|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 54 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
|
Werrej |
|
IV Atti oħrajn |
Paġna |
|
|
|
SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
IV Atti oħrajn
SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW
|
28.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 54/1 |
DEĊIŻJONI TA' L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA
Nru 85/06/COL
tas-6 ta' April 2006
li temenda, għas-sitta u ħamsin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam ta' l-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi Kapitolu ġdid 25.B: Għajnuna Reġjonali Nazzjonali 2007-2013
L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ewropea Ekonomika (2), u partikolarment l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim ta' l-Istati ta’ l-EFTA dwar il-ħolqien ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), u partikolarment l-Artikolu 24 u Artikolu 5(2)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 1 tat-Taqsima I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim ta' l-Istati ta' l-EFTA dwar il-ħolqien ta' Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja,
Billi taħt l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,
Billi taħt l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdi hekk espressament jew jekk l-Awtorità tqis li hu meħtieġ,
Filwaqt li tfakkar ir-Regoli Proċedurali u ta’ Sustanza fil-Qasam ta’ l-Għajnuna mill-Istat (4) adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità (5),
Billi, fl-4 ta' Marzu 2006, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn issa 'l quddiem il-Kummissjoni KE) adottat Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali għall-2007-2013 (6),
Billi din il-Komunikazzjoni hija wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,
Billi applikazzjoni uniformi tar-regoli ta' l-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tkun żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,
Billi, skond punt II taħt it-titolu “ĠENERALI” fl-aħħar ta' l-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, atti li jikkorrispondu ma' dawk li kienu adottati mill-Kummisssjoni Ewropea,
Wara li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,
Filwaqt li tfakkar li l-Awtorità kkonsultat l-Istati ta’ l-EFTA permezz ta’ ittri lill-Iżlanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar is-suġġett,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati bl-introduzzjoni ta' Kapitolu ġdid 25.B, “Għajnuna Reġjonali Nazzjonali għall-perijodu 2007-2013”. Il-Kapitolu l-ġdid jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kapitolu 25.A eżistenti, “Reviżjoni tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-perjodu wara l-1 ta' Jannar 2007”, għandu jiġi mħassar.
Artikolu 3
L-Istati ta’ l-EFTA għandhom ikunu mgħarrfa permezz ta’ ittra, inkluża kopja ta’ din id-Deċiżjoni u inkluż il-Kapitolu 25.B ġdid.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun mgħarrfa, skond il-punt (d) tal-Protokol 27 tal-Ftehim taż-ŻEE, permezz ta’ kopja ta’ din id-Deċiżjoni, inkluż il-Kapitolu ġdid 25.B.
Artikolu 5
Id-Deċiżjoni, inkluż il-Kapitolu ġdid 25.B mehmuż, għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Artikolu 6
Il-verżjoni bl-Ingliż biss hi awtentika.
Magħmula fi Brussell, 6 ta’ April 2006.
Għall-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA,
Bjørn T. GRYDELAND
President
Kurt JAEGER
Membru tal-Kulleġġ
(1) Minn hawn 'l quddiem msejħa “l-Awtorità”.
(2) Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim taż-ŻEE”.
(3) Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”.
(4) Minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat”.
(5) Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottat u maħruġ mill-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA fid-19 ta' Jannar 1994, ippubblikat fil-GU 1994 L 231, Supplimenti taż-ŻEE 3.9.1994 Nru 32. Il-Linji Gwida ġew emendati l-aħħar fit-22 ta' Marzu 2006. Minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat”.
ANNESS
“25.B GĦAJNUNA REĠJONALI NAZZJONALI 2007-2013 (1)
25.B.1 Introduzzjoni
|
(1) |
Fuq il-bażi ta' l-Artikolu 61 (3)(a) u l-Artikolu 61 (3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-għajnuna mill-Istat mogħtija sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta' ċerti żoni żvantaġġjati fi ħdan iż-ŻEE tista' tkun ikkunsidrata kompatibbli ma' l-operazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE. Dan it-tip ta' għajnuna mill-Istat huwa magħruf bħala għajnuna reġjonali nazzjonali. L-għajnuna reġjonali nazzjonali tikkonsisti minn għajnuna għall-investiment mogħtija lill-kumpaniji kbar, jew f'ċerti ċirkostanzi limitati, l-għajnuna ta' l-operazzjoni, li fiż-żewġ każi jkunu mmirati lejn reġjuni speċifiċi sabiex jiġu rimedjati d-disparitajiet reġjonali. Livelli miżjuda ta' għajnuna għall-investiment mogħtija lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li jinsabu f'reġjuni żvantaġġjati li jkunu ogħla minn dak permess f'żoni oħra huma wkoll ikkunsidrati bħala għajnuna reġjonali. |
|
(2) |
Bl-indirizzar tad-defiċjenzi tar-reġjuni żvantaġġjati, l-għajnuna reġjonali nazzjonali tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali ta' l-Istati taż-ŻEE u ż-ŻEE fit-totalità tagħha. Din l-ispeċifiċità ġeografika tiddistingwi l-għajnuna reġjonali mill-forom l-oħra ta' għajnuna orizzontali, bħall-għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, l-impjiegi, it-taħriġ jew l-ambjent, li jfittxu għanijiet oħra ta' interess komuni skond l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, għalkemm kultant b'rati aktar għolja ta' għajnuna fiż-żoni żvantaġġjati b'rikonoxximent tad-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċjaw (2). |
|
(3) |
L-għajnuna għall-investiment reġjonali nazzjonali hija intiża sabiex tgħin l-iżvilupp tar-reġjuni l-aktar żvantaġġjati billi jiġi megħjun l-investiment u l-ħolqien tax-xogħol. Hija tippromwovi t-tkabbir u d-diversifikazzjoni ta' l-attivitajiet ekonomiċi ta' l-intrapriżi li jinsabu fir-reġjuni inqas iffavoriti, b'mod partikolari bl-inkoraġġiment tad-ditti sabiex iwaqqfu stabbilimenti ġodda hemmhekk. |
|
(4) |
Il-kriterji applikati mill-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA (minn issa 'l quddiem ‘l-Awtorità)’ meta teżamina l-kompatibbiltà ta' l-għajnuna reġjonali nazzjonali mal-Ftehim taż-ŻEE taħt l-Artikoli 61 (3)(a) u 61 (3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE ġew kodifikati fil-Kapitolu 25 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat ta' l-Awtorità (3) (minn issa 'l quddiem ‘il-Linji Gwida’) li jkopri l-perjodu 2000-2006 (4). Ir-regoli speċifiċi li jirregolaw l-għajnuna għall-proġetti kbar ta' investiment ġew kodifikati fil-Linji Gwida, il-Kapitolu 26.A Qafas Multisettorali dwar l-Għajnuna Reġjonali għall-Proġetti Kbar ta' Investiment (5). Madankollu, żviluppi politiċi u ekonomiċi importanti sa mill-1998, inkluż it-tkabbir taż-ŻEE fl-1 ta' Mejju 2004 u l-adeżjoni anitiċipata tal-Bulgarija u r-Rumanija, ħolqu l-ħtieġa ta' reviżjoni komprensiva sabiex jiġu ppreparati linji gwida ġodda li se jkunu applikabbli mill-2007 sa l-2013. |
|
(5) |
L-għajnuna reġjonali jista' biss ikollha rwol effettiv jekk tintuża bil-qies u b'mod proporzjonali u tkun ikkonċentrata fuq ir-reġjuni l-aktar żvantaġġjati taż-ŻEE. B'mod partikolari l-limiti permissibbli ta' l-għajnuna għandhom jirriflettu s-serjetà relattiva tal-problemi li jaffettwaw l-iżvilupp tar-reġjuni kkonċernati. Barra minn hekk, il-vantaġġi ta' l-għajnuna f'termini ta' żvilupp ta' reġjun inqas iffavorit għandhom jegħlbu d-distorsjonijiet riżultanti tal-kompetizzjoni (6). Il-piż mogħti lill-vantaġġi ta' l-għajnuna x'aktarx li jvarja skond id-deroga applikata, sabiex distorsjoni akbar għall-kompetizzjoni tkun tista' tiġi aċċettata fil-każ tar-reġjuni l-aktar żvantaġġjati koperti mill-Artikolu 61 (3)(a) milli f'dawk koperti mill-Artikolu 61 (3)(ċ) (7). |
|
(6) |
F'ċerti każi limitati ħafna u definiti sewwa, id-defiċjenzi strutturali ta' reġjun jistgħu tant ikunu severi li l-għajnuna reġjonali għall-investiment, flimkien ma' reġim komprensiv ta' għajnuna orizzontali ma jkunux biżżejjed sabiex jitħarrek proċess ta' żvilupp reġjonali. Huwa biss f'dawn il-każi li l-għajnuna reġjonali għall-investiment tista' tiġi ssupplimentata minn għajnuna reġjonali ta' l-operazzjoni. |
|
(7) |
Korp ta' evidenza li qiegħed dejjem jikber jissuġġerixxi li hemm ostakli sinifikanti għall-formazzjoni ta' intrapriżi ġodda fi ħdan iż-ŻEE li huma aktar akuti fir-reġjuni żvantaġġjati. L-Awtorità għalhekk iddeċidiet tintroduċi strument ġdid ta' l-għajnuna f'dawn il-linji gwida sabiex jiġi inkoraġġit il-ħolqien ta' negozji żgħar f'reġjuni żvantaġġjati b'limiti ta' l-għajnuna differenzjati skond ir-reġjuni kkonċernati. |
25.B.2 Ambitu
|
(8) |
L-Awtorità għandha tapplika dawn il-linji gwida għall-għajnuna reġjonali f'kull settur ta' l-ekonomija li jaqa' fi ħdan l-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE u l-kompetenzi ta' l-Awtorità. Barra min hekk, xi wħud mis-setturi koperti huma wkoll soġġetti għal regoli speċifiċi li jqisu s-sitwazzjoni partikolari tas-setturi kkonċernati u li jistgħu jidderogaw b'mod sħiħ jew parzjali minn dawn il-linji gwida (8).
Fir-rigward ta' l-industrija ta' l-azzar, skond il-prattika li ilha żmien twil stabbilita, l-Awtorità tikkunsidra li l-għajnuna reġjonali lill-industrija ta' l-azzar kif definita fl-Anness I m'hijiex kompatibbli ma' l-operazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE. Din l-inkompatibbiltà tapplika wkoll għal għotjiet individwali kbar magħmula f'dan is-settur lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju skond it-tifsira ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 (9) jew kwalunkwe regolament suċċessur, li m'humiex eżentati mill-istess Regolament. Barra minn hekk, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħha, ebda għajnuna reġjonali għall-investiment ma tista' tingħata fis-settur tal-fibri sintetiċi skond kif definit fl-Anness II. |
|
(9) |
L-għajuna tista' tingħata biss lil ditti f'diffikultajiet skond it-tifsira tal-Kapitolu 16 tal-Linji Gwida (10) skond il-Kapitolu msemmi (11). |
|
(10) |
Bħala regola ġenerali, l-għajnuna reġjonali għandha tingħata taħt skema multisettorjali ta' l-għajnuna li tifforma parti integrali minn strateġija reġjonali ta' l-iżvilupp b'għanijiet definiti b'mod ċar. Din l-iskema tista' wkoll tagħmilha possibbli lill-awtoritajiet kompetenti li jagħtu prijorità lill-proġetti ta' l-investiment skond l-interess tagħhom għar-reġjun ikkonċernat. Fejn, eċċezzjonalment, ikun previst l-għoti individwali ad hoc lil ditta unika, jew għajnuna limitata għal żona waħda ta' attività, hija r-responsabbiltà ta' l-Istat ta' l-EFTA li juri li l-proġett jikkontribwixxi lejn strateġija koerenti ta' żvilupp reġjonali u li, meta jitqiesu n-natura u d-daqs tal-proġett, dan ma jwassalx għal distorsjonijiet inaċċettabbli għall-kompetizzjoni. Jekk l-għajnuna mogħtija taħt skema tidher li tkun indebitament ikkonċentrata fuq settur partikolari ta' l-attività, l-Awtorità tista' tistħarreġ l-iskema skond l-Artikolu 17 f'Parti II tal-Protokoll 3 dwar il-funzjonijiet u l-poteri ta' l-Awtorità fil-qasam ta' l-għajnuna mill-Istat għall-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti (minn issa 'l quddiem ‘Protokoll 3 għall-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti’), u tista' tipproponi, skond l-Artikolu 18 (3) f'Parti II tal-Protokoll sabiex l-iskema tiġi mħassra. |
|
(11) |
L-Istati ta' l-EFTA m'għandhomx għalfejn jinnotifikaw skemi nazzjonali ta' għajnuna reġjonali li jissodisfaw il-kundizzjonjiet kollha stipulati fir-regolamenti għall-eżenzjoni ta' gruppi lil ċerti kategoriji ta' għajnuna orizzontali mill-Istat kif inklużi fil-Ftehim taż-ŻEE permezz ta' l-Anness XV. |
25.B.3 Delimitazzjoni tar-reġjuni
25.B.3.1 Kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali, 2007-2013
|
(12) |
Fid-dawl tal-prinċipju tan-natura eċċezzjonali ta' l-għajnuna reġjonali, l-Awtorità tikkunsidra li l-kopertura totali tal-popolazzjoni tar-reġjuni megħjuna fl-Istati ta' l-EFTA għandha tkun sostanzjalment inqas minn dik ta' reġjuni li m'humiex megħjuna. |
|
(13) |
Meta jitqies it-tħassib mifrux sewwa dwar l-effetti ta' distorsjoni ta' l-għajnuna ta' l-investiment għal kumpanniji kbar, l-Awtorità tikkunsidra – b'konformità mal-Kummissjoni Ewropea u skond il-prinċipju ta' l-iżgurar ta' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat – li l-kopertura ġenerali tal-popolazzjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali għall-2007-2013 għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ sabiex tkun possibbli kopertura tar-reġjuni l-aktar żvantaġġjati, kif ukoll ta' numru limitat ta' reġjuni li huma żvantaġġjati meta mqabbla mal-medja nazzjonali fl-Istat ta' l-EFTA kkonċernat. |
25.B.3.2 Id-deroga fl-Artikolu 61 (3)(a)
|
(14) |
L-Artikolu 61(3)(a) jistipula li għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun fejn il-livell ta' l-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg tista’ titqies kompatibbli ma' l-operazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE. Kif żammet il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, ‘l-użu tal-kliem “anormali” u “serju” fl-eżenzjoni li tinsab fl-Artikolu 87(3)(a) juri li din tikkonċerna biss reġjuni fejn is-sitwazzjoni ekonomika hija svaforevoli b'mod estrem meta mqabbla mal-Komunità bħala entità sħiħa’ (12). |
|
(15) |
Għalhekk l-Awtorità tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stipulati jkunu sodisfatti jekk ir-reġjun, li huwa unità ġeografika tan-NUTS (13) livell II, għandu prodott gross domestiku (PGD) per capita, imkejjel bi standards ta' poter tax-xiri (PPS – Purchasing Power Standards), ta' inqas minn 75 % tal-medja taż-ŻEE (14). Madankollu ma hemm ebda reġjun tan-NUTS livell II fl-Istati ta' l-EFTA li fil-preżent jissodisfa din il-kundizzjoni (15). Għalhekk, ebda reġjun fl-Istati ta' l-EFTA ma jikkwalifika għad-deroga ta' l-Artikolu 61 (3)(a). |
25.B3.3 Id-deroga fl-Artikolu 61 (3)(ċ)
|
(16) |
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, fil-kawża 248/84 (16) esprimiet il-fehmiet tagħha fuq il-firxa ta' problemi koperti mid-deroga analoga fit-Trattat tal-KE u l-qafas ta' referenza għall-analiżi kif ġej: L-eżenzjoni fl-Artikolu 87 (3)(ċ), min-naħa l-oħra, hija aktar wiesgħa fl-ambitu tagħha peress li din tippermetti l-iżvilupp ta' ċerti reġjuni mingħajr ma tkun ristretta bil-kundizzjonijiet ekonomiċi stipulati fl-Artikolu 87 (3)(a), kemm-il darba din l-għajnuna ‘ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni’. Dik id-dispożizzjoni tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tawtorizza għajnuna intiża sabiex tkattar l-iżvilupp ekonomiku ta' reġjuni ta' Stat Membru li huma żvantaġġjati meta mqabbla mal-medja nazzjonali. Fil-fehma ta' l-Awtorità, l-istess japplika taħt l-Artikolu 61 (3)(ċ) tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(17) |
L-għajnuna reġjonali koperta mid-deroga fl-Artikolu 61 (3)(ċ) għandha, madankollu, tifforma parti minn politika reġjonali definita sewwa ta' l-Istat ta' l-EFTA u tikkonforma mal-prinċipju tal-konċentrazzjoni ġeografika. Safejn hija intiża għal reġjuni li huma inqas żvantaġġjati minn dawk li għalihom japplika l-Artikolu 61 (3)(a), kemm l-ambitu ġeografiku ta' l-eċċezzjoni u kif ukoll l-intensità ta' l-għajnuna permessa għandhom ikunu strettament limitati. Jekk dan ikun il-każ, normalment tkun biss parti żgħira mit-territorju nazzjonali ta' l-Istat ta' l-EFTA li tista' tikkwalifika għall-għajnuna in kwistjoni. |
|
(18) |
Sabiex l-awtoritajiet nazzjonali ikollhom biżżejjed diskrezzjoni fl-għażla tar-reġjuni eliġibbli mingħajr ħsara għall-effettività tas-sistema ta' kontrolli u bilanċi mħaddma mill-Awtorità fir-rigward ta' dan it-tip ta' għajnuna u t-trattament ugwali ta' l-Istati ta' l-EFTA, l-għażla tar-reġjuni eliġibbli taħt id-deroga in kwistjoni għandha ssir bi proċess ta' żewġ stadji li jikkonsisti, l-ewwel, fid-determinazzjoni mill-Awtorità tal-kopertura massima tal-popolazzjoni ta' kull Stat ta' l-EFTA għal din l-għajnuna, u, it-tieni, fl-għażla tar-reġjuni eliġibbli. |
25.B.3.3.1 Id-determinazzjoni tal-kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali eliġibbli
|
(19) |
Fil-linji gwida analogi tagħha, il-Kummissjoni Ewropea ddefinit il-metodoloġija li għandha tiġi applikata sabiex tiġi ddeterminata l-kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali eliġibbli fi ħdan l-Istati Membri. Dan il-metodu jirrikjedi l-passi li ġejjin:
|
|
(20) |
L-Istati ta' l-EFTA għandhom ċerti speċifiċitajiet li għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni tal-kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli:
|
|
(21) |
Minħabba dawn l-ispeċifiċitajiet, l-Awtorità se tiffissa l-kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali fuq il-bażi ta' reġjuni b'densità baxxa ta' popolazzjoni skond l-Artikolu 61 (3)(ċ).
In-Norveġja għandha disa' reġjuni NUTS III b'densità baxxa tal-popolazzjoni li jagħmlu 29,08 % tal-popolazzjoni Norveġiża. Għalhekk, il-limitu nazzjonali tal-popolazzjoni għan-Norveġja huwa 29,08 %. Skond is-sistema ta' klassifika tan-NUTS, l-Iżlanda hija definita bħala reġjun NUTS III (kif ukoll reġjun NUTS I u NUTS II). Id-densità tal-popolazzjoni ta' l-Iżlanda hija inqas minn 12,5 abitant għal kull kilometru kwadru (21). Kif issemma hawn fuq (paragrafi (16) u (17)), id-deroga fl-Artikolu 61 (3)(c) tagħti lill-Awtorità s-setgħa sabiex tawtorizza għajnuna bl-għan li jitkattar l-iżvilupp ta' reġjuni fi Stat ta' l-EFTA li huma żvantaġġjati b'paragun mal-medja nazzjonali. Aktar minn hekk, normalment hija biss parti żgħira mit-territorju nazzjonali li għandha tikkwalifika għall-għajnuna in kwistjoni. F'dan l-isfond u meta jitqies il-pattern speċjali tal-popolazzjoni fl-Iżlanda, l-Awtorità se tiddetermina l-kopertura tal-popolazzjoni għall-Iżlanda fuq il-bażi tar-reġjuni NUTS IV b'densità baxxa tal-popolazzjoni (22) 31,6 % tal-popolazzjoni ta' l-Iżlanda jgħixu f'dawk ir-reġjuni li għandhom popolazzjoni ta' inqas minn 12.5 abitant għal kull kilometru kwadru. Għalhekk il-kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali għall-Iżlanda hija 31,6 %. Il-Liechtenstein m'għandux reġjuni b'densità baxxa tal-popolazzjoni u għalhekk m'għandu ebda reġjun eliġibbli fuq dik il-bażi. |
25.B.3.3.2 L-għażla tar-reġjuni eliġibbli
|
(22) |
Il-kriterji ta' l-eliġibbiltà għall-għażla ta' reġjuni mill-Istati ta' l-EFTA għandhom ikunu biżżejjed flessibbli sabiex tippermetti d-diversità wiesgħa ta' sitwazzjonijiet li fiha l-għoti ta' għajnuna reġjonali nazzjonali tista' potenzjalment tkun ġustifikata iżda fl-istess ħin għandhom ikunu trasparenti u jipprovdu biżżejjed salvagwardji sabiex l-għoti ta' għajnuna reġjonali ma joħloqx distorsjoni għall-kummerċ u għall-kompetizzjoni sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Għalhekk, l-Awtorità tikkunsidra li r-reġjuni li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli għall-għażla mill-Istati ta' l-EFTA kkonċernati għall-għajnuna reġjonali għall-investiment skond id-deroga taħt l-Artikolu 61(3)(ċ) (23):
|
|
(23) |
Barra minn hekk, sabiex l-Istati ta' l-EFTA ikollhom flessibbiltà akbar sabiex jindirizzaw disparitajiet reġjonali ferm lokalizzati, taħt il-livell NUTS III, l-Istati ta' l-EFTA jistgħu wkoll jagħżlu żoni iżgħar oħra li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet deskritti hawn fuq iżda li jkollhom popolazzjoni minima ta' 20 000 (27). Tkun ir-responsabbiltà ta' l-Istati ta' l-EFTA li jixtiequ jużaw din il-possibbiltà li juru li ż-żoni proposti huma relattivament aktar fil-bżonn ta' żvilupp ekonomiku minn żoni oħra f'dak ir-reġjun, bl-użu ta' indikaturi ekonomiċi rikonoxxuti bħall-PGD per capita, il-livelli ta' l-impjiegi jew il-qgħad, il-produttività lokali jew l-indikaturi tal-ħiliet. L-għajnuna reġjonali tiġi approvata mill-Awtorità f'dawn iż-żoni għal SMEs, u jkun applikabbli wkoll il-bonus rilevanti ta' l-SMEs. Madankollu, minħabba d-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-effett tal-fatt li jintlaħqu wkoll ir-reġjuni aktar prosperi ta' l-inħawi, l-Awtorità ma tapprovax għajnuna għall-investimenti minn kumpanniji kbar f'dawk iż-żoni, jew għajnuniet għall-investimenti bi spejjeż eliġibbli li jeċċedu l-EUR 25 miljun. |
|
(24) |
Il-konformità mal-kopertura totali permessa għal kull Stat ta' l-EFTA tkun determinata mill-popolazzjoni attwali tar-reġjuni kkonċernati, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni rikonoxxuta l-aktar riċenti ta' l-istatistika disponibbli. |
25.B.4 Għajnuna għall-investiment reġjonali
25.B.4.1 Forma ta' l-għajnuna u limiti ta' l-għajnuna
25.B.4.1.1 Forma ta' l-għajnuna
|
(25) |
L-għajnuna għall-investiment reġjonali hija għajnuna mogħtija għall-proġett ta' investiment inizjali. |
|
(26) |
Investiment inizjali jfisser investiment f'beni materjali u beni intanġibbli dwar:
“Beni materjali” tfisser beni li jirrigwardaw art, bini u impjanti/makkinarju. Fil-każ ta' akkwist ta' stabbiliment, huma biss l-ispejjeż tax-xiri tal-beni minn terzi persuni li jitqiesu, kemm-il darba it-tranżazzjoni tkun seħħet taħt kundizzjonijiet tas-suq. “Beni intanġibbli” tfisser beni li jirriżultaw mit-trasferiment ta' teknoloġija bl-akkwist ta' drittijiet ta' privattiva, liċenzji, know-how jew għarfien tekniku mhux kopert bi privattiva. Investiment għal tibdil li ma jissodisfax kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet huwa għalhekk eskluż mill-kunċett (28). |
|
(27) |
L-akkwist tal-beni direttament marbuta ma' stabbiliment jista' wkoll jiġi meqjus bħala investiment inizjali kemm-il darba l-istabbiliment ikun għalaq jew kien jagħlaq li kieku ma nxtarax, u jkun inxtara minn investitur indipendenti (29). |
|
(28) |
L-għajnuna għall-investiment reġjonali hija kkalkulata b'referenza għall-ispejjeż ta' l-investiment materjali u immaterjali li jirriżultaw mill-proġett ta' investiment inizjali jew għall-ispejjeż tas-salarji (estimi) għal impjiegi maħluqa direttament mill-proġett ta' investiment (30). |
|
(29) |
Il-forma ta' l-għajnuna hija varjabbli. Tista', per eżempju, tieħu l-forma ta' għotjiet, selfiet b'imgħax baxx jew tnaqqis ta' imgħax, garanziji mill-istat, ix-xiri ta' ishma jew provvediment alternattiv ta' kapital b'termini favorevoli, eżenzjonijiet jew riduzzjonijiet ta' taxxi, ħlasijet ta' sigurtà soċjali jew ħlasijiet mandatorji oħra, jew il-provvista ta' art, oġġetti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli. |
|
(30) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-għajuna reġjonali tipproduċi effett veru ta' inċentiv sabiex isiru investimenti li altrimenti ma kinux isiru fiż-żoni megħjuna. Għalhekk tista' tingħata għajnuna taħt l-iskemi ta' l-għajnuna jekk il-benefiċjarju jkun ssottometta applikazzjoni għall-għajnuna u l-awtorità responsabbli mill-amministrazzjoni ta' l-iskema tkun sussegwentment ikkonfermat bil-miktub (31) li, soġġett għal verifika dettaljata, il-proġett fil-prinċipju jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stipulati mill-iskema qabel il-bidu tax-xogħol fuq il-proġett (32). Għandha wkoll issir referenza espressa għaż-żewġ kundizzjonijiet fl-iskemi kollha ta' l-għajnuna (33). Fil-każ ta' għajnuna ad hoc, jeħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun ħarġet ittra ta' intenzjoni, li tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Awtorità tal-miżura, sabiex tingħata għajnuna qabel jibda x-xogħol fuq il-proġett. Jekk ix-xogħol jibda qabel ma jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu, il-proġett kollu ma jkunx eliġibbli għall-għajnuna. |
|
(31) |
Fejn l-għajnuna tkun ikkalkulata fuq il-bażi ta' spejjeż ta' investiment materjali jew immaterjali, jew ta' spejjeż ta' akkwist fil-każ imsemmi fil-paragrafu (27) hawn fuq, sabiex jiġi żgurat li l-investiment ikun vijabbli u sod u li jirrispetta l-limiti applikabbli ta' l-għajnuna, il-benefiċjarju għandu jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja li tkun ta' l-inqas 25 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, imħallsa minn riżorsi proprji tiegħu jew minn finanzjament estern, f'forma li tkun libera minn kwalunkwe sostenn pubbliku (34). |
|
(32) |
Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-investiment jagħmel kontribuzzjoni reali u sostnuta lejn l-iżvilupp reġjonali, l-għajnuna għandha tkun soġġetta, permezz tal-kundizzjonijiet marbuta magħha, jew il-metodu ta' ħlas tagħha, għaż-żamma ta' l-investiment in kwistjoni fir-reġjun ikkonċernat għal perjodu minimu li ma jkunx inqas minn ħames snin mit-tlestija tiegħu (35). Barra minn hekk, fejn l-għajnuna tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' spejjeż ta' salarji, il-postijiet tax-xogħol għandhom jimtlew fi żmien tliet snin mit-tlestija tax-xogħlijiet. Kull wieħed mill-impjiegi maħluqa mill-investiment għandu jinżamm fir-reġjun ikkonċernat għal perjodu ta' ħames snin mid-data li l-post tax-xogħol ikun imtela l-ewwel darba. Fil-każ ta' l-SMEs, l-Istati ta' l-EFTA jistgħu jnaqqsu dawn il-perjodi ta' ħames snin għaż-żamma ta' l-investiment jew l-impjiegi maħluqa għal minimu ta' tliet snin. |
|
(33) |
Il-livell ta' l-għajnuna huwa definit f'termini ta' intensità mqabbla ma' l-ispejjeż ta' referenza. L-intensitajiet ta' l-għajnuna kollha għandhom jiġu kkalkulati f'termini ta' ekwivalenti ta' għotjiet gross (GGE - Gross Grant Equivalents) (36). L-intensità ta' l-għajnuna f'ekwivalenti ta' l-għotja gross huwa l-valur skontat ta' l-għajnuna espress bħala perċentwali tal-valur skontat ta' l-ispejjeż eliġibbli. Għall-għajnuna li hija notifikata individwalment lill-Awtorità, l-ekwivalenti ta' l-għotja gross huwa kkalkulat fil-mument tan-notifika. F'każi oħra, l-ispejjeż eliġibbli ta' l-investiment huma skontati għall-valur tagħhom fil-mument li tingħata l-għajnuna. Għajnuna li titħallas f'diversi pagamenti akkont għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tiġi notifikata jew mogħtija, skond il-każ. Ir-rata ta' imgħax li għandha tintuża għall-iskop ta' l-iskont u għall-kalkolu ta' l-ammont ta' għajnuna f'self b'rata ta' imgħax baxxa għandha tkun ir-rata ta' referenza applikabbli fil-ħin ta' l-għotja. Fil-każi fejn l-għajnuna tingħata permezz ta' eżenzjonijiet ta' taxxa jew tnaqqis fuq taxxi futuri dovuti, l-iskontar ta' porzjonijiet ta' għajnuna isir fuq il-bażi ta' rati ta' referenza applikabbli fid-diversi ħinijiet li l-vantaġġi tat-taxxa jsiru effettivi. |
25.B.4.1.2 Limiti ta' l-għajnuna (intensitajiet massimi ta' l-għajnuna) għall-għajnuna għal kumpanniji kbar
|
(34) |
L-intensità ta' l-għajnuna għandha tiġi adattata sabiex tieħu kont tan-natura u l-intensità tal-problemi reġjonali li qed jiġu indirizzati. Dan ifisser li l-intensitajiet ta' l-għajnuna ammissibbli jkunu sa mill-bidu inqas għolja f'reġjuni li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni taħt l-Artikolu 61 (3)(ċ) milli f'dawk li jikkwalifikaw taħt l-Artikolu 61 (3)(a). |
|
(35) |
It-tkabbir taż-ŻEE wasslet għal disparitajiet akbar tal-prosperità fiż-ŻEE li wasslu għall-ħtieġa li tiġi introdotta kategorizzazzjoni akbar tar-reġjuni kkonċernati. Bil-ħsieb li jkun hemm konsistenza ma' l-approċċ adottat fil-Komunità Ewropea, l-Awtorità ddeċidiet li tapplika l-istess metodoloġija. |
|
(36) |
Fir-reġjuni ta' l-Artikolu 61 (3)(ċ), il-limitu ta' l-għajnuna reġjonali m'għandux jeċċedi il-15 % tal-GGE. Dan huwa mnaqqas għall-10 % tal-GGE fil-każ ta' reġjuni li jkollhom sew aktar minn 100 % tal-PGD per capita medju taż-ŻEE u kif ukoll rata aktar baxxa ta' qgħad mill-medja taż-ŻEE, imkejla fil-livell NUTS III (fuq il-bażi ta' medji għall-aħħar tliet snin, bl-użu ta' data tal-Eurostat) (37). |
|
(37) |
Madankollu, ir-reġjuni ta' densità tal-popolazzjoni baxxa (li jikkorrispondu għal-livell NUTS III jew iżgħar) u r-reġjuni NUTS III jew partijiet minnhom li jaqsmu fruntiera ta' l-art ma' pajjiż li m'huwiex Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew ta' l-EFTA, huma dejjem eliġibbli għal intensità ta' l-għajnuna ta' 15 % tal-GGE. |
25.B.4.1.3 Bonuses għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju
|
(38) |
Fil-każ ta' għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (38), il-limiti fit-Taqsima 25.B.4.1.2 jistgħu jiġu miżjuda b'20 % GGE għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar u b'10 % GGE għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi ta' daqs medju (39). |
25.B.4.2 Spejjeż eliġibbli
25.B.4.2.1 Għajnuna kkalkulata fuq il-bażi ta' l-ispejjeż ta' l-investiment
|
(39) |
Spejjeż fuq l-art, bini u impjanti/makkinarju (40) huma eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment inizjali. |
|
(40) |
Għall-SMEs, l-ispejjeż ta' studji preparatorji u l-ispejjeż ta' konsulenzi marbuta ma' l-investiment jistgħu wkoll jitqiesu sa intensità ta' l-għajnuna ta' 50 % ta' l-ispejjeż attwali mħallsa. |
|
(41) |
Fil-każ ta' akkwist tat-tip imsemmi fil-paragrafu (27), huma biss l-ispejjeż tax-xiri tal-beni (41) minn terzi persuni li għandhom jitqiesu (42). It-tranżazzjoni għandha sseħħ taħt kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(42) |
Spejjeż relatati ma' l-akkwist ta' assi, li ma jkunux artijiet u bini, li jittieħdu b'self jistgħu biss jitqiesu jekk is-self jieħu forma ta' leasing finanzjarju u jinkludi obbligazzjoni għax-xiri ta' l-oġġett fi tmiem it-terminu ta' żmien tal-kirja. Għall-kiri ta' art u bini, il-kera għandha ttul għal ta' l-inqas ħames snin wara d-data antiċipata tat-tlestija tal-proġett ta' investiment għal kumpanniji kbar, u tliet snin għal SMEs. |
|
(43) |
Għajr fil-każi ta' l-SMEs u l-amalgamazzjonijiet permezz ta' akkwist, il-beni akkwistati għandhom ikunu ġodda. Fil-każ ta' l-amalgamazzjonijiet permezz ta' akkwist, għandhom jitnaqqsu l-beni li għall-akkwist tagħhom tkun diġà ngħatat għajnuna qabel l-akkwist. |
|
(44) |
Għall-SMEs, jistgħu wkoll dejjem jitqiesu l-ispejjeż sħaħ ta' l-investimenti f'beni intanġibbli mit-trasferiment ta' teknoloġija permezz ta' l-akkwist ta' drittijiet ta' privattivi, liċenzji, know-how jew għarfien tekniku mhux kopert bi privattiva. Għal kumpanniji kbar, dawn l-ispejjeż huma eliġibbli biss sa limitu ta' 50 % tan-nefqa totali eliġibbli ta' l-investiment għall-proġett. |
|
(45) |
Fil-każi kollha, il-beni intanġibbli eliġibbli jkunu soġġetti għall-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jiżguraw li jibqgħu marbuta mar-reġjun destinatarju eliġibbli għall-għajnuna reġjonali u, konsegwentement, li ma jkunux suġġett ta' trasferiment li jkun ta' benefiċċju għal reġjuni oħra, speċjalment reġjuni oħra li m'humiex eliġibbli għal għajnuna reġjonali. Għal dan l-għan, beni intanġibbli eliġibbli għandhom b'mod partikolari jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
25.B.4.2.2 Għajnuna kkalkulata fuq il-bażi ta' l-ispejjeż tas-salarji
|
(46) |
Kif ġie indikat fit-Taqsima 25.B.4.1.1, l-għajnuna reġjonali tista' wkoll tiġi kkalkulata b'referenza għall-ispejjeż tas-salarji mistennija (43) li jirriżultaw mill-ħolqien tax-xogħol bħala riżultat ta' proġett inizjali ta' l-investiment. |
|
(47) |
“Ħolqien tax-xogħol” tfisser żieda netta fin-numru ta' impjegati (44) direttament impjegati fi stabbiliment partikulari mqabbel mal-medja matul it-tnax-il xahar ta' qabel. Kwalunkwe impjiegi mitlufa matul dak il-perjodu ta' tnax-il xahar għandu għalhekk jiġi mnaqqas min-numru apparenti ta' impjiegi maħluqa matul l-istess perjodu (45). |
|
(48) |
L-ammont ta' għajnuna m'għandux jeċċedi ċertu perċentwali ta' l-ispiża tas-salarju tal-persuna impjegata, ikkalkulat fuq perjodu ta' sentejn. Il-perċentwali huwa ugwali għall-intensità permessa ta' għajnuna ta' l-investiment fiż-żona in kwistjoni. |
25.B.4.3 Għajnuna għall-proġetti kbar ta' investiment
|
(49) |
Għall-finijiet ta' dawn il-linji gwida, “proġett kbir ta' investiment” huwa “investiment inizjali” kif definit minn dawn il-linji gwida bi spiża eliġibbli 'l fuq minn EUR 50 miljun (46). Sabiex jiġi evitat li proġett kbir ta' investiment jinqasam b'mod artifiċjali fi proġetti sekondarji bl-iskop li jiġu evitati d-dispożizzjonijiet ta' dawn il-linji gwida, proġett kbir ta' investiment se jiġi kkunsidrat proġett wieħed ta' investiment meta l-investiment inizjali jsir f'perjodu ta' tliet snin minn kumpannija waħda jew aktar u jkun jikkonsisti f'beni fissi magħquda b'mod ekonomikament indiviżibbli (47). |
|
(50) |
Sabiex tikkalkula jekk l-ispiża eliġibbli għall-proġetti kbar ta' investiment tilħaqx id-diversi limiti f'dawn il-linji gwida, in-nefqa eliġibbli li għandha titqies tikkonsisti fl-ispejjeż tradizzjonali ta' l-investiment jew altrimenti fl-ispiża tas-salarji, skond liema minnhom hija l-ogħla. |
|
(51) |
F'żewġ oqfsa Multisettorjali suċċessivi dwar l-għajnuna reġjonali għall-proġetti kbar ta' investiment fl-1998 (48) u fl-2004 (49), l-Awtorità naqqset l-intensitajiet massimi ta' l-għajnuna għall-proġetti kbar ta' investiment sabiex tillimita id-distorsjonjiet għall-kompetizzjoni. Għal finijiet ta' simplifikazzjoni u trasparenza, l-Awtorità ddeċidiet tintegra d-dispożizzjonijiet tal-qafas Multisettorjali ta' l-2004 (MSF 2004) fil-linji gwida ta' l-Għajnuna Reġjonali għall-2007-2013. |
|
(52) |
Għalhekk l-MSF-2004 mhux se jibqa' applikabbli għal għajnuna mogħtija jew notifikata (50) wara il-31 ta' Diċembru 2006 u se jiġi sostitwit b'dawn il-linji gwida (51). |
25.B.4.3.1 Trasparenza miżjuda u monitoraġġ ta' proġetti kbar ta' investiment
|
(53) |
L-Istati ta' l-EFTA huma meħtieġa jinnotifikaw individwalment lill-Awtorità kwalunkwe għajnuna li għandha tingħata lil proġetti ta' investiment taħt skema ta' għajnuna eżistenti jekk l-għajnuna proposta mill-għejun kollha tkun ogħla mill-ammont massimu permess ta' għajnuna li investiment b'nefqa eliġibbli ta' EUR 100 miljun jista' jirċievi taħt l-iskala u r-regoli stipulati fil-paragrafu (56) (52).
Il-limiti tan-notifika għal reġjuni differenti bl-intensitajiet ta' l-għajnuna l-aktar komuni f'dawn il-linji gwida huma mqassra fit-tabella li ġejja.
|
||||||||||||||||||||||
|
(54) |
Kull meta tingħata għajnuna reġjonali fuq il-bażi ta' skemi ta' għajnuna eżistenti għal proġetti kbar ta' investiment li m'humiex notifikabbli, l-Istati ta' l-EFTA għandhom, fi żmien 20 jum tax-xogħol li jiddekorru mill-għoti ta' l-għajnuna mill-Awtorità kompetenti, jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni mitluba fil-formola standard stipulata fl-Anness III. L-Awtorità se tagħmel disponibbli għall-pubbliku informazzjoni fil-qosor permezz tal-websajt tagħha (www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid). |
|
(55) |
L-Istati ta' l-EFTA għandhom iżommu reġistri dettaljati dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-proġetti kbar ta' investiment kollha. Dawn ir-reġistri, li għandu jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi stabbilit li l-intensità massima ta' l-għajnuna permessa tkun ġiet osservata, għandhom jinżammu għal għaxar snin mid-data ta' meta l-għajnuna tingħata. |
25.B.4.3.2 Regoli għall-evalwazzjoni ta' proġetti kbar ta' investiment
|
(56) |
L-għajnuna reġjonali għall-investiment għal proġetti kbar ta' investiment hija soġġetta għal limitu aġġustat ta' għajnuna reġjonali (53), fuq il-bażi ta' l-iskala li ġejja:
Għalhekk, l-ammont ta' għajnuna permess għal proġett kbir ta' investiment se jkun ikkalkulat skond il-formola li ġejja: ammont massimu ta' l-għajnuna = R × (50 + 0,50 × B + 0,34 × C), fejn R huwa l-limitu ta' l-għajuna reġjonali mhux aġġustat, B huwa n-nefqa eliġibbli bejn EUR 50 miljun u EUR 100 miljun, u C huwa n-nefqa eliġibbli 'l fuq minn EUR 100 miljun. Dan huwa kkalkulat fuq il-bażi tar-rati tal-kambju uffiċjali li jkun hemm fid-data ta' l-għoti ta' l-għajnuna, jew fil-każ ta' għajnuna soġġetta għal notifika individwali, fid-data tan-notifika. |
|
(57) |
Fejn l-ammont totali ta' għajnuna mill-għejun kollha jeċċedi l-75 % ta' l-ammont massimu ta' l-għajnuna li investiment bi spiża eliġibbli ta' EUR 100 miljun jista' jirċievi, bl-applikazzjoni tal-limitu standard ta' l-għajnuna fis-seħħ għal intrapriżi kbar fil-mappa approvata ta' l-għajnuna reġjonali fid-data li l-għajnuna għandha tingħata, u fejn
l-Awtorità tapprova l-għajnuna għall-investiment reġjonali biss wara verifika dettaljata, wara li tinbeda l-proċedura pprovduta fl-Artikolu 1 (2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, li l-għajnuna hija meħtieġa sabiex tipprovdi effett ta' inċentiv għall-investiment u li l-benefiċċji tal-miżura ta' l-għajnuna tegħleb id-distorsjoni riżultanti għall-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti (55). |
|
(58) |
Il-prodott ikkonċernat huwa normalment il-prodott kopert mill-proġett ta' l-investiment (56). Meta l-proġett jikkonċerna prodott intermedjarju u parti sinifikanti mill-produzzjoni ma tkunx mibjugħa fis-suq, il-prodott ikkonċernat jista' jkun il-prodott downstream. Is-suq rilevanti tal-prodott jinkludi l-prodott ikkonċernat u s-sostituti għalih li huma hekk ikkunsidrati mill-konsumatur (minħabba l-karatteristiċi, il-prezzijiet u l-użu maħsub tal-prodott) jew mill-produttur (permezz tal-flessibbiltà ta' l-installazzjonijet tal-produzzjoni). |
|
(59) |
L-oneru tal-prova li s-sitwazzjonijiet li għalihom jirreferu il-paragrafi (57) (a) u (b) ma japplikawx, huwa fuq l-Istati ta' l-EFTA (57). Għal finijiet ta' l-applikazzjoni tal-punti (a) u (b), il-bejgħ u l-konsum apparenti jiġu definiti fil-livell xieraq tal-klassifika Prodcom (58), normalment fiż-ŻEE, jew jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew rilevanti, fuq il-bażi ta' kwalunkwe segmentazzjoni oħra tas-suq ġeneralment aċċettata li għaliha hemm disponibbli data ta' l-istatistika. |
25.B.4.4 Regoli dwar l-akkumulazzjoni ta' l-għajnuna
|
(60) |
Il-limiti ta' l-intensità ta' l-għajnuna stipulati fit-Taqsimiet 25.B.4.1 u 25.B.4.3 hawn fuq japplikaw għall-għajnuna totali:
|
|
(61) |
Fejn l-għajnuna kkalkulata fuq il-bażi ta' spejjeż ta' l-investiment materjali jew immaterjali tingħaqad ma' għajnuna kkalkulata fuq il-bażi ta' spejjeż tas-salarji, għandu jiġi rispettat il-limitu ta' l-intensità stipulat għar-reġjun ikkonċernat (59). |
|
(62) |
Fejn in-nefqa eliġibbli għall-għajnuna reġjonali tkun eliġibbli fl-intier tagħha jew f'parti minnha għal għajnuna b'għanijet oħra, il-parti komuni tkun soġġetta għal-limitu l-aktar favorevoli taħt ir-regoli applikabbli. |
|
(63) |
Fejn l-Istat ta' l-EFTA jistipula li l-għajnuna mill-Istat taħt skema waħda tista' tingħaqad ma' għajnuna taħt skemi oħra, għandu jispeċifika, f'kull skema, il-metodu li permezz tiegħu jiżgura l-konformità mal-kundizzjonijiet hawn fuq elenkati. |
|
(64) |
L-għajnuna għall-investiment reġjonali m'għandhiex tingħaqad ma' sostenn de minimis fir-rigward ta' l-istess spejjeż eleġibbli sabiex jiġu evitati l-intensitajiet massimi ta' l-għajnuna stipulati f'dawn il-linji gwida. |
25.B.5 Għajnuna għall-operazzjoni (60)
|
(65) |
L-għajnuna reġjonali li hija intiża sabiex tnaqqas l-ispejjeż kurrenti ta' ditta (għajnuna għall-operazzjoni) hija normalment projbita. Eċċezzjonalment, madankollu, l-għajnuna ta' din ix-xorta tista' tingħata f'reġjuni eligibbli taħt id-deroga fl-Artikolu 61(3)(a) sakemm (i) dan huwa ġustifikat fil-kuntest tal-kontribuzzjoni tagħha għall-iżvilupp reġjonali u n-natura tagħha u (ii) il-livell tagħha huwa proporzjonali għad-defiċjenzi li l-għajnuna tfittex li ttaffi (61). Huwa d-dmir ta' l-Istat ta' l-EFTA li juri l-eżistenza u l-importanza ta' kwalunkwe defiċjenzi. Aktar minn hekk, ċerti forom speċifiċi ta' għajnuna ta' l-operazzjoni jistgħu jiġu aċċettata fir-reġjuni ta' densità baxxa ta' popolazzjoni u ż-żoni l-inqas popolati. |
|
(66) |
Fil-prinċipju l-għajnuna għall-operazzjoni għandha biss tingħata fir-rigward ta' sett definit minn qabel ta' nfiq jew spejjeż eliġibbli (62) u tkun limitata għal ċertu proporzjon ta' dawk l-ispejjeż. |
|
(67) |
Minħabba n-natura speċifika ta' l-attivitajiet finanzjarji u fi ħdan il-grupp, kif definit fit-Taqsima J (kodiċi 65, 66 u 67) u ta' l-attivitajiet intra-grupp li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tat-Taqsima K (kodiċi 74) tal-Kodiċi NACE Ewropew, għajnuna ta' l-operazzjoni mogħtija għal dawn l-attivitajiet għandha biss tendenza limitata ħafna li tippromwovi l-iżvilupp reġjonali, filwaqt li għandha riskju għoli ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni, kif dikjarat fil-Kapitolu 17.B tal-Linji Gwida (63). Għalhekk l-Awtorità ma tapprovax kwalunkwe għajnuna għall-operazzjoni għas-settur tas-servizzi finanzjarji, jew għal attivitajiet fi ħdan il-grupp taħt dawn il-linji gwida sakemm din l-għajnuna ma tingħatax taħt skemi ġenerali li huma miftuħa għas-setturi kollha u li jkunu intiżi sabiex ipaċu spejjeż addizzjonali tat-trasport jew tax-xogħol. Bl-istess mod, l-għajnuna ta' l-operazzjoni intiża sabiex tippromwovi l-esportazzjoni hija eskluża. |
|
(68) |
Minħabba li hija intiża sabiex tegħleb id-dewmien u l-konġestjonijiet fl-iżvilupp reġjonali, barra minn kif provdut fil-paragrafi (69) u (70), l-għajnuna ta' l-operazzjoni għandha dejjem tkun temporanja u mnaqqsa maż-żmien, u għandha titwaqqaf kompletament meta r-reġjuni kkonċernati jakkwistaw konverġenza reali maż-żoni aktar għonja fiż-ŻEE (64). |
|
(69) |
B'deroga mill-paragrafu preċedenti, l-għajnuna għall-oparazzjoni li ma tkunx kemm imnaqqsa progressivament kif ukoll limitata fiż-żmien tista' biss tkun awtorizzata fir-reġjuni l-inqas popolati, safejn din tkun intiża sabiex timpedixxi jew tnaqqas id-depopolazzjoni kontinwa ta' dawn ir-reġjuni (65). Ir-reġjuni l-inqas popolati jirrapreżentaw jew jappartjenu għal reġjuni fil-livell NUTS II għan-Norveġja u fil-livell NUTS IV għall-Iżlanda (66) b'densità tal-popolazzjoni ta' tmien abitanti għal kull km kwadru jew inqas u jestendu għal żoni iżgħar adjaċenti u kontigwi li jissodisfaw l-istess kriterju ta' densità tal-popolazzjoni. |
|
(70) |
Aktar minn hekk, fir-reġjuni ta' densità baxxa tal-popolazzjoni, għajnuna li ma tkunx kemm imnaqqsa progressivament u kif ukoll limitata fiż-żmien u li tkun intiża sabiex tpaċi parzjalment l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport tista' tkun awtorizzata taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(71) |
Fil-każijiet kollha, il-ħtieġa u l-livell ta' għajnuna għall-operazzjoni għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid b'mod regolari sabiex tiġi żgurata r-rilevanza tagħha fit-tul għar-reġjun ikkonċernat. Għalhekk l-Awtorità tapprova biss skemi ta' għajnuna ta' l-operazzjoni għat-tul taż-żmien ta' dawn il-linji gwida. |
|
(72) |
Sabiex l-effetti ta' l-iskemi ta' l-għajnuna għall-operazzjoni fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni jiġu verifikati, l-Istati ta' l-EFTA se jkunu mitluba jipprovdu kull sena rapport waħdieni fir-rigward ta' kull reġjun NUTS II (67) fejn tingħata spjegazzjoni tan-nefqa totali, jew id-dħul stmat mitluf, għal kull skema ta' l-għajnuna ta' l-operazzjoni approvata fir-reġjun ikkonċernat u jidentifika l-għaxar l-akbar benefiċjarji ta' għajnuna għall-operazzjoni fir-reġjun ikkonċernat (68), filwaqt li jispeċifika s-settur(i) ta' l-attività tal-benefiċjarji u l-ammont ta' għajnuna li kull wieħed minnhom irċieva. |
25.B.6 Għajnuna għall-intrapriżi żgħar ġodda
|
(73) |
Filwaqt li intrapriżi żgħar ġodda jiffaċċjaw diffikultajiet madwar iż-ŻEE kollha, jidher li l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni megħjuna huwa mxekkel mil-livelli relattivament baxxi ta' attività imprenditorjali u b'mod partikolari mir-rati ta' ħolqien ta' negozji ġodda li saħansitra huma inqas mir-rati medji. Għalhekk jidher li hija meħtieġa l-introduzzjoni ta' forma ġdida ta' għajnuna, li tista' tingħata b'żieda ma' l-għajnuna għall-investiment reġjonali, sabiex tipprovdi inċentivi għall-appoġġ tal-ħolqien ta' negozji ġodda u l-iżvilupp fl-istadju bikri ta' intrapriżi żgħar fiż-żoni megħjuna. |
|
(74) |
Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tiegħu, jidher li dan it-tip ta' għajnuna għandu jiġi ggradwat skond id-diffikultajiet li kull kategorija ta' reġjun tiffaċċja. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat riskju inaċċettabbli ta' distorsjonijiet għall-kompetizzjoni inkluż ir-riskju ta' crowding-out ta' l-intrapriżi eżistenti, l-għajnuna għandha, ta' l-inqas għal perjodu inizjali, tkun strettament limitata għall-intrapriżi żgħar, u tkun limitata fl-ammont u digressiva. |
|
(75) |
Għalhekk l-Awtorità tapprova skemi ta' l-għajnuna li jipprovdu għajnuna sa total ta' EUR 1 miljun għal kull intrapriża (69) għal intrapriżi żgħar bl-attività ekonomika tagħhom f'reġjuni eliġibbli għad-deroga ta' l-Artikolu 61(3)(ċ). Ammonti annwali ta' għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar ġodda m'għandhomx jeċċedu t-33 % ta' l-ammonti totali ta' għajnuna għal kull intrapriża hawn fuq msemmija. |
|
(76) |
L-ispejjeż eliġibbli huma spejjeż legali, ta' pariri, ta' konsulenza u spejjeż amministrattivi marbuta direttament mal-ħolqien ta' intrapriża, kif ukoll l-ispejjeż li ġejjin, safejn dawn ikunu fil-fatt inkorsi fl-ewwel ħames snin mill-ħolqien ta' l-intrapriża (70):
|
|
(77) |
L-intensità ta' l-għajnuna m'għandhiex teċċedi l-25 % ta' l-ispejjeż eliġibbli inkorsi fl-ewwel tliet snin wara l-ħolqien ta' l-intrapriża, u 15 % fis-sentejn ta' wara. |
|
(78) |
Dawn l-intensitajiet jiġu miżjuda b'5 % fir-reġjuni b'densità tal-popolazzjoni ta' inqas minn 12.5 abitant għal kull km kwadru u fi gżejjer żgħar b'popolazzjoni ta' inqas minn 5 000, u komunitajiet oħra ta' l-istess daqs li jsofru minn iżolament simili. |
|
(79) |
L-Istat ta' l-EFTA għandu jwaqqaf is-sistema meħtieġa sabiex jiżgura li ma jinqabżux il-limiti aktar għolja għall-ammont ta' għajnuna u l-intensità rilevanti ta' l-għajnuna f'rabta ma' l-ispejjeż eliġibbli kkonċernati. B'mod partikolari, l-għajnuna msemmija f'dan il-kapitolu m'għandhiex tiġi akkumulata ma' sostenn pubbliku ieħor (inkluż sostenn de minimis) sabiex jiġu evitati l-intensitajiet ta' l-għajnuna jew l-ammonti massimi stipulati. |
|
(80) |
L-għoti ta' għajnuna intiża b'mod esklussiv għal intrapriżi żgħar ġodda jista' jwassal għal inċentivi perversi għal intrapriżi żgħar eżistenti sabiex jagħlqu u jerġgħu jibdew mill-ġdid biex b'hekk jirċievu dan it-tip ta' għajnuna. L-Istati ta' l-EFTA għandhom ikunu konxji minn dan ir-riskju u għandhom ifasslu skemi ta' għajnuna b'mod li jevitaw din il-problema, per eżempju billi jimponu limiti fuq applikazzjonijiet minn sidien ta' ditti li jkunu ngħalqu riċentement. |
25.B.7 Mapep ta' l-għajnuna reġjonali u dikjarazzjoni ta' kompatibbiltà
|
(81) |
Ir-reġjuni ta' Stat ta' l-EFTA eliġibbli għal għajnuna għall-investiment reġjonali taħt id-derogi u l-limiti fuq l-intensità ta' l-għajnuna għall-investiment inizjali (71) approvati għal kull reġjun, jifformaw flimkien mappa ta' l-għajnuna reġjonali ta' Stat ta' l-EFTA. Il-mappa ta' l-għajnuna reġjonali tiddefinixxi wkoll ir-reġjuni eliġibbli sabiex tingħata għajnuna għall-intrapriża. Skemi ta' l-għajnuna ta' l-operazzjoni m'humiex koperti mill-mapep ta' l-għajnuna reġjonali, u huma evalwati każ b'każ fuq il-bażi ta' notifika mill-Istat ta' l-EFTA kkonċernat skond l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. |
|
(82) |
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja iddeċidiet li “d-deċiżjonijiet” li bihom il-Kummissjoni Ewropea tadotta l-mapep ta' l-għajnuna reġjonali għal kull Stat Membru tal-KE għandhom jiġu meqjusa bħala li jifformaw parti integrali mil-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali u li għandhom saħħa li jorbtu biss bil-kundizzjoni li jkunu ġew aċċettati mill-Istati Membri tal-KE (72). Fl-opinjoni ta' l-Awtorità, l-istess japplika għad-deċiżjonijiet ta' l-Awtorità. |
|
(83) |
Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li l-mapep ta' l-għajnuna reġjonali jagħtu definizzjoni wkoll ta' l-ambitu ta' kwalunkwe eżenzjoni ta' grupp li teżenta l-għajnuna reġjonali mill-obbligu ta' notifika taħt l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, kemm jekk din l-għajnuna tingħata fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 (73), kif ukoll jekk tingħata fuq il-bażi ta' eżenzjoni futura possibbli għal forom oħra ta' għajnuna reġjonali. |
|
(84) |
Taħt dawn il-linji gwida, il-mappa ta' l-għajnuna reġjonali, kif soġġetta għas-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ta' l-Istati ta' l-EFTA, se tinkludi reġjuni li għandhom jitqiesu mill-Istati ta' l-EFTA għall-eliġibbiltà għall-għajnuna reġjonali skond l-Artikolu 61(3)(ċ) sal-limitu tal-kopertura tal-poplazzjoni determinata skond it-Taqsima 25.B.3.3.1. |
|
(85) |
Sakemm jirrispettaw il-kundizzjonijiet stipulati f'dawn il-linji gwida, hija r-responsabbiltà ta' l-Istati ta' l-EFTA nfushom li jiddeċiedu dwar jekk għandhomx jagħtu għajnuna għall-investiment reġjonali u sa liema livell. Kemm jista' jkun malajr wara l-adozzjoni ta' dawn il-linji gwida, kull Stat ta' l-EFTA għandu għalhekk jinnotifika lill-Awtorità skond l-Artikolu 1 (3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, mappa unika ta' għajnuna reġjonali li tkopri t-territorju nazzjonali kollu. |
|
(86) |
L-Awtorità teżamina n-notifiki skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti. Fi tmiem l-evalwazzjoni tagħha, hija tippubblika l-mapep approvati ta' l-għajnuna reġjonali fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-istess Ġurnal Uffiċjali. Dawn il-mapep jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007, jew fid-data ta' l-approvazzjoni tagħhom mill-Awtorità jekk dan isir aktar tard, u jkunu kkunsidrati bħala parti integrali minn dawn il-linji gwida. |
|
(87) |
In-notifika għandha tindika b'mod ċar ir-reġjuni proposti għall-eliġibbiltà taħt l-Artikolu 61(3)(ċ), u l-intensitajiet ta' l-għajnuna intiżi għal kumpanniji kbar, filwaqt li jitqiesu l-aġġustamenti fil-limitu ta' għajnuna reġjonali għall-proġetti kbar ta' investiment. |
|
(88) |
Informazzjoni dettaljata ta' sostenn għandha tingħata sabiex tiġi spjegata l-għażla tar-reġjuni taħt l-Artikolu 61(3)(ċ) barra l-iżvilupp ekonomiku, id-densità baxxa tal-popolazzjoni u r-reġjuni tal-fruntiera, inkluża l-identifikazzjoni dettaljata tar-reġjuni kkonċernati, id-data tal-popolazzjoni, l-informazzjoni dwar il-PGD u l-livelli ta' qgħad fir-reġjuni kkonċernati, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. |
|
(89) |
Sabiex tiġi żgurata kontinwità, li hija essenzjali għall-iżvilupp reġjonali fit-tul, il-lista ta' reġjuni notifikata mill-Istati ta' l-EFTA għandha fil-prinċipju tapplika matul il-perjodu kollu 2007-2013. Madankollu, din tista' tkun soġġetta għal reviżjoni ta' nofs it-terminu fl-2010 (74). Kwalunkwe Stat ta' l-EFTA li jkun jixtieq jemenda l-lista ta' reġjuni eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 61(3)(ċ) jew l-intensitajiet ta' l-għajnuna applikabbli għandu jissottometti notifika lill-Awtorità qabel l-1 ta' April 2010. Kwalunkwe tibdil tar-reġjun f'dan il-kuntest m'għandux jeċċedi l-50 % tal-kopertura totali permess għall-Istat ta' l-EFTA taħt l-Artikolu 61(3)(ċ). Ir-reġjuni li jitilfu l-eliġibbiltà tagħhom għall-kopertura ta' l-għajnuna reġjonali bħala riżultat ta' din ir-reviżjoni f'nofs it-terminu ma jkunux eliġibbli għal sostenn tranżitorju. Barra minn hekk, l-Istati ta' l-EFTA jistgħu fi kwalunkwe żmien jinnotifikaw talba lill-Awtorità sabiex jiġu miżjuda fil-lista aktar reġjuni u dan sa meta tintlaħaq il-kopertura tal-popolazzjoni rilevanti. |
25.B.8 Dħul fis-seħħ, Implimentazzjoni, Trasparenza u Reviżjoni
|
(90) |
L-Awtorità għandha l-ħsieb tapplika dawn il-linji gwida għall-għajnuna reġjonali kollha li għandha tingħata wara l-31 ta' Diċembru 2006. L-għajnuna reġjonali mogħtija jew li għandha tingħata qabel l-2007 se tiġi evalwata skond il-linji gwida ta' l-1999 dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali. |
|
(91) |
Peress li jeħtieġu li jkunu koerenti mal-mappa ta' l-għajnuna reġjonali, in-notifiki ta' l-iskemi ta' l-għajnuna reġjonali, jew għajnuna ad hoc mogħtija qabel il-31 ta' Diċembru 2006, normalment ma jistgħux ikunu kkunsidrati kompleti sakemm ma tkunx għadha ġiet adottata l-mappa ta' l-għajnuna reġjonali għall-Istat ta' l-EFTA kkonċernat skond l-arranġamenti deskritti fit-Taqsima 25.B.7. Għalhekk, l-Awtorità normalment ma teżaminax notifiki ta' skemi ta' għajnuna reġjonali li għandhom japplikaw wara l-31 ta' Diċembru 2006, jew għajnuna ad hoc li għandha tingħata wara dik id-data, qabel l-adozzjoni tal-mappa ta' l-għajnuna reġjonali ta' l-Istat ta' l-EFTA kkonċernat (75). L-istess japplika għall-iskemi ta' l-għajnuna għal intrapriżi żgħar ġodda koperti mit-Taqsima 25.B.6 ta' dawn il-linji gwida. |
|
(92) |
L-Awtorità tikkunsidra li l-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida se twassal għal bdil sostenzjali fir-regoli applikabbli għall-għajnuna reġjonali madwar l-Istati ta' l-EFTA. Barra minn hekk, jidher meħtieġ li jiġu riveduti sew il-ġustifikazzjoni kontinwa kif ukoll l-effettività ta' l-iskemi kollha ta' l-għajnuna reġjonali, inklużi kemm l-għajnuna għall-investiment kif ukoll l-iskemi ta' l-għajnuna għall-operazzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità se tipproponi il-miżuri xierqa li ġejjin lill-Istati ta' l-EFTA skond l-Artikolu 1 (1) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti:
L-Awtorità se tistieden l-Istati ta' l-EFTA sabiex jikkonfermaw l-aċċettazzjoni tagħhom ta' dawn il-proposti fi żmien xahar. |
|
(93) |
Barra minn hekk, l-Awtorità tikkunsidra li huma meħtieġa aktar miżuri sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' l-għajnuna reġjonali. B'mod partikolari, jidher meħtieġ li għandu jiġi żgurat li l-Istati ta' l-EFTA, l-operaturi ekonomiċi, il-partijiet interessati u saħansitra wkoll l-Awtorità nfisha jkollhom aċċess faċli għat-test sħiħ ta' l-iskemi kollha applikabbli ta' l-għajnuna reġjonali fl-Istati ta' l-EFTA. L-Awtorità tikkunsidra li dan jista' faċilment jintlaħaq permezz tat-twaqqif ta' siti ta' l-internet konnessi. Għal din ir-raġuni, fl-evalwazzjoni ta' l-iskemi ta' l-għajnuna reġjonali, l-Awtorità se tfittex sistematikament impenn mill-Istat ta' l-EFTA li t-test sħiħ ta' l-iskema ta' l-għajnuna finali tiġi ppubblikata fuq l-internet u li l-indirizz ta' l-internet tal-pubblikazzjoni jiġi kkomunikat lill-Awtorità. Proġetti li għalihom saru spejjeż qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta' l-iskema ma jkunux eliġibbli għall-għajnuna reġjonali. |
|
(94) |
L-Awtorità tista' tiddeċiedi tirrevedi jew temenda dawn il-linji gwida fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet marbuta mal-politika tal-kompetizzjoni jew sabiex jitqiesu linji ta' politika oħra u impenji internazzjonali taż-ŻEE. |
ANNESS I
Definizzjoni ta’ l-industrija ta' l-azzar
L-industrija ta' l-azzar, għall-finijiet ta' dawn il-linji gwida tikkonsisti mill-impriżi li jipproduċu prodotti ta' l-azzar hawn taħt elenkati:
|
Prodott |
Kodiċi Nomenklatura Kombinata (*1) |
|
Ħadid mhux maħdum |
7201 |
|
Liegi tal-ħadid |
7202 11 20 , 7202 11 80 , 7202 99 11 |
|
Prodotti tal-ħadid maħdum mir-riduzzjoni diretta ta' ħadid mhux maħdum u prodotti oħra ta' ħadid poruż |
7203 |
|
Ħadid u Azzar li mhux liega |
7206 |
|
Prodotti nofshom lesti ta' ħadid jew azzar mhux liega |
7207 11 11 ; 7207 11 14 ; 7207 11 16 ; 7207 12 10 ; 7207 19 11 ; 7207 19 14 ; 7207 19 16 ; 7207 19 31 ; 7207 20 11 ; 7207 20 15 ; 7207 20 17 ; 7207 20 32 ; 7207 20 51 ; 7207 20 55 ; 7207 20 57 ; 7207 20 71 |
|
Prodotti ċatti rrumblati ta' ħadid u azzar mhux liega |
7208 10 00 ; 7208 25 00 ; 7208 26 00 ; 7208 27 00 ; 7208 36 00 ; 7208 37 ; 7208 38 ; 7208 39 ; 7208 40 ; 7208 51 ; 7208 52 ; 7208 53 ; 7208 54 ; 7208 90 10 ; 7209 15 00 ; 7209 16 ; 7209 17 ; 7209 18 ; 7209 25 00 ; 7209 26 ; 7209 27 ; 7209 28 ; 7209 90 10 ; 7210 11 10 ; 7210 12 11 ; 7210 12 19 ; 7210 20 10 ; 7210 30 10 ; 7210 41 10 ; 7210 49 10 ; 7210 50 10 ; 7210 61 10 ; 7210 69 10 ; 7210 70 31 ; 7210 70 39 ; 7210 90 31 ; 7210 90 33 ; 7210 90 38 ; 7211 13 00 ; 7211 14 ; 7211 19 ; 7211 23 10 ; 7211 23 51 ; 7211 29 20 ; 7211 90 11 ; 7212 10 10 ; 7212 10 91 ; 7212 20 11 ; 7212 30 11 ; 7212 40 10 ; 7212 40 91 ; 7212 50 31 ; 7212 50 51 ; 7212 60 11 ; 7212 60 91 |
|
Staneg u virgi, irrumblati sħan, f'kojlijiet tal-ħadid jew azzar mhux liega mdawra irregolarment |
7213 10 00 ; 7213 20 00 ; 7213 91 ; 7213 99 |
|
Staneg oħra u virgi jew ħadid u azzar mhux liega |
7214 20 00 ; 7214 30 00 ; 7214 91 ; 7214 99 ; 7215 90 10 |
|
Angoli, forom u partijiet ta' ħadid jew azzar mhux liega |
7216 10 00 ; 7216 21 00 ; 7216 22 00 ; 7216 31 ; 7216 32 ; 7216 33 ; 7216 40 ; 7216 50 ; 7216 99 10 |
|
Stainless Steel |
7218 10 00 ; 7218 91 11 ; 7218 91 19 ; 7218 99 11 ; 7218 99 20 |
|
Prodotti ċatti rrumblati ta' l-istainless steel |
7219 11 00 ; 7219 12 ; 7219 13 ; 7219 14 ; 7219 21 ; 7219 22 ; 7219 23 00 ; 7219 24 00 ; 7219 31 00 ; 7219 32 ; 7219 33 ; 7219 34 ; 7219 35 ; 7219 90 10 ; 7220 11 00 ; 7220 12 00 ; 7220 20 10 ; 7220 90 11 ; 7220 90 31 |
|
Staneg u virgi ta' l-istainless steel |
7221 00 ; 7222 11 ; 7222 19 ; 7222 30 10 ; 7222 40 10 ; 7222 40 30 |
|
Prodotti ċatti rrumblati ta' liegi oħra ta' l-azzar |
7225 11 00 ; 7225 19 ; 7225 20 20 ; 7225 30 00 ; 7225 40 ; 7225 50 00 ; 7225 91 10 ; 7225 92 10 ; 7225 99 10 ; 7226 11 10 ; 7226 19 10 ; 7226 19 30 ; 7226 20 20 ; 7226 91 ; 7226 92 10 ; 7226 93 20 ; 7226 94 20 ; 7226 99 20 |
|
Staneg u virgi ta' liegi oħra ta' l-azzar |
7224 10 00 ; 7224 90 01 ; 7224 90 05 ; 7224 90 08 ; 7224 90 15 ; 7224 90 31 ; 7224 90 39 ; 7227 10 00 ; 7227 20 00 ; 7227 90 ; 7228 10 10 ; 7228 10 30 ; 7228 20 11 ; 7228 20 19 ; 7228 20 30 ; 7228 30 20 ; 7228 30 41 ; 7228 30 49 ; 7228 30 61 ; 7228 30 69 ; 7228 30 70 ; 7228 30 89 ; 7228 60 10 ; 7228 70 10 ; 7228 70 31 ; 7228 80 |
|
Sheet piling |
7301 10 00 |
|
Linji ferrovjarji u cross ties |
7302 10 31 ; 7302 10 39 ; 7302 10 90 ; 7302 20 00 ; 7302 40 10 ; 7302 10 20 |
|
Tubi seamless, pajpijiet u profili vojta minn ġewwa |
7303 ; 7304 |
|
Tubi u pajpijiet tal-ħadid jew azzar iwweldjat, li għandhom dijametru estern li jeċċedi 406,4 mm |
7305 |
ANNESS II
Definizzjoni ta’ l-industrija tal-fibri sintetiċi
L-industrija tal-fibri sintetiċi hija definita, għall-finijiet ta' dawn il-linji gwida, bħala:
|
— |
l-estrużjoni/testurizzazzjoni tat-tipi kollha ġeneriċi tal-fibra u ħjut ibbażati fuq il-polijester, il-polyamide, l-acrylic jew il-polipropilin, irrispettivament mill-użi finali tagħhom, jew |
|
— |
il-polimerizzazzjoni (inkluża l-polikondensazzjoni) fejn tkun integrata ma' l-estrużjoni f'termini tal-makkinarju użat, jew |
|
— |
kwalunkwe proċess anċellari marbut ma' l-installazzjoni kontemporanja tal-kapaċità ta' l-estrużjoni/testurizzazzjoni mill-benefiċjarju prospettiv jew minn kumpannija oħra fil-grupp li fih jappartjeni u li, fl-attività kummerċjali speċifika kkonċernata, huwa normalment integrat b'tali kapaċità f'termini tal-makkinarju użat. |
ANNESS III
Forma tal-provvista ta' informazzjoni fil-qosor għal għajnuna għal proġetti kbar ta' investiment mitluba fil-paragrafu (54)
(1) Kapitolu 25.B jikkorrispondi għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13).
(2) Top-ups reġjonali għall-għajnuna mogħtija għal dawn l-għanijiet m'humiex għalhekk ikkunsidrati bħala għajnuna reġjonali.
(3) Il-Linji Gwida ta' l-Awtorità huma aċċessibbli fuq: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/guidelines/
(4) Il-paragrafu (7), Taqsima 25.4 tal-verżjoni ta' l-1999 tal-Kapitolu 25 ‘Għajnuna Reġjonali Nazzjonali’, ġie emendat bil-Kapitolu 16 ‘Għajnuna sabiex ditti f'diffikultà jiġu salvati u ristrutturati’ li jikkorrispondi għal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat sabiex ditti f'diffikultà jiġu salvati u ristrutturati (ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2).
(5) Li jikkorrispondi għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għall-proġetti kbar ta' investiment, ĠU C 70, 19.3.2002, p. 8, kif emendata fil-ĠU C 263, 1.11.2003, p. 3.
(6) Ara f'dan ir-rigward is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ 730/79, Philip Morris [1980], ECR 2671, paragrafu 17 u fil-Każ C-169/95, Spanja vs Il-Kummissjoni [1997], ECR I-135, paragrafu 20.
(7) Ara f'dan ir-rigward is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Prim'Istanza f'T-380/94, AIUFFASS u AKT [1996], ECR II-2169, paragrafu 54.
(8) Is-setturi koperti minn regoli speċjali 'l fuq minn dawk hawnhekk stipulati huma fil-preżent: it-trasport u l-bini ta' bastimenti.
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 364/2004 inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE permezz ta' l-Anness XV punt 1f) b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2004 ta’ l-24.9.2004 (ĠU L 64, 10.3.2005, p. 67 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 12, p. 42).
(10) Il-Linji Gwida ta' l-Awtorità huma aċċessibbli fuq: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/guidelines/
(11) B'mod partikolari, l-għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju matul il-perjodu ta' ristrutturar għandha dejjem tiġi nnotifikata individwalment lill-Awtorità, anki jekk mogħtija bħala parti minn skema approvata.
(12) Kawża 248/84, il-Ġermanja v il-Kummissjoni [1987], ECR 4013, paragrafu 19.
(13) Kif definit f'“ Ir-reġjuni ta' l-istatistika fil-pajjiżi ta' l-EFTA u fil-pajjiżi kandidati ”, l-edizzjoni ta' l-2001 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej.
(14) Is-suppożizzjoni sottostanti hija li l-indikatur PGD kapaċi jirrifletti b'mod sintetiku ż-żewġ fenomeni msemmija. F'din ir-referenza għall-PGD per capita u f'dawk ir-referenzi kollha li jsegwu f'dawn il-linji gwida, il-PGD huwa mkejjel f'termini ta' standards ta' poter tax-xiri. Il-PGD per capita ta' kull reġjun u l-medja taż-ŻEE li għandha tintuża fl-analiżi huma determinati mill-uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej.
(15) Jekk din is-sitwazzjoni tinbidel, l-Awtorità għandha tadotta linji gwida ġodda sabiex din il-modifikazzjoni tiġi meqjusa.
(16) Nota tal-qiegħ 12 supra.
(17) Fid-determinazzjoni tal-popolazzjoni li tista' tkun eliġibbli għall-għajnuna reġjonali taħt id-deroga analoga fl-Artikolu 61 (3)(a), il-Kummissjoni Ewropeja se tipproċedi f'żewġ stadji: l-ewwel, tiddetermina l-kopertura tal-popolazzjoni bl-applikazzjoni tat-test tal-PGD ta' 75 % per capita deskritt fil-paragrafu (15). It-tieni, tqis ir-reġjuni ta' “l-effett ta' l-istatistika” i.e. r-reġjuni li għalihom il-PGD per capita jeċċedi il-75 % tal-medja tal-KE-25 biss minħabba l-effett ta' l-istatistika tat-tkabbir tal-KE. Dawn huma reġjuni tal-livell NUTS II li għandhom PGD per capita ta' aktar minn 75 % tal-medja tal-KE-25 iżda inqas minn 75 % tal-medja tal-KE-15. Fil-linji gwida analogi tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra li dawn ir-reġjuni għandhom jibqgħu eliġibbli għad-deroga tal-KE li tikkorrispondi għall-Artikolu 61 (3)(a) fuq bażi tranżitorja sal-31 ta’ Diċembru 2010.
(18) Dawn ir-reġjuni għandhom jiġu ddiferenzjati mir-reġjuni ta' “l-effett ta' l-istatistika” (ara hawn fuq, nota tal-qiegħ (17)). Dawn huma reġjuni li kellhom PGD per capita ta' inqas minn 75 % fuq bażi ta' KE-15 u li, bħala riżultat ta' “l-iżvilupp ekonomiku” tagħhom, ma jissodisfawx aktar dik il-kundizzjoni fuq bażi ta' KE-15.
(19) Il-Kummissjoni Ewropea ffissat il-limitu għall-kopertura ġenerali tal-popolazzjoni għal 42 % tal-KE-25 preżenti (minħabba mekkaniżmu ta' korrezzjoni sabiex jiġi żgurat li ebda wieħed mill-Istati Membri KE-15 ma jitlef aktar minn 50 % tal-kopertura tal-popolazzjoni tagħhom taħt il-mapep kurrenti ta' l-għajnuna reġjonali, il-limitu huwa ffissat fil-prattika fil-livell ta' 43,1 %).
(20) Dan għandu jiġi mifhum bħala li jfisser li ebda reġjun fi ħdan l-Istati ta' l-EFTA (i) ma jissodisfa it-test tal-PGD ta' 75 % per capita deskritt fil-paragrafu (15) u (ii) ma jikkwalifika kemm bħala reġjun ta' “l-effett ta' l-istatistika” kif ukoll bħala reġjun ta' “l-iżvilupp ekonomiku”.
(21) Iċ-ċifra attwali hija 2,9 abitant għal kull kilometru kwadru.
(22) Skond il-klassifika preżenti tan-NUTS, l-Islanda tifforma, bħala tali, reġjun wieħed tan-NUTS III. Fil-każ li din il-klassifika tiġi emendata bl-introduzzjoni ta' aktar minn reġjun wieħed tan-NUTS III, il-kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali għandha tiġi evalwata fuq il-bażi tal-livell NUTS III.
(23) Meta jitqies id-daqs żgħir tagħha, ikun biżżejjed għall-Iżlanda li r-reġjuni magħżula jew ikollhom PGD per capita li jkun inqas mill-medja fl-EFTA, jew rata ta' qgħad li tkun ogħla minn 115 % tal-medja nazzjonali, u jkollhom popolazzjoni minima ta' 10 000 abitant.
(24) Fil-kumplament tat-test ta' dawn il-Linji Gwida, ir-“reġjuni NUTS III” għandhom, fil-każ ta' l-Iżlanda, jinqraw bħala “reġjuni NUTS IV” fejn xieraq. Jekk il-klassifika statistika ta' l-Iżlanda tiġi emendata skond kif deskritt fin-nota tal-qiegħ 22, it-test għandu jaqra “reġjuni NUTS III” kif xieraq.
(25) Sabiex jiġi evitat li jingħadd darbtjen, dan il-kriterju għandu jiġi applikat fuq bażi ta' bilanċ li jifdal, wara li titqies il-prosperità relattiva tar-reġjuni kkonċernati.
(26) Per eżempju peniżoli u reġjuni tal-muntanji.
(27) Dan il-limitu minimu jista' jitnaqqas fil-każ ta' gżejjer u żoni oħra kategorizzati b'iżolazzjoni ġeografika simili.
(28) Madankollu investiment għal tibdil jista' jikkwalifika bħala għajnuna ta' l-operazzjoni taħt ċerti kundizzjonijiet kif stipulat fit-Taqsima 25.B.5.
(29) Għalhekk, l-akkwist waħdu ta' l-ishma ta' l-entità ġuridika ta' intrapriża ma jikkwalifikax bħala investiment inizjali.
(30) Impjieg huwa meqjus maħluq direttament minn proġett ta' investiment jekk jirrigwarda attività li għaliha l-investiment jirrelata u jkun maħluq fi żmien tliet snin mit-tlestija ta' l-investiment, inklużi impjiegi maħluqa wara żieda fir-rata ta' użu tal-kapaċità maħluqa mill-investiment.
(31) Fil-każ ta' għajnuna soġġetta għan-notifika individwali lill-Awtorità u għall-approvazzjoni tagħha mill-istess Awtorità, il-konferma ta' l-eliġibbiltà għandha ssir bħala soġġetta għad-deċiżjoni ta' l-Awtorità li tapprova l-għajnuna.
(32) “Il-bidu tax-xogħol” tfisser il-bidu tax-xogħol ta' kostruzzjoni jew l-ewwel impenn sod fl-ordni ta' apparat, esklużi studji preliminari ta' fattibbiltà.
(33) L-unika eċċezzjoni għal dawn ir-regoli hija fil-każ ta' skemi approvati ta' l-għajnuna tat-taxxa fejn eżenzjoni tat-taxxa jew tnaqqis jingħata b'mod awtomatiku lill-infiq li jikkwalifika mingħajr ebda diskrezzjoni min-naħa ta' l-awtoritajiet.
(34) Per eżempju dan ma jkunx il-każ fil-każ ta' self sussidjat, selfiet pubbliċi ta' ekwità kapitali jew parteċipazzjonijiet pubbliċi li ma jissodisfawx il-prinċipju ta' l-investitur ta' l-ekonomija tas-suq, garanziji mill-Istat li jkollhom elementi ta' għajnuna, kif ukoll sostenn pubbliku mogħti fl-ambitu tar-regola de minimis.
(35) Din ir-regola m'għandhiex iżżomm it-tibdil ta' impjanti jew apparat li jiskadu matul il-perjodu ta' ħames snin minħabba bidla teknoloġika mgħaġġla, kemm-il darba l-attività ekonomika tinżamm fir-reġjun ikkonċernat għall-perjodu minimu.
(36) L-Awtorità qed twaqqaf il-prattika preċedenti tagħha li tikkonverti l-għajnuna reġjonali notifikata mill-Istati ta' l-EFTA f'ekwivalenti ta' għotjiet nett sabiex jittieħed kont tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ġunju 2000 fil-każ T-298/97, Alzetta. F'dik il-kawża, il-Qorti Ewropea tal-Prim'Istanza żammet: “Il-Kummissjoni m'għandhiex is-setgħa, taħt is-sistema ta' sorveljanza ta' l-għajnuna mill-Istat stabbilita mit-Trattat, li tqis l-effett tat-taxxa fuq l-ammont ta' l-għajnuna finanzjarja allokata meta tevalwa jekk din tkunx kompatibbli mat-Trattat. Dawn l-imposti m'humiex speċifikament magħmula fuq l-għajnuna nfisha iżda huma imposti downstream, u japplikaw għall-għajnuna in kwistjoni bl-istess mod li japplikaw għal kwalunkwe dħul. Għalhekk dawn ma jistgħux ikunu rilevanti meta ssir l-evalwazzjoni ta' l-effett speċjali ta' l-għajnuna fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni u, b'mod partikulari, meta ssir stima tal-benefiċċju li jieħdu d-destinatarji minn din l-għajnuna b'paragun ma' l-impriżi kompetituri li ma jirċevux din l-għajnuna u li d-dħul tagħhom huwa wkoll soġġett għat-taxxa.” Barra minn hekk, l-Awtorità tikkunsidra li l-użu ta' GGEs, li huma użati wkoll sabiex jiġu kkalkulati l-intensitajiet ta' tipi oħra ta' għajnuna mill-Istat, se jikkontribwixxi sabiex tiżdied is-sempliċità u t-trasparenza tas-sistema ta' kontroll ta' l-għajnuna mill-Istat, u tqis ukoll il-proporzjon miżjud ta' l-għajnuna mill-Istat li tingħata fil-forma ta' eżenzjoniet mit-taxxa.
(37) B'eċċezzjoni għal dan, intensità ogħla ta' l-għajnuna tista' tkun permessa fil-każ ta' reġjun NUTS III, jew iżgħar, li jkun adjaċenti għal reġjun ta' l-Artikolu 61 (3)(a) jekk dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li d-differenzjali bejn iż-żewġ reġjuni ma teċċedix 20 punt perċentwali.
(38) L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 tal-25 ta' Frar 2004 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 70/2001, ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22 inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE permezz ta' l-Anness XV punt 1f) b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2004 ta’ l-24.9.2004 (ĠU L 64, 10.3.2005, p. 67 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 12, p. 42), jew kwalunkwe regolament suċċessur.
(39) Dawn il-bonuses ma japplikawx għall-għajnuna mogħtija fis-settur tat-trasport.
(40) Fis-settur tat-trasport, l-ispiża għax-xiri ta' apparat tat-trasport (beni mobbli) m'hijiex eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment inizjali.
(41) Fejn l-akkwist ikun akkumpanjat b'investiment inizjali ieħor, l-ispiża marbuta ma' dan ta' l-aħħar għandha tiġi miżjuda ma' l-ispiża ta' l-akkwist.
(42) F'każi eċċezzjonali, l-għajnuna tista' alternattivament tkun ikkalkulata b'referenza għall-ispejjeż tas-salarji (estimi) għall-impjiegi salvagwardjati jew ġodda maħluqa bl-akkwist. Dawn il-każi għandhom jiġu notifikati individwalment lill-Awtorità.
(43) L-ispiża tas-salarju tfisser l-ammont totali mill-għajnuna li fil-fatt ikun pagabbli mill-benefiċjarju fir-rigward ta' l-impjieg ikkonċernat, li tikkonsisti fis-salarju gross, qabel it-taxxa, u l-kontribuzzjonijiet mandatorji tas-sigurtà soċjali.
(44) In-numru ta' impjegati tfisser in-numru ta' l-unitajiet tax-xogħol annwali, jiġifieri n-numru ta' persuni impjegati full time f'sena waħda, xogħol part-time u xogħol staġjonali li jkun frazzjonijiet ta' l-ALU (Annual Labour Units).
(45) Din id-definizzjoni tapplika bl-istess mod kemm fir-rigward ta' stabbiliment eżistenti kif ukoll fir-rigward ta' stabbiliment ġdid.
(46) Il-50 miljun ewro għandhom jiġu kkalkulati bi prezzijiet u b'rati tal-kambju fid-data meta tingħata l-għajnuna, jew fil-każ ta' proġetti kbar ta' investiment fejn in-notifika individwali tkun meħtieġa, bi prezzijiet u rati tal-kambju fid-data tan-notifika.
(47) Sabiex jiġi evalwat jekk investiment inizjali huwiex ekonomikament indiviżibbli, l-Awtorità tqis ir-rabtiet tekniċi, funzjonarji u strateġiċi u l-prossimità ġeografika immedjata. L-indiviżibbiltà ekonomika tiġi evalwata indipendentement mit-titolu ta' proprjetà. Dan jimplika li sabiex jiġi stabbilit jekk proġett kbir ta' investiment jikkostitwix proġett wieħed ta' investiment, l-evalwazzjoni għandha tkun l-istess irrispettivament minn jekk il-proġett isirx minn impriża waħda, minn aktar minn impriża waħda li jaqsmu l-ispejjeż ta' l-investiment jew minn aktar impriżi li jassumu l-ispejjeż ta' investimenti separati fi ħdan l-istess proġett ta' investiment (per eżempju fil-każ ta' joint venture).
(48) Inserit fil-Kapitolu 26.A. Qafas Multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment li jikkorrispondu għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas Multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għall-proġetti kbar ta' investiment (ĠU C 107, 7.4.1998, p. 7) imħassar bid-Deċiżjoni ta' l-Awtorità Nru 371/04/COL tal-15 ta' Diċembru 2004.
(49) Inserit fil-Kapitolu 26.A.
(50) Proġetti ta' investiment notifikabbli individwalment se jiġu evalwati skond ir-regoli fis-seħħ fiż-żmien tan-notifika.
(51) Minħabba l-ambitu wiesa' ta' dawn il-linji gwida, l-Awtorità ddeċidiet li m'huwiex teknikament prattikabbli li wieħed jipproċedi bl-istabbiliment ta' lista ta' setturi fejn ikun hemm diffikultajiet strutturali.
(52) Għajnuna individwali ad hoc għandha dejjem tiġi notifikata lill-Awtorità. Minħabba l-effett ċar tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u l-kompetizzjoni, il-ħtieġa għal ġustifikazzjoni speċifika għar-rabta ma' l-iżvilupp reġjonali tapplika b'qawwa akbar għall-għajnuna individwali ad hoc għal proġetti kbar ta' investiment individwali.
(53) Il-punt ta' tluq għall-kalkolu tal-limitu aġġustat ta' l-għajnuna huwa dejjem l-intensità massima ta' l-għajnuna permessa għall-għajnuna għal intrapriżi kbar skond it-Taqsima 25.B.4.1.2. Ebda bonuses ta' l-SMEs ma jistgħu jingħataw għal proġetti kbar ta' investiment.
(54) Il-“konsum apparenti” tal-prodott ikkonċernat huwa l-ammont ta' importazzjoni miżjud b'dak tal-produzzjoni u mnaqqas bl-ammont ta' esportazzjoni.
(55) L-Awtorità tista' aktar 'l quddiem tabbozza gwida ulterjuri dwar il-kriterji li tqis matul l-evalwazzjoni.
(56) Fejn proġett ta' investiment jinvolvi l-produzzjoni ta' diversi prodotti differenti, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat kull wieħed mill-prodotti.
(57) Jekk l-Istat ta' l-EFTA juri li l-benefiċjarju ta' l-għajnuna joħloq suq tal-prodott ġdid, ma jkunux meħtieġa t-testijiet stipulati fil-paragrafi (57) (a) u (b) t'hawn fuq, u l-għajnuna tiġi awtorizzata taħt l-iskala fil-paragrafu (56).
(58) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3924/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta' stħarriġ Komunitarju dwar il-produzzjoni industrijali (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 1). Ir-Regolament ġie inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE (l-Anness XXI) bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 7/94.
(59) Din il-kundizzjoni tkun meqjusa sodisfatta jekk is-somma ta' l-għajnuna għall-investiment inizjali, espressa bħala perċentwali ta' l-investiment, u ta' l-għajnuna għall-ħolqien tax-xogħol, espressa bħala perċentwali ta' l-ispejjeż tas-salarji, ma teċċedix l-ammont l-aktar favorevoli li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-limitu stipulat għar-reġjun skond il-kriterji indikati fit-Taqsima 25.B.4.1 jew altrimenti mil-limitu stipulat għar-reġjun skond il-kriterji indikati fit-Taqsima 25.B.4.3.
(60) Bħal forom oħra ta' għajnuna reġjonali, l-għoti ta' għajnuna ta' l-operazzjoni huwa dejjem soġġett għar-regoli speċifiċi li jistgħu japplikaw f'setturi partikolari.
(61) B'mod partikolari l-għajnuna għall-operazzjoni tieħu l-forma ta' eżenzjonijiet ta' taxxa jew tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li m'humiex marbuta ma' l-ispejjeż eliġibbli ta' l-investiment.
(62) Per eżempju, investimenti għal tibdil, spejjeż tat-trasport jew spejjeż tax-xogħol.
(63) Il-Linji Gwida ta' l-Awtorità huma aċċessibbli fuq: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/guidelines/
(64) Dan il-prinċipju ta' digressività għandu dejjem jiġi rispettat meta skemi ta' l-għajnuna ta' l-operazzjoni ġodda jiġu notifikati sabiex jissostitwixxu lil dawk eżistenti. Mandakollu, tista' tkun permessa flessibbiltà fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju fil-każ ta' skemi ta' l-għajnuna ta' l-operazzjoni mfassla sabiex jindirizzaw id-defiċjenzi ġeografiċi ta' żoni partikolari li jkunu fir-reġjuni ta' l-Artikolu 61(3)(a).
(65) Huwa d-dmir ta' l-Istat ta' l-EFTA li juru li l-għajnuna proposta hija meħtieġa u xierqa sabiex timpedixxi jew tnaqqas id-depopolazzjoni kontinwa.
(66) Fil-każ li jkun hemm emenda tal-klassifika NUTS fl-Iżlanda, ara n-nota tal-qiegħ 22, il-livell NUTS applikabbli għandu jiġi emendat skond din l-emenda.
(67) Għall-Iżlanda, il-livell NUTS kif xieraq.
(68) F'termini ta' ammont ta' għajnuna rċevuta.
(69) Intrapriżi eliġibbli huma intrapriżi żgħar skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea (KE) Nru 364/2004 inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE permezz ta' l-Anness XV punt 1f) bid-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2004 ta’ l-24.9.2004 (ĠU L 64, 10.3.2005, p. 67 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 12, p. 42) jew kwalunkwe regolament suċċessur, li huma awtonomi skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3 ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 364/2004 u li ġew maħluqa inqas minn ħames snin ilu.
(70) Il-VAT u t-taxxi diretti fuq il-profitt/dħul tan-negozju m'humiex inklużi fl-ispejjeż eliġibbli.
(71) Kif aġġustata skond il-paragrafu (56) fil-każ ta' għajnuna notifikata individwalment għal proġetti kbar ta' investiment.
(72) Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat-18 ta' Ġunju 2002 fil-kawża C-242/00 Il-Ġermanja v. Il-Kummissjoni.
(73) Ir-Regolament (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 364/2004 inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE permezz ta' l-Anness XV punt 1f) b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2004 ta’ l-24.9.2004 (ĠU L 64, 10.3.2005, p. 67 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 12, p. 42) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 f'dak li jirrigwarda l-estensjoni ta' l-ambitu tiegħu sabiex jinkludi l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp (ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22).
(74) Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu m'għandhomx iżommu l-kopertura nazzjonali tal-popolazzjoni ta' l-Iżlanda milli tiġi emendata qabel l-2010 fil-każ li l-klassifika NUTS f'dak il-pajjiż tiġi emendata qabel dik id-data skond kif provdut fin-nota tal-qiegħ 22 t'hawn fuq.
(75) L-Awtorità tinforma l-Istati ta' l-EFTA li sabiex, sa fejn possibbli, jitnaqqas l-oneru ta' l-obbligazzjoni tan-notifika, il-Kummissjoni Ewropea indikat li għandha l-ħsieb tagħmel użu mill-poteri tagħha sabiex teżenta min-notifika taħt l-Artikoli 88(3) tat-Trattat l-iskemi kollha trasparenti ta' l-għajnuna għall-investiment reġjonali li huma konformi mal-mappa ta' l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-Istat Membru kkonċernat. Taħt tali reġim għajnuna individwali ad hoc u skemi ta' għajnuna għall-operazzjoni ma jkunux eżentati min-notifika. Barra minn hekk, l-informazzjoni preżenti u r-rekwiżiti tan-notifika individwali għall-proġetti kbar individwali ta' l-għajnuna għandhom jibqgħu applikabbli, inkluż il-każ ta' l-għajnuna mogħtija taħt skemi eżentati. Madankollu, sakemm il-Kummissjoni Ewropea tadotta formalment tali regolament u sakemm dan ta' l-aħħar jiġi inkorporat fit-Ftehim taż-ŻEE, dawn it-tipi ta' skemi ta' l-għajnuna għall-investiment huma soġġetti għar-rekwiżiti ġenerali ta' notifika kif stipulat fl-Artikolu 1 (3) fil-Parti I u l-Artikolu 2 fil-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.
(76) Il-Linji Gwida ta' l-Awtorità huma aċċessibbli fuq: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/guidelines/
|
28.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 54/21 |
DEĊIŻJONI TA' L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA
Nru 226/06/COL
tad-19 ta’ Lulju 2006
dwar il-mappa ta' żoni megħjuna u l-livelli ta' l-għajnuna (In-Norveġja)
L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), u partikolarment l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (3) partikolarment l-Artikolu 24 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 1(3) fil-Parti I u l-Artikolu 4(3) fil-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti,
Wara li kkunsidrat il-Linji Gwida (4) dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE, u partikolarment il-Kapitolu 25.B dwar “Għajnuna Reġjonali Nazzjonali 2007 – 2013” tiegħu,
Billi:
I. IL-FATTI
1. Il-Proċedura
B'ittra tat-12 ta' Ġunju 2006 mill-Ministeru Rjali ta' l-Amministrazzjoni tal-Gvern u r-Riforma, riċevuta u rreġistrata mill-Awtorità fit-12 ta' Ġunju 2006 (Avveniment Nru: 377954), l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw, skond l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, mappa ġdida ta' żoni megħjuna u livelli ta' għajnuna fin-Norveġja li għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.
2. Sfond
B'ittra tas-6 ta' April 2006 mill-Awtorità lill-Missjoni Norveġiża għall-Unjoni Ewropea (Avveniment Nru: 369211), l-awtoritajiet Norveġiżi ġew informati li l-Awtorità kienet adottat Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali għall-2007 – 2013 fil-forma ta' Kapitolu ġdid 25.B tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.
Barra minn dan, l-Awtorità pproponiet, taħt l-Artikolu 1(1) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, li l-awtoritajiet Norveġiżi jaċċettaw il-miżuri xierqa stabbiliti fil-Kapitolu 25.B.8 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat (5).
B'ittra ta' l-10 ta' Mejju 2006 mill-Missjoni tan-Norveġja għall-Unjoni Ewropea, riċevuta u rreġistrata mill-Awtorità fil-11 ta' Mejju 2006 (Avveniment Nru: 373737), l-awtoritajiet Norveġiżi aċċettaw il-miżuri xierqa proposti.
Il-Kapitolu ġdid 25.B tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat jistabbilixxi li l-għajnuna ta' investiment nazzjonali tista' tingħata għal aktar żvilupp ekonomiku ta' ċerti reġjuni żvantaġġjati. Biex l-Istati ta' l-EFTA jkunu jistgħu jagħtu din l-għajnuna, għandha tiġi nnotifikata u approvata mappa taż-żoni megħjuna mill-Awtorità.
Reġjuni b'densità baxxa tal-popolazzjoni, iddefiniti mill-bidu bħala NUTS livell III (6), ir-reġjuni b'inqas minn 12.5 abitanti għal kull kilometru kwadru, għandhom jikkwalifikaw biex ikunu inklużi fil-mappa. Madankollu, hija prevista ċerta flessibbiltà fid-definizzjoni taż-żoni megħjuna. Partijiet mir-reġjuni NUTS livell III jistgħu jikkwalifikaw ukoll jekk dawn il-partijiet ikollhom densità baxxa ta' popolazzjoni, jekk il-popolazzjoni ġenerali fiż-żoni megħjuna ma tiżdiedx b'riżultat ta' dan, u jekk dawn iż-żoni mhumiex kontigwi mar-reġjuni NUTS livell III li jissodisfaw it-test tad-densità baxxa tal-popolazzjoni.
3. Deskrizzjoni tal-mappa proposta
3.1. Metodoloġija u kopertura: unitajiet ġeografiċi
Fin-Norveġja, ir-reġjuni NUTS livell III jikkorrispondu għal provinċji u NUTS livell V għal muniċipalitajiet. Bħalissa n-Norveġja għandha 19-il provinċja u 431 muniċipalità (7).
In-Norveġja għandha disa' reġjuni NUTS livell III b'inqas minn 12.5 abitanti għal kull kilometru kwadru. Dawn huma l-provinċji li ġejjin: Finnmark, Troms, Nordland, Nord-Trøndelag, Sogn og Fjordane, Hedmark, Oppland, Telemark u Aust-Agder.
L-erba' reġjuni sħaħ NUTS livell III Finnmark, Troms, Nordland u Sogn og Fjordane huma proposti bħala eliġibbli għall-għajnuna reġjonali nazzjonali.
Ċerti partijiet biss mill-ħames provinċji l-oħra b'densità baxxa ta' popolazzjoni (Nord-Trøndelag, Hedmark, Oppland, Telemark u Aust-Agder) huma proposti biex jiġu inklużi fil-mappa.
L-awtoritajiet Norveġiżi jikkunsidraw li mappa ta' għajnuna reġjonali bbażata strettament fuq NUTS livell III ma tkunx tirrifletti s-sitwazzjoni reali fin-Norveġja rigward l-isfidi reġjonali relatati ma' densità baxxa tal-popolazzjoni, il-kondizzjonijiet klimatiċi u l-iżvantaġġi ekonomiċi. L-awtoritajiet Norveġiżi għalhekk ipproponew, fuq il-bażi tar-regoli ta' flessibbiltà, li jeskludu mill-ħames provinċji b'densità baxxa ta' popolazzjoni ċerti żoni li mhumiex ikkunsidrati li għandhom bżonn għajnuna reġjonali u biex jinkludu “żoni NUTS III” li jilħqu t-test tad-densità baxxa tal-popolazzjoni f'reġjuni NUTS III kontigwi b'densità tal-popolazzjoni iktar għolja. Dan jippermetti lill-awtoritajiet Norveġiżi li jeskludu muniċipalitajiet “b'saħħithom” fi provinċji li jissodisfaw id-densità baxxa ta' popolazzjoni u biex jiġu inklużi muniċipalitajiet “dgħajfa” fil-provinċji li ma jissodisfawx dan il-kriterju.
Żoni fi provinċji b'densità baxxa tal-popolazzjoni esklużi mill-mappa ta' għajnuna reġjonali
Tabella 1 hawn taħt turi ż-żoni li l-awtoritajiet Norveġiżi eskludew mir-reġjuni NUTS livell III li jissodisfaw it-test tad-densità baxxa tal-popolazzjoni.
Tabella 1
|
Provinċja |
Muniċipalitajiet |
|
Nord-Trøndelag |
Stjørdal, Levanger |
|
Aust-Agder |
Iveland, Birkenes, Froland, Lillesand, Arendal, Grimstad |
|
Telemark |
Bamble, Siljan, Skien, Porsgrunn |
|
Oppland |
Gran, Lunner, Jevnaker, Vestre Toten, Østre Toten, Gjøvik, Lillehammer, Øyer |
|
Hedmark |
Elverum, Sør-Odal, Nord-Odal, Stange, Løten, Ringsaker, Hamar |
Iż-żoni esklużi għandhom popolazzjoni totali ta' 445 006 abitanti.
Żoni fi provinċji b'densità għolja tal-popolazzjoni inklużi fil-mappa ta' għajnuna reġjonali
Tabella 2 hawn taħt turi ż-żoni fi provinċji b'iktar minn 12.5 abitanti għal kull kilometru kwadru li l-awtoritajiet Norveġiżi inkludew fil-mappa ta' għajnuna reġjonali fuq il-bażi tar-regoli ta' flessibbiltà.
Tabella 2
|
Provinċja |
Muniċipalitajiet |
|
Sør-Trøndelag |
Tydal, Selbu, Midtre Gauldal, Holtålen, Røros, Meldal, Rennebu, Oppdal, Osen, Roan, Åfjord, Bjugn, Rissa, Agdenes, Ørland, Frøya, Hitra, Snillfjord, Hemne |
|
Møre og Romsdal |
Aure, Smøla, Halsa, Rindal, Surnadal, Sunndal, Tingvoll, Gjemnes, Averøy, Eide, Aukra, Sandøy, Midsund, Nesset, Rauma, Vestnes, Haram, Stordal, Stranda, Norddal, Ørsta, Volda, Herøy, Sande, Vanylven, Kristiansund, Frei |
|
Hordaland |
Masfjorden, Fedje, Modalen, Vaksdal, Austevoll, Samnanger, Kvam, Voss, Granvin, Ulvik, Eidfjord, Ullensvang, Odda, Jondal, Kvinnherad, Tysnes, Fitjar, Etne |
|
Rogaland |
Vindafjord, Utsira, Kvitsøy, Finnøy, Sauda, Suldal, Hjelmeland, Lund, Sokndal |
|
Vest-Agder |
Sirdal, Kvinesdal, Hægebostad, Audnedal, Åseral, Marnardal, Flekkefjord, Farsund |
|
Buskerud |
Nore og Uvdal, Rollag, Flesberg, Krødsherad, Sigdal, Hol, Ål, Hemsedal, Gol, Nes, Flå |
|
Østfold |
Rømskog, Marker, Aremark |
Iż-żoni inklużi għandhom popolazzjoni totali ta' 374 739 abitant u medja ta' densità tal-popolazzjoni ta' 5.8 abitanti għal kull kilometru kwadru.
Tabella 3 tindika l-popolazzjoni u d-densità tal-popolazzjoni fir-reġjuni NUTS livell III kollha / żoni NUTS III proposti eliġibbli għall-għajnuna reġjonali.
Tabella 3
|
Reġjuni Nuts Livell III/Żoni Nuts Livell III |
Popolazzjoni 2005 |
Densità tal-Popolazzjoni (/km2) |
|
Østfold (*1) |
5 331 |
6,0 |
|
Hedmark (1) |
71 875 |
3,2 |
|
Oppland (1) |
70 611 |
3,3 |
|
Buskerud (*1) |
32 291 |
3,1 |
|
Telemark (1) |
65 680 |
4,7 |
|
Aust-Agder (1) |
25 826 |
3,8 |
|
Vest-Agder (*1) |
31 942 |
6,0 |
|
Rogaland (*1) |
29 510 |
6,2 |
|
Hordaland (*1) |
73 630 |
5,9 |
|
Sogn og Fjordane (2) |
107 032 |
5,7 |
|
Møre og Romsdal (*1) |
132 586 |
9,9 |
|
Sør-Trøndelag (*1) |
68 480 |
4,1 |
|
Nord-Trøndelag (1) |
90 881 |
4,4 |
|
Nordland (2) |
236 825 |
6,2 |
|
Troms (2) |
152 741 |
5,9 |
|
Finnmark (2) |
73 074 |
1,5 |
|
Total |
1 268 515 |
4,5 |
B'kollox, 286 muniċipalità huma proposti eliġibbli għall-għajnuna reġjonali nazzjonali, li jirrappreżentaw 1 268 515-il abitanti fl-1 ta' Jannar 2005 u li jikkorrispondu għal 27.5 % tal-popolazzjoni Norveġiża.
3.2 Limiti ta' l-għajnuna
L-awtoritajiet Norveġiżi qed jipproponu li ż-żoni kollha inklużi fil-mappa għandhom jibbenefikaw mill-intensitajiet massimi ta' l-għajnuna.
Tabella 4 turi l-intensitajiet ta' l-għajnuna nnotifikati.
Tabella 4
|
Żona ġeografika |
Limitu ġenerali ta' l-għajnuna (GGE) (*2) |
Żieda għall-Impriżi ta’ daqs medju (*3) (GGE) |
Żieda għall-impriżi żgħar (GGE) Iż-żoni kollha eliġibbli (*4) |
|
Iż-żoni kollha eliġibbli |
15 % |
10 % |
20 % |
II. APPREZZAMENT
1. Formalitajiet ta' notifika
Il-Kapitolu 25.B.7 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat (8) jiddikkjara li “ r-reġjuni ta' Stat EFTA eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali taħt id-derogi u l-limiti fuq l-intensità ta' l-għajnuna għal investiment inizjali approvat għal kull reġjun flimkien jiffurmaw mappa reġjonali ta' għajnuna ta' Stat EFTA ”.
L-istabbiliment tal-mappa nnifisha ma tinvolvi ebda għajnuna diretta fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Madankollu, l-awtorizzazzjoni tal-mappa tistabbilixxi, flimkien mal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali, il-qafas għall-għoti ta' l-għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna reġjonali.
Billi aċċetta l-miżuri xierqa, il-Gvern Norveġiż aċċetta li jinnotifika, skond l-Artikolu 1(3) f'Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, mappa reġjonali ta' għajnuna unika (9). In-notifika ddatata t-12 ta' Ġunju 2006 (Avveniment Nru: 377954) tikkostitwixxi notifika sħiħa. L-awtoritajiet Norveġiżi ssodisfaw l-obbligi tagħhom skond l-aċċettazzjoni tal-miżuri xierqa u l-Artikolu 1(3) f'Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta’ Sorveljanza u l-Qorti. B'konsegwenza ta' dan, skond il-Kapitolu 25B.7 (86), l-Awtorità għandha tivvaluta n-notifika skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 1(3) f'Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.
L-eżami tan-notifika ta' l-Awtorità huwa bbażat fuq il-kriterji stipulati fil-Kapitolu 25.B.3-4 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.
2. Applikazzjoni tar-Regoli ta' l-Għajnuna mill-Istat rilevanti
2.1. Metodoloġija u kopertura
Skond il-Kapitolu 25.B.3.3.2 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet Norveġiżi pproponew metodu bbażat fuq żewġ unitajiet ġeografiċi sabiex jistabbilixxu r-reġjuni li jikkwalifikaw għal eżenzjonijiet taħt l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE.
Il-provinċji ta' Finnmark, Troms, Nordland u Sogn og Fjordane(provinċji b'densità baxxa tal-popolazzjoni nnotifikati fit-totalità tagħhom)
L-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw il-provinċji ta' Finnmark, Troms, Nordland u Sogn og Fjordane fuq il-bażi tal-Kapitolu 25.B.3.3.2 (22) tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat li jiddikkjara:
“L-awtorità tikkunsidra li dawn ir-reġjuni jistgħu jkunu eliġibbli għall-għażla mill-Istati ta' l-EFTA kkonċernati għall-għoti ta' għajnuna ta' investiment reġjonali skond id-deroga taħt l-Artikolu 61(3)(c):
|
(a) |
id-densità baxxa tal-popolazzjoni; tali żoni huma magħmula essenzjalment minn reġjuni ġeografiċi NUTS II b'densità tal-popolazzjoni ta' inqas minn 8 abitanti għal kull kilometru kwadru jew reġjuni ġeografiċi NUTS III fir-rigward tan-Norveġja (…) b'densità tal-popolazzjoni ta' inqas minn 12.5 abitanit għal kull kilometru kwadru”. |
Finnmark għandha densità tal-popolazzjoni ta' 1.5 abitanti kull km2 (popolazzjoni totali ta' 73 074 abitant). Troms għandha densità tal-popolazzjoni ta' 5.9 abitanti kull km2 (popolazzjoni totali ta' 152 741 abitant). Nordland għandha densità tal-popolazzjoni ta' 6.2 abitanti kull km2 (popolazzjoni totali ta' 236 825 abitant). Sogn og Fjordane għandha densità tal-popolazzjoni ta' 5.7 abitanti kull km2 (popolazzjoni totali ta' 107 032 abitant).
Għalhekk l-Awtorità ssib li din il-parti tal-proposta tilħaq il-kriterji tal-Kapitolu 25.B.3.3.2.
Iż-żoni nnotifikati l-oħra
Il-paragrafu (22)(a) tal-Kapitolu 25.B.3.3.2 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat ikompli:
“Madankollu, hija mogħtija ċerta flessibbiltà fl-għażla ta' dawn iż-żoni, suġġetti għal-limiti li ġejjin:
|
— |
il-flessibbilità fl-għażla taż-żoni m’għandhiex tfisser żieda fil-popolazzjoni koperta; |
|
— |
il-partijiet NUTS III li jikkwalifikaw għall-flessibbiltà għandu jkollhom densità tal-popolazzjoni ta' inqas minn 12.5 abitanti għal kull kilometru kwadru; |
|
— |
għandhom ikunu kontigwi mar-reġjuni NUTS III li jissodisfaw it-test ta' densità baxxa tal-popolazzjoni.”. |
Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat jipprovdu espressament għall-possibbiltà li tintuża xi flessibbiltà fl-għażla taż-żoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali jekk jintlaħqu t-tliet kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(i) |
Flessibbilità fl-għażla taż-żoni m’għandhiex tfisser żieda fil-popolazzjoni koperta L-Awtorità ssib li din il-kondizzjoni hija ssodisfata minħabba li ż-żoni esklużi mill-mappa fir-reġjuni b’densità baxxa tal-popolazzjoni, li mill-bidu jikkwalifikaw bħala tali, għandhom popolazzjoni ta’ 445 006 abitanti (ara tabella 1 hawn fuq). Iż-żoni inklużi fil-mappa bl-applikazzjoni tar-regoli ta’ flessibbiltà għandhom popolazzjoni ta’ 374 739 abitant kif indikat fit-test taħt it-tabella 2 hawn fuq. |
|
(ii) |
Il-partijiet NUTS III li jikkwalifikaw għall-flessibbiltà għandu jkollhom densità tal-popolazzjoni ta' inqas minn 12.5 abitanti għal kull kilometru kwadru Il-partijiet NUTS livell III li jikkwalifikaw għall-flessibbiltà bid-densità tal-popolazzjoni rispettiva tagħhom huma dawn (10): Østfold (6.0 abitanti/km2), Buskerud (3.1 abitanti/km2), Vest-Agder (6.0 abitanti/km2), Rogaland (6.2 abitanti/km2), Hordaland (5.9 abitanti/km2), Møre og Romsdal (9.9 abitanti/km2) u Sør-Trøndelag (4.1 abitanti/km2). L-Awtoritajiet isibu li l-kondizzjoni li l-partijiet NUTS III li jikkwalifikaw għall-flessibbiltà għandu jkollhom densità tal-popolazzjoni ta' inqas minn 12.5 abitanti għal kull kilometru kwadru hija ssodisfata. |
|
(iii) |
Il-partijiet NUTS III għandhom ikunu kontigwi mar-reġjuni NUTS III li jissodisfaw it-test ta' densità baxxa tal-popolazzjoni Il-partijiet NUTS III li jikkwalifikaw għall-flessibbiltà (Østfold, Buskerud, Vest-Agder, Rogaland, Hordaland, Møre og Romsdal, Sør-Trøndelag) huma kontigwi mar-reġjuni NUTS III li jissodisfaw it-test tad-densità baxxa tal-popolazzjoni (Hedmark, Oppland, Telemark, Aust-Agder, Sogn og Fjordane, Nord- Trøndelag, Nordland, Troms u Finnmark) kif jidher fil-mappa ġeografika taż-żoni proposti għall-għajnuna reġjonali mehmuża fl-Anness 1 ma’ din id-Deċiżjoni (11). B’hekk, il-muniċipalità ssib li din il-kondizzjoni hija ssodisfata. Fl-aħħarnett, il-kopertura totali tal-popolazzjoni ta’ 27,5 % proposta bħala eliġibbli mill-awtoritajiet Norveġiżi ma taqbiżx il-limitu tal-popolazzjoni nazzjonali ta’ 28,08 % stipulat fil-Kapitolu 25.B.3.3.1 (12). L-Anness 2 ma’ din id-deċiżjoni juri l-muniċipalitajiet kollha proposti eliġibbli għall-għajnuna reġjonali mill-awtoritajiet Norveġiżi. |
2.2 Limiti ta' l-għajnuna
L-awtoritajiet Norveġiżi pproponew limiti ta’ għajnuna massima ġenerali għaż-żoni kollha koperti mill-mappa ta’ l-għajnuna reġjonali ta’ 15 % GGE għall-impriżi l-kbar b’żieda ta’ 10 % għall-impriżi ta’ daqs medju u ta’ 20 % għall-impriżi z-zgħar.
Dan l-approċċ huwa skond it-termini tal-Kapitolu 25.B.4.1.2 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat (13) li jipprovdi: “ Ir-reġjuni b’densità baxxa tal-popolazzjoni (li jikkorrispondu ma’ NUTS livell III jew iżgħar) u r-reġjuni jew il-partijiet NUTS-III li jaqsmu fruntiera ta’ l-art ma’ pajjiż li mhux Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew ta’ l-EFTA, huma dejjem eliġibbli għal intensità ta’ l-għajnuna ta’ 15 % GGE ”.
Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat (14) jipprovdu wkoll li “ fil-każ ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ daqs żgħir u medju, il-limiti fis-Sezzjoni 25.B.4.1.2 (ara paragrafu (37) hawn fuq), jistgħu jiżdiedu b’20 % GGE għall-għajnuna mogħtija lill-impriżi żgħar u b’10 % GGE għall-għajnuna lill-impriżi ta’ daqs medju”.
Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna ta’ investiment reġjonali, kif propost mill-awtoritajiet Norveġiżi, huma skond il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.
3. Ambitu tad-deċiżjoni u kumulazzjoni ta’ l-għajnuna
Il-mappa tar-reġjuni megħjuna fil-prinċipju tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013. Madankollu, din tista’, kif ipprovdut fil-Kapitolu 25.B.7 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat (15), tkun suġġett għal eżami f’nofs il-mandat fl-2010.
Id-deċiżjoni ma tillimitax il-poteri ta’ l-Awtorità biex teżamina l-mappa skond l-Artikolu 1(1) f’Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jekk ikun neċessarju qabel it-tmiem tal-perjodu msemmi hawn fuq.
L-awtoritajiet Norveġiżi huma mfakkra li meta japplikaw l-iskemi ta’ l-għajnuna reġjonali għall-bini tal-vapuri, il-limitu ta’ l-għajnuna ta’ 12,5 % għar-reġjuni ta’ l-“Artikolu 61(3)(c)” ma jistax jinqabeż, skond il-Kapitolu 24.B.3.3.6 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat (16) b’rabta mal-Kapitolu 24.B tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.
Il-limiti ta’ l-għajnuna proposti huma kumulattivi, jiġifieri jirreferu għal-limitu superjuri għall-għajnuna ta’ l-investiment reġjonali mis-sorsi pubbliċi kollha mogħtija lil proġett ta’ investiment partikolari.
Barra dan, l-għajnuna għall-investiment reġjonali m’għandhiex tiġi kumulata b’appoġġ de minimis ta’ l-istess spejjeż eliġibbli biex jiġu evitati l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna stipulati fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.
Kwalunkwe skema ta’ l-għajnuna reġjonali li mhix is-suġġett ta’ eżenzjoni ta’ kategorija u li tidħol fis-seħħ wara l-31 ta’ Diċembru 2006 għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità skond l-Artikolu 1(3) fil-Parti I ta’ Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.
Barra dan, l-awtoritajiet Norveġiżi għandhom iżommu f’moħħhom li, skond il-Kapitolu 25.B.8 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat, kwalunkwe skema ta’ l-għajnuna li tinkludi għajnuna għall-investiment li għandha tingħata wara l-31 ta’ Diċembru 2006 għandha, jekk ma tkunx is-suġġett ta’ eżenzjoni ta’ kategorija, tiġi emendata kif meħtieġ u nnotifikata lill-Awtorità skond l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.
4. Konklużjonijiet
Il-mappa nnotifikata taż-żoni megħjuna tirrifletti r-rekwiżiti stipulati fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. L-Awtorità tista’ tapprova l-mappa tar-reġjuni eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Awtorità ddeċidiet li tapprova l-proposta għal mappa ta’ żoni megħjuna u l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna fin-Norveġja kif innotifikat lill-Awtorità b’ittra datata t-12 ta’ Ġunju 2006. L-Anness 1 għal din id-deċiżjoni, li turi l-mappa ta’ għajnuna reġjonali tan-Norveġja għall-2007 sa l-2013, jifforma parti sħiħa mill-Kapitolu 25.B tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. L-Anness 2 għal din id-deċiżjoni jelenka l-muniċipalitajiet kollha eliġibbli għall-għajnuna reġjonali.
Artikolu 2
Bla ħsara għall-Artikolu 1(1) f’Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, il-mappa taż-żoni eliġibbli għall-għajnuna ta’ investiment reġjonali għandha tkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.
Artikolu 4
Il-verżjoni bl-Ingliż biss hi awtentika.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Lulju 2006.
Għall-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA
Bjørn T. GRYDELAND
President
Kristján Andri STEFÁNSSON
Membru tal-Kulleġġ
(1) Minn hawn 'il quddiem l-Awtorità.
(2) Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE
(3) Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar il-Sorveljanza u l-Qorti.
(4) Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 mal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA fid-19 ta' Jannar 1994, ippubblikati fil-ĠU 1994 L 231, is-Supplimenti taż-ŻEE 3.9.1994 Nru 32. Id-Direttivi ġew emendati l-aħħar fid-9 ta’ April 2006. Minn issa il quddiem imsejħin “Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat” Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat huma disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/guidelines/
(5) Paragrafu (92).
(6) Kif definiti fi “Reġjuni statistiċi fil-pajjiżi ta' l-EFTA u fil-pajjiżi kandidati”, edizjoni 2001 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej.
(7) Id-data dwar il-popolazzjoni minn issa 'l quddiem hija dik ta' l-1 ta' Jannar 2005.
(*1) Iż-żoni NUTS livell III proposti eliġibbli bl-applikazzjoni tar-regoli ta' flessibbiltà (ara t-tabella 2 fuq).
|
(°) |
Il-provinċji b'densità baxxa tal-popolazzjoni mhumiex innotifikati kollha. Iċ-ċifri jirrappreżentaw il-partijiet innotifikati. |
|
(') |
Il-provinċji b'densità baxxa tal-popolazzjoni nnotifikati kollha. |
(*2) ekwivalenza grossa ta' l-għajnuna (Gross Grant Equivalent)
(*3) Anness 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 tal-25 ta' Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001, ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22 inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE permezz ta' l-Anness XV punt 1f) bid-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2004 tal-24.9.2004 (ĠU L 64, 10.3.2005, p. 67 u s-suppliment taż-ŻEE Nru 12, p. 42), jew kwalunkwe Regolament sussegwenti.
(*4) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 7.
(8) Paragrafu (81).
(9) Paragrafu (85).
(10) Ara tabella 3 fuq.
(11) Il-muniċipalitajiet ta’ Aremark, Rømskog u Marker (li jinsabu fir-reġjun NUTS livell III ta’ Østfold) anke jekk mhux strettament kontigwi mal-bqija tal-mappa taż-żoni assistiti ġew inklużi minħabba li d-distanza bejn dawn il-muniċipalitajiet u r-reġjun NUTS livell III ta’ Hedmark hija inqas minn 10 kilometri u minħabba li d-densità tal-popolazzjoni f’dawn il-muniċipalitajiet hija baxxa ħafna (medja ta’ 6 abitanti /km2). Il-popolazzjoni totali f’dawn il-muniċipalitajiet hija ta’ 5 331. %
(12) Paragrafu (21).
(13) Paragrafu (37).
(14) Paragrafu (38).
(15) Paragrafu (89).
(16) Paragrafu (26(c)).
ANNESS I
Mappa ta’ l-għajnuna reġjonali fin-Norveġja 2007-2013
Kopertura demografika : 27,5 %
ANNESS II
Lista tal-muniċipalitajiet proposti bħala eliġibbli għall-għajnuna nazzjonali reġjonali mill-awtoritajiet Norveġiżi
It-tabella hawn taħt turi l-muniċipalitajiet kollha proposti eliġibbli għall-għajnuna reġjonali mill-awtoritajiet Norveġiżi:
|
Provinċja |
Muniċipalitajiet |
|
Finnmark |
Sør-Varanger, Båtsfjord, Unjárga-Nesseby, Deatnu-Tana, Berlevåg, Gamvik, Lebesby, Kárásjohka-Karasjok, Porsanger, Nordkapp, Måsøy, Kvalsund, Hasvik, Loppa, Alta, Guovdageaidnu-Kautokeino, Hammerfest, Vadsø, Vardø |
|
Troms |
Kvænangen, Nordreisa, Skjervøy, Gáivuotna-Kåfjord, Storfjord, Lyngen, Karlsøy, Balsfjord, Lenvik, Berg, Torsken, Tranøy, Dyrøy, Sørreisa, Målselv, Salangen, Bardu, Lavangen, Gratangen, Ibestad, Bjarkøy, Skånland, Kvæfjord, Tromsø, Harstad |
|
Nordland |
Moskenes, Andøy, Sortland, Øksnes, Bø, Hadsel, Vågan, Vestvågøy, Flakstad, Værøy, Røst, Ballangen, Evenes, Tjeldsund, Lødingen, Tysfjord, Hamarøy, Steigen, Sørfold, Fauske, Saltdal, Beiarn, Gildeskål, Meløy, Rødøy, Træna, Lurøy, Rana, Hemnes, Nesna, Dønna, Hattfjelldal, Grane, Vesfn, Leirfjord, Alstahaug, Herøy, Vevelstad, Vega, Brønnøy, Sømna, Bindal, Narvik, Bodø |
|
Nord-Trøndelag |
Leka, Nærøy, Vikna, Flatanger, Fosnes, Overhalla, Høylandet, Grong, Namsskogan, Røyrvik, Lierne, Snåsa, Inderøy, Namdalseid, Verran, Mosvik, Verdal, Leksvik, Frosta, Meråker, Namsos, Steinkjer |
|
Sør-Trøndelag |
Tydal, Selbu, Midtre Gauldal, Holtålen, Røros, Meldal, Rennebu, Oppdal, Osen, Roan, Åfjord, Bjugn, Rissa, Agdenes, Ørland, Frøya, Hitra, Snillfjord, Hemne |
|
Møre og Romsdal |
Aure, Smøla, Halsa, Rindal, Surnadal, Sunndal, Tingvoll, Gjemnes, Averøy, Eide, Aukra, Sandøy, Midsund, Nesset, Rauma, Vestnes, Haram, Stordal, Stranda, Norddal, Ørsta, Volda, Herøy, Sande, Vanylven, Kristiansund, Frei |
|
Sogn og Fjordane |
Flora, Gulen, Solund, Hyllestad, Høyanger, Vik, Balestrand, Leikanger, Sogndal, Aurland, Lærdal, Årdal, Luster, Askvoll, Fjaler, Gaular, Jølster, Førde, Naustdal, Bremanger, Vågsøy, Selje, Eid, Hornindal, Gloppen, Stryn |
|
Hordaland |
Masfjorden, Fedje, Modalen, Vaksdal, Austevoll, Samnanger, Kvam, Voss, Granvin, Ulvik, Eidfjord, Ullensvang, Odda, Jondal, Kvinnherad, Tysnes, Fitjar, Etne |
|
Rogaland |
Vindafjord, Utsira, Kvitsøy, Finnøy, Sauda, Suldal, Hjemeland, Lund, Sokndal |
|
Vest-Agder |
Sirdal, Kvinesdal, Hægebostad, Audnedal, Åseral, Marnadal, Flekkefjord, Farsund |
|
Aust-Agder |
Risør, Gjerstad, Vegårshei, Tvedestrand, Åmli, Evje og Hornnes, Bygland, Valle, Bykle |
|
Telemark |
Notodden, Kragerø, Drangedal, Nome, Bø, Sauherad, Tinn, Hjartdal, Seljord, Kviteseid, Nissedal, Fyresdal, Tokke, Vinje |
|
Buskerud |
Nore og Uvdal, Rollag, Flesberg, Krødsherad, Sigdal, Hol, Ål, Hemsedal, Gol, Nes, Flå |
|
Oppland |
Dovre, Lesja, Sjåk, Lom, Vågå, Nord-Fron, Sel, Sør-Fron, Ringebu, Gausdal, Søndre Land, Nordre Land, Sør-Aurdal, Etnedal, Nord-Aurdal, Vestre Slidre, Øystre Slidre, Vang |
|
Hedmark |
Kongsvinger, Eidskog, Grue, Åsnes, Våler, Trysil, Åmot, Stor-Elvdal, Rendalen, Engerdal, Tolga, Tynset, Alvdal, Folldal, Os |
|
Østfold |
Rømskog, Marker, Aremark |
|
28.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 54/28 |
DEĊIŻJONI TA' L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA
Nru 378/06/COL
tas-6 ta' Diċembru 2006
dwar il-mapep tar-reġjuni megħjuna u l-livelli ta' l-għajnuna (L-Iżlanda)
L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), u partikolarment l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 1(3) tal-Parti I u l-Artikolu 4(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti,
Wara li kkunsidrat il-Linji ta' Gwida ta' l-Awtorità (4) għall-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE, u b'mod partikolari l-Kapitolu 25.B dwar l-“Għajnuna Reġjonali Nazzjonali 2007-2013” tiegħu,
Billi:
I. FATTI
1. Proċedura
Permezz ta' ittra mill-Missjoni ta' l-Iżlanda lill-Unjoni Ewropea li ġġib id-data ta' l-10 ta' Lulju 2006 li wasslet ittra mill-Ministeru tal-Finanzi datata s-7 ta' Lulju 2006, li t-tnejn waslu u ġew irreġistrati mill-Awtorità fil-11 ta' Lulju 2006 (Okkorrenza Nru 380966), l-awtoritajiet ta' l-Iżlanda nnotifikaw, skond l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, mappa ġdida tar-reġjuni megħjuna u l-livelli ta' għajnuna fl-Iżlanda applikabbli mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013. In-notifika ssejset fuq klassifikazzjoni ġdida NUTS ta' l-Iżlanda f'żewġ reġjuni NUTS III u ġiet sottomessa bir-riżerva li l-Eurostat jaċċetta l-proposta tal-Gvern ta' l-Iżlanda biex tiġi adottata din il-klassifikazzjoni ġdida.
Permezz ta' ittra li ġġib id-data tat-13 ta' Lulju 2006 (Okkorrenza Nru 381227), l-Awtorità infurmat lill-awtoritajiet ta' l-Iżlanda li mingħajr il-konferma li l-Eurostat kien formalment aċċetta l-proposta biex l-Iżlanda tkun ikklassifikata bħala żewġ reġjuni NUTS III, l-Awtorità ma kinitx tista' tiddefinixxi l-pożizzjoni tagħha dwar il-mappa proposta.
B'ittra mill-Missjoni ta' l-Iżlanda lill-Unjoni Ewropea li ġġib id-data ta' l-20 ta' Ottubru 2006 li wasslet ittra mill-Ministeru tal-Finanzi datata l-20 ta' Ottubru 2006, li t-tnejn waslu u ġew irreġistrati mill-Awtorità fil-25 ta' Ottubru 2006 (Okkorrenza Nru 395420), l-awtoritajiet ta' l-Iżlanda nnotifikaw lill-Awtorità b'emenda għan-notifika ta' mappa ta' l-għajnuna reġjonali għall-Iżlanda għall-perjodu 2007-2013.
Permezz ta' ittra li ġġib id-data tal-25 ta' Ottubru 2006 (Okkorrenza Nru 396970), l-Awtorità talbet lill-awtoritajiet ta' l-Iżlanda biex jipprovdu aktar informazzjoni.
Permezz ta' ittra li ġġib id-data tas-16 ta' Novembru 2006 (Okkorrenza Nru 398727) mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Awtorità ngħatat informazzjoni kumplementari.
2. L-isfond
Permezz ta' ittra li ġġib id-data tas-6 ta' April 2006 mill-Awtorità lill-Missjoni ta' l-Iżlanda lill-Unjoni Ewropea (Okkorrenza Nru 369212), l-awtoritajiet ta' l-Iżlanda ġew infurmati li l-Awtorità kienet adottat linji ta' gwida ġodda dwar għajnuna mill-Istat għar-reġjuni għall-perjodu 2007-2013 taħt il-forma ta' Kapitolu ġdid, il-Kapitolu 25.B, tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat.
Barra minn dan, l-Awtorità pproponiet, skond l-Artikolu 1(1) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, li l-awtoritajiet ta' l-Iżlanda jaċċettaw il-miżuri xierqa stabbiliti fil-Kapitolu 25.B.8 tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat (5).
Permezz ta' ittra mill-Missjoni ta' l-Iżlanda għall-Unjoni Ewropea li ġġib id-data tal-11 ta' April 2006, li l-Awtorità rċeviet u rreġistrat fit-12 ta' April 2006 (Okkorrenza Nru 369986), l-awtoritajiet ta' l-Iżlanda kienu aċċettaw il-miżuri xierqa proposti.
Il-Kapitolu l-ġdid 25.B dwar il-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat jistabbilixxi li l-għajnuna mill-Istat għall-investimenti tista' tingħata biex jitkabbar l-iżvilupp ekonomiku ta' ċerti reġjuni żvantaġġjati. Biex l-Istati ta' l-EFTA jkunu jistgħu jagħmlu dawn l-għotjiet ta' għajnuna, l-Awtorità għandha tinnotifika u tapprova mappa tar-reġjuni megħjuna.
Il-Kapitolu l-ġdid 25.B dwar il-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat jipprovdi li r-reġjuni b'densità ta' popolazzjoni baxxa, inizjalment definiti bħala reġjuni NUTS livell III (6) b'inqas minn 12-il abitant punt ħamsa għal kull kilometru kwadru, għandhom id-dritt li jiddaħħlu fil-mappa. Madankollu, skond is-sistema attwali tal-klassifika NUTS, l-Iżlanda, bħala tali, hija meqjusa bħala reġjun NUTS III (kif ukoll bħala reġjun NUTS I u NUTS II). Id-densità ta' popolazzjoni ta' l-Iżlanda hija anqas minn 12,5-il abitanti għal kull kilometru kwadru (7). Fid-dawl tal-konfigurazzjoni demografika speċjali ta' l-Iżlanda, l-Awtorità ddeċidiet li tiddetermina l-kopertura demografika għall-Iżlanda fuq il-bażi tar-reġjuni NUTS IV b'densita' ta' popolazzjoni baxxa. 31,6% tal-popolazzjoni ta' l-Iżlanda tgħix f'dawk ir-reġjuni li għandhom inqas minn 12-il abitanti punt ħamsa għal kull kilometru kwadru. Il-kopertura nazzjonali tal-popolazzjoni għall-Iżlanda hija għalhekk 31,6 %.
Madankollu, in vista tar-riforma li jmiss tal-klassifikazzjoni NUTS ta' l-Iżlanda, fil-Kapitolu l-ġdid 25.B tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat l-Awtorità espressament ipprovdiet (8) li l-mappa tar-reġjuni megħjuna tista' tkun stabbilita b'referenza għar-reġjuni NUTS III, f'każ li fl-Iżlanda jiddaħħal aktar minn reġjun NUTS III wieħed.
Permezz ta' ittra li ġġib id-data tal-25 ta' Ottubru 2006 mill-awtoritajiet ta' l-Iżlanda, l-Awtorità ġiet infurmata li mill-1 ta' Jannar 2008 l-Eurostat approva l-klassifikazzjoni l-ġdida NUTS imsejsa fuq żewġ reġjuni NUTS.
3. Deskrizzjonijiet tal-mapep proposti
L-awtoritajiet ta' l-Iżlanda nnotifikaw żewġ mapep ta' reġjuni megħjuna msejsa fuq żewġ klassifikazzjonijiet NUTS suċċessivi: waħda msejsa fuq il-klassifikazzjoni NUTS attwali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, u oħra msejsa fuq il-klassifikazzjoni NUTS il-ġdida għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2013.
3.1. Mappa proposta għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2007
3.1.1. Metodoloġija u kopertura
Fl-Iżlanda, sitt reġjuni NUTS IV għandhom inqas minn 12,5 abitanti għal kull kilometru kwadru: Austurland, Norðurland eystra, Norðurland vestra, Suðurland, Vestfirðir u Vesturland. Dawn ir-reġjuni NUTS IV kollha huma proposti bħala eleiġibbli għall-għajnuna mill-Istat għar-reġjuni.
Iż-żoni inklużi għandhom popolazzjoni totali ta' 96 010 abitanti u densità ta' popolazzjoni medja ta' 0,95 abitant għal kull kilometru kwadru (9). Il-popolazzjoni li tgħix f'dawn iż-żoni tirrappreżenta 31,4 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Iżlanda.
Il-mappa proposta tar-reġjuni megħjuna għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru tinkludi s-sitt reġjuni NUTS IV msemmija hawn fuq, kif jidher fil-mappa fl-Anness 1 ta' din id-Deċiżjoni.
Lista tal-muniċipalitajiet koperti mill-mappa ta' l-għajnuna għar-reġjuni għal matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007 tidher fl-Anness 2 ta' din id-Deċiżjoni.
3.1.2. Limiti massimi ta' l-għajnuna
L-awtoritajiet ta' l-Iżlanda jipproponu li ż-żoni kollha inklużi fil-mappa għandhom jibbenefikaw mill-intensitajiet massimi ta' għajnuna kif stabbilit mil-linji ta' gwida ta' l-Awtorità għall-għajnuna reġjonali.
Fit-Tabella 1 ta' hawn taħt jidhru l-intensitajiet notifikati.
Tabella 1
|
Żona ġeografika |
Livell massimu ġenerali ta' għajnuna (GGE) (*1) |
Suppliment għall-impriżi ta' daqs medju (10) (GGE) |
Suppliment għall-impriżi ta' daqs żgħir (10) (GGE) |
|
Iż-żoni eliġibbli kollha |
15 % |
10 % |
20 % |
3.2. Mappa proposta għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-31 ta' Diċembru 2013
3.2.1. Metodoloġija u kopertura
Permezz ta' ittra li ġġib id-data tad-9 ta' Ġunju 2006, l-awtoritajiet ta' l-Iżlanda talbu formalment li l-Eurostat jadotta klassifikazzjoni NUTS ġdida għall-Iżlanda bħala żewġ reġjuni NUTS III. Dawn iż-żewġ reġjuni NUTS III huma r-reġjun tal-Kapitali (“ Höfuðborgarsvæði ”) minn naħa waħda, u l-parti ta' l-Iżlanda 'l barra mir-reġjun tal-Kapitali (“ Landsbyggð ”) min-naħa l-oħra. Ir-reġjun NUTS III “L-Iżlanda 'l barra mir-reġjun tal-Kapitali” jikkorrispondi mad-distretti elettorali tal-Majjistral, il-Grigal u n-Nofsinhar.
Permezz ta' ittra li ġġib id-data tas-27 ta' Settembru 2006, id-Direttur Ġenerali ta' l-Eurostat informa lill-awtoritajiet ta' l-Iżlanda li l-qsim il-ġdid ta' l-Iżlanda f'żewġ reġjuni NUTS III ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008.
Iż-żoni inklużi għandhom popolazzjoni totali ta' 113 485 abitant u densità ta' popolazzjoni medja ta' 1,2 abitant għal kull kilometru kwadru (11) Il-popolazzjoni li tgħix f'dawn iż-żoni tirrappreżenta 37,5 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Iżlanda.
Il-mappa proposta tar-reġjuni megħjuna għall-perjodu 2008-2013 tinkludi t-tliet distretti elettorali rurali, kif jidher fil-mappa fl-Anness 3 ta' din id-Deċiżjoni.
Lista tal-muniċipalitajiet koperti mill-mappa ta' l-għajnuna għar-reġjuni għal matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2013 tidher fl-Anness 4 ta' din id-Deċiżjoni.
3.2.2. Limiti massimi ta' l-għajuna
L-awtoritajiet ta' l-Iżlanda jipproponu li ż-żoni kollha inklużi fil-mappa għandhom jibbenefikaw mill-intensitajiet massimi ta' għajnuna.
Fit-Tabella 2 ta' hawn taħt jidhru l-intensitajiet notifikati.
Tabella 2
|
Żona ġeografika |
Livell massimu ġenerali ta' għajnuna (GGE) (*2) |
Suppliment għall-impriżi ta' daqs medju (12) (GGE) |
Suppliment għall-impriżi ta' daqs żgħir (12) (GGE) |
|
Iż-żoni eliġibbli kollha |
15 % |
10 % |
20 % |
II. VALUTAZZJONI
1. Formalitajiet tan-notifika
Il-Kapitolu 25.B.7 tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat (13) jistabbilixxi li “ir-reġjuni ta' Stat ta' l-EFTA eliġibbli għal għajnuna reġjonali għall-investiment skond id-derogi u l-limiti ta' intensità ta' l-għajnuna għal investiment inizjali approvat għal kull reġjun, kollha flimkien jiffurmaw mappa ta' l-għajnuna reġjonali ta' Stat ta' l-EFTA”.
Id-definizzjoni tal-mappa fiha nnifisha ma tinvolvix għajnuna diretta fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, Madankollu, l-awtorizzazzjoni tal-mappa tistabbilixxi, flimkien mal-linji ta' gwida għall-għajnuna reġjonali, il-qafas għall-għoti ta' l-għajnuna skond l-iskemi ta' għajnuna reġjonali.
Bl-aċċettazzjoni tal-miżuri xierqa, il-Gvern ta' l-Iżlanda aċċetta li jinnotifika, skond l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, mappa waħda ta' l-għajnuna reġjonali (14). In-notifika ddatata s-7 ta' Lulju 2006 (Okkorrenza Nru 380966), kif emendata mill-Emenda tal-25 ta' Ottubru 2006 Okkorrenza Nru 395420), u kif kompluta permezz ta' ittra li ġġib id-data tas-16 ta' Novembru 2006 tikkostitwixxi notifika kompleta. Għaldaqstant, l-awtoritajiet ta' l-Iżlanda ssodisfaw l-obbligi tagħhom skond l-aċċettazzjoni tal-miżuri xierqa u l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Konsegwentement, f'konformità mal-Kapitolu (86), l-Awtorità ser tivvaluta n-notifika skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.
L-eżaminar mill-Awtorità tan-notifika huwa msejjes fuq il-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu 25.B.3-4 tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat.
2. Applikazzjoni tar-regoli relevanti ta' l-għajnuna mill-Istat
2.1. Mappa reġjonali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007
2.1.1. Metodoloġija u kopertura
Skond il-Kapitolu 25.B.3.3.2 tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet ta' l-Iżlanda pproponew metodu msejjes fuq reġjuni ġeografiċi NUTS IV b'densità ta' popolazzjoni ta' anqas minn 12,5 abitanti għal kull kilometru kwadru.
L-Awtorità tosserva li r-reġjun megħjun propost għandu popolazzjoni totali ta' 96 010 u densità ta' popolazzjoni ta' 0,95 abitant għal kull kilometru kwadru. Il-mappa proposta tar-reġjuni megħjuna tkopri 31,4 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Iżlanda. Il-kopertura demografika totali ta' 31,4 % proposta bħala eliġibbli mill-awtoritajiet ta' l-Iżlanda ma' taqbiżx il-limitu massimu tal-popolazzjoni nazzjonali ffissat għal 31,6 % fil-Kapitolu 25.B.3.3.1 (15).
L-Awtorità jidhrilha li din il-parti tal-proposta tissodisfa l-kriterji rilevanti tal-Kapitolu 25.B tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat.
2.1.2. Limiti massimi ta' l-għajnuna
L-awtoritajiet ta' l-Iżlanda pproponew limitu massimu ġenerali ta' għajnuna għar-reġjuni kollha koperti mill-mappa ta' l-għajnuna reġjonali ta' 15 % GGE għall-impriżi l-kbar b'supplement ta' 10 % għall-impriżi ta' daqs medju u 20 % għall-impriżi ż-żgħar.
Din l-istrateġija hija konformi mal-kundizzjonijiet tal-Kapitolu 25.B.4.1.2 tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat (16) li tipprovdi li: “Ir-reġjuni b'densità ta' popolazzjoni baxxa (li jikkorrispondu għal-livell NUTS III jew iżgħar) u r-reġjuni NUTS III jew partijiet minnhom li jaqsmu fruntiera fuq l-art ma' pajjiż li mhux Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew l-EFTA, huma dejjem eliġibbli għal intensità ta' għajnuna ta' 15 % GGE ”. (enfasi miżjuda)
Il-linji ta' gwida għall-Għajnuna mill-Istat jistabbilxxu wkoll (17) li “fil-każ ta' għajnuna mogħtija lil impriżi ta' daqs żgħir u ta' daqs medju, il-limitu massimu fit-Taqsima 25.B.4.1.2 jista' jiżdied b'20 % GGE għal għajnuna mogħtija lil impriżi żgħar u b'10 % għal għajnuna mogħtija lil impriżi ta' daqs medju”.
Għaldaqstant l-Awtorità tikkonkludi li l-intensitajiet massimi ta' għajnuna għall-investimenti fir-reġjuni, kif propost mill-awtoritajiet ta' l-Iżlanda, huma konformi mal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat.
2.2. Mappa reġjonali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2013
2.2.1. Metodoloġija u kopertura
Skond il-Kapitolu 25.B.3.3.2 tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet ta' l-Iżlanda pproponew metodu msejjes fuq reġjuni ġeografiċi NUTS III b'densità ta' popolazzjoni ta' anqas minn 12,5 abitanti għal kull kilometru kwadru.
L-Awtorità tosserva li r-reġjun megħjun propost għandu popolazzjoni totali ta' 113 485 u densità ta' popolazzjoni ta' 1,2 abitant għal kull kilometru kwadru. Il-mappa proposta tar-reġjuni megħjuna tkopri 37,5 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Iżlanda. Il-kopertura demografika totali ta' 37,5 % proposta bħala eliġibbli mill-awtoritajiet ta' l-Iżlanda ma' taqbiżx il-limitu massimu tal-popolazzjoni nazzjonali msemmi fil-Kapitolu 25.B.3.3.1 (18). Madankollu, l-Awtorità tipprovdi għal possibbiltà biex il-kopertura demografika totali għall-Iżlanda terġa' tkun ivvalutata f'każ li tiġi emendata l-klassifikazzjoni permezz ta' l-introduzzjoni ta' aktar minn reġjun NUTS III wieħed (19). Il-kopertura demografika ogħla hija għaldaqstant aċċettabbli.
L-Awtorità jidhrilha li din il-parti tal-proposta tissodisfa l-kriterji rilevanti tal-Kapitolu 25.B tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat.
2.2.2. Limiti massimi ta' l-għajuna
L-awtoritajiet ta' l-Iżlanda pproponew limitu massimu ġenerali ta' għajnuna għar-reġjuni kollha koperti mill-mappa ta' l-għajnuna reġjonali ta' 15 % GGE għall-impriżi l-kbar b'supplement ta' 10 % għall-impriżi ta' daqs medju u 20 % għall-impriżi ż-żgħar.
Din l-istrateġija hija konformi mal-kundizzjonijiet tal-Kapitolu 25.B.4.1.2 tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat (20) li tipprovdi li: “Ir-reġjuni b'densità ta' popolazzjoni baxxa (li jikkorrispondu għal-livell NUTS III jew iżgħar) u r-reġjuni NUTS III jew partijiet minnhom li jaqsmu fruntiera fuq l-art ma' pajjiż li mhux Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew l-EFTA, huma dejjem eliġibbli għal intensità ta' għajnuna ta' 15 % GGE ”. (enfasi miżjuda)
Il-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat (21) jistabbilixxu wkoll li “fil-każ ta' għajnuna mogħtija lil impriżi ta' daqs żgħir u ta' daqs medju, il-limitu massimu fit-Taqsima 25.B.4.1.2 jista' jiżdied b'20 % GGE għal għajnuna mogħtija lil impriżi żgħar u b'10 % għal għajnuna mogħtija lil impriżi ta' daqs medju”.
Għaldaqstant l-Awtorità tikkonkludi li l-intensitajiet massimi ta' għajnuna għall-investimenti fir-reġjuni, kif propost mill-awtoritajiet ta' l-Iżlanda, huma konformi mal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat.
3. Ambitu tad-deċiżjoni u akkumulazzjoni ta' l-għajnuna
Il-mapep tar-reġjuni megħjuna għandhom, bħala prinċipju, japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013. Jistgħu imma, kif stipulat mill-Kapitolu 25.B.7 tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat (22), ikunu suġġetti għal reviżjoni intermedja fl-2010.
Id-Deċiżjoni ma tillimitax il-poteri ta' l-Awtorità biex tirrevedi, f'każ ta' ħtieġa, il-mapep skond l-Artikolu 1(1) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, qabel l-aħħar tal-perjodu msemmi hawn fuq.
L-awtoritajiet ta' l-Iżlanda huma mfakkra li meta japplikaw l-iskemi reġjonali ta' l-għajnuna għall-bini tal-vapuri, ma jistax jinqabeż il-limitu massimu ta' għajnuna ta' 12,5 % għar-reġjuni ta' “l-Artikolu 61(3)(ċ)”, skond il-Kapitolu 24.B.3.3.6 tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat (23) moqri flimkien mal-Kapitolu 45.B tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat.
Il-limiti massimi ta' għajnuna proposti huma kumulattivi, jiġifieri jirreferu għal-limitu massimu ta' l-għajnuna reġjonali għall-investiment li ġejja mis-sorsi pubbliċi kollha u li tkun ingħatat għal proġett partikolari ta' investiment.
Barra minn hekk, l-għajnuna reġjonali għall-investiment m'għandhiex titħalla takkumula b'sostenn de minimis fir-rigward ta' l-istess spejjeż eliġibbli biex jiġu evitati l-intensitajiet massimi ta' għajnuna stabbiliti fil-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat.
Kwalunkwe skema reġjonali ta' għajnuna li ma tibbenifikax minn eżenzjoni ta' kategorija u li tidħol fis-seħħ wara l-31 ta' Diċembru 2006 (24) għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità skond l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet ta' l-Iżlanda huma mfakkra li, f'konformità mal-Kapitolu 25.B.8 tal-Linji ta' Gwida għal-Għajnuna mill-Istat, kwalunkwe skema ta' għajnuna għar-reġjuni eżistenti li tikkuntempla l-għoti ta' għajnuna għall-investiment wara l-31 ta' Diċembru 2006 għandha, jekk ma tkunx tibbenifika minn eżenzjoni minħabba kategorija, tiġi emendata skond il-ħtieġa u tkun innotifikata lill-Awtorità skond l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.
4. Konklużjoni
Il-mapep innotifikati tar-reġjuni megħjuna jirriflettu r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 25.B tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat u l-Awtorità tista' tapprova l-mapep tar-reġjuni eliġibbli għall-għajnuna skond l-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA ddeċidiet li tapprova l-proposta għall-mapep tar-reġjuni megħjuna u l-intensitajiet massimi ta' għajnuna fl-Iżlanda skond kif innotifikat lill-Awtorità permezz ta' ittra li ġġib id-data ta' l-10 ta' Lulju 2006 (Okkorrenza Nru 380966), emendata bl-ittra li ġġib id-data tal-25 ta' Ottubru 2006 (Okkorrenza Nru 395420) u kkompletata mill-ittra ddatata s-16 ta' Novembru 2006. L-Annessi 1 u 3 ta' din id-Deċiżjoni, li fihom jidhru l-mapep ta' l-għajnuna reġjonali għall-Iżlanda għal matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2007 (l-Anness 1) u l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-31 ta' Diċembru 2013 (l-Anness 3) rispettivament jiffurmaw parti integrali mill-Kapitolu 25.B tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat. L-Annessi 2 u 4 ta' din id-Deċiżjoni jelenkaw il-muniċipalitajiet kollha li huma eliġibbli għall-għajnuna reġjonali għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2007 (l-Anness 2) u l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-31 ta' Diċembru 2013 (l-Anness 4).
Artikolu 2
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(1) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, il-mapep tar-reġjuni eliġibbli għall-għajuna reġjonali għall-investiment għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' l-Iżlanda.
Artikolu 4
Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.
Magħmula fi Brussell fis-6 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA,
Bjørn T. GRYDELAND
President
Kristján Andri STEFÁNSSON
Membru tal-Kulleġġ
(1) Minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Awtorità.
(2) Minn hawn 'il quddciem imsejħa l-Ftehim dwar iż-ŻEE.
(3) Minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.
(4) Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA fid-19 ta' Jannar 1994, ippubblikati fil-ĠU 1994 L 231, is-Supplimenti taż-ŻEE 3.9.1994 Nru 32. Il-Linji ta' Gwida kienu emendati l-aħħar fil-25 ta' Ottubru 2006. Minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat huma aċċessibbli fuq: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/guidelines/
(5) Il-Paragrafu (92)
(6) Skond id-definizzjoni mogħtija fid-dokument “ Statistical regions in the EFTA countries in the candidate countries ” (Ir-reġjuni statistiċi fil-pajjiżi ta' l-EFTA u l-pajjiżi kandidati) ippubblikat fl-2001 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej.
(7) Iċ-ċifra attwali hija 2.9 abitanti għal kull kilometru kwadru.
(8) Il-paragrafu (21).
(9) Iċ-ċifri tal-popolazzjoni huma msejsa fuq id-data dwar il-popolazzjoni stmata fl-1 ta' Ottubru 2006.
(*1) Ekwivalenti Gross ta' l-Għotja
(10) Kif definit fl-Anness 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 tal-25 ta' Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001. ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22 inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE permezz ta' l-Anness XV il-punt 1f) bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2004 ta' l-24.9.2004 (ĠU L 64, 10.3.2005, p. 67 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 12, p. 42), jew kwalunkwe regolament suċċessiv.
(11) Iċ-ċifri tal-popolazzjoni huma msejsa fuq id-data dwar il-popolazzjoni stmata fl-1 ta' April 2006.
(*2) Ekwivalenti Gross ta' l-Għotja
(12) Kif definit fl-Anness 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 tal-25 ta' Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001. ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22 inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ZEE permezz ta' l-Anness XV il-punt 1f) bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2004 ta' l-24.9.2004 (ĠU L 64, 10.3.2005, p. 67 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 12, p. 42), jew kwalunkwe regolament suċċessiv.
(13) Il-paragrafu (81).
(14) Il-paragrafu (85).
(15) Il-paragrafu (21).
(16) Il-paragrafu (37).
(17) Il-paragrafu (38).
(18) Il-paragrafu (21).
(19) Il-paragrafu (37).
(20) Il-paragrafu (37).
(21) Il-paragrafu (38).
(22) Il-paragrafu (89).
(23) Il-paragrafu (26(ċ)).
(24) Il-paragrafi (11) u (90) tal-Kapitolu 25.B tal-Linji ta' Gwida għall-Għajnuna mill-Istat.
ANNESS 1
MAPPA TA' L-GĦAJNUNA GĦAR-REĠJUNI 2007
ANNESS 2
LISTA TAL-MUNIĊIPALITAJIET INKLUŻI FIL-MAPPA TA' L-GĦAJNUNA GĦAR-REĠJUNI GĦALL-PERJODU TA' BEJN L-1 TA' JANNAR 2007 SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2007
|
Reġjuni NUTS IV |
Muniċipalitajiet |
|
Reġjun tal-Punent (Vesturland) |
Akraneskaupstaður Hvalfjarðarsveit Skorradalshreppur Borgarbyggð Grundarfjarðarbær Helgafellssveit Stykkishólmsbær Eyja- og Miklaholtshreppur Snæfellsbær Dalabyggð |
|
Reġjun Westfjord (Vestfirðir) |
Bolungarvíkurkaupstaður Ísafjarðarbær Reykhólahreppur Tálknafjarðarhreppur Vesturbyggð Súðavíkurhreppur Árneshreppur Kaldrananeshreppur Bæjarhreppur Strandabyggð |
|
Reġjun tal-Majjistral (Norðurland-vestra) |
Sveitarfélagið Skagafjörður Húnaþing vestra Blönduóssbær Húnavatnshreppur Höfðahreppur Skagabyggð Akrahreppur |
|
Reġjun tal-Grigal (Norðurland-eystra) |
Akureyrarkaupstaður Norðurþing Fjallabyggð Dalvíkurbyggð Grímseyjarhreppur Arnarneshreppur Eyjafjarðarsveit Hörgárbyggð Svalbarðsstrandarhreppur Grýtubakkahreppur Skútustaðahreppur Aðaldælahreppur Tjörneshreppur Þingeyjarsveit Svalbarðshreppur Langanesbyggð |
|
Reġjun tal-Lvant (Austurland) |
Seyðisfjarðarkaupstaður Fjarðabyggð Vopnafjarðarhreppur Fljótsdalshreppur Borgarfjarðarhreppur Breiðdalshreppur Djúpavogshreppur Fljótsdalshérað Sveitarfélagið Hornafjörður |
|
Reġjun tan-Nofsinhar (Suðurland) |
Vestmannaeyjabær Sveitarfélagið Árborg Mýrdalshreppur Skaftárhreppur Ásahreppur Rangárþing eystra Rangárþing ytra Hrunamannahreppur Hveragerðisbær Sveitarfélagið Ölfus Grímsnes- og Grafningshreppur Skeiða- og Gnúpverjahreppur Bláskógabyggð Flóahreppur |
ANNESS 3
MAPPA TA' GĦAJNUNA GĦAR-REĠJUNI GĦALL-PERJODU TA' BEJN L-1 TA' JANNAR 2008 SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2013
ANNESS 4
LISTA TAL-MUNIĊIPALITAJIET INKLUŻI FIL-MAPPA TA' L-GĦAJNUNA GĦAR-REĠJUNI GĦALL-PERJODU TA' BEJN L-1 TA' JANNAR 2008 SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2013
|
Reġjun NUTS III – L-Islanda 'l barra mir-reġjun kapitali |
Muniċipalitajiet |
|
Distrett elettorali tal-Majjistral |
Akraneskaupstaður Hvalfjarðarsveit Skorradalshreppur Borgarbyggð Grundarfjarðarbær Helgafellssveit Stykkishólmsbær Eyja- og Miklaholtshreppur Snæfellsbær Dalabyggð Bolungarvíkurkaupstaður Ísafjarðarbær Reykhólahreppur Tálknafjarðarhreppur Vesturbyggð Súðavíkurhreppur Árneshreppur Kaldrananeshreppur Bæjarhreppur Strandabyggð Sveitarfélagið Skagafjörður Húnaþing vestra Blönduósbær Húnavatnshreppur Höfðahreppur Skagabyggð Akrahreppur |
|
Distrett elettorali tal-Grigal |
Akureyrarkaupstaður Norðurþing Fjallabyggð Dalvíkurbyggð Grímseyjarhrepppur Arnarneshreppur Eyjafjarðarsveit Hörgárbyggð Svalbarðsstrandarhreppur Grýtubakkahreppur Skútustaðahreppur Aðaldælahreppur Tjörneshreppur Þingeyjarsveit Svalbarðshreppur Langanesbyggð Seyðisfjarðarkaupstaður Fjarðabyggð Vopnafjarðarhreppur Fljótsdalshreppur Borgarfjarðarhreppur Breiðdalshreppur Djúpavogshreppur Fljótsdalshérað |
|
Distrett elettorali tan-Nofsinhar |
Reykjanesbær Grindavíkurbær Sandgerðisbær Sveitarfélagið Garður Sveitarfélagið Vogar Sveitarfélagið Hornafjörður Vestmannaeyjabær Sveitarfélagið Árborg Mýrdalshreppur Skaftárhreppur Ásahreppur Rangárþing eystra Rangárþing ytra Hrunamannahreppur Hveragerðisbær Sveitarfélagið Ölfus Grímsnes- og Grafningshreppur Skeiða- og Gnúpverjahreppur Bláskógabyggð Flóahreppur |