ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 46

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
21 ta' Frar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 146/2008 ta’ l-14 ta’ Frar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, u r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2008 ta’ l-20 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2008 ta’ l-20 ta’ Frar 2008 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 900/2007 u 1060/2007 sabiex jiġi ċċarat l-istatus tad-destinazzjonijiet esklużi mir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor

9

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital

11

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/143/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra

23

Ftehim dwar trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-gvern tar-Repubblika Poplari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra

25

 

 

2008/144/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea

37

Protokoll li jemenda l-ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati membri tagħha, min-naħa l-waħda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra

38

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/145/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2007 Dwar l-għajnuna mill-istat C 54/06 (ex N 276/06) ippjanata mill-Polonja għal Bison Bial SA (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4145)  ( 1 )

41

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

21.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 46/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 146/2008

ta’ l-14 ta’ Frar 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, u r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-esperjenza wriet il-ħtieġa li tiġi prevista miżura ta’ tolleranza għall-każijiet minuri ta’ nuqqas ta’ konformità, mal-ħtiġiet ta’ kondizzjonalità fejn is-severità, il-firxa u l-permanenza tan-nuqqas ta’ konformità tagħhom ma jiġġustifikawx tnaqqis immedjat mill-pagamenti diretti li għandhom jingħataw. Madankollu, tali miżura ta’ tolleranza għandha tinkludi segwitu adegwat mill-awtorità nazzjonali kompetenti sakemm in-nuqqas ta’ konformità jkun ġie rimedjat. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tat-tnaqqis għall-ammonti inizjali tassew baxxi ta’ pagamenti diretti jistgħu jkunu ta’ piż meta mqabbla ma’ kwalunkwe effett deterrent li jista’ jinkiseb. Bħala konsegwenza, għandu jiġi ddefenit limitu adegwat, li taħtu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikaw l-ebda tnaqqis, dment li l-azzjonijiet biex ikun żgurat li l-bidwi jirrimedja s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità kkonċernati jittieħdu mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

(2)

L-Artikolu 44(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (2) jipprevedi li l-bdiewa għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tagħhom għal perijodu ta’ mill-anqas 10 xhur il-biċċiet ta’ art li jikkorrispondu għall-ettari eliġibbli. L-esperjenza wriet li din il-kondizzjoni tirriskja li tirrestrinġi l-funzjonament tas-suq ta’ l-artijiet, u toħloq ħidma amministrattiva sinifikanti għall-bdiewa u s-servizzi amministrattivi involuti. Minkejja dan, sabiex jiġi żgurat li ma jsirux talbiet doppji għall-istess art għandha tiġi stabbilita data li fiha l-biċċiet ta’ art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi. Ikun xieraq li l-Istati Membri jiddeterminaw dik id-data li m’għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita għall-emenda ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna. L-istess regola għandha tapplika wkoll għall-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja.

(3)

Bħala konsegwenza tat-tnaqqis tal-perijodu li matulu l-bidwi għandu jżomm għad-dispożizzjoni tiegħu l-biċċiet ta’ art korrispondenti għall-ettaru eliġibbli għal jum wieħed kemm għall-iskema ta’ pagament uniku kif ukoll għall-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja, ir-regoli dwar ir-responsabbiltà taħt il-kondizzjonalità b’mod partikolari fil-każ tat-trasferiment ta’ l-art matul is-sena kalendarja kkonċernata, għandhom ikunu ċċarati. Għaldaqstant għandu jkun iċċarat li l-bidwi li jippreżenta applikazzjoni għall-għajnuna għandu jinżamm responsabbli lejn l-awtorità kompetenti fir-rigward ta’ kwalunkwe nuqqas li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ kondizzjonalità fis-sena kalendarja kkonċernata għall-art agrikola kollha ddikjarata fl-applikazzjoni għall-għajnuna. Dan m’għandux jeskludi arranġamenti ta’ dritt privat bejn il-bidwi kkonċernat u l-persuna li lilha jew li mingħandha ġiet trasferita l-art agrikola.

(4)

L-Artikolu 71h tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistipula li, fil-qafas ta’ l-iskema ta’ pagament uniku, l-Istati Membri l-ġodda fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(g) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jistabbilixxu valuri differenti skond l-unità għall-intitolamenti allokati għal ettari ta’ art għall-mergħa temporanja jew permanenti, kif ukoll għal kwalunkwe ettari eliġibbli oħrajn, kif identifikati fit-30 ta’ Ġunju 2003 jew fit-30 ta’ Ġunju 2005 fil-każ tal-Bulgarija u r-Rumanija. L-Istati Membri l-ġodda stabbilixxew sistema ta’ identifikazzjoni għall-biċċiet ta’ art agrikoli, skond l-Artikolu 20 tar-Regolament. Madankollu, minħabba diffikultajiet tekniċi fil-bidla lejn dik is-sistema ta’ identifikazzjoni, jista’ jkun li l-karatteristiċi ta’ ċerti biċċiet ta’ art kif kienu fl-2003 ma ġewx riflessi b’mod preċiż. Sabiex tiġi permessa l-implimentazzjoni bla xkiel tal-possibbiltà li jiġu stabbiliti valuri differenti għal kull unità, id-data għall-identifikazzjoni tal-biċċiet ta’ art għandha tkun aġġustata għal dik tat-30 ta’ Ġunju 2006. Madankollu għall-Bulgarija u r-Rumanija d-data għall-identifikar tal-biċċiet ta’ l-art għandha tkun l-1 ta’ Jannar 2008. L-Artikolu 71h tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun emendat għaldaqstant.

(5)

L-esperjenza wriet ukoll li l-ħolqien ta’ infrastruttura amministrattiva meħtieġa għall-ġestjoni tal-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji koperti mir-regoli ta’ kondizzjonalità jimplika ħidma amministrattiva konsiderevoli. Dħul gradwali mifrux fuq tliet snin tal-ħtiġijiet ta’ tmexxija statutorji fl-Istati Membri l-ġodda li jużaw l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja, simili għad-dħul gradwali applikat fil-Komunità hekk kif kienet ikkostitwita fit-30 ta’ April 2004, skond l-iskeda ta’ żmien stabbilita fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiffaċilita l-proċess ta’ l-introduzzjoni ta’ kondizzjonijiet amministrattivi statutarji u l-implimentazzjoni bla xkiel tagħhom. Dan il-perijodu ta’ dħul gradwali għandu jkun possibli anke jekk l-Istat Membru l-ġdid jiddeċiedi li japplika bis-sħiħ il-pagament dirett qabel l-aħħar data possibbli biex tiġi applikata l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja. L-Artikolu 143b (6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 51(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (3), għandhom ikunu emendati għaldaqstant.

(6)

L-Artikolu 143b (10) u (11) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistipulaw ir-regoli li jirregolaw il-bidla ta’ l-Istati l-Membri l-ġodda li jużaw l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja għall-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku. Skond dawn ir-regoli id-deċiżjoni ta’ Stat Membru ġdid sabiex jimplimenta l-iskema ta’ pagament uniku hija soġġetta għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni abbażi ta’ valutazzjoni ta’ l-istat ta’ tħejjija ta’ l-Istat Membru ġdid ikkonċernat. Din l-awtorizzazzjoni minn qabel m’għadhiex neċessarja peress li kważi l-pagamenti diretti kollha jkunu diżakkoppjati u peress li kemm l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja u l-iskema ta’ pagament uniku huma diżakkoppjati u huma pagamenti skond l-erja li jikkondividu bosta mill-elementi tas-sistema integrata, b’mod partikolari s-sistema ta’ l-identifikazzjoni tal-biċċiet ta’ art. Għaldaqstant dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jitħassru. Tħassir tal-paragrafi 10 u 11 ta’ l-Artikolu 143b jimplika emenda konsegwenzjali għall-Artikolu 143(b)(9). Għaldaqstant dik id-dispożizzjoni għandha tiġi emendata wkoll.

(7)

It-tabella 2 ta’ l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tistabbilixxi l-ammonti totali tal-pagamenti diretti nazzjonali komplimentari li għandhom jitħallsu f’Ċipru fejn l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja tapplika sa l-2008. Minbarra l-estensjoni tal-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ l-erja ta’ l-iskema ta’ pagament uniku bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2006 (4), jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-ammonti totali li għandhom jitħallsu f’ Ċipru fejn tapplika l-erja ta’ l-iskema ta’ pagament uniku għall-2009 u l-2010.

(8)

L-Istati Membri l-ġodda li ddeċidew li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku għażlu li jintroduċuha mill-2007 ‘l quddiem. Għaldaqstant jixraq li l-emenda għall-Artikolu 71h tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tapplika għal dawk l-Istati Membri l-ġodda minn dik id-data ‘l quddiem.

(9)

Numru tad-dispożizzjonijiet emendati b’dan ir-Regolament, partikolarment il-miżura ta’ tolleranza għal każijiet minuri ta’ nuqqas ta’ konformità, l-applikazzjoni ta’ tnaqqis taħt ċertu limitu, id-data ffissata li fiha l-bidwi għandu jkollu l-art għad-dispożizzjoni tiegħu biex ikun eliġibbli skond l-iskema ta’ pagament uniku u l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja, kif ukoll il-perijodu b’fażijiet gradati mogħti lill-Istati Membri l-ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja sabiex jimplimentaw bis-sħiħ il-ħtiġiet marbuta mal-kondizzjonalità fit-territorju tagħhom, jirriżultaw f’regoli aktar favorevoli għall-bdiewa kkonċernati mir-regoli attwalment fis-seħħ. L-applikazzjoni retroattiva ta’ dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhiex tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali ta’ l-operaturi ekonomiċi kkonċernati. L-istess japplika għad-dispożizzjoni emendata ta’ l-Artikolu 71h tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Madankollu, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-bdiewa għan-nuqqas ta’ konformità f’każ ta’ trasferiment ta’ l-art għandu japplika mill-1 ta’ April 2008 sabiex tingħata ċertezza legali suffiċjenti għall-bdiewa kkonċernati filwaqt li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fis-sena 2008.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għalhekk għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Meta l-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji jew il-kondizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin ma jiġux osservati fi kwalunkwe ħin matul sena kalendarja partikolari, (minn issa ‘l quddiem imsejħa ‘is-sena kalendarja kkonċernata’), u n-nuqqas ta’ konformità in kwistjoni ikun ir-riżultat ta’ att jew ommissjoni attribwita direttament lill-bidwi li jkun li jkun ippreżenta applikazzjoni għall-għajnuna tul is-sena kalendarja kkonċernata, l-ammont totali tal-pagamenti diretti li għandu jingħata lil dak il-bidwi, wara l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 10 u 11, għandu jitnaqqas jew ikun ikkanċellat skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 7.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta, in-nuqqas ta’ konformità in kwistjoni ikun ir-riżultat ta’ att jew ommissjoni attribwita direttament lill-persuna li lilha jew mingħandha tkun ġiet trasferita l-art agrikola.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ewwel u t-tieni subparagrafi għas-sena 2008, is-sena kalendarja għandha tikkorrispondi għall-perijodu ta’ l-1 ta’ April sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, ‘trasferiment’ tfisser kwalunkwe tip ta’ trasferiment li bih l-art agrikola ma tibqax għad-dispożizzjoni ta’ min jagħmel it-trasferiment.”;

(b)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“3.   Minkejja l-paragrafu 1 u f’konformità mal-kondizzjonjiet stabbiliti fir-regoli dettaljati msemmija fl-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis jew esklużjoni ta’ EUR 100 jew anqas għal kull bidwi u għal kull sena kalendarja.

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu mill-alternattiva prevista fl-ewwel subparagrafu, matul is-sena ta’ wara l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiżgura li l-bidwi jirrimedja s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità kkonċernati. Is-sejba u l-azzjoni ta’ rimedju li għandha tittieħed għandha tiġi nnotifikata lill-bidwi.”;

(2)

Fl-Artikolu 7(2), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“F’każijiet debitament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li m’għandu jiġi applikat ebda tnaqqis fejn, skond il-gravità, il-firxa u l-permanenza tiegħu, każ ta’ nuqqas ta’ konformità għandu jitqies bħala minuri. Madankollu, każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jikkostitwixxu riskju dirett għas-saħħa pubblika jew ta’ l-annimali m’għandhomx jitqiesu bħala minuri.

Dment li l-bidwi ma jkunx ħa azzjoni ta’ rimedju immedjata biex itemm in-nuqqas ta’ konformità misjub, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa li jistgħu, fejn xieraq, ikunu limitati għal verifika amministrattiva biex ikun żgurat li l-bidwi jirrimedja s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità kkonċernati. Is-sejba ta’ nuqqas ta’ konformità minura u l-azzjoni ta’ rimedju li għandha tittieħed għandha tiġi nnotifikata lill-bidwi.”

(3)

Fl-Artikolu 44(3), it-tieni sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Ħlief fil-każ ta’ force majeure jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn il-biċċiet ta’ art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi fid-data stabbilita mill-Istat Membru li m’għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f’dak l-Istat Membru għall-emenda ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna.”

(4)

L-Artikolu 71h għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 71h

Art għall-mergħa

L-Istati Membri l-ġodda jistgħu wkoll, skond kriterji oġġettivi, jistabbilixxi, fil-limitu reġjonali jew parti minnu, valuri differenti skond l-unità għall-intitolamenti li għandhom ikunu allokati lill-bdiewa, imsemmija fl-Artikolu 71f(1), għal ettari ta’ art għall-mergħa kif identifikati fit-30 ta’ Ġunju 2006 u għal kwalunkwe ettaru ieħor eliġibbli jew inkella għal ettari ta’ art għall-mergħa permanenti kif identifikata fit-30 ta’ Ġunju 2006 u għal kwalunkwe ettaru ieħor eliġibbli.

Madankollu għall-Bulgarija u r-Rumanija d-data għall-identifikazzjoni għandha tkun l-1 ta’ Jannar 2008.”;

(5)

L-Artikolu 143b għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 5, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Ħlief fil-każ ta’ force majeure jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-biċċiet ta’ art imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi fid-data stabbilita mill-Istat Membru li m’għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f’dak l-Istat Membru għall-emenda ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna.”;

(b)

Fil-paragrafu 6, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008, l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 għandha tkun fakultattiva għall-Istati Membri l-ġodda, safejn dawk id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw il-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji. Mill-1 ta’ Jannar 2009 ‘l quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti taħt l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja f’dawk l-Istati Membri għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji msemmija fl-Anness III skond l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

(a)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt A ta’ l-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2009;

(b)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt B ta’ l-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011;

(ċ)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt Ċ ta’ l-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011.

Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 għandha tkun fakultattiva sal-31 ta’ Diċembru 2011, safejn dawk id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw il-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji. Mill-1 ta’ Jannar 2012 bidwi li jirċievi pagamenti taħt l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja f’dawk l-Istati Membri għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji msemmija fl-Anness III skond l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

(a)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt A ta’ l-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012;

(b)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt B ta’ l-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014;

(ċ)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt Ċ ta’ l-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014.

L-Istati l-Membri l-ġodda jistgħu japplikaw ukoll l-alternattiva prevista fit-tielet subparagrafu fejn jiddeċiedu li jwaqqfu l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja qabel tmiem il-perijodu ta’ l-applikazzjoni previst fil-paragrafu 9.”;

(ċ)

Fil-paragrafu 9, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Għal kwalunkwe Stat Membru ġdid l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja għandha tkun disponibbli għal perijodu ta’ applikazzjoni sa tmiem l-2010.”;

(d)

Il-paragrafi 10 u 11 għandhom jitħassru.

(6)

L-Anness XII għandu jiġi emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 51(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2008. Mill-1 ta’ Jannar 2009 ‘l quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti taħt l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, skond l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

(a)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt A ta’ l-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2009;

(b)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt B ta’ l-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011;

(ċ)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt Ċ ta’ l-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011.

Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tkun fakultattiva sal-31 ta’ Diċembru 2011, safejn dawk id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw il-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji. Mill-1 ta’ Jannar 2012 bidwi li jirċievi pagamenti taħt l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, skond l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

(a)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt A ta’ l-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012;

(b)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt B ta’ l-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014;

(ċ)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt Ċ ta’ l-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014.

L-Istati l-Membri l-ġodda jistgħu japplikaw ukoll l-alternattiva prevista fit-tieni subparagrafu fejn jiddeċiedu li jwaqqfu l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku skond l-erja qabel tmiem il-perijodu ta’ l-applikazzjoni previst fil-paragrafu 143 b (9) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 1(1)(a) għandu japplika mill-1 ta’ April 2008.

(b)

l-Artikolu 1(4) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ZVER


(1)  Opinjoni tal-11 ta’ Diċembru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1r-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).

(3)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8).

(4)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8.


ANNESS

Fit-Tabella 2 ta’ l-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom jiżdiedu ż-żewġ kolonni li ġejjin:

“2009

2010

0

0

1 795 543

1 572 955

0

0

3 456 448

3 438 488

4 608 945

4 608 945

10 724 282

10 670 282

5 547 000

5 115 000

156 332

149 600

4 323 820

4 312 300

1 038 575

1 035 875

31 650 945

30 903 405 ”


21.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 46/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 147/2008

ta’ l-20 ta’ Frar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

53,3

JO

69,6

MA

45,2

TN

115,9

TR

84,2

ZZ

73,6

0707 00 05

JO

190,5

MA

150,4

TR

181,9

ZZ

174,3

0709 90 70

MA

49,7

TR

115,6

ZZ

82,7

0709 90 80

EG

111,9

ZZ

111,9

0805 10 20

EG

52,6

IL

54,8

MA

57,4

TN

48,4

TR

85,6

ZZ

59,8

0805 20 10

IL

110,6

MA

111,4

ZZ

111,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

42,0

EG

82,4

IL

76,7

JM

114,0

MA

117,2

PK

65,4

TR

77,5

ZZ

82,2

0805 50 10

EG

107,9

IL

107,6

MA

114,0

TR

116,6

ZZ

111,5

0808 10 80

AR

96,3

CA

88,1

CL

60,8

CN

83,1

MK

37,5

US

126,4

ZZ

82,0

0808 20 50

AR

89,6

CN

92,4

US

122,2

ZA

85,7

ZZ

97,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 46/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 148/2008

ta’ l-20 ta’ Frar 2008

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 900/2007 u 1060/2007 sabiex jiġi ċċarat l-istatus tad-destinazzjonijiet esklużi mir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1) (traduzzjoni mhux uffiċjali), u b'mod partikolari l-Artikoli 40(1)(g) u 40(2)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar sejħa permanenti għall-offerti biex ikunu deċiżi r-rifużjonijiet fuq esportazzjonijiet ta’ zokkor abjad sa tmiem is-sena kummerċjali 2007/2008 (2) u l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2007 ta’ l-14 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja (3) jiftħu sejħiet permanenti għall-offerti rispettivi għad-destinazzjonijiet kollha minbarra Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (l-Istat tal-Vatikan), il-Liechtenstein, il-Lokalitajiet ta' Livigno u ta' Campione d'Italia, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faeroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv, l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnija u l-Ħerzegovina, is-Serbja (4), il-Montenegro u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(2)

Biex tiġi evitata kull miżinterpretazzjoni ta’ l-istatus ta’ dawn id-destinazzjonijiet li huma esklużi, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn il-pajjiżi terzi, it-territorji ta’ Stati Membri ta’ l-UE li m'humiex parti mit-territorju doganali tal-Komunità u t-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Komunità.

(3)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 900/2007 u 1060/2007 għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Ser tinfetaħ sejħa permanenti għall-offerti sabiex jiġu ddeterminati r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni taz-zokkor abjad kopert mill-kodiċi tan-NM 1701 99 10 għad-destinazzjonijiet kollha minbarra:

(a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, il-Liechtenstein, is-Santa Sede (l-Istat tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnija u l-Ħerzegovina, is-Serbja (*), il-Montenegro, l-Albanija, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li m'humiex parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta' Livigno u ta' Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

(ċ)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

Matul il-perjodu tal-validità ta’ din is-sejħa permanenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, ser joħorġu sejħiet parzjali għall-offerti.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007, it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Id-destinazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu:

(a)

Pajjiżi terzi: Andorra, il-Liechtenstein, is-Santa Sede (l-Istat tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnija u l-Ħerzegovina, is-Serbja (**), il-Montenegro, l-Albanija, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

it-territorji ta’ Stati Membri ta’ l-UE li m'humiex parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, il-Ceuta, il-Melilla, il-Lokalitajiet ta' Livigno u ta' Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

(ċ)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1298/2007 (ĠU L 289, 7.11.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 8. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1476/2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 17).

(4)  Inkluż il-Kosovo, taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti, skond ir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.


DIRETTIVI

21.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 46/11


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/7/KE

tat-12 ta’ Frar 2008

dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 93 u 94 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE tas-17 ta’ Lulju 1969 li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (3) ġiet sostanzjalment emendata diversi drabi (4). Billi jridu jsiru aktar emendi, hija għandha tinkiteb mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

It-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, jiġifieri d-dazju dovut fuq kontributi ta’ kapital lil kumpaniji u ditti, minn hawn ‘il quddiem “dazju fuq il-kapital”, it-taxxa tal-boll fuq titoli, u dazju fuq operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni, irrispettivament minn jekk dawk l-operazzjonijet jinvolvux żieda fil-kapital, joħolqux diskriminazzjoni, taxxa doppja jew inugwaljanzi li jinterferixxu fil-moviment liberu tal-kapital. L-istess japplika fir-rigward ta’ taxxi indiretti oħrajn bl-istess karatteristiċi bħal dazju fuq il-kapital u taxxa tal-boll fuq it-titoli.

(3)

Konsegwentement, huwa fl-interessi tas-suq intern li tiġi armonizzata l-leġislazzjoni dwar it-taxxi indiretti dwar il-ġbir tal-kapital sabiex kemm jista’ jkun jiġu eliminati fatturi li jistgħu jgħawwġu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni jew ixekklu l-moviment liberu tal-kapital.

(4)

L-effetti ekonomiċi tad-dazju fuq il-kapital huma ta’ ħsara għar-ragruppament u l-iżvilupp ta’ intrapriżi. Tali effetti huma partikolarment ta’ ħsara fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti fejn hemm bżonn importanti li tingħata prijorità lill-istimulazzjoni ta’ l-investiment.

(5)

L-aħjar soluzzjoni sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi tkun it-tneħħija tad-dazju fuq il-kapital.

(6)

Madankollu, it-telf ta’ dħul li jirriżulta mill-applikazzjoni immedjata ta’ tali miżura mhux aċċettabbli għal ċerti Stati Membri li fil-preżent japplikaw id-dazju fuq il-kapital. Għalhekk dawk l-Istati Membri għandhom l-opportunità li jkomplu jissuġġettaw għad-dazju fuq il-kapital it-transazzjonijiet ikkonċernati kollha jew parti minnhom, fejn hu mifhum li għandha tiġi debitata rata ta’ taxxa waħda f’wieħed u l-istess Stat Membru. Ladarba Stat Membru jagħżel li ma jimponix dazju fuq il-kapital fuq it-transazzjonijiet kollha jew parti minnhom taħt din id-Direttiva, m’għandux ikun possibbli għalih li jerġa’ jintroduċi tali dazji.

(7)

Huwa inerenti fil-kunċett ta’ suq intern li d-dazju fuq il-ġbir tal-kapital fis-suq intern minn kumpanija jew ditta m’għandux jiġi addebitat aktar minn darba. Għaldaqstant, jekk l-Istat Membru li jkollu d-dritt jintaxxa ma jimponix id-dazju fuq il-kapital fuq ċerti transazzjonijiet jew fuq it-transazzjonijiet kollha koperti minn din id-Direttiva, l-ebda Stat Membru ieħor m’għandu jeżerċita dritt li jintaxxa fir-rigward ta’ dawk it-transazzjonijiet.

(8)

Huwa xieraq li jinżammu kondizzjonijiet stretti għal sitwazzjonijiet fejn Stati Membri jibqgħu jimponu dazju fuq il-kapital, b’mod partikolari fir-rigward ta’ eżenzjonijiet u tnaqqis.

(9)

Minbarra d-dazju fuq il-kapital, l-ebda taxxa indiretta fuq il-ġbir tal-kapital m’għandha tiġi imposta. B’mod partikolari, l-ebda taxxa tal-boll m’għandha tiġi imposta fuq titoli, irrispettivament mill-oriġini ta’ tali titoli, u irrispettivament minn jekk jirrappreżentawx il-kapital proprju tal-kumpanija jew il-kapital ta’ self tagħha.

(10)

Il-lista’ tal-kumpaniji ta’ kapital stabbilita fid-Direttiva 69/335/KEE mhijiex kompleta u għalhekk għandha tiġi adattata.

(11)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(12)

L-obbligazzjoni tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandha tkun limitata għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttivi preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dipożizzjonijiet mhux mibdulin jirriżulta mid-Direttivi preċedenti.

(13)

Din id-Direttiva m’għandhiex tkun ta’ preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

(14)

Fid-dawl ta’ l-effetti detrimentali tad-dazju fuq il-kapital, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull tliet snin dwar l-operat ta’ din id-Direttiva bil-ħsieb ta’ l-abolizzjoni ta’ dan id-dazju,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tirregola l-impożizzjoni ta’ taxxi indiretti fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(a)

kontributi ta’ kapital lil kumpaniji ta’ kapital;

(b)

operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni li jinvolvu kumpaniji ta’ kapital;

(ċ)

il-ħruġ ta’ ċerti titoli u obbligazzjonijiet.

Artikolu 2

kumpanija ta’ kapital

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “kumpanija ta’ kapital” tfisser:

(a)

kwalunkwe kumpanija li jkollha waħda mill-forom elenkati fl-Anness I;

(b)

kwalunkwe kumpanija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li l-ishma tal-kapital jew l-assi tagħha jistgħu jiġu nnegozjati f’borża;

(ċ)

kwalunkwe kumpanija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li topera għall-profitt, li l-membri tagħha jkollhom id-dritt li jgħaddu l-ishma tagħhom lil partijiet terzi mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel u li jkunu responsabbli biss għad-djun tal-kumpanija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika sal-limitu ta’ l-ishma tagħhom.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, kwalunkwe kumpanija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika oħra li topera għall-profitt għandha titqies bħala kumpanija ta’ kapital.

Artikolu 3

Kontributi ta’ kapital

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u suġġetti għall-Artikolu 4, it-transazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala “kontributi ta’ kapital”:

(a)

il-formazzjoni ta’ kumpanija ta’ kapital;

(b)

il-konverżjoni f’kumpanija ta’ kapital ta’ kumpanija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li ma tkunx kumpanija ta’ kapital;

(ċ)

żieda fil-kapital ta’ kumpanija ta’ kapital bil-kontribut ta’ assi ta’ kwalunkwe tip;

(d)

żieda fl-assi ta’ kumpanija ta’ kapital bil-kontribut ta’ assi ta’ kwalunkwe tip, in konsiderazzjoni, mhux ta’ l-ishma fil-kapital jew l-assi tal-kumpanija, iżda ta’ drittijiet ta’ l-istess tip bħal dawk tal-membri, bħal drittijiet tal-vot, xi sehem fil-profitti jew sehem f’dak li jibqa’ wara l-likwidazzjoni;

(e)

it-trasferiment minn pajjiż terz lejn Stat Membru taċ-ċentru tal-ġestjoni effettiva tal-kumpanija ta’ kapital li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab f’pajjiż terz;

(f)

it-trasferiment minn pajjiż terz lejn Stat Membru ta’ l-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpanija ta’ kapital li ċ-ċentru tagħha ta’ ġestjoni effettiva jinsab f’pajjiż terz;

(g)

żieda fil-kapital ta’ kumpanija ta’ kapital permezz tal-kapitalizzazzjoni tal-profitti jew ta’ riżervi permanenti jew temporanji;

(h)

żieda fl-assi ta’ kumpanija ta’ kapital permezz tal-provvista ta’ servizzi minn membru li ma tinvolvix żieda fil-kapital tal-kumpanija, iżda li tirriżulta f’varjazzjoni fid-drittijiet fil-kumpanija jew li tista’ żżid il-valur ta’ l-ishma tal-kumpanija;

(i)

self assunt minn kumpanija kapitali, jekk il-kreditur ikun ntitolat għal sehem mill-profitti tal-kumpanija;

(j)

self assunt minn kumpanija ta’ kapital ma’ membru jew konjugi jew wild ta’ membru, jew self assunt ma’ parti terza, jekk ikun garantit minn membru, bil-kondizzjoni li dan is-self ikollu l-istess funzjoni bħal żieda fil-kapital tal-kumpanija.

Artikolu 4

Operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni li ġejjin m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala kontributi ta’ kapital:

(a)

it-trasferiment minn kumpanija ta’ kapital waħda jew aktar ta’ l-assi u debiti kollha tagħhom, jew ta’ fergħa ta’ attività waħda jew aktar lil kumpanija ta’ kapital waħda jew aktar li jkunu fil-proċess li jiġu ffurmati jew li diġà jeżistu, sakemm il-konsiderazzjoni għat-trasferiment tikkonsisti għall-inqas in parti minn titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija akkwirenti;

(b)

l-akkwist, minn kumpanija ta’ kapital li tkun fil-proċess li tiġi ffurmata jew li diġà teżisti, ta’ ishma li jirrappreżentaw maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ kumpanija ta’ kapital oħra, sakemm il-konsiderazzjoni għall-ishma akkwiżiti tikkonsisti għall-inqas in parti minn titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija preċedenti. Fejn il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tintlaħaq permezz ta’ żewġ transazzjonijiet jew aktar, huma biss it-transazzjoni li biha ntlaħqet il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot u kwalunkwe transazzjoni sussegwenti oħra li għandhom jitqisu bħala operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni.

2.   “Operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni” għandhom jinkludu wkoll it-trasferiment lil kumpanija ta’ kapital ta’ l-assi u d-debiti kollha ta’ kumpanija ta’ kapital oħra li tkun kompletament il-proprjetà tal-kumpanija preċedenti.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 5

Transazzjonijiet mhux suġġetti għal taxxa indiretta

1.   L-Istati Membri m’għandhomx jissuġġettaw lill-kumpaniji ta’ kapital għal kwalunkwe forma ta’ taxxa indiretta fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

kontributi ta’ kapital;

(b)

self, jew il-provvista ta’ servizzi, li jsiru bħala parti mill-kontributi ta’ kapital;

(ċ)

ir-reġistrazzjoni jew kwalunkwe formalità oħra meħtieġa qabel il-bidu ta’ negozju li għalihom il-kumpanija ta’ kapital tista’ tkun suġġetta minħabba l-forma ġuridika tagħha;

(d)

l-alterazzjoni ta’ l-istrument jew tar-regolamenti kostitwenti ta’ kumpanija ta’ kapital, u b’mod partikolari li ġejjin:

(i)

il-konverżjoni ta’ kumpanija ta’ kapital f’tip differenti ta’ kumpanija ta’ kapital;

(ii)

it-trasferiment minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor taċ-ċentru effettiv ta’ ġestjoni jew ta’ l-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpanija ta’ kapital;

(iii)

bidla fl-għanijiet ta’ kumpanija ta’ kapital;

(iv)

l-estensjoni tal-perijodu ta’ eżistenza ta’ kumpanija ta’ kapitali;

(e)

l-operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni msemmija fl-Artikolu 4.

2.   L-Istati Membri m’għandhomx jissuġġettaw lil dawn li ġejjin għal kwalunkwe forma ta’ taxxa indiretta:

(a)

il-ħolqien, il-ħruġ, l-ammissjoni għall-kwotazzjoni fil-borża, it-tqegħid fis-suq jew in-negozju ta’ stocks, ishma jew titoli oħrajn ta’ l-istess tip, jew taċ-ċertifikati li jirrappreżentaw dawn it-titoli, irrispettivament minn min ikunu maħruġa;

(b)

ammonti ta’ self, inklużi bonds tal-gvern, miġbura bil-ħruġ ta’ obbligazzjonijiet jew titoli negozjabbli oħrajn, irrispettivament minn min ikunu maħruġa, jew kwalunkwe formalità relatata magħhom, jew il-ħolqien, il-ħruġ, l-ammissjoni għal kwotazzjoni fil-borża, it-tqegħid fis-suq jew in-negozju ta’ dawn l-obbligazzjonijiet jew titoli negozjabbli oħrajn.

Artikolu 6

Dazji u Taxxa Fuq il-Valur Miżjud

1.   Minkejja l-Artikolu 5, l-Istati Membri jistgħu jimponu d-dazji u t-taxxi li ġejjin:

(a)

dazji fuq it-trasferiment ta’ titoli, kemm jekk imposti b’rata fissa kif ukoll jekk le;

(b)

dazji fuq trasferiment, inklużi taxxi fuq ir-reġistrazzjoni ta’ l-art, fuq it-trasferiment, lil kumpanija ta’ kapital, ta’ negozji jew ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju tagħhom;

(ċ)

dazji ta’ trasferiment fuq assi ta’ kwalunkwe tip trasferiti lil kumpanija ta’ kapital, sa fejn din il-proprjetà tiġi trasferita għal konsiderazzjoni diversa minn ishma fil-kumpanija;

(d)

dazji fuq il-ħolqien, reġistrazzjoni jew ħlas ta’ ipoteki jew piżijiet oħrajn fuq l-art jew proprjetà oħra;

(e)

dazji fil-forma ta’ miżati jew drittijiet;

(f)

it-taxxa fuq il-valur miżjud.

2.   L-ammont impost bħala d-dazji u t-taxxi elenkati fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 1 m’għandhomx ivarjaw skond jekk iċ-ċentru ta’ ġestjoni effettiva jew l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija ta’ kapital jinsabux fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jimponi d-dazji jew it-taxxi. Dawk l-ammonti ma jistgħux jeċċedu dawk id-dazji jew taxxi applikabbli għal transazzjonijiet simili li jseħħu fl-Istat Membru li jimponihom.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI

Artikolu 7

L-impożizzjoni ta’ dazju fuq il-kapital f’ċerti Stati Membri

1.   Minkejja l-Artikolu 5(1)(a), Stat Membru li fl-1 ta’ Jannar 2006 impona dazju fuq il-kontributi ta’ kapital fuq kumpaniji ta’ kapital, minn hawn ‘il quddiem “dazju fuq il-kapital”, jista’ jkompli jagħmel dan sakemm jikkonforma ma’ l-Artikoli 8 sa 14.

2.   Jekk, fi kwalunkwe żmien wara l-1 ta’ Jannar 2006, Stat Membru ma jkomplix l-impożizzjoni ta’ dazju fuq il-kapital, ma jistax jerġà jintroduċih.

3.   Jekk, fi kwalunkwe żmien wara l-1 ta’ Jannar 2006, Stat Membru ma jkomplix l-impożizzjoni ta’ dazju fuq il-kapital fuq il-kontributi ta’ kapital imsemmija fl-Artikolu 3(g) sa (j), huwa ma jistax jerġa’ jintroduċi dazju fuq il-kapital fuq tali kontributi ta’ kapital, minkejja l-Artikolu 10(2).

4.   Jekk, fi kwalunkwe żmien wara l-1 ta’ Jannar 2006, Stat Membru ma jkomplix l-impożizzjoni ta’ dazju fuq il-kapital fuq il-provvista ta’ kapital fiss jew ċirkolanti lil fergħa, huwa ma jistax jerġa’ jintroduċi dazju fuq il-kontributi konċernati ta’ kapital, minkejja l-Artikolu 10(4).

5.   Jekk, fi kwalunkwe żmien wara l-1 ta’ Jannar 2006, Stat Membru jippermetti eżenzjonijiet taħt l-Artikolu 13, ma jistax sussegwentement jimponi dazju fuq il-kapital fuq il-kontributi konċernati ta’ kapital.

Artikolu 8

Rata ta’ dazju fuq il-kapital

1.   Id-dazju fuq il-kapital għandu jiġi impost b’rata unika.

2.   Ir-rata ta’ dazju fuq il-kapital applikata minn Stat Membru ma tistax teċċedi r-rata applikata minn dak l-Istat Membru fl-1 ta’ Jannar 2006.

Fejn, wara dik id-data, l-Istat Membru jnaqqas ir-rata applikata, huwa ma jistax jerġa’ jintroduċi rata ogħla.

3.   Fl-ebda każ ir-rata ta’ dazju fuq il-kapital ma tista teċċedi 1 %,

Artikolu 9

Esklużjoni ta’ ċerti entitajiet mill-kamp ta’ applikazzjoni

L-Istati Membri jistgħu għall-finijiet li jimponu dazju fuq il-kapital jagħżlu li ma jqisux bħala kumpaniji ta’ kapital lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2).

Artikolu 10

Transazzjonijiet suġġetti għal dazju fuq il-kapital u distribuzzjoni ta’ drittijiet ta’ tassazzjoni

1.   Fejn, skond l-Artikolu 7(1), Stat Membru jibqa’ jimponi dazju fuq il-kapital, huwa għandu jissuġġetta għal dazju fuq il-kapital il-kontributi ta’ kapital imsemmija fl-Artikolu 3(a) sa (d), jekk iċ-ċentru ta’ ġestjoni effettiva tal-kumpanija ta’ kapital jinsab f’dak l-Istat Membru fiż-żmien meta jseħħ il-kontribut ta’ kapital.

Huwa għandu wkoll jissuġġetta għal dazji fuq il-kapital il-kontributi ta’ kapital imsemmija fl-Artikolu 3(e) u (f).

2.   Meta Stat Membru jibqa’ jimponi dazju fuq il-kapital, huwa jista’ jagħmel dan fuq il-kontributi ta’ kapital imsemmija fl-Artikolu 3(g) sa (j), jekk iċ-ċentru ta’ ġestjoni effettiva tal-kumpanija ta’ kapital jinsab f’dak l-Istat Membru fiż-żmien meta jseħħ il-kontribut ta’ kapital.

3.   Meta ċ-ċentru ta’ ġestjoni effettiva tal-kumpanija ta’ kapital jinsab f’pajjiż terz u l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jinsab fi Stat Membru li jibqa’ jimponi dazju fuq il-kapital, il-kontributi ta’ kapital għandhom ikunu suġġetti għal dazju fuq il-kapital f’dak l-Istat Membru.

4.   Meta l-uffiċċju rreġistrat u ċ-ċentru ta’ ġestjoni effettiva tal-kumpanija ta’ kapital jinsabu f’pajjiż terz, il-provvista ta’ kapital fiss jew ċirkolanti lil fergħa li tinsab fi Stat Membru li jibqa’ jimponi dazju fuq il-kapital tista’ tkun suġġetta għal dazju fuq il-kapital f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 11

Bażi ta’ stima għad-dazju fuq il-kapital

1.   Fil-każ ta’ kontributi ta’ kapital kif imsemmi fl-Artikolu 3(a), (ċ) u (d), il-bażi ta’ stima għad-dazju fuq il-kapital għandu jkun il-valur attwali ta’ assi ta’ kwalunkwe tip li ġew kontribwiti jew li jkollhom jiġu kkontribwiti mill-membri, wara t-tnaqqis ta’ debiti assunti u ta’ spejjeż magħmulin mill-kumpanija bħala riżultat ta’ kull kontribut.

L-impożizzjoni ta’ dazju fuq il-kapital tista’ tiġi posposta sa meta jsiru l-kontributi.

2.   Fil-każ ta’ kontributi ta’ kapital kif imsemmi fl-Artikolu 3(b), (e) u (f), il-bażi ta’ stima għad-dazju fuq il-kapital għandu jkun il-valur attwali ta’ assi ta’ kwalunkwe tip li jkunu tal-kumpanija fiż-żmien tal-konverżjoni jew trasferiment, wara t-tnaqqis ta’ debiti u spejjeż li għalihom tkun responsabbli l-kumpanija f’dak iż-żmien.

3.   Fil-każ ta’ kontributi ta’ kapital kif imsemmi fl-Artikolu 3(g), il-bażi ta’ stima għad-dazju għandu jkun l-ammont nominali taż-żieda.

4.   Fil-każ ta’ kontributi ta’ kapital kif imsemmi fl-Artikolu 3(h), il-bażi ta’ stima għad-dazju fuq il-kapital għandu jkun il-valur attwali tas-servizzi pprovduti, wara t-tnaqqis tad-debiti assunti u l-ispejjeż magħmula mill-kumpanija bħala riżultat tal-provvediment ta’ tali servizzi.

5.   Fil-każ ta’ kontributi ta’ kapital kif imsemmi fl-Artikolu 3(i) u (j), il-bażi ta’ stima għad-dazju għandu jkun l-ammont nominali tas-self assunt.

6.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-valur attwali ta’ l-ishma fil-kumpanija allokati lil, jew li jkunu ta’, kull membru jista’ jintuża bħala l-bażi ta’ stima għad-dazju fuq il-kapital, ħlief fejn il-kontributi jsiru fi flus kontanti biss.

L-ammont li fuqu d-dazju jiġi impost m’għandu fl-ebda ċirkostanza jkun inqas mill-ammont nominali ta’ l-ishma fil-kumpanija allokati lil, jew li jkunu ta’, kull membru.

Artikolu 12

Esklużjoni mill-bażi ta’ stima għad-dazju fuq il-kapital

1.   Fil-każ ta’ żieda fil-kapital, il-bażi ta’ stima għad-dazju fuq il-kapital m’għandiex tinkludi li ġej:

(a)

l-ammont ta’ assi li jkunu tal-kumpanija ta’ kapital li jiġu allokati għaż-żieda fil-kapital u li diġà kienu suġġetti għad-dazju fuq il-kapital;

(b)

l-ammonti ta’ self assunt mill-kumpanija ta’ kapital li jiġu konvertiti f’ishma fil-kumpanija u li diġà ġew suġġetti għad-dazju fuq il-kapital.

2.   Stat Membru jista’ jeskludi mill-bażi ta’ stima għad-dazju fuq il-kapital l-ammont tal-kapital kontribwit minn membru b’responsabbiltà illimitata għall-obbligi ta’ kumpanija ta’ kapital kif ukoll is-sehem ta’ dan il-membru fl-assi tal-kumpanija.

Fejn Stat Membru jeżerċita dik is-setgħa, kull operazzjoni li bħala riżultat tagħha r-responsabbiltà ta’ membru tiġi limitata għas-sehem tiegħu fil-kapital tal-kumpanija, b’mod partikolari meta l-limitazzjoni tar-responsabbiltà tirriżulta mill-konverżjoni ta’ kumpanija ta’ kapital f’tip differenti ta’ kumpanija ta’ kapital, għandha tkun suġġetta għad-dazju fuq il-kapital.

Id-dazju fuq il-kapital għandu jiġi impost fil-każijiet kollha bħal dawn fuq il-valur tas-sehem fl-assi tal-kumpanija li jkunu ta’ membri b’responsabbiltà illimitata għall-obbligi tal-kumpanija.

3.   Fil-każ ta’ kontribut ta’ kapital kif imsemmi fl-Artikolu 3(c), wara tnaqqis fil-kapital tal-kumpanija bħala riżultat tat-telf magħmul, dik il-parti tal-kontribut li tikkorrispondi għat-tnaqqis fil-kapital tista’ tiġi eżentata mill-bażi ta’ stima, sakemm il-kontribut ta’ kapital iseħħ fi żmien erba’ snin mit-tnaqqis fil-kapital.

Artikolu 13

Eżenzjoni ta’ kontributi ta’ kapital lil ċerti kumpaniji ta’ kapital

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mid-dazju fuq il-kapital kontributi ta’ kapital lil dawn li ġejjin:

(a)

kumpaniji ta’ kapital li jipprovdu servizzi pubbliċi, bħal impriżi tat-trasport pubbliku, awtoritajiet tal-port jew impriżi li jipprovdu l-ilma, il-gass jew l-elettriku, f’każijiet meta l-Istat jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali ikunu l-proprejtarji għall-inqas ta’ nofs il-kapital tal-kumpanija;

(b)

kumpaniji ta’ kapital li, skond ir-regolamenti tagħhom u fil-fatt, iwettqu esklussivament u direttament objettivi kulturali, soċjali, ta’ assistenza jew edukazzjonali.

L-Istati Membri li jeżentaw tali kontributi ta’ kapital mid-dażju fuq il-kapital għandhom japplikaw l-eżenzjoni wkoll lill-provvista ta’ kapital fiss jew ċirkolanti lil fergħa fit-territorju tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 10(4).

Artikolu 14

Proċedura ta’ deroga

Ċerti tipi ta’ kontributi ta’ kapital jew ta’ kumpaniji ta’ kapital jistgħu jkunu s-suġġett ta’ eżenzjonijiet jew tnaqqis fir-rati għall-finijiet ta’ ekwità fit-tassazzjoni, jew għall-finijiet ta’ konsiderazzjonijiet soċjali, jew sabiex Stat Membru jkun jista’ jittratta sitwazzjonijiet speċjali.

L-Istat Membru li jipproponi li jieħu din il-miżura għandu jirriferi l-każ lill-Kummissjoni fi żmien xieraq, b’kont meħud ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 97 tat-Trattat.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikoli 3, 4, 5, 7, 8, 12, 13 u 14, l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2008. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-testi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti, għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. Il-metodi kif issir tali referenza u kif tiġi formulata dik id-dikjarazzjoni għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 16

Tħassir

Id-Direttiva 69/355/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fil-Parti A ta’ l-Anness II, hija b’dan imħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness II.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 17

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill kull tliet snin dwar l-operat ta’ din id-Direttiva notevolment bil-ħsieb ta’ l-abolizzjoni tad-dazju fuq il-kapital. Sabiex jassistu lill-Kummissjoni fir-reviżjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni fir-rigward tad-dħul mid-dazju fuq il-kapital.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1, 2, 6, 9, 10 u 11 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 19

Indirizzati

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK


(1)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 126, 7.6.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 249, 3.10.1969, p. 25. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/98/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129).

(4)  Ara l-Anness II, Parti A.


ANNESS I

LISTA TAL-KUMPANIJI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 2(1)(A)

(1)

Kumpaniji inkorporati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ Kumpanija Ewropea (SE) (1)

(2)

kumpaniji taħt il-liġi Belġjana magħrufin bħala:

(i)

société anonyme/naamloze vennootschap

(ii)

societe en commandite par actions/de commanditaire vennootschap op aandelen

(iii)

société privée à responsabilité limitée/besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid

(3)

kumpaniji taħt il-liġi Bulgara magħrufin bħala:

(i)

“aкционерно дружество”

(ii)

“командитно дружество с акции”

(iii)

“дружество с ограничена отговорност”

(4)

kumpaniji taħt il-liġi Ċeka magħrufin bħala:

(i)

akciová společnost

(ii)

komanditní společnost

(iii)

společnost s ručením omezeným

(5)

kumpaniji taħt il-liġi Daniża magħrufin bħala:

(i)

aktieselskab

(ii)

kommandit-aktieselskab

(6)

kumpaniji taħt il-liġi Ġermaniża magħrufin bħala:

(i)

Aktiengesellschaft

(ii)

Kommanditgesellschaft auf Aktien

(iii)

Gesellschaft mit beschränkter Haftung

(7)

kumpaniji taħt il-liġi Estona magħrufin bħala:

(i)

täisühing

(ii)

usaldusühing

(iii)

osaühing

(iv)

aktsiaselts

(v)

tulundusühistu

(8)

kumpaniji taħt il-liġi Irlandiża magħrufin bħala: companies incorporated with limited liability

(9)

kumpaniji taħt il-liġi Griega magħrufin bħala:

(i)

Ανώνυμος Εταιρεία

(ii)

Ετερόρρυθμος κατά μετοχάς Εταιρεία

(iii)

Εταιρεία Περιορισμένης Ευθύνης

(10)

kumpaniji taħt il-liġi Spanjola magħrufin bħala:

(i)

sociedad anónima

(ii)

sociedad comanditaria por acciones

(iii)

sociedad de responsabilidad limitada

(11)

kumpaniji taħt il-liġi Franċiża magħrufin bħala:

(i)

société anonyme

(ii)

société en commandite par actions

(iii)

société à responsabilité limitée

(12)

kumpaniji taħt il-liġi Taljana magħrufin bħala:

(i)

società per azioni

(ii)

società in accomandita per azioni

(iii)

società a responsabbiltà limitata

(13)

kumpaniji taħt il-liġi Ċiprijotta magħrufin bħala: εταιρείες περιορισμένης ευθύνης

(14)

kumpaniji taħt il-liġi Latvjana magħrufin bħala: kapitālsabiedrība

(15)

kumpaniji taħt il-liġi Litwana magħrufin bħala:

(i)

akcinė bendrovė

(ii)

uždaroji akcinė bendrovė

(16)

kumpaniji taħt il-liġi Lussemburgiża magħrufin bħala:

(i)

société anonyme

(ii)

société en commandite par actions

(iii)

société à responsabilité limitée

(17)

kumpaniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufin bħala:

(i)

részvénytársaság

(ii)

korlátolt felelősségű társaság

(18)

kumpaniji taħt il-liġi Maltija magħrufin bħala:

(i)

Kumpaniji ta’ Responsabbiltà Limitata

(ii)

Soċjetajiet in akkomandita li l-kapital tagħhom jkun maqsum f'azzjonijiet

(19)

kumpaniji taħt il-liġi Olandiża magħrufin bħala:

(i)

naamloze vennootschap

(ii)

besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid

(iii)

open commanditaire vennootschap

(20)

kumpaniji taħt il-liġi Awstrijaka magħrufin bħala:

(i)

Aktiengesellschaft

(ii)

Gesellschaft mit beschränkter Haftung

(21)

kumpaniji taħt il-liġi Pollakka magħrufin bħala:

(i)

spółka akcyjna

(ii)

spółka z ograniczoną odpowiedzialnością

(22)

kumpaniji taħt il-liġi Portugiża magħrufin bħala:

(i)

sociedade anónima

(ii)

sociedade em comandita por acções

(iii)

sociedade por quotas

(23)

kumpaniji taħt il-liġi Rumena magħrufin bħala:

(i)

“societăți în nume colectiv”

(ii)

“societăți în comandită simplă”

(iii)

“societăți pe acțiuni”

(iv)

“societăți în comandită pe acțiuni”

(v)

“societăți cu răspundere limitată”

(24)

kumpaniji taħt il-liġi Slovena magħrufin bħala:

(i)

delniška družba

(ii)

komanditna delniška družba

(iii)

družba z omejeno odgovornostjo

(25)

kumpaniji taħt il-liġi Slovakka magħrufin bħala:

(i)

akciová spoločnosť

(ii)

spoločnosť s ručením obmedzeným

(iii)

komanditná spoločnosť

(26)

kumpaniji taħt il-liġi Finlandiża magħrufin bħala:

(i)

osakeyhtiö – aktiebolag

(ii)

osuuskunta – andelslag

(iii)

säästöpankki – sparbank

(iv)

vakuutusyhtiö - försäkringsbolag

(27)

kumpaniji taħt il-liġi Svediża magħrufin bħala:

(i)

aktiebolag

(ii)

försäkringsaktiebolag

(28)

kumpaniji taħt il-liġi tar-Renju Unit magħrufin bħala: companies incorporated with limited liability.


(1)  ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS II

PARTI A

Id-Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 16(1))

Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE

ĠU L 249, 3.10.1969, p. 25)

Punt VI.1 ta’ l-Anness I għall-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1972

(ĠU L 73, 27.3.1972, p. 93)

Direttiva tal-Kunsill 73/79/KEE

(ĠU L 103, 18.4.1973, p. 13)

Direttiva tal-Kunsill 73/80/KEE

(ĠU L 103, 18.4.1973, p. 15)

Direttiva tal-Kunsill 74/553/KEE

(ĠU L 303, 13.11.1974, p. 9)

Punt VI.1 ta’ l-Anness I għall-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1979

(ĠU L 291, 19.11.1979, p. 95)

Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE

(ĠU L 156, 15.6.1985, p. 23)

Punt V.1 ta’ l-Anness I għall-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1985

(ĠU L 302, 15.11.1985, p. 167)

Punt XI.B.I.1 ta’ l-Anness I għall-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 196)

Punt 9.1 ta’ l-Anness II għall-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 555)

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 16(1))

Direttiva

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1972.

Direttiva tal-Kunsill 73/79/KEE

Direttiva tal-Kunsill 73/80/KEE

Direttiva tal-Kunsill 74/553/KEE

Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1986.


ANNESS III

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 69/335/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 7

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, u Artikolu 10(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 10(4),

Artikolu 3(1), il-kliem introduttiv

Artikolu 2(1), il-kliem introduttiv

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 2(1)(a) u l-Anness I

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 3(1)(ċ)

Artikolu 2(1)(ċ)

Artikolu 3(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(2), it-tieni sentenza

Artikolu 9

Artikolu 4(1)(a)-(f)

Artikolu 3(a)-(f) u Artikolu 10(1)

Artikolu 4(1)(g) u (h)

Artikolu 5(1)(d)(ii)

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(g)-(j), l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 10(2)

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(3)

Artikolu 5(1)(d)

Artikolu 5(1)(a)

Artikolu 11(1)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 11(2)

Artikolu 5(1)(ċ)

Artikolu 11(3)

Artikolu 5(1)(d)

Artikolu 11(4)

Artikolu 5(1)(e)

Artikolu 11(5)

Artikolu 5(2)

Artikolu 11(6)

Artikolu 5(3)

Artikolu 12(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 12(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 7(1) l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 4, Artikolu 5(1)(e)

Artikolu 7(1)(b) revokat

Artikolu 4(a)

Artikolu 7(1)(bb) revokat

Artikolu 4(b)

Artikolu 7(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 7(2)

Artikoli 7 u 8

Artikolu 7(3)

Artikolu 12(3)

Artikolu 8

Artikolu 7(5) u l-Artikolu 13, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13, it-tieni subparagrafu

Artikolu 9

Artikolu 14

Artikolu 10

Artikolu 5(1)(a)-(ċ)

Artikolu 11

Artikolu 5(2)

Artikolu 12

Artikolu 6

Artikolu 13

Artikolu 15(1)

Artikolu 14

Artikolu 15(2)

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 15

Artikolu 18

Anness I

Anness II

Anness III


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

21.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 46/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2008

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra

(2008/143/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Frar 1998 il-Kunsill awtorizza lill-Kummisjoni tiftaħ in-negozjati għal Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (min hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u stabbilixxa direttivi ta’ negozjar għal dan il-għan.

(2)

Dawn in-negozjati kellhom suċċess u l-Ftehim kien inizjalat mill-Kummissjoni fit-12 ta’ Diċembru 2001.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Diċembru 2002, suġġett għall-konklużjoni sussegwenti tiegħu.

(4)

Ġie ffirmat, f’Beijing fil-5 ta’ Settembru 2005, Protokoll li jemenda l-Ftehim sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea.

(5)

Skond l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jaċċedu għall-Ftehim permezz ta’ Protokoll bejn il-Kunsill u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(6)

Il-proċeduri kostituzzjonali u istituzzjonali meħtieġa tlestew u għaldaqstant il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim (2) huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 15(2) tal-Ftehim.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  Opinjoni mogħtija fit-2 ta’ Settembru 2003 (ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 102).

(2)  Ara paġna 25 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


TRADUZZJONI

FTEHIM

dwar trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-gvern tar-Repubblika Poplari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

Partijiet għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Stati Membri tal-Komunità”, u

L-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Komunità”,

min-naħa l-waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA POPLARI TAĊ-ĊINA,

minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċina”,

min-naħa l-oħra,

B’KONT MEĦUD tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni Ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Pupolari taċ-Ċina ta’ Mejju 1985;

B’KONT MEĦUD ta’ l-importanza tar-relazzjonijiet marittimi eżistenti bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u ċ-Ċina;

JEMMNU li l-koperazzjoni fil-qasam marittimu internazzjonali bejn il-Partijiet ser ikun ta’ benefiċċju għall-iżvilupp tal-kummerċ u r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn iċ-Ċina u l-Komunità u l-Istati Membri tagħha;

LESTI li jsaħħu u jikkonsolidaw iżjed ir-relazzjonijiet, abbażi ta’ l-ugwaljanza u l-benefiċċju reċiproku, fil-qasam tat-trasport marittimu internazzjonali;

JIRRIKONOXXU l-importanza tas-servizzi ta’ trasport marittimu u jixtiequ jippromovu iktar it-trasport multimodali li jinvolvi parti bil-baħar sabiex tiżdied l-efikaċja fil-katina tat-trasport;

JIRRIKONOXXU l-importanza ta’ żvilupp ulterjuri ta’ approċċ flessibbli u orjentat fuq is-suq u l-benefiċċji għal operaturi ekonomiċi taż-żewġ Partijiet dwar il-kontroll u l-operat tas-servizzi ta’ trasport internazzjonali ta’ merkanzija fil-kuntest ta’ sistema effiċjenti ta’ trasport marittimu internazzjonali;

B’KONT MEĦUD tal-ftehim marittimi bilaterali eżistenti bejn l-Istati Membri tal-Komunità u ċ-Ċina;

JAPPOĠĠAW in-negozjati multilaterali dwar is-servizzi tat-trasport marittimu fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;

IR-RENJU TAL-BELĠJU:

Isabelle DURANT

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Mobbiltà u t-Trasport

IR-RENJU TAD-DANIMARKA:

Bendt BENDTSEN

Ministru għall-Affarjiet Ekonomiċi, il-Finanzi u l-Industrija

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA:

Manfred STOLPE

Ministru Federali għat-Trasport, il-Bini u d-Djar

Wilhelm SCHÖNFELDER

Ambaxxatur, Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA:

Georgios ANOMERITIS

Ministru għall-Merkanzija Marittima

IR-RENJU TA’ SPANJA:

Francisco ÁLVAREZ-CASCOS FERNÁNDEZ

Ministru għall-Iżvilupp Intern

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA:

Pierre SELLAL

Ambaxxatur, Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika Franċiża

L-IRLANDA:

Peter GUNNING

Deputat Rappreżentant Permanenti ta’ l-Irlanda

IR-REPUBBLIKA TALJANA:

Pietro LUNARDI

Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU:

Henri GRETHEN

Ministru għall-Affarjiet Ekonomiċi, Ministru għat-Trasport

IR-RENJU TA’ L-OLANDA:

Roelf Hendrik de BOER

Ministru għat-Trasport, il-Komunikazzjoni u x-Xogħolijiet Pubbliċi

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA:

Mathias REICHHOLD

Ministru Federali għat-Trasport, l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA:

Luís Francisco VALENTE DE OLIVEIRA

Ministru għax-Xogħolijiet Pubbliċi, it-Trasport u d-Djar

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA:

Kimmo SASI

Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet

IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA:

Ulrica MESSING

Ministru għall-Komunikazzjoni

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ:

David JAMIESON

Sotto-Segretarju tal-Parlament ta’ l-Istat għat-Trasport

IL-KOMUNITÀ EWROPEA:

Bendt BENDTSEN

Ministru għall-Affarjiet Ekonomiċi, il-Kummerċ u l-Industrija tar-Renju tad-Danimarka

President Attwali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea

Loyola de PALACIO

Viċi-President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA POPLARI TAĊ-ĊINA:

Chunxian ZHANG

Ministru għall-Komunikazzjoni tar-Repubblika Poplari taċ-Ċina

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

Dan il-Ftehim jimmira biex itejjeb il-kondizzjonijiet li taħthom operazzjonijiet ta’ trasport marittimu ta’ merkanzija jitwettqu għal jew miċ-Ċina, għal jew mill-Komunità, kif ukoll għal jew mill-Komunità u ċ-Ċina min-naħa l-waħda u pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, għall-benefiċċju ta’ operaturi ekonomiċi tal-Partijiet. Hu bbażat fuq il-prinċipji ta’ libertà li jiġu provduti s-servizzi tat-trasport marittimu, l-aċċess liberu għall-merkanzija u l-kummerċ min-naħa għall-oħra, l-aċċess illimitat għal, u t-trattament mhux diskriminatorju fi, l-użu ta’ portijiet u servizzi awżiljari kif ukoll fir-rigward ta’ preżenza kummerċjali. Ikopri l-aspetti kollha tas-servizzi minn bieb sa bieb.

Artikolu 2

Firxa

1.   Dan il-Ftehim japplika għat-trasport marittimu internazzjonali ta’ merkanzija u s-servizzi loġistiċi, inklużi operazzjonijiet multimodali li jinvolvu parti bil-baħar, bejn il-portijiet taċ-Ċina u ta’ l-Istati Membri tal-Komunità kif ukoll it-trasport marittimu internazzjonali tal-merkanzija bejn il-portijiet ta’ l-Istati Membri tal-Komunità. Japplika wkoll għal kummerċ minn post għall-ieħor u għall-moviment ta’ tagħmir bħal kontenituri vojta, li mhumiex qed jinġarru bħala merkanzija kontra ħlas, bejn il-portijiet taċ-Ċina jew bejn il-portijiet ta’ Stat Membru tal-Komunità.

Jekk bastimenti ta’ Parti waħda jbaħħru minn port wieħed tal-Parti l-oħra għal ieħor jew minn port wieħed ta’ Stat Membru tal-Komunità għal ieħor biex jgħabbu merkanzija għal pajjiżi barranin jew jiskargaw merkanzija minn barra l-pajjiż, dan għandu jitqies bħala li jagħmel parti mit-trasport marittimu internazzjonali.

Dan il-Ftehim m’għandhux japplika għal trasport domestiku purament bejn il-portijiet taċ-Ċina jew bejn il-portijiet ta’ kwalunkwe Stat Membru partikolari tal-Komunità.

2.   Dan il-Ftehim m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-ftehim marittimi bilaterali konklużi bejn iċ-Ċina u l-Istati Membri tal-Komunità għal kwistjonijiet li jaqgħu barra mill-qasam ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

3.   Dan il-Ftehim m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ bastimenti ta’ partijiet terzi milli jimpenjaw ruħhom f’trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bejn il-portijiet tal-Partijiet jew bejn il-portijiet ta’ waħda mill-partijiet u parti terza.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan il-Ftehim:

(a)

“trasport marittimu internazzjonali ta’ merkanzija u servizzi loġistiċi” jkopri l-proviżjoni ta’ servizzi ta’ trasport marittimu internazzjonali ta’ merkanzija, u s-servizzi ta’ maniġġar, ħażna, u ħżin tal-merkanzija, is-servizzi ta’ clearance ta’ dazji, is-servizzi ta’ l-istazzjon tal-kontenitur u tad-depost, dawk li jinsabu fil-port u dawk fl-intern tal-pajjiż, is-servizzi ta’ aġenziji ta’ attivitajiet marittimi u s-servizzi ta’ l-ispedituri tal-merkanzija relatati;

(b)

“operazzjonijiet ta’ trasport multimodali” huwa l-ġarr ta’ merkanzija bl-użu ta’ iżjed minn mezz wieħed ta’ trasport inkluża parti bil-baħar taħt dokument wieħed;

(ċ)

“servizzi ta’ aġenziji ta’ attivitajiet marittimi” jfisser attivitajiet li jikkonsistu fir-rappreżentazzjoni, bħala aġent, f’żona ġeografika speċifika, ta’ l-interessi tan-negozju ta’ linja waħda jew iktar ta’ trasport marittimu jew kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi, għall-finijiet li ġejjin:

il-marketing u l-bejgħ ta’ servizzi ta’ trasport marittimu u servizzi relatati, mill-kwotazzjoni għall-fattura, u l-ħruġ ta’ poloz tat-tagħbija f’isem il-kumpanniji, il-kuntrattar tas-servizzi relatati meħtieġa, it-tħejjija ta’ dokumentazzjoni, u l-proviżjon ta’ informazzjoni dwar in-negozju;

l-azzjoni meħuda f’isem il-kumpanniji li qed jorganizzaw il-waqfa tal-bastiment jew it-teħid ta’ kontroll fuq il-merkanzija;

(d)

“servizzi ta’ l-ispedituri tal-merkanzija” jfisser l-attività li tikkonsisti fl-organizzazzjoni u l-monitoraġġ ta’ operazzjonijiet ta’ kunsinna ta’ merkanzija f’isem l-ispedituri, permezz tas- servizzi ta’ kuntrattar relatati, it-tħejjija ta’ dokumentazzjoni u l-proviżjon ta’ informazzjoni dwar in-negozju;

(e)

“kumpanija ta’ attivitajiet marittimi” jfisser kumpannija li tilħaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

tkun kostitwita skond il-liġijiet pubbliċi jew privati taċ-Ċina, jew tal-Komunità jew ta’ Stat Membru tal-Komunità;

(ii)

ikollha l-uffiċċju reġistrat jew l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali ta’ negozju tagħha fiċ-Ċina jew il-Komunità rispettivament,

(iii)

tkun impenjata f’servizz ta’ attivitajiet marittimi internazzjonali bil-bastimenti li huma proprjetà tagħha jew operati minnha.

Kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi stabbiliti barra l-Komunità jew iċ-Ċina u kkontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru tal-Komunità jew taċ-Ċina rispettivament, għandhom ikunu benifiċċjarji wkoll tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati f’dak l-Istat Membru jew fiċ-Ċina skond il-leġislazzjoni tagħhom;

(f)

“sussidjarju” tfisser kumpannija li hi proprjetà ta’ kumpannija ta’ attivitajiet marittimi u li għandha personalità legali;

(g)

“uffiċċju tal-fergħa” jfisser post ta’ negozju li hu proprjetà ta’ kumpannija ta’ attivitajiet marittimi u m’għandhiex personalità legali;

(h)

“uffiċċju ta’ rappreżentazzjoni” jfisser uffiċċju rappreżentattiv ta’ kumpannija ta’ l-attivitajiet marittimi ta’ Parti waħda stabbilita fil-Parti l-oħra;

(i)

“bastiment” ifisser kwalunkwe bastiment merkantili reġistrat skond il-liġijiet taċ-Ċina, jew tal-Komunità jew ta’ l-Istati Membri tagħha fl-uffiċċju ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment ta’ kwalunkwe Parti taħt il-bandiera nazzjonali ta’ dik il-Parti u impenjat fi trasport marittimu internazzjonali, inklużi l-bastimenti bil-bandiera ta’ pajjiż terz iżda li huma proprjetà jew operati minn kumpannija ta’ attivitajiet marittimi taċ-Ċina jew ta’ Stat Membru tal-Komunità. Iżda, dan it-terminu ma jinkludix bastimenti tal-gwerra u kwalunkwe bastiment li mhuwiex kummerċjali.

Artikolu 4

Proviżjon ta’ servizzi

1.   Kull Parti għandha tkompli tagħti trattament mhux diskriminatorju lil bastimenti bil-bandiera tal-Parti l-oħra jew operati minn ċittadini jew kumpanniji tal-Parti l-oħra, b’paragun mat-trattament mogħti lil bastimenti tagħha, fir-rigward ta’ l-aċċess għal portijiet, l-użu ta’ infrastruttura u s-servizzi marittimi awżiljari ta’ dawn il-portijiet, kif ukoll il-ħlasijiet u l-piżijiet relatati, il-formalitajiet tad-dwana u l-assenjazzjoni ta’ rmiġġ u l-faċilitajiet ta’ tagħbija u ħatt.

2.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li japplikaw b’mod effettiv il-prinċipju ta’ aċċess illimitat għas-suq u t-traffiku marittimu internazzjonali fuq bażi mhux diskriminatorja u kummerċjali.

3.   Fl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-paragrafi 1 u 2, il-Partijiet għandhom:

(a)

ma jintroduċux klawżoli għall-qsim ta’ merkanzija fi ftehim futuri ma’ pajjiżi terzi dwar servizzi ta’ trasport marittimu u jtemmu tali disposizzjonijiet fil-każ li jeżistu fi ftehim bilaterali preċedenti f’perijodu ta’ żmien raġjonevoli;

(b)

jeliminaw, mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull miżura unilaterali amministrattiva, teknika jew oħra, li tista’ tikkostitwixxi restrizzjoni indiretta u jkollha effetti diskriminatorji fuq il-proviżjon liberu ta’ servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali;

(ċ)

jastjenu milli jimplimentaw mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim miżuri amministrattivi, tekniċi jew leġislattivi li jista’ jkollhom l-effett li jiddiskriminaw kontra ċittadini jew kumpanniji tal-Parti l-oħra fil-proviżjon ta’ servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali.

4.   Kull Parti għandha tippermetti lill-kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi tal-Parti l-oħra li jkollhom, fuq bażi mhux diskriminatorja u fuq termini miftiehma bejn il-kumpanniji konċernati, aċċess għal u użu ta’ servizzi distributuri provduti minn kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi reġistrati fil-Parti ta’ l-ewwel għall-merkanzija internazzjonali bejn il-portijiet taċ-Ċina jew bejn il-portijiet ta’ Stat Membru tal-Komunità.

Artikolu 5

Presenza kummerċjali

Fir-rigward ta’ attivitajiet għall-proviżjon ta’ trasport marittimu internazzjonali ta’ merkanzija u servizzi loġistiċi, inklużi operazzjonijiet ta’ trasport multimodali minn bieb sa bieb, kull Parti għandha tippermetti li kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi tal-Parti l-oħra, jistabbilixxu sussidjarji ta’ propjetarju wieħed jew ta’ investimenti konġunti, uffiċċji tal-fergħat jew rappreżentattivi u, fir-rigward ta’ sussidjarji jew uffiċċji tal-fergħat biex jimpenjaw ruħhom f’attivitajiet ekonomiċi, skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom. Tali attivitajiet jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(1)

is-solleċitazzjoni tal-merkanzija u r-riserva ta’ l-ispazju;

(2)

it-tfassil, il-konferma, it-trattament u l-ħruġ ta’ polza tat-tagħbija, inkluż dak li hu aċċettat b’mod komuni permezz ta’ polza ta’ tagħbija fit-trasport marittimu internazzjonali; it-tħejjija ta’ dokumentazzjoni dwar dokumenti tat-trasport u dokumenti tad-dwana;

(3)

l-iffissar, il-ġbir u t-tneħħija ta’ piżijiet ta’ merkanzija u oħrajn li jirriżultaw abbażi ta’ kuntratti ta’ servizz u rati tariffarji;

(4)

in-negozjar u l-iffirmar ta’ kuntratti ta’ servizz;

(5)

l-iffirmar ta’ kuntratti għal ġarr bit-trakkijiet, trasport bil-ferrovija, trattament ta’ merkanzija u servizzi awżiljari relatati oħra;

(6)

rati tariffarji ta’ kwotazzjoni u pubblikazzjoni;

(7)

l-involviment f’attivitajiet ta’ marketing relatati mas-servizz tagħhom;

(8)

il-proprjetà ta’ tagħmir meħtieġ għall-attivitajiet ekonomiċi;

(9)

il-proviżjon ta’ informazzjoni dwar in-negozju b’kwalunkwe mezz, inklużi sistemi ta’ informazzjoni kompjuterizzati u skambju intern ta’ data elettronika, bla ħsara għal kwalunkwe restrizzjoni mhux diskriminatorja dwar it-telekomunikazzjonijiet;

(10)

l-istabbiliment ta’ intrapriżi konġunti ma’ kwalunkwe aġenzija stabbilita lokalment ta’ attivitajiet marittimi biex jimpenjaw ruħhom f’negozji relatati ma’ agenzija, bħall-organizzazzjoni tal-waqfa tal-bastimenti jew it-twassila ta’ merkanzija għal kunsinna.

Artikolu 6

Trasparenza

1.   Kull Parti għandha, wara konsultazzjoni minn qabel u notifika xierqa minn qabel, tippubblika minnufih kull miżura rilevanti ta’ applikazzjoni ġenerali, li hi rilevanti għal jew taffettwa t-tħaddim ta’ dan il-Ftehim.

2.   Fejn il-pubblikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 mhix prattikabbli, tali informazzjoni għandha tiġi magħmula pubblika xort’oħra.

3.   Kull Parti għandha twieġeb minnufih għat-talbiet kollha mill-Parti l-oħra għal informazzjoni speċifika dwar kwalunkwe miżura tagħha ta’ applikazzjoni ġenerali fis-sens tat-tifsira tal-paragrafu 1.

Artikolu 7

Regolament domestiku

1.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-miżuri kollha ta’ applikazzjoni ġenerali li jaffettwaw il-kummerċ f’servizzi ta’ trasport marittimu internazzjonali huma amministrati b’mod raġjonevoli, objettiv u imparzjali.

2.   F’dawk il-każi fejn hi meħtieġa awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti għandhom, f’perijodu raġjonevoli ta’ żmien wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kkunsidrata kompleta taħt il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi, jinfurmaw lill-applikant tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni. Fuq talba ta’ l-applikant, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien żejjed, informazzjoni dwar l-istatus ta’ l-applikazzjoni.

3.   Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri relatati ma’ standards tekniċi u l-ħtiġiet u l-proċeduri għall-liċenzja ma jikkostitwux ostakli għall-kummerċ mhux meħtieġa, il-ħtiġiet għandhom ikunu bbażati fuq kriterji objettivi, mhux diskriminatorji, pre-stabbiliti u trasparenti, bħall-kapaċità li jiġi provdut is-servizz; u fil-każ ta’ proċeduri għall-liċenzja, ma jkunux fihom infushom restrizzjoni fuq jew ostaklu għall-proviżjon tas-servizz.

Artikolu 8

Persunal EWLIENI

Is-sussidjarji ta’ proprjetarju wieħed jew ta’ investimenti konġunti, uffiċċji tal-fergħa jew rappreżentattivi tal-kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi ta’ Parti waħda stabbiliti fil-Parti l-oħra għandhom ikunu ntitolati jimpjegaw persunal ewlieni, skond il-leġislazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż ospitanti, irrispettivament miċ-ċittadinanza tagħhom. Kull Parti għandha tiffaċilita l-kisba ta’ permessi ta’ xogħol u viżi għal impjegati barranin.

Artikolu 9

Ħlasijiet u movimenti ta’ kapital

1.   Dħul ta’ ċittadini jew kumpanniji ta’ Parti waħda li ġej minn trasport marittimu internazzjonali u operazzjonijiet multimodali fil-Parti l-oħra jista’ jiġi miftiehem f’muniti konvertibbli liberament.

2.   Id-dħul u l-infiq ta’ attivitajiet ekonomiċi tas-sussidjarji u l-uffiċċji tal-fergħa u rappreżentattivi tal-kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi ta’ Parti stabbilita fil-Parti l-oħra jistgħu jiġu miftiehma fil-munita tal-pajjiż ospitanti. Il-bilanċ wara l-ħlas ta’ ħlasijiet lokali mill-kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi, sussidjarji, uffiċċji tal-fergħa u rappreżentanti msemmija hawn fuq jistgħu jiġu mibgħuta barra l-pajjiż b’mod liberu skond ir-rata ta’ skambju tal-bank fid-data li jkunu ntbagħtu.

Artikolu 10

Koperazzjoni marittima

Il-Partijiet għandhom, għall-fini tal-promozzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ l-industrija marittima tagħhom, jinkoraġġixxu lill-awtoritjiet kompetenti, il-kumpanniji ta’ attivitajiet marittimi, il-portijiet, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka rilevanti, l-universitajiet u l-kulleġġi tagħhom biex jikkoperaw, inklużi, iżda mhux limitati, fl oqsma li ġejjin:

(1)

l-iskambju ta’ fehmiet relatati ma’ l-attivitajiet tagħhom fil-qafas ta’ organizzazzjonijiet marittimi internazzjonali;

(2)

il-formulazzjoni u l-perfezzjoni tal-leġislazzjoni relatata mat-trasport marittimu u l-amministrazzjoni tas-suq;

(3)

il-promozzjoni ta’ servizz ta’ trasport marittimu effiċjenti għall-kummerċ internazzjonali bil-baħar permezz ta’ l-esplojtazzjoni effettiva ta’ portijiet u flotot tal-Partijiet;

(4)

il-garanzija ta’ sigurtà ta’ l-attivitajiet marittimi u l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar;

(5)

il-promozzjoni ta’ edukazzjoni u taħriġ marittimu, speċjalment it-taħriġ ta’ baħrin;

(6)

l-iskambju ta’ persunal, informazzjoni u teknoloġija xjentifika;

(7)

it-tisħiħ ta’ l-isforzi tagħhom biex jiġu miġġielda l-piraterija u t-terroriżmu.

Artikolu 11

Konsultazzjonijiet u soluzzjoni ta’ disputi

1.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu l-proċeduri xierqa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kif suppost ta’ dan il-Ftehim.

2.   Jekk tinqala’ xi kwistjoni bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom ifittxu li jsolvu l-kwistjoni permezz ta’ konsultazzjoni amikevoli. Fil-każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim, għandha tiġi solvuta permezz ta’ mezzi diplomatiċi.

Artikolu 12

Emenda

Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat permezz ta’ ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet u l-emenda tidħol fis-seħħ skond il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 13

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-wahda, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, u min-naħa l-oħra, għat-territorju taċ-Ċina.

Artikolu 14

Test Awtentiku

Dan il-Ftehim huwa mfassal f’żewġ kopji bid-Daniż,bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bit-Taljan u biċ-Ċiniż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Artikolu 15

Dewmien u dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim hu konkluż għal perijodu ta’ ħames snin. Għandu jiġi mġedded b’mod taċitu kull sena sakemm waħda mill-Partijiet tiddenunzjah bil-miktub sitt xhur qabel id-data ta’ l-iskadenza.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess.

Dan il-Ftehim għandu jidhol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu ġew kompletati.

3.   Jekk dan il-Ftehim hu inqas favorevoli dwar ċerti kwistjonijiet minn xi ftehim bilaterali eżistenti bejn Stati Membri individwali tal-Komunità u ċ-Ċina, id-disposizzjonijiet iktar favorevoli għandhom jieħdu prevalenza mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Komunità u wara li jittieħed kont tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jissostitwixxu dawk tal-ftehim bilaterali preċedenti konkluż bejn l-Istati Membri tal-Komunità u ċ-Ċina, jekk id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar huma jew inkonsistenti ma’ ta’ l-ewwel, ħlief għas-sitwazzjoni msemmija fis-sentenza preċedenti, jew identiċi għalihom. Id-disposizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali eżistenti li mhumiex koperti minn dan il-Ftehim għandhom ikomplu japplikaw.

EN FE DE LO CUAL, los plenipotenciarios abajo firmantes suscriben el presente Acuerdo.

TIL BEKRÆFTELSE HERAF har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne aftale.

ZU URKUND DESSEN haben die unterzeichneten Bevollmächtigten dieses Abkommen unterzeichnet.

ΣΕ ΠΙΣΤΩΣΗ ΤΩΝ ΑΝΩΤΕΡΩ, οι υπογράφοντες πληρεξούσιοι έθεσαν την υπογραφή τους κάτω από την παρούσα συμφωνία.

IN WITNESS WHEREOF the undersigned Plenipotentiaries have signed this Agreement.

EN FOI DE QUOI, les plénipotentiaires soussignés ont apposé leur signature sur le présent accord.

IN FEDE DI CHE i Plenipotenziari sottoscritti hanno apposto le loro firme in calce al presente accordo.

TEN BLIJKE WAARVAN de, hiertoe naar behoren gemachtigde, ondergetekenden hun handtekening onder deze overeenkomst hebben gesteld.

EM FÉ DO QUE, os abaixo-assinados apuseram as suas assinaturas no presente Acordo.

TÄMÄN VAKUUDEKSI alla mainitut täysivaltaiset edustajat ovat allekirjoittaneet tämän sopimuksen.

TILL BEVIS HÄRPÅ har undertecknade befullmäktigade undertecknat detta avtal.

Image

Hecho en Bruselas, el seis de diciembre del dos mil dos.

Udfærdiget i Bruxelles den sjette december to tusind og to.

Geschehen zu Brüssel am sechsten Dezember zweitausendzwei.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις έξι Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δύο.

Done at Brussels on the sixth day of December in the year two thousand and two.

Fait à Bruxelles, le six décembre deux mille deux.

Fatto a Bruxelles, addì sei dicembre duemiladue.

Gedaan te Brussel, de zesde december tweeduizendtwee.

Feito em Bruxelas, em seis de Dezembro de dois mil e dois.

Tehty Brysselissä kuudentena päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakaksi.

Som skedde i Bryssel den sjätte december tjugohundratvå.

Image

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

Image

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

På Kongeriget Danmarks vegne

Image

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image

Image

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image

Por el Reino de España

Image

Pour la Republique française

Image

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image

Per la Repubblica italiana

Image

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image

Für die Republik Österreich

Image

Pela República Portuguesa

Image

Suomen tasavallan puolesta

Image

För Konungariket Sverige

Image

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

Por la Comunidad Europea

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Voor de Europese Gemeenschap

Pela Comunidade Europeia

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

Image

Image

Image


21.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 46/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2008

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea

(2008/144/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), ġie iffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Diċembru 2002.

(2)

Ġie ffirmat f’Beijing, fil-5 ta’ Settembru 2005, Protokoll li jemenda l-Ftehim sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea.

(3)

Skond l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jaċċedu għall-Ftehim permezz ta’ protokoll bejn il-Kunsill u r-Repubblika tal-Populari taċ-Ċina.

(4)

Il-proċeduri kostituzzjonali u istituzzjonali meħtieġa tlestew u għaldaqstant il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u r-Repubblika tal-Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Protokoll (2) huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 3 tal-Protokoll.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill

D. RUPEL

Il-President


(1)  Opinjoni mogħtija fil-5 ta’ Lulju 2005 (ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 53).

(2)  Ara paġna 38 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


PROTOKOLL

li jemenda l-ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati membri tagħha, min-naħa l-waħda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVAKKJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ

minn hawn il quddiem l-“Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem “il-Komunità”, irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea,

min-naħa l-waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA,

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea u b’hekk mal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka għandhom ikunu Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussel fis-6 ta’ Diċembru 2002, (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”).

Artikolu 2

It-testi tal-Ftehim bil-lingwa Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovena u Slovakka, li huma mehmuża ma’ dan il-Protokoll għandhom isiru awtentiċi taħt l-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mfassla skond l-Art. 14 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fl-istess jum li jidħol fis-seħħ il-Ftehim. Madankollu, jekk il-Partijiet Kontraenti japprovaw dan il-Protokoll f’data aktar tard minn dik tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Protokoll jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet innotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni meħtieġa għall-approvazzjoni.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll huwa mfassal f’Beijing, fil-ħames jum ta’ Settembru tas-sena elfejn u ħamsa, f’żewġ kopji, biċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Isvediż u ċ-Ċiniż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw członkowskich

Pelos Estados-Membros

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

Image

Image

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Communidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

Image

Image

Por el Gobierno de la República Popular China

Za vládu Čínské lidové republiky

For Folkerepublikken Kinas regering

Im Namen der Regierung der Volksrepublik China

Hiina Rahvavabariigi valitsuse nimel

Για την κυβέρνηση της Λαϊκής Δημοκρατίας της Κίνας

For the Government of the People's Republic of China

Pour le gouvernement de la République populaire de Chine

Per il Governo della Repubblica popolare cinese

Kīnas Tautas Republikas vārdā

Kinijos Liaudies Respublikos Vyriausybės vardu

A Kínai Népköztársaság kormánya részéről

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Voor de regering van de Volksrepubliek China

W imieniu rządu Chińskiej Republiki Ludowej

Pelo Governo da República Popular da China

Za vládu Čínskej l'udovej republiky

Za Vlado Ljudske republike Kitajske

Kiinan kansantasavallan hallituksen puolesta

På Folkrepubliken Kinas regerings vägnar

Image

Image


Kummissjoni

21.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 46/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Settembru 2007

Dwar l-għajnuna mill-istat C 54/06 (ex N 276/06) ippjanata mill-Polonja għal Bison Bial SA

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4145)

(Il-verżjoni Pollakka biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/145/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati kollha biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom (1) skond id-dispożizzjonijiet ċitati hawn fuq,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fl-4 ta’ Mejju 2006, il-Polonja nnotifikat għajnuna għar-ristrutturar ippjanata għal Bison-Bial SA (minn hawn ’il quddiem imsejħa “BB”).

(2)

B’ittra tat-13 ta’ Ġunju 2006 l-Kummissjoni staqsiet lill-Polonja biex tippreżenta ċerta informazzjoni li kienet nieqsa, li kienet ipprovduta mill-awtoritajiet Pollakki fit-13 ta’ Lulju 2006. Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni b’ittra tad-29 ta’ Awissu 2006. L-awtoritajiet Pollakki wieġbu bl-ittri tat-18 ta’ Settembru 2006, ta’ l-20 ta’ Ottubru u tat-3 ta’ Novembru 2006.

(3)

Bl-ittra ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja li hija ddeċidiet li tibda l-proċedimenti stabbiliti fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE rigward il-miżuri. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedimenti skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżura.

(4)

L-awtoritajiet Pollakki ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bl-ittra tat-23 ta’ Jannar 2007. Ma ġiet riċevuta l-ebda reazzjoni minn partijiet terzi.

(5)

Fit-28 ta’ Marzu ġiet organizzata laqgħa mar-rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet Pollakki u l-kumpanija. Il-Kummissjoni staqsiet għal aktar informazzjoni fl-ittra fis-17 ta’ April 2007. L-awtoritajiet Pollakki wieġbu bl-ittra tal-15 ta’ Mejju 2007.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI

2.1.   Impriża rilevanti

(6)

Il-BB hija kumpanija kbira li tipproduċi muntaġġi ddisinjati ta’ magni ta’ l-għodod bħal ċokkijiet tat-torn, fusijiet, għodod għat-tħin u żammejja oħra ta’ l-għodda. Twaqqfet fl-1948 bħala impriża ta’ l-Istat. Fl-1997 l-Istat biegħ 53 % ta’ l-ishma tal-BB lill-kumpanija privata Metalexport Sp. z o.o., li fl-2004 ngħatat l-isem ta’ Mex-Holding Sp. z o.o. Fl-aħħar ta’ l-2006 l-Istat kellu 18 % ta’ l-ishma tal-BB, waqt li l-kumplament tad-detenturi ta’ l-ishma kienu privati. Il-BB kellha madwar 950 impjegat fl-2006, bi tnaqqis minn 1 680 fl-2000.

(7)

Il-kumpanija kellha sehem mis-suq ta’ 17 % fis-suq Pollakk tal-muntaġġi ddisinjati ta’ magni ta’ l-għodod fl-2004, li jikkorrispondi għal madwar 20 % tal-produzzjoni tal-BB minħabba li l-kumpanija tipproduċi l-aktar għall-esportazzjoni (fl-2004 30 % tal-produzzjoni kienet esportata lejn l-Istati Uniti, 15 % lejn l-Italja, 7 % lejn pajjiżi tal-Lvant ta’ l-Ewropa inkluża r-Russja, 5 % lejn ir-Renju Unit). Il-kumpanija tiddistribwixxi l-maġġoranza tal-prodotti esportati tagħha permezz ta’ kumpanija mill-Grupp Mex-Holding, bħat-Toolmex Corporation ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Mexpol GmbH tal-Ġermanja, it-Toolmex Polmach tar-Renju Unit jew l-Italmex SA ta’ l-Italja.

(8)

Is-sehem stmat tal-BB fis-suq Ewropew jammonta għal 1,3 %. Il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku għal dawn il-prodotti huwa ta’ l-inqas Ewropew u possibbilment dinji. Hemm soprakapaċità fil-livell dinji u Ewropew fil-produzzjoni ta’ muntaġġi ddisinjati ta’ magni ta’ l-għodod standard bħal dawk magħmulin mill-BB.

(9)

Il-kumpanija hija bbażata f’reġjun eliġibbli għall-għajnuna skond l-Artikolu 87(3) (a) tat-Trattat KE.

2.2.   Diffikultajiet tal-kumpanija

(10)

Il-BB esperjenzat diffikultajiet għall-ewwel darba fl-2001 b’telf li ammonta għal madwar 24 miljun PLN. Bħala r-raġunijiet ewlenin għad-diffikultajiet finanzjarji l-Polonja semmiet:

Apprezzament taz-Zloty Pollakk meta mqabbel mad-dollaru ta’ l-Istati Uniti (30 % tal-bejgħ tal-kumpanija huwa esportat lejn l-Istati Uniti);

Sitwazzjoni finanzjarja diffiċli fil-grupp tan-negozju kollu u nuqqas ta’ ħlas lura ta’ self ta’ 16-il miljun PLN mill-kumpanija parent;

Nuqqas fil-bejgħ ta’ esportazzjoni minħabba staġnar fl-Istati Uniti u l-Ewropa tal-Punent wara Settembru 2001.

(11)

Dawn iċ-ċirkostanzi flimkien ma’ krediti li jqumu ħafna fis-suq ikkawżaw problemi serji ta’ likwidità. Id-diffikultajiet finanzjarji rriżultaw f’arretrati biex ikunu ssodisfati r-responsabbiltajiet. Fl-2002 erba’ banek staqsew għal ħlas lura immedjat ta’ krediti. Bħala riżultat il-BB ma setgħetx tissodisfa responsabbiltajiet kurrenti inklużi l-pagi, li wassal għall-għeluq ta’ l-impjant ta’ 4 xhur. Fil-fatt, il-bejgħ niżel għal nofs (minn 91 miljun PLN fl-2001 għal 48 miljun PLN fl-2002) u s-sena ngħalqet b’telf nett ta’ 74,8 miljun PLN. Fl-2003 l-kumpanija ġġenerat aktar telf li jammonta għal 8,5 miljun PLN.

(12)

Id-diffikultajiet tal-BB kienu paralleli għas-sitwazzjoni deterjoranti fil-kumpanija parent – Mex-Holding Sp. z o.o. Fl-2002 il-grupp kollu ġġenera telf li jammonta għal 75,8 miljun PLN. Minn dak iż-żmien is-sitwazzjoni tjiebet iżda l-grupp kompla jirreġistra telf u l-valur ta’ l-ishma tiegħu huwa negattiv.

(13)

Fl-2003 l-kumpanija rnexxielha tnaqqas it-telf bi 8,5 miljun PLN u fl-2004 hija ġġenerat profitt ta’ 5,1 miljun PLN. Skond l-awtoritajiet Pollakki dan kien l-effett ta’ ristrutturar mibdi fil-BB. L-implimentazzjoni ta’ l-ewwel miżuri ta’ ristrutturar irriżultat f’aktar bejgħ, spejjeż imnaqqsin u kanċellazzjoni parzjali tad-dejn. Konsegwentement fl-2005 u fl-2006 l-kumpanija ġġenerat profitti li jammontaw għal 20 miljun PLN u 12,5 miljun PLN rispettivament.

(14)

Irrispettivament mill-ġenerazzjoni ta’ profitti l-BB xorta għadha tiġġieled ma’ diffikultajiet. It-telf akkumulat dwar l-attività operattiva sa mill-2001 wassal għal sitwazzjoni sinifikanti ta’ djun. Fl-2004, il-valur ta’ l-assi kien stmat bħala 57 miljun PLN u r-responsabbiltajiet ammontaw għal 115,7 miljun PLN. Fi kliem ieħor, il-valur ta’ l-ishma huwa negattiv. Fl-aħħar ta’ l-2006 l-valur ta’ l-ishma kien għadu negattiv u kien jammonta għal 26 miljun PLN. L-analiżi ppreżentata turi li mingħajr għajnuna, il-kumpanija tfalli fil-futur qarib, għaliex ma tkunx tista’ tirrimborża bosta responsabbiltajiet li ser ikunu immedjatament dovuti.

Ir-ristrutturar

(15)

Il-BB ħadmet pjan ta’ ristrutturar għall-perjodu 2003-2009. Hija ffokat fuq ristrutturar finanzjarju u ristrutturar ta’ assi u impjieg. Ir-ristrutturar finanzjarju, li beda fl-2003, kien jinkludi l-ħlas lura ta’ djun antiki skond il-ftehim konklużi ma’ kredituri privati, ir-rinunċja ta’ parti mid-dejn privat u pubbliku u l-ħlas lura tad-dejn pubbliku li fadal mis-self ippjanat li kellu jingħata mill-Aġenzija għall-Iżvilupp ta’ l-Industrija li hija ta’ l-Istat (minn hawn ’il quddiem l-IDA).

(16)

Fl-2004 l-kumpanija ffirmat il-ftehim rigward il-ħlas lura ta’ djun ma’ banek u impjegati, kif ukoll ftehim ġudizzjarju tat-tilwim ma’ kredituri privati oħrajn.

(17)

Ir-ristrutturar operattiv beda fl-2001. Il-kumpanija naqqset l-impjegati minn 1 680 fl-2000 għal 1 144 fl-2001 u għal 925 impjegat fl-2005. Fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar, huwa ppjanat li jkun hemm 800 impjegat. Għalhekk, l-ammont ta’ impjegati fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar ser jitnaqqas bi 52 % meta mqabbel ma’ l-ammont ta’ impjegati fl-2000 jew bi 30 % meta mqabbel ma’ l-2001.

(18)

Rigward ir-ristrutturar ta’ l-assi, il-BB tippjana li tbigħ l-assi żejda, tbiddel is-siti tagħha u tbigħ l-art fejn tinsab bħalissa. Skond l-evalwazzjoni ppreżentata l-valur fis-suq ta’ l-art jammonta għal […] (3) miljun PLN. Oriġinarjament l-awtoritajiet Pollakki infurmaw li l-art għandha tinbiegħ fl-2009, minħabba li l-ewwel jeħtieġ li jiġu ttrasferiti l-magni u t-tagħmir għal-lok il-ġdid. Barra minn hekk il-proprjetà immobiljari li ser tinbiegħ hija mgħobbija b’ipoteki. Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali l-Polonja infurmat li l-bejgħ jista’ jiddawwar sa l-2010.

(19)

Fis-snin 2003-2005 l-BB investiet 1,4 miljun PLN u l-investiment ippjanat għall-2006-2009 jammonta għal 14,2 miljun PLN. Fil-biċċa l-kbira dawn huma investimenti sostituti, jiġifieri xiri ta’ magni u tagħmir aktar effiċjenti u aħjar għall-ambjent. Fil-fatt, il-pjan kien jaħseb li ser issir estensjoni sinifikanti fl-investimenti biss wara l-2009 minħabba l-iskarsezza tar-riżorsi finanzjarji. Il-maġġornaza ta’ l-investimenti ser isiru fl-2010 u ser ikunu marbutin mat-trasferiment ippjanat għal-lok il-ġdid.

(20)

Oriġinarjament il-Polonja ssuġġeriet li t-tnaqqis fl-impjiegi u t-tnaqqis fil-qasam tal-produzzjoni tal-kumpanija għandhom ikunu kkunsidrati bħala miżuri suffiċjenti biex itaffu l-effetti avversi ta’ l-għajnuna. Madankollu, il-Polonja kkonfermat ukoll li r-riżultati ta’ dan it-tnaqqis ser ikunu kontrobilanċjati mill-investimenti ppjanati f’tagħmir aktar produttiv, sabiex jinżamm il-livell tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-BB. Fil-fatt, il-Polonja qalet li ż-żamma tal-kapaċità fil-livell preżenti (minflok iż-żieda tagħha) għandha tkun ikkunsidrata bħala miżura kompensatorja.

(21)

Il-pjan ta’ ristrutturar notifikat kien jipprevedi li l-ispejjeż tar-ristrutturar fis-snin 2003-2009 kienu jammontaw għal 138 miljun PLN, il-partita ewlenija tkun spejjeż ta’ ristrutturar finanzjarju li tammonta għal 122,6 miljun PLN. Il-15,6 miljun PLN li jifdal huma l-ispejjeż ta’ l-investiment.

(22)

Il-pjan jassumi li r-ristrutturar finanzjarju ser jikkonsisti fi ħlas lura tad-djun ta’ 65,6 miljun PLN lill-banek abbażi ta’ ftehim ta’ kompożizzjoni, il-ħlas lura ta’ djun privati oħrajn ta’ 17,5 miljun PLN u l-ħlas lura ta’ djun pubbliċi ta’ 39,5 miljun PLN. L-għajnuna ta’ l-Istat ippjanata għandha tintefaq kollha fuq il-ħlas ta’ djun pubbliċi. Parti mir-ristrutturar ser tkun iffinanzjata minn dħul akkwistat permezz tal-bejgħ ta’ assi wara l-bidla fil-lok tal-kumpanija.

Il-miżuri ta’ għajnuna

(23)

L-appoġġ pubbliku għar-ristrutturar tal-BB huwa bbażat fuq żewġ atti legali: il-Liġi tat-30 ta’ Awissu 2002 dwar ir-ristrutturar ta’ ċerti responsabbiltajiet pubbliċi ta’ intrapriżi (minn hawn ’il quddiem imsemmi bħala l-“Att tat-30 ta’ Awissu 2002”) u l-Liġi tat-30 ta’ Ottubru 2002 dwar l-għajnuna ta’ l-Istat għal intrapriżi ta’ tifsira speċjali għas-suq tax-xogħol (minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala l-“Att tat-30 ta’ Ottubru 2002”) kif emendat bl-Att ta’ l-14 ta’ Novembru 2003 (minn hawn ’il quddiem imsemmi bħala l-“Att ta’ l-14 ta’ Novembru 2003”).

(24)

L-Att tat-30 ta’ Awissu 2002 introduċa fis-sistema Pollakka l-possibbiltà li kumpaniji f’diffikultajiet finanzjarji jirristrutturaw responsabbiltajiet li ġejjin mid-dritt pubbliku fil-forma ta’ rinunċji. Il-kumpanija kkonċernata kellha tressaq applikazzjoni flimkien ma’ pjan ta’ ristrutturar lil kull waħda mill-awtoritajiet pubbliċi li r-riċevibbli tagħha kellhom jiġu ristrutturati (minn hawn ’il quddiem l-“awtorità ristrutturanti”). L-awtorità ristrutturanti, wara li kkonkludiet li l-pjan ta’ ristrutturar propost seta’ jtejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija, ħarġet l-hekk imsejħa deċiżjoni dwar kondizzjonijiet ta’ ristrutturar li telenka r-responsabbiltajiet koperti mir-ristrutturar. Jekk il-kumpanija taqdi l-kondizzjonijiet kollha imposti mid-Deċiżjoni msemmija hawn fuq, l-awtorità ristrutturanti kienet ex lege obbligata li toħroġ deċiżjoni biex ikunu rinunċjati r-responsabbiltajiet elenkati fid-deċiżjoni tal-kondizzjonijiet tar-ristrutturar.

(25)

L-Att tat-30 ta’ Ottubru 2002 sussegwentement iċċentralizza din is-sistema u ta s-setgħa lill-President ta’ l-IDA biex joħroġ ewkivalenti tad-deċiżjoni msemmija hawn fuq dwar il-kondizzjonijiet ta’ ristrutturar, l-hekk imsejħa deċiżjoni ta’ ristrutturar (l-Artikolu 10 (1) 4 f’rabta ma’ l-Artikolu 19). Id-deċiżjoni ristrutturanti tinkludi valutazzjoni tal-pjan ristrutturanti u tiddeċiedi dwar ristrutturar ta’ responsabbiltajiet pubbliċi previsti minn dan il-pjan. L-awtoritajiet ristrutturanti kkonċernati huma mbagħad obbligati ex lege li joħorġu deċiżjonijiet individwali li jirrinunċjaw ir-responsabbiltajiet pubbliċi elenkati fid-deċiżjoni ristrutturanti.

(26)

Finalment l-Att ta’ l-14 ta’ Novembru 2003, li jemenda l-Att tat-30 ta’ Ottubru 2002 għamel ir-ristrutturar tar-responsabbiltajiet pubbliċi kondizzjonali għat-trasferiment ta’ assi li jikkorrispondu ta’ l-inqas għal 25 % ta’ l-ammont totali ta’ responsabbiltajiet li għandhom jiġu ristrutturati fuq it-tielet kumpanija, l-Operatur (kumpanija li hija kollha ta’ l-IDA jew it-Teżor ta’ l-Istat). Dak li joħroġ mill-bejgħ ta’ dawn l-assi mill-Operatur kellu jkopri ta’ l-inqas parti mir-responsabbiltajiet pubbliċi kkonċernati, bil-kumplament ikun rinunċjat wara t-tlestija tar-ristrutturar.

(27)

Il-BB applikat għal ristrutturar tar-responsabbiltajiet pubbliċi abbażi ta’ l-Att tat-30 ta’ Awissu 2002 u l-Att tat-30 ta’ Ottubru 2002. Il-valur nominali ġenerali ta’ għajnuna mill-Istat jammonta għal 31,43 miljun PLN (4) (EUR 8,2 miljun). Dawn il-miżuri jinkludu self mogħti b’kondizzjonijiet preferenzjali u rinunċji ta’ responsabbiltajiet pubbliċi. Id-deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ta’ l-għajuna mill-Istat huma ppreżentati fl-iskeda hawn isfel.

Skeda 2

Għajnuna ta’ l-Istat ippjanata:

(f’PLN)

Nru

Awtorità li tagħti

Forma ta’ għajnuna

Ammont nominali ta’ l-għajnuna

Għajnuna abbażi ta’ l-Att tat-30/08/2002:

1.

ZUS f’Bialystok

Rinunċja

933 474,51

2.

ZUS f’Bielsk Podlaski

Rinunċja

113 884,66

3.

ZUS f’Zambrow

Rinunċja

144 934,88

4.

Muniċipalita f’Bialystok

Rinunċja

1 448 108,90

5.

Fond ta’ l-Istat għar-Riabilitazzjoni tad-Diżabbli (PFRON)

Rinunċja

519 591,35

6.

II Uffiċċju tat-Taxxa f’Bialystok

Rinunċja

217 590,00

F’għajnuna totali abbażi ta’ l-Att tat-30/08/2002:

3 377 584,30

(bl-interessi fil-31/12/2005:

6 171 774,74 )

Għajnuna abbażi ta’ l-Att tat-30/10/2002:

7.

ZUS f’Bialystok

Rinunċja

3 019 362,90

8.

Muniċipalità f’Bialystok

Rinunċja

1 505 534,12

9.

Fond ta’ l-Istat għar-Riabilitazzjoni tad-Diżabbli (PFRON)

Rinunċja

539 650,70

10.

Uffiċċju tat-Taxxa f’Bialystok

Rinunċja

71 516,60

11.

Uffiċċju tal-Voivode f’Bialystok

Rinunċja

25 064,81

12.

Distrett fi Grajewo

Rinunċja

12 133,80

13.

Distrett f’Kolno

Rinunċja

17 224,60

14.

Muniċipalità f’Kolno

Rinunċja

248 648,09

15.

ZUS f’Zambrów

Rinunċja

626 625,15

16.

ZUS f’Bialystok

Rinunċja

398 029,30

Kanċellazzjonijiet totali abbażi ta’ l-Att tat-30/10/2002:

6 463 790,07

(bl-interessi fil-31/12/2005:

9 259 229,92 )

17.

Aġenzija għall-Iżvilupp ta’ l-Industrija

Self b’kondizzjonijiet favorevoli għall-imsellef

16 000 000

Total

31 431 004,66

3.   DEĊIŻJONI BIEX JINBDEW PROĊEDIMENTI SKOND L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT KE

(28)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ investigazzjoni formali għaliex kellha dubji dwar jekk l-għajnuna ristrutturanti hijiex kompatibbli mas-suq komuni.

(29)

L-ewwel, il-Kummissjoni kellha dubji dwar kemm il-pjan ristrutturanti kien kapaċi jrodd lura l-vijabbiltà għat-tul lill-kumpanija. Il-Kummissjoni ssuspettat li l-profitti rreġistrati fl-2004 u fl-2005 kienu dovuti għal partiti ta’ darba (eż. tħassir tad-djun) u għalhekk ma kinux indikazzjoni ta’ titjib reali fil-kumpanija. Barra minn hekk, il-pjan iffoka fuq it-tneħħija ta’ djun antiki u ma kienx fih biżżejjed investiment biex jiżgura għodod kompetittivi tal-produzzjoni fit-tmiem tal-perjodu ristrutturanti.

(30)

It-tieni, il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-validità tal-miżuri kompensatorji proposti. Il-kumpanija ppjanat li tnaqqas l-erja ta’ l-impjant tal-produzzjoni, iżda dan ma kienx inaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni. L-impjiegi kienu diġà tnaqqsu sinifikattivament, iżda deher li dan kien meħtieġ għal raġunijiet ta’ vijabbiltà.

(31)

Finalment, kien jidher li mhux il-miżuri kollha msemmijin mill-awtoritajiet Pollakki bħala kontribuzzjoni proprja setgħu jitqiesu hekk fit-tifsira tal-linji gwida. Għalhekk ma kienx ċar jekk il-kontribuzzjoni proprja reali tkunx sinifikanti biżżejjed, jiġifieri jekk l-għajnuna kinitx limitata għall-minimu meħtieġ.

4.   KUMMENTI MILL-POLONJA

(32)

Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tinfetaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni rigward l-għajnuna ppjanata għall-BB, l-awtoritajiet Pollakki ppreżentaw informazzjoni aktar dettaljata rigward l-istrateġija tal-kumpanija.

(33)

L-awtoritajiet Pollakki spjegaw li l-produzzjoni tal-kumpanija f’Bialystok kienet tinsab f’żewġ siti, li wieħed minhom kien fiċ-ċentru tal-belt f’Bialystok (sit […]). Il-BB qed tippjana li tbigħ il-proprjetà u jew iċċaqlaq il-produzzjoni għat-tieni sit tagħha jew tixtri t-tielet plott, tissettilja l-produzzjoni kollha f’dan it-tielet post u tbigħ iż-żewġ plotts li għandha bħalissa. Skond il-projezzjonijiet ippreżentati l-BB qed tippjana li tinvesti […] miljun PLN fl-2010, ladarba s-sit […] ikun inbiegħ. Jekk il-kumpanija tiddeċiedi li tbigħ iż-żewġ siti u tiċċaqlaq għal post ġdid l-investimenti jkunu ogħla.

(34)

L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li fis-sewwa l-modernizzazzjoni maġġuri tal-kumpanija għandha sseħħ fl-2010 wara l-bidla fil-lokalizzazzjoni tal-kumpanija. Fis-snin 2010-2014 il-BB qed tippjana li tinvesti 43 miljun PLN, li minnhom […] miljun PLN għandhom ikunu realizzati sa l-aħħar ta’ l-2010, meta għandha sseħħ il-bidla fis-sit.

(35)

L-awtoritajiet Pollakki indikaw li l-investimenti ppjanati għall-2010-2014 ser jimmodernizzaw is-sistema tat-tmexxija tad-disinn u l-produzzjoni tal-kumpanija, jawtomatizzaw il-proċess ta’ l-assemblaġġ tat-twaħħil, itejbu l-kwalità tal-prodotti, jottimizzaw il-proċess tal-produzzjoni teknoloġika u l-proċess tat-trattament termali u kimiku tal-prodotti u ser itejbu l-metodi tal-kejl u tal-kontroll. L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li l-bidla fis-sit u l-investimenti segwenti jikkostitwixxu l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija għall-perjodu fit-tul tal-kumpanija.

(36)

Rigward il-ħtieġa li tkun evitata distorsjoni bla bżonn ta’ kompetizzjoni l-awtoritajiet Pollakki u l-kumpanija pproponew tliet għażliet alternattivi bħala miżuri kompensatorji possibbli li għandhom ikunu implimentati mill-kumpanija:

a)

ammont massimu ta’ produzzjoni li jillimita n-numru ta’ biċċiet prodotti mill-BB sa 5 % meta mqabbel mal-produzzjoni assunta futura tal-BB jew

b)

tnaqqis tal-kapaċità permezz ta’ bejgħ ta’ 5 % ta’ l-għodod tal-magni tal-BB jew

ċ)

tnaqqis tal-kapaċità permezz tal-bejgħ tad-diviżjoni tal-produzzjoni tal-BB fi […], li fl-2006 ammontat għal 13 % tat-turnover tal-BB u ġġenerat profitt ta’ 1,2 miljun PLN.

(37)

It-tielet għażla, jiġfieri l-bejgħ tad-diviżjoni tal-produzzjoni fi […] twassal għal tnaqqis ta’ l-assortiment ta’ prodotti tal-BB b’46 % u tnaqqas in-numru ta’ l-għodod tal-magni bi 12 %. Madankollu, id-diviżjoni tal-produzzjoni fi […] hija parzjalment mgħobbija bid-dejn, li r-ristrutturar tiegħu suppost jiġi ffinanzjat mill-għajnuna ta’ l-Istat notifikata. Barra minn hekk, l-assi ta’ […] huma taħt ipoteka jew jikkostitwixxu sigurtajiet għal ħlas lura tad-djun kummerċjali tal-BB. Għalhekk l-awtoritajiet Pollakki jgħidu li l-ewwel il-problema tad-dejn ta’ […] għandha tiġi solvuta u mbagħad aktar tard, jiġifieri l-aktar kmieni fl-2009 tkun tista’ tinbiegħ. Il-BB hija impenjata biex tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tkompli l-bejgħ sa l-aħħar ta’ l-2009, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li din hija miżura kompensatorja adatta.

(38)

Rigward il-finanzjament tal-proċess ta’ ristrutturar, l-awtoritajiet Pollakki ċċaraw li b’kont meħud taż-żjieda reċenti fil-prezzijiet tal-proprjetà fir-reġjun u l-lokalizzazzjoni tal-plott li għandu jinbiegħ (iċ-ċentru tal-belt ta’ Bialystok), id-dħul mistenni mill-bejgħ jammonta għal […] PLN. Barra dan id-dħul stmat mill-bejgħ tad-diviżjoni tal-produzzjoni fi […] jammonta għal […] miljun PLN. Finalment, f’konformità mal-bażi legali ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat ippjanata, il-BB hija obbligata li tittrasferixxi lill-entità pubblika (Operatur) assi li jiswew 2,795 miljun PLN bi skambju għall-kanċellazzjoni tad-djun.

5.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

5.1.   Għajnuna minn Stat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE

(39)

L-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE jiddikjara li kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni.

(40)

Kemm il-kanċellazzjoni ppjanata tad-djun pubbliċi, inklużi l-interessi akkumulati, u s-self mill-aġenzija li hija ta’ l-istat jinvolvu r-riżorsi ta’ l-Istat. Barra minn hekk, huma jikkonferixxu vantaġġ lill-kumpanija billi jnaqqsu l-ispejjeż tagħha. Rigward it-tieni miżura b’mod partikolari, ladarba l-BB hija kumpanija b’diffikultajiet li r-responsabbiltajiet tagħha jeċċedu sewwa l-assi, hija ma kinitx takkwista finanzjament fis-suq. L-element ta’ għajnuna għalhekk jista’ jammonta għad-daqs sħiħ tas-self.

(41)

Id-Deċiżjoni ta’ ristrutturar li diġà nħarġet tipprometti li r-responsabbiltajiet pubbliċi għandhom ikunu kkanċellati u s-sospensjoni ta’ l-infurzar tal-ħlas lura tad-dejn ukoll tikkostitwixxi għajnuna. Il-Kummissjoni tikkunsidra madankollu, li f’dan il-każ l-element ta’ għajuna ta’ dawn id-“differimenti” huwa rifless fl-għajnuna notifikata, jiġifieri huwa rifless fl-interessi li nġemgħu fil-perjodu sħiħ u li huma miżjudin ma’ l-ammont totali ta’ responsabbiltajiet li għandhom jiġu kkanċellati.

(42)

Il-muntaġġi ddisinjati ta’ l-għodod tal-metall prodotti mill-BB qed jinbiegħu fis-suq Ewropew. Barra minn hekk il-BB tikkompeti ma’ produtturi Ewropej oħrajn fi swieq terzi. Għalhekk il-pożizzjoni msaħħa tal-BB li tirriżulta mill-għajnuna ta’ l-Istat hija responsabbli għall-impatt fuq il-kompetizzjoni fl-Ewropa u jintlaħaq il-kriterju li jkun affettwat il-kummerċ fil-Komunità.

(43)

Għalhekk, il-miżuri msemmijin hawn fuq huma kkunsidrati bħala Għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

5.2.   Derogi taħt l-Artikoli 87(2) u 87(3) tat-Trattat KE

(44)

L-eżenzjonijiet fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat KE ma japplikawx għall-każ preżenti. Rigward l-eżenzjonijiet taħt l-Artikolu 87(3) tat-Trattat KE, ladarba l-objettiv primarju ta’ l-għajnuna jikkonċerna r-restawrazzjoni tal-vijabbiltà għall-perjodu fit-tul ta’ impriża f’diffikultà, hija biss l-eżenzjoni ta’ l-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat KE, li tippermetti li tkun awtorizzata għajnuna mill-Istat mogħtija biex ikun promoss l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi fejn tali għajnuna ma taffettwax ħażin il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni, jistgħu jkunu applikati. Għalhekk, l-għajnuna tista’ tkun ikkunsidrata kompatibbli biss abbażi ta’ l-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat KE jekk ikunu rispettati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat biex ikunu salvati jew ristrutturati ditti f’diffikultà (5) (minn hawn ’il quddiem “il-Linji gwida”).

5.3.   L-eliġibbiltà tal-kumpanija

(45)

Il-linji gwida jikkunsidraw li ditta hija f’diffikultajiet jekk hija ma tkunx tista’ tirkupra permezz tar-riżorsi tagħha stess jew billi tikseb finanzjament li hija trid mingħand id-detenturi ta’ l-ishma jew billi tissellef u mingħajr l-intervent ta’ l-awtoritajiet pubbliċi kważi fiċ-ċert ser tispiċċa tfalli. Il-linji gwida jelenkaw ukoll xi sinjali komuni għal tali kumpaniji, bħal dejn dejjem tiela’ jew valur ta’ l-assi nett li qed jaqa’ jew null. Skond il-punt 13 tal-Linji gwida ditta li hija ta’ grupp tan-negozju akbar normalment mhijiex eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar, ħlief fejn jista’ jintwera li d-diffikultajiet tal-kumpanija huma tagħha u mhumiex ir-riżultat ta’ allokazzjoni arbitrarja ta’ spejjeż fil-grupp, u li d-diffikultajiet huma serji wisq biex jieħu ħsiebhom il-grupp innifsu.

(46)

Il-BB għandha tkun ikkunsidrata bħala “ditta f’diffikultajiet” fit-tifsira tal-Linji Gwida. L-ekwità tagħha hija fin-negattiv. Il-kumpanija qed tħallas lura djun antiki lill-kredituri privati skond il-ftehim iffirmat (l-aħħar ħlasijiet għandhom jitħallsu fl-2009). Jekk il-kumpanija ma tissettiljax id-dejn pubbliku tagħha (permezz ta’ ħlas lura jew kanċellazzjoni), huwa jkun dovut immedjatament. L-infurzar tiegħu jagħmel il-ħlas lura ta’ ħlasijiet lill-kredituri privati impossibbli u l-kumpanija fil-probabbiltà kollha tfalli. Il-BB ma tistax tissellef fondi fis-suq biex tħallas id-dejn pubbliku tagħha minħabba li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha hija dgħajfa ħafna u l-assi tagħha huma diġà taħt garanzija.

(47)

L-eżistenza ta’ profitti ma tbiddilx din il-valutazzjoni dwar l-eliġibbiltà tal-kumpanija, minħabba li l-ekwità tal-BB tibqa’ negattiva. Barra minn hekk għandu jkun innotat li l-profitti setgħu kienu ġġenerati biss minħabba li l-awtoritajiet pubbliċi ssospendew l-infurzar tad-djun fid-dawl tal-kanċellazzjonijiet ippjanati tad-djun.

(48)

Il-kumpanija parent tal-BB hija wkoll f’diffikultajiet, tagħmel it-telf u takkumula d-dejn, u għalhekk hija ma tistax issolvi l-problemi tal-BB. Id-diffikultajiet tal-kumpanija parent bdew ukoll malajr wara l-2000. F’dan il-kuntest, in-nuqqas ta’ ħlas lura ta’ self mogħti mill-kumpanija parent, li kien wieħed mir-raġunijiet tad-diffikultajiet tal-BB, irrifletta d-diffikultajiet finanzjarji reali tal-kumpanija parent. Ma kienx mod kif jiżdiedu l-profitti f’parti mill-grupp u artifiċjalment jitnaqqsu d-diffikultajiet tal-BB.

5.4.   Restawrazzjoni tal-vijabbiltà

(49)

Fid-diskussjoni inizjali, il-Kummissjoni qajmet dubji li r-ristrutturar huwa l-aktar finanzjarju u li aspetti tar-ristrutturar industrijali mhumiex suffiċjenti. Bl-informazzjoni addizjonali wara d-Deċiżjoni biex tinbeda proċedura formali ta’ investigazzjoni, l-awtoritajiet Pollakki ipplakaw dawn id-dubji rigward ir-restawrazzjoni tal-vijabbiltà.

(50)

Abbażi ta’ analiżi preċiża tal-kontijiet tal-BB jista’ jidher li hemm titjib reali fl-operat sa mill-2004-2005 u li partiti ta’ darba waħda biss kellhom biss rwol limitat f’dan it-titjib. L-avvenimenti inċidentali, bħal kanċellazzjonijiet tad-djun pubbliku kellhom impatt pożittiv addizjonali fuq ir-riżultati tal-kumpanija iżda s-sors ewlieni tal-profitti tal-BB ġej mill-attività operattiva tagħha.

(51)

L-analiżi ppreżentata tar-ristrutturar tal-prodott turi li d-ditta tikkonċentra lilha nnifisha dejjem aktar fuq il-produzzjoni ta’ prodotti b’valur miżjud (fl-2001 il-BB ipproduċiet 709 000 biċċa b’turnover ta’ 84,9 miljun PLN, waqt li fl-2006 hija pproduċiet 377 000 biċċa b’turnover ta’ 93,8 miljun PLN).

(52)

L-investimenti ppjanati għall-2003-2009 jammontaw għal 14,75 miljun PLN. Fil-fatt il-kumpanija tippjana li timplimenta programm ta’ investiment addizzjonali konsiderevoli fl-2010 ta’ […] miljun PLN. Il-Kummissjoni tikkunsidra li hija biss l-implimentazzjoni ta’ din it-tieni parti tal-programm ta’ investiment li tiżgura r-restawrazzjoni tal-vijabbiltà għall-perjodu fit-tul tal-kumpanija.

(53)

Għal din ir-raġuni, u b’kont meħud tal-fatt li l-bejgħ ta’ art meħtieġ biex jiffinanzja l-investiment ser jiddawwar sa l-2010, il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li l-perjodu ta’ ristrutturar għandu jittawwal sa l-aħħar ta’ l-2010 u li l-investimenti previsti mill-kumpanija għall-2010 għandhom jikkostitwixxu parti mill-miżuri ta’ ristrutturar. Bħala riżultat l-investimenti fis-snin 2003-2010 ser jammontaw għal […] miljun PLN (14,75 miljun PLN + […] miljun PLN), li huwa sinifikattivament ogħla mill-ammont ippjanat oriġinarjament ta’ 15,6 miljun PLN.

(54)

Il-Kummissjoni tinnota li bħalissa r-ritorn ta’ l-ekwità tal-BB ma jistax ikun ikkalkulat għaliex l-ekwità hija negattiva. L-ekwità ser tkun rekostitwita progressivament sa l-2010. Iċ-ċifri għall-2011 jistgħu jservu bħala l-valur għall-perjodu fit-tul. Dik is-sena, ir-ritorn ta’ l-ekwità ser ikun 9 % (profitt nett ta’ 4 miljun PLN fuq il-kapital tagħha ta’ 44 miljun PLN). Dan il-livell mhuwiex għoli ħafna, iżda l-Kummissjoni tinnota li l-BB topera f’suq b’kompetizzjoni għolja mill-Ażja u fejn il-marġini huma mrassin, għalhekk dan il-livell jidher ġustifikat.

(55)

Abbażi ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ser twassal għal restawrazzjoni tal-vijabbiltà previst li r-ristrutturar jinkludi l-implimentazzjoni ta’ investimenti ppjanati għall-2010 u l-perjodu ta’ ristrutturar huwa mtawwal sa l-aħħar ta’ l-2010.

5.5.   Evitar ta’ distorzjoni mhux dovuta tal-kompetizzjoni

(56)

B’segwitu għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni bbażata fuq l-Artikolu 88,2 tat-Trattat KE, l-awtoritajiet Pollakki pproponew tliet alternattivi ta’ miżuri kompensatorji li jistgħu jkunu implimentati mill-BB.

(57)

Rigward l-ewwel proposta, jiġifieri t-tnaqqis tal-biċċiet prodotti b’5 %, il-Kummissjoni tinnota li l-BB naturalment tevolvi lejn il-produzzjoni ta’ inqas prodotti, li huma madankollu ta’ valur miżjud ogħla. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-miżura tista’ fil-fatt ma jkollha l-ebda impatt fuq l-imġiba tal-kumpanija u għalhekk hija ma tiżgurax li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-preżenza tal-BB fis-suq jitnaqqas.

(58)

It-tieni għażla prevista hija l-bejgħ ta’ 5 % tal-magni tal-kumpanija. B’kont meħud tal-fatt li l-BB tippjana li timplimenta programm ta’ modernizzazzjoni sinifikanti, li għandu jinkludi x-xiri ta’ magni ġodda aktar effiċjenti, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax din l-għażla bħala miżura kompensatorja valida, minħabba li l-kapaċità tal-magni mibjugħin tista’ tingħeleb mill-kapaċità akbar tat-tagħmir il-ġdid.

(59)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn iż-żewġ għażliet ma jiżgurawx li l-effetti ħżiena ta’ l-għajnuna fuq il-kompetizzjoni jkunu limitati.

(60)

It-tielet għażla tikkonsisti fil-bejgħ tad-diviżjoni tal-produzzjoni tal-kumpanija fi […]. Dan il-bejgħ inaqqas l-assortiment tal-BB b’46 %, inaqqas it-turnover tagħha bi 13 % u jnaqqas in-numru ta’ magni ta’ l-għodod bi 12 %. Għalhekk, din l-għażla fil-fatt tinkludi u taqbeż il-kamp ta’ applikazzjoni taż-żewġ proposti l-oħrajn mill-awtoritajiet Pollakki. Barra minn hekk, ladarba d-diviżjoni tal-produzzjoni ta’ […] tkun offerta għall-bejgħ, il-kompetituri potenzjali tal-kumpanija jkollhom l-opportunità li jakkwistaw parti organizzata tal-kapaċitajiet tal-BB u b’dan il-mod l-effetti distortivi ta’ l-għajnuna jistgħu jkunu mmitigati. Finalment, id-diviżjoni tal-produzzjoni fi […] hija profittabbli, jiġifieri fl-2006 hija għamlet profitt ta’ 1,2 miljun PLN u għalhekk il-bejgħ tagħha mhuwiex meħtieġ għar-ristrutturar.

(61)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-bejgħ ta’ […] jikkostitwixxi miżura kompensatorja valida u suffiċjenti.

5.6.   Għajnuna limitata għall-minimu

(62)

Fil-paragrafu 45 tad-Deċiżjoni inizjali, il-Kummissjoni esprimiet dubji li ċerti responsabbiltajiet ippjanati li jkunu rimborżati waqt il-perjodu ta’ ristrutturar (6) jistgħu jkunu kkunsidrati bħala spejjeż ta’ ristrutturar. Dawn id-dubji ma kinux ipplakati. Il-Kummissjoni tosserva li s-self ta’ dawn il-fondi sar fil-qafas tal-finanzjament normali ta’ l-operazzjonijiet tal-kumpanija u li jista’ jkun rimborżat bir-riżorsi eżistenti tal-kumpanija.

(63)

Kuntrarjament, wara l-prolongazzjoni tal-perjodu ta’ ristrutturar sa l-2010 biex jinkludi l-investimenti li ser isiru f’dik is-sena, dawn l-investimenti ta’ l-aħħar iridu jiġu inklużi fil-lista ta’ spejjeż ta’ ristrutturar.

(64)

Fil-paragrafi 46 u 47 tad-Deċiżjoni inizjali, il-Kummissjoni qajmet dubji li ċerti miżuri nnotifikati mill-Polonja setgħu jkunu kkunsidrati bħala kontribuzzjoni tal-benefiċjarju skond il-paragrafi 43 u 44 tal-Linji Gwida. Dawn id-dubji ma kinux ipplakati. Għalhekk, dawn il-miżuri mhux ser ikunu kkunsidrati bħala kontribuzzjoni tal-benefiċċjarju fl-analiżi segwenti.

(65)

Bħala riżultat, il-lista ta’ spejjeż ta’ ristrutturar, il-kontribuzzjoni tal-benefiċċjarju u l-għajnuna mill-Istat tidher kif ġej:

(f’eluf ta’ PLN)

 

2003-2009

2010

2003-2010

Spejjeż ta’ ristrutturar

Ristrutturar tad-dejn pubbliku

31 431

 

31 431

Investimenti

14 754

[…]

[…]

Total

46 185

[…]

[…]

Kontribuzzjoni proprja

Bejgħ ta’ assi (sit ta’ […])

 

[…]

[…]

Transferiment ta’ assi

2 795

 

2 795

Bejgħ tad-diviżjoni tal-produzzjoni fi […]

[…]

 

[…]

Total

[…]

[…]

[…]

Għajnuna mill-Istat

31 431

 

31 431

Kontribuzzjoni proprja/spejjeż ta’ ristrutturar: 50,4 %

(66)

Il-kontribuzzjoni proprja tal-BB għar-ristrutturar ġenerali huwa għalhekk ugwali għal 50,4 %, li huwa adatt skond il-paragrafu 44 tal-linji gwida dwar l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar.

(67)

Il-paragrafu 45 tal-linji gwida jindika li “Biex ikun limitat l-effett distortiv, l-ammont ta’ għajnuna jew il-forma li fiha hija tingħata għandhom ikunu tali li jevitaw li l-kumpanija tkun ipprovduta b’kontanti f’bilanċ favorevoli”. Il-Kummissjoni tosserva li d-ditta diġà rrestawrat il-profittabbiltà ta’ l-operazzjonijiet tagħha. Il-vijabbiltà tagħha hija madankollu mhedda minħabba l-ammonti ta’ responsabbiltajiet li huma dovuti immedjatament. F’dan il-kuntest, il-fatt li nofs l-għajnuna hija mogħtija fil-forma ta’ self jikkontribwixxi biex l-għajnuna tkun limitata għall-minimu meħtieġ. Fil-fatt, tali self jipprovdi riżorsi immedjati lill-BB biex tirrimborża d-djun li għalqu. Fl-istess ħin, il-BB ser ikollha tirrimborża dan is-self fil-futur. Dan ser ikun possibbli minħabba l-profitti regolari u ser jiżgura li d-ditta ma takkumulax kontanti f’bilanċ favorevoli fit-tifsira tal-linji gwida.

(68)

Il-Kummissjoni hija għalhekk ta’ l-opinjoni li l-għajnuna hija limitata għall-minimu meħtieġ.

6.   KONKLUŻJONI

(69)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat notifikata favur il-Bison Bial tista’ tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni previst li l-kondizzjonijiet imposti jkunu mwettqin.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri ta’ għajnuna fl-ammont ta’ 31,43 miljun PLN notifikati mill-Polonja għall-Bison Bial huma kompatibbli mas-suq komuni, soġġett għall-obbligi u l-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

1.   Il-perjodu ta’ ristrutturar huwa prolongat sa l-aħħar ta’ l-2010 u l-pjan ta’ ristrutturar huwa implimentat bis-sħiħ;

2.   Is-sit ta’ […] huwa mibjugħ sa l-aħħar ta’ l-2010;

3.   L-investimenti ta’ l-inqas ta’ 41,61 miljun PLN huma implimentati sa l-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar, jiġifieri sa l-aħħar ta’ l-2010;

4.   Id-diviżjoni tal-produzzjoni fi […] tinbiegħ sa l-aħħar ta’ l-2009 lil bejjiegħ indipendenti mill-BB. L-awtoritajiet Pollakki għandhom jiżguraw li fil-ħinijiet kollha qabel il-bejgħ, l-attività tan-negozju tad-diviżjoni tal-produzzjoni fi […] titmexxa kif suppost, li hija tkun ipprovduta bil-mezzi għall-iżvilupp normali u li ma jittieħdu l-ebda miżuri intenzjonali biex inaqqsu l-valur tagħha mill-benefiċċjarju ta’ l-għajnuna, b’mod partikolari t-trasferiment ta’ assi tanġibbli, persunal, kapaċità ta’ konsumaturi jew bejgħ lil partijiet oħrajn tal-Bison Bial.

Artikolu 3

L-awtoritajiet Pollakki ser jippreżentaw rapporti kull sitt xhur li jiddeskrivu l-progress tal-proċess ta’ ristrutturar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Settembru 2007

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 23, 1.2.2007, p. 20.

(2)  Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.

(3)  Informazzjoni kunfidenzjali

(4)  L-awtoritajiet Pollakki ssuġġerew li sabiex ikun ikkalkulat l-element ta’ għajnuna tal-miżuri, il-valur ta’ l-assi li jkun ittrasferit lill-Operatur bi skambju mal-kanċellazzjoni tad-dejn għandu jitnaqqas mill-valur nominali ta’ l-għajnuna. Fil-fatt it-trasferiment ta’ dawn l-assi jikkostitwixxi aktar il-kontribuzzjoni tal-kumpanija għar-ristrutturar u m’għandu l-ebda impatt fuq il-valur tal-miżuri ta’ għajnuna. Għalhekk f’dan il-każ l-element ta’ għajnuna huwa ugwali għall-ammont nominali ta’ l-għajnuna.

(5)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(6)  Ara Tabella 1 tad-Deċiżjoni biex jinbdew proċeduri