ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 49

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
22 ta' Frar 2008


Werrej

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2008/136/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 2006 dwar il-finanzjament ad hoc tax-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż Għajnuna ta' l-Istat Nru C 2/2004 (ex NN 170/2003) (notifikata taħt id-dokument numru C(2006)2084)  ( 1 )

1

 

 

2008/137/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' 7 ta' Marzu 2007 għajnuna ta' l-Istat C 10/06 (ex N555/05) – Cyprus Airways Public Ltd – Pjan ta' ristrutturar (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 300)  ( 1 )

25

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

22.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 49/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Ġunju 2006

dwar il-finanzjament ad hoc tax-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż Għajnuna ta' l-Istat Nru C 2/2004 (ex NN 170/2003)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 2084)

(It-test Olandiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/136/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq (1),

Wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   PROĊEDURA U SFOND

1.   PROĊEDURA

(1)

Matul l-2002 (2) u l-2003 (3) l-Kummissjoni rċeviet diversi lmenti li jallegaw li s-sistema ta' finanzjament pubbliku attwali għal xandara pubbliċi Olandizi tikkostitwixxi Għajnuna ta' l-Istat illegali u inkumpatibbli skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

(2)

Matul l-investigazzjoni preliminari ta' l-ilmenti, il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni addizzjonali mill-kwerelanti (4) kif ukoll mill-awtoritajiet Olandiżi (5).

(3)

Wara l-evalwazzjoni preliminari ta' l-allegati miżuri ta' għajnuna, il-Kummissjoni informat lill-Olanda b'ittra datata 3 ta' Frar 2004, li hija kienet iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward ta' ċerti miżuri li jistgħu jkunu kkwalifikati bħala għajnuna ġdida.

(4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' ftuħ tal-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (6). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna.

(5)

L-Olanda wieġbet għad-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura b'ittra datata 30 ta' April 2004. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn 11-il parti interessata (7). B'ittra tad-29 ta' April 2004 il-Kummissjoni ppreżentat il-kummenti lill-Olanda. Ir-reazzjoni mill-awtoritajiet Olandiżi ntbagħtet b'ittra datata 13 ta' Awissu 2004.

(6)

Il-Kummissjoni staqsiet mistoqsijiet addizzjonali lill-awtoritajiet Olandiżi bl-ittri ta' l-4 ta' Jannar 2005 u l-25 ta' Mejju 2005 li għalihom l-awtoritajiet Olandiżi wieġbu bl-ittri tas-27 ta' Jannar 2005 u l-25 ta' Lulju 2005. Intbagħtet informazzjoni addizzjonali minn wieħed mill-kwerelanti (De Telegraaf) fil-25 ta' Lulju 2005 u mill-awtoritajiet Olandiżi fit-2 ta' Settembru. Il-Kummissjoni staqsiet lill-awtoritajiet Olandiżi għal kjarifika ulterjuri b'emails fit-22 ta' Novembru 2005, li għalihom l-awtoritajiet wieġbu fil-25 ta' Novembru 2005. Il-Kummissjoni ddeċidiet wara laqgħa ma' l-awtoritajiet li kienet meħtieġa kjarifika ulterjuri. Għal dan il-għan intbagħtet talba għal informazzjoni lill-awtoritajiet Olandiżi fit-22 ta' Diċembru 2005 li għaliha l-awtoritajiet Olandiżi, wara li ngħataw permess għal dewmien, wieġbu fit-3 ta' Frar 2006. Fir-rigward ta' din it-tweġiba aktar emails ġew skambjati bejn l-awtoritajiet Olandiżi u l-Kummissjoni fi Frar 2006 u f'April 2006.

(7)

Laqgħa bejn l-awtoritajiet Olandiżi u l-Kummissjoni saret fl-24 ta' Settembru 2004. Laqgħa ma' De Telegraaf saret fis-27 ta' Ottubru 2004. Laqgħa ma' Broadcast Partners saret fil-5 ta' Jannar 2005. Laqgħa bejn RTL u l-Kummissjoni saret fis-27 ta' Lulju 2005 u bejn VESTRA u l-Kummissjoni fit-23 ta' Settembru 2005. Il-Kummissjoni kellha laqgħa oħra ma' l-Awtoritajiet Olandiżi fl-1 ta' Frar u fl-14 ta' Frar 2006.

(8)

Barra minn din il-proċedura dwar “għajnuna ġdida”, il-finanzjament tax-xandara tas-servizz pubbliku (minn hawn 'il quddiem: PSB) permezz ta' ħlasijiet annwali ta' l-Istat u l-Fond ta' Stimolu (Stifo, Stichting Stimuleringsfonds Nedederlandse Culturele Omroepproducties) (8) qed jiġu valutati fi proċedura ta' “għajnuna eżistenti” (ara għajnuna ta' l-Istat Nru E-5/2005). Fid-deċiżjoni attwali l-Kummissjoni tirreferi għall-miżuri li huma l-oġġett tal-“proċedura ta' l-għajnuna eżistenti” biss safejn meħtieġ biex tipprovdi stampa ġenerali tal-finanzjament tax-xandir pubbliku. Madankollu, hija mhux ser tittratta l-kwistjoni tal-kumpatibilità mar-regoli ta' għajnuna ta' l-istat ta' ħlasijiet annwali regolari u tal-ħlasijiet mill-Fond ta' Stimolu.

(9)

Din id-Deċiżjoni ser tkun limitata wkoll għall-evalwazzjoni tal-finanzjament ta' l-attivitajiet prinċipali tal-PSB ('il hekk imsejħa kompiti prinċipali) u b'hekk teskludi attivitajiet sekondarji bħas-servizzi l-ġodda tal-mezzi tax-xandir, il-provvista ta' l-SMS u l-i-mode. B'mod simili, din id-deċiżjoni mhux ser titratta dwar l-investiment min-NOS fl-operatur tan-netwerk Nozema, li skond l-ilmenti seta' ma sarx skond termini tas-suq. Dawn il-kwistjonijiet ser jiġu ttrattati separatament.

(10)

Finalment, id-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali kopriet il-proċedura sa mill-1992. Minkejja dan, jidher li l-ewwel ħlasijiet ad hoc saru biss fl-1994. Barra minn hekk, figuri sa l-2005 issa huma disponibbli u għandhom jiġu kkunsidrati. Il-perjodu kopert bid-deċiżjoni jkollu għalhekk firxa mill-1994 – meta sar l-ewwel pagament ad hoc – sa l-2005 – li hija l-aħħar sena li għaliha huma disponibbli l-figuri finali. Għandu jiġi osservat li l-awtoritajiet Olandiżi stiednu lill-Kummissjoni wkoll biex tikkunsidra l-2006. Il-figuri għall-2006 huma madankollu biss proviżorji u għalhekk ma jistgħux jiġu kkunsidrati.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAS-SISTEMA TAX-XANDIR PUBBLIKU

(11)

Dan il-Kapitolu l-ewwel ser jistabbilixxi fit-taqsima 2.1 l-atturi fil-qasam tax-xandir pubbliku u mbagħad fit-taqsima 2.2, l-elementi differenti fis-sistema ta' finanzjament għat-taqsima tax-xandir Olandiż in ġenerali. F'dak ir-rigward, hija ser tiddiskrivi d-dispożizzjonijiet legali li jagħtu dmirijiet ta' servizz pubbliku lix-xandara, ser jiġi spjegat x'inhuma l-mekkaniżmi ta' finanzjament differenti (ħlasijiet annwali u ħlasijiet ad hoc), u finalment ser tispjega liema riżervi ġew akkumulati u użati mix-xandara pubbliċi għat-twettiq tal-kompitu pubbliku tagħhom. Sussegwentement, l-attivitajiet kummerċjali kif imwettqin mix-xandara pubbliċi Olandiżi ser jiġu diskussi (it-taqsima 2.5). It-taqsima 2.6 tispjega x-xiri tad-drittijiet tal-futbol min-NOS u t-taqsima 2.7 titratta dwar ir-relazzjoni bejn ix-xandara u l-operaturi tal-kejbil. Finalment, it-taqsima 2.8 tistabbilixxi liema miżuri huma s-suġġett ta' din il-proċedura.

2.1   Atturi fis-settur (pubbliku) tax-xandir

(12)

Is-sistema tax-xandir tas-servizz pubbliku tikkonsisti f'organizzazzjonijiet differenti, inkluż tmien assoċjazzjonijiet privati, (xandara privati ma' membri li ngħataw dmirijiet ta' servizz pubbliku) u għaxar fondazzjonijiet privati (xandara privati mingħajr membri li ngħataw dmirijiet ta' servizz pubbliku) (9).

(13)

Minbarra x-xandara li ssemmew qabel, is-sistema ta' servizz pubbliku tinkludi attur ieħor – in-NOS – li għandu rwol doppju. L-ewwel rwol huwa dak ta' xandar tas-servizz pubbliku, responsabbli għal programmi tat-TV u tar-radju (taħt l-isem ta' “NOS RTV”). It-tieni rwol huwa dak ta' koordinatur tas-sistema kollha ta' xandir tas-servizz pubbliku, liema rwol huwa eżerċitat mill-bord ta' ġestjoni tan-NOS ('il hekk imsejħa “Publieke Omroep” minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala PO). Il-PO, li l-funzjonijiet u l-kompiti tagħha huma mogħtija mill-Att dwar il-mezzi tax-xandir, tistimola koperazzjoni bejn ix-xandara pubbliċi, tikkoordina it-tliet stazzjonijiet tat-TV pubblika u tirrapporta darbtejn f'sena dwar l-attivitajiet tax-xandara pubbliċi lill-awtorità tal-mezzi tax-xandir.

(14)

In-NOS tirċievi finanzjament mill-baġit tal-mezzi tax-xandir għaż-żewġ kompiti mwettqin bħala “PO” u dawk imwettqin bħala NOS RTV.

(15)

Il-programmi tat-TV tas-servizz pubbliku huma mxandrin mix-xandara tas-servizz pubbliku fuq tliet stazzjonijiet pubbliċi (10).

(16)

L-Organizzazzjoni ta' Produzzjoni tax-Xandara Olandiżi (Nederlands Omroepbedrijf, minn hawn 'il quddiem imsejħin bħala NOB) hija wkoll parti mis-sistema ta' xandir pubbliku. L-NOB twettaq ir-reġistrazzjoni, il-preparazzjoni tat-trasmissjoni u t-trasmissjoni proprja tal-ħoss, stampi li jiċċaqalqu u data għal stazzjonijiet ta' distribuzzjoni kollha possibbli. L-NOB tipprovdi dawn is-servizzi għal xandara kummerċjali u għal xandara tas-servizz pubbliku. Is-servizzi pprovduti għax-xandara tas-servizz pubbliku huma kkunsidrati bħala servizzi pubbliċi mill-Gvern Olandiż u huma ffinanzjati b'mod pubbliku (11).

(17)

Fondazzjoni separata (Stichting Ether Reclame, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala STER) hija responsabbli esklussivament għall-bejgħ ta' spazju ta' reklamar u għax-xandir ta' reklamar fuq l-istazzjonijiet pubbliċi. Is-STER hija responsabbli għall-ħin ta' reklamar li hija ġiet allokata. Id-dħul iġġenerat mis-STER huwa ttrasferit direttament lill-Istat.

(18)

Barra x-xandara tas-servizz pubbliku li joperaw nazzjonalment, hemm diversi xandara kummerċjali li joperaw fuq livell nazzjonali. Dawk ix-xandara kummerċjali huma eż. RTL 4, 5 u 7 (kollha mill-grupp CLT-UFA) jew SBS6, NET5 u Veronica (mill-grupp SBS Broadcasting) jew Talpa (Talpa Media Holding). Huma jiġġeneraw id-dħul tagħhom prinċipalment mir-reklamar tat-TV.

2.2.   Qafas li jamministra x-xandir tas-servizz pubbliku

(19)

It-taqsima tax-xandir hija attwalment regolata mill-Att dwar il-mezzi tax-xandir (MA) tal-21 ta' April 1987 u mid-Digriet dwar il-mezzi tax-xandir (MD). Ix-xandara pubbliċi huma permessi bil-liġi jwettqu erba' kategoriji ta' attivitajiet li huma definiti fl-MA attwali bħala “kompitu prinċipali”, “kompiti sekondarji”, “attivitajiet sekondarji” u “attivitajiet ta' assoċjazzjoni”. Ix-xandara pubbliċi huma eliġibbli għall-finanzjament ta' l-Istat għall-“kompitu prinċipali” u “kompiti sekondarji”.

2.2.1.   Definizzjonijiet legali

Kompiti prinċipali

(20)

L-Artikolu 13(c)(1) MA jiddeskrivi l-“kompitu prinċipali” tax-xandir tas-servizz pubbliku bħala:

a)

li jiżgura offerta pluralistika u ta' kwalità għolja ta' programmi għal xandir ġenerali fl-oqsma ta' informazzjoni, kultura, edukazzjoni u divertiment fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali u t-trasmissjoni tagħhom jew li jiġu trasmessi fi stazzjonijiet miftuħin;

b)

li jitwettqu l-attivitajiet kollha relatati ma' l-offerta ta' programmi u t-trasmissjoni meħtieġa f'dak ir-rigward;

ċ)

li jiġu mxandra programmi destinati għal pajjiżi u oqsma barra l-Olanda u għal ċittadini Olandiżi li joqogħdu barra mill-pajjiż.”

(21)

L-Artikolu 13(c)(2) MA jinkludi l-ħtiġiet ġenerali li għandhom jintlaħqu mill-programmi mxandrin mix-xandara tas-servizz pubbliku. Il-programmi għandhom “jagħtu stampa tas-soċjetà b'mod bilanċjat u ta' interessi u fehmiet dwar is-soċjetà, il-kultura u l-filosofija fi ħdan il-popolazzjoni:

a.

il-programmi għandhom ikunu aċċessibbli għall-popolazzjoni kollha fl-oqsma rilevanti;

b.

huma għandhom jikkontribwixxu għall-pluraliżmu u d-diversità kulturali fl-Olanda (…)”.

(22)

Barra dan, il-ħin totali ta' programmar li għandu jiġi allokat għal kategoriji differenti, bħall-kultura, l-edukazzjoni, u d-divertiment, huwa regolat permezz ta' perċentwali preskritti (12).

(23)

L-Artikolu 16 MA jipprovdi li ċerti kompiti għandhom jitwettqu min-NOS RTV u jistabbilixxu d-dettalji ta' dawn il-kompiti. Il-programmi li jkopru avvenimenti sportivi, inkluż, iżda mhux biss, kompetizzjonijiet u partiti għat-tazzi u avvenimenti internazzjonali huma koperti. Il-perċentwal ta' ħin totali ta' xandir li għandu jiġi ddedikat għal dawn l-avvenimenti sportivi mhuxiew stabbilit minn qabel mill-istatut. Fil-prattika NOS RTV jimmira li jiddedika 9-11 % tal-ħin totali ta' xandir għal programmi sportivi (13).

(24)

L-assoċjazzjonijiet tax-xandir huma intitolati għal ħin ta' xandir ta' programmi nazzjonali tat-TV u għandhom id-dritt li jirċievu finanzjament ta' l-Istat għall-prestazzjoni ta' dan il-kompitu (l-Artikolu 31(4) MA).

Kompiti sekondarji

(25)

Skond l-Artikolu 13c(3) MA, li ġie introdott fl-2000, is-sistema ta' xandir pubbliku “tista' wkoll tissodisfa l-kompitu tagħha, kif imsemmi fl-ewwel paragrafu, billi tipprovdi mezzi ta' provvista u distribuzzjoni ta' materjali tal-programm, barra dawk inklużi fi ħdan il-paragrafu (1)(a)”. Fi kliem ieħor, ix-xandara tas-servizz pubbliku jistgħu jxandru l-kontenut tas-servizz pubbliku, li qabel issemma' taħt il-kompitu prinċipali, fuq pjattaformi oħrajn tal-mezzi tax-xandir (bħal eż. Internet).

(26)

'Il hekk magħrufa “kompiti sekondarji” għandhom ikunu konformi ma' numru ta' kondizzjonijiet. Huma m'għandhomx per ezempju jservu biex jagħmlu profitt għal partijiet terzi (l-Art. 55 MA). Iż-żamma ta' websajt jew stazzjon b'tema huma eżempji ta' dawn il-kompiti sekondarji.

(27)

Għandu jissemma' wkoll li l-isfruttar ta' kemm il-kompitu “prinċipali” kif ukoll dak “sekondarju” jiġġeneraw dħul biex ix-xandara tas-servizz pubbliku jintużaw għall-iskopijiet tas-servizz pubbliku (14).

Attivitajiet sekondarji u ta' assoċjazzjoni

(28)

Ix-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż jistgħu jwettqu wkoll attivitajiet li huma definiti bħala attivitajiet sekondarji u attivitajiet ta' assoċjazzjoni. Attivitajiet sekondarji (15) għandhom ikunu konformi ma' numru ta' kondizzjonijiet statutorji. Eżempji ta' tali attivitajiet sekondarji jinkludu l-bejgħ ta' gwidi tal-programm, l-isponsorizzazzjoni, il-bejgħ tad-drittijiet tal-programmi u materjali relatat mal-programmi, il-kiri ta' spazju ta' uffiċċji u l-organizzazzjoni ta' wirjiet drive-in.

(29)

Attivitajiet oħrajn huma 'l hekk imsejħa “attivitajiet ta' assoċjazzjoni”. Attivitajiet ta' assoċjazzjoni huma attivitajiet imwettqin mill-assoċjazzjonijiet tax-xandir għall-membri tagħhom. Dawn jinkludu publikazzjoni ta' rivisti, u l-organizzazzjoni u l-bejgħ ta' arranġamenti ta' l-ivvjaġġar.

2.2.2.   Kontroll u supervizjoni

(30)

L-Awtorità tal-mezzi tax-xandir indipendenti (Commissariaat voor de Media) hija mogħtija l-kompitu li tiżgura konformità mal-ħtiġiet ta' programmar u finanzjament ta' l-MA u l-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni (l-Artikolu 9 MA).

(31)

L-Awtorità tal-mezzi tax-xandir għandha kompitu legali, stabbilit fl-Artikolu 134 MA, biex tiżgura li x-xandara pubbliċi jwettqu l-obbligi tagħhom, inkluża l-kwota stabbilita fuq id-diversi tipi ta' programmi. Il-Kummissjoni tal-mezzi tax-xandir tista' timponi multi jekk l-obbligi ma jiġux rispettati. Barra minn hekk, l-Awtorità tal-mezzi tax-xandir tikkontrolla jekk ir-restrizzjonijiet legali dwar l-isponsorizzazzjoni u r-reklamar humiex rispettati mix-xandara.

(32)

L-awtorità tikkontrolla annwalment jekk il-kontabilità tax-xandara pubbliċi, abbażi tar-rapporti tal-kontabilità ppreżentati, humiex konformi mal-ħtiġiet ta' l-MA, id-Digriet dwar il-mezzi tax-xandir u l-manwal finanzjarju. Jekk dan huwa l-każ, l-awtorità tifformalizza l-ammonti (ibbaġitjati) għall-provvista regolari ta' programmar (l-Artikolu 100 u 101 MA).

2.3.   Sorsi ta' finanzjament tax-xandara tas-servizz pubbliku

(33)

Ir-riżorsi finanzjarji prinċipali tal-PSB huma l-ħlasijiet annwali riċevuti mill-Istat. Sabiex jiġi assorbiti varjazzjonijiet fl-estimi, il-PSB huma permessi jżommu ċerti riżervi. Barra dan, il-PSB mill-1994 irċevew ħlasijiet ad hoc.

(34)

Peress li l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-finanzjament ad hoc ma jistgħu jitwettqu mingħajr ma jiġu kkunsidrati sorsi oħrajn ta' finanzjament pubbliku, id-deskrizzjoni li ġejja tkopri kemm il-ħlasijiet annwali kif ukoll il-ħlasijiet ad hoc (anki jekk il-ħlasijiet annwali u l-ħlasijiet Stifo mhumiex soġġetti għad-deċiżjoni attwali iżda ser jiġu vvalutati separatament fil-kuntest ta' l-investigazzjoni pendenti dwar “għajnuna eżistenti” Nru E-5/2005).

2.3.1.   Ħlasijiet annwali

(35)

Ix-xandara pubbliċi Olandiżi jirċievu kull sena kontributi finanzjarji mill-baġit ta' l-Istat għall-mezzi tax-xandir. Matul il-perjodu 1994-2005, dawn il-ħlasijiet ammontaw għal madwar € 7,1 biljun. Minn dan l-ammont, madwar € 819,6 miljun tħallsu lil xandara individwali. Il-baġit tal-mezzi tax-xandir huwa msaħħaħ b'diversi riżorsi: il-Kontribut tax-Xandir ta' l-Istat (miġburin minn dawk li jħallsu t-taxxi), id-dħul tar-reklamar mis-STER u d-dħul ta' interessi mill-Fond ta' Xandir Ġenerali (Algemene Omroepreserve, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-AOR) (16). Il-livell tal-baġit tal-mezzi tax-xandir jistabbilixxi l-ammont massimu ta' finanzjament annwali li jista' jsir disponibbli għax-xandara pubbliċi (u organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir oħrajn).

2.3.2.   Stifo

(36)

Barra l-ħlasijiet annwali, ix-xandara pubbliċi rċevew ħlasijiet minn Stifo (Fond ta' Stimolu għall-produzzjonijiet kulturali). Il-fondi mogħtija minn iStifo jikkwalifikaw bħala miżura ta' l-għajnuna ta' l-Istat, iżda l-miżura ġiet approvata mill-Kummissjoni taħt l-għajnuna ta' l-Istat Nru. NN 32/91. Il-miżura ta' għajnuna Stifo għandha għalhekk tiġi kkunsidrata bħala għajnuna attwali ta' l-istat. Il-ħlasijiet Stifo għax-xandara individwali tas-servizz pubbliku (il-PO ma rċieva ebda ħlasijiet minn Stifo) ammontaw għal € 155 miljun fil-perjodu.

2.3.3.   Ħlasijiet ad hoc

(37)

Barra mit-trasferimenti msemmijin hawn fuq – li huma kkunsidrati bħala s-sorsi regolari ta' finanzjament tal-PSBs, ix-xandara pubbliċi ngħataw diversi ħlasijiet fuq bażi ad hoc. Dawn il-ħlasijiet saru jew direttament lix-xandara jew tqassmu permezz ta' fondi u riżervi speċjali.

2.3.3.1.   Ħlasijiet minn Fondi ta' Tqabbil

(38)

Il-Fondi ta' Tqabbil huma parti assenjata mill-baġit tal-mezzi tax-xandir. Fil-perjodu 1996-1998, ammont ta' € (*) miljun ġie ttrasferit mill-Fondi ta' Taqbbil lil NOS RTV. Il-Fondi ta' Tqabbil ġew introdotti fl-1996 biex jikkofinanzjaw il-prezzijiet miżjuda għad-drittijiet tal-programm. Il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jitqassmu l-flus ġew adottati bi ftehim konġunt bejn l-Istat u x-xandara pubbliċi. Jekk ix-xandara pubbliċi ma jkunux jistgħu jixtru d-drittijiet, li żdiedu b'mod eċċessiv fil-prezz, mill-baġits regolari tagħhom, l-Istat jiffinanzja l-kumplament huwa, jiġifieri jiffinanzja b'mod konġunt u b'ammont ugwali l-akkwist ta' dawn id-drittijiet.

2.3.3.2.   Ħlasijiet FOR

(39)

Fl-1998 l-Ministru tal-Kultura ngħata l-possibilità (l-Artikolu 106a MA) li jittrasferixxi l-flus fuq bażi ad hoc mill-AOR (Riżerva ta' Xandir Ġenerali u ġestita mill-Awtorità dwar il-mezzi tax-xandir) għal fond intiż biex jiffinanzja inizjattivi speċifiċi tal-PO. Il-fond kien stabbilit fl-1999 bid-denominazzjoni ta' “FOR” u huwa kkontrollat mill-PO.

(40)

Il-prinċipju huwa li, jekk l-AOR teċċedi € 90,8 miljun, jista' jsir trasferiment lill-FOR. Dan, madankollu, mhux proċess awtomatiku. Kull sena l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, il-Kultura u x-Xjenza jiddeċiedi jekk trasferiment hux possibbli u jekk iva, kemm jista' jiġi ttrasferit. Meta dan it-trasferiment jiġi approvat, ir-regoli jiġu stabbiliti fi protokoll. Dawn il-protokolli ġew stabbiliti fl-1999 u l-2001. Fuq il-bażi ta' l-Att dwar il-mezzi tax-xandir (l-Artikolu 99 2(d)), il-baġit jista' jinkludi wkoll deskrizzjoni dwar kif il-Bord ta' Ġestjoni jipproponi li jonfoq il-flus. Fuq il-bażi ta' din il-proposta, il-Ministru jista' mbagħad jagħmel il-flejjes disponibbli (17). Għalkemm l-FOR huwa Fond dedikat għall-inizjattivi tal-PO, mhuwiex riżerva li hija parti mill-assi tal-PO.

(41)

Il-flejjes disponibbli fl-FOR jagħmluha possibbli għall-PO biex jagħtu impetu kwalitattiv, itejbu l-programmar u jinvestu fix-xandara pubbliċi in ġenerali. Aktar speċfikament, l-għan ta' l-FOR huwa li :

jagħmel tajjeb għal nuqqas fid-dħul ta' reklamar ta' STER

isaħħaħ il-varjetà u l-kwalità ta' l-programmar meta dan jinvolvi spejjeż inizjali żejda; u

jiffinanzja investimenti li jappoġġaw ix-xandir tas-servizz pubbliku Olandiż in ġenerali.

(42)

Sa l-2005 s-sistema tax-xandir pubbliku rċeviet € 191,2 miljun mill-FOR li minnhom € 157,4 miljun ġew ittrasferiti lix-xandara tas-servizz pubbliku individwali u € 33,8 miljun lill-PO.

2.3.3.3.   Ħlasijiet CoBo

(43)

Il-fond għal Ko-Produzzjoni (Coproductiefonds Binnenlandse Omroep: minn hawn 'il quddiem CoBo) kien maħluq biex jiffinanzja koproduzzjonijiet bejn ix-xandara pubbliċi Olandiżi u produtturi ta' programmi oħrajn. Id-dħul tiegħu jirriżulta minn dħul iġġenerat minn ħlasijiet tad-drittijiet ta' l-awtur imħallsin mill-operaturi tal-kejbil Belġjani u Ġermaniżi għad-distribuzzjoni ta' tliet stazzjonijiet Olandiżi fil-Belġju u fil-Ġermanja. Il-fond ġie stabbilit mix-xandara pubbliċi u huwa ġestit permezz ta' fondazzjoni. Il-bord tal-Fond jikkonsisti minn amministraturi mix-xandara pubbliċi.

(44)

Fl-1994, l-Awtoritajiet Olandiżi ddeċidew li jagħmlu ħlasijiet lil żewġ sotto-fondi ġestiti minn CoBo, li huwa l-“Fond tal-Films” li jiffinanzja koproduzzjonijiet ta' films u dokumentarji, u l-proġett “Telefilm” li jimmira li jistimola l-produzzjoni ta' programmi ta' films tat-televiżjoni ta' kwalità għolja.

(45)

Ix-xandara tas-servizz pubbliku individwali rċevew € 31,7 miljun ta' flus pubbliċi mill-fond CoBo fil-perjodu 1994 sa 2005. Il-PO ma rċeviet ebda ħlasijiet mill-CoBo.

2.4.   Ir-riżervi miżmuma mix-xandara individwali

(46)

Kull xandar tas-servizz pubbliku jżomm ċerti riżervi, li huma, tipikament, Riżerva ta' Programm u jew Assoċjazzjoni jew Riżerva ta' Fondazzjoni, skond jekk ix-xandar tas-servizz pubbliku huwiex fondazzjoni jew assoċjazzjoni.

2.4.1.   Riżervi ta' programm

(47)

Xandara individwali tas-servizz pubbliku huma permessi jżidu r-riżervi tagħhom meta d-dħul totali jeċċedi l-ispejjeż totali. Dawn ir-riżervi tal-programm jistgħu jintużaw biex ikopru l-ispejjeż tal-programm fis-snin futuri.

(48)

Skond l-awtoritajiet Olandiżi, il-valur tal-programmi li ġew prodotti iżda li għadhom mhux imxandrin huwa miżjud mar-riżervi tal-programm (18). Ir-riżervi tal-programm għalhekk jirriflettu wkoll il-valur tal-programmi li diġà ġew prodotti. Fl-2005, ir-Riżervi totali tal-Programm li ġew miżmuma mix-xandara pubbliċi individwali ammontaw għal € 78,6 miljun.

(49)

Ukoll fl-2005, il-PO iddeċidiet li parti mir-Riżervi tal-Programm għandhom jiġu ttrasferiti lill-PO inniffisha, iżda x-xandara ġew permessi jżommu riżervi sa 5-10 % tal-baġit annwali tagħhom. Ix-xandara pubbliċi ttrasferew lill-PO ammont ta' € 42,457 miljun.

2.4.2.   Riżervi ta' assoċjazzjoni

(50)

L-assoċjazzjonijiet tax-xandir tas-servizz pubbliku oriġinaw bħala entitajiet legali privati. Matul is-snin huma bnew ir-Riżervi ta' Assoċjazzjoni tagħhom stess minn kontributi u donazzjonijiet li rċevew mill-membri tagħhom. Ir-Riżervi ta' Assoċjazzjoni għalhekk oriġinaw minn riżorsi privati. Fl-1993, il-gvern Olandiż iddeċieda li “jiffriża” r-Riżervi ta' Assoċjazzjoni. Minn dak il-mument, fil-prinċipju (19) l-profitti ġġenerati mill-attivitajiet ta' assoċjazzjoni u attivitajiet oħrajn mhux pubbliċi kellhom jintużaw għal attivitajiet tas-servizz pubbliku u ma setgħux jiġi aktar ittrasferiti lir-Riżervi ta' Assoċjazzjoni. Ix-xandara tas-servizz pubbliku fl-Olanda kellhom Riżerva ta' Assoċjazzjoni totali ta' madwar € 131,1 miljun fl-2005.

2.4.3.   Ir-riżerva tal-Fondazzjoni NOS RTV u xandara iżgħar

(51)

In-NOS RTV, NPS u xandara oħrajn iżgħar mingħajr membri (l-Artikolu 39f MA) iżommu “riżerva ta' fondazzjoni” (“stichtingsreserve”). Il-livell globali tar-riżervi ta' fondazzjoni kien € 42,2 miljun fl-2005 (20).

2.5.   L-attività ta' reklamar dwar l-istazzjonijiet tas-servizz pubbliku

(52)

Kif diġà msemmi hawn fuq, is-STER huwa responsabbli għall-bejgħ ta' reklamar fuq l-istazzjonijiet tas-servizz pubbliku.

(53)

Il-kumpaniji l-oħrajn tal-bejgħ ta' reklamar fuq it-TV attivi fis-suq Olandiż huma IP u SBS. IP tbigħ reklamar f'isem ix-xandara RTL4, RTL5 u Yorin. SBS tbigħ reklamar għax-xandara kummerċjali tagħha SBS6, Net 5 u Veronica. Barra IP u SBS, hemm xi xandara kummerċjali oħrajn li wkoll ibigħu r-reklamar (21). It-tariffi ta' STER huma kkalkolati abbażi ta' previżjonijiet mill-aġenziji ta' reklamar, tariffi ta' kompetituri, u abbażi ta' l-istorja tal-prezzijiet.

(54)

It-Tabella I hawn taħt turi l-evoluzzjoni tal-parti tas-semmiegħa tax-xandara tas-servizz pubbliku li għaliha is-STER tiġġestixxi l-bejgħ tar-reklamar. Il-parti ta' l-udjenza (telespettaturi fl-età ta' 13+) niżel fis-snin riċenti minn 38,8 fl-1997 għal 35,4 % fl-2005. Għall-kategorija 20-49 snin, is-sehem ta' telespettaturi huwa saħansitra inqas, jiġifieri 27,2 %.

Tabella 1

Sehem ta' l-udjenza 13+ u 20-49 snin (18.00h – 24.00h) 1997 – 2005

 

1997

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

13+

38,8

39,9

37,8

39,8

38,8

37,9

36,8

38,9

35,4

20-49

34,6

35,8

31,6

33,3

33,0

32,5

30,1

31,8

27,2

Sors

:

Ittra ta' l-Awtoritajiet Olandiżi l- 24 ta' Frar 2006.

(55)

Fir-rigward ta' l-1994, id-dħul gross (ibbażat fuq prezzijiet tal-lista) u nett (b'kont meħud ta' l-iskonti mogħtija) ġġenerati mix-xandara kummerċjali fis-suq tar-reklamar kien aktar mid-dħul iġġenerat mix-xandara pubbliċi.

Tabella 2

Dħul gross mir-reklamar tat-TV 1994 – 2005 (ammonti x € 1 miljun)

 

1994

1995

1996

1997

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

Ster

327

298

225

234

257

290

348

343

383

489

581

471

Xandara kummerċjali

360

438

532

629

715

887

1 028

1 084

1 310

1 623

2 034

2 327

Total

687

736

757

863

972

1 177

1 376

1 426

1 693

2 112

2 615

2 798

Sors

:

Ittra ta' l-Awtoritajiet Olandiżi l- 24 ta' Frar 2006.

Tabella 3

Dħul net minn reklamar tat-TV 1994 – 2005 (ammonti x € 1 miljun)

 

1994

1995

1996

1997

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

Ster

223

202

153

150

176

187

218

197

197

197

197

169

Xandara Kummerċjali

239

281

324

378

405

448

508

484

520

537

549

599

Total

462

483

477

528

581

635

726

683

717

733

746

768

Sors

:

Ittra ta' l-Awtoritajiet Olandiżi l- 24 ta' Frar 2006.

(56)

Kif jirriżulta mit-tabelli ta' hawn fuq, hemm differenza bejn id-dħul gross mir-reklamar tat-TV u dħul net ta' skonti. Skond l-awtoritajiet Olandiżi, mhux it-tariffi ppubblikati biss tax-xandara tas-servizz pubbliku huma ogħla, iżda wkoll l-iskonti li huma jagħtu huma iżgħar meta mqabblin ma' xandara kummerċjali (22).

2.6.   Xiri ta' drittijiet tal-futbol min-NOS RTV

(57)

Matul il-perjodu taħt investigazzjoni n-NOS RTV kiseb drittijiet ta' xandir għal diversi avvenimenti importanti tal-futbol (23). Ix-xandar kummerċjali Canal+ (televiżjoni bi ħlas) akkwista d-drittijiet għal-logħbiet diretti tal-premier league Olandiż. Id-Drittijiet taċ-Champions League ukoll ġew parzjalment sottoliċenzjati lil Canal+ minn NOS RTV. Ix-xandar kummerċjali SBS kiseb id-drittijiet għal-logħbiet ta' l-ewwel diviżjoni Olandiża u l-logħbiet ta' kwalifikazzjoni tat-tim Olandiż għall-kampjonat Ewropew 2004. Id-drittijiet ta' l-awtur għal diversi kompetizzjonijiet tal-futbol barranin jinżammu minn CLT-UFA, l-akbar grupp ta' xandir Ewropew (il-kumpanija prinċipali ta' eż. RTL).

2.7.   Relazzjoni bejn ix-xandara u l-operaturi tal-kejbil

(58)

It-trasmissjoni tal-kejbil tradizzjonali titqies bħala pubblikazzjoni separata għall-finijiet tad-drittijiet ta' l-awtur taħt il-liġi Olandiża. Fil-prinċipju huwa meħtieġ il-permess tad-detenturi kollha tad-drittijiet ta' l-awtur, u d-detentur tad-dritt ta' l-awtur jista' jitlob il-pagament mill-operatur tal-kejbil għall-pubblikazzjoni. Mill-1985 kien hemm ftehim bejn il-VECAI (li jirrapreżentaw l-operaturi tal-kejbil) u n-NOS RTV (li jirrapreżentaw ix-xandara pubbliċi) li taħtu l-operaturi tal-kejbil huma eżenti milli jagħmlu ħlasijiet ta' dritt ta' l-awtur lix-xandara pubbliċi (id-detenturi tad-drittijiet ta' l-awtur) meta l-programmi tagħhom jiġu trasmessi bil-kejbil (24). Dan il-ftehim sar fuq talba tal-gvern Olandiż, fuq il-bażi li ċ-ċittadini diġà ħallsu kontribut għax-xandir pubbliku. Kien ikkunsidrat li pagament ta' dritt ta' l-awtur mill-operaturi tal-kejbil, li jista' jirriżulta fi ħlasijiet ogħla ta' abbonament tal-kejbil, ma jkunx mixtieq. Madankollu, dan mhux relatat mal-ftehim imsemmi qabel max-xandara tas-servizz pubbliku.

(59)

Għandu jiġi nnotat li l-operaturi tal-kejbil huma legalment obbligati biex jittrasmettu l-programmi tar-radju u tat-televiżjoni kollha tax-xandara pubbliċi (obbligu ta' “must carry”) u ma jistgħux jitolbu ħlas mix-xandara għall-ispejjeż ta' trasmissjoni.

2.8.   Il-miżuri soġġetti għal din id-deċiżjoni

(60)

Kif stabbilit fid-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali (25), il-miżuri li ġejjin huma s-suġġett tad-deċiżjoni preżenti :

1.

Il-ħlasijiet kif imsemmijin fl-Artikolu 106a u 170c ta' l-Att dwar il-mezzi tax-xandir għal xandara li huma kategorizzati mill-Kummissjoni bħala ħlasijiet ad hoc:

a)

Il-ħlasijiet isiru jew mill-Fondi ta' Tqabbil għax-xandara tas-servizz pubbliku jew mill-AOR, permezz ta' l-FO, għal xandara pubbliċi. Dawn il-ħlasijiet saru fil-perjodu 1994-2005, għal ammont totali ta' € 239,6 miljun. Kif imsemmi hawn fuq, dan l-ammont jista' jiġi diviż bejn il-ħlasijiet li saru mill-hekk imsejħa Fondi ta' Tqabbil (€ 48,4 miljun) u l-ħlasijiet li saru mill-AOR għall-FOR u sussegwentement għall-FOR għax-xandara pubbliċi (€ 191,2 miljun).

b)

Ħlasijiet mill-Fond ta' Koproduzzjoni (CoBo). Il-CoBo tikkonsisti f' żewġ sotto-fondi speċifiċi, il-Film Fund u t-Telefilm project. L-Istat ta € 31,7 miljun lix-xandara pubbliċi fil-perjodu 1994-2005 permezz tal-fondi CoBo.

2.

Jiżguraw aċċess għall-kejbil jew l-hekk imsejjaħ “must-carry” (kif imsemmi fl-Artikolu 82i ta' l-Att dwar il-mezzi tax-xandir).

3.

Dispożizzjoni ta' faċilitajiet tekniċi mill-NOB mingħajr ħlas (kif imsemmi fl-Artikolu 89 u 90 ta' l-Att dwar il-mezzi tax-xandir).

II.   RAĠUNIJIET BIEX TINBEDA L-PROĊEDURA U L-ARGUMENTI TAL-PARTIJIET

3.   SOMMARJU DWAR IR-RAĠUNIJIET BIEX TINBEDA L-PROĊEDURA

(61)

Wara l-investigazzjoni inizjali tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li ċerti miżuri, bl-eċċezzjoni possibbli ta' l-obbigu “must carry”, jikkostitwixxi għajnuna ta' l-istat fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni esprimiet barra minn hekk dubji fir-rigward tal-kumpatibilità ta' tali għajnuna ta' l-Istat taħt l-Artikolu 86(2) tat-Trattat ta' l-KE.

(62)

Fir-rigward tal-propozjonalità tal-finanzjament, il-Kummissjoni kellha dubju jekk l-allokazzjoni ta' l-ispejjeż u d-dħul seħħewx abbażi ta' prinċipji ta' kontabilità ta' l-ispejjeż stabbiliti b'mod ċar. Il-Kummissjoni kellha dubju dwar jekk ġiex ikkunsidrat id-dħul mis-servizz mhux pubbliku meta ġiet ikkalkolata l-ħtieġa għal finanzjament ta' l-Istat, bir-riskju li l-finanzjament imur lil hinn mill-ispejjeż netti tas-servizz pubbliku.

(63)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-livell ta' fondi fl-FOR u r-riżervi tal-programm ipprovdew indikazzjonijiet ta' kumpens żejjed strutturali. Il-Kummissjoni nnotat li mill-ħlasijiet ad hoc totali, ammont ta' € 110 miljun (ibbażat fuq statistiċi ta' l-2001) ma ntużax.

(64)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet l-intenzjoni tagħha li tinvestiga jekk il-kompetizzjoni fi swieq kummerċjali ġietx imfixkla b'mod eċċessiv. Il-Kummissjoni enfasizzat li tali tfixkil ta' kompetizzjoni jista' jseħħ fi swieq għal reklamar, drittijiet ta' proprjetà intellettwali għal drittijiet ta' trasmissjoni ta' kejbil jew ta' trasmissjoni ta' futbol.

(65)

Finalment, l-NOB mhix permessa iġġiegħel lix-xandara pubbliċi jħallsu għall-provvista tas-servizzi, iżda hija tirċievi ħlasijiet għal dan il-kompitu direttament mill-Istat. Il-Kummissjoni nnotat li l-provvista ta' faċilitajiet tekniċi mingħajr ħlas jistgħu jikkostitwixxu għajnuna għax-xandara pubbliċi.

4.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(66)

Il-kummenti li ġejjin rilevanti għal din id-deċiżjoni ġew ipprovduti.

(67)

Ix-xandara pubbliċi Olandiżi argumentaw li l-miżuri in kwistjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala għajnuna eżistenti, peress li dawn jikkostitwixxu parti mis-sistema ta' finanzjament ġenerali għax-xandir pubbliku. Barra minn hekk, huma rrimarkaw li l-Kummissjoni tista' tivvaluta biss il-finanzjament tax-xandir pubbliku taħt il-Protokoll ta' Amsterdam u m'għandhiex tapplika l-kriterji tas-sentenza Altmark  (26) jew l-Artikolu 87(1) jew 86(2) tat-Trattat tal-KE.

(68)

CLT-UFA osservat li l-kuntabilità tas-sistema ta' xandir tas-servizz pubbliku setgħet tiġi verifikata u approvata minn accountant indipendenti biss fl-2002.

(69)

Ix-xandara pubbliċi kkummentaw li m'hemmx kumpens żejjed ta' € 110 miljun kif iddikjarat mill-Kummissjoni. L-ewwelnett, ix-xandara pubbliċi u l-gvern jaħdmu b'sistemi ta' kontabilità differenti. Il-gvern jaħdem abbażi ta' riċevuti ta' flus kontabbli fil-ħin tat-tranżazzjoni. Dan jikkaġuna diskrepanzi. Barra dan, id-dħul ta' l-FOR huma skond ix-xandara pubbliċi mmarkati għal għanijiet futuri speċifiċi. Barra minn hekk, huma kkummentaw li l-eċċess ta' finanzjament ma jistax iwassal għal tfixkil fi swieq oħrajn, peress li dan il-finanzjament jista' jintuża biss għal attivitajiet tas-servizz pubbliku.

(70)

ACT iddikjarat li STER jaġixxi b'mod mhux kompetittiv billi jqaċċat il-prezzijiet fis-suq tar-reklamar. Hija targumenta li peress li l-ħin totali ta' reklamar annwali tax-xandara pubbliċi huwa aktar limitat minn dak tax-xandara kummerċjali, l-iSTER għandu jżomm prezzijiet aktar għoljin mill-operaturi kummerċjali.

(71)

SBS Broadcasting ikkonfermat li l-prezzijiet fis-suq ta' reklamar tat-telviżjoni Olandiża huma stabbiliti għall-kategorija GRP (Punt ta' Rata Gross) 20-49. Madankollu, meta xandara pubbliċi jattiraw aktar telespettaturi mix-xandara kummerċjali barra minn dan il-grupp ta' telespettaturi, min jirreklama ikun dispost iħallas premium fuq il-GRP 20-49. Għalhekk, tqabbil ta' GRP 20-49 ma jkunx jirrifletti r-realtà ekonomika tal-prodott. Barra minn hekk, SMS irrimarkat li għal GRP 13+ ix-xandara pubbliċi stabbilixxew rati iktar baxxi minn xandara kummerċjali. Biex tappoġġa l-kummenti tagħha SMS ppreżentat indikazzjonijiet tal-prezzijiet tal-gross medju 13+ għal stazzjonijiet differenti matul l-eqqel ħin fl-1995-2004 u għal kull xahar fl-2003 u l-2004, li juru li dawk tax-xandara pubbliċi huma aktar baxxi minn dawk tal-parti l-kbira ta' l-operaturi kummerċjali.

(72)

Skond CLT-UFA in-NOS RTV ħallset prezzijiet eċċessivi għad-drittijiet tal-futbol. Il-prezzijiet kienu 'l fuq ħafna mill-prezzijiet tas-suq. CLT-UFA ppreżentat mudelli ta' kalkolu (27) biex turi kif huma jikkalkolaw il-prezzijiet għad-drittijiet tal-futbol, li abbażi ta' dan CLT-UFA kkonkludiet li l-offerta li saret minn NOS RTV għad-drittijiet tal-logħbiet taċ-Champions League ta' l-2002 kienet sostanzjalment ogħla minn dik li saret minn CLT-UFA. ACT u CLT-UFA kkunsidraw madankollu li l-Kummissjoni m'għandhiex tilħaq il-konklużjoni li m'hemmx bizzejjed provi ta' pagament żejjed tad-drittijiet tal-futbol abbażi ta' eżempju wieħed fejn l-operatur kummerċjali seta' ta offerta eċċessiva.

(73)

VECAI (l-assoċjazzjoni ta' operaturi tal-kejbil) qajmet żewġ kwistjonijiet. Fl-ewwel lok, hija tikkunsidra li l-operaturi tal-kejbil li huma soġġetti għall-obbligu must carry għandhom ikunu jistgħu jitolbu pagament mix-xandara rilevanti. Minħabba l-obbigu must carry, ix-xandara pubbliċi ma ħallsux miżata għat-trasmissjoni tas-sinjal fuq in-netwerks tal-kejbil.

(74)

Fit-tieni lok, VECAI argumentat li l-operaturi tal-kejbil fil-fatt iħallsu miżata lill-organzzazzjonijiet ta' ġestjoni tad-dritt f'isem in-NOS RTV, iżda n-NOS-RTV u l-gvern Olandiż jikkunsidra din bħala ħlas ta' ġestjoni. Skond il-VECAI huwa ħlas għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali b'wiċċ ieħor.

5.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET OLANDIŻI  (28)

(75)

L-awtoritajiet Olandiżi ddikjaraw li l-assunzjoni tal-Kummissjoni li l-miżuri rilevanti mhumiex parti mill-finanzjment regolari, annwali tax-xandara pubbliċi bħala parti mill-finanzjament ta' l-Istat hija żbajlata. Il-finanzjament li huwa s-suġġett ta' l-investigazzjoni joriġina mill-mekkaniżmu ta' finanzjament regolari u kien parti integrali ta' l-ippjanar tal-baġit li wasslet għall-ħlasijiet tax-xandara pubbliċi. Skond l-awtoritajiet, l-FOR, il-fondi ta' tqabbil, CoBo u ħlasijiet lill-NOB huma parti mill-mekkaniżmu ta' finanzjament annwali regolari.

(76)

L-Awtoritajiet Olandiżi finalment iġibu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni li l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-kuntest speċifiku li fih ix-xandara tas-servizz pubbliku joperaw. L-awtoritajiet talbu lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw l-applikazzjoni tal-Protokoll ta' Amsterdam. Jekk meħtieġ, is-suġġett tal-proċedura attwali għandu jkun ikkwalifikat bħala għajnuna kumpatibbli fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE bħal fil-kuntest tal-prinċipji stabbiliti fil-Protokoll ta' Amsterdam.

(77)

L-ammont provviżorjament indikat mill-Kummissjoni bħala kumpens żejjed possibbli huwa żbaljat. Dan ittieħed mir-riżorsi ta' fondi li ġew kwalifikati b'mod żbaljat bħala riżervi. Peress li l-użu ta' dawn il-fondi huwa determinat minn qabel u huwa soġġett għal kontroll ma jistax ikun kumpens żejjed. Barra minn hekk, l-awtoritajiet argumentaw li fil-każ li l-miżuri kkonċernati għandhom jiġu kkwalifikati bħala għajnuna ta' l-Istat, l-għajnuna għandha tiġi kkunsidrata bħala l-għajnuna ta' l-Istat eżistenti fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 88 tat-Trattat tal-KE.

(78)

L-awtoritajiet Olandiżi jirrimarkaw li l-kontabilità ta' l-assoċjazzjonijiet ta' xandir pubbliku individwali kien minn dejjem soġġett għal approvazzjoni minn accountant indipendenti.

(79)

L-awtoritajiet Olandiżi jikkunsidraw li xandir ta' sports popolari u inqas popolari jaqa' fi ħdan it-tifsira tal-kompitu prinċipali tax-xandara pubbliċi. L-awtoritajiet Olandiżi jikkunsidraw li, fid-determinazzjoni ta' l-offerta tagħhom għal drittijiet ta' trasmissjoni, ix-xandara pubbliċi ma ħallsux eċċess ta' dak meħtieġ biex jiżguraw l-akkwist tad-drittijiet importanti fir-rigward tal-kompitu ta' servizz pubbliku u l-programmar globali tagħhom

(80)

L-awtoritajiet tennew li l-missjoni tas-servizz publiku ta' l-NOB hija parti integrali tas-sistema tas-servizz pubbliku. Il-fatt li x-xandara pubbliċi mhux qed ikollhom iħallsu għas-servizz mogħti mill-NOB ma jimplikax li l-għajnuna hija mogħtija lix-xandara tas-servizz pubbliku.

(81)

L-awtoritajiet Olandiżi jiddikjaraw li peress li l-operaturi kummerċjali lanqas ma jitolbu ħlasijiet għad-drittijiet ta' l-awtur minn operaturi tal-kejbil, in-NOS RTV jista' jingħad li qed jaġixxi bħala operatur tas-suq normali fiċ-ċirkostanzi ta' dan is-suq partikolari.

III.   EVALWAZZJONI TAL-MIŻURI TAĦT IR-REGOLI TA' GĦAJNUNA TA' L-ISTAT

6.   EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA FI ĦDAN IT-TIFSIRA TA' L-ARTIKOLU 87(1) TAT-TRATTAT TAL-KE

(82)

L-Artikolu 87(1) tat-Trattat jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li ġejjin għall-preżenza ta' l-għajnuna ta' l-istat. L-ewwel, għandu jkun hemm intervent mill-Istat jew permezz tar-riżorsi ta' l-Istat. It-tieni, din għandha tagħti vantaġġ lir-riċevitur. It-tielet, hija għandha tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni. Ir-raba', l-intervent għandu jkun jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.   Preżenza ta' riżorsi ta' l-Istat

6.1.1.   Ħlasijiet ad hoc

(83)

Il-ħlasijiet kif imsemmijin fl-Artikolu 106a u 170ċ ta' l-Att dwar il-mezzi tax-xandir u li huma kateġorizzati mill-Kummissjoni bħala ħlasijiet ad hoc jistgħu jiġu diviżi fl-hekk imsejħa ħlasijiet ta' Fondi ta' Tqabbil, il-ħlasijiet FOR u l-ħlasijiet CoBo.

Ħlasijiet ta' fondi ta' tqabbil

(84)

Fir-rigward ta' Fondi ta' Tqabbil, il-flus l-ewwel jitwarrbu fi ħdan l-AOR – li huwa fond li r-riżorsi tiegħu jappartjenu għall-Istat u huma ġestiti mill-Awtorità dwar il-mezzi tax-xandir – bil-għan li jiġu mqabbla ċerti tipi ta' nfiq ogħla milli mistenni tax-xandara tas-servizz pubbliku. Fit-tieni stadju, ir-riżorsi ta' l-istat irrapreżentati mill-Fondi ta' Tqabbil ta' l-AOR huma ttrasferiti min-NOS RTV.

Ħlasijiet FOR

(85)

Il-ħlasijiet li jsiru mill-fond ta' l-FOR huma kkunsidrati bħala riżorsi ta' l-istat. Għalkemm l-FOR huwa fond amministrat u ġestit mill-“PO”, huwa alimentat mill-AOR, li huwa parti mill-baġit tal-mezzi tax-xandir.

(86)

Aktar importanti, kif deskritt fil-paragrafu 2.3.3.3, il-PO tiddistribwixxi l-flejjes abbażi tal-ftehim li jsiru minn qabel dwar l-użu tal-flejjes FOR. Għalkemm hija l-PO li tipproponi kif għandhom jintużaw il-flus, huwa l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Xjenza u l-Kultura li “jadotta l-proposta” u jistabbilixxi għal liema raġunijiet għandhom jintużaw il-flejjes. Il-PO tista' tieħu biss id-deċiżjoni li tonfoq il-flus ladarba l-Ministru jistabbilixxi l-kriterji għad-distribuzzjoni tal-flejjes. Il-PO għandha tikkunsidra r-regoli stabbiliti mill-Ministru. Jista' għalhekk jiġi kkunsidrat li t-trasferiment tar-riżorsi ta' l-istat jitwettaq meta l-ħlasijiet isiru mill-FOR għal xandara individwali. Dan huwa trasferiment tar-riżorsi ta' l-istat, li huwa barra minn hekk imputabbli għall-Istat (29).

(87)

Ix-xandara pubbliċi rċevew fil-perjodu taħt investigazzjoni ammont ta' € 191,2 miljun mill-FOR u ammont ta' € […] miljun mill-Fondi ta' Tqabbil.

Ħlasijiet CoBo

(88)

Il-ħlasijiet li jsiru mill-fond CoBo huma kkunsidrati riżorsi ta' l-Istat. Kif deskritti fil-paragrafu 43, il-fond CoBo huwa alimentat b'kontributi diretti mill-Baġit tal-mezzi tax-xandir u mid-dħul iġġenerat mill-ħlasijiet tad-drittijiet ta' l-awtur imħallsin mill-operaturi tal-kejbil Belġjani u Ġermaniżi għad-distribuzzjoni tat-tliet stazzjonijiet Olandiżi fil-Belġju u l-Ġermanja. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li mhux biss il-kontributi diretti mill-Baġit tal-mezzi tax-xandir, iżda wkoll il-ħlasijiet għad-drittijiet ta' l-awtur jistgħu jiġu kkunsidrati bħala riżorsi ta' l-Istat. Fil-fatt, il-ħlasijiet tad-drittijiet ta' l-awtur ma kellhom qatt jintużaw biex jiffinanzjaw l-ispejjeż tas-servizz pubbliku tax-xandara. Billi jiġu mwarrba bil-fond CoBo, il-ħtiġiet għal finanzjament pubbliku għaldaqstant żdiedu. Il-ħlasijiet tad-drittijiet ta' l-awtur huma għalhekk ekwivalenti għal riżorsi maħruġa mill-Istat.

(89)

Barra minn hekk, għalkemm il-fond CoBo jappartjeni u huwa ġestit minn fondazzjoni (li l-bord tagħha huwa amministrat mix-xandara tas-servizz pubbliku), it-trasferimenti mill-fond CoBo jista' jsir disponibbli lix-xandara tas-servizz pubbliku taħt il-kondizzjonijiet li huma determinati mill-Istat biss.

(90)

Ix-xandara tas-servizz pubbliku rċevew mill-Fond CoBo ammont ta' € 31,7 miljun fil-perjodu taħt investigazzjoni. Dan l-ammont jirrapreżenta trasferiment tar-riżorsi ta' l-istat lix-xandara individwali.

6.1.2.   Aċċess b'xejn għall-kejbil

(91)

L-obbligu “must carry” impost fuq l-operaturi tal-kejbil ma jinvolvix kull trasferiment tar-riżorsi ta' l-istat u lanqas jista' d-dħul obbligatorju ta' l-operaturi tal-kejbil jiġi meqjus li jikkostitwixxi trasferiment tar-riżorsi ta' l-Istat (30). Il-Kummissjoni ma taf dwar ebda indikazzjoni kuntrarja. Skond dan, l-opinjoni preliminari li l-miżura mhix għajnuna ta' l-Istat fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE tista' tiġi kkonfermata.

6.1.3.   Faċilitajiet tekniċi b'xejn mill-NOB

(92)

Il-kumpannija pubblika NOB tirċievi ħlasijiet mill-Istat għas-servizzi li hija obbligata tagħti lix-xandara pubbliċi. Dawn il-ħlasijiet jinvolvu t-trasferiment dirett tar-riżorsi ta' l-Istat. Huma fl-aħħar ta' benefiċċju għax-xandara pubbliċi li jġibu s-servizzi b'xejn (31). Fil-fatt, l-awtoritajiet Olandiżi nnifishom ddikjaraw li l-NOB sempliċiment taġixxi bħala “mezz” ta' finanzjament mill-Istat għax-xandara tas-servizz pubbliku li jirċievu s-servizz mill-NOB.

6.2.   Vantaġġ ekonomiku

(93)

Il-finanzjament ad hoc (ħlasijiet lill-FOR u permezz tal-Fondi ta' Tqabbil), it-trasferimenti lill-CoBo u l-provvista ta' faċilitaiet tekniċi b'xejn jipprovdu vantaġġ ekonomiku għax-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż, fis-sens li dawn il-miżuri jneħħulhom l-ispejjeż operattivi li kieku kien ikollhom iħallsu.

6.2.1   Applikabilità tas-sentenza Altmark

(94)

Il-Gvern Olandiż u x-xandara pubbliċi argumentaw li l-miżuri taħt investigazzjoni jikkompensaw lix-xandara pubbliċi Olandiżi għall-ispiża netta li għandha titħallas biex jitneħħa l-kompitu ta' servizz ġenerali mogħti lilhom. Dan għandu jimplika li l-miżuri għalhekk ma jipprovdux vantaġġ għax-xandara tas-servizz pubbliku u ma jikkostitwixxux għajnuna skond is-sentenza Altmark  (32).

(95)

Miżuri ta' l-Istat li jikkompensaw għall-ispejjeż addizzjonali netti ta' SGEI ma jikkwalifikawx bħala għajnuna ta' l-Istat fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE jekk il-kumpens huwa determinat b'tali mod li ma jistax jittieħed vantaġġ reali mill-kompitu. Fis-sentenza Altmark il-Qorti tal-Ġustizzja indikat il-kondizzjonijiet li għandhom jiġi sodisfatti sabiex jaħarbu tali klassifikazzjoni. Dawn il-kondizzjonijiet huma:

l-ewwel, l-impriża riċevitriċi hija fil-fatt meħtieġa li taqdi l-obbligi tas-servizz pubbliku u dawk l-obbligi jkunu ġew definiti b'mod ċar

it-tieni, il-parametri li abbazi tagħhom huwa kkalkolat il-kumpens ġie stabbilit minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti

it-tielet, il-kumpens ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti li jridu jitħallsu biex jitneħħew l-obbligi tas-servizz pubbliku, wara li jiġu kkunsidrati r-riċevuti rilevanti u profitt raġonevoli biex jitneħħew dawk l-obbligi.

ir-raba', meta l-impriża li għandha twettaq l-obbligi tas-servizz pubbliku ma tkunx intgħażlet permezz ta' proċedura ta' akkwist pubbliku, il-livell ta' kumpens meħtieġ jiġi ddeterminat abbażi ta' analiżi ta' l-ispejjeż li impriża tipika, immexxija tajjeb u pprovduta b'mod adegwat b'mezzi ta' produzzjoni sabiex tkun tista' tilħaq il-ħtiġiet tas-servizz pubbliku meħtieġa, tkun ħallset biex jitneħħew dawk l-obbligi, wara li jiġu kkunsidrati r-riċevuti rilevanti u profitt raġonevoli biex jitneħħew l-obbligi

(96)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li fil-każ preżenti l-aħħar tliet kondizzjonijiet stabbiliti hawn fuq ma twettqux. L-ewwel, it-trasferimenti ta' fondi mill-FOR, il-Fondi ta' Tqabbil kif ukoll il-kontribut finanzjarju mill-CoBo u l-PSB ma kinux ibbażati fuq parametri oġġettivi u trasparenti stabbiliti minn qabel.

(97)

Barra minn hekk, il-miżuri ta' finanzjament ad hoc kif ukoll il-ħlasijiet mill-CoBo ma jieħdux kont tar-riċevuti kollha tal-PSB u ma jinkludux is-salvagwardji meħtieġa biex iwettqu kumpens żejjed. Tabilħaqq, kif ser jiġi vvalutat f'aktar dettal hawn taħt, il-finanzjament ad hoc fil-fatt irriżulta f'kumpens żejjed konsiderevoli.

(98)

Finalment, ix-xandara pubbliċi Olandiżi ma ntgħażlux bħala fornituri ta' SGEI abbażi ta' offerta, u lanqas twettqet xi analiżi biex jiġi żgurat li l-livell ta' kumpens huwa determinat abbażi ta' analiżi ta' l-ispejjeż li jkunu ntefqu minn impriża tipika, immexxija tajjeb u pprovduta b'mod adegwat b'mezzi ta' produzzjoni xierqa sabiex tkun tista' tilħaq il-ħtiġiet tas-servizz pubbliku meħtieġ, fit-twettiq ta' dawn l-obbligi. L-istess jgħodd għall-finanzjament tal-faċilitajiet tekniċi disponibbli għall-PSB mill-NOB.

(99)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li mhux il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fis-sentenza Altmark huma sodisfatti f'dan il-każ.

6.3.   Tfixkil tal-kompetizzjoni

(100)

Il-vantaġġ ipprovdut mill-finanzjament ad hoc, it-trasferimenti għall-CoBo u l-provvista ta' faċilitajiet tekniċi b'xejn għax-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż mhumiex disponibbli għal kwalunkwe impriża oħra f'sitwazzjoni komparabbli. Peress li l-kompetizzjoni tiġi mfixkla kull meta l-għajnuna ta' l-istat issaħħaħ il-pożizzjoni komuni ta' l-impriża benefiċjarja fil-konfront tal-kompetituri tagħha, il-vantaġġ jista' jfixkel il-kompetizzjoni bejn il-PSB u l-impriżi l-oħrajn (33).

6.4.   Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(101)

Jekk l-għajnuna ta' l-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża kkomparata ma' impriżi oħrajn li qed jikkompetu f'kummerċ intra-komunitarju, dawn ta' l-aħħar għandhom jitqiesu li huma milquta minn dik l-għajnuna (34), anke jekk l-impriża benefiċjarja hija nniffsha mhux involuta fl-esportazzjoni (35). B'mod simili, meta Stat Membru jagħti għajnuniet lil impriżi li joperaw fis-servizz u industriji ta' distribuzzjoni, l-impriżi riċevituri jistgħu ma jkunux qed iwettqu n-negozju tagħhom barra l-Istat Membru għall-għajnuna biex ikollha effett fuq il-kummerċ Komunitarju (36).

(102)

Skond din il-każistika, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-2001 dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta' l-għajnuna ta' l-Istat għal xandara tas-servizz pubbliku (Komunikazzjoni ta' Xandir) (37), tispjega li:

“Il-finanzjament ta' l-Istat tax-xandara tas-servizz pubbliku jista' jiġi kkunsidrat b'mod ġenerali li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Din huwa b'mod ċar il-pożizzjoni fir-rigward ta' l-akkwist u l-bejgħ tad-drittijiet tal-programmi, li ta' spiss jitwettqu f'livell internazzjonali. Ir-reklamar, ukoll, fil-każ tax-xandara pubbliċi li huma permessi li jbigħu spazju ta' reklamar, għandu effett transkonfini, speċjalment għal oqsma lingwistiċi omoġeni fil-fruntieri nazzjonali. Barra minn hekk, l-appartenenza tista' tiġi estiża għal aktar minn Stat Membru wieħed.” (38)

(103)

Fil-każ in kwistjoni, ix-xandara pubbliċi Olandiżi huma nnifsihom attivi fis-suq internazzjonali: permezz ta' l-Unjoni tax-Xandara Ewropej huma jiskambjaw programmi tat-televiżjoni u jipparteċipaw fis-sistema Ewroviżjoni. Barra minn hekk, il-programmi tagħhom huma mxandrin fil-Belġju u l-Ġermanja. Ukoll, ix-xandara pubbliċi Olandiżi qegħdin f'kompetizzjoni diretta ma' xandara kummerċjali li huma attivi fis-suq ta-xandir internazzjonali u li għandhom struttura ta' appartenenza internazzjonali.

(104)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-finanzjament ad hoc, il-fondi pprovduti lill-CoBo u l-provvista ta' faċilitajiet tekniċi b'xejn huma tali li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

6.5.   Konklużjoni

(105)

Peress li l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE huma milħuqa u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza-Altmark ma ntlaħqux fl-intier tagħhom, il-Kummissjoni tikkonkludi li finanzjament ad hoc (finanzjament mill-FOR u l-Fondi ta' Tqabbil), il-fondi mogħtija permezz tal-Fond CoBo u l-provvista ta' servizzi u faċilitajiet tekniċi b'xejn lix-xandara pubbliċi Olandiżi – jikkwalifikaw bħala għajnuna ta' l-Istat fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) KE. Min-naħa l-oħra, il-vantaġġ li jirriżulta minn aċċess b'xejn għan-netwerk tal-kejbil ma jinvolvix trasferiment għar-riżorsi ta' l-Istat u ma jikkostitwixxix għajnuna ta' l-Istat.

7.   KWALIFIKAZZJONI TA' MIŻURI BĦALA “GĦAJNUNA ĠDIDA”

(106)

Skond ir-Regolament tal-Kunsill 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 KE (39)“għajnuna eżistenti” għandha tfisser (inter alia):

“(i)

…, l-għajnuna kollha li eżistiet qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat fl-Istati Membri rispettivi, jiġifieri, l-iskemi ta' għajnuna u l-għajnuna individwali li tnedew qabel, u għadhom applikabbli wara, id-dħul fis-seħħ tat-Trattat.”

(107)

Kif iddikjarat qabel, wieħed jista' jiddistingwi bejn il-ħlasijiet annwali li mhumiex soġġetti għad-deċiżjoni preżenti u l-ħlasijiet ad hoc.

7.1.   Ħlasijiet annwali

(108)

Il-ħlasijiet annwali jsiru abbażi ta' l-Artikolu 110 MA li jiddikjara li “entitajiet li ngħataw ħin biex ixandru huma intitolati għal finanzjament mill-baġit ġenerali”. Il-livell ta' finanzjament u d-disponibilità huma stabbiliti fl-istess MA. Din is-sistema ta' finanzjament eżistiet qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat, u hija kkwalifikata bħala għajnuna eżistenti kif rikonoxxuta mill-Kummissjoni fil-proċedura E-5/2005 (40).

7.2.   Ħlas Ad hoc

(109)

'Il hekk imsejħin ħlasijiet ad hoc għandhom numru ta' karatteristiċi li jiddistingwuhom mill-ħlasijiet annwali regolari u jargumentaw kontra l-kwalifikazzjoni tagħhom bħala għajnuna eżistenti:

Il-bażi legali għall-ħlasijiet ġiet stabbilita wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat. Kien biss fl-1996 li l-Istat introduċa permezz tal-Fondi ta' Tqabbil il-possibbiltà biex jitqabblu l-ispejjeż li saru mix-xandara pubbliċi fil-każ ta' żieda eċċessiva fil-prezz għad-drittijiet tal-programm. Qabel l-1996, il-possibbiltà biex jitqabblu l-ħlasijiet li saru mix-xandara pubbliċi ma kinitx teżisti. Bl-istess mod, l-emenda għall-MA li tagħmilha possibbli li jsiru ħlasijiet ad hoc mill-FOR għal xandara individwali kienet introdotta fl-1998. Fir-rigward tal-kontribut ta' l-Istat lil CoBo, kien biss fl-1994 li l-Istat iddeċieda li jikkontribwixxi għal dan il-Fond.

Il-ħlasijiet proprji saru biss mill-1994. Aktar speċifikament, il-ħlasijiet mill-fond CoBo saru mill-1994, mill-Fond ta' Tqabbil sa mill-1996 u mill-FOR sa mill-1999.

Kontrarju għall-finanzjament annwali regolari, il-ħlasijiet ad hoc ma jistgħux jikkwalifikaw bħala ħlasijiet li x-xandara tas-servizz pubbliku huma intitolati għalihom. Il-pagament tal-finanzjament ad hoc għalhekk mhux proċess awtomatiku (41). Dawn il-ħlasijiet jitwettqu fuq talba mix-xandara individwali tas-servizz pubbliku u huma mogħtija wara deċiżjoni speċifika u individwali li ssir mill-Ministru għall-Kultura abbażi ta' l-Artikolu 106a MA. Fil-każ ta' l-FOR, per eżempju, il-Ministru jiddeċiedi filwaqt li jikkunsidra l-livell ta' l-FOR jekk il-flejjes għandhomx jiġu ttrasferiti mill-AOR lill-FOR. Hija mbagħad il-PO li tqassam il-flejjes ulterjorment abbażi tar-regoli stabbiliti fil-Protokolli.

Il-kondizzjonijiet li taħthom it-trasferimenti jistgħu jitwettqu ġew stabbiliti fil-hekk imsejħa “Protokolli ta' Trasferiment” stabbiliti fl-1999 u fl-2002. Fir-rigward tal-CoBo, l-Istat jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet għal ħlasijiet lil u mill-Fond li jmorru lura biss sa l-1994.

Finalment, il-finanzjament huwa mogħti għal raġunijiet speċifiċi, kif indikat fil-paragrafu 2.3.3. Huma jservu per eżempju biex jagħtu impetu lix-xandara biex jipproduċu programmi aħjar, biex jassorbu l-varjazzjonijiet tad-dħul mir-reklamar, huma jservu biex jagħmlu tajjeb għal prezzijiet miżjuda ta' drittijiet ta' l-isports u huma jservu biex jistimolaw ko-produzzjonijiet bejn ix-xandara Belġjani u Ġermaniżi.

7.3.   Faċilitajiet tekniċi b'xejn

(110)

Ix-xandara tas-servizz pubbliku jirċievu faċilitajiet tekniċi b'xejn mill-NOB mindu l-“Att dwar il-mezzi tax-xandir 1987” daħal fis-seħħ. Sa minn dik is-sena, l-NOB bdiet tipprovdi faċilitajiet għax-xandara tas-servizz pubbliku fejn qabel dawn il-faċilitajiet kienu pprovduti mill-NOS. L-NOB ġie fdat b'servizz ta' interess ekonomiku ġenerali u jipprovdi l-faċilitajiet lix-xandara tas-servizz pubbliku individwali b'xejn u jirċievi ħlasijiet direttament mill-Istat. Din il-miżura tista' għalhekk tiġi kkunsidrata bħala miżura ta' għajnuna ġdida.

7.4.   Konklużjoni dwar il-kwalifikazzjoni bħala “għajnuna ġdida”

(111)

Il-finanzjament ad hoc (ħlasijiet mill-FOR għax-xandara pubbliċi individwali u mill-Fondi ta' Tqabbil), it-trasferimenti mill-CoBo u l-provvista ta' faċilitajiet tekniċi b'xejn għandhom jiġu kkunsidrati kollha bħala għajnuna ġdida aktar milli għajnuna eżistenti.

8.   KUMPATIBILITÀ TA' L-GĦAJNUNA TAĦT L-ARTIKOLU 86(2) TAT-TRATTAT TAL-KE

(112)

Fuq il-bażi tal-karatteristika tal-miżuri l-unika raġunijiet possibbli għal kumpatibilità hija l-Artikolu 86(2) KE li jiddikjara li: “Kull impriża responsabbli biex topera servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali [...] għandha tkun soġġetta għar-regoli ta' dan it-Trattat, b'mod partikolari dawk li jirreferu għall-kompetizzjoni, safejn l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b' mod kuntrarju għall-interessi tal-Komunità.”

(113)

Il-Qorti tal-Ġustizzja b'mod konsistenti insistiet li l-Artikolu 86(2) KE jista' jipprovdi għal deroga mill-projbizzjoni fuq l-għajnuna ta' l-Istat għal impriżi fdati bi SGEI (42). Is-sentenza tal-Qorti Altmark b'mod impliċitu kkonfermat li l-għajnuna ta' l-Istat li tikkompensa l-ispejjeż li jkollhom jitħallsu minn impriża għall-provvista ta' SGEI tista' tkun kumpatibbli mas-suq komuni jekk tilħaq il-kondizzjoni ta' l-Artikolu 86(2) KE.

(114)

Il-Qorti tal-Ġustizzja b'mod konsistenti insistiet (43) li l-Artikolu 86(2) KE jinkludi deroga li għandha tiġi interpretata b'mod restrittiv. Il-Qorti għamlitha ċara li, biex miżura tikkwalifika għal tali deroga, huwa meħtieġ li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma milħuqa:

is-servizz in kwistjoni għandu jkun servizz ta' interess ekonomiku ġenerali u definit b'mod ċar bħala tali mill-Istat Membru;

l-impriża in kwistjoni għandha tkun fdata espliċitament mill-Istat membru bil-provvista ta' dak is-servizz;

l-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni tat-Trattat għandha tostakola l-prestazzjoni tal-kompiti partikolari assenjati lill-impriża u l-eżenzjoni minn tali regoli m'għandhomx jaffettwaw l-iżvilupp tal-kummerċ sal-punt li jkun kuntrarju għall-interessi tal-Komunità.

(115)

Il-Komunikazzjoni tax-Xandir tistabbilixxi l-prinċipji u l-metodi li l-Kummisjoni għandha intenzjoni tapplika sabiex tiżgura li l-kondizzjonijiet imsemmijin hawn fuq huma konformi. Hija għandha teżamina jekk fil-każ in kwistjoni:

l-attivitajiet tax-xandir tax-xandara pubbliċi Olandiżi huma definiti b'mod ċar u preċiż mill-awtoritajiet pubbliċi Olandiżi bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (definizzjoni);

ix-xandara pubbliċi Olandiżi huma uffiċjalment fdati mill-awtoritajiet Olandiżi bil-provvista ta' dak is-servizz (entrustment);

il-finanzjament ta' l-Istat ma jeċċedix l-ispiża netta ta' dak is-servizz pubbliku, waqt li jittieħed in kunsiderazzjoni dħul ieħor dirett jew indirett li ġej mis-servizz pubbliku (proporzjonalità).

8.1.   Definizzjoni

(116)

F'dan il-kuntest, għandu jiġi mmsemmi li l-finanzjament ad hoc u l-provvista b'xejn ta' faċilitajiet tekniċi huma intenzjonati biex jappoġġaw attivitajiet li huma parti mir-responsabbiltà ta' servizz pubbliku ġenerali. L-evalwazzjoni tal-livell globali ta' finanzjament tax-xandara tas-servizz pubbliku huwa għalhekk meħtieġ, iżda d-deċiżjoni preżenti m'għandhiex l-intenzjoni li tivvaluta l-mekkaniżmu u l-kondizzjonijiet li taħthom il-finanzament ta' l-Istat huwa pprovdut apparti l-miżuri speċifiċi hawn fuq. Id-deċiżjoni preżenti lanqas ma tikkonċerna l-organizzazzjoni tas-sistema tax-xandir pubbliku bħala sħiħ.

(117)

Kif iddikjarat fil-paragrafu 33 tal-Komunikazzjoni tax-Xandir, huwa f'idejn l-Istati Membri biex jiddefinixxu l-mandat tas-servizz pubbliku ta' xandar pubbliku. Minħabba n-natura speċifika tat-taqsima tax-xandir, il-Kumissjoni tikkunsidra “definizzjoni ‘wiesgħa’ li tagħti xandar partikolari l-kompitu li jipprovdi programmar bilanċjat u varjat skond il-mandat tiegħu, biex ikun leġittimu taħt l-Artikolu 86(2) KE, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet interpretattivi tal-Protokoll. Tali definizzjoni għandha tkun konsistenti ma' l-objettiv li jintlaħqu l-ħtiġiiet demokratiċi, soċjali u kulturali ta' soċjetà partikolari u biex jiġi ggarantit il-pluraliżmu, inklużi d-diversità kulturali u lingwistika.”

(118)

Madankollu, għalkemm id-definizzjoni tista' tkun wiesgħa, hija għandha tkun suffiċjentement ċara u preċiża biex ma jitħalla ebda dubju dwar jekk ċerta attività mwettqa mill-operatur fdat hija intiża mill-Istat Membru biex tiġi inkluża fir-responsabbiltà tas-servizz pubbliku jew le. Kif dikjarat fil-paragrafu 36 tal-Komunikazzjoni tax-Xandir, ir-rwol tal-Kummissjoni huwa limitat biex tivverifika jekk id-definizzjoni tas-servizz pubbliku tinkludix xi żball evidenti.

(119)

Il-kompitu prinċipali tax-xandara pubbliċi huwa li jipprovdu programmi ta' kwalità għolja u varjati għal xandir ġenerali fuq l-istazzjonijiet pubbliċi, fl-interess ġenerali, kif stabbilit fl-Artikolu 13c MA. Il-ħtiġiet speċifiċi tal-programmar fir-rigward tal-kategoriji tal-kontenut li għandhom jiġu koperti u l-ammont ta' ħin ta' xandir li għandu jiġi ddedikat lil kull kategorija wkoll huma inklużi fil-leġiżlazzjoni.

(120)

CLT-UFA ddikjarat li x-xandara pubbliċi Olandiżi jxandru b'mod ġenerali wisq sports u wisq futbol b'mod partikolari. Dawk li lmentaw speċifikaw li n-NOS RTV ixxandar il-maġġoranza ta' l-avvenimenti ta' l-isports fl-Olanda. Kif iddikjarat hawn fuq, il-finanzjament ad hoc kien intiż biex jiffinanzja attivitajiet li huma parti mir-responsabbiltà tas-servizz pubbliku ġenerali u kienu għalhekk intiżi għall-akkwist tad-drittijiet ta' l-isports.

(121)

Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li x-xandir ta' programmi ta' l-isports, fi ħdan il-limitu ta' madwar 10 % tal-ħin totali ta' xandir, mhux żball evidenti. L-isports jista' jkun parti mill-missjoni tas-servizz pubbliku ta' xandara u proporzjon ta' 10 % tal-ħin ta' xandir iddedikat lill-isports mhux konsistenti mar-responsabbiltà li tiġi offruta varjetà ta' programmi bilanċjati u varjati tas-servizz pubbliku.

(122)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kompitu prinċipali kif definit fl-Artikolu 13c(1) huwa definit b'mod wiesa', iżda jista' jiġi kkunsidrat li jilħaq – skond il-formulazzjoni tal-protokoll ta' Amsterdam – il-“ħtiġijiet demokratiċi, soċjali u kulturali” tas-soċjetà Olandiża. Għalhekk, id-definizzjoni fil-leġiżlazzjoni hija ċara u preċiża biżżejjed fir-rigward tal-kompitu prinċipali, u ma fihiex żbalji evidenti.

8.2.   Delegazzjoni

(123)

Il-paragrafu 40 tal-Komunikazzjoni ta' Xandir jiddikjara li sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni taħt l-Artikolu 86(2) KE, il-mandat tas-servizz pubbliku għandu jiġi fdat lix-xandara pubbliċi Olandiżi permezz ta' att uffiċjali. Il-Kummissjoni tinnota li l-Att dwar il-mezzi tax-xandir tafda formalment lill-NOS bil-kompitu tas-servizz pubbliku definit fl-Artikolu 13c u l-leġiżlazzjoni ta' sostenn. Ix-xandara pubbliċi huma mogħtija d-dritt li ixandru programmi fuq stazzjonijiet pubbliċi bl-Artikolu 31 MA, u l-Kummissjoni tikkunsidra li l-kompitu prinċipali tax-xandir ta' programmi huwa suffiċjentement fdat lix-xandara pubbliċi.

8.3.   Proporzjonalità

(124)

Fil-Kapitolu 6.3 tal-Komunikazzjoni ta' Xandir, huwa spjegat li l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità li l-Kummissjoni għandha twettaq hija maqsuma fi tnejn. (44)

(125)

Min-naħa waħda, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ispiża netta tal-kompitu tas-servizz pubbliku fdat lix-xandara pubbliċi Olandiżi u tivverifika jekk din l-ispiża kinitx ikkumpensata żżejjed jew le. Meta tikkumpensa impriża, l-għajnuna ta' l-Istat m'għandhiex teċċedi l-ispejjeż netti tal-missjoni tas-servizz pubbliku. Biex tasal għall-ispiża netta, għandu jiġi kkunsidrat id-dħul dirett jew indirett li ġej mill-missjoni tas-servizz pubbliku. Għalhekk il-benefiċċju nett ta' l-isfruttar ta' l-attività tas-servizz pubbliku għandu jiġi kkunsidrat għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni tal-propozjonalità ta' l-għajnuna.

(126)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni għandha tinvestiga kwalunkwe informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha billi tissuġġerixxi li x-xandara pubbliċi fixklu l-kompetizzjoni fis-swieq kummerċjali aktar milli meħtieġ għat-twettiq tas-servizz pubbliku. Per eżempju, xandar tas-servizz pubbliku, sakemm dħul iktar baxx ikun kopert mill-għajnuna ta' l-Istat, jista' jkollu t-tentazzjoni li jnaqqas il-prezzijiet tar-reklamar jew ta' attivitajiet oħrajn tas-servizz mhux pubbliku fis-suq, sabiex inaqqas id-dħul tal-kompetituri. Tali prattika teħtieġ finanzjament ta' l-istat addizzjonali biex jikkumpensa għad-dħul mitluf minn attivitajiet kummerċjali u għalhekk ikun jindika l-preżenza ta' kumpens żejjed ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku.

8.3.1.   Trasparenza u spiża-allokazzjoni

(127)

Il-Kummissjoni l-ewwel teħtieġ tiddetermina l-ispiża ta' l-SGEI. Peress li x-xandara pubbliċi Olandiżi jwettqu wkoll attivitajiet ta' servizz mhux pubbliku, huma meħtieġa b'Direttiva tal-Kummissjoni 80/723 tal-25 ta' Ġunju 1980 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi (45), kif emendat bid-Direttiva 2000/52/EG (46), biex tinżamm kontabilità separata abbażi tal-prinċipji tal-kontabilità dwar l-ispiża stabbilita b'mod ċar u oġettiva. L-ispejjeż li huma attribwibbli kompletament għall-attivitajiet tas-servizz pubbliku biss, filwaqt li jibbenefikaw ukoll mill-attivitajiet kummerċjali, m'għandhomx għalfejn ikunu f'porzjon bejn it-tnejn u jistgħu jkunu kompletament allokati għas-servizz pubbliku (47).

(128)

Il-linja gwida 80/723/EEG ġiet implimentata fl-Olanda permezz ta' emenda tal-Liġi dwar il-Kompetizzjoni (“Mededingingswet”) (48). Barra minn hekk, Digriet speċjali (49) jobbliga lix-xandara pubbliċi jżommu kontabbilità separata għall-attivitajiet sekondarji u l-attivitajiet ta' assoċjazzjoni kollha. Fuq il-bażi ta' dan, l-awtoritajiet Olandiżi pprovdew informazzjoni dwar l-ispejjeż u d-dħul tax-xandara pubbliċi fil-perjodu 1994-2005.

(129)

Skond il-ħtiġiet tad-Direttiva ta' Trasparenza l-Istati Membri m'għandhomx biss jiżguraw li tinżamm kontabilità separata għal attivitajiet tas-servizz pubbliku u tas-servizz mhux pubbliku, iżda wkoll li l-ispejjeż u d-dħul kollu huwa allokat b'mod korrett abbażi ta' prinċipji ta' kontabilità applikata b'mod kostanti u ġustifikabbli b'mod oġġettiv u li l-prinċipji ta' l-allokazzjoni ta' l-ispejjeż li għalihom tinżamm kontabilità separata jiġu stabbiliti b'mod ċar.

(130)

Madankollu, fil-każ preżenti, il-Kummissjoni tinnota li d-Digriet ma jiddeterminax kif ix-xandara pubbliċi għandhom jallokaw l-ispejjeż li huma kondiviżi mill-attivitajiet tas-servizz pubbliku u tas-servizz mhux pubbliku. Informazzjoni mill-awtoritajiet Olandiżi tikkonferma li barra dan ix-xandara pubbliċi jużaw metodi differenti biex jallokaw l-ispejjeż. L-awtoritajiet jargumentaw li fuq livell individwali l-allokazzjoni hija korretta, iżda minħabba l-għażliet li x-xandara individwali jagħmlu fir-rigward ta' l-allokazzjoni, l-allokazzjoni tista' tkun differenti minn xandar għall-ieħor. Il-Kummissjoni ttenni madankollu li l-fatt li m'hemm ebda konsistenza bejn ix-xandara differenti hija indikazzjoni li d-Digriet ma jippreskrivix b'mod suffiċjenti kif l-allokazzjoni ta' l-ispejjeż għandha titwettaq.

(131)

Għalhekk, abbażi ta' l-informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Olandiżi, ma jistax jiġi konkluż li l-ispejjeż huma allokati b'mod korrett abbażi tal-metodi ta' allokazzjoni ta' l-ispejjeż. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dħul nett kollu ta' l-attivitajiet kummerċjali tax-xandara tas-servizz pubbliku għandhom jiġu kkunsidrati fid-determinazzjoni jekk il-finanzjament ta' l-istat kienx proporzjonali ma' l-ispejjeż tas-servizz pubbliku. Dan huwa konsistenti wkoll mal-qafas leġiżlattiv Olandiż li japplika għas-sistema ta' xandir tas-servizz pubbliku u li jobbliga lix-xandara biex jużaw għall-għanijiet tas-servizz pubbliku l-profitti tagħhom kollha, inkluż dawk mill-attivitajiet kummerċjali (50).

8.3.2.   Propozjonalità tal-Finanzjament Pubbliku

(132)

Skond il-paragrafu 57 tal-Komunikazzjoni tax-Xandir, huwa meħtieġ li l-għajnuna ta' l-Istat ma teċċedix l-ispejjeż netti tas-servizz pubbliku li tħallsu mix-xandar. Għalhekk, wara li jiġu ddeterminati l-ispejjeż netti tas-servizz pubbliku għandu jiġi stabbilit jekk l-ammont totali tal-finanzjament ta' l-istat ma jeċċedix dan l-ammont.

(133)

Kif innotat hawn fuq, jekk ma twettqitx allokazzjoni ta' l-ispejjeż kompleta jew sinifikanti, id-dħul nett ta' l-attivitajiet kollha li bbenefikaw direttament jew indirettament mill-finanzjament pubbliku għandhom jiġu kkunsidrati għall-kalkolu ta' l-ispejjeż netti tas-servizz pubbliku (51). Id-dħul ta' l-attivitajiet kummerċjali “li jitmexxew weħidhom” biss m'għandhomx għalfejn jiġu kkunsidrati fl-istabbiliment ta' l-ispejjeż netti tal-missjoni tas-servizz pubbliku. Dawn l-attivitajiet li ma bbenefikawx direttament jew indirettament – per eżempju permezz ta' inputs ta' produzzjoni irħas – mill-finanzjament ta' l-istat jew li ħallsu l-valur sħiħ ta' l-inputs li huma jaqsmu ma' jew jirriżultaw mill-attività tas-servizz pubbliku.

(134)

La l-kunċett ta' “attivitajiet li jitmexxew weħidhom” u lanqas allokazzjoni sinifikanti u kompleta bejn l-attivitajiet differenti tax-xandara ma jeżistu fis-sistema tax-xandir tas-servizz pubbliku Olandiża. Barra minn hekk, l-Att dwar il-mezzi tax-xandir jistipola li d-dħul nett kollu tal-kompitu prinċipali u sekondarju (52), l-attivitajiet sekondarji u l-attivitajiet ta' assoċjazzjoni (53) għandu jintuża għat-twettiq tal-missjoni tas-servizz pubbliku (54).

(135)

Konsegwentement, l-ispejjeż netti ta' l-attivitajiet tas-servizz pubbliku huma determinati billi jiġi kkunsidrat id-dħul mill-attivitajiet kollha tax-xandara tas-servizz pubbliku. Għaldaqstant:

fl-ewwel lok, l-ispiża netta tas-servizz pubbliku hija ddeterminata billi jitnaqqsu l-ispejjeż totali tal-forniment tas-servizz pubbliku, id-dħul nett li jirriżulta mill-isfruttar tas-servizz pubbliku (kompiti prinċipali u sekondarji) (55);

fit-tieni lok, id-dħul kummerċjali nett l-ieħor kollu huwa kkunsidrat (attivitajiet sekondarji u ta' assoċjazzjoni);

fit-tielet lok, il-forom kollha tal-finanzjament pubbliku huma miżjuda flimkien. L-ewwel, il-finanzjament ta' l-Istat annwali u l-ħlasijiet Stifo li huma kkunsidrati bħala miżuri ta' “għajnuna eżistenti”. It-tieni, il-finanzjament ad hoc (pagament mill-FOR u l-Fondi ta' Tqabbil) u l-ħlasijiet mill-CoBo, li huma kkunsidrati bħala miżuri ta' “għajnuna ġdida”.

(136)

Is-somma tal-punti kollha ta' hawn fuq tiddetermina jekk il-finanzjament totali ta' l-Istat jeċċedix jew le l-ispejjeż totali netti tas-servizz pubbliku, jew fi kliem ieħor, jekk kien hemm jew le kumpens żejjed tal-kompiti tas-servizz pubbliku.

(137)

Fir-rigward tal-provvista b'xejn tas-servizzi u l-faċilitajiet tekniċi mill-NOB, il-miżura għandha, fil-prinċipju, tiġi kkunsidrata fl-evalwazzjoni tal-kumpens żejjed. Madankollu, mhux meħtieġ b'mod espliċitu li tiġi inkluża l-miżura fil-kalkoli peress li l-benefiċċji mis-servizz tekniku b'xejn ikollu jiġi ffinanzjat. Għalhekk, bil-ħlas ta' l-ispejjeż in kwistjoni jkun żdied bl-istess ammont ta' l-ispejjeż tas-servizz pubbliku fdati lix-xandara pubbliċi Olandiżi. L-inklużjoni ta' dawn l-ispejjeż għalhekk ma jbiddlux ir-riżultat nett finali (56).

8.4.   Deċiżjoni tal-ftuħ u l-perjodu taħt investigazzjoni

(138)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni, fuq bażi preliminari, ikkwantifikat il-kumpens żejjed li jammonta għal € 110 miljun. Il-kalkolu kien ibbażat fuq statistika mhux kompluta ta' l-ammont proprju ta' trasferimenti għar-riżervi u tal-livell tar-riżervi miżmuma mis-sistema ta' xandir tas-servizz pubbliku bħala parti sħiħa matul is-snin 1992-2002. L-awtoritajiet ma pprovdewx fil-ħin data kompleta dwar ix-xandara individwali.

(139)

Wara l-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni rċeviet statisiċi ta' spejjeż u dħul tax-xandara individwali li li huma aktar dettaljati mill-istatistiċi globali pprovduti fil-ħin tal-ftuħ tal-proċedura. Barra minn hekk, l-informazzjoni ġdida tipprovdi data proprja sas-sena 2005 u tinkudi wkoll stima għall-2006.

(140)

Id-deċiżjoni tikkonċerna l-ħlasijiet ad hoc li kienu mħallsin sa mill-1994 u tkopri l-perjodu sa l-2005. Fir-rigward tad-data ta' tmiem, l-awtoritajiet Olandiżi stiednu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra wkoll l-istatistika mill-2006. Madankollu, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax dan bħala xieraq, peress li l-istatistiċi mill-2006 huma biss għas-sena ta' baġit attwali.

8.4.1.   Evalwazzjoni tal-kumpens tax-xandara tas-servizz pubbliku individwali

(141)

Jidher li 14 minn 19-il xandar tas-servizz pubbliku ġew ikkumpensati żżejjed fil-perjodu 1994-2005. Il-kumpens żejjed iġġenera € 32 miljun profitti li ġew ittrasferiti ġeneralment fir-Riżervi tal-Programm tagħhom.

(142)

Madankollu, parti mill-kumpens żejjed ġie użat f'xi każijiet biex jibbilanċja l-kumpens nieqes fil-perjodu qabel l-1994, Riżerva tal-Programm negattiva (57). Ix-xandara ngħataw permess jirreġistraw biss ir-Riżervi tal-Programm negattivi meta l-ispejjeż tas-servizz pubbliku qabżu s-sorsi varji tal-finanzjament tas-servizz pubbliku. Fi kliem ieħor, ir-Riżervi tal-Programm negattivi setgħu jirriżultaw biss minn kumpens inqas ta' l-ispejjeż tas-servizz pubbliku.

(143)

Min-naħa l-oħra, kwalunkwe telf possibbli mill-attivitajiet kummerċjali kellhom jiġu ffinanzjati bir-Riżervi ta' l-Assoċjazzjoni u ma setgħux jiġu riflessi fir-Riżervi tal-Programm. Skond l-awtoritajiet Olandiżi, ir-Riżervi ta' Assoċjazzjoni nbdew b'fondi privati.

(144)

Hemm ukoll każijiet li fihom in-nuqqas ta' kumpens ta' l-ispejjeż tas-servizz pubbliku kien temporanjament iffinanzjat mir-Riżervi ta' Assoċjazzjoni. Fl-1993, ir-Riżervi ta' Assoċjazzjoni kienu “iffriżati” mill-awtoritajiet Olandiżi; sa minn dak il-mument, id-dħul mis-servizz pubbliku u l-attivitajiet kummerċjali ma setgħux jiġu miżjuda aktar ma' dawn ir-Riżervi ta' Assoċjazzjoni. Madankollu, saret eċċezzjoni għar-rimborż ta' ħlasijiet li saru mir-Riżervi ta' Assoċjazzjoni qabel l-1994 biex ikopru għal spejjeż tas-servizz pubbliku mhux iffinanzjati. Skond l-awtoritajiet Olandiżi, din kienet l-unika ċirkostanza li fiha l-fondi xorta ġew miżjuda ma' dawn ir-riżervi wara l-1994 (58).

(145)

Il-Kummissjoni tikkunsdira li l-ammonti negattivi rreġistrati fir-Riżervi tal-Programm u l-varjazzjonijiet pożittivi tar-Riżervi ta' Assoċjazzjoni wara l-1994 seħħew biss b'riżultat ta' “nuqqas ta' kumpens” preċedenti ta' l-ispejjeż tas-servizz pubbliku. L-ibbilanċjar konsegwenti ta' dawn is-sommom huwa għalhekk ikkunsidrat bħala spejjeż eliġibbli tal-kompitu tas-servizz pubbliku. L-ammonti korrispondenti għalhekk m'għandhomx jiġu kkunsidrati għall-istabbiliment ta' kumpens żejjed.

(146)

Kif iddikjarat qabel, il-kumpens żejjed mexa b'mod ġenerali fir-Riżervi tal-Programm. Fl-2005, il-PO iddeċieda għall-ewwel darba, abbażi ta' l-Artikolu 109a u l-Art 19a(1)h ta' l-MA, li r-riżervi miżmuma mix-xandara pubbliċi ta' iktar minn 5 sa 10 % tal-baġit annwali tagħhom għandu jiġi ttrasferit lill-PO (59). Dan it-trasferiment huwa kkunsidrat ukoll parti mill-miżuri ad hoc u huwa kkunsidrat fid-determinazzjoni tal-proporzjonalità tal-kumpens. B'riżultat ta' dan, dan it-trasferiment naqqas il-kumpens globali tax-xandara individwali tas-servizz pubbliku, filwaqt li żied il-kumpens żejjed tal-PO.

(147)

Billi titnaqqas – minn kull sena mill-1994 sa l-2005 – l-ispiża netta tas-servizz pubbliku mill-finanzjament globali riċevut mill-istat, fil-mod deskritt fil-paragrafu 135, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-ebda mix-xandara individwali ma rċevew finanzjament pubbliku ta' iktar minn 10 % tal-baġit annwali tiegħu. Peress li l-ispejjeż tax-xandir pubbliku jista' jvarja kull sena, l-Istat jista' tassew jixtieq għal raġunijiet baġitarji li jżomm il-varjazzjonijiet fil-finanzjament ta' l-Istat għal minimu u jippermetti ċertu perċentwali ta' kumpens żejjed annwali biex jitmexxa 'l quddiem għas-sena ta' wara. Il-Kummissjoni għarfet dan il-prinċipju fil-każ tax-xandir pubbliku Olandiż (60).

(148)

Il-Kummissjoni ddikjarat li f'dak il-każ li dawn ir-riżervi għandhom jiġu stabbiliti għal dan l-għan speċifiku u li huma għandhom jiġu regolarizzati f'ħinijiet fissi, jiġifieri jiġi mnaqqas mill-kumpens tas-sena d-dieħla jekk il-kumpens żejjed ġie determinat. Għalhekk, jekk il-kumpens żejjed ma jeċċedix l-10 % ta' l-ammont tal-kumpens annwali, tali kumpens żejjed huwa kumpatibbli mat-Trattat tal-KE u jista' jitmexxa l-quddiem għall-perjodu annwali li jmiss u mnaqqas mill-ammont ta' kumpens pagabbli fir-rigward ta' dak il-perjodu.

(149)

Kif diġà indikat, l-awtoritajiet Olandiżi ddeċidew li kull xandar individwali tas-servizz pubbliku jista' jżomm biss riżerva dedikata ta' massimu ta' 5 sa 10 % tal-baġit annwali tiegħu (61). Fid-dawl ta' din il-limitazzjoni, il-PO ordna fl-2005 t-trasferiment ta' € 42,457 miljun ta' riżervi mix-xandara individwali lill-PO. L-awtoritajiet impenjaw ruħhom ukoll li jwettqu regolarment il-monitoraġġ tar-riżervi u li jordnaw ir-rimborż ta' ammonti ta' eċċess 'il fuq minn 10 % tal-kumpens annwali (62). Il-Kummisjoni għalhekk tikkunsidrat li l-kondizzjonijiet huma milħuqa biex ikun aċċettat bħala kumpatibbli ammont ta' kumpens żejjed li ma jeċċedix l-10 % tal-baġit annwali tax-xandara tas-servizz pubbliku (63).

(150)

Peress li l-kumpens żejjed ma jeċċedix il-marġini ta' 10 % tal-baġit annwali, jista' għalhekk jiġi kkunsidrat bħala ġustifikat jew it-twettiq tas-servizz pubbliku u l-għajnuna hija għalhekk ikkunsidrata kumpatibbli ma' l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE.

8.4.2.   Kumpens żejjed lil PO

(151)

Il-PO irċieva wkoll kumpens għall-ġestjoni u r-rwol ta' koordinazzjoni tas-sistema ta' xandir. Dan ir-rwol huwa mwettaq minn organizzazzjoni separata, 'il hekk imsejħa PO, li żżomm kontabilità interna separata. L-awtoritajiet Olandiżi ddikjaraw li għalkemm in-NOS RTV u l-PO huma partijiet ta' entità legali ewlenija u jippreżentaw ukoll kontabbilità konsolidata, taħt l-ebda ċirkustanza ma jistgħu jkollhom aċċess għall-fondi ta' xulxin.

(152)

Fuq il-bażi tal-kontabilità separata għall-PO u b'segwitu ta' l-approċċ deskritt fil-paragrafu 135, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-PO irċieva total ta' kumpens żejjed ta' € 55,908 miljun, li ma jinkludix ir-riżervi li kienu trasferiti fl-2005 mix-xandara individwali. It-trasferiment tar-riżervi ammonta għal € 42,457 miljun. Meta dan it-trasferiment jiġi kkunsidrat, it-total ta' kumpens żejjed tal-PO jammonta għal € 98,365 (€ 55,908 + € 42,457) miljun).

Tabella 4

Ħarsa ġenerali tal-finanzjament annwali tal-PO (1994-2005). Ammonti x 1 miljun € (64)

 

1994

1995

1996

1997

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

Total

Spejjeż ta' attività pubblika

53,1

60,5

61,8

64,6

69,3

77,3

89,0

94,7

100,4

91,2

91,9

95,2

948,9

Dħul minn attività pubblika

0

0

0

0,7

3,3

3,5

2,5

2,6

3,4

0,2

0

0

16,2

Spejjeż netti ta' attività pubblika

53,1

60,5

61,8

63,9

66,0

73,8

86,4

92,0

97,0

90,9

91,9

95,2

932,7

Riżultat nett ta' attivitajiet kummerċjali

5,7

5,9

6,5

7,3

10,7

16,0

13,7

12,0

10,8

13,1

22,3

9,7

133,7

Ħtieġa għal finanzjament pubbliku

47,5

54,6

55,3

56,5

55,4

57,8

72,7

80,0

86,2

77,8

69,6

85,5

799,0

Ħlasijiet annwali

49,4

55,6

58,3

58,9

62,3

70,7

68,7

74,6

78,6

85,4

78,0

79,3

819,6

Ħlasijiet annwali minn Stifo

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Kumpens annwali totali

49,4

55,6

58,3

58,9

62,3

70,7

68,7

74,6

78,6

85,4

78,0

79,3

819,6

Riżultat minn ħlasijiet ad hoc

1,9

1,0

3,0

2,3

6,9

12,8

-4,0

-5,4

-7,6

7,6

8,4

-6,2

20,7

Ħlasijiet minn FOR

0

0

0

0

0

0

7,1

6,1

5,2

7,0

5,6

2,8

33,9

Ħlasijiet minn Fondi ta' Tqabbil

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Ħlasijiet minn CoBo

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Trasferiment ta' riżervi ta' eċċess

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

42,5

42,5

Ħlasijiet totali ad hoc

0

0

0

0

0

0

7,1

6,1

5,2

7,0

5,6

45,3

76,3

Spejjeż straordinarji

0

0

0

0

0

0,9

0

0,2

0,2

0

0

0

1,4

Kumpens totali żejjed/nieqes

1,9

1,0

3,0

2,3

6,9

13,7

3,1

0,9

-2,1

14,5

14,0

39,1

98,4

(153)

Huwa kkunsidrat li l-kumpens żejjed ta' € 98,365 miljun mhux meħtieġ għat-tħaddim tas-servizz pubbliku u għalhekk ma jistax jibbenefika mid-deroga ta' l-Artikolu 86(2) għal projbizzjoni dwar l-għajnuna ta' l-istat. Għalhekk, il-kumpens żejjed mhux ikkunsidrat bħala għajnuna kumpatibbli u għandu in prinċipju jiġi rkuprat mill-PO.

(154)

Minkejja dan, jidher li l-kumpens żejjed jeċċedi l-ħlasijiet totali ad hoc akkumulati lill-PO. Il-PO irċeviet € 33,870 miljun bħala ħlasijiet ad hoc mill-baġit tal-mezzi tax-xandir ta' l-Istat, kif ukoll it-trasferiment ad hoc ta' € 42,457 miljun mix-xandara l-oħrajn. Dan jagħti total ta' € 76,327 miljun ta' ħlasijiet riċevuti mill-miżuri ad hoc. Barra dan, il-ħlasijiet ad hoc iġġeneraw ukoll interessi li għandhom jiġu kkunsidrati fid-determinazzjoni ta' l-ammont tal-fondi li ma ġewx riċevuti fil-kuntest tal-“miżuri ta' għajnuna eżistenti”. Għalhekk, l-irkuprar ikollu massimu ta' € 76,327 miljun b'żieda ta' l-interessi peress li l-kumpens żejjed “li jibqa'” ġie mogħti permezz ta' l-għajnuna eżistenti u ma tistax tiġi rkuprata.

2.5.   Imġieba mhux kompetittiva fuq swieq kummerċjali

(155)

Kif spjegat fil-Komunikazzjoni tax-Xandir, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-imġieba mhux kompetittiva minn xandara tas-serivizz pubbliku ma tistax tiġi kkunsidrata meħtieġa għat-twettiq tal-missjoni tas-servizz pubbliku. Fid-deċiżjoni biex jinbdew proċeduri ta' investigazzjoni formali l-Kummissjoni semmiet it-tfixkil tas-suq possibbli li ġej:

8.5.1.   Trasmissjoni bil-Kejbil

(156)

Fil-kuntratt mudell konkluż fl-1985 bejn ix-xandara u l-operaturi tal-kejbil, huwa stipolat, fuq talba tal-gvern Olandiż, li l-operaturi tal-kejbil ma jħallsux għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għat-trasmissjoni tal-programmi televiżivi pubbliċi Olandiżi. Billi ma tħallasx il-pagament tad-dritt għal proprjetà intellettwali minn operaturi tal-kejbil, jista' jiġi mistoqsi jekk il-PO aġixxietx bħala operatur tas-suq normali peress li warrbet dħul kummerċjali.

(157)

L-awtoritajiet Olandiżi argumentaw madankollu li l-fatt li l-PO ma titlobx miżata għal drittijiet ta' proprjetà intellettwali mhix neċessarjament kontradittorja ma' l-imġieba tas-suq. Wara kollox, lanqas ix-xandara kummerċjali ma jitolbu ħlas mill-operaturi tal-kejbil għat-trasmissjoni tal-programmi tagħhom. (65)

(158)

Tabilħaqq, il-ftehim kummerċjali bejn xandara u operaturi tal-kejbil jista' jieħu diversi forom partikolarment fid-dawl tal-fatt li t-transazzjoni tinvolvi skambju tas-servizzi ta' trasmissjoni fil-konfront tad-disponibbiltà li hija ta' valur għaż-żewġ partijiet. Il-Kummissjoni sabet għaldaqstant li m'hemmx indikazzjonijiet ċari li l-PO aġixxiet kuntrarju għall-imġieba tas-suq u li bir-rinunzja għad-dħul kummerċjali żiedet il-ħtieġa għall-finanzjament ta' l-Istat.

8.5.2.   Suq tar-reklamar

8.5.2.1   Allegat tnaqqis ta' prezzijiet għal GRP 20-49

(159)

Fil-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed indikazzjonijiet li l-iSTER fil-fatt ma naqqsitx il-prezzijiet. Minkejja dan, l-informazzjoni li ġiet ippreżentata wara l-ftuħ ta' l-investigazzjoni minn min qed jilmenta u mill-awtoritajiet Olandiżi għandha tiġi vvalutata.

(160)

Il-Paragrafu 58 tal-Komunikazzjoni jindika li x-xandara tas-servizz pubbliku jistgħu jkunu mħajrin inaqqsu l-prezzijiet tar-reklamar sabiex inaqqsu d-dħul tal-kompetituri. Madankollu, wieħed għandu jżomm f'moħħu li x-xandara pubbliċi fl-Olanda ma jwettqux direttament attivitajiet ta' reklamar, iżda l-attivitajiet ta' reklamar huma mwettqin minn organizzazzjoni separata li jisimha STER. Id-dikjarazzjoni tal-missjoni ta' l-iSTER hija li jiġi sfruttat il-ħin disponibbli għar-reklamar b'tali mod li huwa jista' jwassal l-aħjar kontribut għall-finanzjament ċentrali tax-xandara tas-servizz pubbliku. Hija tiffunzjona bħala intermedjarja, li għandha l-missjoni li timmassimizza l-profitti mill-bejgħ ta' l-ispazju tar-reklamar tax-xandara pubbliċi. Kif diġà ssemma qabel, l-iSTER titrasferixxi d-dħul tar-reklamar direttament lill-baġit tal-mezzi tax-xandir.

(161)

Imġieba ta' tnaqqis ta' prezzijiet minn STER għandha tirrifletti f'xi wħud miċ-ċirkostanzi jew kollha li ġejjin: prezzijiet iktar baxxi ta' STER fir-rigward tal-kompetituri tagħha, iż-żieda tas-sehem tas-suq u t-telf ta' dħul għall-iSTER.

(162)

L-ewwel, kif indikat ukoll il-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali, tqabbil bejn il-prezzijiet ta' kumpaniji tal-bejgħ ta' reklamar pubbliċi u privati jista' jiġi meqjus bħala sostitut ta' valur tal-kriterji indikati fil-paragrafu 58 tal-Komunikazzjoni tax-Xandir.

(163)

Sabiex jiġu mqabblin il-prezzijiet, il-grupp fil-mira ta' 20-49 sena huwa l-iktar wieħed rilevanti. Kif jirriżulta mit-Tabella 5 hawn taħt, hemm sotto-gruppi differenti, li ħafna minnhom huma telespettaturi fil-mira bejn l-etajiet ta' 20-49:

Tabella 5

Perċentwali tal-mira mmirata tal-GRP mill-iSTER fl-2004

Mira

13+

20-34

35-49

50-64

20-49

Xerrejja 20-49

Xerrejja 20-49+ tifel/tifla

Irġiel 20-34

Nisa 20-34

Miksuba

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors

:

Ittra mill-awtoritajiet Olandiżi datata s-27 ta' Jannar 2005.

(164)

It-Tabella 5 tindika li l-iSTER tbigħ reklamar għal udjenza. Mill-1999, is-sehem tas-suq ta' l-iSTER fir-reklamar u l-udjenza milħuqa mix-xandara tas-servizz pubbliku għall-grupp ta' mira 20-49 naqas. It-tabella 6 toffri ħarsa ġenerali tal-prezzijiet gross li għandhom jitħallsu minn min jirreklama għall-grupp ta' mira 20-49.

Tabella 6

Prezzijiet gross għal kull GRP għall-grupp ta' mira 20-49 sena (18.00h – 24.00h) 1995 – 2005 f'€

 

1995

1996

1997

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

STER

1 470

1 496

1 499

1 315

1 485

1 541

1 562

1 624

1 816

1 932

1 890

Xandara kummerċjali

1 337

1 314

1 366

1 399

1 438

1 637

1 667

1 675

1 753

2 055

2 087

Sors

:

Ittra mill-awtoritajiet Olandiżi datata t-23 ta' Frar 2006.

(165)

Fuq il-bażi tad-data pprovduta hawn fuq, il-prezzijiet elenkati ta' l-iSTER għal GRP 20-49 kienu biss ftit aktar baxxi mill-prezzijiet elenkati tax-xandar kummerċjali. Skond l-awtoritajiet Olandiżi x-xandara u l-iSTER jagħtu skonti pjuttost sostanzjali, speċjalment sa mill-1998. Dawn l-iskonti huma elenkati hawn taħt:

Tabella 7

Skonti proprji mogħtija fl-1994-2005 f' %

 

1994

1995

1996

1997

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

STER

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Xandara kummerċjali

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors

:

Ittra mill-awtoritajiet Olandiżi datata l-24 ta' Frar 2006.

(166)

Għalkemm l-iSTER għandu udjenza inqas attraenti mix-xandara kummerċjali – huwa għandu selettività baxxa, u għalhekk jista' joffri gruppi ta' mira speċifiċi ħafna – u għandu sehem ta' udjenza u suq ta' reklamar aktar baxxi (ara t-Tabella 9 hawn taħt), il-prezzijiet netti tiegħu huma ogħla minn dawk tax-xandara kummerċjali.

Tabella 8

Prezzijiet netti għal kull GRP għall-grupp ta' mira 20-49 sena (18.00h – 24.00h), 1995 – 2005 f'€

 

1995

1996

1997

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

STER

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Xandara kummerċjali

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(167)

Mit-Tabella 9 jista' madankollu jirriżulta wkoll li hemm korrelazzjoni ċara bejn in-nuqqas ta' sehem ta' udjenza u sehem ta' reklamar għax-xandir pubbliku. M'hemmx evidenza li minħabba tnaqqis possibbli fil-prezzijiet l-iSTER qed iżid is-sehem tas-suq tiegħu jew, f'minimu, iżomm is-sehem tas-suq tiegħu minkejja t-tnaqqis fis-sehem ta' l-udjenza tax-xandara klijenti tagħha. Min-naħa l-oħra, l-iSTER qed jitlef is-sehem tas-suq ta' reklamar tiegħu b'pass simili bħalma x-xandara tas-servizz pubbliku qed jitilfu l-udjenza.

Tabella 9

Sehem ta' telespettaturi fis-suq tar-reklamar

 

1998

1999

2000

2001

2002

2003

Udjenza tax-xandara kummerċjali

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Reklamar tax-Xandara Kummerċjali

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Udjenza tax-Xandara tas-Servizz Pubbliku

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Reklamar tax-Xandara tas-Servizzi Pubbliċi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors

:

Ittra ta' l-Awtoritajiet Olandiżi datata t-3 ta' Frar 2006.

(168)

Finalment, m'hemmx evidenza li l-iSTER qed jitlef dħul minn reklamar sabiex iżid is-sehem tas-suq tiegħu.

Figura 1

Żvilupp tad-dħul gross u nett

Image

(169)

Mit-Tabella 7 u mill-Figura 1 jista' jiġi konkluż li l-iSTER offriet skonti konsiderevoli. Minkejja dan, mill-Grafika 1 jista' jiġi konkluż ukoll li, minkejja dawk l-iskonti, id-dħul nett mir-relamar baqa' relattivament kostanti. L-użu ta' skonti ma wassalx għal bidla kbira fid-dħul.

(170)

Konsegwentement, l-ebda miċ-ċirkostanzi li tipikament takkompanja l-imġieba ta' tnaqqis żejjed ta' prezzijiet – jiġifieri: prezzijiet aktar baxxi, żieda fis-sehem tas-suq u telf temporanju ta' dħul – ma jidher li seħħew fis-suq tar-reklamar Olandiż. Għandu jerġa' jiġi enfasizzat, li l-iSTER hija kumpanija indipendenti tax-xandara tas-servizz pubbliku li d-dħul tagħhom imur direttament fil-Baġit tal-mezzi tax-xandir. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ħarġet bil-konklużjoni li m'hemmx indikazzjonijiet li l-iSTER naqqset il-prezzijiet sal-punt li wassal għal telf ta' dħul mhux meħtieġ li żied il-ħtieġa għal finanzjament ta' l-Istat addizzjonali tas-sistema ta' xandir tas-servizz pubbliku.

8.5.2.2.   Limiti għall-prezzijiet tar-reklamar

(171)

SBS Broadcasting BV argumentat li “it-tqabbil bejn il-prezzijiet biss ta' GRP 20-49 imħallsin lill-iSTER jew lil IP u/jew SBS ma jistax ikun kriterju esklussiv għall-istabbiliment dwar jekk l-iSTER għandhiex tnaqqas il-prezz jew le.”

(172)

SBS iddikjarat ukoll li l-ewwelnett, min jirreklama huwa dispost iħallas premium addizzjonali għall-GRP 20-49 offrut minn STER minħabba l-fatt li hija tilħaq ukoll persuni barra l-grupp ta' mira. Barra dan, il-prezzijiet ta' l-iSTER għal GRP 13+ (il-kategorija taż-żgħażagħ) għal twassil proprju huma fil-fatt ħafna iktar baxxi mill-prezzijiet tal-kompetituri kummerċjali għal GRP 13+. Dawn il-kwistjonijiet kienu ppreżentati mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Olandiżi (66).

(173)

Rigward l-ewwel kwistjoni, għandu jkun ċar mill-bidu li kumpaniji ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom intenzjoni jilħqu grupp ta' mira meta jirriklemaw il-prodotti tagħhom. L-udjenzi barra l-grupp ta' mira huma irrilevanti. Waħda mill-kriterji għall-akkwist ta' ħin ta' reklamar hija s-selettività ta' l-udjenza mmirata. Jekk il-qasam tar-reklamar mhux selettiv, jiġifieri hemm ħafna mill-hekk imsejjaħ “ħela” (reklamar li jilħaq persuni barra l-grupp ta' mira) imbagħad il-qasam ta' reklamar isir inqas interessanti. Minħabba l-fatt li r-reklamar mibjugħ mill-iSTER għandu selettività baxxa – huwa jattira firxa wiesgħa ta' telespettaturi – huwa, skond l-awtoritajiet Olandiżi, fil-fatt diffiċli għall-iSTER li żżomm it-tariffi ta' reklamar tagħha. It-tieni, il-GRP 13+ huwa inqas importanti mill-GRP 20-49. L-informazzjoni fit-Tabella 5 turi l-importanza relattivament baxxa tal-GRP 13+ (informazzjoni konfidenzjali) u turi biċ-ċar li l-GRP 13+ mhux deċiżiv meta jiġi stabbilit tqabbil ta' prezzijiet. Kif iddikjaraw l-awtoritajiet Olandiżi, il-GRP 20-49 huwa ħafna iktar rilevanti. Il-fatt li l-prezz tal-GRP 13+ huwa aktar baxx fl-iSTER fil-fatt mhux prova li hemm tnaqqis ta' prezzijiet ġenerali mix-xandara tas-servizz pubbliku.

8.5.2.3.   Konklużjoni dwar ir-reklamar

(174)

Konsegwentement, minkejja l-fatt li l-iSTER offriet skonti konsiderevoli, id-dħul totali li ġej mir-reklamar ma naqasx iżda żamm stabbli. Wara li vvalutat l-argumenti u t-tweġibiet l-oħrajn ta' l-awtoritajiet Olandiżi, il-Kummissjoni kkonkludiet li attwalment m'hemmx evidenza li l-iSTER ma pprovatx timmassimizza d-dħul ta' reklamar tagħha u li l-imġieba tagħha kienet ser twassal għal ħtieġa miżjuda għal finanzjament ta' l-Istat.

8.5.3.   Drittijiet tal-futbol

(175)

F'dan l-istadju tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni ddikjarat li ma kienx hemm indikazzjonijiet ċari li x-xandara ħallsu prezz għad-drittijiet ta' trasmissjoni ta' futbol li kienu strutturalment 'il fuq mill-valur tas-suq. Waħda mir-raġunijiet kienet li x-xandara tas-servizz pubbliku offrew ammonti ogħla matul in-negozjati milli x-xandara kummerċjali kienu lesti jħallsu għad-drittijiet tal-futbol. CLT-UFA ilmentat li x-xandara pubbliċi Olandiżi jħallsu prezzijiet eċċessivi għad-drittijiet tal-futbol. Il-Kummissjoni indikat li hija ser tivvaluta ulterjorment din is-sitwazzjoni.

(176)

L-investigazzjoni li ġejja ma tipprovdix evidenza li x-xandara pubbliċi offrew aktar mix-xandara kummerċjali, lanqas li x-xandara tas-servizz pubbliku akkwistaw drittijiet ta' avveniment tal-futbol sal-punt li x'aktarx jagħlaq is-suq għall-kompetituri. Tabilħaqq, jinsabu eżempji ta' drittijiet tal-futbol importanti miżmuma mix-xandara kummerċjali matul il-perjodu taħt investigazzjoni (ara l-paragrafu 55).

(177)

Madankollu, peress li prattiċi mhux kompetittivi speċifiċi ma setgħux jiġu identifikati fil-proċedura preżenti, il-kwistjoni dwar jekk is-sistema nniffisha toffrix salvagwardji suffiċjenti kontra l-possibbiltà ta' imġieba mhux kompetittiva ser tkun is-suġġett tal-proċedura E-5/2005 dwar għajnuna eżistenti.

9.   KONKLUŻJONI

(178)

Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li kien hemm kumpens żejjed ta' € 98,365 miljun mogħti permezz tal-miżuri ta' l-għajnuna ta' l-Istat li ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala kumpatibbli mas-suq komuni abbażi ta' l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE u għandu għalhekk jiġi rkuprat min-NOS għall-funzjonijiet imwettqin bħala PO.

(179)

Minkejja dan, minħabba l-fatt li l-kumpens żejjed jeċċedi t-total ta' ħlasijiet ad hoc akkumulati lill-PO u jammontaw għal total ta' € 76,3 miljun, l-irkuprar għandu jkollu limitu massimu ta' € 76,327 miljun bl-interessi miżjuda ma' dan, peress li l-kumpens żejjed “li jibqa'” ġie mogħti permezz ta' l-għajnuna eżistenti u ma jistax jiġi rkuprat.

ADOTTAT ID-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA:

Artikolu 1

1.   L-għajnuna ta' l-Istat ad hoc li l-Olanda tat lil PO għall-kompiti tas-servizz pubbliku tagħha fi ħdan is-sistema tax-xandir tas-servizz pubbliku fl-Olanda hija inkumpatibbli mas-suq komuni.

2.   L-għajnuna ta' l-Istat ad hoc inkumpatibbli għandha tiġi rkuprata mill-PO. L-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-PO huwa € 76,327 miljun, bl-interessi miżjuda ma' dan.

3.   L-għajnuna ta' l-Istat ad hoc mogħtija lix-xandara tas-servizz pubbliku hija kumpatibbli mas-suq komuni previst li, safejn tali għajnuna tirriżulta f'kumpens żejjed tal-kompiti tas-servizz pubbliku, l-eċċess jinżamm f'riżerva b'għan speċjali, li l-ammont tagħha ma jeċċedix l-10 % tal-baġit annwali tax-xandar u sakemm il-konformità ma' din il-limitazzjoni hija vverifikata regolarment mill-Olanda.

Artikolu 2

1.   L-Olanda għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tirkupra mill-PO l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 u li ngħatat illegalment lill-benefiċjarju.

2.   L-irkuprar għandu jitwettaq mingħajr dewmien u skond il-proċeduri tal-liġi nazzjonali, skemm dawn jippermettu t-twettiq immedjat u effettiv tad-deċiżjoni. L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata għandha tinkludi l-interessi mid-data li fiha kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sad-data ta' l-irkuprar tagħha.

3.   L-interessi li għandhom jiġu rkuprati taħt il-paragrafu 2 għandhom jiġu kkalkolati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 9 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 tal-21 April 2004 (67).

4.   Fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni preżenti, l-Olanda għandha tordna lill-benefiċjarju msemmi fl-Artikolu 1 biex jirrimborża għajnuna illegali u inkumpatibbli u l-interessi dovuti.

Artikolu 3

L-Olanda għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati biex ikunu konformi magħha. Hija ser tipprovdi din l-informazzjoni bl-użu tal-kwestjonarju mehmuż fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. L-Olanda għandha tippreżenta fi ħdan l-istess perjodu ta' żmien, id-dokumenti kollha li jagħtu evidenza li l-proċeduri ta' rkupru nbdew kontra l-benefiċjarju ta' l-għajnuna illegali u inkumpatibbli mogħtija.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' l-Olanda.

Magħmula fi Brussell, 22 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 61, p. 8 ta' l-10.3.2004.

(2)  B'ittra ta' l-24 ta' Mejju 2002 mis-CLT-UFA u s-sussidjarji assoċjati RTL/Holland Media Groep SAA u Yorin TV BV; b'ittra ta' l-10 ta' Ottubru 2002 mill-SBS Broadcasting; b'ittra tat-28 ta' Novembru 2002 minn VESTRA.

(3)  B'ittra tat-3 ta' Ġunju 2003 mid-Dutch Newspaper Publishers Association u b'ittra tad-19 ta' Ġunju 2003 mill-kumpannija ta' l-istampar De Telegraaf.

(4)  B'ittra tad-29 ta' Ġunju 2002, it-28 ta' Ottubru 2002, il-21 ta' Frar 2003 u żewġ ittri datati d-19 ta' Ġunju 2003.

(5)  B'ittri tat-12 ta' Settembru 2002 u t-18 ta' Settembru 2002, fi tweġiba għal talba ta' informazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-24 ta' Ġunju 2002.

(6)  ĠU C 61, p. 8 ta' l-10.3.2004.

(7)  Assoċjazzjoni tat-Televiżjoni Kummerċjali fl-Ewropa (ACT), b'ittra datata 15 ta' April 2004, b'faks datata 8 ta' April 2004; Imsieħba tax-Xandir, verżjoni finali b'ittra datata 27 ta' April 2004; CLT-UFA, RTL/HMG en Yorin (minn hawn 'il quddiem imsejħa “CLT-UFA”), b'ittra datata 14 ta' April 2004; De Telegraaf, b'ittra datata 5 ta' April 2004; b'ittra datata 21 ta' April 2004; SBS Broadcasting BV, b'ittra datata s-26 ta' April 2004; Branchevereniging van Nederlandse kabelbedrijven (VECAI) b'ittra datata 8 ta' April 2004; Vereniging van Commerciële Radio (VCR), b'ittra datata 13 ta' April 2004.

(8)  Il-każ NN 32/91, approvat mill-Kummissjoni f'Lulju 1991.

(9)  L-assoċjazzjonijiet b'membri huma: KRO, AVRO, NCRV, EO, TROS, BNN, VARA u VPRO. L-organizzazzjonijiet privati awtonomi huma: NPS, Teleac/NOT, RVU, VKZ, RKK, HOS, NMO, OHM, NIK, BOS.

(10)  Dan ikopri “Nederland 1, 2 and 3”.

(11)  Ara l-Artikolu 90 ta' l-Att dwar il-Mezzi tax-Xandir.

(12)  Ara l-Artikoli 50 u 54 MA.

(13)  Ara l-Pjan ta' Politika 2000-2010 tan-NOS.

(14)  Sponsorizzazzjoni, iżda wkoll dħul minn bejgħ ta' biljetti, abbonamenti, servizz ta' l-SMS eċċ. (Ara l-Manwal Finanzjarju, il-verżjoni 2005, p. 18)

(15)  Introdott fl-Att dwar il-Mezzi tax-Xandir u l-Att tal-5 ta' Lulju 1997.

(16)  L-AOR hija riżerva li hija magħżula għal xandir pubbliku u li hija ġestita mill-Awtorità dwar il-mezzi tax-xandir. L-AOR sservi biex tkopri diskrepanzi kkaġunati minn dħul aktar baxx ta' reklamar matul is-sena ta' baġit. Din isservi wkoll biex tkopri fil-każ ta' likwidazzjoni ta' xandar pubbliku li ma jkollux riżervi tiegħu u sservi bħala kont attwali bejn il-Ministru u l-Awtorità tal-mezzi tax-xandir. Finalment, l-AOR tkopri in ġenerali l-ispejjeż żejda li jkun hemm jekk jiżdiedu l-prezzijiet. Il-pagamenti annwali jieħdu kont taż-żieda fil-prezz sentejn wara ż-żieda. L-AOR hija salvagwardja għal dak il-perjodu.

(*)  Kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

(17)  Ittra ta' l-24 ta' Frar 2006, p. 3-4.

(18)  Ittra tas-27 ta' Jannar, konverżazzjoni bit-telefon tat-3 ta' Frar 2005 u tweġiba għal talba addizzjonali fil-15 ta' Lulju 2005.

(19)  Kien hemm xi eċċezzjonijiet għal din ir-regola. Xi trasferimenti għar-riżervi ta' l-Assoċjazzjoni saru f'każijiet fejn qabel ir-riżervi ta' l-Assoċjazzjoni ntużaw għall-finanzjament ta' l-attivitajiet tas-servizz pubbliku. Ara wkoll il-paragrafu 142 u li ġej.

(20)  Ir-riżervi tal-Fondazzjoni huma € 2,288 miljun (NPS), € 0,832 miljun (NOS) u € 39,119 miljun (PO).

(21)  Bħal per eżempju Talpa, Nickelodeon, Jetix, TMF u MTV.

(22)  Ara Ittra tat-23 ta' Frar.

(23)  Dawn jinkludu inter alia, l-aħħar fażi tat-tazza tad-dinja tal-futbol ta' l-2002, iċ-Champions League 2002/2003, is-sommarju/drittijiet tal-punti prinċipali għall-Premier League Olandiż 2003/2004, il-kampjonat Ewropew 2004, il-parti l-kbira tal-partiti tat-tazzi Ewropej li jinvolvu l-klabbs Olandiżi, u t-tazza tad-dinja tal-futbol 2006. Xi wħud minn dawn l-avvenimenti huma parti mil-lista ta' l-avvenimenti fid-Digriet tal-Mezzi tax-Xandir, skond id-Direttiva 97/36 (ĠU L 307 tat-30.7.1997, p. 60).

(24)  Ittra ta' l-Awtoritajiet Olandiżi, datata 18 ta' Settembru 2002.

(25)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C/2/2004, (ex NN 170/2003) Finanzjament Ad hoc tax-xandara pubbliċi Olandiżi – L-Olanda C (2004) 166fin.

(26)  Każ C-280/00 Altmark Trans, [2003] Ġabra I-7747, paragrafu 95.

(27)  Dan il-mudell ta' kalkolu jikkunsidra numru ta' fatturi fil-kalkolu ta' dħul potenzjali li jista' jinkiseb mid-drittijiet ta' trasmissjoni ta' l-isport: tkabbir mistenni ta' nfiq fis-suq kollu u l-aspettattivi fir-rigward tad-dħul potenzjali mir-reklamar wara laqgħat ma' min jirreklama; l-impatt tax-xandir ta' l-avveniment ta' l-isports dwar is-sehem tas-suq tax-xandara kummerċjali (konsiderazzjonijiet ta' pożizzjonament strateġiku); numru ta' klabbs Olandiżi (għal avvenimenti internazzjonali bħaċ-Champions League). Sommarju ta' tweġiba mill-awtoritajiet Olandiżi għad-deċiżjoni biex tinfetaħ proċedura ta' investigazzjoni formali, datata 30 ta' April 2004.

(28)  Sommarju ta' tweġiba mill-awtoritajiet Olandiżi għad-deċiżjoni biex tinfetaħ proċedura ta' investigazzjoni formali, datata 30 ta' April 2004.

(29)  Ara l-Każ C-482/99, Repubblika Franċiża v. Kummissjoni, il-paragrafu 55.

(30)  Ara l-Każ C-379/98, Preussen Elektra, ĠABRA 2001, p. I-2099, paragrafu 54 u segwenti.

(31)  Ara l-Każ C-126/01, GEMO, ĠABRA 2003, p. I- 13769, paragrafu 44.

(32)  Ara l-Każ C-280/00, Altmark Trans, ĠABRA 2003, p. I-7747, paragrafu 44.

(33)  Ara l-Każ 730/79, Philip Morris, ĠABRA 1980, p. 2671, paragrafu 11.

(34)  Ara l-Kaz 730/79, Philip Morris, ĠABRA 1980, p. 2671, paragrafu 11 u l-Każ 259/85, Repubblika ta' Franza v. Kummissjoni, ĠABRA 1987, p. 4393, paragrafu 24.

(35)  Il-Każ C-75/97, Belġju v. Kummissjoni (Maribel bis), ĠABRA 1999, p. I-3671, paragrafu 45.

(36)  Il-Każ C-310/99, Italja v. Kummissjoni, ĠABRA 2002, p. I-2289, paragrafu 66.

(37)  ĠU C 320 tal-15.11.2001, p. 5.

(38)  Ara l-Komunikazzjoni tax-Xandir, paragrafu 18.

(39)  ĠU L 83 tas-27.3.1999, p. 1. ir-Regolament emendat bit-Trattat ta' l-Adeżjoni 2003.

(40)  Ara għal evalwazjoni sħiħa l-ittra ta' l-Artikolu 17 mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Olandiżi, E-5/2005, datata 3 ta' Marzu 2005.

(41)  B'ittra lill-awtoritajiet Olandiżi datata 13 ta' Mejju 2004, il-Kapitolu F.6.

(42)  Ara Altmark op. Cit. paragrafu 101 sa 109.

(43)  Ara eż.. Każ 127/73, BRT/SABAM, ĠABRA 1974, p. 313, paragrafi 19/22.

(44)  Ara l-Komunikazzjoni tax-Xandir, il-paragrafi 57-58.

(45)  ĠU L 195 tad-29.7.1980, p. 35. Emendata bil-Linja Gwida 2005/81/KE (ĠU L 312 tad-29.11.2005, p. 47).

(46)  ĠU L 193 tad-29.7.2000, p. 75.

(47)  Ara. Komunikazzjoni ta' Xandir, paragrafu 53-56.

(48)  Ara. Artikolu 25a ta' l-Att dwar il-Kompetizjoni Olandiż.

(49)  Digriet tas-Segretarju ta' l-Istat tat-13 ta' Ġunju 2001 li jinkludi l-anness “Kontabbiltà Finanzjarja Manwali”.

(50)  L-ammonti pprovduti mill-awtoritajiet Olandiżi juru li fil-perjodu taħt investigazzjoni l-attivitajiet kummerċjali tax-xandara tas-servizz pubbliku kienu globalment qed jagħmlu profitt.

(51)  Ara l-Komunikazzjoni dwar il-Xandir, paragrafi 55 u 56.

(52)  Dħul mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, dħul mill-sms, sponsors, reklamar u bejgħ ta' biljetti, eċċ. Dan jista' jittieħed mill-“Handboek Financiële Verantwoording” imsemmi qabel li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji tal-kontabbiltà kif għandhom jiġu applikati mix-xandara pubbliċi indvidwali (Verżjoni 2005, Mudell VII, paġna 18).

(53)  Dħul mill-attivitajiet sekondarji u ta' assoċjazzjoni huma:

1.

Dħul mill-attivitajiet ta' assoċjazzjoni: dawn huma ġeneralment fil-forma ta' kontributi minn membri, dħul minn rivisti ta' assoċjazzjoni u donazzjonijiet riċevuti;

2.

Dħul minn kapital: dan huwa dħul minn interessi, kiri u parteċipazzjonijiet;

3.

Dħul minn rivisti tal-programm: dħul mill-pubblikazzjoni ta' rivisti tal-programm (rivista bid-dettalji tal-programm, reviżjonijiet, reklamar, eċċ);

4.

Dħul minn attivitajiet oħrajn: dħul minn CD's u DVD's, bejgħ ta' formats tal-programm.

(54)  Ittra mill-awtoritajiet Olandiżi fil-kuntest tal-proċedura E-5/2005, datata t-2 ta' Ġunju 2005 u reġistrata s-7 ta' Ġunju 2005.

(55)  Ara l-paragrafu 26.

(56)  Dan huwa skond il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni dwar ix-xandar pubbliku Taljan RAI: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ottubru 2003 dwar il-miżuri implimentati mill-Italja għal RAI SpA, ĠU L 119 tat-23.04.2004, p. 1.

(57)  Eż. VARA, fl-1994, kellha Riżerva tal-Programm negattiva ta' € 8,5 miljun.

(58)  Dan japplika għall-AVRO, KRO, NCRV u VARA. Ittra ta' l-awtoritajiet Olandiżi, it-30 ta' April, reġistrata fit-13 ta' Mejju 2004.

(59)  Ittra “Publieke Omroep” datata it-28 ta' Lulju 2005, mibgħuta mill-awtoritajiet Olandiżi fl-1 ta' Settembru 2005 (reġistrata fil-5 ta' Settembru 2005).

(60)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/217/EG tad-19 ta' Mejju 2004 dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka għal TV2/Denmark ĠU L 85 tat-23.08.2006, paragrafu 113.

(61)  5 jew 10 % jiddependi mid-daqs tal-baġit tax-xandar.

(62)  Fl-abbozz tal-proposta għal Att ġdid dwar il-Mezzi tax-Xandir (Att dwar il-mezzi tax-xandir 2007), il-Gvern Olandiż introduċa regola li tistabbilixxi li r-riżerva tiġi mmonitorjata kull sena u li kwalunkwe riżerva eċċessiva (riżerva ta' 'l fuq minn 10 % tal-kumpens annwali) għandu jiġi ttrasferit lura lill-AOR amministrat mill-Awtorità dwar il-Mezzi tax-Xandir. Il-gverjn Olandiż impenja ruħu – b'ittra ta' l-4 ta' Mejju 2006 – li jintroduċi din ir-regola fil-liġi tal-Baġit 2006, li tiggarantixxi l-applikazzjoni sa l-adozzjoni ta' l-“Att dwar il-Mezzi tax-Xandir 2007”.

(63)  Fil-prattika 5 % ta' 10 %, kif determinat mill-awtoritajiet Olandiżi.

(64)  Differenzi bejn it-test u t-tabella minħabba differenzi ta' approssimazzjoni.

(65)  Skond il-VECAI (l-organizzazzjoni ta' l-operaturi tal-kejbil), in-NOS fil-fatt tirċievi, pagament mill-VECAI, għalkemm huwa msemmi b'mod differenti. Madankollu, in-NOS ma tikkunsidrax dan l-pagament għal drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

(66)  Ittra awtoritajiet Olandiżi datata l-4 ta' Jannar 2005.

(67)  ĠU L 140 tat-30.4.2004, p. 1.


ANNESS

INFORMAZZJONI RIGWARD L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI C 2/2004

1.   Numru totali ta' benefiċjarji u l-ammont totali ta' għajnuna li għandha tiġi rkuprata

1.1.

Jekk jogħġbok spjega fid-dettal kif ser jiġi kkalkolat l-ammont ta' l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata minn benefiċjarji:

Is-somma prinċipali

L-interessi

1.2.

X'inhu l-ammont totali ta' għajnuna mhux illegali mogħtija taħt din l-iskema li għandu jiġi rkuprat (ekwivalenti ta' għajnuna gross; prezzijiet ta' ...):

1.3.

X'inhu l-ammont totali ta' benefiċjarji li minnu għandha tiġi rkuprata l-għajnuna mhux illegali mogħtija taħt din l-iskema:

2.   Miżuri ppjanati u diġà meħuda għall-irkuprar ta' l-għajnuna

2.1.

Jekk jogħġbok iddiskrivi liema miżuri huma ppjanati u liema miżuri diġà ttieħdu biex jiġi effettwat irkuprar immedjat u effettiv ta' l-għajnuna. Jekk jogħġbok indika wkoll fejn rilevanti l-bażi legali għall-miżuri meħudin/ippjanati.

2.2.

Sa liema data ser jiġi kompletat l-irkupru ta' l-għajnuna?

3.   Informazzjoni mill-benefiċjarju individwali

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji għal kull benefiċjarju li minnu għajnuna mogħtija mhux kontra l-liġi taħt l-iskema għandha tiġi rkuprata fit-tabella hawn taħt.

Benfiċjarju

Ammont ta' għajnuna mogħtija mhux kontra l-liġi (*)

Valuta….

Ammonti rimborżati (1)

Valuta...

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(*)  L-ammont ta' għajnuna għad-dispożizzjoni tal-benfiċjarju (f'ekvivalenti ta' għajnuna gross; fi prezzijiet ta' …..).

(1)  

(°)

Ammonti rimborżati (inkluż l-interessi).


22.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 49/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' 7 ta' Marzu 2007

għajnuna ta' l-Istat C 10/06 (ex N555/05) – Cyprus Airways Public Ltd – Pjan ta' ristrutturar

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 300)

(Il-verżjoni Griega biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/137/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjoni(jiet) msemmija aktar 'il fuq (1),

Billi:

I.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fit-3 ta' Mejju 2005, il-Kummissjoni ddeċidiet li tawtorizza għajnuna għas-salvataġġ (N69/2005) għal Cyprus Airways Public Ltd. (Deċiżjoni 2005/1322).

(2)

Permezz ta' ittra mingħajr data, li l-Kummissjoni rreġistrata fid-9 ta' Novembru 2005 (DĠ TREN A/28405) skond l-Artikolu 88(3) u skond l-impenji mogħtija fil-kuntest ta' l-għajnuna għas-salvataġġ notifikata msemmija aktar 'il fuq, l-awtoritajiet Ċiprijotti nnotifikaw lill-Kummissjoni bi pjan ta' ristrutturar għal Cyprus Airways Public Ltd. Fl- 14 ta' Novembru 2005, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni rreġistra n-notifika taħt ir-referenza SG(05)A10041 u l-każ ingħata n-numru N 555/2005.

(3)

Fit-18 ta' Novembru 2005 (D(05)125084), il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Ċiprijotti għal informazzjoni addizzjonali bi kjarifika. L-awtoritajiet Ċiprijotti wieġbu l-mistoqsijiet tal-Kummissjoni b'ittra li kienet iġġib id-data tat-23 ta' Jannar 2006, li kienet irreġistrata fl-24 ta' Jannar 2006 (taħt ir-referenza DĠ TREN A/11819). Fl-14 ta' Diċembru 2005 kien hemm laqgħa fi Brussell bejn rappreżentanti tar-Repubblika ta' Ċipru u tal-Kummissjoni. Fit-30 ta' Jannar 2006, fi Brussell saret laqgħa sussegwenti ta' livell għoli sabiex ikun diskuss il-progress li sar fuq il-każ.

(4)

B'deċiżjoni tat-22 ta' Marzu 2006, innotifikata lill-awtoritajiet Ċiprijotti b'ittra li kienet iġġib id-data tat-23 ta' Marzu 2006 (SG-Greffe (2006) D/201246), il-Kummissjoni tat bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat. Il-proċedura ġiet irreġistrata taħt C 10/2004.

(5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tingħata bidu għall-proċedura ta' investigazzjoni formali kienet ippublikata wkoll fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwar is-suġġett. Ċipru bagħtet kummenti lill-Kummissjoni b'ittra li kienet iġġib id-data ta' l-20 ta' April 2006.

(6)

Fil-perjodu ta' żmien provdut fil-ftuħ tal-proċedura pubblikat, il-Kummissjoni rċeviet kumment wieħed mingħand partijiet interessati. Dan il-kumment imbagħad tressaq quddiem l-awtoritajiet Ċiprijotti (D(2006) 213376) għall-osservazzjonijiet tagħhom u l-osservazzjonijiet ta' Ċipru waslu fit-28 ta' Lulju 2006 (u kienu rreġistrati fl-1 ta' Awissu 2006 taħt ir-referenza A/28810). Waslu aktar kjarifiki mingħand l-awtoritajiet Ċiprijotti b'faks li kien iġġib id-data tad-19 ta' Diċembru 2006 (u li kien irreġistrat fil-31 ta' Diċembru 2006 taħt ir-referenza A/40766). Fit-28 ta' Frar 2007, waslu aktar kjarifiki u impenji bil-faks.

II.   IL-FATTI

(7)

Cyprus Airways Public Ltd. kienet stabbilita fl-1947 bħala kumpanija pubblika, bl-attivitajiet ewlenija tagħha jkunu t-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija u servizzi oħra relatati ma' linja ta' l-ajru. L-azzjonista ewlieni tal-kumpanija huwa l-Gvern ta' Ċipru (69,62 %), filwaqt li l-bilanċ ta' l-ishma qiegħed f'idejn madwar 4,200 investitur żgħir privat.

(8)

Cyprus Airways Public Ltd. (minn issa 'l quddiem se tissejjaħ Cyprus Airways) hija parti mill-grupp ta' Cyprus Airways (minn issa 'l quddiem se jissejjaħ il-Grupp).

(9)

Bħalissa, Cyprus Airways tipprovdi servizzi skedati fl-Ewropa u fil-Lvant Nofsani filwaqt li tħaddem flotta ta' 11-il ajruplan, żewġ A319s ikkonsenjati fl-2002, proprjetà ta' Cyprus Airways; seba' A320–200s ikkonsenjati bejn Mejju 1989 u Marzu 1993, proprjetà ta' Cyprus Airways; ajruplan li kien preċedentement mikri bl-ekwipaġġ (wet-leased) lil Eurocypria u żewġ A330-200s, ikkonsenjati fl-2002 u fl-2003 (mikrija).

(10)

Fi żmien in-notifika tal-pjan ta' ristrutturar, il-kumpaniji l-oħra fil-Grupp, ilkoll 100 % proprjetà ta' Cyprus Airways Public Ltd kienu:

Eurocypria Airlines

(11)

Din il-kumpanija (minn issa 'l quddiem se tissejjaħ Eurocypria) topera titjiriet charter minn aktar minn ħamsin ajruport Ewropew. Il-flotta ta' Eurocypria hija magħmula minn ħames ajruplani, erbgħa Boeing 737-800s mikrija, li kienu akkwistati bejn Frar u April 2003, kull wieħed b'kapaċità ta' 189 passiġġier, kif ukoll ajruplan A320 (A320) mikri bl-ekwipaġġ (“wet-lease”) minn Cyprus Airways.

Hellas Jet SA

(12)

Hellas Jet SA (minn issa 'l quddiem se tissejjaħ HellasJet) kienet inkorporata f'Ateni fl-1 ta' Lulju 2002 u bdiet topera fl-24 ta' Ġunju 2004. HellasJet inħolqot bħala linja ta' l-ajru ġdida Ewropea b'bażi f'Ateni. Kienet tħaddem tliet Airbus A320s mikrija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Ateni. Madankollu, il-pjanijiet ta' negozju ma ġewx sodisfatti u minn Mejju 2005 kienu sospiżi l-operazzjonijiet skedati. Ir-riżultati ta' din l-impriża għalhekk kienu finanzjarjament dannużi, u minn Ġunju 2005 swew lill-Grupp ammont akkumulat ta' CYP 29,5 miljun (EUR 51,4 miljun).

Zenon National Distribution Centre Ltd.

(13)

Din il-kumpanija sussidjarja (minn issa 'l quddiem se tissejjaħ Zenon) tipprovdi servizzi lill-aġenti tal-vjaġġi Ċiprijotti. Speċifikament, Zenon tipprovdi u tiddistribwixxi informazzjoni elettronika li tippermetti li l-aġenti tal-vjaġġi jagħmlu prenotazzjonijiet għas-sits fuq l-ajruplani u jibbukkjaw il-biljetti kif ukoll jagħmel prenotazzjonijiet għal-lukandi u għall-karozzi.

Cyprus Airways (Duty Free Shops) Ltd.

(14)

Din il-kumpanija bdiet taħdem fl-1996 meta ħadet f'idejha l-operat tal-Ħwienet ta' Bla Dazju fl-ajruporti ta' Larnaca u ta' Paphos. Fi żmien in-notifika tal-pjan ta' ristrutturar, kien hemm il-ħsieb li l-Ħwienet ta' Bla Dazju fl-ajruporti ta' Larnaca u ta' Paphos kienu se jinxtraw mill-konċessjonarja l-ġdida ta' l-ajruport u ma kinux se jibqgħu aktar parti mill-Grupp. Dan seħħ f'Ġunju 2006.

III.   IL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(15)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jingħata bidu għall-proċedura provduta skond l-Artikolu 88(2) kienet ibbażata fuq numru ta' kwistjonijiet li ġejjin mill-eżami li għamlet tal-pjan ta' ristrutturar. Il-Kummissjoni wriet xi dubji dwar jekk il-pjan kienx kompatibbli mal-qafas Komunitarju applikabbli, jiġifieri l-linji gwida Komunitarji għall-għajnuna ta' l-Istat għas-Salvataġġ u għar-Ristrutturar tad-Ditti f'Diffikultà ta' l-2004 (3) (minn issa 'l quddiem il-linji gwida S&R).

Is-self fit-tul ta' CYP 55 miljun (€96 miljun) u l-miżuri ta' tnaqqis ta' l-ispejjeż

(16)

Is-sies ċentrali tal-pjan ta' ristrutturar huwa self għal perjodu ta' għaxar snin skond termini kummerċjali b'garanzija mill-Gvern ta' Ċipru, u l-ewwelnett se jintuża sabiex jitħallas lura s-self tul perjodu qasir ta' żmien ta' CYP 30 miljun (EUR 51 miljun) li sar wara l-approvazzjoni ta' l-għajnuna għas-salvataġġ f'Mejju 2005. Minn dakinhar 'il quddiem il-bilanċ se jintuża sabiex tiġi ristrutturata l-linja ta' l-ajru.

(17)

Fl-ewwel 24 xahar tal-pjan ta' ristrutturar, l-attenzjoni ewlenija kellha tkun iffokata fuq it-tnaqqis ta' l-ispejjeż u fuq it-titjib tad-dħul magħżul. Il-Gvern u l-maniġment stmaw li l-ispejjeż totali meħtieġa kellhom jitnaqqsu bi 13 %. Dan kellu jintlaħaq billi jkun hemm tnaqqis fil-persunal ta' xi 20 % u fl-istess ħin il-livelli tas-salarji jitnaqqsu b'medja ta' 15 %. Dan ifisser li minn persunal ta' 1,840, mill-1 ta' Settembru 2005, skond il-pjan ta' ristrutturar 385 kellhom jingħataw is-sensja. dawn is-senji kellhom iwasslu għal flus iffrankati fis-sena ta' madwar CYP 7 miljuni (EUR 12-il miljun); aktar ekonomiji li jlaħħqu madwar CYP 4,6 miljuni (EUR 8 miljuni) se jitnaqqsu mill-ispejjeż kontinwi tal-persunal.

(18)

Il-Kummissjoni wriet xi dubji rigward jekk il-pjan kienx se jrodd il-vijabilità fit-tul tal-kumpanija fl-iqsar żmien possibbli u mingħajr il-ħtieġa għal għajnuna addizzjonali fil-ġejjieni. Iddikjarat ukoll li ma kellhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tkun tista' tieħu pożizzjoni dwar jekk l-ammont ta' l-element ta' għajnuna tal-pjan ta' ristrutturar inżammx f'livell minimu. Il-Kummissjoni wriet ukoll id-dubji tagħha rigward il-ħtieġa għas-self fit-tul li għandu jitħallas tul 10 snin. Il-Kummissjoni qalet li ma kellhiex biżżejjed informazzjoni biex tkun tista' tgħid jekk il-projezzjonijiet finanzjarji humiex raġonevoli jew jekk is-suppożizzjonijiet li fuqhom dawn huma bbażati humiex validi u tkun partikolarment interessata jekk ikollha l-opinjoni dwar il-pjan tal-kompetituri ta' Cyprus Airways.

Il-bejgħ ta' Eurocypria

(19)

Il-pjan ta' ristrutturar kien jipprevedi l-bejgħ ta' Eurocypria, il-kumpanija charter sussidjarja ta' Cyprus Airways lill-Gvern bi prezz li kellu jiġi determinat minn esperti indipendenti. Għall-bidu, il-prezz kien stmat li jlaħħaq CYP 15-il miljun (EUR 26 miljun). Eurocypria, għalhekk, kellha tiġi separata mill-grupp ta' Cyprus Airways u tkun operata bħala entità kompletament distinta. Id-dħul mill-bejgħ (imħallas mill-Gvern lil Cyprus Airways) kellu jintuża minn din ta' l-aħħar sabiex tiffinanzja r-ristrutturar tagħha. Il-Kummissjoni wriet id-dubji tagħha rigward il-bejgħ u kif il-prezz tal-bejgħ kellu jinkiseb. Jekk il-prezz imħallas għal Eurocypria ma kienx se jkun il-prezz tas-suq, mela dak kien se jkun għajnuna ta' l-Istat.

Iż-żjieda kapitali

(20)

Parti oħra tal-pjan ta' ristrutturar, li kien hemm il-ħsieb li sseħħ 18-il xahar wara li jkun inbeda l-pjan, hija żjieda kapitali ta' CYP 14-il miljun (EUR 24 miljun). L-azzjonisti kollha (l-azzjonisti ta' l-Istat u privati) se jipparteċipaw bi proporzjon għall-ammont ta' ishma li għandhom. L-Istat se joħroġ 9,8 miljuni (EUR 17-il miljun) filwaqt li l-kontribuzzjoni ta' l-azzjonisti privati f'din iż-żjieda kapitali se tkun ta' madwar CYP 4,2 miljuni (EUR 7,3 miljuni). Meta tat bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni indikat li ma setgħetx teskludi li l-parteċipazzjoni ta' l-Istat f'din iż-żjieda kapitali setgħet tammonta għal għajnuna ta' l-Istat.

Il-miżuri kumpensatorji

(21)

Il-Kummissjoni wriet id-dubji tagħha dwar jekk il-miżuri kumpensatorji proposti fil-pjan ta' ristrutturar ikunux biżżejjed sabiex ikunu ta' rimedju għat-tgħawwiġ tas-suq ikkawżat mill-għajnuna. Il-pjan kien jinkludi tnaqqis relattivament żgħir fil-flotta u fin-netwerk tar-rotot għal Cyprus Airways. Il-fergħa charter, Eurocypria, kellha tinbiegħ u kumpanija sussidjarja oħra, HellasJet, kellha tingħalaq u t-tliet ajruplani tagħha jiġu rilaxxati. Il-Kummissjoni wriet id-dubji tagħhom partikolarment minħabba li Eurocypria kellha tinbiegħ lill-azzjonista ewlieni ta' Cyprus Airways. Il-Kummissjoni stiednet lill-kompetituri ta' Cyprus Airways biex jikkumentaw f'dan ir-rigward.

Il-kontribuzzjoni ta' Cyprus Airways

(22)

Normalment b'kumpanija tad-daqs ta' Cyprus Airways, il-livell tal-kontribuzzjoni tagħha għall-ispejjeż ta' ristrutturar għandu jlaħħaq il-50 %. Il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward il-livell tal-kontribuzzjoni tagħha u dwar dak li għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi l-kontribuzzjoni tagħha.

IV.   IL-KUMMENTI LI WASLU MATUL IL-PROĊEDURA

Il-kummenti inizjali ta' l-awtoritajiet Ċiprijotti

(23)

L-awtoritajiet Ċiprijotti wieġbu għall-bidu tal-proċedura billi fittxew li jiċċaraw ċerti kwistjonijiet imqajma mill-Kummissjoni.

Is-self fit-tul ta' CYP 55 miljun (€96 miljun) u l-miżuri ta' tnaqqis ta' l-ispejjeż

(24)

Fir-rigward tal-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-għoti lura ta' vijabilità fit-tul ta' Cyprus Airways, il-pjan ta' ristrutturar kien jipprovdi li l-ispejjeż ta' ristrutturar (iffinanzjat bis-self fit-tul ta' CYP 55 miljun kif ukoll mid-dħul mill-bejgħ ta' Eurocypria) kellhom jintefqu kif ġej

Perjodu

Ammont

(CYP miljun)

Deskrizzjoni

2006

30

Ħlas lura ta' għajnuna għas-salvataġġ

2006

10,6

Ħlasijiet minħabba s-sensji

2006

2

Spejjeż oħra minħabba s-sensji

2006-2008

5

Kapital ta' ħidma għal Cyprus Airways

2006-2008

13,5

Nefqa kapitali prevista

2006-2010

10

Defiċits fil-likwidità

Total

71,1

 

(25)

Fir-rigward tal-ħidma futura tal-kumpanija, kemm l-awtoritajiet Ċiprijotti kif ukoll il-linja ta' l-ajru rrikonoxxew li l-mudell strateġiku u operattiv li serva lil Cyprus Airways fl-imgħoddi mhux sostenibbli fl-ambjent kompetittiv fejn qed topera l-kumpanija llum. L-allinjament ħażin bażiku jinstab fil-fatt li Cyprus Airways topera fuq livell ta' spejjeż ta' trasportatur fuq distanzi twal għalkollox operattiv filwaqt li r-realtà tas-suq liberalizzat iddominat mill-industrija tad-divertiment ta' Ċipru tagħti lok biss għal livelli ta' dħul li jkunu daqs dawk ta' linji ta' l-ajru charter u/jew bi prezzijiet irħas, li fil-fatt huma l-kompetituri reali ta' Cyprus Airways.

(26)

Fl-ambjent tan-negozju attwali u meta titqies il-liberalizzazzjoni sħiħa tas-suq tat-trasport bl-ajru f'Ċipru, Cyprus Airways għandha biss alternattivi limitati għal aktar tkabir jew għal titjib fid-dħul. Anki t-tkabbir previst ta' aktar minn 4 % fis-suq ta' l-avjazzjoni ma jippermettix li Cyprus Airways toħroġ mis-sitwazzjoni attwali diffiċli tagħha mingħajr azzjoni addizzjonali. Għalhekk, il-kumpanija tat bidu għal ristrutturar iebes fejn it-tnaqqis drastiku ta' l-ispejjeż kien inevitabbli.

(27)

Fil-pjan ta' ristrutturar, il-kumpanija stmat li l-ispejjeż totali jeħtieġ li jitnaqqsu bi 13 %. Dan kellu jitwettaq billi l-ispejjeż tal-persunal jitnaqqsu b'madwar 20 % u fl-istess ħin il-livelli tas-salarji jitnaqqsu b'medja ta' 15 %.

(28)

Minbarra dan it-tnaqqis fl-ispejjeż, il-kumpanija kellha twettaq elementi oħra tal-pjan ta' ristrutturar li huwa kontinwu u li, f'dan l-istadju bikri, jirrappreżenta l-vijabilità fit-tul tal-kumpanija. Issa hemm il-ħsieb li l-kumpanija se tkun f'pożizzjoni li jirnexxielha tirripożizzjona ruħha b'mod li għandu jippermetti li l-linja ta' l-ajru tibqa' attiva u toħloq Qligħ fuq l-Investiment (ROI – Return on Investment) aċċettabli tul perjodu medju ta' żmien, bla ebda sussidju ieħor jew għajnuna oħra. Hemm il-ħsieb li matul l-2007 għal darb'oħra jitnaqqsu l-ispejjeż, fejn l-attenzjoni tkun iffokata fuq l-esternalizzazzjoni tax-xogħol (outsourcing) u fuq l-aħjar prattika ta' l-industrija.

L-evoluzzjoni tal-profitti u tat-telf ta' Cyprus Airways (tbassir)  (*)

(CYP 000)

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Dhul totali

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Spejjez totali

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Rizultat operattiv

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt (telf) qabel it-taxxa

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(29)

Il-bidla futura tal-linja ta' l-ajru hija bbażata fuq il-konsolidament tal-benefiċċji li jakkumulaw minn dawn l-ispejjeż imnaqqsa u mil-linja ta' l-ajru li qed tikber b'rata stabbli. F'dan ir-rigward, għall-perjodu 2004-2010, il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi evoluzzjoni fit-traffiku tal-passiġġieri kif ġej

L-evoluzzjoni fit-Traffiku tal-Passiġġieri ta' Cyprus Airways (tbassir)  (*)

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Traffiku generali ta' Cipru (miljuni)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Traffiku Ciprijott (miljuni)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Ishma mis-suq Ciprijott

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Il-bejgħ ta' Eurocypria

(30)

Fir-rigward tal-bejgħ ta' Eurocypria, il-Gvern iċċara li minbarra l-evalwazzjoni preċedentement imwettqa minn PricewaterhouseCoopers (PwC) f'isem Cyprus Airways sabiex ikun stabbilit prezz tas-suq għal Eurocypria, ġiet ikkummissjonata valutazzjoni oħra mingħand HSBC, f'isem il-Gvern, sabiex ikun iddeterminat prezz tal-bejgħ skond metodoloġija stabbilita sew u aċċettata. Għalhekk inżammet ċertu distanza fil-bejgħ ta' Eurocypria lill-Istat.

(31)

PwC wettqu valutazzjoni tal-kumpanija billi użaw il-metodoloġija tal-Likwidità Skontata (DCF – Discounted Cash Flow) u billi pparagunaw il-valuri multipli impliċiti tal-valutazzjoni mal-metodu tas-suq qiesu wkoll it-tranżazzjonijiet li jinvolvu x-xiri u l-bejgħ ta' kumpaniji paragunabbli fl-industrija.

(32)

PwC jirrappurtaw li d-dħul tal-kumpanija ġej mill-bejgħ ta' sits fuq l-ajruplani lil operaturi turistiċi, it-total tal-passiġġieri trasporatati fl-2005 kien jammonta għal 662,561 u dan huwa mistenni li jiżdied għal 829,092 matul l-2006. Għandu jiġi nnutat li d-dħul previst għall-2006 diġà ġie impenjat. Il-komponenti ewlenin ta' l-ispejjeż operattivi għall-2005 kienu l-fjuwil għall-avjazzjoni (30 %), il-ħlasijiet għall-kera ta' l-ajruplani (22 %), l-ispejjeż ta' l-ajruporti u ta' tul ir-rotot (15 %), l-ispejjeż ta' l-ekwipaġġ (11,5 %) u l-ispejjeż tal-manutenzjoni/ta' l-inġinerija (9,5 %).

L-indikaturi ewlenin tar-rendiment

 

2004 (4)

2005 (5) (M)

2006 (6) (E)

2007 (E)

2008 (E)

2009 (E)

Titjiriet totali operati

[…] (**)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Passiġġieri ttrasportati

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Dħul totali (CYP 000)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt gross (CYP 000)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt operattiv (telf) (CYP 000)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt (telf) qabel it-taxxa (CYP 000)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(33)

Għas-sena finanzjara 2005, Eurocypria kienet qed tantiċipa profitt li jlaħħaq madwar CYP 440,000. Dan jammonta għal tnaqqis fir-rendiment meta pparagunat mas-snin preċedenti u meta pparagunat mal-figuri proġettati minħabba żjieda f'daqqa fil-prezzijiet tal-fjuwil esperjenzata fl-2005 li ma setgħetx tiġi mgħoddija fuq il-passiġġeri minħabba n-natura tal-ftehimiet ma' l-operaturi turistiċi.

(34)

Il-metodu ta' DCF jagħti indikazzjoni tal-valur ta' negozju bbażat fuq il-valur tal-likwidità ħielsa li huwa mistenni li n-negozju jista' jiġġenera fil-ġejjieni. Huwa mfassal biex isib il-valur preżenti tal-likwidità futura li ġejja mill-investituri, bil-likwidità li tirriżulta trid tiġi skontata skond ir-rata meħtieġa ta' qligħ sabiex wieħed jikseb stima tal-valur preżenti tan-negozju.

(35)

Il-maniġment ta' Eurocypria prepara projezzjonijiet finanzjarji tul erba' snin (2006-2009); dawn kienu jipprovdu “valur terminali” tal-kumpanija li kien jirrappreżenta l-ammont li investitur jkollu jħallas illum għad-drittijiet għal-likwidità tan-negozju għas-snin sussegwenti għall-projezzjoni ta' erba' snin. Inkiseb valur terminali ta' CYP 14,54 miljun; dan imbagħad ġie skontat bi “prezz medju u mgħobbi (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-kapital” ta' 9,35 % sabiex jinkiseb “valur nett skontat attwali” (net present value) tal-kumpanija ta' CYP 14,21 miljun.

(36)

Dan il-valur nett skontat attwali imbagħad kien suġġett għal numru ta' analiżijiet tas- sensittività sabiex jitqiesu l-parametri li jvarjaw possibbli bħar-rati tal-kambju differenti USD/CYP (ħafna mill-ispejjeż tal-kumpanija huma f'dollari Amerikani, filwaqt li l-qligħ tagħha jkunu f'muniti oħra), tbassir differenti tat-tkabbir u prezzijiet differenti tal-fjuwil. L-analiżijiet tas-sensittività enfasizzaw is-sensittività kbira ta' Eurocypria (komuni għall-parti l-kbira tal-linji ta' l-ajru Komunitarji) għall-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju u fil-prezzijiet tal-fjuwil.

(37)

Fuq il-bażi ta' l-analiżi li ġiet deskritta aktar 'il fuq, PwC kisbu firxa indikattiva ta' valuri għal Eurocypria ta' bejn CYP 12,5 miljun u CYP 16-il miljun.

(38)

PwC wettqu wkoll analiżi paragunabbli tas-suq tal-valur billi paragunaw Eurocypria ma' kumpaniji oħra f'oqsma simili jew ta' tipi simili ta' negozju. Dan jitqies bħala metodu ta' paragun addizzjonali validu peress li l-kundizzjonijiet u l-prospetti ta' negozji simili jiddependu minn fatturi komuni bħad-domanda ġenerali għall-prodotti u għas-servizzi tagħhom kif ukoll mill-istruttura ta' l-ispejjeż u mill-ambjenti operattivi.

(39)

Minħabba n-nuqqas ta' kumpaniji ta' linji ta' l-ajru charter ikkwotati pubblikament, PwC użaw taħlita ta' trasportaturi bi prezzijiet irħas u trasportati skedati u charter imħallta. Kalkolu li sar fuq il-bażi tal-qligħ attwali u proġettat qabel l-imgħax, it-taxxi, id-deprezzament u l-amortizzazzjoni (EBITDA) wassal għal valur indikattiv ta' l-ishma tal-kumpanija ta' bejn CYP 12,5 u CYP 13,5 miljun. Il-PwC innuttaw li dan ir-riżultat jixbah lir-riżultat tal-metodoloġija tad-DCF.

(40)

PwC wettqu wkoll it-tielet u l-aħħar valutazzjoni ta' Eurocypria fuq il-bażi ta' tranżazzjonijiet reċenti. Fil-fehma tagħhom dan japplika test ta' raġonevolezza għaż-żewġ metodoloġiji li ssemmew preċedentement. It-teorija wara dan il-metodu hija li l-prezz miksub minn distanza bejn xerrej lest li jixtri u bejjiegħ lest li jbigħ ikun indikatur tajjeb tal-valur. PwC użaw id-data disponibbli għan-netwerk globali tagħhom u permezz ta' dan il-metodu waslu għal valur indikattiv għal Eurocypria ta' bejn CYP 10,5 u CYP13-il miljun. PwC josservaw li dan ir-riżultat ukoll jixbah ir-riżultat tal-metodoloġija tad-DCF.

(41)

Għaldaqstant u fuq il-bażi ta' l-analiżijiet li ssemmew aktar 'il fuq, PwC ikkonkludew li l-valur indikattiv għal Eurocypria jinsab bejn CYP 12,5 u CYP 15,5 miljun.

(42)

PwC iżidu jgħidu wkoll li l-valutazzjoni tagħhom ta' Eurocypria hija bbażata fuq projezzjonijiet finanzjarji għall-kumpanija fejn Eurocypria żżomm xi tip ta' affiljazzjoni ma' Cyprus Airways. Skond PwC, affiljazzjoni bħala din tagħti lok għal ċertu tfixkil għall-espansjoni, prinċipalment: restrizzjonijiet fuq it-tkabbir minħabba l-fatt li Eurocypria hija kumpanija sussidjarja ta' Cyprus Airways; l-istatus ta' Eurocypria bħala kumpanija sussidjarja ta' Cyprus Airways jillimita l-possibbiltajiet tagħha li tikseb ipprezzar kompetittiv rigward l-għoti barra (outsourcing) tas-servizzi. Jekk Eurocypria kellha tibqa' parti mill-Grupp, huwa wkoll probabbli li ma tkunx tista' tikkompeti ma' Cyprus Airways fuq l-istess rotot.

(43)

Fuq din il-bażi, PwC qed jikkonkludu li l-prezz għal Eurocypria bħala entità separata ħielsa minn dan it-trażżin probabbilment jista' jkun ogħla.

(44)

Evalwazzjoni oħra twettqet minn HSBC. HSBC adottaw metodu simili għal dak imwettaq minn PwC. Il-konklużjoni inizjali tagħhom hija li Eurocypria għandha valur totali ta' ishma ta' CYP 13-il miljun. HSBC imbagħad wettqu valutazzjoni tal-valur komparattiv rigward kumpaniji kwotati pubblikament li jistgħu jiġu paragunati ma' Eurocypria. Meta għamlu dan kisbu valutazzjoni ta' CYP 11,8 miljun għal Eurocypria.

(45)

HSBC jirreferu għas-sensittività tal-kumpanija, partikolarment għall-varjazzjonijiet fl-ipprezzar tal-fjuwil u jiksbu valur medju u mgħobbi (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-kumpanija ta' bejn CYP 12,3 u CYP 13,8 miljun.

Iż-żjieda kapitali

(46)

Rigward iż-żjieda kapitali, din għandha tkun imfassla sabiex tindirizza l-valur nett negattiv li ġej mit-telf akkumulat passat li għawwar l-ishma ta' Cyprus Airways. Iż-żjieda fl-ishma se ssir permezz ta' kwistjoni ta' drittijiet li se jkunu offruti prorata lill-azzjonisti, fejn 70 % jkunu offruti lill-Istat u 30 % lill-azzjonisti privati. Fil-fehma tal-Gvern ta' Ċipru, din iż-żjieda fl-ishma se tkun investiment simili għal dak li sar minn investitur f'ekonomija tas-suq.

Il-miżuri kumpensatorji

(47)

Dwar il-kwistjoni tal-miżuri kumpensatorji, l-awtoritajiet Ċiprijotti reġgħu saħqu dwar il-fehma tagħhom li, mill-2004, il-linja ta' l-ajru effettivament kienet qed tirristruttura l-operazzjonijiet tagħha. F'dan ir-rigward, fi tmiem l-2004, il-linja ta' l-ajru naqset il-flotta tagħha b'żewġ ajruplani u rinunzjat għal numru ta' rotot waqt li fl-istess ħin naqqset il-frekwenza tagħha fuq rotot oħra. Fil-kuntest ta' linja ta' l-ajru bi 12-il ajruplan fl-2004, dan it-tnaqqis, fil-fehma tagħhom, kien ferm sinifikanti u aktar tnaqqis fid-daqs f'dan l-istadju kien ikollu impatt negattiv fuq il-vijabilità fit-tul tal-linja ta' l-ajru.

(48)

L-awtoritajiet Ċiprijotti qed isostnu wkoll li d-deċiżjoni li tinbiegħ HellasJet u d-deċiżjoni li ma jiġġeddux il-kirjiet ta' HellasJet ta' tliet ajruplani mikrija tikkostitwixxi tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità tal-Grupp li għandha titqies bħala miżura kumpensatorja. Jgħidu l-istess fir-rigward tal-bejgħ ta' Eurocypria, peress li l-flotta tal-Grupp se jitnaqqsulha 6 ajurplani oħra. Wara l-bejgħ iż-żewġ kumpaniji jkunu legalment u finanzjarjament indipendenti.

(49)

Fil-fehma ta' l-awtoritajiet Ċiprijotti, mhemm l-ebda ambitu ulterjuri f'dan ir-ristrutturar għal aktar miżuri kumpensatorji li ma jirriskjawx li jipperikolaw is-suġġett tar-ristrutturar. L-awtoritajiet Ċiprijotti jenfasizzaw li Cyprus Airways hija parteċipanta ferm żgħira fis-suq Komunitarju ta' l-avjazzjoni u mhux probabbli li l-azzjonijiet tagħha li se jinfluwenzaw is-sitwazzjoni kompetittiva f'din il-kwistjoni.

(50)

Is-suq Ċiprijott, li prinċipalment huwa suq ta' destinazzjoni, ilu mhux ħażin li ġie liberalizzat u bħalissa madwar 99 linja ta' l-ajru joperaw servizzi skedati u charter fi, lejn u barra minn Ċipru. Fuq eżami aktar mill-qrib, 80 % tat-traffiku huwa fil-Komunità/fiż-ŻEE u għalhemm mhux suġġett għal restrizzjonijiet ta' l-ebda tip. 8-9 % ieħor huwa magħmul minn servizzi charter minn pajjiżi terzi li huma għalkollox liberalizzati. L-10-11 % li jifdal huwa magħmul minn traffiku mir-reġjuni tal-Lvant Nofsani u tal-Golf fejn il-kuntest aeropolitiku huwa influwenzat minn arranġamenti bilaterali bejn Ċipru u dawn il-pajjiżi. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet Ċiprijotti jħossu li hemm ambitu ferm limitat għal aktar liberalizzazzjoni tas-suq ta' l-avjazzjoni Ċiprijott fuq il-bażi ta' l-azzjonijiet meħuda fuq il-livell nazzjonali.

Il-kontribuzzjoni ta' Cyprus Airways

(51)

Fir-rigward tal-kwistjoni tal-kontribuzzjoni ta' Cyprus Airways, l-awtoritajiet Ċiprijotti jixtiequ jiċċaraw numru ta' kwistjonijiet. Fir-rigward tal-flotta proprjetà ta' Cyprus Airways, il-kumpanija ma setgħetx tqiegħed l-ajruplani tagħha bħala sigurtà biex tissellef mill-banek kummerċjali minħabba l-età relattiva ta' l-ajruplani (is-7 ajruplani A320 proprjetà ta' Cyprus Airways kienu kkonsenjati lill-kumpanija bjen l-1989 u l-1993). Saru sforzi f'dan ir-rigward imma r-risposti li waslu mingħand numru ta' banek kummerċjali kienu negattivi. B'mod simili, il-Gvern spjega li l-bejgħ ta' parti mill-flotta ma tqiesx bħala alternattiva reali peress li dan kien se jwassal biex il-kumpanija ma tkunx tista' tkompli taħdem. L-unika alternattiva reali għalhekk kien il-bejgħ ta' Eurocypria u qegħdin jargumentaw li l-bejgħ ta' din il-kumpanija sussidjarja għandu jitqies bħala l-kontribuzzjoni ta' Cyprus Airways.

(52)

B'relazzjoni għal HellasJet, din il-kumpanija waqfet taħdem bħala linja ta' l-ajru skedata f'Mejju 2005 u trasformat in-negozju tagħha minn trasporatur skedat għal sensar ta' l-ajruplani u operatur charter billi daħlet fi ftehim ma' kumpanija Griega bl-isem Trans World Aviation. 51 % ta' l-ishma tal-kumpanija diġà kienu nbiegħu u l-Gvern kien f'negozjati sabiex ibigħ il-bqija tal-kumpanija.

(53)

L-awtoritajiet Ċiprijotti jqisu wkoll li ż-żjieda kapitali pjanata għal nofs l-2007 tikkostitwixxi l-kontribuzzjoni ta' Cyprus Airways għar-ristrutturar. Fil-fehma tagħhom, għandhom jiġu miżjuda: il-bejgħ ta' ajruplan fl-2005 (CYP 5 miljuni), il-bejgħ ta' magna żejda ta' ajurplan A320 (CYP 1,7 miljuni) u l-bejgħ ta' sperparts (CYP 0,7 miljun), li jwasslu għal kontribuzzjoni oħra ta' CYP 7,4 miljuni.

(54)

Fl-aħħarnett, b'relazzjoni għal-livell tal-kontribuzzjoni ta' Cyprus Airways għar-ristrutturar, l-awtoritajiet Ċiprijotti jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal punt 56 tal-linji gwida S&R li jipprovdu

“F'oqsma mgħejjuna, madankollu, u sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'regoli dwar l-għajnuna ta' l-Istat f'settur partikolari, il-kundizzjonijiet biex tkun awtorizzata l-għajnuna jistgħu jkunu inqas stretti rigward l-implimentazzjoni ta' miżuri kumpensatorji u d-daqs tal-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju”

(55)

Ikomplu jiġbdu l-attenzjoni għall-fatt li għall-perjodu 2000-2006 Ċipru kollu jitqies bħala reġjun wieħed li jaqa' taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat KE, u li Cyprus Airways hija partikolarment ta' valur għall-ekonomija bbażata fuq it-turiżmu ta' Ċipru u aktar tnaqqis fil-kapaċità fil-linja ta' l-ajru permezz ta' aktar miżuri kumpensatorji jew permezz ta' proporzjon ferm għoli tal-kontribuzzjoni tagħha stess se jkollha riperskussjonijiet ferm mifruxa fuq is-settur tat-turiżmu u fuq l-iżvilupp reġjonali b'mod ġenerali.

Il-kummenti ta' partijiet terzi

(56)

Wara l-pubblikazzjoni ta' l-ittra indirizzata lill-awtoritajiet Ċiprijotti fil-Ġurnal Uffiċjali, fiż-żmien permess, waslu kummenti mingħand parti interessata waħda.

(57)

Il-Kummissjoni qed tinnota li l-ebda kompetitur ma ressaq kummenti fil-kuntest tal-bidu tal-proċedura.

Pasypi

(58)

Il-kumment wasal mill-Pancyprian Airline Pilots Union (PASYPI), li xtaqu jagħtu l-fehma tagħhom dwar il-pjan ta' ristrutturar għal Cyprus Airways u dwar il-ġestjoni xierqa u effiċjenti tal-kumpanija. Huma kienu tal-fehma li jekk il-pjan attwali ta' ristrutturar kellu jiġi approvat skond il-“ħsieb prevalenti tal-maniġment” dan seta' jkun “ferm diżastruż” għall-kumpanija.

(59)

Fl-opinjoni tal-PASYPI, Cyprus Airways ma preżentatx pjan ta' negozju xieraq u vijabbli lill-impjegati tagħha peress li l-Kummissjoni kienet awtorizzat għajnuna għas-salvataġġ għall-kumpanija. Ma kien hemm l-ebda ristrutturar la tal-maniġment u lanqas ta' l-operazzjonijiet tal-kumpanija u dan kien minħabba interessi u interferenza politiċi.

(60)

L-unjin tafferma li l-linja ta' l-ajru għandha wisq persunal u li l-pjanijiet stabbiliti mill-maniġment tal-kumpanija ma rnexxielhomx inaqqsu l-persunal għal livelli ta' persunal konsistenti ma' standards internazzjonali u ma' livelli ta' referenza (benchmarking). Issemmew pressjoni u konsiderazzjonijiet politiċi bħala raġunijiet għal dan in-nuqqas.

(61)

Il-PASYPI qed tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-azzjonisti privati tal-kumpanija m'huma qed jagħtu l-ebda kontribut sabiex din tibqa' attiva u li l-uniċi azzjonisti li qed jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-ispejjeż huma l-impjegati.

(62)

L-unjin tal-piloti qed tikkritika anki l-ġestjoni tal-kumpanija b'relazzjoni għat-trattament taż-żewġ kumpaniji sussidjarji Eurocypria u HellasJet. B'relazzjoni għal Eurocypria huma qed jistaqsu jekk il-bejgħ ta' din il-kumpanija hux se jkollu effetti ħżiena u limitazzjonijiet fuq il-ġejjieni ta' u l-espansjoni ta' Cyprus Airways. Rigward HellasJet, l-unjin ma taqbilx mal-fatt li l-maniġment qatt ma żvela lill-persunal it-telf li għamlet HellasJet u jekk il-kumpanija għadiex operattiva.

(63)

Fl-aħħarnett, l-unjin tal-piloti qed tiddikjara li l-linja ta' l-ajru teħtieġ pjan ta' negozju ġdid u jeħtieġ li tiġi privatizzata.

Ir-risposta ta' l-awtoritajiet Ċiprijotti għall-Kumment tal-Parti Terza

(64)

Ir-risposta ta' l-awtoritajiet Ċiprijotti għall-kummenti li waslu mingħand l-unjin tal-piloti l-ewwelnett kienet tafferma li d-dikjarazzjonijiet li saru la kienu sostanzjati u lanqas ma kienu bbażati fuq xi raġuni fundamentali jew sfond sod tan-negozju.

(65)

Il-Gvern qed jikkontesta bil-qawwa kollha l-allegazzjoni ta' interferenza politika fil-kumpanija u ddikjara li waqt li l-maġġoranza tal-Bord jinħatru mill-Gvern, dawn il-membri għandhom l-istess responsabbiltajiet bħal dawk il-membri tal-Bord ta' kwalunkwe kumpanija kwotata pubblikament. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord huma motivati biss mill-aħjar interessi tal-kumpanija.

(66)

Fir-rigward tal-pjan ta' ristrutturar, il-Gvern qed jiddikjara li dan kien qed jiġi implimentat u li l-bidla fil-kumpanija diġà kienet viżibbli. Il-flus iffrankati fuq bażi annwali kienu skond dawk previsti mill-pjan, jiġifieri ta' CYP 19,5 miljun. Il-parti ċentrali tal-pjan huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż sabiex il-linja ta' l-ajru tkun tista' tirristruttura l-operazzjonijiet tagħha b'mod aktar kompetittiv. Peress li l-ispejjeż tal-ħaddiema kienu fattur sinifikanti dan fisser li l-persunal kien inevitabbilment affetwat jew minħabba s-sensji jew minħabba t-tnaqqis fil-qligħ.

(67)

Rigward il-kwistjoni ta' persunal żejjed, il-Gvern qed jiċħad l-allegazzjonijiet li għamlet il-PASYPI u qed jiddikjara li l-għadd tal-persunal li għandhom jingħataw is-sensja, u li mistennija jħallu l-kumpanija sa tmiem l-2006, huwa bejn wieħed u ieħor 414 aktar milli t-385 persuna previsti fil-pjan ta' ristrutturar.

(68)

Rigward iż-żjieda fil-kapital, il-Gvern qed jispjega li dan se jsir f'nofs l-2007 meta riżultati tanġibbli mill-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar ikunu evidenti. Hemm il-ħsieb li se jinżamm il-proporzjon ta' ishma privati/pubbliċi fil-kumpanija.

(69)

Il-Gvern spjega li l-bejgħ ta' Eurocypria sar sabiex Cyprus Airways tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti kontributorji tagħha skond il-linji gwida Komunitarji S&R. Huwa ddikjara li l-bejgħ ta' Eurocypria bi prezz ta' CYP 13,425 miljun, li ġie evalwat b'mod indipendenti, kellu jsir kmieni f'Awissu 2006.

(70)

B'relazzjoni għal HellasJet, il-Gvern spjega li wara ftehim bejn tliet partijiet bejn Cyprus Airways, HellasJet u Trans World Aviation SA (li fil-Greċja tinnegozja bħala Air Miles) Cyprus Airways irranġat il-bejgħ ta' HellasJet lil Trans World għal EUR 2 miljuni (CYP 1,16 miljun). Huwa ddikjara li l-ħsieb ta' Cyprus Airways kienet li ttafi kemm jista' jkun it-telf operattiv ta' HellasJet u li toħroġ minn din l-impriża ladarba l-garanziji korporattivi preċedentement ipprovduti minn Cyprus Airways, b'konnessjoni mal-flotta ta' HellasJet, skadew. Il-Gvern argumenta wkoll li dan l-ammont għandu jitqies bħala l-kontribuzzjoni tagħha stess.

(71)

Il-Gvern ċaħad is-sejħa ta' l-unjin tal-piloti għal pjan ta' ristrutturar ġdid u afferma li l-pjan ta' negozju attwali ma jeħtieġ l-ebda reviżjoni. Il-Gvern mhux qed jeskludi l-possibbiltà li jipprivatizza l-kumpanija jekk issir offerta attraenti.

(72)

Fir-rigward tal-kapital miżjud ippjanat għal nofs l-2007, u fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Ċiprijotti pprovdew aktar informazzjoni permezz ta' ittra li kienet iġġib id-data tad-19 ta' Diċembru 2006. Huma spjegaw li skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi Ċiprijotta dwar il-kumpaniji, kumpanija pubblika ma tistax toħroġ ishma taħt il-valur nominali. Dak iż-żmien l-ishma ta' Cyprus Airways kienu qed jiġu negozjati fuq il-Borża Ċiprijotta b'valur ta' bejn CYP 0,15 u 0,16 filwaqt li dawn kellhom valur nominali ta' CYP 0,50 għal kull sehem. Peress li nħass li kwalunkwe ħruġ ta' ishma b'valur medju jew 'il fuq mill-valur medju jkun ta' suċċess, jeħtieġ li jitnaqqas il-valur nominali tal-kapital ta' l-ishma.

(73)

Il-proċedura għat-tnaqqis tal-kapital nominali ta' l-ishma diġà twettqet u l-kumpanija se tnaqqas dan il-valur billi tikkanċella t-telf akkumulat (kif inhu permess mill-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-Kumpanija). Il-Bord tad-Diretturi ta' Cyprus Airways, fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2006, ta bidu għall-proċedura għaż-żjieda kapitali billi organizza s-sottoskrizzjoni tal-ħruġ. Sabiex ikun iggarantit is-suċċess tagħha, bank kummerċjali ta' investiment, Cisco (bank sussidjarju tal-Bank ta' Ċipru li huwa proprjetà privata) indika li kien lest li jissottoskrivi l-ħruġ propost. Cisco se jingħata ħlas għas-sottoskrizzjoni taż-żjieda kapitali ta' Cyprus Airways u dan il-ħlas se jkun skond il-prezz tas-suq għal tranżazzjonijiet bħal dawn. Kopja ta' l-ittra ta' intenzjoni tal-bank ta' investiment intbagħtet lis-servizzi tal-Kummissjoni.

(74)

Il-passi li jmiss kienu li f'nofs Jannar 2007, kienet approvata Riżoluzzjoni Speċjali għat-Tnaqqis tal-kapital ta' l-ishma b' maġġoranza ta' 75 % ta' l-azzjonisti preżenti għal laqgħa ġenerali straordinarja. Riżoluzzjoni bħal din imbagħad ikollha tiġi ratifikata mill-Qorti Distrettwali f'Ċipru u tiġi rreġistrata mar-Reġistru tal-Kumpaniji. Huwa mistenni li l-proċedura kollha tieħu 6-7 xhur (fejn jitħalla perjodu ta' tliet xhur għall-Qorti tal-Ġustizzja).

V.   IL-VALUTAZZJONI TA' L-GĦAJNUNA

L-eżistenza ta' għajnuna fit-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE

(75)

Skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi ta' l-Istat, tkun xi tkun il-forma, li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti, għandha, sakemm taffetwa n-negozju bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni.

(76)

Il-kunċett ta' għajnuna ta' l-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti direttament jew indirettament, iffinanzjat mir-riżorsi ta' l-Istat, mogħti mill-Istat innifsu jew permezz ta' kwalunkwe korp intermedjarju li qed jaġixxi minħabba s-setgħat li ngħatawlu.

(77)

Fil-kuntest tal-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni identifikat tliet elementi mill-pjan ta' ristrutturar li potenzjalment jistgħu jammontaw għal għajnuna ta' l-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni trid teżamina dawn l-elementi sabiex tiddetermina jekk dawn jikkostitwux għajnuna ta' l-Istat.

Il-Garanzija għas-Self

(78)

L-ispejjeż ta' ristrutturar ta' Cyprus Airways se jkunu koperti parzjalment u temporanjament minn self ta' CYP 55 miljun (EUR 96 miljun) mogħti minn bank kummerċjali skond kundizzjonijiet tas-suq. Kif ġie spjegat fid-deċiżjoni biex tingħata bidu għall-proċedura investigattiva, l-awtoritajiet Ċiprijotti biħsiebhom jagħtu lil Cyprus Airways garanzija mill-Istat li tkopri dan is-self.

(79)

L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-trattat tal-Komunità Ewropea għal għajnuna mill-Istat f'forma ta' garanziji  (7) jistabbilixxi l-kriterji li jiżguraw li garanzija ma tikkostitwix għajnuna ta' l-Istat (ara l-paragrafu 4.2). Żewġ kundizzjonijiet kumulattivi essenzjali huma:

a)

Fil-prinċipju, il-garanzija tista' tinkiseb mis-swieq finanzjarji skond kundizzjonijiet tas-suq.

b)

Jitħallas il-primjum tas-suq għall-garanzija.

(80)

F'dan il-każ l-ebda waħda mill-kriterji ma ġiet sodisfatta. Cyprus Airways ma tħallas lill-Istat l-ebda primjum għall-garanzija li tibbenefika minnha u, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika prekarja u l-fatt li diġà ngħatat għajnuna għas-salvataġġ, huwa ferm improbabbli li l-kumpanija kienet se tirċievi garanzija bħal din waħidha.

(81)

Barra minn hekk, il-garanzija hija waħda mir-riżorsi ta' l-Istat peress li tingħata direttament mill-Istat. Hija diretta lejn kumpanija waħda (Cyprus Airways) li tinsab f'kompetizzjoni ma' linji ta' l-ajru Komunitarji oħra, b'mod partikolari, mid-dħul fis-seħħ tat-tielet stadju tal-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru (“it-tielet pakkett”) fl-1 ta' Jannar 1993. Se taffetwa n-negozju bejn l-Istati peress li tikkonċerna kumpanija involuta fl-attività ta' trasport bejn l-Istati Membri u tkopri s-Suq Komuni u peress li tista' tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni f'dan is-suq.

(82)

B'hekk, il-garanzija ta' l-Istat għandha titqies bħala għajnuna ta' l-Istat fit-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. Barra minn hekk, din il-konklużjoni ġiet aċċettata mill-awtoritajiet Ċiprijotti peress li, fir-rigward tal-garanzija, ippruvaw jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-linji gwida S&R.

(83)

Filwaqt li l-pjan inizjali kien jipprovdi li l-awtoritajiet Ċiprijotti jigarantixxu s-self kollu ta' CYP 55 miljun, matul il-proċedura, sabiex l-għajnuna tkun limitata għall-minimu u sabiex tkun żgurata kontribuzzjoni biżżejjed min-naħa tal-kumpanija biex tkopri l-ispejjeż ta' ristrutturar tagħha stess, l-awtoritajiet iddeċidew li jnaqqsu l-parti tas-self ta' ristrutturar kopert mill-garanzija għal massimu ta' CYP 45 miljun. Barra dan, l-awtoritajiet Ċiprijotti speċifikaw li l-parti garantita u dik mhux iggarantita tas-self se jkunu indipendenti u b'mod partikolari mhu se jkun hemm l-ebda subordinazzjoni ta' l-aħħar għal ta' l-ewwel. Dan ifisser li l-linja ta' l-ajru se tikseb mill-inqas CYP 10 miljuni mis-self kummerċjali ta' CYP 55 miljun bla ebda garanzija jew intervent ta' l-Istat ieħor.

Il-bejgħ ta' Eurocypria

(84)

L-awtoritajiet Ċiprijotti indikaw li l-bejgħ ta' Eurocypria ġie kkompletat f'Awissu 2006 u li l-kumpanija nbiegħet lill-Istat għal CYP 13,425 miljun. Għalhekk, il-Kummissjoni trid teżamina kif inkiseb dan il-prezz sabiex tivverifika l-validità tiegħu u sabiex tiddetermina jekk fit-tranżazzjoni kinitx involuta kwalunkwe għajnuna ta' l-Istat. Il-paragrafi 59 et seq. tad-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-proċedura investigativa jfakkru li dan jista' jkun il-każ, partikolarment, jekk il-prezz imħallas ikun wisq għoli meta paragunat mal-prezz tas-suq tal-kumpanija.

(85)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li din il-figura nkisbet skond żewġ valutazzjonijiet ta' esperti mwettqa f'isem kemm il-bejjiegħ kif ukoll ix-xerrej. Wara li wettqet analiżi dettaljata tal-valutazzjonijiet ta' l-esperti, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li dan il-prezz jikkorrispondi għal prezz ġust tas-suq; tinnota wkoll li l-prezz tal-bejgħ finali, ikun xi jkun il-każ, huwa aktar baxx mill-CYP 15-il miljun previsti fil-pjan ta' ristrutturar u fil-bidu tal-proċedura investigattiva. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-bejgħ ta' Eurocypria ma jammontax għal għajnuna ta' l-Istat lil Cyprus Airways għaliex il-kumpanija ma nbiegħetx għal aktar mill-valur reali tagħha.

(86)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll il-ħsieb iddikjarat ta' l-awtoritajiet Ċiprijotti li Eurocypria se taħdem bħala kumpanija għalkollox indipendenti barra mill-grupp ta' Cyprus Airways. Il-Kummissjoni tqis li peress li Eurocypria tibqa' proprjetà tal-Gvern, hemm ir-riskju li tista' ma titħaddimx b'mod tassew indipendenti mill-kumpanija parent preċedenti tagħha. Għaldaqstant, u sabiex ikun indirizzat dan it-tħassib, il-Kummissjoni biħsiebha timponi xi kundizzjonijiet fuq Ċipru sabiex tiżgura li ż-żewġ kumpanija huma u jibqgħu separati għal perjodu biżżejjed ta' żmien u li dawn iwettqu kwalunkwe negozju bejniethom minn ċertu distanza.

Iż-Żjieda Kapitali

(87)

Aspett ieħor tal-pjan ta' ristrutturar huwa li f'nofs l-2007, xi 18-il xahar wara l-bidu tar-ristrutturar, il-kapital ta' Cyprus Airways se jiġi miżjud b'xi CYP 14-il miljun. Huwa l-ħsieb ta' l-awtoritajiet Ċiprijotti li din iż-żjieda kapitali se sseħħ fi proporzjon għall-ishma attwali u li se jinżamm il-proporzjon ta' sjieda pubbliku/privat. Dan se jfisser li l-Istat se jikkontribwixxi CYP 9,8 miljuni (EUR 17-il miljun jew 70 %) filwaqt li l-azzjonisti l-oħra se jżidu CYP 4,2 miljuni (EUR 7,3 miljuni jew 30 %).

(88)

Għalhekk, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk f'din is-sitwazzjoni, il-parti pubblika ta' din iż-żjieda kapitali proposta tikkostitwix għajnuna ta' l-Istat. Meta tagħmel dan tkun qed tibbaża l-ġudizzju tagħha fuq il-“prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq”, metodu li ġie konfermat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġusizzja (8). Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex ikun eżaminat jekk injezzjoni ta' kapital pubbliku tikkostitwix għajnuna ta' l-Istat, ikun xieraq li jitqiesu l-possibbiltajiet reali li l-kumpanija benefiċjarja jkollha tikseb riżorsi finanzjarji ekwivalenti meta ddur għas-swieq kapitali normali. Mhemm l-ebda għajnuna ta' l-Istat meta jiġi kontribwit kapital pubbliku ġdid f'kundizzjonijiet li jkunu aċċettabbli għal investitur privat li jopera f'kundizzjonijiet normali ta' ekonomija tas-suq.

(89)

L-imġiba ta' l-investitur pubbliku għalhekk trid tiġi paragunata mas-suppost imġiba ta' investitur privat, bħal kumpanija holding privata jew grupp privat ta' kumpaniji li ssegwi politika strutturali, ġenerali jew settorjali, u tkun iggwidata minn prospetti ta' profitti fit-tul (9). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-kontribuzzjonijiet kapitali mill-fondi pubbliku ma jkunux għajnuna ta' l-Istat meta l-azzjonisti privati jieħdu sehem fl-operazzjoni, l-ewwelnett mill-inqas b'mod proporzjonat għan-numru ta' l-azzjonijiet tagħhom, it-tieninett f'kundizzjonijiet identiċi għal dawk ta' l-investitur pubbliku u fl-aħħarnett, jekk il-proporzjon ta' l-ishma sottoskritti mill-investituri privati jkollu sinifikat ekonomiku reali. Il-Kummissjoni tqis li l-parità għall-parteċipazzjoni ta' l-investituri pubbliċi u privati tkun iggaratita meta bank jew investitur kummerċjali jkun qabel li jiggarantixxi bil-quddiem u skond il-kundizzjonijiet tas-suq, il-parteċipazzjoni ta' l-investituri privati fiż-żjieda kapitali, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk offruti lill-investitur pubbliku. Dan il-metodu, li huwa bbażat fuq il-konkomitanza tal-kontribuzzjonijiet, kien regolarment sostnut mill-Qorti tal-Prim'Istanza u mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (10).

(90)

F'dan il-każ, Cisco, bank kummerċjali ta' investiment, qabel, f'kundizzjonijiet tas-suq, li jissottoskrivi l-investituri privati sa 30 % tar-rikapitalizzazzjoni proposta. L-awtoritajiet Ċiprijotti speċifikaw ukoll li l-azzjonisti kollha se jixtru l-ishma bl-istess valur, li għandu jiġi determinat b'mod konġunt minn Cyprus Airways u minn Cisco, u fl-istess kundizzjonijiet tas-suq bħall-investituri privati.

(91)

F'din il-konnessjoni, il-Kummissjoni rċeviet kopja ta' l-ittra ta' intenzjoni li kienet iġġib id-data ta' l-14 ta' Diċembru 2006 mibgħuta lil Cyprus Airways minn Cisco fejn il-bank jaċċetta li jikkonkludi kuntratt sabiex jissottoskrivi jew ikollu sottoskritt is-suċċess ta' l-operazzjoni ta' rikapitalizzazzjoni. Barra minn hekk, qabel ma jimpenja ruħu rigward l-investiment fejn għandhom x'jaqsmu l-investituri privati, Cisco wettaq studju dettaljat tal-pjan u ta' l-operazzjoni ta' ristrutturar. Qabel ma kkonkluda l-kuntratt finali, kif inhi prattika tas-soltu fis-suq, se jwettaq (jew iqabbad lil min iwettaq f'ismu) operazzjoni xierqa ta' diliġenza li kwalunkwe investitur għandu jwettaq qabel ma jibda l-operazzjoni. B'dan il-mod, il-bank qed jipproteġi ruħu bil-garanziji u s-sigurtajiet kollha li jagħtuh il-possibbiltà li jaġġusta l-offerta tiegħu skond ir-riskji li qed jieħu. Għandu jiġi nnutat li dan il-bank mhux ikkontrollat, direttament jew indirettament, mill-Istat Membru konċernat. Il-kuntratt finali ta' garanzija ma' Cisco se jkun konkluż qrib il-bidu tal-perjodu ta' offerta u se jinkludi d-dispożizzjonijiet u l-impenji standard fis-seħħ f'dan it-tip ta' kuntratt u skond l-aħjar prattiki nazzjonali u internazzjonali.

(92)

Il-kundizzjonijiet li l-konklużjoni tal-kuntratt finali ta' garanzija hija suġġetta għalihom jistgħu jiġu ggruppati flimkien f'żewġ blokki: l-ewwel blokk jikkonċerna elementi relattivament standard bl-ebda influwenza diretta fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni imma biss fuq l-implimentazzjoni effettiva tiegħu. Dawn jinkludu:

a)

l-assenza ta' avvenimenti straordinarji li jistgħu jkunu ta' deteriment biex l-operazzjoni tkun ikkompletata b'suċċess,

b)

it-trażmissjoni lill-bank ta' informazzjoni kompluta dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja u dwar il-ġestjoni ta' Cyprus Airways,

ċ)

l-involviment tal-bank biex ikunu determinati l-proċeduri għall-operazzjoni.

(93)

Min-naħa l-oħra, it-tieni blokk ta' kundizzjonijiet stabbiliti fl-ittra ta' intenzjoni tal-bank jistgħu jaffetwaw il-valutazzjoni ta' l-operazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni; dawn għandhom jiġu analizzati fid-dettall. Prinċipalment, dawn jikkonċernaw:

a)

id-differenza fil-prezz tal-ħruġ ta' l-ishma relattiv għall-kwotazzjoni fuq il-borża,

b)

il-tariffi/kummissjonijiet li għandhom jintalbu mill-bank għall-operazzjoni,

ċ)

il-ftehim kemm mill-bank kif ukoll mill-Istat (l-azzjonista prinċipali ta' Cyprus Airways) li t-tnejn li huma se jipparteċipaw fiż-żjieda kapitali.

(94)

Sa fejn għandu x'jaqsam il-prezz ta' sottoskrizzjoni għall-ishma l-ġodda, Cisco u Cyprus Airways qablu li l-prezz jew il-firxa ta' prezzijiet għall-ħruġ ta' l-ishma l-ġodda se jiġi definit b'mod konġunt skond il-prattiki tas-suq fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-borża prevalenti fiż-żmien tat-tnedija ta' l-operazzjoni. Ċipru konferma lill-Kummissjoni li se jintalab prezz wieħed mingħand l-abbonati kollha involuti u li lill-garanti mhux se jingħata l-ebda skont speċifiku.

(95)

It-tieninett, sa fejn għandha x'taqsam ir-remunerazzjoni tal-banek permezz tal-kummissjonijiet, ta' l-aħħar huma bbażati fuq il-valur tal-proporzjon ta' l-operazzjoni (30 %) li għandu jiġi sottoskritt mis-suq. L-awtoritajiet Ċiprijotti indikaw li l-ħlas li għandu jingħata lil Cisco huwa skond il-prinċipji tas-suq prevalenti fuq il-boroż Ewropej prinċipali sabiex ikun iggarantit li operazzjoni paragunabbli ta' tqegħid ta' ishma tkun ikkompletata b'suċċess. Għalhekk, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li t-tranżazzjoni bejn Cyprus Airways u Cisco hija skond il-kundizzjonijiet tas-suq għal dan it-tip ta' operazzjoni u li tammontax għal skont fuq il-prezz imħallas mill-bank għall-ishma li tista' tintalab tissottoskrivi. Konsegwentement, il-ħlas mogħti lill-bank ma jkollux l-effett li jagħtiha l-possibbiltà li tipparteċipa fl-operazzjoni f'kundizzjonijiet aktar favorevoli mill-Istat jew mill-azzjonisti l-oħra.

(96)

It-tieletnett, sa fejn għandu x'jaqsam ir-rewiżit kemm mill-Istat kif ukoll mill-bank li l-ieħor jipparteċipa fiż-żjieda kapitali, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rekwiżit taż-żewġ partijiet li l-parti l-oħra tipparteċipa fl-eżerċizzju huwa element deċiżiv essenzjali sabiex ikun iggarantit is-suċċess taż-żjieda kapitali.

(97)

Il-Kummissjoni qed tinnota l-impenn mogħti mill-awtoritajiet Ċiprijotti li jittrażmettu l-kuntratti finali mal-bank li jinkludu dawn l-obbligi formali u inkondizzjonati ta' sottoskrizzjoni lill-Kummissjoni immedjatament wara l-konklużjoni u qabel is-sottoskrizzjoni taż-żjieda kapitali l-ġdida mill-awtoritajiet pubbliċi. Impenn ieħor mogħti mill-awtoritajiet Ċiprijotti huwa li jitressaq rapport li jinkludi l-livelli effettivi ta' sottoskrizzjoni għal din iż-żjieda kapitali hekk kif tkun twettqet l-operazzjoni. F'din il-konnessjoni, il-Kummissjoni tqis li mhemmx għalfejn jingħad li ma jistax ikun hemm ftehim kollaterali jew impliċitu fejn l-Istat jeżonera lill-bank mill-obbligu tiegħu jekk l-offerta ta' rikapitalizzazzjoni ma tkunx sottoskritta biżżejjed. Il-Kummissjoni se tagħti l-akbar attenzjoni lil konformità stretta ma' dawn l-impenji sabiex ikun aċċertat li jkun hemm adeżjoni xierqa mat-termini ta' din id-deċiżjoni.

(98)

Din l-operazzjoni tagħti l-possibbiltà li s-suq privat jissottoskrivi, sa punt sinifikanti (30 %) rigward l-ishma li għadhom kemm inħarġu fl-istess kundizzjonijiet, bħall-azzjonisti pubbliċi meta jitqies li l-prezzijiet ta' l-ishma se jkunu identiċi u d-drittijiet mehmuża ma' kull sehem se jkun l-istess għall-azzjonisti kollha.

(99)

Għaldaqstant, minħabba din l-analiżi u l-prattika kostanti tal-Kummissjoni u tal-ġurisprdenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward il-kwalifika tal-parteċipazzjoni ta' l-Istat fiż-żjiediet kapitali flimkien ma' investituri privati, meta meqjusa fuq il-merti tagħha stess u indipendentement mill-miżuri l-oħra ta' ristrutturar, iż-żjieda kapitali pjanata għal nofs l-2007 tammonta għal parteċipazzjoni konkomitanti ta' azzjonisti pubbliċi u privati u għalhekk il-parteċipazzjoni ta' l-Istat ma tammontax għal għajnuna ta' l-Istat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti aktar 'il fuq, li jkunu relatati mal-fatt li ż-żjieda kapitali se tkun sottoskritta minn bank kummerċjali ta' investiment b'tali mod li tkun żgurata konkomitanza effettiva ta' sottoskrizzjoni pubblika u privata u jkun hemm konformità mal-proporzjon tas-sjieda pubblika u privata.

(100)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-ġurisprudenza tal-Qrati Ewropej tindika li “is-sempliċi fatt li impriża pubblika diġà għamlet injezzjonijiet kapitali f'kumpanija sussidjarja li ġew ikklassifikati bħala għajnuna awtomatikament ma jfissirx li injezzjoni kapitali oħra ma tistax tiġi klassifikata bħala investiment li jissodisfa t-test ta' investitur privat f'ekonomija tas-suq. … Madankollu, hija l-fehma tal-Qorti tal-Ġustizzja li f'każ bħal dan, li jikkonċerna tliet injezzjonijiet kapitali li saru mill-istess investitur tul perjodu ta' sentejn, fejn l-ewwel tnejn ma ġabu l-ebda qligħ, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk it-tielet injezzjoni tistax raġonevolment tiġi distakkata mill-ewwel tnejn u tkun ikklassifikat, għall-finijiet tat-test ta' l-investitur privat, bħala investiment indipendenti.

Il-Qorti tqis il-konsiderazzjonijiet li ġejjin bħala rilevanti sabiex tagħmel determinazzjoni bħal din: il-kronoloġija ta' l-injezzjonijiet kapitali inkwistjoni, il-fini tagħhom, u s-sitwazzjoni tal-kumpanija sussidjarja fiż-żmien meta ttieħdet kull deċiżjoni biex issir injezzjoni (11).

(101)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni qed tinnota li filwaqt li l-Istat u l-azzjonisti privati se jissottoskrivu ż-żjieda kapitali bl-istess prezz u li l-ishma kollha ġodda se jkollhom l-istess drittijiet, il-fatt huwa li l-Istat jaġixxi, fl-istess ħin, bħala l-garanti ta' self sinifikanti għall-benefiċjarju u li dan se jestendi ferm lilhinn mill-mument taż-żjieda kapitali, u jixtri kumpanija sussidjarja tal-kumpanija li qed tiġi ristrutturata. Madankollu, mhux meħtieġ li jiġi vvalutat bi preċiżjoni jekk, meta titqies l-akkumulazzjoni taż-żjieda kapitali b'dawn iż-żewġ miżuri, il-parteċipazzjoni ta' l-Istat u l-parteċipazzjoni ta' l-azzjonisti privati fiż-żjieda kapitali effettivament ikunux bl-istess termini peress li jkun xi jkun il-każ, il-Kummissjoni tqis li, kif jidher ċar mill-analiżi li ġejja, anki jekk il-parteċipazzjoni ta' l-Istat fiż-żjieda kapitali kellha titqies bħala għajnuna ta' l-Istat, din l-għajnuna għandha titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni.

Il-bażi legali għall-valutazzjoni

(102)

Wara li konkludiet li s-self fit-tul ta' CYP 55 miljun iggarantit mill-Istat sabiex tkun iffinanzjata parti mir-ristrutturar ta' Cyprus Airways tikkostitwixxi għajnuna ta' l-Istat u li l-parteċipazzjoni ta' l-Istat fiż-żjieda kapitali tista' tinkludi elementi ta' għajnuna ta' l-Istat, il-Kummissjoni trid teżamina l-kompatibbiltà tiegħu mas-suq komuni.

(103)

Għalhekk jeħtieġ li tiġi eżaminata l-kompatibilità ta' l-għajnuna fid-dawl ta' l-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat KE li jipprovdi l-eżenzjonijiet għar-regola ġenerali ta' l-inkompatibbiltà stabbilita fl-Artikolu 87(1).

(104)

F'dan il-każ ma japplikawx l-eżenzjonijiet fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat KE peress li l-miżura ta' għajnuna m'għandiex karattru soċjali billi ma tingħatax lil konsumaturi individwali, lanqas ma jagħmlu tajjeb għad-dannu kawżat minn diżastri naturali jew minn okkorrenzi eċċezzjonali u lanqas ma jingħataw lill-ekonomija ta' ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li jiġu affetwatai bid-diviżjoni tagħha.

(105)

F'dan il-każ ma japplikawx l-eżenzjonijiet fl-Artikolu 87(3)(a), (b) u (d) peress li l-għajnuna ma tippromwoviex l-iżvilupp ekonomiku ta' żoni fejn il-livell ta' l-għajxien huwa ferm baxx jew fejn hemm livell għoli ta' qgħad, ma tippromwoviex l-eżekuzzjoni ta' proġett importanti ta' interess komuni Ewropew jew hija ta' rimedju għal disturb serju fl-ekonomija ta' Stat Membru u lanqas ma tippromwovi l-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt.

(106)

Għalhekk, tista' tapplika biss l-eżenzjoni provduta fl-Artikolu 87(3)(c). L-Artikolu 87(3)(c) jipprovdi li l-għajnuna ta' l-Istat tista' tiġi awtorizzata fejn tingħata sabiex tippromwovi l-iżvilupp ta' ċerti setturi ekonomiċi u fejn din l-għajnuna ma taffetwax b'mod ħażin il-kundizzjonijiet tan-negozju sa punt li jkun kontra l-interess komuni.

(107)

F'dan ir-rigward, il-qafas Komunitarju applikabbli sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-kompatibilità huwa l-linji gwida S&R ta' l-2004 kif ukoll il-linji gwida ta' l-1994 li ssemmew preċedentement.

Il-kompatibilità tal-miżuri maħsuba mas-suq komuni

(108)

Għalhekk, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-pjan ta' ristrutturar jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida applikabbli. Il-prinċipju bażiku (il-punt 31 tal-linji gwida S&R) li huwa “li jippermetti li l-għajnuna għar-ristrutturar tingħata biss f'ċirkostanzi fejn jista' jintwera li ma tmurx kontra l-interessi Komunitarji. Dan se jkun possibbli biss jekk jiġu sodisfatti kriterji stretti, u jekk ikun hemm iċ-ċertezza li kwalunkwe tgħawwiġ fil-kompetizzjoni se jagħmlu tajjeb għalih il-benefiċċji li ġejjin mill-fatt li d-ditta tibqa' attiva … u li, fil-prinċipju, ikun hemm miżuri kumpensatorji adegwati favur il-kompetituri.

(109)

Il-linji gwida mbagħad jistabbilixxu numru ta' kundizzjonijiet li fihom tista' tingħata l-għajnuna għar-ristrutturar.

L-eliġibilità tad-ditta

(110)

L-ewwelnett, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk Cyprus Airways hiex eliġibbli għar-ristrutturar skond it-termini tal-linji gwida S&R. Il-punt 9 tal-linji gwida jiddikjara li mhemmx definizzjoni Komunitarja ta' kumpanija f'diffikultà, u jżid jgħid li “il-Kummissjoni tqis ditta bħala li qiegħda f'diffikultà meta ma tkunx tista', jew permezz tar-riżorsi tagħha stess jew bil-fondi li jirnexxielha tikseb mis-sidien/mill-azzjonisti jew mill-kredituri tagħha, twaqqaf it-telf li mingħajr intervent barrani mill-awtoritajiet pubbliċi, kważi żgur se jwassalha biex tfalli tul perjodu qasir jew medju ta' żmien”.

(111)

Sussegwentement, il-linji gwida (il-punt 10) jiċċaraw li “fil-prinċipju u irrispettivament mid-daqs tagħha, ditta titqies bħala li tkun f'diffikultà għall-finijiet ta' dawn il-Linji gwida fiċ-ċirkostazi li ġejjin (a) fil-każ ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata fejn aktar minn nofs il-kapital reġistrat tagħha jkun għeb u aktar minn kwart ta' dak il-kapital jkun intilef tul it-12-il xahar preċedenti”.

(112)

Fil-punt 11 jiġi dikjarat ukoll li “Anki fejn ma tkun preżenti l-ebda ċirkostanza stabbilita fil-Punt 10, ditta xorta tista' titqies bħala li tkun f'diffikultà, b'mod partikolari fejn ikunu preżenti s-sinjali tas-soltu ta' diffikultà, bħal żjieda fit-telf, fatturat li qed jonqos, inventarji ta' l-istokk li qed jikbru, kapaċità żejda, tnaqqis fil-likwidità, dejn li qed jiżdied, żjieda fil-ħlasijiet ta' l-imgħaxijiet u tnaqqis jew l-ebda valur nett ta' l-assi”.

(113)

Fil-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni nnotat li Cyprus Airways hija kumpanija b'responsabbiltà limitata li diġà tilfet parti sinifikanti mill-kapital awtorizzat tagħha. Fil-31 ta' Diċembru 2003, Cyprus Airways kellha kapital awtorizzat li jlaħħaq CYP 55,5 miljun (EUR 95 miljun) imma sal-31 ta' Diċembru 2004 kienet tilfet CYP 26,2 miljun (EUR 44,8 miljun), qrib 50 % tal-kapital ta' l-ishma tagħha, fit-12-il xahar preċedenti.

(114)

Il-Kummissjoni nnotat li t-telf tal-Grupp (prinċipalment ikkawżat minn Cyprus Airways) mar minn CYP 20,9 miljun fl-2003 għal CYP 39,4 miljun sa tmiem l-2004. L-ishma ta' l-azzjonisti ta' Cyprus Airways b'hekk niżlu minn CYP 55,6 miljun (EUR 95 miljun) fl-2003 għal CYP 14,4 miljun (EUR 25 miljun) fl-2004. Għalhekk huwa ferm improbabbli, meta titqies is-sitwazzjoni finanzjarja prekarja tagħha, li l-kumpanija tkun tista' tiżgura kwalunkwe sors ta' finanzi kummerċjali.

(115)

Fid-deċiżjoni tagħha tat-3 ta' Mejju 2005 dwar “Cyprus Airways (Għajnuna għas-salvataġġ)”, il-Kummissjoni konkludiet għalhekk li Cyprus Airways hija tabilħaqq kumpanija f'diffikultà fit-tifsira tal-linji gwida S&R. Din kienet ukoll il-konklużjoni li ġibdet il-Kummissjoni fil-bidu tal-proċedura. Cyprus Airways għalhekk hija eliġibbli għar-ristrutturar skond it-termini tal-linji gwida S&R.

Ir-radd ta' vijabilità fit-tul

(116)

It-tieni kundizzjoni (kif ġiet stabbilita fil-punt 35 tal-linji gwida S&R) li għandu jkun hemm konformità magħha hija li l-“pjan ta' ristrutturar, li jrid idum għall-iqsar żmien possibbli, irid irodd il-vijabilità fit-tul tad-ditta f'perjodu ta' żmien raġonevoli u fuq il-bażi ta' suppożizzjonijiet realistiċi rigward il-kundizzjonijiet operattivi futuri”.

(117)

L-istess linji gwida (il-punt 37) jkomplu jipprovdu li: “Il-pjan irid jipprovdi għal bidla li permezz tagħha l-kumpanija, wara li tikkompleta r-ristrutturar tagħha, tkun tista' tkopri l-ispejjeż kollha tagħha inklużi d-deprezzament u l-ħlasijiet finanzjarji. Il-qligħ mistenni fuq il-kapital irid ikun biżżejjed sabiex id-ditta ristrutturata tkun tista' tikkompeti fis-suq fuq il-merti tagħha stess.”

(118)

B'hekk, waqt ir-ristrutturar, il-kumpanija naqset l-ispejjeż tagħha b'CYP 19,5 miljun u naqqset aktar membri tal-persunal milli kien previst mill-pjan ta' ristrutturar. Il-pjan kien jipprevedi tnaqqis ta' 385 membri tal-persunal (minn 1 800) u eventwalment 414-il persuna għamlu użu mill-possibbiltà li jitilqu mill-kumpanija. It-tnaqqis sinfikanti fil-bażi ta' l-ispejjeż flimkien mat-tnaqqis innegozjat fis-salarju għall-persunal li baqa' kif ukoll iż-żjidiet fil-produttività u fil-prattiki tax-xogħol se jiffrankaw ħafna flus u għandhom jagħtu lill-kumpanija l-flessibilità u l-adattabilità meħtieġa sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha.

(119)

Il-Kummissjoni tqis li Cyprus Airways għandha tkun tista' tagħmel suċċess mir-ristrutturar tagħha fit-terminu preskritt. Tabilħaqq, għalkemm għaddew biss 18-il xahar sa mill-għoti ta' l-għajnuna għas-salvataġġ (Mejju 2005), ir-riżultati għall-kumpanija huma diġà xi ftit aħjar milli kien antiċipat. Għal aktar titijib, għandha tingħata attenzjoni għall-fehmiet ta' l-impjegati dwar kif għandu jiġi ġestit ir-ristrutturar meħtieġ. F'każi ta' dan it-tip, il-ġestjoni tar-ristrutturar hija ferm importatnti u l-kumment tal-parti terza li wasal juri li dan japplika b'mod speċjali għal dan il-każ.

(120)

B'relazzjoni għas-self fit-tul ta' CYP 55 miljun (EUR 96 miljun) li kien parzjalment iggarantit mill-Istat, l-awtoritajiet Ċiprijotti wrew li dan l-ammont se jintuża (flimkien mid-dħul mill-bejgħ ta' Eurocypria) sabiex titħallas lura l-għajnuna għas-salvataġġ ħalli fis-snin li ġejjin tiġi ristrutturata l-linja ta' l-ajru. Iż-żjieda kapitali ta' CYP 14-il miljun ippjanata għal nofs l-2007 se tintuża sabiex jitnaqqas l-ammont mis-self li għad irid jitħallas. Il-pjan ta' ristrutturar huwa marbut mill-qrib ma' pjan ta' tnaqqis ta' l-ispejjeż sabiex jiġi massimizzat id-dħul. Maż-żmien hemm il-ħsieb li d-dħul tal-kumpanija jitkabbar u b'hekk l-ammont li jifdal tas-self lill-bank jitħallas lura mid-dħul.

(121)

Il-Kummissjoni trid tevalwa wkoll jekk is-suppożizzjonijiet li fuqhom kien ibbażat ir-ristrutturar humiex raġonevoli fiċ-ċirkostanzi u jekk il-previżjonijiet u t-tbassir jikkorrispondux ma' dak li huwa meħtieġ fil-linji gwida. Il-linji gwida S&R (il-punt 35) jipprovdu li “Il-pjan irid jitressaq quddiem il-Kummissjoni, bid-dettalji rilevanti kollha, u jrid jinkludi, b'mod partikolari, servej tas-suq. It-titjib fil-vijabilità jrid ikun ġej prinċipalment minn miżuri interni inklużi fil-pjan ta' ristrutturar; jista' jkun ibbażat fuq fatturi esterni bħal varjazzjonijiet fil-prezzijiet u domanda li fuqhom il-kumpanija ma jkolliex wisq influwenza, imma biss jekk is-suppożizzjonijiet tas-suq ikunu ġeneralment rikonoxxuti.”

(122)

F'dan ir-rigward, jista' jkun ivverifikat li din il-parti tal-pjan ta' ristrutturar żviluppat kif kien previst. F'dan il-każ, rigward il-flussi tat-traffiku u l-iżvilupp tas-suq, il-Kummissjoni qed tirreferi għal żewġ studji indipendenti mwettqa fir-rigward tal-valutazzjoni ta' Eurocyrpia peress li dawn huma relatati ma' l-iżvilupp tas-suq ta' l-avjazzjoni Ċiprijott.

(123)

Skond il-pjan ta' ristrutturar, wieħed jassumi li t-traffiku fl-ajru ta' Ċipru għandu jiżdied b'medja ta' 3,5 % fis-sena tul is-snin 2005-2010, filwaqt li l-projezzjonijiet tat-traffiku ta' Cyprus Airways se jikbru b'rata medja ta' 2,4 % fis-sena tul is-snin 2005-2010. Fir-rapport ippreparat minn PwC, l-IATA (the International Air Transport Association – l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru) qed tbassar li t-tkabbir totali għat-traffiku fl-ajru ta' Ċipru se jlaħħaq 4,3 % tul il-perjodu 2006-2008. Dan jissuġġerixxi li s-suppożizzjonijiet meqjusa fil-pjan huma raġonevoli. Għalhekk, it-tbassir tal-pjan ta' ristrutturar f'termini tar-riżultati ta' Cyprus Airways jidher li huwa plawżibbli, meta wieħed iqis ir-razzjonalizzazzjonijiet l-oħra mwettqa mill-kumpanija.

(124)

Fid-dawl tal-fatturi li ssemmew aktar 'il fuq, il-Kummissjoni tqis li Cyprus Airways se tkun tista' ssib il-vijabilità finanzjarja tagħha fi żmien raġonevoli, kif inhu previst mill-pjan ta' negozju.

Il-miżuri kumpensatorji

Cyprus Airways

(125)

Il-linji gwida S&R jipprovdu wkoll (il-punt 38 tagħhom) li “Sabiex ikun żgurat li l-effetti ħżiena fuq il-kundizzjonijiet tan-negozju jkunu kemm jista' jkun minimizzati, sabiex l-effetti pożittivi segwiti jkunu akbar minn dawk ħżiena, iridu jittieħdu xi miżuri kumpensatorji. Inkella, l-għajnuna se titqies bħala ‘kontra l-interess komuni'’u b'hekk tkun inkompatibbli mas-suq komuni.”

(126)

Qed jiġi speċifikat ukoll (il-punt 39) li “Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-bejgħ ta' l-assi, it-tnaqqis fil-kapaċità jew tal-preżenza fis-suq u t-tnaqqis tal-barrieri għad-dħul fis-swieq ikkonċernati. Meta jiġi valutat jekk il-miżuri kumpensatorji jkunux xierqa, il-Kummissjoni se tqis l-istruttura tas-suq u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni sabiex ikun żgurat li kwalunkwe miżura bħal din ma twassalx għal deterjorazzjoni fl-istruttura tas-suq”…

(127)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni trid teżamina r-ristrutturar u trid tiddetermina jekk ittieħdux biżżejjed miżuri b'relazzjoni għal Cyprus Airways u għall-grupp ta' Cyprus Airways sabiex jiġi minimizzat l-effett ta' tgħawwiġ ta' l-għajnuna.

(128)

Fi tmiem l-2004, il-kumpanija tat bidu għal dak li ssejjaħ “pjan ta' azzjoni” u bdiet billi naqset il-flott tagħha b'żewġ ajurplani, b'wieħed minnhom ikun sussegwentement mikri bl-ekwipaġġ (wet-leased) lil Eurocypria u rrinunzjat għal numru ta' rotot li preċedentement kienet tagħmel, jiġifieri lejn Varsavja, Budapest u Colombo.

(129)

F'dan il-qafas, fi tmiem l-2004 il-flotta tal-linja ta' l-ajru tnaqqset b'ajruplan wieħed; fi żmien l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar Cyprus Airways kienet tħaddem 10 ajruplani (2 A319, 6 A320-200 u 2 A330-200) u kienet kriet A320-200 ieħor bl-ekwipaġġ (wet-leased) lil Eurocypria. Dan l-arranaġment ta' kiri bl-ekwipaġġ (wet lease) ġie mitmum fi tmiem l-istaġun tas-Sajf ta' l-2006. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tinnota li l-prospetti t-tkabbir fit-traffiku ta' l-ajru jvarjaw b'medja ta' bejn 3,5 u 4,3 % fis-sena tul is-snin 2005-2010, filwaqt li l-projezzjonijiet ta' Cyprus Airways jipprevedu tkabbir ta' 2,4 % fis-sena, li se jwassal għal tnaqqis fl-ishma tas-suq minn 26,6 % għal mhux aktar minn 23,2 % tul il-perjodu. Il-Kummissjoni tista' taċċetta li kwalunkwe tnaqqis ulterjuri fid-daqs tal-flotta jew fis-sehem mis-suq jirriskja li jipperikola l-possibbiltajiet tal-linja ta' l-ajru li tirkupra mingħajr ma tkun provduta l-ebda opportunità fis-suq ta' siwi għall-kompetituri.

(130)

Fil-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni speċifikament talbet l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi interssati; ma wasal l-ebda kumment dwar din il-kwistjoni.

(131)

Barra minnhekk, il-Kummissjoni qed tenfasizza li l-Linji gwida S&R (il-punt 55) jipprovdu li peress li “Il-koeżjoni ekonomika u soċjali [huma] għan prijoritarju tal-Komunità … il-Kummissjoni trid tqis il-ħtiġiet ta' l-iżvilupp reġjonali meta tivvaluta l-għajnuna għar-ristrutturar f'oqsma mgħejjuna”. Qed jiġi provdut ukoll (il-punt 56) li f'“oqsma mgħejjuna … il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna jistgħu jkunu inqas stretti rigward l-implimentazzjoni ta' miżuri kumpensatorji u d-daqs tal-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju”.

(132)

F'dan il-kuntest, għandu jitfakkar li għall-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2006 (12), skond id-deroga ta' l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE, Ċipru kollu kien eliġibbli. Għall-perjodu 2007-2013, skond id-deroga ta' l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE, żewġ reġjuni li flimkien ikopru 50 % tal-popolazzjoni Ċiprijotta għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna għall-investiment reġjonali b'intensità ta' għajnuna li tlaħħaq il-15 %. Barra minn hekk, Ċipru juri numru ta' karatteristiċi territorjali, u għalhekk permanenti, li għandhom impatt fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku tiegħu. Il-periferalità lejn in-Nofsinhar ta' Ċipru tirriżulta fi problemi diretti rigward l-aċċessibilità għall-bqija ta' l-Unjoni Ewropea u għaldaqstant, il-pajjiż huwa ferm dipendenti fuq it-trasport bl-ajru u bil-baħar, imma partikolarment fuq it-trasport bl-ajru. Dan huwa importanti peress li fil-każ ta' Ċipru, l-ivvjaġġar bl-ajru huwa l-uniku mezz vijabbli ta' trasport kummerċjali tal-passiġġieri. L-istatistiċi tal-Eurostat għall-2003, li jikkalkulaw dik li tissejjaħ “dipendenza mill-ajru” ta' ekonomija, juru li Ċipru huwa Stat Membru ferm dipendenti fuq l-ivvjaġġar bl-ajru (13).

Konklużjoni

(133)

F'dan ir-rigward u billi jitqiesu l-partikolaritajiet tas-suq tat-trasport bl-ajru f'Ċipru u fuq il-bażi li Cyprus Airways diġà naqset il-flotta tagħha u li l-kumpanija sussidjarja preċedenti Eurocypria issa se topera bħala negozju legalment u finanzjarjament indipendenti barra mis-sjieda u mill-kontroll ta' Cyprus Airways, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-awtoritajiet Ċiprijotti proponew biżżejjed miżuri kumpensatorji sabiex ikunu indirizzat it-tgħawwiġ tas-suq li se jseħħ minħabba r-ristrutturar.

L-għajnuna trid titnaqqas għall-minimu

(134)

Il-linji gwida S&R (il-punt 43) jipprovdu li “l-ammont u l-intensità ta' l-għajnuna jridu jiġu limitati għall-minimu indispensabbli ta' l-ispejjeż ta' ristrutturar meħtieġa sabiex r-ristrutturar ikun jista' jsir fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji eżistenti tal-kumpanija, ta' l-azzjonisti tagħha jew tal-grupp ta' negozju li tappartjeni għalih. Valutazzjoni bħal din se tqis kwalunkwe għajnuna għas-salvataġġ mogħtija qabel”. Il-Kummissjoni tqis li din il-kundizzjoni ġiet sodisfatta.

(135)

Tabilħaqq, fuq in-naħa l-waħda, kif ġie mfakkar aktar 'il fuq, l-ispejjeż ta' ristrutturar jammontaw għal CYP 71,1 miljun. Min-naħa l-oħra, id-dħul li ntuża sabiex jiġi finanzjat ir-ristrutturar jinkludi s-self ta' CYP 55 miljun (parzjalment iggarantit mill-Istat), CYP 13,425 miljun ta' dħul mill-bejgħ ta' Eurocypria, flimkien ma' madwar CYP 8,5 miljun minn riżorsi oħra, li ġejjin, b'mod partikolari, mill-bejgħ ta' diversi assi. Id-dħul miż-żjieda kapitali pjanata m'għandux jiġi miżjud ma' dawn il-miżuri peress li se jintuża kollu għar-rimborż ta' parti mis-self ta' CYP 55 miljun, u għalhekk mhux se jżid l-ammont totali tar-riżorsi li ntużaw għar-ristrutturar, imma se jissostitwixxi biss parti ekwivalenti minnhom. Għaldaqstant, b'kollox ir-riżorsi jammontaw għal madwar CYP 76,9 miljun. Il-Kummissjoni tqis li dan l-ammont huwa aċċettabbli, u tikkonkludi li mhemm l-ebda riżorsa permanenti żejda b'paragun ma' l-ispejjeż korrispondenti, peress li l-parti l-kbira tar-riżorsi ta' ristrutturar huma magħmula minn self li se jkollu jiġi rimborżat mill-kumpanija mir-riżultati li tikseb u għalhekk ma jikkostitwix finanzjament permanenti filwaqt li l-kumpanija trid tiffaċċja spejjeż definittivi ta' ristrutturar.

(136)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-impenn ta' l-awtoritajiet Ċiprijotti li jnaqqsu l-parti mis-self ta' CYP 55 miljun li se tkun koperta mill-garanzija tal-Gvern tammonta għal limitazzjoni oħra għall-element ta' għajnuna ta' l-Istat b'paragun għal dak li kien previst fil-bidu.

Il-livell tal-kontribuzzjoni ta' Cyprus Airways

(137)

B'relazzjoni għal-livell tal-kontribuzzjoni ta' Cyprus Airways, il-linji gwida (il-punt 43) jipprovdu li “Huwa mistenni li l-benefiċjarji ta' l-għajnuna se jagħtu kontribuzzjoni sinfikanti għall-pjan ta' ristrutturar mir-riżorsi tagħhom stess, inkluż il-bejgħ ta' l-assi li mhumiex ezzenzjali sabiex id-ditta tibqa' attiva jew mill-finanzjament estern skond il-kundizzjonijiet tas-suq. Kontribuzzjoni bħal din hija sinjal li l-swieq jemmnu fil-fattibilità tar-ritorn għall-vijabilità. Kontribuzzjoni bħal din trid tkun reali, jiġiferi effettiva, li teskludi l-profitti mistennija futuri bħal-likwidità, u trid tkun kemm jista' jkun għolja.” Il-linji gwida mbagħad jindikaw liema livell ta' kontribuzzjoni mill-kumpanija normalment jitqies bħala xieraq; għal kumpanija tad-daqs ta' Cyprus Airways din ir-rata tkun ta' 50 %.

(138)

Il-Kummissjoni stabbiliet li l-ispejjeż ta' ristrutturar se jkunu, bejn wieħed u ieħor, ta' CYP 71,1 miljun.

(139)

L-ammonti li għandhom jitqiesu bħala l-kontribuzzjoni tagħha stess se jikkonstitu minn: mill-inqas CYP 4,2 miljuni li jikkorrispondu għall-parti miż-żjieda kapitali ta' CYP 14-il miljun li se tkun sottoskritta mill-investituri privati; mill-inqas CYP 10 miljuni mis-self kummerċjali ta' CYP 55 miljun li l-linja ta' l-ajru se tissellef fuq is-swieq mingħajr garanzija jew intervent ta' l-Istat ieħor; kif ukoll id-dħul mill-bejgħ ta' diversi assi ta' CYP 8,5 miljun (kif ġie stabbilit fil-paragrafu 53 t'aktar 'il fuq).

(140)

L-awtoritajiet Ċiprijotti qed jargumentaw ukoll li d-dħul mill-bejgħ ta' Eurocypria għandu jitqies ukoll bħala l-kontribuzzjoni ta' Cyprus Airways. Il-prattika tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward (14) hija li jekk bejgħ bħal dan iseħħ skond il-valur reali ta' l-assi (indipendentement min-natura tax-xerrej), dan ma jikkostitwix għajnuna ta' l-Istat lill-impriża li qed tbigħ l-assi. Id-dħul mill-bejgħ ta' dawn l-assi mbagħad jista' jintuża sabiex ikun iffinanzjat ir-ristrutturar u għandu jitqies bħala li jifforma l-kontribuzzjoni ta' Cyrpus Airways. Dan ifisser li d-dħul mill-bejgħ ta' Eurocypria ta' CYP 13,425 miljun irid jitqies ukoll bħala l-kontribuzzjoni tagħha stess. F'dan il-każ, din il-konklużjoni tiġi rinforzata wkoll mill-impenn li taw l-awtoritajiet Ċiprijotti u mill-kundizzjoni imposta mill-Kummissjoni li Eurocypria effettivament se tkun ġestita bħala entità separata minn u bħala linja ta' l-ajru realment kompetittiva ma' Cyprus Airways.

(141)

Dan jirriżulta f'kontribuzzjoni totali ta' Cyprus Airways ta' mill-inqas CYP 36,2 miljun. Dan jammonta għal 51 % mill-ispejjeż ta' ristrutturar. Il-Kummissjoni għalhekk tista' tikkonkludi li, f'dan il-każ, ir-rekwiżit li jkun ikkontribwit ammont biżżejjed għall-ispejjeż ta' ristrutturar ġie sodisfatt.

(142)

Il-Kummissjoni qed tenfasizza wkoll li fil-parti l-kbira l-ispejjeż ta' ristrutturar huma koperti minn self ta' CYP 55 miljun, li, anki jekk ġie parzjalment iggarantit mill-Istat, se jkollu jiġi rimborżat mill-kumpanija mir-riżultati li tikseb, u mhux minn għotja ta' l-Istat ta' CYP 55 miljun (15). L-isforz li l-kumpanija se jkollha tagħmel sabiex tkopri, maż-żmien, l-ispejjeż tar-ristrutturar tagħha għandu l-istess effett bħall-finanzjament tagħha stess tar-ristrutturar tagħha, bl-unika differenza tkun li dan l-isforz jista' jinfirex tul diversi snin minħabba s-self kummerċjali ggarantit mill-Istat.

Fid-dawl tal-konsiderazzjoni li ssemmew aktar 'il fuq, il-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija minn Ċipru lil Cyprus Airways Public Ltd qed titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni, skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE, sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5.

Artikolu 2

Sal-31 ta' Diċembru 2007, Ċipru għandu jressaq rapport quddiem il-Kummissjoni dwar il-progress ta' u l-ġestjoni tal-pjan ta' ristrutturar.

Artikolu 3

1.   Ċipru għandu jiżgura li Cyprus Airways Public Ltd u Eurocypria jkunu u jkomplu jkunu operati bħala kumpaniji li qed jikkompetu bis-sħiħ ma' xulxin. Cyprus Airways Public Ltd u Eurocypria għandhom jiġu ġestiti bħala entitajiet legali separati. La Cyprus Airways Public Ltd u lanqas Eurocypria m'għandhom jitħallew jakkwistaw l-ebda sehem fil-kumpanija l-oħra u bejn iż-żewġ kumpaniji m'għandha titwettaq l-ebda operazzjoni kapitali ekwivalenti, bħalma tkun amalgamazzjoni. It-tranżazzjonijiet kollha bejn Cyprus Airways Public Ltd u Eurocypria għandhom jitwettqu skond kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika sakemm, jew:

a)

il-garanzija għas-self mogħtija minn Ċipru lil Cyprus Airways Public Ltd tiġi mitmuma; jew

b)

Ċipru ma jkollux aktar parteċipazzjoni maġġoritarja u/jew kontroll diretti jew indiretti fil-kapital taż-żewġ kumpaniji.

Artikolu 4

Ċipru għandu jiżgura li ż-żjieda kapitali sa CYP 14-il miljun (EUR 24,3 miljun) f'Cyprus Airways Public Ltd prevista għal nofs l-2007 tirrispetta l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

mhux se jkun hemm żjieda kapitali sakemm il-bank kummerċjali maħtur li qed jagħmel is-sottoskrizzjoni ma jiffirmax impenn formali u inkondizzjonat biex ikun sottoskritt ir-riżultat ta' suċċess ta' l-operazzjoni bl-eċċezzjoni tas-soltu kundizzjonijiet rigward każi ta' force majeure, atti ta' gwerra, ta' terroriżmu u każi simili oħra;

b)

l-Istat jista' jissottoskrivi biss iż-żjieda kapitali sa massimu ta' 70 % minnha;

ċ)

l-Istat jissottoskrivi l-ishma l-ġodda maħruġa fuq il-bażi ta' l-istess drittijiet u skond l-istess kundizzjonijiet, bl-istess prezz bħall-investituri privati, mingħajr preġudizzju għall-iskeda proposta għas-sottoskrizzjoni mill-bank biex tkun ikkompletata b'suċċess;

d)

l-operazzjoni ma tridx tkun akkumpanjata mill-ebda ftehim kollaterali jew impliċitu fejn l-Istat jeżonera lill-bank mill-obbligu tiegħu jekk l-offerta ta' rikapitalizzazzjoni ma tkunx biżżejjed sottoskritta jew jagħti lill-bank kwalunkwe skont speċjali dwar il-prezz tal-ħruġ.

Artikolu 5

Ċipru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bi kwalunkwe rapport u dokument dwar kemm il-parteċipazzjoni ta' l-Istat u tal-bank kif ukoll ta' l-azzjonisti privati ta' Cyprus Airways Public Ltd u partikolarment il-kuntratti finali mal-bank u r-rapporti li jiġġustifikaw il-ħlasijiet u l-prezz eventwali ta' l-ishma fil-kuntest taż-żjieda kapitali.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Ċipru.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi-President tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 113, 13.5.2006, p. 2.

(2)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(*)  Sigriet tan-negozju.

(4)  Rapporti finanzjarji vverifikati.

(5)  M = kontijiet maniġeriali, għadhom mhumiex ivverifikati.

(6)  E = Stmati.

(**)  Sigriet tan-negozju.

(7)  ĠU C 71, 11.3.2000, p 14.

(8)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002 fil-Kawża C482/99 [2002] ECR I-4397 kif ukoll il-Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Geelhoed tas-27 ta' Settembru 2001, fil-Kawżi Maqgħuda C-328/99 u C-399/00, L-Italja vs Il-KummissjoniSIM 2 Multimedia SpA vs Il-Kummissjoni.

(9)  Is-sentenza tal-21 ta' Marzu 1991, il-Kawża C-305/89 L-Italja vs Il-Kummissjoni “Alfa Romeo” [1991] ECR I-1603, punt 20.

(10)  Is-sentenza tas-CFI tat-12 ta' Diċembru 2000 fil-Kawża T-296/97, Alitalia vs Il-Kummissjoni [2000] ECR II-3871, punt 81.

(11)  Il-Kawża T11/95 BP Chemicals Ltd vs Il-Kummissjoni [1998] ECR II-3235, paragrafi 170 u171.

(12)  L-għajnuna ta' l-Istat CY 14/2003 – Ċipru – Il-mappa ta' l-għajnuna reġjonali 2004-2006 (C(2004) 1757/1 tat-28.4.2004).

(13)  Ċipru għandha proporzjon ta' passiġġieri bl-ajru għal kull Ċiprijott ta' 8,50, bħala paragun il-proporzjon ta' l-UE-25 huwa ta' 1,30.

(14)  Id-Deċiżjoni 2005/406/KE tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ottubru 2003 dwar l-RTP (ĠU L 142 tas-6.6.2005, p. 1) u d-Deċiżjoni 2005/418/KE tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2004 dwar Alstom (ĠU L 150 ta' l-10.6.2005, p. 24) (b'mod partikolari l-punti 125 u 215).

(15)  F'dan ir-rigward, ara d-Deċiżjoni 2005/346/KE tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Lulju 2004 dwar MobilCom (ĠU L 116 ta' l-4.5.2005) (b'mod partikolari l-punt 173).