(ethylene-co-isosorbide terephthalate)

19180

000099-63-8

Isophthalic acid dichloride

SML(T) = 5 mg/kg (43) (espress bħala aċtu isoftaliku)

26305

000078-08-0

Vinyltriethoxysilane

SML = 0.05 mg/kg. Biex jintuża biss bħala aġent għat-trattament ta’ l-uċuħ”

(b)

għall-monomeri u sustanzi tal-bidu li ġejjin, il-kontenut tal-kolonna “Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet” jinbidel b'dan li ġej:

Nru ta’ Ref.

Nru CAS

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“19150

000121-91-5

Isophthalic acid

SML(T) = 5 mg/kg (43)”


ANNESS II

L-Anness III tad-Direttiva 2002/72/KE hu emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(a)

L-addittivi li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni numeriku xieraq:

Nru ta’ Ref.

Nru CAS

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“38875

002162-74-5

Bis(2,6-diisopropylphenyl) carbodiimide

SML = 0,05 mg/kg. Għall-użu wara saff ta’ PET

45703

491589-22-1

cis-1,2-Cyclohexanedicarboxylic acid, salts tal-kalċju

SML = 5 mg/kg

48960

9,10-dihydroxy stearic acid u l-oligomeri tiegħu

SML = 5 mg/kg

55910

736150-63-3

Glycerides, castor-oil mono-, hydrogenated, acetates

 

60025

Hydrogenated homopolymers u/jew kopolimeri magħmula minn 1-decene u/jew 1-dodecene u/jew 1-octene

F’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness V. Ma għandhomx jintużaw għal artikoli li jkunu f’kuntatt ma’ ikel xaħmi.

62280

009044-17-1

Isobutylene-butene copolymer

 

70480

000111-06-8

Palmitic acid, butyl ester

 

76463

Polyacrylic acid, salts

SML(T) = 6 mg/kg (36) (għal aċtu akriliku)

76723

167883-16-1

Polydimethylsiloxane, 3-aminopropyl terminated, polimeru bi dicyclohexylmethane-4,4′-diisocyanate

F’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness V.

76725

661476-41-1

Polydimethylsiloxane, 3-aminopropyl terminated, polimeru bi 1-isocyanato-3-isocyanatomethyl-3,5,5-trimethylcyclohexane

F’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness V.

77732

Polyethylene glycol (EO = 1-30, tipikament 5) eteru ta’ butyl 2-cyano 3-(4-hydroxy-3-methoxyphenyl) acrylate

SML = 0,05 mg/kg. Għall-użu fil-PET

77733

Polyethyleneglycol (EO = 1-30, tipikament 5) eteru ta’ butyl-2-cyano-3-(4-hydroxyphenyl) acrylate

SML = 0,05 mg/kg. Għall-użu fil-PET

77897

Polyethyleneglycol (EO = 1-50) monoalkylether (lineari u bil-fergħat, C8-C20) sulphate, salts

SML = 5 mg/kg

89120

000123-95-5

Aċidu steariku, butyl ester

 

95858

Waxes, paraffiniċi, raffinati, derivati minn feedstocks ta’ l-idrokarburi bbażati fuq iż-żejt jew sintetiċi

SML = 0,05 mg/kg u f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness V. Ma għandhomx jintużaw għal artikoli li jkunu f’kuntatt ma’ ikel xaħmi.”

(b)

għall-addittivi li ġejjin, il-kontenut tal-kolonna “Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet” tat-tabella jinbidel b'dan li ġej:

Nru ta’ Ref.

Nru CAS

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“39815

182121-12-6

9,9-Bis(methoxymethyl)fluorene

SML = 0,05 mg/kg

66755

002682-20-4

2-Methyl-4-isothiazolin-3-one

SML = 0,5 mg/kg. Għal-użu biss f’dispersjonijiet u emulsjonijiet polimeri fl-ilma u f’konċentrazzjonijiet li ma jirriżultawx f’effett anti-mikrobjali fil-wiċċ tal-polimeru jew fuq l-ikel innifsu.”

(c)

l-addittivi li ġejjin jitħassru:

Nru ta’ Ref.

Nru CAS

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“30340

330198-91-9

12-(Acetoxy)stearic acid, 2,3-bis (acetoxy)propyl ester”

 

(2)

It-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

l-addittivi li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni numeriku xieraq:

Nru ta’ Ref.

Nru CAS

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“34130

Alkyl, lineari b’għadd diviżibbli fi tnejn ta’ atomi tal-karbon (C12-C20) dimethylamines

SML = 30 mg/kg

53670

032509-66-3

Ethylene glycol bis[3,3-bis(3-tert-butyl-4-hydroxyphenyl)butyrate]

SML = 6 mg/kg”

(b)

għall-addittivi li ġejjin, il-kontenut tal-kolonna “Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet” tat-tabella jinbidel b'dan li ġej:

Nru ta’ Ref.

Nru CAS

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“72081/10

Reżini tal-Petroleum Hydrocarbon (idroġenati)

F’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness V”


ANNESS III

Fl-Anness IVa tad-Direttiva 2002/72/KE is-sustanzi li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni numerika xierqa:

Nru ta’ Ref.

Nru CAS

Isem

“34130

Alkyl, lineari b’għadd diviżibbli fi tnejn ta’ atomi tal-karbon (C12-C20) dimethylamines

39815

182121-12-6

9,9-Bis(methoxymethyl)fluorene

53670

032509-66-3

Ethylene glycol bis[3,3-bis(3-tert-butyl-4-hydroxyphenyl)butyrate]”


ANNESS IV

Fil-Parti B ta’ l-Anness V tad-Direttiva 2002/72/KE jiddaħħlu l-ispeċifikazzjonijiet ġodda li ġejjin, fl-ordni numerika xierqa:

Nru ta’ Ref.

Speċifikazzjonijiet oħra

“60025

Speċifikazzjonijiet:

Viskożità minima (f'100 °C) = 3,8 cSt

Mw Medja > 450

76723

Speċifikazzjonijiet:

Il-frazzjoni bil-piż molekulari taħt l-1 000 ma għandhiex taqbeż 1,5 % w/w

76725

Speċifikazzjonijiet:

Il-frazzjoni bil-piż molekulari taħt l-1 000 ma għandhiex taqbeż 1 % w/w

95858

Speċifikazzjonijiet:

Piż molekulari medju mhux inqas minn 350

Viskożità minima f'100 °C = 2,5 cSt

Kontenut ta’ idrokarburi b’għadd ta’ atomi tal-karbon inqas minn 25, mhux iktar minn 40 % (w/w).”


ANNESS V

L-Anness VI tad-Direttiva 2002/72/KE hu emendat kif ġej:

(1)

In-Nota (36) tinbidel b'dan li ġej:

“(36)

SML(T) f’dan il-każ speċifiku tfisser li r-restrizzjoni ma għandhiex tinqabeż mis-somma tal-livelli ta’ migrazzjoni tas-sustanzi li ġejjin imsemmija bħala Nri ta’ Referenza 10690, 10750, 10780, 10810, 10840, 11470, 11590, 11680, 11710, 11830, 11890, 11980, 31500 u 76463.”

(2)

Tiżdied in-Nota (43):

“(43)

SML(T) f’dan il-każ speċifiku tfisser li r-restrizzjoni ma għandhiex tinqabeż mis-somma tal-livelli ta’ migrazzjoni tas-sustanzi li ġejjin imsemmija bħala Nri ta’ Referenza: 19150 u 19180.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

7.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 63/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Frar 2008

li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 168/2007 fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ Qafas Pluriennali għall-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012

(2008/203/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Waqt li jinżammu preżenti l-objettivi tal-fundament ta’ l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) u sabiex l-Aġenzija twettaq id-dmirijiet tagħha tajjeb, l-oqsma tematiċi preċiżi ta’ l-attività tagħha għandhom jiġu determinati minn Qafas Pluriennali li jkopri ħames snin kif stipulat fl-Artikolu 5 (2) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

(2)

Il-Qafas għandu jinkludi l-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata fost l-oqsma tematiċi ta’ l-attività ta’ l-Aġenzija.

(3)

Il-Qafas għandu jkun konsistenti mal-prijoritajiet ta’ l-Unjoni, filwaqt li jittieħed kont dovut ta’ l-orjentamenti li jirriżultaw mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.

(4)

Il-Qafas għandu jagħti l-importanza dovuta lir-riżorsi finanzjarji u umani ta’ l-Aġenzija u għandu jiġi implimentat biss fl-ambitu tal-liġi Komunitarja.

(5)

Il-Qafas għandu jinkludi dispożizzjonijiet maħsuba sabiex ikun hemm komplementarjetà mar-responsabbiltajiet ta’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Komunità u ta’ l-Unjoni, u kif ukoll mal-Kunsill ta’ l-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. L-aktar aġenziji u korpi relevanti tal-Komunità fir-rigward ta’ dan il-Qafas Pluriennali huma l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2) u l-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-organi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, (3) u l-Ombudsman Ewropew, li l-għanijiet tagħhom għandhom għalhekk jittieħdu in konsiderazzjoni.

(6)

Il-Kummissjoni, filwaqt li kienet qed tħejji l-proposta tagħha, ikkonsultat mal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija waqt il-laqgħa tiegħu tat-12-13 ta’ Lulju 2007 u rċeviet kummenti miktuba permezz ta’ ittra tal-25 ta’ Lulju 2007.

(7)

Dan il-Qafas jiddefinixxi l-oqsma tematiċi preċiżi tal-ħidma ta’ l-Aġenzija, fejn diversi kompiti permanenti ta’ l-Aġenzija huma determinati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, inter alia, il-kompitu li titqajjem il-kuxjenza tal-pubbliku ġenerali dwar id-drittijiet fundamentali tagħhom u dwar it-tixrid attiv ta’ l-informazzjoni dwar il-ħidma ta’ l-Aġenzija.

(8)

L-Aġenzija, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, sakemm ir-riżorsi finanzjarji u umani tagħha jkunu jippermettu hekk, tista’ taħdem barra mill-oqsma tematiċi determinati mill-Qafas Pluriennali, skond l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Qafas Pluriennali

1.   Huwa b’dan stabbilit Qafas Pluriennali għall-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) għall-perijodu 2007-2012.

2.   L-Aġenzija għandha, skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 twettaq il-kompiti definiti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fl-ambitu ta’ l-oqsma tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Oqsma tematiċi

L-oqsma tematiċi għandhom ikunu s-segwenti:

(a)

ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata;

(b)

id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali jew immirata lejn persuni li jappartjenu għal minoranzi u kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn ir-raġunijiet (diskriminazzjoni multipla);

(c)

il-kumpens lill-vittmi;

(d)

id-drittijiet tat-tfal inkluża l-protezzjoni tat-tfal;

(e)

l-asil, l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni ta’ l-immigranti;

(f)

il-viżi u l-kontroll tal-fruntieri;

(g)

il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni fil-funzjonament demokratiku ta’ l-Unjoni;

(h)

is-soċjetà ta’ l-informazzjoni u, b’mod partikolari r-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali;

(i)

l-aċċess għal ġustizzja effiċjenti u indipendenti.

Artikolu 3

Komplementarjetà u l-koperazzjoni ma’ korpi oħra

1.   L-Aġenzija għandha tiżgura koperazzjoni u koordinazzjoni xierqa ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Komunità, l-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali u s-soċjetà ċivili, skond it-termini ta’ l-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Qafas.

2.   B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma’ dawk tal-Kunsill ta’ l-Ewropa skond it-termini ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 u l-ftehim imsemmi f’dak l-Artikolu.

3.   L-Aġenzija għandha tittratta l-kwistjonijiet li jirrigwardaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi biss bħala parti mix-xogħol tagħha, li għandu jsir fuq kwistjonijiet ġenerali ta’ diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 punt (b), u safejn hu relevanti għaliha; għandha tikkunsidra li l-għanijiet globali ta’ l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 għandhom ikunu li dan jikkontribwixxi għal u jsaħħaħ il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluża l-integrazzjoni tas-sessi fil-politika kollha tal-Komunità u l-politika nazzjonali li tirriżulta minnhom, u għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi u li jqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini ta’ l-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jipprovdi għajnuna teknika lill-istituzzjonijiet Komunitarji, b’mod partikolari lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri.

4.   L-Aġenzija għandha twettaq id-dmirijiet tagħha fil-qasam ta’ kwistjonijet tad-drittijiet tal-bniedem relatati mas-soċjetà ta’ l-informazzjoni mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data sabiex jiġi assigurat li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni naturali, u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza, jiġu rispettati mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità skond id-dmirijiet u l-poteri tiegħu stipulati fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. MATE


(1)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Kummissjoni

7.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 63/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ Ottubru 2007

rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza f'dak li jikkonċerna r-riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall-pensjonijiet għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4545)

(Il-verżjoni Franċiża hija l-unika waħda awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/204/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 88 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u partikolarment il-punt a) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 62 tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom skond l-Artikoli msemmija (1), u wara li kkunsidrat dawn l-osservazzjonijiet,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fil-21 ta’ Diċembru 2005, Franza ppreżentat lill-Kummissjoni ħarsa ġenerali ta’ l-abbozz għal riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste.

(2)

Fit-2 ta’ Marzu 2006, Franza bagħtet abbozz ta’ notifika tar-riforma permezz ta’ email. Laqgħa ta’ prenotifikazzjoni saret fid-29 ta’ Marzu 2006, li matulha l-Kummissjoni enfasizzat li l-abbozz tan-notifika kien pjuttost inkomplet u indikat l-elementi li kienu neqsin. Fis-7 ta’ Aril 2006, Franza pprovdiet lill-Kummissjoni parti mill-informazzjoni nieqsa.

(3)

Fit-23 ta’ Ġunju 2006, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni bir-riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall-irtirar ta’ uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste (“ir-Riforma”) skond il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 88, tat-Trattat, fejn indikat li hi tikkunsidra li r-riforma deskritta permezz tan-notifika ma tinkludi l-ebda element ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

(4)

Fl-20 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni bagħtet talba ta’ informazzjoni komplementari lill-Franza, bbażata kemm fuq ir-riforma notifikata u kemm fuq miżuri eventwali ta’ kumpens li minnhom La Poste setgħet tibbenefika fil-passat. Franza bagħtet ir-risposta tagħha fis-17 ta’ Awwissu 2006.

(5)

Permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Ottubru 2006, il-Kummissjoni infurmat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 88 tat-Trattat fir-rigward tal-miżuri marbuta mar-riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall-irtirar ta’ uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste.

(6)

Franza ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha permezz ta’ ittra ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006.

(7)

Id-deċiżjoni ta-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri in kwistjoni.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn […] (*), li kienu ntbagħtu lil Franza. Il-kummenti ta’ Franza dwar dan is-suġġett waslu fis-27 ta’ Frar 2007.

(9)

Il-Kummissjoni bagħtet mistoqsijiet komplementari lil Franza fit-12 ta’ Marzu 2007 u fit-30 ta’ Mejju 2007. Ir-risposti ta’ Franza waslu fis-27 ta’ April 2007 u fit-8 ta’ Ġunju 2007 rispettivament.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI

2.1.   Il-kuntest tal-liberalizzazzjoni tas-settur tal-posta

(10)

L-għan tal-politika Komunitarja fis-settur tal-posta huwa li jinkiseb is-suq intern tas-servizzi postali u li jiġi garantit, permezz ta’ qafas regolamentari adattat, li ċ-ċittadini kollha tal-Komunità jkunu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi postali effikaċi, affidabbli u ta’ kwalità tajba, u dan bi prezzijiet xierqa, fit-territorju kollu tagħha. Minħabba l-importanza li għandhom is-servizzi postali kemm għall-prosperità ekonomika u kemm għall-koeżjoni u għal benesseri soċjali tal-Komunità, dan huwa qasam ta’ azzjoni prijoritarju tal-Komunità.

(11)

Dawn l-għanijiet Komunitarji fil-qasam tas-servizzi postali ġew inklużi fid-liġi Komunitarja permezz ta’ direttiva qafas dwar is-servizzi postali, id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 rigward ir-regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib tal-kwalità tas-servizz (3), li stabbiliet qafas regolamentari komplet tas-servizzi postali Komunitarji.

(12)

Id-Direttiva 97/67/KE, kif emendata mid-Direttiva 2002/39/KE (4), tiddefinixxi l-istadji li ġejjin tal-proċess tal-bidu progressiv u kkontrollat tas-suq u tillimita s-setturi tas-servizzi li jistgħu jiġu riservati. Skond id-Direttiva 97/67/KE, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-konsenji ta’ korrispondenza mill-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni:

a)

li l-piż tagħhom huwa inferjuri għal 100 gramma u li l-prezz tagħhom huwa tliet darbiet inferjuri għat-tariffa pubblika, mill-1 ta’ Jannar 2003 (jiġifieri madwar 9 % tas-suq miftuħ għall-kompetizzjoni);

b)

li l-piż tagħhom huwa inferjuri għal 50 gramma u li l-prezz tagħhom huwa darbtejn u nofs inferjuri għat-tariffa pubblika, mill-1 ta’ Jannar 2006 (jiġifieri madwar 7 % supplementari tas-suq miftuħ għall-kompetizzjoni).

(13)

F’Ottubru 2006, il-Kummissjoni fformolat proposta (5) biex tiftaħ kompletament is-swieq postali tal-Komunità għall-kompetizzjoni sa l-2009, skond l-iskadenza indikata fid-Direttiva 97/67/KE.

(14)

Fi Franza, is-servizz postali universali huwa definit bħala grupp li jiġbor lis-settur riservat (konsenji ta’ korrispondenza nazzjonali u internazzjonali, inkluż posta diretta, bil-limiti ta’ piż/prezz stipulati mid-Direttiva 97/67/KE) u, fuq il-pjanijiet nazzjonali u internazzjonali, offerta ta’ servizz nazzjonali u internazzjonali ta’ konsenja ta’ pakketti b’piż inferjuri għal jew ugwali għal 20 kg, it-total tal-ġurnali u s-servizzi ta’ posta rreġistrata, ta’ valur iddikjarat u ta’ konsenja mill-ġdid.

(15)

Karatteristika tas-suq Franċiż hija l-importanza tal-kompetizzjoni fil-bidu (bħal “worksharing”). F’attivitajiet li qed jibdew, il-kompetizzjoni tiżviluppa, partikolarment minħabba azzjonijiet immexxija minn operaturi tas-settur tal-gazzetti, kemm fuq attivitajiet ta’ ittri mhux indirizzati u kemm ta’ ittri indirizzati. Fil-konsenji kbar, l-operaturi lokali huma attivi fil-bliet kbar għal ittri ta’ aktar minn 50 g. Fl-aħħarnett, il-posta express u l-pakketti (“parcels”) huma swieq liberalizzati, li fuqhom jikkompetu operaturi internazzjonali u nazzjonali (6).

2.2.   Il-benefiċjarju tal-miżuri

(16)

Il-liġi Franċiża Nru 90-568 tat-2 ta’ Lulju 1990 rigward l-organizzazzjoni tas-servizz pubbliku tal-posta u tat-telekomunikazzjoni (minn issa 'l quddiem “il-liġi ta’ l-1990”) biddlet id-direzzjoni ġenerali antika tat-telekomunikazzjoni bejn żewġ persuni ġuridiċi ta’ dritt pubbliku: La Poste u France Telecom.

(17)

Sa minn l-1 ta’ Jannar 1991, il-posta hija operatur awtonomu tad-dritt pubbliku. Fil-qafas ta’ pjan strateġiku ma’ l-Istat, La Poste teżerċita l-attivitajiet tagħha fil-qasam ta’ l-ittri, tal-pakketti express, ta’ servizzi finanzjarji u l-pubbliku ġenerali.

(18)

La Poste u l-fergħat tagħha jikkostitwixxu grupp pubbliku li jissodisfa, fil-kundizzjonijiet definiti mit-testi li jsostnu kull wieħed mil-oqsma ta’ attività, missjonijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali u jeżerċita attivitajiet ta’ kompetizzjoni.

(19)

Fl-applikazzjoni tad-Direttiva 97/67/KE, La Poste nħatret mil-liġi Nru 99-533 tal-25 ta’ Ġunju 1999 ta’ orjentament għat-tmexxija u l-iżvilupp sostenibbli tat-territorju bħala l-fornitur tas-servizz postali universali fi Franza. Din tassigura, fir-relazzjonijiet interni u internazzjonali, is-servizz pubbliku ta’ konsenji ta’ posta, li jinkludi s-servizz postali universali, u partikolarment is-servizz pubbliku ta’ trasport u tad-distribuzzjoni tal-ġurnali li jibbenefika minn sistema speċifika stipulata mill-kodiċi tal-posta u tal-komunikazzjoni elettronika. Din tassigura wkoll kull servizz ieħor ta’ ġbir, ta’ għażla, ta’ trasport u ta’ distribuzzjoni ta’ konsenji tal-posta, ta’ kull forma ta’ ittri, oġġetti u merkanzija. Din teżerċita l-attivitajiet finanzjarji tagħha skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu L. 518-25 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju.

(20)

Id-dħul ta’ La Poste jinqasam kif ġej (sors: rapport ta’ l-attività tal-grupp La Poste, 2005):

Image

(21)

Il-klijentela ta’ La Poste tinqasam bejn intrapriżi, li magħhom twettaq 90 % ta’ l-attivitajiet tagħha ta’ posta u pakketti/express, u l-klijienti individwali, li jirrappreżentaw l-10 % li baqa' tad-dħul minn dan ix-xogħol. Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, is-sitwazzjoni hija bil-kontra, fejn il-klijenti individwali jirrappreżentaw 95 % tad-dħul nett bankarju.

(22)

Il-persunal ta’ La Poste għandhom żewġ stati differenti ta’ impjieg:

i)

l-uffiċjali, li huma parti mis-servizz pubbliku. Meta La Poste ngħatat personalità ġuridika permezz tal-liġi fl-1990 ma saritx modifika għall-istat tal-persunal ta’ l-amministrazzjoni tal-posta li kienu jaħdmu ma’ La Poste, minħabba li l-Gvern kien impenja ruħu li jżomm l-istat ta’ uffiċjali tas-servizz pubbliku għal dawn l-uffiċjali ta’ l-Istat impjegati ma’ La Poste;

ii)

l-impjegati tas-settur privat.

(23)

Il-ħaddiema ta’ La Poste tinqasam kif ġej (sors: rapport finanzjarju tal-grupp ta’ La Poste, 2005):

(ekwivalenti għal kull aġent/sena)

31/12/2005

31/12/2004

Uffiċjali tas-servizz pubbliku

180 558

190 261

Impjegati b’kuntratt

122 847

119 025

Total

303 405

309 286

(24)

Mill-1990, La Poste progressivament waqfet milli timpjega uffiċjali tas-servizz pubbliku u bdiet timpjega biss impjegati tas-settur privat. Fil-fatt, La Poste bdiet proċess gradwali ta’ bidla fl-istat tal-persunal, fil-limiti imposti mir-rispett ta’ l-istat ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku u l-obbligi legali, billi bdiet timpjega impjegati tas-settur privat minflok l-uffiċjali tas-servizz pubbliku li kienu qed jirtiraw. Matul is-snin ta’ wara, li ser ikunu karatterizzati min-numru kbir ta’ uffiċjali li jirtiraw, La Poste tipprevedi li tkun tista’ tkompli timpjega impjegati tas-servizz privat minflok dawn l-uffiċjali.

2.3.   Il-miżuri in kwistjoni

2.3.1.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ finanzjament għall-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste qabel il-liġi ta’ Diċembru 2006

Skema ta’ pensjoni applikabbli għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku

(25)

L-iskema ta’ pensjoni applikabbli għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku hija organizzata mill-kodiċi tal-pensjonijiet ċivili u militari ta’ l-irtirar.

(26)

Skond il-Qorti ta’ l-Awdituri (7), din l-iskema tinkludi rata mis-salarju mnaqqsa għall-pensjoni (7,85 %) kif ukoll rata ta’ kontribuzzjoni ta’ min iħaddem imħallsa mill-istabbilimenti pubbliċi li jimpjegaw uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati magħhom (33 %). Min-naħa l-oħra, ġuridikament ma teżistix rata ta’ kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku. L-Istat huwa responsabbli għall-ispejjeż tal-pensjoni (wara li jiddaħħlu l-irċevuti li jiġu mit-tnaqqis tas-salarji); tqabbil ta’ dawn l-ispejjez mis-somma tal-pagi mogħtija lill-impjegati madankollu tippermetti li tiġi kkalkulata r-rata ta’ kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” kwalifikata ta’ spiss b’mod impliċitu (8). Għall-2003, skond il-valutazzjoni tal-Ministru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Industrija, ir-rata ta’ kontribuzzjoni impliċita li minnha huwa responsabbli l-Istat li jimpjega kienet titla' għal 51,9 %, li minnhom 44,7 % għal persunal ċivili u 91,8 % għal persunal tal-militar, jiġifieri, meta wieħed jitkellem dwar uffiċjali ċivili, rata ta’ aktar minn tliet darbiet aktar minn dik li tirriżulta mir-regolamentazzjoni u mill-ftehim kollettiv applikabbli għas-salarji tas-settur privat (9).

Skema bażika ta’ rtirar għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku ta’ La Poste

(27)

L-uffiċjali tas-servizz pubbliku fis-servizz ma’ La Poste huma parti mis-servizz pubbliku. Għalhekk, u skond l-Artikolu 20 tal-liġi Nru 83-634 tat-13 ta’ Lulju 1983 li tagħti d-drittijiet u l-obbligi ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku, dawn jaqgħu taħt l-iskema ta’ l-irtirar ta’ l-impjegati taċ-ċivil u militari ta’ l-Istat, li hija organizzata mill-kodiċi tal-pensjonijiet ta’ l-irtirar għaċ-ċivil u l-militar. L-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste ma jibbenefikaw minn ebda vantaġġ speċifiku fil-qasam ta’ l-irtirar meta mqabbla ma’ uffiċjali oħra mas-servizz pubbliku. Barra minn dan, La Poste ma tipparteċipa fl-eda skema speċjali ta’ intrapriża jew ta’ fergħa, b’differenza ta’ l-operaturi pubbliċi l-oħra.

(28)

Skond l-Artikolu 30 tal-liġi ta’ l-1990 (10), l-Istat ġuridikament jiggarantixxi l-istat ta’ uffiċjali tas-servizz pubbliku lil dawk impjegati ma’ La Poste u jibqa' responsabbli li jħallas għall-pensjonijiet tagħhom. Il-ħlasijiet ta’ rtirar mogħtija lill-uffiċjali tas-servizz pubbliku, inkluż dawk impjegati ma’ La Poste (11), jiġu vvutati kull sena fil-liġi tal-finanzi.

(29)

La Poste mhix responsabbli għad-deċiżjonijiet relattivi għall-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati magħha. Din m’għandha l-ebda influwenza la fuq l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet imnaqqsa, u l-anqas fuq il-livell ta’ ħlasijiet mogħtija.

(30)

L-Artikolu 30 tal-liġi ta’ 1990 jistipula li La Poste għandha tassigura l-ekwilibriju finanzjarju ta’ l-iskema ta’ sigurtà soċjali għall-parti ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati magħha. Skond l-Artikolu msemmi, La Poste għalhekk għandha tkun responsabbli għall-finanzjament kollu tal-pensjonijiet mogħtija mill-Istat lill-uffiċjali tas-servizz pubbliku tagħha permezz tal-ħlas lura ta’ l-ammonti mħallsa mill-Istat (wara tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet mogħtija mill-uffiċjali attivi):

“Min-naħa l-oħra, [La Poste (…) hija kostretta] li tħallas lit-Teżor:

a)

L-ammont imnaqqas mill-paga ta’ l-aġent, li r-rata tiegħu hija ffissata mill-Artikolu L. 61 tal-kodiċi tal-pensjonijiet taċ-ċivil u tal-militar għall-irtirar;

b)

Kontribuzzjoni komplementari li tippermetti li tittieħed ir-responsabbiltà kollha għall-ispejjeż tal-pensjonijiet mogħtija u li jridu jingħataw lill-aġenti li rtiraw.”

(31)

Dan il-metodu ta’ finanzjament huwa deroga mid-dritt komuni. Fil-fatt, il-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” ta’ La Poste hija inkluża fi skema bi “ħlasijiet definiti” minħabba li din timmira li tkopri l-ammont tal-pensjonijiet imħallsa kull sena mill-Istat, mingħajr ma tkun korrelata mal-bażi ta’ l-uffiċjali attivi li jħallsu kontribuzzjoni fi ħdan La Poste. B’differenza għal min joffri impjieg ta’ dritt komuni f’sistema permezz ta’ tqassim, La Poste ma tagħtix kontribuzzjoni ordinarja, imma ngħatat ir-responsabbiltà mil-liġi ta’ l-1990 li tibbilanċja l-iskema ta’ pensjonijiet għall-uffiċjali tagħha.

(32)

Il-“kuntratt ta’ għan u ta’ progress” li wassal għal pjan ta’ kuntratt bejn l-Istat u La Poste għall-perjodu 1998-2001, imtawwal għas-snin finanzjarji 2002 u 2003, u wara l-“kuntratt ta’ rendiment u ta’ konverġenza” għall-perjodu 2003-2007 stabbilixxew dan il-ħlas lura f’euro kostanti għal-livell ta’ l-1997 (minn issa 'l quddiem “il-limitu ta’ l-1998”). Il-parti tal-pensjonijiet imħallsa mill-Istat li mhix koperta la mill-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” ta’ La Poste u l-anqas mill-ammont miżmum għal kull pensjoni ta’ l-uffiċjali tibqa' responsabbiltà ta’ l-Istat.

(33)

It-tabella t'hawn taħt tippreċiża, f’miljuni ta’ euro, il-ħlasijiet imħallsa minn La Poste lill-Istat sa mill-1998 (stabbiliti f’euro kostanti) u l-ħlasijiet ta’ l-Istat għall-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste.

 

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

Valur imwettaq fit-30/6/2006

Rata ta’ twettiq

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Pensjonijiet imħallsa (12)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kontribuzzjoni ta’ La Poste (“ta’ min jimpjega”)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Ammont imnaqqas għall-pensjoni (uffiċjali tas-servizz pubbliku)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(34)

L-ammont totali tal-ħlas ta’ l-irtirar li tħallas mill-Istat bejn l-1998 u l-2005 għalhekk skond Franza jitla' għal madwar […] fit-30 ta’ Ġunju 2006.

(35)

L-obbligu ta’ bilanċ finanzjarju ta’ l-iskema li huwa responsabbiltà ta’ La Poste jinbidel, mingħajr ir-riforma, permezz ta’ l-inklużjoni ta’ impenn fir-rigward ta’ l-Istat li mhuwiex inkluż fil-karta tal-bilanċ ta’ La Poste, li jiddaħħal bħala proviżjoni fil-kontijiet meta wieħed jgħaddi għall-istandards IFRS (International Financial Reporting Standard, Standards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju), li jrid jintervjeni sa l-2007 l-aktar tard. Minħabba li La Poste kienet kumpanija pubblika imma ma kinitx ikkwotata, ġie deċiż li din tgħaddi għall-istandards IFRS wara l-pubblikazzjoni tal-kontijiet semestrali ta’ l-2007.

(36)

L-ammont ta’ impenji tad-drittijiet miksuba mill-uffiċjali fil-31 ta’ Diċembru 2005 inklużi fil-karta tal-bilanċ ta’ La Poste huwa ta’ 76 biljun euro (li minnhom 34 biljun jikkonċernaw id-drittijiet miksuba mill-uffiċjali attivi). Franza tqis li […] biljun euro jikkorrispondu għal drittijiet miksuba qabel ma nħolqot La Poste, jiġifieri fi żmien fejn l-attivitajiet prinċipali ta’ La Poste ma kinux għadhom infetħu għall-kompetizzjoni.

(37)

It-tnaqqis progressiv fl-impjegar ta’ uffiċjali mill-1990 (13) u ż-żieda fl-għomor tal-ħajja awtomatikament wasslu lil La Poste li mill-1990 jkollha tagħti ammont ta’ pensjonijiet (14) dejjem aktar importanti meta mqabbel mal-paga ta’ l-uffiċjali li jibqgħu jaħdmu ma’ La Poste.

Skema ta’ rtirar komplementari ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste

(38)

L-Artikolu 76 tal-liġi Nru 2003-775 tal-21 ta’ Awwissu 2003 li ġab ir-riforma ta’ l-irtirar waqqaf RAFP (Retraite Additionnelle de la Fonction Publique – Pensjoni Addizzjonali tas-Servizz Pubbliku), skema pubblika ta’ rtirar addizzjonali obbligatorja sa mill-1 ta’ Jannar 2005. Din hija skema ta’ rtirar permezz ta’ tqassim maħsub u permezz ta’ punti, maħsuba li tippermetti l-kisba ta’ drittijiet għall-irtirar. L-iskema hija mmexxija minn stabbiliment pubbliku b’karattru amministrattiv taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istat u msejjħa “stabbiliment ta’ rtirar addizzjonali tas-servizz pubbliku”.

(39)

La Poste tikkontribwixxi fl-RAFP għall-uffiċjali ta’ l-Istat li huma impjegati magħha u kull xahar tħallas il-kontribuzzjonijiet għall-ħolqien ta’ l-iskema ta’ rtirar addizzjonali mis-servizz pubbliku li din għandha tagħti billi tħaddem in-nies magħha u l-kontribuzzjonijiet ta’ l-uffiċjali li din tieħu direttament mir-remunerazzjoni tagħhom. Il-kontribuzzjonijiet ta’ “min iħaddem” ta’ La Poste imħallsa skond l-RAFP mhumiex obbligatorji.

Skema ta’ rtirar kmieni għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste

(40)

Bħall-uffiċjali tas-servizz pubbliku l-oħra kollha ta’ l-Istat, l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste jistgħu jibbenefikaw minn arranġamenti ta’ rtirar kmieni stabbiliti għall-uffiċjali: il-waqfien progressiv ta’ l-attività u tmiem il-karriera.

(41)

In-nefqa għal dawn l-arranġamenti ta’ rtirar kmieni hija sostnuta totalment milLa Poste għall-uffiċjali impjegati magħha. Għalhekk ġie mdaħħal ammont proviżorju fil-kontijiet għall-uffiċjali li għażlu li jżommu wieħed mill-arranġamenti ta’ rtirar kmieni.

2.3.2.   Ir-riforma u r-rata ta’ ekwità tal-kompetizzjoni

Il-bażijiet ġuridiċi tar-riforma

(42)

Il-bażijiet ġuridiċi fid-dritt intern tar-riforma tal-mudell ta’ finanzjament attwali tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali mas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste ser jiġu kostitwiti mill-modifika ta’ l-Artikolu 30 tal-liġi ta’ l-1990 u ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ La Poste approvati mid-digriet Nru 90-1214 tad-29 ta’ Diċembru 1990. L-Artikolu 46 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet jipprevedi partikolarment it-termini ta’ kif La Poste ser tħallas lura lill-Istat l-ispejjeż tal-pensjoni li huma responsabbiltà tagħha skond il-liġi ta’ l-1990.

(43)

Il-bidla tar-riforma fi dritt intern tinkludi, minbarra l-modifika ta’ dawn iż-żewġ testi, l-preċiżjoni tat-termini ta’ għażla tal-ħlas tal-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” b’mod liberatorju li ser tkun responsabbli għalih La Poste minflok il-ħlas lura ta’ l-ispejjeż ta’ pensjoni lill-Istat.

(44)

Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, li kienu ġew trażmessi bħala abbozz lill-Kummissjoni bħala anness għall-osservazzjonijiet ta’ Franza relattivi għad-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, ġew adottati mingħajr modifika mill-Parlament u llum jikkostitwixxu l-Artikolu 150 tal-liġi tal-finanzi bħala ratifika għall-2006 (15).

(45)

Dawn id-dispożizzjonijiet f’dan l-istadju għandhom l-effet prinċipali li jagħtu karattru liberatorju lill-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” imħallsa milLa Poste.

(46)

L-Artikolu 150 tal-liġi ta’ rettifika tal-finanzi għall-2006 jipprevedi wkoll il-prinċipju ta’ rata ta’ ekwità tal-kompetizzjoni (“TEC”) u jawtorizza li jinħareġ digriet li jiffissa t-termini ta’ kalkolazzjoni u ta’ ħlas tal-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem”. Dan id-digriet ġie ppubblikat fit-2 ta’ Jannar 2007 (16). L-Artikolu 150 imsemmi jemenda wkoll il-fluss finanzjarju, il-kontribuzzjoni li issa ġejja mill-istabbiliment pubbliku nazzjonali ta’ finanzjament ta’ l-irtirar ta’ La Poste (17) u dan ma jitħallasx aktar direttament lill-Istat.

Il-filosofija tar-riforma

(47)

Il-filosofija tar-riforma notifikata tikkonsisti fil-parti l-kbira, skond Franza, fis-sostituzzjoni tal-kontribuzzjoni attwali ta’ La Poste għal kontribuzzjoni analoga għal kontribuzzjoni li tallinja l-ispejjeż ta’ l-irtirar imħallsa minn La Poste ma’ dawk tal-kompetituri tagħha u li jkollha karattru liberatorju.

(48)

Ir-riforma tipprevedi li La Poste mill-2006 ser twaqqaf kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” b’karattru liberatorju bbażata fuq TEC. Din hija kkalkulata b’mod li jqabbel il-livelli ta’ l-ispejjeż soċjali u fiskali obbligatorji, stabbiliti fuq is-salarji, bejn La Poste u l-intrapriżi l-oħra tas-settur tat-trasport u tas-settur bankarju li jiġu mid-dritt komuni tas-servizzi soċjali. Inizjalment, Franza kienet qed tippjana li tapplika l-kalkolu biss għar-riskji li huma komuni għall-impjegati b’salarju ta’ l-intrapriżi privati u għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku (18).

(49)

Minħabba li l-bażi ta’ assessjar u r-rati ta’ kontribuzzjoni huma differenti għall-uffiċjali mas-servizz pubbliku u għall-impjegati tas-settur privat, u minħabba li l-kontribuzzjonijiet jistgħu jvarjaw xi ftit minn settur ekonomiku għall-ieħor, il-metodu ta’ ekwità huwa bbażat fuq rikostruzzjoni.

(50)

Hekk kif kien spjegat fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, il-kalkolazzjoni tibda minn rikostruzzjoni ta’ dak li ser tkun in-nefqa għas-salarji ta’ kompetitur li jimpjega persuni b’salarju sottoposti għad-dritt komuni tal-kontribuzzjonijiet soċjali (inkluż il-pensjoni), fil-waqt li jassiguralhom salarju nett ugwali għal dak ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste, u li għandu struttura ta’ impjieg u portafoll ta’ attivitajiet identiċi.

(51)

Il-kontribuzzjoni mhux obbligatorja li ser titħallas minn La Poste lill-Istat wara r-riforma hija ugwali għad-differenza bejn in-nefqa għas-salarji rikostitwita b’dan il-mod u n-nefqa għas-salarji reali ta’ l-uffiċjali (minbarra l-irtirar). Il-kontribuzzjoni kkalkolata b’dan il-mod ser tissostitwixxi l-kontribuzzjoni ta’ La Poste prevista fl-Artikolu 30 tal-liġi ta’ l-1990. Din ser titħallas minn La Poste lil stabbiliment pubbliku ta’ amministrazzjoni.

(52)

Meta mqabbla mas-salarji grossi ta’ indiċi (19) ta’ l-uffiċjali fis-servizz ta’ La Poste, din il-kontribuzzjoni tiddetermina r-rata ta’ kontribuzzjoni ta’ La Poste, imsejħa rata ta’ ekwità tal-kompetizzjoni (“TEC”). Din il-kontribuzzjoni ser tiġi kkalkolata kull sena sabiex jinżamm rendikont ta’ l-evoluzzjoni reali tar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste u ta’ l-evoluzzjonijiet li ser jintervjenu fil-livelli ta’ l-ispejjeż soċjali u fiskali obbligatorji tad-dritt komuni.

(53)

Il-metodu għall-kalkolazzjoni tal-kontribuzzjoni liberatorja ta’ La Poste għalhekk hija bbażata fuq ekwità fil-livell tal-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji bbażati fuq is-salarji bejn La Poste u l-intrapriżi l-oħra tas-setturi tat-trasport u tal-bank skond id-dritt komuni. Dan il-metodu għalhekk ma jiżgurax l-ugwaljanza ta’ l-ispejjeż globali tas-salarji (salarji u kontribuzzjonijiet).

(54)

It-terminu l-ġdid tal-kalkolazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ La Poste m’għandhux effett fuq is-sitwazzjoni individwali ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste, kemm jekk wieħed jitkellem dwar id-drittijiet tagħhom għall-pensjoni, tal-kontribuzzjonijiet tagħhom jew ta’ l-istat tagħhom.

Distinzjoni mwettqa mir-riforma bejn is-setturi ta’ attività ta’ La Poste

(55)

Minħabba li La Poste hija attiva fiż-żewġ setturi, is-settur tal-posta u tal-bank, li fihom il-kontribuzzjonijiet “ta’ min iħaddem” ta’ dritt komuni huma differenti, fil-prattika ser jiġu kkalkolati żewġ TEC:

wieħed huwa applikabbli għall-grupp ta’ uffiċjali attivi fis-settur “posta-pakketti”, ikkalkulat b’referenza għall-kontribuzzjonijiet ta’ l-intraprożi ta’ trasport, settur li minnu jiddependu l-attivitajiet tal-posta; skond l-informazzjoni ta’ l-2005, it-TEC “tas-settur tal-posta” huwa stmat inizjalment għal 36,5 % tat-total tas-salarji grossi ta’ indiċi ta’ dan il-grupp;

l-ieħor huwa applikabbli għall-grupp ta’ l-uffiċjali impjegati mal-Bank Postali jew attivi fil-grupp tan-nofs (20), ikkalkolat b’referenza għall-kontribuzzjonijiet tal-banek; fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni ta’ l-2005, it-TEC “tas-settur tal-bank” huwa inizjalment stmat għal 40,9 % tat-total tas-salarji grossi ta’ indiċi ta’ dan il-grupp.

(56)

Jista’ jiġi kkalkolat TEC globali kull sena bħala medja meqjusa taż-żewġ rati, fejn il-kalkolazzjoni ssir fuq il-bażi tat-total tas-salarji grossi ta’ indiċi li jikkorrispondu għal kull wieħed miż-żewġ gruppi. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni ta’ l-2005, it-TEC globali huwa inizjalment stmat għal 37,2 % tat-total tas-salarji grossi ta’ indiċi ta’ La Poste.

Perjodu ta’ tranżizzjoni

(57)

L-applikazzjoni tat-TEC hekk kif definit hawn fuq ser iseħħ bil-mod, fit-tmiem ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ erba’ snin. Fl-2006, il-kontribuzzjoni liberatorju ta’ La Poste ser tiġi ffissata b’mod li jinkiseb livell ta’ kontribuzzjoni f’eur ekwivalenti għal dak li jiġi mill-arranġament attwali (attwalment stmat għal madwar […]% tat-total tas-salarji grossi ta’ indiċi). Għas-snin bejn l-2007 u l-2009, ir-rata ta’ kontribuzzjoni ser tiġi ffissata biż-żieda ta’ kontribuzzjoni żejda temporanja mat-TEC iffissata għal […]% tat-total tas-salarji grossi ta’ indiċi fl-2007, […]% fl-2008, u […]% fl-2009. Din il-kontribuzzjoni komplementarja ser titwaqqaf mill-2010.

(58)

Meta jitqies dan l-arranġament, l-evoluzzjoni tat-TEC inizjali globali (21) applikabbli matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandha tkun kif ġej (stima skond l-informazzjoni ta’ l-2005):

 

2006

2007

2008

2009

2010

Rata ta’ kontribuzzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali

(59)

Fid-29 ta’ Diċembru 2006, La Poste ħallset kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali ta’ 2 biljun euro (22) lill-istabbiliment pubbliku nazzjonali ta’ finanzjament għall-irtirar ta’ La Poste. Din il-kontribuzzjoni tħallset darba fl-2006.

(60)

Il-prinċipju u l-ammont ta’ din il-kontribuzzjoni ġew iffissati fil-qafas ta’ negozjati bejn l-Istat u La Poste. L-ammont jirriżulta minn arbitraġġ bejn il-bżonnijiet tal-baġit immedjati ta’ l-Istat u l-kapaċità ta’ kontribuzzjoni ta’ La Poste. […]

(61)

L-entitajiet differenti tal-grupp La Poste jikkontribwixxu għall-ħlas tal-kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali skond it-total tas-salarji ta’ l-uffiċjali impjegati direttament magħhom, skond it-tabella li ġejja:

 

Total tas-salarju gross ta’ l-uffiċjali

(f’miljuni ta’ euro)

bażi 2004

Kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali

Kumpanija prinċipali

[…]

[…]

Bank postali

[…]

[…] (23)

Sofipost

[…]

[…]

Geopost

[…]

[…]

Total

[…]

[…]

Responsabbiltà ta’ l-iskema ta’ rtirar ta’ l- uffiċjali impjegati ma’ La Poste fl-iskemi ġenerali

(62)

Skond Franza, responsabbiltà ta’ l-iskema ta’ pensjonijiet ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste fl-iskemi ta’ dritt komuni jikkostitwixxi għażla għall-Istat. F’dan l-istadju, ma saru l-ebda negozjati ma’ l-iskemi ġenerali ta’ rtirar, anke jekk Franza għandha l-intenzjoni li tibda tali negozjati malajr kemm jista’ jkun.

3.   IR-RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(63)

Fit-tmiem ta’ l-eżami preliminari tagħha, il-Kummissjoni l-ewwelnett immutat li r-riforma nnotifikata tillibera lil La Poste mill-ispejjeż li kellha tassumi skond il-liġi ta’ l-1990. Il-Kummissjoni għalhekk staqsiet jekk l-ispejjeż ta’ La Poste li huma s-suġġett għal tnaqqis jikkorrispondux fit-total għal spiża “anomala” fis-sens tal-ġurisprudenza Komunitarja. Partikolarment, fid-deċiżjoni Combus  (24), il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej jidher li jqis bħala spejjeż “anomali” l-ispejjeż li jirriżultaw minn stat ta’ deroga tal-persunal ta’ intrapriża li, wara riforma, issib ruħha f’sitwazzjoni ta’ dritt komuni, għalhekk identika għall-kompetituri tagħha, jiġifieri mill-ġestjoni tal-persunal tagħha (25). Madankollu, b’mod ġenerali, Franza ma adottat l-ebda arranġament leġiżlattiv li jistipula t-tneħħija jew il-modifika ta’ l-iskema speċjali ta’ impjieg ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste u l-metodu tal-kisba tad-drittijiet għall-irtirar tagħhom.

(64)

Wara, Franza ppretendiet li r-riforma kienet maħsuba biex tallinja progressivament l-ispejjeż imħallsa minn La Poste minħabba l-pensjonijiet ta’ l-irtirar imħallsa lill-uffiċjali impjegati ma’ La Poste ma’ dawk tal-kompetituri tagħha. Il-Kummissjoni esprimiet dubji fir-rigward tal-karattru effettiv ta’ l-ekwità tal-kompetizzjoni wara l-implimentazzjoni tar-riforma.

(65)

Fl-aħħarnett, skond Franza, La Poste fil-passat qatt ma bbenefikat minn miżuri oħra ta’ kumpens li, fil-mument li jingħataw, kienu jkunu maħsuba biex jinnewtralizzaw l-effetti ta’ l-ispejjeż addizzjonali imposti mill-iskema ad hoc ta’ La Poste għall-finanzjament ta’ l-irtirar ta’ l-uffiċjali. Madankollu, sa mill-1998, La Poste ma tħallasx lura lill-Istat għan-nefqa totali ta’ l-irtirar imħallsa lill-uffiċjali, kuntrarju għall-obbligu li jiġi mill-Artikolu 30 tal-liġi ta’ l-1990.

(66)

B’kunsiderazzjoni għall-punti preċedenti, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi f’dan l-istadju li l-miżuri ma kienu jagħtu l-ebda vantaġġ ekonomiku lil La Poste u ma kienu jinkludu l-ebda element ta’ għajnuna mill-Istat.

(67)

Il-Kummissjoni staqsiet lilha nnifisha dwar il-punt li tkun taf li, fl-ipoteżi fejn il-miżuri msemmija kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dawn il-miżuri setgħu jiġu ddikjarati bħala kompatibbli skond id-derogi previsti mill-punt c) tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

(68)

Fil-passat, il-Kummissjoni awtorizzat miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jnaqqsu mill-obbligi ta’ pensjonijiet speċifiċi fuq intrapriżi għal settur li kien jeċċedi dawk li jirriżultaw mill-iskema ġenerali ta’ l-irtirar u li kienu ġew definiti matul perjodu ta’ monopolju (26). Il-miżuri li huma suġġett ta’ din id-deċiżjoni għandhom l-għan li jallinjaw pregressivament l-ispejjeż imħallsa minn La Poste minħabba l-pensjonijiet ta’ l-irtirar għall-uffiċjali impjegati ma’ La Poste fuq l-ispejjeż ta’ l-irtirar tal-kompetituri tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni f’dan l-istadju ma kinitx f’pożizzjoni li tikkonkludi li La Poste kienet tinsab fil-fatt f’sitwazzjoni li tista’ titqabbel ma’ dik tal-kompetituri tagħha, li kien jippermetti li juri li l-għajnuna kienet neċessarja sabiex tgawdi bis-sħiħ il-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni tas-suq tas-servizzi tal-posta.

(69)

Franza ma invokatx il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 86 tat-Trattat matul il-proċedura.

4.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(70)

Żewġ partijiet interessati ppreżentaw osservazzjonijiet komuni fil-qafas tal-proċedura: […].

(71)

[…].

(72)

Il-miżuri stipulati mid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura jqajjmu l-mistoqsija bażika li wieħed għandu jkun jaf jekk l-impjieg ta’ uffiċjali jikkostitwix spiża “anomala” li l-eżenzjoni tagħha ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat.

(73)

L-ewwelnett, […] jikkonfermaw li d-deċiżjoni Combus ma tapplikax f’dan il-każ. Kien hemm diversi elementi li jiddifferenzjaw il-każ ta’ La Poste minn dak ta’ Combus. Għalhekk, ir-riforma maħsuba ma kinitx toħnoq il-possibbiltà għal La Poste li timpjega uffiċjali; in-nuqqas ta’ għajnuna fil-każ Combus kien jiddependi l-aktar mill-fatt li l-ispiża ma kinitx ser titħallas mill-persunal ta’ Combus; fl-aħħarnett, il-kuntest tal-kompetizzjoni kien totalment differenti, minħabba li La Poste tgawdi drittijiet esklussivi.

(74)

It-tieninett, l-apprezzament tal-karattru “anomalu” ta’ l-ispiża relattiva għall-impjieg ta’ l-uffiċjali jitlob li jiġu kkalkulati l-vantaġġi (27) u l-iżvantaġġi kollha marbuta ma’ l-impjieg ta’ l-impjegati msemmija.

(75)

It-tieletnett, il-miżuri in kwistjoni ma jkunux kompatibbli mal-punt c) tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat minħabba li dawn ma jiffavorixxux il-kompetizzjoni.

(76)

B’mod partikolari, il-kundizzjonijiet stretti tar-riforma ta’ l-iskema ta’ rtirar ta’ EDF/GDF, hekk kif deskritti fid-deċiżjoni 2005/145/KE, ma jiġux irrispettati minħabba li, min-naħa r-riforma ser tillimita l-kapaċità tal-kompetituri biex jiżviluppaw fuq is-swieq fejn topera La Poste minflok ma twaqqa' l-barrieri għad-dħul, u, min-naħa l-oħra, ma jkunx hemm proporzjonalità fir-riforma, Franza ma wrietx li l-miżuri in kwistjoni se jkunu ta’ anqas ħsara għall-kompetizzjoni.

(77)

Barra minn dan, ir-riforma ma kinitx ser tkun ekwitabbli għax din ma kinitx tinkludi r-riskju ta’ qagħad fil-lista ta’ riskji komuni, ma kinitx ser tinkludi fil-kontabilità l-vantaġġi tal-kompetizzjoni mogħtija lil intrapriża li kienet ibbenefikat minn drittijiet esklussivi, kienet tistabbilixxi kriterju ta’ allokazzjoni suġġettiv favur La Posta, u ma kinitx tikkunsidra l-miżuri ta’ kumpens li kienet ibbenefikat minnhom La Poste fil-passat (28).

(78)

L-ebda osservazzjoni oħra ma waslet fiż-żmien iffissat mid-deċiżjoni tal-bidu ta-proċedura. Il-Kummissjoni ma tawlitx dan iż-żmien minħabba li din stmat li l-ebda każ iġġustifikat fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1999 rigward it-termin ita’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat KE (29) ma setax iwassal biex jittawwal dan iż-żmien.

5.   IL-KUMMENTI TA’ FRANZA

(79)

Franza ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fl-14 ta’ Diċembru 2006. Elementi komplementari ġew ippreżentati fis-27 ta’ April 2007 u t-8 ta’ Ġunju 2007 b’risposta għall-mistoqsijiet magħmula mill-Kummissjoni.

(80)

Franza tqis li turi li r-riforma maħsuba ma tinkludi l-ebda element ta’ għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, il-metodu ta’ finanzjament attwali tal-pensjonijiet għall-uffiċjali impjegati ma’ La Poste, bħal dik organizzata mil-liġi tat-2 ta’ Lulju 1990, titfa' fuq La Poste spiża finanzjarja eżorbitanti ta’ dritt komuni, li tpoġġi lill-intrapriża f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ ta’ kompetizzjoni tassew importanti. Ir-riforma maħsuba tistipula biss biex tnaqqas l-iżvantaġġ tal-kompetizzjoni li jirriżulta minn din l-iskema billi tallinja l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament minn La Poste ta’ l-ispejjeż ta’ rtirar ta’ l-uffiċjali ma’ dawk applikabbli għall-intrapriżi privati għall-impjegati tagħhom tas-setturi li fihom La Poste teżerċita l-attivitajiet tagħha. It-tnaqqis ta’ spiża finanzjarja anomala bħal din imposta mill-Istat fuq La Poste ma tagħti l-ebda vantaġġ lil La Poste meta mqabbla mal-kompetituri tagħha.

(81)

L-ispejjeż ta’ l-irtirar li kellha toħroġ La Poste skond il-liġi ta’ l-1990 ma kienux parti mill-ispejjeż normali tagħha. Il-fatt biss li liġi ffissat skema partikolari għal intrapriża minnu nnifsu ma jistax jagħti karattru normali lil din l-iskema. Fil-fatt, l-apprezzamment tal-karattru “normali” ta’ spiża fis-sens tar-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat huwa totalment mhux konness man-natura ta’ l-appoġġ ġuridiku tiegħu. Franza tfakkar l-argumenti esposti fin-notifika u tikkunsidra li l-obbligi ta’ deroga tad-dritt komuni maħluqa mil-liġi ta’ l-1990 ma jaqgħux fil-kategorija ta’ obbligi li jkunu parti mill-“ispejjeż normali” ta’ intrapriża, skond il-punt 63 tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-savataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ intrapriżi f’diffikultà (30) (“l-obbligi li intrapriża għandha tassumi minħabba l-leġiżlazzjoni tax-xogħol fejn il-ftehim kollettiv konklużi mat-trejdjunjins fil-qasam ta’ il-kumpens ta’ temma ta’ impjieg u/jew ta’ rtirar kmieni”).

(82)

Franza tikkuntesta l-interpretazzjoni tassew restrittiva tal-portata tas-sentenza Combus li ħadet il-Kummissjoni. Fil-fatt, skond ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Qorti tal-Prim’Istanza, l-idea ta’ għajnuna mill-Istat tapplika biss għal interventi mill-Istat li, taħt forom differenti, tnaqqas l-ispejjeż li normalment jtaqqlu l-baġit ta’ intrapriża, u li għalhekk ikunu suxxettibbli li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tagħti vantaġġ lill-intrapriża konċernata. Minn dan il-prinċipju toħroġ il-prattika ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-ġurisprudenza Komunitarja skond liema t-tneħħija ta’ żvantaġġ strutturali impost mill-Istat ma jikkostitwix vantaġġ suxxettibbli li jiġi kwalifikat bħala għajnuna, minħabba li dan jimmira biex jeħles lill-intrapriża minn spiża anomala u għalhekk jippermetti li tiġi stabbilita mill-ġdid l-ugwaljanza bejn il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni. Dan il-prinċipju jiġi direttament mill-idea ta’ għajnuna mill-Istat hekk kif ippreċiżata mill-Qorti. Dan ġie magħruf u applikat mhux biss fis-sentenza Combus, imma wkoll f’diversi kwistjonijiet oħra msemmija fin-notifika, bħal Sabena/Swissair u Enirisorse  (31).

(83)

L-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni dwar iċ-ċirkostanzi differenti tas-sentenza Combus kellhom jitwarrbu. Min-naħa, fil-kwistjoni Combus, iċ-ċirkostanza li l-miżura in kwistjoni ħadet il-forma ta’ kumpens imħallas mill-Istat lill-uffiċjali minflok ma saret bidla fl-istat tagħhom kienet tfisser biss it-tneħħija ta’ spiża imħallsa b’mod anomalu minn La Poste minħabba li l-finanzjament ta’ l-irtirar ta’ l-uffiċjali neċessarjament irid ikollu miegħu bidla fl-istat ta’ dawn l-impjegati u mhux ta’ kumpens għal dawn ta’ l-aħħar. Skond il-metodu addottat mill-Qorti, il-mistoqsija hija li wieħed ikun jaf (i) jekk Combus kinitx fi żvantaġġ strutturali meta mqabbla mal-kompetituri tagħha (riżultat ta’ l-“istat privileġġjat u għolja ta’ l-uffiċjali”), u (ii) jekk l-intervent ta’ l-Istat jippermetti li jeħles lil Combus minn dan l-iżvantaġġ ta’ kompetizzjoni (speċjalment peremzz tal-bidla fl-istat tal-persunal flimkien mal-ħlas ta’ kumpens mill-Istat). Min-naħa l-oħra, Franza tikkunsidra li sostituzzjoni progressiva ta’ l-uffiċjali b’impjegati tas-settur privat fil-fatt ilu jseħħ fLa Poste sa mill-1990 fil-limiti imposti mil-liġi ta’ l-1990, bis-sostituzzjoni ta’ impjegati tas-settur privat minflok l-uffiċjali li jirtiraw u bil-waqfien progressiv milli timpjega l-uffiċjali. Din iċ-ċirkostanza għalhekk hija wkoll preżenti b’mod ġenerali. Barra minn dan, il-liġi ta’ l-1990 ġiet emendata f’Mejju 2005 sabiex twaqqaf ir-restrizzjonijiet biex timpjega impjegati tas-settur privat. Din tipprevedi prinċipju ġenerali ta’ impjieg għall-impjegati tas-settur privat billi tiddisponi li “La Poste tista’ timpjega, taħt l-iskema ta’ ftehim kollettiv, aġenti b’kuntratt, fil-qafas ta’ l-għażliet iffissati mill-kuntratt ta’ pjan.”

(84)

Franza tfakkar li La Poste fil-passat ma bbenefikat, partikolarment fil-mument tal-ħolqien ta’ La Poste fl-1990-1991, mill-ebda miżura ta’ kumpens li, fil-mument ta’ l-għotja tagħha, kienet maħsuba biex tinnewtralizza l-effetti ta’ l-ispiża strutturali anomala mħallsa minn La Poste u marbuta mal-finanzjament ta’ l-irtirar ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste.

(85)

L-arranġament ta’ stabbilizzazzjoni fl-1998 jikkostitwixxi biss tnaqqis parzjali ta’ l-ispejjeż imħallsa b’mod anomalu minn La Poste. Dan il-mekkaniżmu għandu l-effett li jistabbilixxi l-ammonti grossi mħallsa minn La Poste lill-Istat għall-uffiċjali, imma dan m’għandu l-ebda inċidenza fuq it-tnaqqis tal-bażi ta’ l-uffiċjali attivi li jħallsu kontribuzzjoni.

(86)

L-arranġament stabbilit l-anqas ma reġa' poġġa f’dubju l-karattru eżorbitanti ta’ l-ispiża mħallsa minn La Poste skond il-liġi ta’ l-1990 minħabba li l-kontribuzzjoni ta’ La Poste tkompli tiġi minn skema ta’ “servizzi definiti” u ma tikkostitwix kontribuzzjoni liberatorja. L-arranġament ta’ stabbilizzazzjoni għalhekk la mmodifika l-prinċipju tar-reġistrazzjoni li mhix fil-karta tal-bilanċ ta’ La Poste ta’ l-impenji għall-pensjonijiet, la t-termini tal-kalkolazzjoni tagħha, u l-anqas l-obbligu li ssr proviżjoni għal dan l-impenn matul il-passaġġ għan-normi IFRS jekk l-arranġament kien inżamm.

(87)

Fl-aħħarnett, Franza tindka li, minbarra s-servizz postali universali, La Poste taffaċċja aktar spejjeż netti marbuta mas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEG) ta’ trasport u ta’ tqassim ta’ ġurnali, u ta’ l-amministrazzjoni tat-territorju. Il-kumpens anqas għal dawn iż-żewġ missjonijiet tilħaq madwar […] għal kull sena matul il-perjodu 2000-2005.

(88)

F’dak li jikkonċerna il-kwantifikazzjoni ta’ l-ispejjeż addizzjonali imposti mill-iskema ta’ deroga applikabbli għal La Poste għall-perjodu 1998-2005, La Poste wettqet kalkolazzjoni aktar preċiża ta’ data b’lura tat-TEC matul il-perjodu (32):

 

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

Rata ta’ kontribuzzjoni ta’ min jimpjega, qabel l-istabbilizzazzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Rata ta’ kontribuzzjoni ta’ min jimpjega, wara l-istabbilizzazzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Rata ta’ ekwità tal-kompetizzjoni simulata (permezz ta’ data b’lura)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(89)

Għalhekk, l-istabbilizzazzjoni f’euro kostanti ta’ ħlas lura lill-Istat ta’ l-ispejjeż għall-irtirar ta’ l-uffiċjali kienet biss tikkumpensa parzjalment għal żvantaġġ strutturali u a fortiori ma tat l-ebda vantaġġ lil La Poste fir-rigward tal-kompetituri tagħha. Għalhekk din ma kinitx tikkonsisti f’għajnuna.

(90)

F’dak li jikkonċerna l-karattru effettiv ta’ l-ekwità tal-kompetizzjoni, Franza tikkuntesta it-tliet dubji mqajjma mid-deċiżjoni tal-bidu.

(91)

L-esklużjoni tar-riskju ta’ qagħad mill-kalkolazzjoni tat-TEC tkun ġustifikata l-ewwelnett mill-fatt li dan huwa riskju li l-uffiċjali mhumiex sottoposti għalih minħabba l-istat tagħhom. Min-naħa l-oħra, ikun paradossali li wieħed jimponi fuq La Poste l-pagament ta’ kontribuzzjonijiet ta’ qagħad meta din ma tibbenefikax mill-flessibbiltà tal-ġestjoni tal-personal li ikkostitwixxi l-kontroparti normali ta’ din il-kontribuzzjoni. B’risposta għall-mistoqsija tal-Kummissjoni, Franza tindika b’mod partikolari li għall-uffiċjali impjegati ma’ La Poste ma teżisti l-ebda possibbiltà ta’ “ritorn” tad-dritt sħiħ fl-amministrazzjoni: trasferiment bħal dan jinkludi l-għaqda ta’ tliet kundizzjonijiet: talba ta’ l-impjegat konċernat (il-prinċipju ta’ volontarjat), l-eżistenza ta’ impjieg disponibbli fl-amministrazzjoni fejn jixtieq jaħdem u l-eżistenza ta’ postijiet bi kwalifiki ekwivalenti. Meta jitqiesu dawn l-elementi, Franza tikkunsidra li l-effett potenzjali ta’ l-arranġament ta’ mobilità mhuwiex sinifikanti ħafna fir-rigward ta’ regoli riġidi marbuta ma’ l-impjieg ta’ l-uffiċjali.

(92)

Barra minn dan, Franza tenfasizza li l-impjieg ta’ l-uffiċjali jirrappreżenta żieda għal La Poste meta mqabbla ma’ l-impjieg ta’ impjegati tas-settur privat (33), u dan ikun xi jkun il-livell ikkunsidrat u inkluż wara l-korrezzjoni tad-differenzi minħabba x-xjuħija. Minkejja l-esklużjoni tar-riskju ta’ qagħad u mingħajr ma titqies żieda importanti inerenti għar-riġidità ta’ l-istat ta’ l-uffiċjali, La Poste wara r-riforma għalhekk ser tkompli, minkejja l-kontribuzzjoni ta’ ekwità fil-kompetizzjoni, tħallas spiża ta’ salarji globali superjuri għal dik tal-kompetituri tagħha sakemm l-uffiċjali ser ikunu impjegati ma’ La Poste.

(93)

Fir-rigward tat-TEC, Franza tikkunsidra li hi tat prova tal-prudenza fid-definizzjoni tagħha. Din tenfasizza fil-fatt li l-awto-assigurazzjoni mwettqa minn La Poste għall-benefiċċji minħabba waqfien fix-xogħol minħabba mard, maternità, paternità u adozzjoni tiswa aktar mill-kontribuzzjonijiet fl-iskema ġenerali mħallsa mill-intrapriżi ta’ dritt komuni. Għalhekk din iż-żieda ma ġietx ikkunsidrata fil-kalkolazzjoni tat-TEC.

(94)

Madankollu, b’risposta għal talba tal-Kummissjoni, Franza kkalkulat TEC fejn ikkunsidrat ir-riskji kollha, inkluż ir-riskji mhux komuni u r-riskji li huma suġġett ta’ skema distinta ta’ auto assigurazzoni minn La Poste (34). Fl-2006, l-impatt fuq it-TEC jekk ipotetikament jitqiesu l-kontribuzzjonijiet ta’ qagħad u AGS u dawk eċċezzjonali ta’ solidarjetà, kif ukoll benefiċċji fir-rigward ta’ waqfien mix-xogħol minħabba mard, maternità, paternità u adozzjoni ser ikun kif ġej: it-TEC globali modifikat jistabbilixxi ruħu għal […]%, minflok it-TEC ta’ 37,2 % notifikat. Għal kull settur, it-TEC modifikat ser ikun ta’ […]% fis-settur tal-posta (minflok 36,9 % kif notifikat) u ta’ […]% fis-settur bankarju (minflok ta’ 39,9 % kif notifikat).

 

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

TEC globali ta’ La Poste

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

TEC ta’ l-attivitajiet tal-posta

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

TEC ta’ l-attivitajiet bankarji

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

TEC ipotetiku globali ta’ La Poste inkluż ir-riskju mhux komuni ta’ qagħad u benefiċċji għal waqfien mix-xogħol minħabba mard, maternità, paternità jew adozzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

TEC ipotetiku ta’ l-attivitajiet postali inkluż riskju mhux komuni ta’ qagħad u benefiċċji għal waqfien mix-xogħol minħabba mard, maternità, paternità u adozzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

TEC ipotetiku ta’ l-attivitajiet bankarji inkluż ir-riskju mhux komuni ta’ qagħad u benefiċċji għal waqfien mix-xogħol minħbba mard, maternità, paternità u adozzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(95)

Franza kkalkulat ukoll il-valuri attwalizzati netti (VAN) tal-kontribuzzjonijiet “ta’ min iħaddem” ta’ La Poste fix-xenarji li ġejjin:

(f’biljuni ta’ euro)

Il-liġi ta’ l-1990

Stabbilimenti pubbliċi (35)

TEC notifikat

TEC modifikat (36)

VAN

[…]

[…]

[…]

[…]

(96)

Skond Franza, il-modifika tat-TEC twassal għal żieda fil-VAN ta’ 2 biljun euro li La Poste trid tħallas. Franza tqis li dan l-ammont jikkorrispondi għal-kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali mħallsa minn La Poste fid-29 ta’ Diċembru 2006.

(97)

Franza tikkonkludi li r-riforma notifikata ma tinkludix għajnuna mill-Istat minħabba li La Poste mhi ser tibbenefika mill-ebda vantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri tagħha.

(98)

Madankollu, b’risposta għal-osservazzjonijiet u mistoqsijiet tal-Kummissjoni, Franza ddikjarat ruħha lesta, f’qafas ta’ ftehim globali dwar din ir-riforma, li timpenja ruħha fuq il-punti li ġejjin:

i)

it-TEC għandu jintegra t-total tal-kontribuzzjonijiet, inkuż il-kontribuzzjonijiet AGS u qagħad, il-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta’ solidarjetà u l-ispiża tas-servizzi awto-assigurati minn La Poste,

ii)

il-ħlasijiet effettivi ta’ La Poste, previsti mil-liġi u mid-digriet ta’ l-applikazzjoni tagħha, għandhom jirrispettaw l-evoluzzjoni li tirriżulta mir-riforma notifikata, hekk li s-somma kapitalizzata tad-differenzi bejn il-kontribuzzjonijiet annwali li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-TEC b’kunsiderazzjoni għar-riskji mhux komuni u l-kontribuzzjoni notifikata (TEC notifikat u kontribuzzjonijiet żejda 2006-2009) effettivment imħallsa jibqa' inferjuri għal 2 biljun euro (l-ammont tal-kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali). Jekk din is-somma kapitalizzata teċċedi ż-2 biljun euro f’valur kapitalizzat, il-kontribuzzjoni ta’ La Poste ser terġa' tittella' meta din tasal fil-livell tal-kontribuzzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-TEC b’kunsiderazzjoni tar-riskji mhux komuni.

(99)

Fir-rigward tad-delimitazzjoni ta’ l-ammont totali tas-salarji ta’ l-uffiċjali bejn is-settur “servizzi finanzjarji” u s-settur “posta-pakketti”, Franza tindika li qed tistrieħ fuq żewġ kriterji:

i)

in-natura tal-kompetenzi meħtieġa biex tiġi eżerċitata l-funzjoni, li biha l-uffiċjali jiddisponu jew anqas mill-kompetenzi tal-bank speċifikament;

ii)

l-entità ta’ organizzazzjoni La Poste, li skondha n-numru, il-post ta’ l-istabbiliment, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera ta’ l-uffiċjali huma definiti minn La Poste u mill-Bank Postali.

(100)

Minkejja n-nuqqas ta’ ftehim dwar il-prinċipji, imma dejjem fil-perspettiva ta’ ftehim globali dwar din-ir-riforma, Franza ddikjarat ruħha lesta li timpenja ruħha li twettaq, fil-kalkolazzjoni tat-TEC imwettqa kull sena, il-parti tal-persunal li jagħmel xogħol differenti li reġa' ġie impjegat mal-Bank Postali fil-qasam bankarju fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni maħruġa mill-kontabbilità analitika ta’ La Poste.

(101)

Biex tirrispondi għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni, Franza esplorat ukoll strateġija msejħa “intrinsika”, iffukata fuq l-analiżi tal-kopertura mill-intrapriża ta’ l-impenji relattivi għall-irtirar ta’ l-uffiċjali. Franza tinsisti l-ewwelnett fuq il-fatt li din l-istrateġija tidrilha partikolarment mhux adatta għas-sitwazzjoni ta’ La Poste, li (i) kellha impjegati magħha uffiċjali li l-istat tagħhom jibqa' sostnut u jibqa' determinat mill-Istat, u li l-iskema ta’ rtirar tagħhom hija dilz applikabbli għall-persunal kollu ċivili u militari ta’ l-Istat, u (ii) waqfet milli timpjega lill-uffiċjali.

(102)

Wara Franza eżaminat jekk il-kontribuzzjoni tagħha mħallsa minn La Poste lill-Istat bħala finanzjament għall-irtirar ta’ l-uffiċjali impjegati magħha kinitx tikkorrispondi għall-kundizzjonijiet li kien jaċċetta operatur fis-settur privat. Biex tagħmel dan, ir-remunerazzjoni li jirċievi l-Istat trid tkun ta’ l-anqas ugwali għall-valur imwettaq nett ta’ l-impenji li għalihom hi responsabbli La Poste u b’hekk tassigura l-finanzjament permezz tal-kapitalizzazzjoni integrali ta’ dawn l-impenji. Fl-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, Franza vverifikat li l-ħlasijiet imwettqa minn La Poste fil-passat koprew l-ispiża attwali normali (37) u li l-valur imwettaq nett tal-ħlasijiet futuri ta’ La Poste lill-Istat huwa ugwali għall-valur imwettaq nett ta’ l-ispejjeż attwali annwali normali. Minn din l-analiżi Franza tikkonkludi li r-rata ta’ kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” tkun ta’ […]%, jiġifieri ammont inferjuri ħafna għat-TEC notifikat. L-applikazzjoni ta’ din ir-rata twassal lil La Poste biex tkun ħallset ammont żejjed ta’ […] meta mqabbel ma’ l-impenn li hu dovut minnha, jiġifieri dak li jikkorrispondi għas-snin ta’ attività li l-uffiċjali għaddew ma’ l-intrapriża sa minn meta din inħolqot fl-1990.

(103)

Fil-każ fejn il-Kummissjoni tasal biex tikkonkludi l-preżenza ta’ għajnuna fir-riforma, Franza tenfasizza l-prinċipju ta’ raġunar żviluppat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura fir-rigward tal-kompatibilità tagħha, minħabba li r-riforma notifikata tistipula ġustament li tpoġġi lil La Poste f’sitwazzjoni li tista’ titqabbel ma’ dik tal-kompetituri tagħha. Franza tenfasizza fil-fatt li d-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura tfakkar li għajnuna hija partikolarment kompatibbli meta din tippermetti lil intrapriża li teħles lilha nnifisha minn spiża anterjuri għall-fażi ta’ liberalizzazzjoni li taffetwa b’mod importanti il-kompetittività tagħha f’ambjent fejn qed isseħħ liberalizzazzjoni.

(104)

F’dak li jikkonċerna r-responsabbiltà minħabba l-finanzjament ta’ l-irtirar fl-iskema ta’ dritt komuni, Franza tenfasizza li din il-kwistjoni m’għandhiex inċidenza fuq l-analiżi tar-riforma notifikata fir-rigward ta’ l-għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn La Poste u l-Istat, it-twaqqif ta’ kontribuzzjoni liberatorja mħallsa minn La Poste mwaqqfa fuq TEC huwa fil-fatt biżżejjed biex jiggarantixxi n-nuqqas ta’ kull għajnuna mill-Istat, mingħajr ma jkun neċessarju li wieħed jeżamina t-termini tal-finanzjament ta’ pensjonijiet ta’ l-uffiċjali li ser jinżammu fit-tmiem tar-riforma. F’dan il-qafas, ir-responsabbiltà tinvolvi biss żewġ partijiet, l-Istat u l-fond nazzjonali ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija, minħabba li wara r-riforma notifikata, La Poste tinħeles minn kull responsabbiltà f’dan ir-rigward. Minħabba li ż-żewġ partijiet li jipparteċipaw fir-responsabbiltà ma jistgħux jiġu kwalifikati bħala intrapriżi fis-sens tat-Trattat, dan ma jistax jgħodd bħala għajnuna mill-Istat.

(105)

Franza għamlet il-kummenti tagħha dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati fis-27 ta’ Frar 2007. Din tikkunsidra li l-osservazzjonijiet in kwistjoni mhumiex ser jerġgħu jitfgħu dubji fuq l-analiżi skond liema l-miżura maħsuba ma tinkludi l-ebda element ta’ għajnuna mill-Istat, hekk kif ġiet esposta fin-notifika u fid-diversi skambji li saru wara mal-Kummissjoni. Franza b’hekk tqis li l-partijiet terzi ma kienux f’pożizzjoni li jipproduċu argumenti pertinenti, ħlief li reġgħu esprimew id-dubji li ngħataw fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura u li Franza tqis li wriet li kienu bla bażi.

6.   APPREZZAMENT TAL-MIŻURI

(106)

Il-miżuri eżaminati mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ din id-deċiżjoni huma l-limitu ta’ l-1998 u r-riforma notifikata ta’ l-iskema tal-pensjonijiet għall-uffiċjali ma’ La Poste skond l-Artikolu 150 tal-liġi ta’ rettifika tal-finanzi għall-2006.

6.1.   Kwalifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat

(107)

Skond il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat, miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat jekk l-erba' kundizzjonijiet flimkien li ġejjin huma sodisfatti:

i)

il-miżura trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha;

ii)

il-miżura trid tgħawweġ jew thedded il-kompetizzjoni favur ċerti intrapriżi;

iii)

tinvolvi intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi mill-Istat;

iv)

il-miżura trid tkun suxxettibbli li taffetwa l-iskambji bejn l-Istati Membri.

6.1.1.   Riżorsi ta’ l-Istat

(108)

Il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat jistipula l-għajnuna mogħtija mill-Istati jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat. Fi kliem ieħor, jaqbel li l-miżuri in kwistjoni jidhru bħala riżultat ta’ aġir ta’ l-Istat u li dawn jingħataw permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat.

(109)

Min-naħa, il-kwota tal-kontribuzzjoni ta’ La Poste, introdott fl-1998, jirriżulta minn kuntratt konkluż bejn l-Istat Franċiż u La Poste, li huwa kkwalifikat minn Franza minn “terminu partikolari ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi ta’ l-1990”. Ir-riforma ta’ l-2006 hija bbażata fuq liġi. Il-miżuri in kwistjoni għalhekk huma attribwibbli għal Franza.

(110)

Min-naħa l-oħra, il-miżuri eżaminati huma suxxettibbli li jwasslu għal rinunċja min-naħa ta’ l-Istat għal riżorsi finanzjarji minħabba li La Poste m’għadhiex tassigura l-ekwilibriju finanzjarju ta’ l-iskema ta’ l-uffiċjali impjegati magħha. Madankollu, hija ġurisprudenza kostanti li r-rinunċja ta’ poteri pubbliċi għal ċerti dħul fiskali jew dħul ieħor (38) tikkostitwixxi riżors ta’ l-Istat.

6.1.2.   L-allokazzjoni ta’ l-iskambji

(111)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li s-swieq li fihom huwa attiv il-grupp La Poste huma fil-parti l-kbira miftuħa għall-iskambji intrakomunitarji, partikolarment id-Direttiva 88/361/KEE tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1988 għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 67 tat-Trattat (39) (ċirkolazzjoni ħielsa tal-kapital), tat-tieni Direttiva 89/646/KEE tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1989 li tistipula l-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi rigward l-aċċess għall-attività ta’ stabbilimenti ta’ kreditu u l-eżerċizzju tiegħu, u li temenda d-Direttiva 77/780/KEE (40) (libertà tat-twaqqif) u tad-Direttiva 97/67/KE (direttiva postali). Ir-rapport finanzjarju 2005 tal-grupp La Poste jirraporta għalhekk li:

i)

64,5 % tad-dħul iseħħ fuq swieq miftuħa għall-kompetizzjoni,

ii)

15,2 % tad-dħul jitwettaq internazzjonalment (barra minn Franza), mqabbel ma’ 14,1 % fl-2004.

(112)

Barra minn dan, ir-rapport finanzjarju msemmi jenfasizza l-kapaċità tal-grupp li jiżviluppa fuq swieq miftuħa fi Franza u fl-Ewropa.

(113)

Bl-istess mod, fir-risposta tiegħu għar-rapport tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar La Poste fl-2003 (41), il-President ta’ La Poste jispjega li “il-Grupp ser ikompli l-internazzjonalizzazzjoni tiegħu, biex jikkunsidra l-ftuħ tas-swieq u ta’ l-internalizzazzjoni ta’ l-akbar klijenti tiegħu. L-intrapriżi, fl-oqsma tal-posta, tal-pakketti u ta’ l-express, fil-fatt dejjem aktar irrikorrew għal sejħiet ta’ offerti Ewropej. Il-Grupp irid ikun f’pożizzjoni li jirrispondi għal dan.”

(114)

F’dan il-kuntest, huwa biżżejjed li wieħed iqis li s-swieq li La Poste hija attiva fihom għandhom dimensjoni transkonfinali u li La Poste hija f’kompetizzjoni ma’ l-intrapriżi li jinstabu fi Stati Membri oħra u ma’ l-intrapriżi Franċiżi attivi fuq dawn is-swieq internazzjonalment.

(115)

Il-miżuri in kwistjoni jagħmlu aktar diffiċli l-attivitajiet kummerċjali ta’ l-operaturi Komunitarji li jixtiequ jiżviluppaw fi Franza.

(116)

Il-miżuri in kwistjoni li jsaħħu l-pożizzjoni ta’ La Poste meta mqabbla ma’ operaturi oħra kompetituri fl-iskambji intrakomunitarji, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn jaffetwaw l-iskambji bejn l-Istati Membri u huma suxxettibbli li jgħawġu l-kompetizzjoni bejn l-operaturi.

(117)

L-eżistenza ta’ monopolju legali fuq ċerti attivitajiet ta’ La Poste ma timmodifikax din l-konklużjoni. Fil-kuntest ta’ liberalizzazzjoni progressiva li ilha għaddejja mill-1998 u fil-bidu ta’ liberalizzazzjoni totali tas-servizzi postali, ir-riskju ta’ allokazzjoni ta’ l-iskambji jeżisti b’mod prevedibbli (42), anke għall-attivitajiet li llum għandhom monopolju, minħabba li l-attivitajiet ta’ monopolju u l-attivitajiet ta’ kompetizzjoni (bħal l-express) jużaw proċessi industrijali komuni fis-sistema tal-produzzjoni ta’ La Poste. Min-naħa l-oħra, l-attivitajiet ta’ monopolju jistgħu wkoll ikunu f’kompetizzjoni, indiretta, ma’ l-attivitajiet ta’ kompetizzjoni mhux postali, bħall-użu ta’ messaġġi elettroniċi (“e-substitution”) (43) jew tal-faks.

6.1.3.   Eżistenza ta’ vantaġġ selettiv favur La Poste

(118)

Sabiex wieħed japprezza jekk il-miżuri in kwistjoni jinkludux elementi ta’ għajnuna mill-Istat, jaqbel li wieħed jiddetermina jekk dawn il-miżuri jagħtux vantaġġ ekonomiku lil La Poste minħabba li dawn jippermettulha li tevita li tħallas l-ispejjeż li normalment kienu jtaqqlu r-riżorsi finanzjarja proprji ta’ l-intrapriża u għalhekk tellfu lill-forzi preżenti fuq is-suq milli jipproduċu l-konsegwenzi normali tagħhom (44).

(119)

Għajnuna tikkonsisti minn tħaffif ta’ l-ispejjeż li normalment itaqqlu lill-baġit ta’ l-intrapriżi meta titqies in-natura jew l-ekonomija tas-sistema ta’ spejjeż in kwistjoni. Min-naħa l-oħra, jista’ jkun possibbli li wieħed jagħti definizzjoni lill-idea ta’ “spiża speċjali”, li tikkonsisti fi spiża supplementari meta mqabbla ma’ dawn l-ispejjeż normali (45). It-tneħħija ta’ tali spiża speċjali permezz ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ma tagħti l-ebda vantaġġ lill-benefiċjarju u għalhekk ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat.

(120)

Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti dwar l-analiżi ta’ selettività (46), li timplika tqabbil ma’ qafas ta’ referenza biex wieħed jiddetermina jekk hemmx konformità man-“natura u l-ekonomija tas-sistema” ta’ trattament differenzjat ta’ ċerti intrapriżi u ċerti produzzjonijiet, f’sitwazzjoni normali tas-suq minn punt strutturali, il-kwalifika ta’ spiża “normali” jew “speċjali” timplika d-defnizzjoni ta’ qafas ta’ referenza, jew ta’ tqabbil, bil-għan li wieħed jidentifika l-intrapriżi li jkunu f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali li tista’ titqabbel fir-rigward ta’ l-għan mixtieq mill-miżuri konċernati (47).

(121)

L-ewwelnett, jaqbel li wieħed ifakkar li r-riforma ma tipprevedix l-ugwaljanza bejn id-drittijiet għall-irtirar ta’ l-uffiċjali kkonċernati ma’ dawk ta’ l-impjegati tal-kompetituri prinċipali ta’ La Poste. Bl-istess mod, il-persunal konċernat huwa definit bħala uffiċjali, li jżommu l-istat partikolari tagħhom, filwaqt li l-impjegati tal-kompetituri prinċipali ta’ La Poste għandhom kuntratt mas-settur privat. Għalhekk, l-għan ta’ dawn il-miżuri ma jikkonċernax strettament is-sistema ta’ spejjeż magħmul mill-iskemi differenti ta’ rtirar, kemm jekk dawn jikkonċernaw lill-impjegati mas-settur privat jew lill-uffiċjali. Dan pjuttost għandu għan aktar wiesa', dak li jassigura ekwità tal-kompetizzjoni bejn La Poste u l-kompetituri tagħha, b’kunsiderazzjoni partikolari għall-fatt li uħud mill-impjegati ta’ La Poste huma uffiċjali li ġew impjegati magħha.

(122)

Fit-teorija, jistgħu jeżistu diversi oqfsa ta’ referenza: is-sitwazzjoni tal-kompetituri ta’ La Poste, stabbilimenti oħra pubbliċi, l-iskema ta’ pensjoni applikabbli għall-uffiċjali, kif ukoll France Télécom (sezzjoni 6.1.3.1). Jekk m’hu pertinenti l-ebda element ta’ referenza anċillari ta’ dan it-tip, il-qafas ta’ referenza għall-eżistenza tal-vantaġġ allura tkun il-pożizzjoni ta’ La Poste stess, qabel l-għotja tal-miżuri (sezzjoni 6.1.3.2).

(123)

Fl-aħħarnett, b’risposta għad-dubji mqajjma fid-deċiżjoni tal-bidu ta’ din il-proċedura, il-Kummissjoni ser teżamina wkoll jekk l-ispejjeż ta’ La Poste kienux is-suġġett ta’ tnaqqis li jikkorrispondi jew anqas fit-totalità tagħhom għal spiża “anomala” jew għal “żvantaġġ strutturali” fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti (sezzjoni 6.1.3.3)

6.1.3.1.    Nuqqas ta’ element ta’ referenza anċillari

(124)

L-identifikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ operaturi li jkunu f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali li tista’ titqabbel ma’ La Poste, fir-rigward tat-twaqqif ta’ level playing field partikolarment f’dak li jikkonċerna l-iskema ta’ rtirar, ikun tassew diffiċli.

(125)

L-ewwelnett fir-rigward tal-kompetituri ta’ La Poste, dawn huma soċjetajiet tas-settur privat attivi fuq swieq miftuħa għall-kompetizzjoni, fil-waqt li La Poste għandha stat simili għal dak ta’ stabbiliment pubbliku b’karattru industrijali u kummerċjali (EPIC) (48), u għandha monopolju legali (49). Barra minn dan, il-fatt li l-kompetituri ta’ La Poste għandhom impjegati b’kuntratt tas-settur privat, filwaqt li t-tqabbil qed jibbaża speċifikament fuq l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste, jimplika li dawn ma jistgħux jitqiesu bħala li huma f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali li tista’ titqabbel fir-rigward ta’ l-għan tal-miżuri, fil-kuntest ta’ l-analiżi ta’ l-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat. Fil-fatt huwa xieraq li jintwera li s-sistema ta’ rtirar ta’ l-uffiċjali ġejja, kif muri fil-punti (25) u ta’ wara, minn skema ġuridikament distinta u separata b’mod ċar mill-iskema applikabbli għall-impjegati tas-settur privat. Fi kwalunkwe każ, dan jimplika li, fir-rigward ta’ l-għan aktar wiesa' li tiġi assigurata ekwità tal-kompetizzjoni bejn La Poste u l-kompetituri tagħha, huwa ċar li La Poste u l-kompetituri tagħha jridu jitqiesu bħala li jinstabu f’sitwazzjonijiet fattwali u ġuridiċi differenti.

(126)

Għalhekk, il-kompetituri ta’ La Poste ma jistgħux iservu bħala element ta’ referenza fl-analiżi li l-Kummissjoni kellha twettaq sabiex tiddeċiedi l-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

(127)

Madankollu, il-Kummissjoni tirrimarka li element ta’ referenza bħal dan ser ikun tassew adattat għall-eżami tal-kompatibilità ta’ l-għajnuna eventwali in kwistjoni fir-rigward tal-punt c) tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat minħabba li wieħed ser ikun jista’ jistima b’mod aktar preċiż id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fuq is-swieq affetwati mill-għajnuna.

(128)

Il-Kummissjoni fittxet jekk setgħux jiġu identifikati elementi ta’ referenza oħra.

(129)

Element ta’ referenza teoretiku għalhekk seta’ kien l-iskema ta’ pensjoni applikabbli għall-uffiċjali, organizzat mill-kodiċi tal-pensjonijiet ċivili u militari għall-irtirar. Madankollu, din l-iskema fiha nnifisha ma setatx tiġi applikata għal ċirkostanzi fattwali simili għal dawk li ltaqgħat magħhom La Poste. Pereżempju, l-uffiċjali ġeneralment ma jaħdmux fis-setturi ta’ merkanzija bħal dawk li hija attiva fihom La Poste.

(130)

Fost l-EPIC bi statut simili għal dak ta’ La Poste, il-Kummissjoni ma setatx tidentifika grupp ta’ operaturi ekonomiċi li jiffurmaw grupp omoġenu, li jista’ jservi bħala element ta’ referenza. Huma biss xi ftit EPIC, partikolarment l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Foresti jew it-Teżor ta’ Pariġi, li jippreżentaw elementi simili mas-sitwazzjoni ta’ La Poste. Madankollu, dawn l-elementi ta’ disparità, ma jkunux biżżejjed biex jistabbilixxu element ta’ referenza koerenti.

(131)

Għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidra li la l-istabbilimenti pubbliċi u l-anqas l-iskema ta’ pensjoni applikabbli għall-uffiċjali ma jikkostitwixxu element ta’ referenza pertinenti f’din il-kwistjoni.

(132)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat il-possibbiltà li tqabbel lil La Poste ma’ France Télécom. Il-liġi ta’ l-1990 biddlet id-direzzjoni ġenerali antika tat-telekomunikazzjoni f’żewġ persuni ġuridiċi tas-settur pubbliku: La Poste u France Telecom. Jekk din timpjega kemm impjegati b’kuntratt tas-settur privat u uffiċjali, fl-1996 France Télécom saret soċjetà anonima, ikkwotata fil-Borża. Din m’għadhiex f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali li tista’ titqabbel fir-rigward ta’ l-iskop tal-miżuri in kwistjoni. Barra minn dan, […], il-kompatibilità tar-regoli applikabbli għal France Télécom fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji hija suġġett ta’ lment quddiem il-Kummissjoni, u l-Kummissjoni ma tistax tippreġudika l-konklużjoni tagħha f’din il-kwistjoni permezz ta’ din id-deċiżjoni.

(133)

Biex nikkonkludu, il-Kummissjoni tqis li ma jeżisti l-ebda element ta’ referenza anċillari li jippermetti d-definizzjoni ta’ kontribuzzjoni “normali” sostnuta minn intrapriżi li jinstabu f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali li tista’ titqabbel ma’ dik ta’ La Poste fir-rigward ta’ l-għan imfittex mill-miżuri konċernati.

(134)

Jekk il-Kummissjoni setgħet iżżomm element ta’ referenza anċillari pertinenti, li permezz ta’ referenza għalih setgħet tiġi definita l-eżistenza ta’ spejjeż “anomali”, il-miżuri in kwistjoni kienu jkunu jistgħu ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat taħt ċerti kundizzjonijiet, partikolarment fuq il-bażi tal-kalkolazzjoni tat-TEC.

(135)

La d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kwistjoni Sabena/Swissair  (50) u l-anqas is-sentenza Enirisorse, imsemmija minn Franza ma jimmodifikaw il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-eżistenza ta’ vantaġġ favur La Poste. Fil-fatt, id-deċiżjoni Sabena/Swissair li tistabbilixxi miżura rigward settur (it-trasport bl-ajru) u mhux intrapriża speċifika, hija miżura ġenerali ta’ politika ekonomika. Il-karattru settorjali, u mhux individwali (illimitat għal intrapriża waħda) tal-miżura jikkostitwixxi differenza importanti meta mqabbel mal-każ ta’ La Poste, partikolarment għax ippermetta lill-Kummissjoni li tistabbilixxi element ta’ referenza anċillari, l-iskema ta’ kontribuzzjonijiet soċjali applikata għas-setturi industrijali l-oħra Belġjani. Bl-istess mod, fis-sentenza Enirisorse, il-Qorti tibbaża l-konklużjoni tagħha fuq tqabbil tal-miżura kontenzjuża meta mqabbla ma’ “sitwazzjoni normali” (51), li l-Qorti setat tiddefinixxi imma li ma teżistix b’mod simili f’din il-kwistjoni.

(136)

Għall-analiżi ta’ l-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat, il-Kummissjoni għalhekk trid teżamina s-sitwazzjoni ta’ La Poste billi tqabbel il-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji qabel u wara l-miżuri in kwistjoni.

6.1.3.2.    Is-sitwazzjoni ta’ La Poste qabel u wara l-miżuri in kwistjoni

(137)

Il-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji qabel il-miżuri in kwistjoni huma dawk definiti mil-liġi ta’ l-1990. Fin-nuqqas ta’ element ta’ referenza anċillari, dawn jikkostitwixxu l-qafas ta’ referenza li jippermetti li jiġi stabbilit l-eżistenza ta’ vantaġġ.

(138)

Il-limitu introdott fl-1998 ippermetta li jitnaqqas l-ammont tal-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” għall-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste għal ammont li Franza stess stmat għal madwar […] għall-perjodu 1998-2006.

(139)

B'mod partikolari, il-liġi ta’ l-2006 għandha l-effett li tissostitwixxi l-kontribuzzjoni ta’ La Poste b’kontribuzzjoni li tallinja l-ispejjeż ta’ l-irtirar sostnuti minn La Poste għal ma’ dawk tal-kompetituri tagħha u mhix waħda obbligatorja. Mingħajr din il-liġi, ir-rata ta’ kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” fis-snin futuri tkompli tiżdied sostanzjalment, partikolarment minħabba d-deterjorament tar-rapport bejn l-impjegati attivi (min iħallas il-kontribuzzjonijiet)/l-impjegati inattivi (benefiċċjarji tas-servizzi) bħala konsegwenza tal-fatt li La Poste ma baqgħetx timpjega uffiċjali, minkejja l-efetti pożittivi ta’ dan il-limitu.

(140)

Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-miżuri in kwistjoni jeħilsu lil La Poste mill-ispejjeż li kien ikollha tħalas skond il-liġi ta’ l-1990.

(141)

Fil-kuntest ta’ analiżi tan-natura normali jew le ta’ l-ispejjeż ta’ l-irtirar għal La Poste stess, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-obbligi li trid tassumi l-intrapriża skond il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew ta’ ftehim kollettiv konkluż mat-trejdjunjins fil-qasam ta’ ħlas għat-temma ta’ impjieg u/jew ta’ irtirar kmieni huma parti mill-ispejjeż normali li intrapriża trid tiffinanzja mir-riżorsi tagħha stess (52).

(142)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ispejjeż ta’ l-irtirar li trid tħallas La Poste skond il-liġi ta’ l-1990 huma spejjeż normali (53). Għalhekk, il-miżuri in kwistjoni jippermettu li wieħed jevita li jħallas spejjeż li normalment kienu jtaqqlu r-riservi propji ta’ La Poste, dawn il-miżuri jagħtu vantaġġ lill-operatur fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

(143)

Il-vantaġġ imsemmi huwa selettiv minħabba li jikkonċerna biss lil La Poste. Fin-nuqqas ta’ qafas ta’ referenza anċillari, din il-limitazzjoni mhix ġustifikata min-natura u l-ekonomija tas-sistema in kwistjoni.

6.1.3.3.    L-eżistenza ta’ spiża anomala / bidu tal-proċedura

(144)

Id-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura tirreferi b’mod dettaljat għas-sentenza Combus, fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza tidher li kkunsidrat bħala spejjeż “anomali” l-ispejjeż li jirriżultaw mill-istat derogatorju tal-persunal ta’ intrapriża li, wara riforma, jinstab f’sitwazzjoni ta’ dritt komuni, u għalhekk identika għal dik tal-kompetituri tagħha, fir-rigward tal-ġestjoni tal-persunal tagħha. Għalhekk il-Qorti ddikjarat (54): “il-miżura in kwistjoni kellha l-għan li tissostitwixxi l-istat privileġġjat u għoli ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ Combus bi stat ta’ aġent b’kuntratt li jista’ jitqabbel ma’ dak ta’ l-impjegati ta’ intrapriżi oħra ta’ trasport bil-karrozza tal-linja li huma l-kompetituri ta’ Combus. Għalhekk kien jitratta li Combus tiġi meħlusa minn żvantaġġ strutturali meta mqabbla mal-kompetituri privati tagħha. Madankollu, il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 KE għandu biss l-għan li jiġu projbiti vantaġġi li jjiffavorixxu ċerti intrapriżi, fejn l-idea ta’ għajnuna tkopri biss interventi li jħaffu l-ispejjeż li normalment itaqqlu l-baġit ta’ intrapriża u li jridu jitqiesu bħala vantaġġ ekonomiku li l-intrapriża li tibbenefika minnu ma knitx tikseb f’kundissjonijiet normali tas-suq. […]. Barra minn dan, l-Istat Daniż seta’, minflok iħallas is-somma ta’ 100 miljun DKK direttament lill-uffiċjali impjegati ma’ Combus, jikseb l-istess riżultat billi jerġa' jimpjega lil dawn l-uffiċjali fl-amministrazzjoni pubblika, mingħajr ma jħallas sussidju speċifiku, li kien jippermetti li Combus timpjega immedjatament lil aġenti b’kuntratt li jaqgħu taħt l-istat ta’ dritt privat.”

(145)

B’mod ġenerali, jaqbel li wieħed ifakkar l-ewwelnett li l-ġurisprudenza Combus ma ġietx ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Ċerti elementi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jikkontradixxu l-ipoteżi skond liema l-kumpens ta’ żvantaġġ strutturali jeskludi l-kwalifikazzjoni ta’ għajnuna. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja dejjem indikat li l-eżistenza ta’ għajnuna kellha tkun apprezzata fir-rigward ta’ l-effetti u mhux skond il-kawżi jew l-għanijiet ta’ l-interventi mill-Istat (55). Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ukoll li l-idea ta’ għajnuna tkopri l-vantaġġi mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi li, taħt forom differenti, iħaffu l-ispejjeż li normalment itaqqlu lill-baġit ta’ intrapriża (56). Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll b’mod ċar li l-ispejjeż marbuta mar-remunerazzjoni ta’ l-impjegati tagħhom huma ta’ piż, min-natura tagħhom, fuq il-baġit ta’ l-intrapriżi, indipendentement mill-kwistjoni li wieħed ikun jaf jekk l-ispejjeż humiex ġejjin jew le minn obbligi legali jew minn ftehim kollettiv (57). F’dan il-qafas, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-fatt li l-miżuri ta’ l-Istat kellhom l-għan li jikkumpensaw spejjeż żejda ma jeżentahomx milli jiġu kkwalifikati bħala għajnuna (58).

(146)

Madankollu, Franza ssostni fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju enunċjat mill-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza Combus, waqt li affermat li r-riforma notifikata teħles lil La Poste minn spiża “anomala”. Il-Kummissjoni trid tenfasizza li elementi materjali jiddifferenzjaw il-kwistjoni Combus minn din il-kwistjoni, kif muri mill-elementi li ġejjin:

i)

Il-kumpens ser jitħallas direttament lill-uffiċjali impjegati minn Combus fil-waqt li l-miżuri li huma s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni jikkonċernaw il-kontribuzzjonijiet “ta’ min iħaddem” ta’ La Poste.

ii)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li fil-prattika, Franza ma kellhiex il-possibbiltà li terġà tintegra il-180 000 uffiċjal ta’ La Poste fl-amministrazzjoni. Franza tikteb li għall-uffiċjali li jeżerċitaw ma’ La Poste ma teżisti l-ebda possibbiltà ta’ “ritorn” fil-prinċipju jew bi dritt sħiħ lura fl-amministrazzjoni. L-uffiċjali impjegati ma’ La Poste jappartjenu għal korp definit minħabba l-istat partikolari tagħhom. Għalhekk, dan m’għandhomx a priori il-possibbiltà li jeżerċitaw l–attività tagħhom barra minn La Poste, u, bl-istess mod, ma jeżisti l-ebda mod biex dawn jiġu mġegħla li jkomplu jaħdmu barra minn La Poste. Barra minn dan, id-diffikultà li l-180 000 uffiċjal fis-servizz ta’ La Poste jerġgħu jiġu integrati mill-ġdid fl-amministrazzjonijiet tippreżenta problemi ta’ kwalifiki professjonali. Fil-fatt, ostaklu enfasizzat minn Franza fil-każ ta’ integrazzjoni mill-ġdid eventwali huwa l-eżistenza ta’ postijiet disponibbli li jinħtieġu kwalifika ekwivalenti. Din hija diffikultà speċifika għal La Poste. L-istruttura tal-kwalifikazzjonijiet ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste hija tassew differenti minn dik ta’ l-uffiċjali ta’ l-amministrazzjonijiet pubbliċi. L-uffiċjali impjegati ma’ La Poste jokkupaw fil-parti l-kbira l-impjiegi fejn m’hemmx bżonn kwalifika għolja, fil-waqt li l-bżonnijiet ta’ l-amministrazzjonijiet ta’ l-Istat u ta’ l-awtoritajiet reġjonali jikkorrispondu prinċiparjament għal impjiegi f’qafas fejn hija meħtieġa kwalifika superjuri.

iii)

Il-miżura rilevanti ta’ l-Istat fil-kwistjoni Combus kellha l-għan li tissostitwixxi l-istat privileġġjat u għoli ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ Combus bi stat ta’ aġent b’kuntratt li jista’ jitqabbel ma’ dak ta’ impjegati ta’ intrapriżi oħra ta’ trasport bil-karrozza tal-linja li huma kompetituri ta’ Combus. Min-naħa l-oħra, l-istat u d-drittijiet ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste baqgħu ma nbidlux minħabba l-miżuri in kwistjoni (59). Dan l-istat u dawn id-drittijiet huma differenti minn dawk ta’ l-impjegati, b’kuntratt tas-settur privat, impjegati ma’ l-intrapriżi li huma kompetituri ta’ La Poste.

Bl-istess mod, f’dak li jikkonċerna l-istat allegatament “privileġġjat u għoli” ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste meta mqabbel mal-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ l-impjegati tal-kompetituri ta’ La Poste, il-Kummissjoni kompliet biex tagħmel tqabbil, fuq il-bażi ta’ informazzjoni tal-bilanċ ipubblikat minn żewġ banek (60), bejn l-ispejjeż tas-salarji totali ta’ dawn ilbanek u l-ispejjeż tas-salarji totali ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste. Ir-riżultati juru li l-ispiża tas-salarji totali medja fil-banek imsemmija hija probabilment superjuri (jew ta’ l-anqas ugwali) għall-ispiża tas-salarji medja ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste. Mistoqsija f’dan ir-rigward, Franza tagħraf li hi m’għandhiex aċċess għal informazzjoni affidabbli u pertinenti dwar l-ispiża medja ta’ impjegat b’kuntratt ma’ l-intrapriżi li huma kompetituri ta’ La Poste (61). Għalhekk, hi rrikorriet għal tqarrib biex turi li għall-istess żmien ta’ servizz, l-ispiża medja ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste hija superjuri għal-ispiża medja ta’ impjegati “simili” impjegati fuq kuntratt għal żmien mhux definit (CDI), kemm fl-attivitajiet “posta/pakketti” u kemm fl-attivitajiet tal-bank. It-tqarrib ġej mill-ipoteżi sostnuta minn Franza fejn tgħid li l-ispiża medja ta’ ħaddiema tas-settur privat impjegati ma’ La Poste jista’ jitqabbel ma’ dak ta’ impjegat ma’ kompetitur fl-istess settur. Il-Kummissjoni tikkunsidra li din l-ipoteżi mhix aċċettabbli għax din tinjora elementi fundamentali tad-definizzjoni ta’ salarji, partikolarment l-effetti ta’ brand image ta’ min jimpjega. Brand image pożittiva ta’ La Poste, assoċjata pereżempju ma’ perspettivi ta’ karriera fit-tul, tippermetti li din ikollha salarji aktar baxxi mill-kompetituri li ma jibbenefikawx mill-istess image. Huwa għalhekk, mingħajr ma teskludi l-possibbiltà, li l-Kummissjoni tqis li Franza ma wrietx b’mod konvinċenti li l-istat ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste kien fl-istess ħin “privileġġjat u għoli” meta mqabbel mal-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg ta’ persuni b’salarju impjegati mal-kompetituri ta’ La Poste.

iv)

Il-kuntest ta’ kompetizzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ Combus kien differenti minn dak li fih evolviet La Poste. Is-soċjetà anonima Combus A/S kellha tmexxi l-attività tat-trasport fuq bażi kummerċjali u topera fuq is-suq fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni li jitqabblu ma’ dawk tas-soċjetajiet privati ta’ karrozzi tal-linja. F’dan il-kuntest, is-soċjetajiet pubbliċi ta’ ġestjoni tat-trasport, wara sejħa għall-offerti, iċedu t-twettiq tat-trasport bil-karrozza tal-linja lill-intrapiżi privati u pubbliċi. Skond ir-regoli li jirregolaw is-sejħa għall-offerti, is-swieq jingħataw lill-“offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament”, mingħajr ma jkun hemm lok li wieħed jikkunsidra n-natura privata jew pubblika ta’ l-offerent. La Poste tgawdi minn settur kbir monopolistiku, fejn l-obbligi ekonomiċi jeżerċitaw ruħhom b’mod differenti.

(147)

Il-Kummissjoni tqis li d-differenzi fattwali bejn il-kwistjoni Combus u dan il-każ huma suffiċjenti biex jiġġustifikaw raġunament differenti għaż-żewġ kwistjonijiet.

(148)

Fl-aħħarnett, l-istrateġija msejħa “intrinsika” minn Franza mhix meqjusa bħala adattata mill-Kummissjoni, partikolarment minħabba partikolaritajiet tal-popolazzjoni (magħluqa) ta’ l-uffiċjali kkonċernati u tal-ħolqien reċenti ta’ l-intrapriża. Franza taqsam ukoll din ml-opinjoni. Barra minn dan, il-kalkoli ta’ Franza jqabblu l-ispejjeż fil-fatt imħallsa minn La Poste (u għalhekk inklużi fil-limitu ta’ l-1998) ma’ dawk li kienu jitħallsu minn La Poste li kieku, meta ġiet stabbilita fl-1 ta’ Jannar 1991, din kienet stabbiliet skema ta’ rtirar ġdida, fejn toffri wkoll benefiċċji, imma amministrata permezz ta’ kapitalizzazzjoni. Dan it-tqabbil iseħħ, skond il-Kummissjoni, b’mod ipotetiku wisq biex jippermetti li jsiru konklużjonijiet pertinenti dwar in-natura ta’ l-għajnuna tal-miżuri in kwistjoni.

6.1.4.   Id-distorsjoni tal-kundizzjonjiet tal-kompetizzjoni

(149)

Il-miżuri msemmija jagħtu vantaġġ ekonomiku selettiv minħabba li dan jikkonċerna biss intrapriża waħda, La Poste (62). Miżuri bħal dawn jheddu li jgħawġu, fil-prinċipju, il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni (63).

6.1.5.   Konklużjoni

(150)

Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, fid-dawl tal-ġurisprudenza pertinenti, bl-inklużjoni tas-sentenza Combus, jidher li l-miżuri in kwistjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

6.2.   L-illegalità ta’ l-għajnuna

(151)

Il-limitu ta’ l-1998 twettaq mingħajr ma kien notifikat preċedentement lill-Kummissjoni. Għalhekk dan huwa illegali.

(152)

Il-Kummissjoni tirrimarka dwar dan li l-limitu pproduċa effetti kemm fuq is-swieq liberalizzati u kemm fuq attivitajiet li jiddependu minn monopolju legali. La Poste għalhekk ma kinitx teżerċita biss attivitajiet ta’ monopolju (64). Il-limitu għalhekk ma jistax jitqies bħala għajnuna eżistenti.

(153)

Ir-riforma ta’ l-2006 ġiet innotifikata lill-Kummissjoni. It-twettiq tagħha huwa sospiż fil-miżura fejn La Poste tkompli tħallas il-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” li tirriżulta mil-limitu ta’ l-1998. Ir-riforma ta’ l-2006 għalhekk għadha ma twettqitx.

6.3.   Il-kompatibilità ta’ l-għajnuna mas-suq komuni

Qafas ġenerali ta’ l-eżami tal-kompatibilità ta’ l-għajnuna msemmija

(154)

Id-derogi stipulati fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat, rigward l-għajnuna ta’ karattru soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, l-għajnuna bil-għan li tirrimedja d-diżastri naturali u avvenimenti straordinarji oħra, kif ukoll għajnuna mogħtija f’ċerti reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, m’għandhom l-ebda pertinenza f’dan il-każ.

(155)

Fir-rigward tad-derogi previsti fil-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna in kwistjoni mhix maħsuba biex tiffavorixxi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni li fihom il-livell ta’ ħajja huwa baxx ħafna jew li fihom jeżisti numru għoli ta’ nies qiegħda, li dawn ma jikkostitwux proġett ta’ interess Ewropew u li m’għandhomx l-għan li jirmedjaw għal taqlib gravi ta’ l-ekonomija Franċiża. Dawn m’għandhomx l-għan li jippromwovu l-kultura u l-ħarsien tal-patrimonju.

(156)

Jaqbel li wieħed jeżamina jekk il-miżuri jistgħux jiġu ddikjarati bħala kompatibbli mill-Kummissjoni skond il-punt c) tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat, skond liema għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti sttivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi tista’ tiħi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni meta din ma tbiddilx il-kundizzjonijiet ta’ l-iskambji kummerċjali f’miżura li tmur kontra l-interess komuni.

(157)

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li Franza ma invokatx il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 86 tat-Trattat bħala bażi tal-kompatibilità ta’ l-għajnuna mogħtija lil La Poste.

Analiżi ta’ l-effetti ta’ l-għajnuna – l-intensità tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni

(158)

Meta jitqiesu n-natura u l-effetti tar-riforma, li tallinja l-kontribuzzjonijiet ta’ La Poste skond dawk tal-kompetituri tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-kompatibilità ta’ l-għajnuna trid titwettaq skond it-twaqqif ta’ kundizzjonijiet ugwali (“level playing field”) fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji bejn La Poste u l-kompetituri tagħha, fl-oqsma tal-posta/pakketti u tas-servizzi finanzjarji, li jikkostitwixxu l-attivitajiet essenzjali ta’ La Poste (65).

(159)

Biex wieħed janalizza l-effetti ta’ l-għajnuna u jevalwa l-intensità tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni trid l-ewwelnett teżamina l-livell tal-kontribuzzjonijiet imħallsa minn La Poste meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, fid-dawl ta’ l-impenji ta’ Franza. Wara, il-Kummissjoni ser tidentifika dak li kien jiġi prodott li kieku La Poste ma bbenefikatx mill-għajnuna in kwistjoni. L-effetti pożittivi ta’ l-għajnuna imbagħad ser jiġu analizzati, kif ukoll l-effetti negattivi tagħhom. Għalhekk ser ikun possibbli li jsir bilanċ tal-kompatibilità globali.

Il-livell tal-kontribuzzjonijiet imħallsa minn La Poste

(160)

Il-Kummissjoni studjat tassew fil-fond il-mekkaniżmu għall-kalkolazzjoni tat-TEC.

(161)

Minn qabel, tajjeb li wieħed ifakkar żewġ elementi li jiddiffernzjaw l-iskema tal-kontribuzzjonijiet ta’ La Poste mid-dritt komuni:

i)

il-karattru liberatorju jew le tal-kontribuzzjonijiet;

ii)

l-ammont tal-kontribuzzjonijiet.

(162)

Rigward l-ewwel punt, min iħaddem fis-settur komuni jħallas kontribuzzjonijiet liberatorji f’sistema ta’ tqassim. La Poste ma tħallasx kontribuzzjoni liberatorja imma bil-liġi ta’ l-1990 kellha r-responsabbiltà li tibbilanċja l-iskema ta’ rtirar għall-uffiċjali tagħha. Il-limitu ta’ l-1998, li jiffissa ammont massimu għall-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” mingħajr kunsiderazzjoni marbuta ma’ rata ta’ kontribuzzjoni, wara, b’mod aktar fondamentali, il-liġi ta’ l-2006, għandhom l-effett li jistabblixxu kontribuzzjoni liberatorja.

(163)

L-għajnuna in kwistjoni twassal għalhekk għal soluzzjoni għall-ewwel element ta’ differenza bejn l-iskema ta’ La Poste u d-dritt komuni.

(164)

Rigward it-tieni punt, il-Kummissjoni vverifikat li l-VAN tad-dħul finanzjarju futur skond il-liġi ta’ l-1990 hija superjuri għall-VAN tad-dħul finanzjarju futur li jirriżulta mill-applikazzjoni tat-TEC emendat (66). Fin-nuqqas ta’ l-għajnuna, La Poste ser ikollha għalhekk tħalli l-kontribuzzjonijiet superjuri għad-dritt komuni.

(165)

Aktar mnn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet tassew ugwali mal-kompetituri ta’ La Poste jimplika li jridu jsiru żewġ modifiki għat-TEC:

i)

L-estensjoni tal-bażi tal-kalkolazzjoni għar-riskji soċjali kollha

Fin-notifika (67), il-kalkolazzjoni tat-TEC hija limitata biss għar-riskji komuni, li jesklusi partikolarment ir-riskju ta’ qagħad u dak ta’ nuqqas ta’ ħlas tas-salarji f’każ ta’ rkupru jew ta’ likwidazzjoni ta’ l-intrapriża, li għalihom l-uffiċjali mhumiex esposti fil-prinċipju minħabba l-istat tagħhom. Madankollu, l-istess loġika tar-riforma maħsuba minn Franza hija li toħloq ekwità fil-kompetizzjoni bejn La Poste u l-kompetituri tagħha f’dak li jikkonċerna l-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji, mingħajr konsiderazzjoni għall-istat differenti bejn l-uffiċjali u l-impjegati b’kuntratt tas-settur privat. Barra minn dan, anke jekk mobilità estensiva tidher eskluża (ara l-punt (146)), il-miżuri ad hoc ta’ mobilità ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi mhumiex impossibbli, li tagħti ċerta flessibbiltà lil La Poste fil-ġestjoni ta’ l-uffiċjali tagħha (68), bl-istess mod kif ġara lil France Télécom.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn l-argumenti jiġġustifikaw l-inklużjoni tar-riskji soċjali kollha fit-TEC. L-impenji ta’ Franza (ara l-punt (98)) jirrispondu b’mod sodisfaċenti għar-rimarki tal-Kummissjoni.

ii)

il-kalkolazzjoni l-aktar preċiża possibbli fit-tqassim ta’ l-ispejjeż bejn is-setturi ta’ posta/pakketti u s-servizzi finanzjarji

It-TEC notifikat ma kienx jinkludi l-parti tal-persunal li jagħmel xogħol differenti li reġa' ġie impjegat mal-Bank Postali fl-ambitu tas-servizzi finanzjarji, Franza stmat li b’differenza għall-impjegati mas-servizz pubbliku assenjati mal-grupp ta’ riżorsi, dan il-persunal ġenerali m’għandu l-ebda taħriġ jew kompetenzi speċifikament bankarji u n-numru, l-uffiċċji fejn ġew allokati, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tagħhom kienu definiti minn La Poste.

Min-naħa l-oħra, għall-Kummissjoni, il-fatt li persunal li jagħmel xogħol differenti jaħdem wkoll mas-servizzi finanzjarji, minn fuq il-bank pereżempju, jimplika li t-tqassim ta’ l-ispejjeż bejn is-setturi ta’ posta/pakketti u s-servizzi finanzjarji jrid ikun ibbażat fuq l-aktar informazzjoni preċiża disponibbli. L-impenn ta’ l-awtoritajiet Franċiżi (ara l-punt (100)) li jinkludu fil-kalkolazzjoni annwali tat-TEC il-parti tal-persunal li jagħmel xogħol differenti li reġa' ġie impjegat mal-Bank Postali fil-perimetru tal-bank, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li ġejja mill-kompatibilità analitika ta’ La Poste (69), huwa għalhekk sodisfaċenti.

Il-perimetru ta’ attività tas-settur finanzjarju fit- TEC għalhekk huwa mbiddel minn […]% għal […]% tas-salarji globali.

(166)

Il-modifiki magħmula minn Franza fil-kalkolazzjoni tat-TEC jippermettu lill-mekkaniżmu msemmi li jekwivali l-livelli ta’ l-ispejjeż soċjali u fiskali obbligatorji, ibbażati fuq is-salarji, bejn La Posta u l-intrapriżi l-oħra tas-settur “posta/pakketti” u tas-settur bankarju li jaqa' taħt is-settur pubbliku tas-servizzi soċjali. Il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst minn Franza fin-notifika għall-perjodu 2006-2010 madankollu m’għandux jippermetti lil La Poste li tħallas livell ta’ kontribuzzjoni inferjuri għat-TEC emendat.

Ix-xenarju mingħajr l-għotja ta’ l-għajnuna

(167)

Fin-nuqqas tar-riforma, La Poste kellha tagħmel proviżjoni, għall-kontijiet tagħha ta’ wara s-sena finanzjarja 2006, l-impenji ta’ l-irtirar ta’ l-uffiċjali tagħha. Din il-finanzjament kien jirriżulta direttament minn dak li l-kontribuzzjonijiet “ta’ min iħaddem” għall-pensjonijiet ta’ l-impjegati ta’ La Poste ma kienu obbligatorji.

(168)

Fin-nuqqas ta’ l-għajnuna, il-kontribuzzjonijiet ta’ La Poste ma jkunux konformi mal-livell imħallas mill-kompetituri tagħha. Għalhekk, La Poste tbati żvantaġġ u ma tkunx tista’ tikkompeti b’mod ġust fis-swieq liberalizzati (bħas-servizzi finanzjarji jew l-express).

(169)

Fin-nuqqas tar-riforma, La Poste kellha tassigura l-finanzjament annwali adattat tal-kontribuzzjonijiet tagħha, li kien iwassal għal spiża annwali supplementari ta’ diversi mijiet ta’ miljuni ta’ euro fir-rigward ta’ l-iskema riformata (70). Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn l-ispejjeż żejda (mhux sostnuti mill-kompetituri) mhumiex ta’ ammont li kien iġiegħel lil La Poste biex tnaqqas l-attivitajiet tagħha fis-setturi mifutħa għall-kompetizzjoni, 'il ġewwa jew 'il barra mill-qasam ta’ applikazzjoni ta’ SIEG.

(170)

Fil-fatt, parti sinifikanti mill-ispejjeż in kwistjoni hija marbuta ma’ SIEG, li fil-prinċipju jkun jista’ jippermetti lil La Poste li tirċievi kumpens għall-ispejjeż żejda relattivi (71). Barra minn dan, il-kontribuzzjonijiet relatati ma’ attivitajiet li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ SIEG ma jkollhomx impatt materjali fuq l-attivitajiet programmati minn La Poste. Il-kontribuzzjonijiet in kwistjoni jikkostitwixxu spejjeż fissi. In-natura fissa ta’ l-sipejjeż tfisser ġustament li dawn mhumiex suxxettibbli li jaffetwaw id-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ La Poste, aprtikolarment id-deċiżjonijiet futuri ta’ investiment. L-ispejjeż fissi huma sostnuti minn La Poste, kemm jekk din tiddeċiedi favur ċertu proġett ta’ investiment jew ieħor.

(171)

Iċ-ċirkostanzi li fihom il-livell tal-kontribuzzjonijiet jista’ jaffetwa b’mod sinifikanti l-attivitajiet ta’ La Poste huma kemm l-ammont eċċezzjonalment għoli tal-kontribuzzjonjiet, li jista’ jwassal lil La Poste li toħroġ mis-suq, u kemm żieda importanti ħafna tan-nefqa tal-kapital.

(172)

Ir-riskju ta’ falliment ta’ La Poste ma jidhirx li jikkostitwixxi riskju materjali meta wieħed jikkunsidra s-sitwazzjoni ta’ La Poste (72).

(173)

Ma jistax ikun kompletament eskluż mill-pjan teoretiku li l-kontribuzzjonijiet supplementari annwali li trid tħallas La Poste kienu jkomplu jnaqqsu l-bilanċ tagħha, li seta’ jbiddel it-termini ta’ finanzjament ta’ l-operatur skond spiża tal-kapital aktar għolja. Madankollu, din il-possibbiltà tidher tassew improbabbli fid-dawl ta’ l-argumenti murija preċedentement u l-bidliet tal-kundizzjonijiet tas-suq ikunu (jekk jeżistu) a priori mhux sinifikanti.

L-effetti pożittivi ta’ l-għajnuna

(174)

Il-liberalizzazzjoni tas-settur postali kien proċess kontinwu mill-1998 (73). Il-limitu u r-riforma ta’ l-iskema ta’ rtirar applikabbli ma’ La Poste huma stadji importanti fl-adattament ta’ l-intrapriża għal-liberalizzazzjoni progressiva, u bi preparazzjoni għal-liberalizzazzjoni kompleta tas-suq postali Franċiż (74). Huwa wkoll magħruf li l-liberalizzazzjoni tas-swieq postali fil-livell tal-Komunità għandha rwol importanti fil-qafas ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjieg (75). Minn pożizzjoni politika, imma dejjem f’relazzjoni ma’ l-interess Komunitarju, il-Kummissjoni tqis li l-liberalizzazzjoni tas-settur postali tista’ ssir aktar diffiċli jekk l-abbozzi ta’ riforma għall-irtirar, bħal dak li huwa s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni, ma jiġux approvati.

(175)

F’dan il-kuntest, jaqbel li wieħed ifakkar li l-iskema ta’ rtirar applikabbli għal La Poste skond il-liġi ta’ l-1990 tippreżenta karatteristiċi speċifiċi (bħall-karattru mhux liberatorju tal-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” ta’ La Poste fejn il-livell ta’ din il-kontribuzzjoni huwa aktar għoli minn dak imħallas mill-kompetituri tagħha) li, jekk jittieħdu waħedhom, joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni b’detriment għal La Poste. L-effett essenzjali ta’ l-għajnuna in kwistjoni huwa li tallinja l-kontribuzzjonijiet ta’ La Poste ma’ dawk imħallsa mill-kompetituri tagħha, biex b’hekk telimina d-distorsjoni tal-kompetizzjoni speċifika li taffetwa lil La Poste.

(176)

Barra minn dan, il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li l-miżuri in kwistjoni huma adattati għall-objettiv ta’ interess Komunitarju li huma jistipulaw. L-ebda strument ieħor jitratta l-kwistjoni b’mod aktar effikaċi. Fis-setturi fejn jeżisti SIEG seta’ ċertmanet jingħata kumpens ta’ servizz pubbliku, imma strateġija bħal din ma kinitx tkun sostenibbli fit-tul minħabba n-natura strutturali tal-problema.

(177)

Barra minn dan, il-limitu u r-riforma għenu lil La Poste biex taġixxi progressivament bħala investitur privat, affaċċjat b’limitazzjonijiet kummerċjali normali. Miżuri diġà adottati, bħall l-impjieg ta’ imjegati b’kuntratt tas-settur privat (minflok l-uffiċjali), diġà ġew implimentati f’din il-perspettiva.

(178)

F’dak li jikkonċerna l-proporzjonalità tal-miżuri, l-għajnuna mogħtija hija limitata għall-minimu strett, minħabba li t-TEC emendat huwa kkalkulat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjonijiet kollha relevanti.

(179)

Fl-aħħarnett, il-miżuri in kwistjoni, anke jekk ma jikkonċernawx reġim speċjali f’dak li jikkonċerna s-servizzi mogħtija lil min qed jirtira, jippermettu li dan il-mekkaniżmu ta’ finanzjament, li l-evoluzzjonijiet storiċi kienu għamluh inutli, isir permanenti. Il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri jidħlu għalhekk fil-qafas aktar ġenerali tar-riforma tas-sistemi ta’ rtirar ta’ l-Istati Membri, riforma mixtieqa kemm mill-Kunsill u kemm mill-Kummissjoni.

L-effetti negattivi ta’ l-għajnuna

(180)

Il-prodotti u s-swieq konċernati jistgħu jiġu klassifikati skond jekk dawn humiex parti minn:

i)

setturi postali riservati, li ġejjin minn monopolju legali (bħall-ittri ta’ anqas minn 50 g),

ii)

setturi postali mhux riservati (bħal l-express),

iii)

setturi mhux postali, partikolarment is-servizzi finanzjarji, li ilhom liberalizzati għal żmien twil.

(181)

F’analiżi statika, il-Kummissjoni tqis li:

i)

id-distrosjoni tal-kompetizzjoni huwa fin-natura tiegħu limitat ħafna fis-setturi riservati, fejn ma jeżistux kompetituri diretti. Meta jitqies il-passat ta’ La Poste u ta’ l-attivitajiet tagħha, huwa ċar li parti kbira (76) ta’ l-impenji li mhumiex inklużi fil-karta tal-bilanċ ta’ l-2006 huma relatati ma’ l-attivitajiet fis-settur riservat;

ii)

fuq is-swieq postali diġà liberalizzati u s-servizzi finanzjarji, ir-riżorsi finanzjarji użati minn La Poste b’konsegwenza tal-miżuri in kwistjoni jistgħu teoretikament jippermettu prattika ta’ esklużjoni, li taqta’ qalb il-kompetituri milli jidħlu fis-swieq konċernati. Fis-servizzi finanzjarji, il-Bank Postali għandu 10,7 % tas-suq ta’ l-operazzjonijiet bankarji bl-imnut (fl-2005) imma jippreżenta grad ta’ diversifikazzjoni mnaqqsa fl-attivitajiet tiegħu. Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri hawn ikollhom biss effett limitat, partikolarment f’mument fejn id-dritt speċjali ta’ distribuzzjoni tal-“livret A” jkollu jitwaqqaf (77). Fuq is-swieq postali li huma diġà liberalizzati (bħall-express), il-partijiet tas-suq ta’ La Poste jistgħu jkunu sinifikanti, fejn ma jistax jiġi eskluż impatt tal-miżuri in kwistjoni fuq il-kompetituri. Madankollu, minħabba n-natura ta’ l-ispiża fissa tan-nefqa tal-pensjoni, l-inċidenza reali jkollha tkun limitata.

(182)

F’analiżi dinamika, partikolarment għas-swieq li jiddependu attwalment mis-settur riservat imma li normalment ikunu miftuħa għall-kompetizzjoni matul is-snin li ġejjin, il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li:

i)

il-miżuri in kwistjoni jistgħu teoretikament jippermettu lil La Poste li żżomm pożizzjoni dominanti. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li dan ir-riskju huwa dgħajjef għax il-miżuri jillimitaw ruħhom biex jallinjaw il-kontribuzzjonijiet imħallsa minn La Poste ma’ dawk tal-kompetituri tagħha u La Poste ma ħadet l-ebda vantaġġ finanzjarju anomalu mill-monopolju tagħha (78);

ii)

anke jekk il-kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali mitluba minn Franza tikkostitwixxi fil-fatt ħlas bil-quddiem fuq il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet marbuta mat-TEC emendat, li kien possibbli minħabba self ta’ 2 biljun euro fl-2006, idgħajjef l-istruttura finanzjarja tal-grupp. Skond Standard & Poor's, La Poste impenjat ruħha fir-rigward ta’ l-Istat biex sa l-2010 terġa' ssaħħaħ l-istruttura finanzjarja għal bħalma kienet fl-2005, partikolarment billi tagħti d-dħul li ġej mir-riforma tas-sistema ta’ l-irtirar għall-ħlas lura tad-dejn. Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ La Poste hija affetwata minn dan, f’perjodu kruċjali, fil-bidu tal-liberalizzazzjoni tas-settur tal-posta.

Konklużjonijiet

(183)

Minn dak li jippreċedi jirriżulta li l-effetti negattivi ta’ l-għajnuna mogħtija lil La Poste huma moderati.

(184)

Dan għaliex, fid-dawl ta’ l-impenji ta’ Franza, il-miżuri jillimitaw ruħhom għal dak li huwa strettament neċessarju biex jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ugwali f’dak li jikkonċerna l-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji, u jġibu fi tmiem id-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tillimita lil La Poste, dawn ma jbiddlux il-kundizzjonijiet ta’ l-iskambji kummerċjali f’miżura kuntrarja għall-interess komuni. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna in kwistjoni hija kompatibbli mas-suq komuni, mingħajr ma tkun neċesarja l-ebda miżura ta’ kumpens komplementari.

6.4.   Rimarka komplementari: il-preċedent “EDF”

(185)

Fid-deċiżjoni tagħha 2005/145/KE fil-kwistjoni EDF, il-Kummissjoni awtorizzat l-għajnuna ta’ l-Istat li teħles lill-intrapriżi minn settur ta’ obbligi ta’ pensjonijiet speċifiċi, li jeċċedu dawk li jirriżultaw mill-iskema ġenerali ta’ l-irtirar u li keinu pew definiti matul il-perjodu ta’ monopolju. F’din l-okkażjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-tħaffif parzjali ta’ l-ispiża li tirriżulta mill-mekkaniżmu ta’ finanzjament tad-drittijiet speċifiċi ta’ rtirar miksuba qabel id-data tar-riforma kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat li seta’ jiġi ddikjarat kompatibbli mas-suq komuni. Il-Kummissjoni stmat fl-analiżi ta’ kompatibilità tagħha li s-sitwazzjoni ta’ EDF ma kinitx daqshekk differenti fin-natura tagħha minn dik ta’ “l-ispejjeż li mhumiex irkuprabbli” fil-qasam ta’ l-enerġija. Fil-fatt sin kienet għajnuna maħsuba biex tiffaċilita t-tranżizzjoni lejn settur ta’ l-enerġija kompetittiv. Il-Kummissjoni stmat xieraq li tassimila l-għajnuna lill-EDF ma’ kumpens ta’ l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati, u ħabbret li din kienet qed issegwi din l-istrateġija fl-analiżi tagħha ta’ każijiet simili.

(186)

Fid-deċiżjoni EDF, l-għajnuna tikkonċerna biss attivitajiet imwettqa tradizzjonalment f’monopolju. Dan mhuwiex il-każ f’din il-kwistjoni, li titratta fl-istess ħin is-settur riservat u s-settur liberalizzat. EDF u La Poste għalhekk ma jistgħux jitqabblu kompletament. Madankollu, f’analiżi simili għall-metodoloġija ta’ l-sipejjeż li mhumiex irkuprabbli, id-deċiżjoni tal-bidu ta’ din il-proċedura tispjega: “f’dan l-istadju l-Kummissjoni mhix ser tikkonkludi li l-miżuri huma neċessarji biex tintegra bis-sħiħ il-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni tas-suq tas-servizzi tal-posta. Fil-fatt, raġunament bħal dan jista’ jsir jekk il-Kummissjoni tkun assigurata li La Poste tinsab effettivament f’sitwazzjoni li tista’ titqabbel ma’ dik tal-kompetituri tagħha”.

(187)

Il-Kummissjoni issa stabbiliet li:

i)

La Poste ma timpjegax aktar uffiċjali;

ii)

it-TEC emendat ipoġġi lil La Poste f’sitwazzjoni ta’ ekwità tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-kompetituri tagħha f’dak li jikkonċerna il-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji;

iii)

l-obbligi li jirriżultaw mil-liġi ta’ l-1990, qabel il-liberalizzazzjoni tas-settur postali, kienu jaffetwaw il-kompetitività ta’ La Poste f’ambjent li kien għaddej minn liberalizzazzjoni.

(188)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna in kwistjoni teħles lil La Poste mill-obbligi ta’ pensjonijiet speċifiċi, li jeċċedu dawk li jirriżultaw mill-iskema ġenerali ta’ l-irtirar u li kienu ġew definiti matul il-perjodu tal-monopolju.

6.5.   Nuqqas ta’ finanzjament ta’ l-impenji ta’ rtirar mill-2007

(189)

Il-Kummissjoni tinnota li La Poste kienet tħalli jidhru l-impenji ta’ l-irtirar tal-persunal bħala uffiċjali li ma ġewx imdaħħla fil-karta tal-bilanċ tal-kontijiet annwali sa l-2006. Jekk il-kontribuzzjoni ma kinitx magħmula liberatorja, La Poste kellha tiffinanzja l-impenji korrispondenti fil-bilanċ mis-sena 2007. Dan jirriżulta minn applikazzjoni normali, mhux derogatorja, tan-normi ta’ kontabilità inetrnazzjonali, skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni tan-normi ta’ kontabilità internazzjonali (79). In-nuqqas ta’ finanzjament għalhekk ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat. Din ma timplikax fiha nnifisha riżorsi ta’ l-Istat, u tikkomplimenta dawk implimentati mill-miżuri in kwistjoni.

7.   KONKLUŻJONIJIET

(190)

Il-kwota ta’ l-1998 u r-riforma ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste skond l-Artikolku 150 tal-liġi ta’ rettifika tal-finanzi għall-2006 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni, sakemm:

i)

it-TEC ikkalkulat kull sena jinkludi fil-parametru ta’ l-attività “servizzi finanzjarji” il-parti tal-persunal li jagħmel xogħol differenti li reġa' ġie impjegat mal-Bank Postali fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni preċiża li ġejja mill-kontabbiltà analitika ta’ La Poste, u li

ii)

it-TEC jintegra t-total tat-tnaqqis u tal-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji, inkluż il-kontribuzzjonijiet AGS u ta’ qagħad, il-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta’ solidarjetà u l-ispiża tas-servizzi assigurati minn La Poste stess,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-ewwel Artikolu

Il-kwota, sa mill-1998, tal-ħlas lura minn La Poste tal-pensjonijiet ta’ l-irtirar imħallsa mill-Istat lill-uffiċjali impjegati ma’ La Poste, kif ukoll ir-riforma notifikata ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-imsemmija uffiċjali skond l-Artikolu 150 tal-liġi ta’ rettifika tal-finanzi għall- 2006 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni sakemm il-kundizjonijiet previsti fl-Artikolu 2 jiġu rispettati.

Artikolu 2

1.   Ir-rata ta’ ekwità tal-kompetizzjoni (“TEC”), ikkalkulata kull sena sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” liberatorja, stipulat fl-Artikolu 150 tal-liġi ta’ rettifika tal-finanzi għall-2006, trid tinkludi fil-parametru ta’ l-attività “servizzi finanzjarji” il-parti tal-persunal li jagħmel xogħol differenti li reġa' ġie impjegat mal-Bank Postali fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni preċiża li ġejja mill-kontabbiltà analitika ta’ La Poste.

2.   It-TEC irid jintegra t-total tal-kontribuzzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji, inkluż il-kontribuzjonijiet AGS (Assoċjazzjoni għall-Ġestjoni ta’ l-Iskema ta’ Garanzija tal-Krediti ta’ Impjegati), il-kontribuzzjonijiet ta’ qagħad, il-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta’ solidarjetà u l-ispiża tas-servizzi awto-assigurati minn La Poste.

Artikolu 3

Franza tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xaharejn li jibdew jgħoddu mid-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni, bil-miżuri meħuda biex din tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Ir-Repubblika Franċiża hija d-destinatarju ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 296, 6.12.2006, p. 6.

(2)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 1.

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali

(3)  ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14. Direttiva emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 176, 5.7.2002, p. 21.

(5)  Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE rigward il-kisba tas-suq intern postali tal-Komunità (COM(2006) 594 tat-18 ta’ Ottubru 2006).

(6)  L-istudju “The Impact on Universal Service of the Full Market Accomplishment of the Postal Internal Market in 2009” – Annessi - Mejju 2006 – imwettaq għall-Kummissjoni.

(7)  Rapport tal-Qorti ta’ l-Awdituri, “Il-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku”, April 2003.

(8)  Skond il-Qorti ta’ l-Awdituri, din ir-rata impliċita tkun ukoll mhux kompleta minħabba li ma tikkunsidrax l-ispejjeż ta’ ġestjoni ta’ l-iskema.

(9)  Ir-rata ta’ kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” applikabbli fl-2003 għal min jirċievi salarju fis-settur privat hija ta’ 15,46 % f’każ li m’hemmx qafas u ta’ 15,60 % għal qafas.

(10)  L-Artikolu 30 tal-liġi ta’ l-1990 jiddisponi li: “Il-likwidazzjoni u s-servizz tal-pensjonijiet allokati, fl-applikazzjoni tal-kodiċi tal-pensjonijiet taċ-ċivil u tal-militar għall-irtirar, lill-impjegati mas-servizz pubbliku ta’ La Poste […] isiru mill-Istat.”

(11)  B’ “uffiċjali impjegati ma’ La Poste”, wieħed jifhem il-popolazzjoni ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste, kemm impjegati rtirati ta’ La Poste u kemm ta’ l-amministrazzjoni tal-posta.

(12)  Ċifri ta’ twettiq fil-baġit.

(13)  Reklutaġġ ta’ La Poste mill-1990:

 

1990

1991

1992

1993

1994

1995

1996

1997

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

Uffiċjali impjegati

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Persuni b’salarju impjegti

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(14)  Minkejja wkoll l-istabbilizzazzjoni f’euro kostanti mill-1998.

(15)  Il-liġi Nru 2006-1771 tat-30 ta’ Diċembru 2006 ta’ rettifika tal-finanzi għall-2006.

(16)  Id-digriet Nru 2007-3 ta’ l-1 ta’ Jannar 2007 li tistabbilixxi t-termini għad-determinazzjoni u għall-ħlas tal-kontribuzzjoni ta’ min jimpjega liberatorja għall-uffiċjali ta’ La Poste.

(17)  Dan l-istabbiliment pubbliku inħoloq mid-digriet Nru 2006-1625 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jwaqqaf l-Istabbiliment pubbliku nazzjonali ta’ finanzjament ta’ l-irtirar ta’ La Poste.

(18)  Għall-awtoritajiet Franċiżi, ir-riskji komuni (partikolarment ix-xjuħija, il-familja, il-mard, il-maternità, l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol, it-taħriġ professjonali) jikkonċernaw ir-riskji koperti mill-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali kollha, inkluż skond dispożizzjonijiet konvenzjonali, applikabbli rispettivament fis-settur tal-posta u fis-settur bankarju (it-tqabbil jinkludi s-suppliment tal-bank, li huwa kontribuzzjoni żejda għall-irtirar imħallsa mill-banek, ta’ aktar minn 4 % tal-gross tas-salarji). Bl-esklużjoni tal-kontribuzzjonijiet fis-seħħ biex ikopru r-riskju ta’ qagħad u l-assigurazzjoni kontra r-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas tas-salarji f’każ ta’ proċedura ta’ rkupru jew ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja (l-Assoċjazzjoni għall-Ġestjoni ta’ l-Iskema ta’ Garanzija tal-Krediti tas-Salarji, AGS). B’mod sistematiku, il-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta’ solidarjetà mwaqqfa mil-liġi Nru 82-939 ta’ l-4 ta’ Novembru 1982 rigward il-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta’ solidarjetà għall-ħaddiema li m’għandhomx impjieg u imħallsa mill-uniċi uffiċjali kienet eskluża mit-tqabbil. Barra minn dan, La Poste tassigura hi stess il-benefiċċji għall-waqfien mix-xogħol minħabba mard, maternità, paternità, u adozzjoni għall-uffiċjali li huma impjegati magħha, fil-waqt li l-kompetituri tagħha jħallsu l-kontribuzzjonijiet għal dawn is-servizzi. Il-benefiċċji assigurati minn La Poste jirrappreżentaw aktar minn […]% tas-salarji netti ta’ indikazzjoni, li jikkorrispondi għad-differenza bejn ir-rati ta’ kontribuzzjonijiet applikabbli għal dawk li jirċievu salarju mid-dritt privat u dawk applikabbli għall-uffiċjali. Dawn ma ġewx ikkunsidrati fit-TEC notifikat inizjalment, fil-waqt li l-kontribuzzjonijiet mħallsa mill-kompetituri ġew ikkunsdrati.

(19)  Is-salarju gross ta’ indiċi huwa l-element prinċipali tar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u jiddependi mill-indiċi tagħhom, li hu stess jiddependi minn kemm ilhom jaħdmu fl-entità tagħhom. Il-komponenti tar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali mas-servizz pubbliku huma definiti mill-Artikolu 20 tal-liġi Nru 83-634 tat-13 ta’ Lulju 1983 li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ta’ l-uffiċjali.

(20)  Dan il-grupp, li m’għandux personalità ġuridika, imexxi r-riżorsi umani kollha u l-materjali korrispondenti għas-servizzi previsti mill-ftehim li sar bejn La Poste u l-Bank Postali (pereżempju l-kundizzjonijiet li fihom il-Bank Postali jirrikorri għall-persunal ta’ La Poste għall-katina kummerċjali).

(21)  Jaqbel li wieħed jinnota li r-rata applikabbli għall-grupp “bankarju” mhix ser tonqos sakemm ma din tilħaq it-TEC “settur bankarju” (stmat li jammonta għal […]% skond l-informazzjoni ta’ l-2005).

(22)  Ara l-Artikolu 150 tal-liġi ta’ rettifika tal-finanzi għall-2006.

(23)  Il-kwistjoni ta’ tqassim ta’ l-ispejjeż fil-grupp La Poste, partikolarment fir-rigward tal-Bank Postali, hawn mhux eżaminat mill-Kummissjoni u ser ikun suġġett ta’ deċiżjoni oħra.

(24)  Deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2004, Danske Busvognmænd/Il-Kummissjoni, T-157/01, Ġabra p. II-917.

(25)  Combus, intrapriża magħżula mill-Istat biex tamministra l-attività ta’ trasport komuni permezz tal-karrozza tal-linja fid-Danimarka, kienet timpjega uffiċjali li żammew ir-relazzjoni ta’ impjieg tagħhom ma’ l-Istat, fil-waqt li kienu għad-dispożizzjoni ta’ Combus fil-qafas ta’ skema ta’ affiljazzjoni. Minħabba li l-uffiċjali kienu jaħdmu għal Combus, din is-soċjetà kellha l-obbligu li jikkumpensaw lill-Istat għas-salarji u l-pensjonijiet li dan kien iħallas għalihom. F’Settembru 1998, l-Istat ikkonkluda ftehim ma’ l-intrapriża rigward il-kondizzjonijiet biex minn stat ta’ uffiċjal l-impjegati jgħaddu għal stat ta’ impjegat b’kuntratt għall-uffiċjali impjegati ma’ Combus. Il-ftehim kien jikkonsisti fil-parti l-kbira tiegħu biex l-uffiċjali jingħataw l-għażla, mill-1 ta’ April 1999, bejn impjieg bħala aġent b’kuntratt ma’ Combus jew impjieg ieħor adegwat mal-Ferrovija Daniża. Bħala kumpens għar-rinunċja tad-drittijiet li ġejjin mill-istat ta’ uffiċjal meta jsiru aġenti b’kuntratt ma’ Combus, l-uffiċjali kienu talbu remunerazzjoni unika, stmata għal 100 miljun kuruna Daniża. Din is-somma tħallset lill-uffiċjali kkonċernati fl-1998.

(26)  Deċiżjoni 2005/145/KE tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2003 rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lil EDF u lis-settur ta’ l-industrija ta’ l-elettriku u tal-gass (ĠU L 49 tat-22.2.2005, p. 9).

(27)  Fost il-vantaġġi favur La Poste, l-osservazzjonijiet isemmu n-nuqqas ta’ kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni ta’ qagħad għall-uffiċjali, remunerazzjoni totali (salarju gross) anqas għall-uffiċjali meta mqabbla ma’ l-impjegati tal-privat, l-istabbiltà tal-persunal uffiċjali fil-perjodu ta’ tkabbir u l-possibbiltajiet ta’ rtirar kmieni jew ta’ affiljazzjoni mill-ġdid ta’ dawn l-uffiċjali fi żmien ta’ riċessjoni, il-kundizzjonijiet l-aktar favorevoli ta’ l-irtirar ta’ l-uffiċjali u d-drittijiet esklussivi ta’ La Poste.

(28)  Dan il-punt ta’ l-aħħar jista’ jkollu l-konsegwenza, skond id-deċiżjoni Deggendorf (deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Settembru 1995, T-244/93 u T-486/93, Teltilwerke Deggendorf, Ġabra p. II-2265), li l-ebda għajnuna ġdida ma tista’ tiġi awtorizzata sakemm La Poste ma tkunx ħallset lura l-għajnuna illegali li kienet irċeviet preċedentement.

(29)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(30)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(31)  Sentenza tal-Qorti tat-23 ta’ Marzu 2006, C-237/04, Enirisorse c. Sotacarbo, il-punti 46-51.

(32)  Dawn l-istimi jippreżentaw limiti metodoliġiċi dovuti għan-natura tas-sena finanzjarja.

(33)  Partikolarment b’konsegwenza tas-salarju l-aktar għolja.

(34)  L-informazzjoni fuq il-perjodu 1998-2004 ġiet mibnija b’data b’lura fuq il-bażi ta’ informazzjoni ta’ l-2005. L-ammonti ta’ salarji annwali ta’ l-uffiċjali, partikolarment is-salarji totali (gross) indikattivi, huma dawk irreġistrati għas-sena li għaliha huwa kkalkulat it-TEC. It-tqassim għal kull attività bejn qafas u nuqqas ta’ qafas ġew ikkalkolati pro-rata ta’ l-ammont totali tas-salarji ta’ l-uffiċjali u tas-salarji ta’ indiċi. Il-kontribuzzjonijiet huma kontribuzzjonijiet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar tas-sena li għaliha huwa kkalkulat it-TEC. Il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija applikata hija koerenti u prudenti.

(35)  Franza kkalkulat il-VAN li jirriżulta mir-rati tal-kontribuzzjoni applikabbli għall-istabbilimenti pubbliċi, skond l-iskema ta’ pensjoni għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku.

(36)  Inkluż il-kontribuzzjonijiet ta’ qagħad u AGS, il-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta’ solidarjetà u l-ispiża tas-servizzi awto-assigurati.

(37)  L-ispiża attwali annwali normali tikkorrispondi għad-drittijiet li jinkisbu fis-sena mqabbla ma’ l-attività mwettqa fuq dan l-eżerċizzju.

(38)  Sentenza tas-27 ta’ Jannar 1998, Ladbroke/Il-Kummissjoni, T-67/94, Ġabra pp II-1, il-punt 109.

(39)  ĠU L 178, 8.7.1988, p. 5.

(40)  ĠU L 386, 30.12.1989, p. 1. Direttiva rivokata mid-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1). L-istess Direttiva 200/12/KE ġiet sostitwita mid-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 rigward l-aċċess għall-attività ta’ l-istabbilimenti ta’ kreditu u l-eżerċizzju tiegħu (rikodifikazzjoni) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(41)  Il-kontijiet u l-ġestjoni ta’ La Poste (1991-2002), Ottubru 2003.

(42)  Ir-rapport finanzjarju tal-grupp Posta għall-2005 b’hekk ifakkar “il-perspettiva tal-ftuħ totali għall-kompetizzjoni fl-2009” bħala element tal-pjan ta’ l-iżvilupp għal kull impjieg.

(43)  “Is-settur postali fl-UE bħalissa għaddej minn bidliet importanti, fosthom il-ftuħ progressiv tas-suq, it-tkabbir mgħaġġel u l-prezz dejjem aktar dgħajjef ta’ l-appoġġi elettroniċi kompetituri,…” (Dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni, dokument mehmuż mal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-kisba tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità – Ġabra ta’ l-analiżi ta’ l-impatt, SEC(2006)1292 tat-18 ta’ Ottubru 2006).

(44)  Deċiżjoni ta’ l-14 ta’ Frar 1990, Franza/Il-Kummissjoni, C-301/87, Ġabra p. 1, il-punt 41.

(45)  Deċiżjoni tal-Qorti ta’ l-20 ta’ Settembru 2001, C-390/98, H.J. Banks & Co. Ltd/The Coal Authority et Secretary of State for Trade and Industry, Ġabra p. I-6117.

(46)  Deċiżjoni tal-Qorti tat-8 ta’ Novembru 2001, C-143/99, Adria-Wien Pipeline GmbH et Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke, Ġabra p. I-8365, il-punt 41.

(47)  Dan il-punt jirrispondi wkoll għal osservazzjoni ta’ […] skond liema l’apprezzament tal-karattru “anomalu” ta’ l-ispiża relattiva għall-impjieg ta’ l-ufffiċjali msemmija. Il-Kummissjoni tinnota wkoll dwar dan is-suġġett li kontabbilità bħal din hija prattikament impossibbli li titwettaq.

(48)  Fi Franza, fi stabbilimenti pubbliċi, wieħed jopera distinzjoni ta’ prinċipju bejn l-istabbilimenti pubbliċi b’karattru amministrattiv (EPA), li jassiguraw il-missjonijiet tradizzjonali ta’ l-amministrazzjoni, u l-istabbilimenti pubbliċi b’karattru industrijali u kummerċjali (EPIC), li jeżerċitaw attivitajiet ta’ natura ekonomika. Ċerti stabbilimenti pubbliċi ma ġewx ikkwalifikati mil-liġi ta’ EPA jew ta’ EPIC. Dan huwa l-każ ta’ La Poste. Il-Qorti tal-Kassazzjoni madankollu żammet il-prinċipju skond liema La Poste hija mqabbla ma’ EPIC fid-deċiżjoni tagħha tat-18 ta’ Jannar 2001 (it-tieni kamra ċivili). Ara r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Ottubru 2006 li tipproponi l-adozzjoni tal-miżuri utli li jikkonċernaw garanzija mingħajr limitu ta’ l-Istat favur La Poste (il-każ E 15/2005).

(49)  It-tariffi relattivi għal dawn huma ffissati skond il-prinċipji definiti mid-Direttiva 97/67/KE. Partikolarment, fl-Artikolu 12 tad-Direttiva msemmija, huwa previst li l-prezzijiet iridu jkunu orjentati skond l-ispejjeż u li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tariffa unika hija applikata fuq it-territorju nazzjonali kollu tagħhom.

(50)  L-ittra SG(95) D/9783 tal-25/7/1995.

(51)  Ara l-punt 48 tas-sentenza in kwistjoni.

(52)  Ara l-punt 63 tal-linji gwida Komunitarji rigward l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjon ta’ intrapriżi f’diffikultà.

(53)  Konklużjoni bħal din probabilment ma setgħetx issir li kieku seta’ jiġi definit element ta’ referenza anċillari. Madankollu dan ma kienx possibbli fil-kuntest ta’ eżami tal-vantaġġ selettiv fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

(54)  Sentenza Combus diġà msemmija, il-punt 57.

(55)  Sentenza tal-Qorti tat-2 ta’ Lulju 1974, 173/73, L-Italja/Il-Kummissjoni, Ġabra p. 709, il-punt 13; sentenza tal-Qorti ta’ l-24 ta’ Frar 1987, C-310/85, Deufil/Il-Kummissjoni, Ġabra p. 901, il-punt 8; sentenza tal-Qorti tas-26 ta’ Settembru 1996, C-241/94, Franza/Il-Kummissjoni, Ġabra p. I-4551, il-punt 20.

(56)  Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Marzu 1994, C-387/92, Banco Exterior, Ġabra p. I-877, il-punt 13; sentenza diġà msemmija fil-kwistjoni C-241/94, il-punt 34.

(57)  Sentenza tal-Qorti tat-12 ta’ Diċembru 2002, C-5/01, Il-Belġju/Il-Kummissjoni, Ġabra p. I-1191, il-punt 39.

(58)  Sentenza tal-Qorti tat-23 ta’ Frar 1961, 30/59, Gezamenlijke Steenkolenmijnen in Limburg/Haute Autorité, Ġabra p. 3, il-punti 29 u 30; sentenza diġà msemmi fil-kwistjoni C-173/73, il-punti 12 u 13; sentenza diġà msemmi fil-kwistjoni C-241/94, il-punti 29 u 35; sentenza tal-Qorti tal-5 ta’ Ottubru 1999, C-251/97, Franza/Il-Kummissjoni, Ġabra p. I-6639, il-punti 40, 46 u 47.

(59)  Hawn jitratta differenza essenzjali mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2003 fil-kwistjoni N 483/2000 – L-Olanda, Bejgħ tal-grupp Ingenieurbureau Zuid-Holland (ĠU C 5 tat-8.1.2002, p. 2), imsemmija fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura u li fiha l-kumpens finanzjarju mħallas mill-awtoritajiet Olandiżi kien imħallas lill-impjegati li tilfu l-istat ta’ uffiċjal provinċjali u l-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg assoċjati tagħhom.

(60)  Iż-żewġ banek konċernati huma Crédit agricole u BNP-Paribas.

(61)  Franza tressaq ukoll argumenti ġenerali dwar in-natura differenti ta’ l-attivitajiet tal-Bank Postali meta mqabbla mal-banek il-kbar (li jeżerċitaw ukoll attivitajiet ta’ bank ta’ investiment u ta’ finanzjament, u huma aktar preżenti fuq il-parti “għolja” ta’ operazzjonijiet bankarji retail (EurLex – C2007/270/08)). Madankollu, dawn l-elementi mhumiex kwantifikti minn Franza, hekk li mhux possibbli li wieħed jasal għal konklużjoni inekwivoka ta’ l-argumenti ppreżentati.

(62)  Żewġ intrapriżi, La Poste u France Télécom, kienu suġġetti għall-mekkaniżmu ta’ l-irtirar definit mil-liġi ta’ l-1990. L-iskema applikabbli għal France Télécom ġiet emendata fl-1996-1997. La Poste biss wara baqgħet sottoposta għall-mekkaniżmu tal-liġi ta’ l-1990.

(63)  Ara s-sentenza tal-Qorti ta’ l-20 ta’ Novembru 2003, GEMO S.A., C-126/01, Ġabra p. I-13769, il-punt 33).

(64)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2000, T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa 607/97, T-1/98, T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98, Alzetta Mauro/Il-Kummissjoni, Ġabra p. II-02319, il-punt 147.

(65)  F’dan il-kuntest, fin-nuqqas ta’ marġini ta’ ċaqliq għal teħid ta’ deċiżjoni ta’ La Poste meta jitqies il-karattru globalment komparabbli tas-servizzi mogħtija mill-iskema ġenerali u minn dak ta’ l-uffiċjali (partikolarment il-liġi Nru 2003-775 tal-21 ta’ Awwissu 2003 li twassal riforma ta’ l-irtirar torganizza l-allinjament skondl-iskema ġenerali tat-tul ta’ assigurazzjoni meħtieġa fil-funzjoni pubblika biex jibbenefika minn irtirar b’rata sħiħa), il-Kummissjoni tqis li mhuwiex pertinenti li wieħed iqabbel is-servizzi offerti mill-iskemi in kwistjoni. Tqabbil bħal dan mhux possibbli minħabba li dan jimplika konsiderazzjonijiet indiretti u inċerti, bħat-tqabbil tal-vantaġġi u ta’ żvantaġġi ta’ l-impjieg ta’ l-uffiċjali meta mqabbla ma’ impjegati b’kuntratt ta’ kuntratt tas-servizz privat. Ikun xi jkun, il-mistoqsija vera f’termini ta’ kompetizzjoni hija li wieħed janalizza dak li għandu effett fuq il-kontijiet ta’ La Poste meta mqabbla mal-kompetituri tagħha: il-kontribuzzjonijiet li jridu jitħallsu.

(66)  Barra minn dan, sa mill-1998, La Poste ħallset kontribuzzjonijiet totali aktar għolja minn dawk li kienu jirriżultaw mit-TEC emendat.

(67)  Dwar dan ara l-anness 2 (“Tqabbil tat-tnaqqis mis-salarji li japplikaw għall-uffiċjali u għall-imjegati tad-dritt komuni”) u l-anness 3 (“Tqabbil tat-tnaqqis minn min iħaddem: La Poste/min iħaddem taħt id-dritt privat”) fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

(68)  Anke jekk id-digrieti ta’ applikazzjoni għadhom ma ġewx adottati, il-liġi Nru 2007-148 tat-2 ta’ Frar 2007 ta’ modernizzazzjoni tal-funzjoni pubblika għandha l-għan li tneħħi ċerti ostakoli regolamentari tar-regoli statwatorji ospitanti u li tistabbilixxi għal La Poste arranġament simili għal dak applikabbli għal France Télécom. Franza tqis li l-kundizzjonijiet iffissati mil-liġi għandu jkollhom bħala konsegwenza li ċ-ċaqliq eventwali ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste lejn l-amministrazzjonijiet ikunu “limitati fin-numru”.

(69)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2005 rigward il-miżuri marbuta mal-ħolqien u mal-ħidma tal-Bank Postali (l-ittra C(2005)5412) aċċettat is-sistema ta’ kontabilità analitika ta’ l-ispejjeż ta’ La Poste lill-Bank Postali.

(70)  Għall-2005 pereżempju, il-varjazzjoni bejn l-ammont li jrid jitħallas skond il-liġi ta’ l-1990 u t-TEC emendat titla’ għal […]. Għall-2010, Standard&Poor’s iqisu l-ekonomija għal La Poste ta’ 700 miljun euro.

(71)  Ir-regoli fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat għall-kumpens tas-servizz pubbliku ma jippermettux kumpens żejjed. Barra minn dan, wieħed ifakkar li ż-żamma ta’ servizzi riservati tidher ġustifikata biex tassigura l-ħidma tas-servizz universali fil-kundizzjonijiet ta’ l-ekwilibriju finanzjarju (ara l-punt 16 tad-Direttiva 97/67/KE).

(72)  Hekk kif muri pereżempju mir-rating ta’ La Poste minn Standard&Poor’s ippubblikat f’April 2007.

(73)  Fl-1998, il-liberalizzazzjoni tas-settur tal-posta kienet limitata għall-ittri ta’ aktar minn 350 g li l-prezz tagħhom huwa anqas minn ħames darbiet it-tariffa pubblika applikabbli biex wieħed jibgħat korrispondenza ta’ l-ewwel grad b’piż tal-kategorija normali l-aktar mgħaġġla (fejn teżisti). Fl-2003, il-limitu tal-piż tnaqqas għal 100 g u l-prezz inferjuri għal tliet darbiet it-tariffa pubblika, u wara, fl-2006, għal 50 g u l-prezz huwa inferjuri għal darbtejn u nofs it-tariffa pubblika.

(74)  Bl-istess mod, fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 405/2005, Il-Greċja-Kontribuzzjoni finnazjarja għar-reġim ta’ irtirar kmieni volontarju ta’ l-OTE (ĠU C 151 tad-29.6.2006, p. 2), il-Kummissjoni kkunsidrat li l-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ rtirar kmieni volontarju (“VRS”) kienet stadju neċessarju sabiex titkompla l-privatizzazzjoni ta’ l-intrapriża.

(75)  Ara pereżempju l-punti 5 u 6 tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE f’dak li jikkonċerna l-kisba tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità (COM(2006) 594 tat-18.10.2006).

(76)  Franza mhix f’pożizzjoni li tagħti ċifra preċiża l-ammont in kwistjoni, pereżempju minħabba li l-persunal li jikseb drittijiet ta’ rtirar għandu karriera li permezz tagħha jgħaddi mis-settur riservat għas-settur liberalizzat fil-waqt li l-kontabbilità analitika ma ssegwix l-attività ta’ l-aġenti bi tqassim uffiċjali imma li żżomm kontijiet separati bejn is-settur riservat u dak li mhux.

(77)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 rigward id-drittijiet speċjali għad-distribuzzjoni “les livrets A u blu” (C(2007) 2110 ) tagħti disa’ xhur lil Franza sabiex twaqqaf din is-sistema ta’ distribuzzjoni.

(78)  Anke jekk ir-riżultati ta’ l-2006 juru titjib, is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ La Poste mhix sejra tajjeb. Matul il-perjodu 1991-2005, il-proporzjon riżultat/dħul jitla’ għal medja ta’ 0,5 % biss. Il-proporzjon riżultat/dħul tas-settur riservat huwa ta’ 6,8 % fuq l-2000-2004, fil-waqt li l-Kummissjoni aċċettat bħala livell normali proporzjon ferm għola fil-kwistjoni Post Office Limited, li l-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tagħha jkopru parti mill-attivitajiet ta’ La Poste. Barra minn dan, l-ebda investitur privat ma kien jibni netwerk simili għal dak tan-netwerk postali. Dan ta’ l-aħħar ma jistax jiġi livellat u huwa miżmum minħabba SIEG mogħti lil La Poste u kumpensi tas-servizz pubbliku mħallsa mill-Istat (dwar dan, Standard & Poor’s jinnutaw li n-netwerk ta’ La Poste jsostni talf annwali ta’ 350 miljun euro, minkejja kumpens ta’ 130 miljun euros f’forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa).

(79)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kunsill

7.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 63/43


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-3 ta' Marzu 2008

li tadatta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE dwar kard għall-parkeġġ għal persuni b’diżabbiltà, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tar-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka

(2008/205/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, u partikolarment l-Artikolu 57 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, u partikolarment l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Għal ċerti atti li jibqgħu validi wara l-1 ta’ Jannar 2007 u jeħtieġu li jiġu adattati minħabba adeżjoni, ma sarx provvediment għall-adattamenti meħtieġa fl-Atti ta’ Adeżjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 57 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 u l-Artikolu 56 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, dawn l-adattamenti għandhom jiġu adottati mill-Kunsill fil-każijiet kollha fejn il-Kunsill adotta l-att oriġinali.

(3)

Ir-Rakkommandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE ta’ l-4 ta’ Ġunju 1998 dwar kard għall-parkeġġ għal persuni b’diżabbiltà (1), għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

JIRRAKKOMANDA:

Ir-Rakkomandazzjoni 98/376/KE hija b’dan emendata kif stabbilit fl-Anness.

Magħmula fi Brussel, 3 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODOBNIK


(1)  ĠU L 167, 12.6.1998, p. 25.


ANNESS

Ir-Rakkommandazzjoni 98/376/KE hija emendata kif ġej:

1.

Taħt is-seba’ inċiż tal-punt D ta’ l-Anness, il-lista ta’ kodiċijiet ta’ distinzjoni tinbidel b’din li ġejja:

“B

:

Il-Belġju

BG

:

Il-Bulgarija

CZ

:

Ir-Repubblika Ċeka

DK

:

Id-Danimarka

D

:

Il-Ġermanja

EST

:

L-Estonja

IRL

:

L-Irlanda

EL

:

Il-Greċja

E

:

Spanja

F

:

Franza

I

:

L-Italja

CY

:

Ċipru

LV

:

Il-Latvja

LT

:

Il-Litwanja

L

:

Il-Lussemburgu

H

:

L-Ungerija

M

:

Malta

NL

:

L-Olanda

A

:

L-Awstrija

PL

:

Il-Polonja

P

:

Il-Portugall

RO

:

Ir-Rumanija

SLO

:

Is-Slovenja

SK

:

Is-Slovakkja

FIN

:

Il-Finlandja

S

:

L-Iżvezja

UK

:

Ir-Renju Unit”

2.

Fil-punt E ta’ l-Anness, it-tieni paragrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Jekk Stat Membru jixtieq juża lingwa nazzjonali li mhix waħda minn dawn il-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol jew l-Iżvediż, għandu jagħmel verżjoni bilingwa tal-kard u juża waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness.”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

7.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 63/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/206/JHA

tat-3 ta’ Marzu 2008

dwar id-definizzjoni ta’ 1-benzylpiperazine (BZP) bħala droga psikoattiva ġdida li għandha tiġi suġġetta għal miżuri ta’ kontroll u dispożizzjonijiet kriminali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/JHA ta’ l-10 ta’ Mejju 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Wara li kkunsidra l-inizzjattiva tal-Kummissjoni,

wara li kkonsulta l-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Tfassal rapport dwar l-Evalwazzjoni ta’ Riskju fuq 1-benzylpiperazine (BZP) fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 2005/387/JHA minn sessjoni speċjali tal-Kumitat Xjentifiku estiż taċ-Ċentru Ewropew ta’ Sorveljanza dwar id-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi u sussegwentement tressaq lill-Kunsill u l-Kummissjoni fil-31 ta’ Mejju 2007.

(2)

Il-BZP hi sustanza sintetika. Ġiet rappurtata għall-ewwel darba fl-Unjoni Ewropea fl-1999. Bħall-amfetamina u l-metamfetamia, il-BZP hija stimulant tas-sistema nervuża ċentrali, imma b’ħafna inqas saħħa (madwar 10 % tad-d-amfetamina). Il-metaboliżmu tal-BZP jista jkun affettwat minn polimorfiżmi ġenetiċi f’sistemi ta’ enżimi li jwasslu għal suxxettibilità inter-individwali wiesgħa għall-effetti tal-BZP. Hemm ukoll potenzjal għal interazzjoni ma’ drogi oħra, imma globalment hemm nuqqas ta’ data farmakokinetika umana.

(3)

F’xi Stati Membri l-BZP hija aċċessibbli legalment minn fornituri ta’ kimika; għal għanijiet ta’ rikreazzjoni, tinbiegħ bħala pilloli u kapsuli permezz ta’ siti Internet jew f’xi Stati Membri fi “ħwienet smart/ta’ ħxejjex”. Fis-suq illegali ta’ drogi, il-BZP tinbiegħ/tinxtara wkoll bħala d-droga popolari ecstasy.

(4)

Tlettax-il Stat Membru, u Stat terz wieħed (in-Norveġja) irrapportaw qabdiet ta’ BZP f’forma ta’ trab, kapsuli jew pilloli, li jvarjaw minn kapsola/pillola għal sa 64,900 pillola. Ftit teżisti informazzjoni li tista’ tissuġġerixxi sinteżi, ipproċessar jew distribuzzjoni ta’ BZP fuq skala kbira, u l-involviment ta’ kriminalità organizzata.

(5)

Il-BZP ma għandha l-ebda valur mediku stabbilit jew rikonoxxut; fl-Unjoni Ewropea ma hemm l-ebda prodott mediċinali magħruf u liċenzjat li fih il-BZP.

(6)

Il-BZP bħalissa ma tinsabx, u lanqas ma kienet, taħt evalwazzjoni mis-sistema tan-NU. F’ħames Stati Membri, il-BZP hi suġġetta għal miżuri ta’ kontroll u penalitajiet kriminali kif previst fil-leġiżlazzjoni tagħhom permezz ta’ l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjonijiet tan-NU ta’ l-1961 jew l-1971. Żewġ Stati Membri japplikaw miżuri ta’ kontroll għall-BZP fil-leġiżlazzjoni tagħhom dwar il-mediċini.

(7)

Il-BZP instabet f’kampjuni post mortem. Madanakollu, il-punt sa fejn il-BZP kienet implikata fl-imwiet mhuwiex magħruf, minħabba li fil-każijiet kollha kienu involuti sustanzi jew ċirkostanzi oħra.

(8)

Ir-Rapport ta’ Stima tar-Riskju dwar il-BZP juri nuqqas ta’ evidenza xjentifika konklusiva dwar ir-riskji globali tal-BZP. Madanakollu, minħabba l-attributi stimulanti tagħha, ir-riskju għas-saħħa, in-nuqqas ta’ benefiċċji mediċi, kif ukoll meta jitqies il-prinċipju ta’ prekawzjoni, hemm ħtieġa li l-BZP tiġi kontrollata, madankollu l-miżuri ta’ kontroll għandhom ikunu xierqa għal-livelli relattivament baxxi ta’ riskju tas-sustanza.

(9)

It-tqegħid tal-1-benzylpiperazine taħt kontroll jista’ jgħin sabiex ikunu evitati problemi fl-infurzar internazzjonali tal-liġi u l-koperazzjoni ġudizzjarja,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skond il-liġi nazzjonali tagħhom, sabiex jissottomettu l-1-benzylpiperazine (magħrufa wkoll bħala 1-benzyl-1,4-diazacyclohexane, N-benzylpiperazine jew – b’mod inqas preċiż - bħala benzylpiperazine jew BZP) għal miżuri ta’ kontroll, proporzjonali għar-riskji tas-sustanza, u penalitajiet kriminali, kif previst fil-leġiżlazzjoni tagħhom f’konformità ma’ l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-1971 dwar Sustanzi Psikotropiċi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODOBNIK


(1)  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.