ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 44

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
20 ta' Frar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 143/2008 tat-12 ta’ Frar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1798/2003 dwar l-introduzzjoni ta’ arranġamenti amministrattivi ta’ koperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward tar-regoli li jikkonċernaw il-post tal-forniment ta’ servizzi, l-iskemi speċjali u l-proċedura ta’ rifużjoni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 144/2008 tad-19 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 145/2008 tad-19 ta’ Frar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa

9

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi

11

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor

23

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/138/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar għajnuna mill-Istat rigward kumpens skond id-digriet dwar id-demel (C 12/1999) (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6777)

29

 

 

2008/139/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Settembru 2007 dwar l-għajnuna mill-Istat promozzjoni ta' l-investimenti għar-razzjonalizzazzjoni tal-kultivazzjoni tad-dwieli ta' l-inbid fuq pendili wieqfa fir-Rheinland-Pfalz (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4462)

31

 

 

2008/140/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2007 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ l-investiment favur stabbiliment tal-malt (Maltacarrión, SA) ta’ Kastilja u León (C 48/2005) (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6897)

32

 

 

2008/141/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2007 dwar il-miżuri C 47/2003 (ex NN 49/2003) implementati fi Spanja għal Izar (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4298)  ( 1 )

33

 

 

2008/142/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 Settembru 2007 dwar il-Każ ta’ Għajnuna mill-Istat C 32/2006 (ex N 179/2006) implimentat mill-Polonja għal Huta Cynku Miasteczko Śląskie SA (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4310)  ( 1 )

36

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 44/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 143/2008

tat-12 ta’ Frar 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1798/2003 dwar l-introduzzjoni ta’ arranġamenti amministrattivi ta’ koperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward tar-regoli li jikkonċernaw il-post tal-forniment ta’ servizzi, l-iskemi speċjali u l-proċedura ta’ rifużjoni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (2),

Billi:

(1)

L-emendi introdotti fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar il-post tal-forniment ta’ servizzi (3) jfissru li s-servizzi lil persuni taxxabbli fornuti prinċipalment fejn ikun stabbilit ir-riċevitur. Fejn il-fornitur u r-riċevitur tas-servizzi huma stabbiliti fi Stati Membri differenti, il-mekkaniżmu tar-reverse charge huwa applikabbli b’mod aktar frekwenti milli kien s’issa.

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq is-servizzi li huma soġġetti għall-mekkaniżmu tar-reverse charge, id-data miġbura mill-Istat Membru tal-fornitur għandha tiġi kkomunikata lill-Istat Membru fejn ikun stabbilit ir-riċevitur. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta’ Ottubru 2003 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (4) għandu jipprevedi għal tali komunikazzjoni.

(3)

Id-Direttiva 2008/8/KE testendi wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema speċjali għal servizzi elettroniċi fornuti minn persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fi ħdan il-Komunità.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (5) tissimplifika l-proċedura ta’ rifużjoni tal-VAT fi Stat Membru li fih il-persuna taxxabbli kkonċernata m’hijiex identifikata għal raġunijiet ta’ VAT.

(5)

L-estensjoni ta’ l-ambitu ta’ l-iskema speċjali u l-emendi għall-proċedura ta’ rifużjoni għal persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni jfissru li jeħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jiskambjaw konsiderevolment aktar informazzjoni. L-iskambju meħtieġ m’għandux jagħmel domandi amministrattivi eċċessivi fuq l-Istat Membru kkonċernat. L-iskambju ta’ informazzjoni għandu għalhekk isir elettronikament taħt sistemi eżistenti sabiex isir skambju ta’ informazzjoni.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar 2010, ir-Regolament (KE) Nu 1798/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(1), ir-raba' subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Għall-perijodu previst fl-Artikolu 357 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/EC tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (*), jistabbilixxi wkoll regoli u proċeduri għall-iskambju b’mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud fuq is-servizzi skond l-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII ta’ din id-Direttiva 2006/112/KE, u wkoll għal kwalunkwe skambju sussegwenti ta’ informazzjoni u, safejn huma kkonċernati s-servizzi koperti minn dik l-iskema speċjali, għat-trasferiment ta’ flus bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

(*)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2008/8/KE (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 11).”"

(2)

fl-Artikolu 2, il-punti (8) sa (11) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“(8)

‘forniment intra-Komunitarju ta’ merkanzija’, tfisser kwalunkwe forniment ta’ merkanzija li għandu jiġi ddikjarat fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva prevista fl-Artikolu 262 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(9)

‘forniment intra-Komunitarju ta’ servizzi’, tfisser kwalunkwe forniment ta’ servizzi li għandu jiġi ddikjarat fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva prevista fl-Artikolu 262 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(10)

‘akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija’ tfisser l-akkwist tad-dritt skond l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/112/KE li tiddisponi bħala sid ta’ proprjetà tanġibbli mobbli;

(11)

‘numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT’ tfisser in-numru previst fl-Artikoli 214, 215 u 216 tad-Direttiva 2006/112/KE;”;

(3)

fl-Artikolu 22(1) l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Kull Stat Membru għandu jżomm database elettroniku li fih huwa jaħżen u jipproċessa l-informazzjoni li hu jiġbor skond il-Kapitolu 6 fit-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE.”;

(4)

fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 23, il-punt (2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(2)

il-valur totali tal-fornimenti intra-Komunitarji kollha ta’ merkanzija u l-valur totali tal-fornimenti intra-Komunitarji kollha ta’ servizzi lil persuni li għandhom numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT mill-operaturi kollha identifikati għall-finijiet ta’ VAT fl-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni.”;

(5)

fl-Artikolu 24, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Abbażi tad-data maħżuna skond l-Artikolu 22 u biss għall-prevenzjoni ta’ ksur tal-leġislazzjoni tal-VAT, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha, kull fejn tikkonsidra dan meħtieġ għall-kontroll ta’ l-akkwisti ta’ merkanzija intra-Komunitarja jew tal-fornimenti intra-Komunitarji ta’ servizzi taxxabbli fit-territorju tagħha, tikseb direttament u mingħajr dewmien, jew ikollha aċċess dirett b’mezzi elettroniċi għal kwalunkwe informazzjoni li ġejja:

(1)

in-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-persuni li wettqu il-fornimenti ta’ merkanzija u tas-servizzi msemmijin fil-punt 2 ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 23;

(2)

il-valur totali ta’ tali fornimenti ta’ merkanzija u tas-servizzi minn kull tali persuna lil kull persuna li għandha numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT imsemmi fil-punt 1 ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 23.”;

(6)

l-Artikolu 27(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jiżguraw li persuni involuti fil-forniment intra-Komunitarju ta’ merkanzija jew ta’ servizzi u, għall-perijodu previst fl-Artikolu 357 tad-Direttiva 2006/112/KE, persuni taxxabbli mhux stabbiliti li jfornu servizzi fornuti elettronikament, partikolarment dawk imsemmija fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva, huma permessi jiksbu konferma tal-validità tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ kwalunkwe persuna speċifikata.

Matul il-perijodu previst fl-Artikolu 357 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri għandhom jipprovdu tali konferma permezz ta’ mezzi elettroniċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2) ta’ dan ir-Regolament.”;

(7)

l-intestatura tal-Kapitolu VI għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

 

“DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISKEMI SPEĊJALI FIL-KAPITOLU 6 TAT-TITOLU XII TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE”;

(8)

l-Artikolu 28 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward ta’ l-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE. Id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 358 dik id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għall-fini ta’ dan il-Kapitolu.”;

(9)

l-Artikolu 29 (1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-informazzjoni provduta mill-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni meta tibda l-attivitajiet tagħha skond l-Artikolu 361 tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tiġi ppreżentata b’mod elettroniku. Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 44(2) ta’ dan ir-Regolament.”;

(10)

fl-Artikolu 30, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Id-dikjarazzjoni bid-dettalji mniżżla fl-Artikoli 365 tad-Direttiva 2006/112/KE trid tiġi ppreżentata b’mod elettroniku. Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 44(2) ta’ dan ir-Regolament.”;

(11)

l-Artikolu 31 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 31

Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni miġbura mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni b’mod konformi ma’ l-Artikoli 360, 361, 364 u 365 tad-Direttiva 2006/112/KE.”;

(12)

l-Artikolu 34 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 34

L-Artikoli 28 sa' 33 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-perijodu previst fl-Artikolu 357 tad-Direttiva 2006/112/KE.”;

(13)

għandu jiddaħħal il-Kapitolu VIa li ġej:

“KAPITOLU VIa

DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-ISKAMBJU U L-KONSERVAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI FIL-KUNTEST TAL-PROĊEDURA PREVISTA FID-DIRETTIVA 2008/9/KE

Artikolu 34a

1.   Fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ stabbiliment tirċievi applikazzjoni għal rifużjoni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, lil persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (**) u l-Artikolu 18 ta’ dik id-Direttiva ma jkunx applikabbli, hija għandha, fi żmien 15-il jum kalendarju mir-riċeviment tagħha u b’mezzi elettroniċi, tgħaddi l-applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru ta’ rifużjoni konċernat b’konferma li l-applikant, kif definit fil-punt (5) ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/9/KE, huwa persuna taxxabbli għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li n-numru ta’ identifikazzjoni jew reġistrazzjoni mogħti minn din il-persuna huwa validu għall-perijodu ta’ rifużjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru ta’ rifużjoni għandhom jinnotifikaw b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe informazzjoni mitluba minnhom skond l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE. Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, li bih għandha tiġi trasmessa din l-informazzjoni, għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 44(2).

3.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru ta’ rifużjoni għandhom jinnotifikaw b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra jekk huma jkunu jridu jagħmlu użu mill-għażla li jitolbu lill-applikant jipprovdi d-deskrizzjoni ta’ l-attività tan-negozju b’kodiċi armonizzati kif imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/9/KE.

Il-kodiċi armonizzati msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 44(2) ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-klassifika tan-NACE stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 3037/90.;”

(**)  ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23."

(14)

fl-Artikolu 39, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan kif ġej:

“Għall-perijodu previst fl-Artikolu 357 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali sistemi eżistenti jew ġodda ta’ skambju ta’ komunikazzjoni jew ta’ informazzjoni li huma meħtieġa sabiex jipprovdu għall-iskambji ta’ informazzjoni deskritti fl-Artikoli 29 u 30 ta’ dan ir-Regolament huma operattivi. Il-Kummissjoni ser tkun responsabbli għal kwalunkwe żvilupp tan-netwerk ta’ komunikazzjonijiet komuni/għaqda ta’ sistemi komuni (CCN/CSI) li jkun meħtieġ sabiex jippermetti l-iskambju ta’ din l-informazzjoni bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri ser ikunu responsabbli għal kwalunkwe żvilupp tas-sistemi tagħhom li jkun meħtieġ sabiex jippermetti li din l-informazzjoni tiġi skambjata bl-użu tas-CCN/CSI.”.

Artikolu 2

Mill-1 ta’ Jannar 2015, ir-Regolament (KE) Nu 1798/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(1), ir-raba' subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli u proċeduri għall-iskambju b’mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud fuq is-servizzi skond l-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII ta’ din id-Direttiva 2006/112/KE, u wkoll għal kwalunkwe skambju sussegwenti ta’ informazzjoni u, safejn huma kkonċernati s-servizzi koperti minn dik l-iskema speċjali, għat-trasferiment ta’ flus bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.”;

(2)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu uniku għandu jiġi numerat “1” u għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2.   Id-definizzjonijiet kontenuti fl-Artikoli 358, 358a u 369a tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.”;

(3)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi talba raġunata għal inkjesta amministrattiva speċifika. Jekk l-Istat Membru jikkunsidra li l-ebda inkjesta mhi neċessarja, għandu jinforma immedjatament lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għal dan.

Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament, talba għal informazzjoni dwar l-ammonti ddikjarati minn persuna taxxabbli b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi elettronikament fornuti li huma taxxabbli fl-Istat Membru li fih tinsab l-awtorità rikjedenti u li għalihom il-persuna taxxabbli tuża jew tagħżel li ma tużax l-iskema speċjali prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE, tista’ tiġi rifjutata mill-awtorità rikjesta biss jekk l-informazzjoni dwar l-istess persuna taxxabbli, miksuba f’inkjesta amministrattiva miżmuma għal anqas minn sentejn preċedenti, tkun diġà ġiet fornuta lill-awtorità rikjedenti.

Madankollu, fir-rigward tat-talbiet imsemmija fit-tieni subparagrafu magħmulin mill-awtorità rikjedenti u valutati mill-awtorità rikjesta f’konformità ma’ Dikjarazzjoni ta’ l-Aħjar Prattiki dwar l-interazzjoni ta’ dan il-paragrafu u l-Artikolu 40(1) li għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), Stat Membru li jirrifjuta li jwettaq inkjesta amministrattiva abbażi ta’ l-Artikolu 40 għandu jipprovdi lill-awtorità rikjedenti d-dati u l-valuri ta’ kwalunkwe fornimenti rilevanti magħmula matul l-aħħar sentejn mill-persuna taxxabbli fl-Istat Membru ta’ l-awtorità rikjedenti.”;

(4)

fl-Artikolu 17, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Għall-finijiet ta’ l-ewwel paragrafu, kull Stat Membru ta’ stabbiliment għandu jikkopera ma’ kull Stat Membru ta’ konsum sabiex ikun possibbli li jiġi aċċertat jekk il-persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tiegħu jiddikjarawx u jħallsux korrettament il-VAT dovuta fuq servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi elettronikament fornuti li għalihom il-persuna taxxabbli tuża jew tagħżel li ma tużax l-iskema speċjali prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE. L-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jgħarraf lill-Istat Membru tal-konsum bi kwalunkwe diskrepanza li jsir konxju tagħha.”;

(5)

fl-Artikolu 18, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Kull Stat Membru għandu jiddetermina jekk hux ser jieħu sehem fl-iskambju ta’ kategorija partikolari ta’ informazzjoni, kif ukoll jekk dan hux ser isir b’mod awtomatiku jew b’mod awtomatiku strutturat. Madankollu, kull Stat Membru għandu jieħu sehem fi skambji ta’ l-informazzjoni li tkun disponibbli għalih servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi elettronikament fornuti li għalihom il-persuna taxxabbli tuża jew tagħżel li ma tużax l-iskema speċjali prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE.”;

(6)

l-Artikolu 27 (4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jiżguraw li persuni involuti fil-forniment intra-Komunitarju ta’ merkanzija jew ta’ servizzi u persuni taxxabbli mhux stabbiliti li jfornu servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi fornuti elettronikament, partikolarment dawk imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2006/112/KE, huma permessi jiksbu konferma tal-validità tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ kwalunkwe persuna speċifikata.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu tali konferma b’mezzi elettroniċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2) ta’ dan ir-Regolament.”;

(7)

L-intestatura tal-Kapitolu VI għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

 

“DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISKEMI SPEĊJALI FIL-KAPITOLU 6 TAT-TITOLU XII TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE”;

(8)

l-Artikolu 28 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward ta’ l-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE.”;

(9)

l-Artikolu 29 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 29

1.   L-informazzjoni provduta mill-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni meta tibda l-attivitajiet tagħha skond l-Artikolu 361 tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tiġi ppreżentata b’mod elettroniku. Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 44(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn, fi żmien għaxart ijiem mill-aħħar tax-xahar li matulu kienet irċevuta l-informazzjoni mill-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità. Dettalji simili għall-identifikazzjoni tal-persuna taxxabbli li tapplika l-iskema speċjali skond l-Artikolu 369b tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tiġi trasmessa fi żmien għaxart ijiem mill-aħħar tax-xahar li matulu l-persuna taxxabbli tkun iddikjarat li l-attivitajiet taxxabbli tagħha taħt dik l-iskema jkunu nbdew. Bl-istess mod l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn għandhom jiġu infurmati bin-numru ta’ identifikazzjoni allokat.

Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, li bih għandha tiġi trasmessa din l-informazzjoni, għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 44(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu mingħajr dewmien jinforma b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn jekk persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità jew ta’ persuna taxxabbli fl-Istat Membru tal-konsum hija eskluża mill-iskema speċjali.”;

(10)

fl-Artikolu 30, l-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Id-dikjarazzjoni bid-dettalji mniżżla fl-Artikoli 365 u 369g tad-Direttiva 2006/112/KE trid tiġi ppreżentata b’mod elettroniku. Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 44(2) ta’ dan ir-Regolament.

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti din l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-konsum ikkonċernat mhux aktar tard minn 10 ijiem wara l-aħħar tax-xahar li fih ġiet irċevuta d-denunzja. L-informazzjoni prevista fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 369g tad-Direttiva 2006/112/KE, għandha tiġi trasmessa wkoll lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ stabbiliment ikkonċernat. L-Istati Membri li jesiġu li d-denunzja tat-taxxa ssir fil-munita nazzjonali għajr l-euro, għandhom jikkonvertu l-ammonti f’euro permezz tar-rata tal-kambju valida għall-aħħar ġurnata tal-perijodu ta’ rappurtaġġ. Il-kambju għandu jsir wara li jkunu ppublikati mill-Bank Ċentrali Ewropew ir-rati tal-kambju għal dik il-ġurnata, jew, jekk ma jkunx hemm pubblikazzjoni f’dik il-ġurnata, fil-ġurnata ta’ pubblikazzjoni li jmiss. Id-dettalji tekniċi għat-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni għandhom ikunu determinati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 44(2) ta’ dan ir-Regolament.”;

(11)

l-Artikolu 31 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 31

Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 22 għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni miġbura mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni b’mod konformi ma’ l-Artikoli 360, 361, 364, 365, 369ċ, 369f u 369g tad-Direttiva 2006/112/KE.”;

(12)

fl-Artikolu 32, il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

“Fir-rigward ta’ pagamenti li għandhom jiġu trasferiti lill-Istat Membru tal-konsum skond l-iskema speċjali prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu l-jedd li, mill-ammonti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, iżomm:

(a)

mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2016 - 30 %,

(b)

mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2018 - 15 %,

(ċ)

mill-1 ta’ Jannar 2019 - 0 %.”;

(13)

l-Artikolu 34 għandu jitħassar;

(14)

fl-Artikolu 39, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali sistemi eżistenti jew ġodda ta’ skambju ta’ komunikazzjoni jew ta’ informazzjoni li huma meħtieġa sabiex jipprovdu għall-iskambji ta’ informazzjoni deskritti fl-Artikoli 29 u 30 huma operattivi. Il-Kummissjoni ser tkun responsabbli għal kwalunkwe żvilupp tan-netwerk ta’ komunikazzjonijiet komuni/għaqda ta’ sistemi komuni (CCN/CSI) li jkun meħtieġ sabiex jippermetti l-iskambju ta’ din l-informazzjoni bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri ser ikunu responsabbli għal kwalunkwe żvilupp tas-sistemi tagħhom li jkun meħtieġ sabiex jippermetti li din l-informazzjoni tiġi skambjata bl-użu tas-CCN/CSI.”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1 u 2 għandhom japplikaw mid-dati li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 1, mill-1 ta’ Jannar 2010;

(b)

l-Artikolu 2, mill-1 ta’ Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsil

Il-President

A. BAJUK


(1)  Opinjoni tas-7 ta’ Settembru 2005.

(2)  Opinjoni tat-12 ta’ Mejju 2005.

(3)  Ara paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(5)  Ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 44/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 144/2008

tad-19 ta’ Frar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

53,3

JO

74,3

MA

43,5

TN

115,9

TR

93,6

ZZ

76,1

0707 00 05

JO

190,5

MA

143,8

TR

181,9

ZZ

172,1

0709 90 70

MA

52,4

TR

140,5

ZA

71,0

ZZ

88,0

0709 90 80

EG

60,4

ZZ

60,4

0805 10 20

EG

50,0

IL

51,5

MA

57,0

TN

47,7

TR

78,8

ZZ

57,0

0805 20 10

IL

110,6

MA

117,3

ZZ

114,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

42,0

EG

82,3

IL

80,1

JM

114,0

MA

128,9

PK

65,4

TR

81,4

ZZ

84,9

0805 50 10

EG

84,7

IL

96,9

MA

114,0

TR

113,2

ZZ

102,2

0808 10 80

AR

96,3

CA

88,1

CN

89,7

MK

39,9

US

109,1

ZZ

84,6

0808 20 50

AR

91,7

CN

92,4

US

122,0

ZA

92,3

ZZ

99,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 44/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 145/2008

tad-19 ta’ Frar 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (2) jippreskrivi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fir-rigward, fost l-oħrajn, tal-kundizzjonijiet għall-verifikazzjoni tal-kontenut tat-tetrahydrocannabinol fit-tkabbir tal-kittien [qanneb].

(2)

Skond l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, l-Istati Membri għarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati tat-testijiet imwettqa sabiex jiġu ddeterminati l-livelli ta’ tetrahydrocannabinol fil-varjetajiet ta’ qanneb miżrugħa fl-2007. Dawk ir-riżultati għandhom jitqiesu fit-tħejjija tal-lista ta’ varjetajiet tal-qanneb eliġibbli għal ħlasijiet diretti fis-snin tas-suq li ġejjin u tal-lista tal-varjetajiet awtorizzati temporanjament għas-sena tas-suq 2008/2009.

(3)

Wara talba mressqa mir-Rumanija skond l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, għandhom jiġu inklużi żewġ varjetajiet ġodda ta’ qanneb eliġibbli għall-ħlasijiet diretti.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tas-suq 2008/2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2008.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1550/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 79).


ANNESS

“ANNESS II

IL-VARJETAJIET TA’ QANNEB ELIĠIBBLI GĦALL-ĦLASIJIET DIRETTI

(a)   Il-varjetajiet ta’ qanneb

Beniko

Carmagnola

Chamaeleon

CS

Delta-Llosa

Delta 405

Denise

Dioica 88

Epsilon 68

Fedora 17

Felina 32

Felina 34 – Félina 34

Ferimon - Férimon

Fibranova

Fibrimon 24

Futura 75

Kompolti

Red Petiole

Santhica 23

Santhica 27

Silesia

Uso -31

(b)   Il-varjetajiet ta’ qanneb awtorizzati għas-sena tas-suq 2008/2009

Bialobrzeskie

Cannakomp

Diana (1)

Fasamo

Kompolti hibrid TC

Lipko

Lovrin 110

Silvana

UNIKO-B

Zenit (1)


(1)  Fir-Rumanija biss, kif awtorizzat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/69/KE (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 167).


DIRETTIVI

20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 44/11


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/8/KE

tat-12 ta’ Frar 2008

li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (2),

Billi:

(1)

Ir-realizzazzjoni tas-suq intern, il-globalizzazzjoni, id-deregolazzjoni u l-bidla fit-teknoloġija ngħaqdu kollha flimkien sabiex joħolqu bidliet enormi fil-volum u l-istruttura tal-kummerċ fis-servizzi. Huwa dejjem iktar possibbli għal numru ta’ servizzi li jiġu fornuti mill-bogħod. B’reazzjoni, ittieħdu passi biċċa biċċa sabiex dan jiġi indirizzat tul is-snin u fil-fatt bosta servizzi definiti bħalissa huma intaxxati abbażi tal-prinċipju tad-destinazzjoni.

(2)

Il-funzjonament xieraq tas-suq intern jeħtieġ li tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (3) fir-rigward tal-post fejn ikunu fornuti s-servizzi, b’segwitu ta’ l-istrateġija tal-Kummissjoni ta’ modernizzazzjoni u simplifikazzjoni ta’ l-operazzjoni tas-sistema komuni tal-VAT.

(3)

Għall-forniment kollu tas-servizzi l-post tat-tassazzjoni għandu, fil-prinċipju, ikun il-post fejn iseħħ tabilħaqq il-konsum. Jekk ir-regola ġenerali għall-post tal-forniment tas-servizzi kellha tinbidel b’dan il-mod, ċerti eċċezzjonijiet għal din ir-regola ġenerali xorta jkunu meħtieġa għal raġunijiet kemm amministrattivi kif ukoll ta’ politika.

(4)

Għall-forniment tas-servizzi lil persuni taxxabbli, ir-regola ġenerali rigward il-post tal-forniment tas-servizzi għandha tkun ibbażata fuq il-post fejn huwa stabbilit ir-riċevitur, aktar milli fejn huwa stabbilit il-fornitur. Għall-finijiet tar-regoli li jiddeterminaw il-post tal-forniment tas-servizzi u li jiġu minimizzati l-piżijiet fuq in-negozju, il-persuni taxxabbli li għandhom ukoll attivitajiet mhux taxxabbli għandhom ikunu ttrattati bħala taxxabbli għas-servizzi kollha mogħtijin lilhom. Bl-istess mod, persuni ġuridiċi mhux taxxabbli li huma identifikati għall-finijiet tal-VAT għandhom jitqiesu bħala persuni taxxabbli. Dawn id-dispożizzjonijiet, skond regoli normali, m’għandhomx jestendu għall-fornimenti ta’ servizzi riċevuti minn persuna taxxabbli għall-użu personali tagħha jew dak tal-persunal tagħha.

(5)

Fejn is-servizzi jiġu fornuti lil persuni mhux taxxabbli, ir-regola ġenerali għandha tibqa’ li l-post fejn jiġu fornuti s-servizzi huwa l-post fejn il-fornitur stabbilixxa n-negozju tiegħu.

(6)

F’ċerti ċirkostanzi, ir-regoli ġenerali rigward il-post fejn ikunu fornuti s-servizzi kemm lill-persuni taxxabbli kif ukoll lil dawk li mhumiex ma jkunux applikabbli u għandhom minflok japplikaw esklużjonijiet speċifikati. Dawn l-esklużjonijiet għandhom ikunu fil-biċċa l-kbira bbażati fuq kriterji eżistenti u jirriflettu l-prinċipju tat-tassazzjoni fil-post tal-konsum, filwaqt li ma jimponux piżijiet amministrattivi sproporzjonati fuq ċerti negozjanti.

(7)

Meta persuna taxxabbli tirċievi servizzi minn persuna li m’hix stabbilita fl-istess Stat Membru, il-mekkaniżmu tar-reverse charge għandu jkun obbligatorju f’ċerti każijiet, jiġifieri li l-persuna taxxabbli għandha tagħmel stima hija stess ta’ l-ammont dovut ta’ VAT fuq is-servizz miksub.

(8)

Biex jiġu ssimplifikati l-obbligi fuq in-negozji involuti f’attivitajiet fl-Istati Membri fejn m’humiex stabbiliti, għandha tiġi stabbilita skema li tippermettilhom li jkollhom punt wieħed ta’ kuntatt elettroniku għall-identifikazzjoni u d-dikjarazzjoni tal-VAT. Sa meta tiġi stabbilita tali skema, għandu jsir użu mill-iskema introdotta sabiex tiffaċilita l-konformità ma’ l-obbligi fiskali tal-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fil-Komunità.

(9)

Sabiex jiġu applikati aħjar ta’ din id-Direttiva kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tippreżenta dikjarazzjoni rikapitolattiva tal-persuni taxxabbli u l-persuni ġuridiċi mhux taxxabbli identifikati għall-finijiet tal-VAT, li lilhom hi tkun forniet servizzi taxxabbli li jaqgħu taħt il-mekkaniżmu tar-reverse charge.

(10)

Xi tibdiliet li jsiru lill-post tal-forniment tas-servizzi jistgħu jkollhom impatt fuq il-baġit ta’ l-Istati Membri. Sabiex it-tranżizzjoni sseħħ mingħajr xkiel, dawn it-tibdiliet għandhom jiġu introdotti maż-żmien.

(11)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (4), l-Istati Membri huma mħeġġa sabiex jistabbilixxu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li juru, kemm jista’ jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(12)

Id-Direttiva 2006/112/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar 2009, id-Direttiva 2006/112/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 56, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Il-Punti (j) u (k) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2009.”;

(2)

fl-Artikolu 57, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2009.”;

(3)

fl-Artikolu 59, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 58(b) għal servizzi ta’ xandir bir-radju u bit-televiżjoni, kif imsemmija fil-punt (j) ta’ l-Artikolu 56(1), fornuti lil persuni li m’humiex taxxabbli li huma stabbiliti fi Stat Membru, jew li għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew li ġeneralment huma residenti fi Stat Membru, minn persuna taxxabbli li stabbiliet in-negozju tagħha barra l-Komunità jew li għandha stabbiliment fiss hemmhekk minn fejn jiġu fornuti s-servizzi, jew li, fin-nuqqas ta’ tali post ta’ negozju jew stabbiliment fiss, għandha l-indirizz permanenti jew hi ġeneralment residenti barra l-Komunità.”;

(4)

l-Artikolu 357 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 357

Dan il-Kapitolu għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2014.”.

Artikolu 2

Mill-1 ta’ Jannar 2010, id-Direttiva 2006/112/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

il-Kapitolu 3 tat-Titolu V għandu jinbidel b’dan li ġej:

“KAPITOLU 3

Post tal-forniment tas-servizzi

Taqsima 1

Definizzjoijiet

Artikolu 43

Għall-fini li jiġu applikati r-regoli li jikkonċernaw il-post tal-forniment tas-servizzi:

(1)

persuna taxxabbli li twettaq ukoll attivitajiet jew transazzjonijiet li m’humiex ikkunsidrati bħala forniment taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi skond l-Artikolu 2(1) għandha titqies bħala persuna taxxabbli fir-rigward tas-servizzi kollha fornuti lilha;

(2)

persuna ġuridika mhux taxxabbli li hi identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha titqies bħala persuna taxxabbli.

Taqsima 2

Regoli ġenerali

Artikolu 44

Il-post tal-forniment tas-servizzi lil persuna taxxabbli li qiegħda taġixxi bħala tali għandu jkun il-post fejn dik il-persuna tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha. Madankollu, jekk dawk is-servizzi jiġu fornuti lil stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli li jinsab f’post li ma jkunx il-post fejn hija stabbilixxiet in-negozju tagħha, il-post tal-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jkun il-post fejn jinsab dak l-istabbiliment fiss. Fin-nuqqas ta’ tali post ta’ stabbiliment jew stabbiliment fiss, il-post tal-forniment tas-servizzi għandu jkun il-post fejn il-persuna taxxabbli li tirċievi tali servizzi għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn tirrisjedi normalment.

Artikolu 45

Il-post tal-forniment tas-servizzi lil persuna mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu. Madankollu, jekk dawk is-servizzi jiġu fornuti minn stabbiliment fiss tal-fornitur li jinsab f’post li ma jkunx il-post fejn huwa stabbilixxa n-negozju tiegħu, il-post tal-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jkun il-post fejn jinsab dak l-istabbiliment fiss. Fin-nuqqas ta’ tali post ta’ stabbiliment jew stabbiliment fiss, il-post tal-forniment tas-servizzi għandu jkun il-post fejn il-fornitur għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn jirrisjedi normalment.

Taqsima 3

Dispożizzjonijiet partikolari

Sub-taqsima 1

Forniment tas-servizzi minn intermedjarji

Artikolu 46

Il-post fejn ikunu fornuti servizzi mogħtija lil persuna mhux taxxabbli minn intermedjarju li jaġixxi f’isem u fl-interessi ta’ persuna oħra għandu jkun il-post fejn tiġi fornuta t-transazzjoni sottostanti skond din id-Direttiva.

Sub-taqsima 2

Forniment tas-servizzi relatati ma’ proprjetà immobbli

Artikolu 47

Il-post tal-forniment tas-servizzi relatati mal-proprjetà immobbli, inklużi s-servizzi ta’ esperti, u l-aġenti immobbiljari, il-forniment ta’ alloġġ fis-settur tal-lukandi jew f’setturi b’funzjoni simili, bħal kampijiet għall-btala jew siti żviluppati għall-użu bħala kampeġġi, l-għoti ta’ drittijiet sabiex tintuża proprjetà immobbli u s-servizzi għat-tħejjija u l-koordinazzjoni tax-xogħol ta’ kostruzzjoni, bħalma huma s-servizzi ta’ arkitetti u ta’ ditti li jfornu sorveljanza fuq il-post, għandu jkun il-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli.

Sub-taqsima 3

Forniment tat-trasport

Artikolu 48

Il-post tal-forniment ta’ trasport ta’ passiġġieri għandu jkun il-post fejn iseħħ it-trasport, proporzjonat mad-distanzi koperti.

Artikolu 49

Il-post tal-forniment ta’ trasport ta’ merkanzija, minbarra t-trasport intra-Komunitarju ta’ merkanzija, lil persuni mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn iseħħ it-trasport, proporzjonat mad-distanzi koperti.

Artikolu 50

Il-post tal-forniment ta’ trasport intra-Komunitarju ta’ merkanzija lil persuni mhux taxxabbli għandu jkun il-post tat-tluq.

Artikolu 51

‘It-trasport intra-Komunitarju ta’ merkanzija’ għandha tfisser kwalunkwe trasport ta’ merkanzija fejn il-post tat-tluq u l-post tal-wasla jinsabu fit-territorji ta’ żewġ Stati Membri differenti.

‘Post tat-tluq’ għandha tfisser il-post fejn tabilħaqq jibda t-trasport tal-merkanzija, irrispettivament mid-distanzi koperti sabiex jintlaħaq il-post fejn tinsab il-merkanzija u l-‘post tal-wasla’ għandha tfisser il-post fejn it-trasport tal-merkanzija tabilħaqq jintemm.

Artikolu 52

L-Istati Membri m’għandhomx għalfejn japplikaw il-VAT fuq dik il-parti tat-trasport intra-Komunitarju tal-merkanzija lil persuni mhux taxxabbli li ssir fuq l-ilmijiet li ma jifformawx parti mit-territorju tal-Komunità.

Sub-taqsima 4

Forniment ta’ servizzi kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta’ divertiment u simili, servizzi anċillari tat-trasport u valutazzjonijiet ta’ u xogħlijiet fuq proprjetà mobbli

Artikolu 53

Il-post tal-forniment tas-servizzi u tas-servizzi anċillari, relatati ma’ attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta’ divertiment, jew attivitajiet simili, bħal fieri u wirjiet, inkluż il-forniment tas-servizzi ta’ l-organizzaturi ta’ tali attivitajiet, għandu jkun il-post fejn dawk l-attivitajiet tabilħaqq iseħħu.

Artikolu 54

Il-post tal-forniment tas-servizzi li ġejjin lil persuni mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn is-servizzi jitwettqu fiżikament:

(a)

attivitajiet anċillari ta’ trasport bħal tagħbija, ħatt, trattament u attivitajiet simili;

(b)

valutazzjonijiet ta’ u xogħol fuq proprjetà mobbli tanġibbli.

Sub-taqsima 5

Forniment ta’ servizzi ta’ ristoranti u catering

Artikolu 55

Il-post tal-forniment ta’ servizzi ta’ ristoranti u catering li jitwettqu fiżikament abbord bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew ferroviji matul is-sezzjoni ta’ l-operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri li ssir fil-Komunità għandu jkun il-post fejn fiżikament jitwettqu s-servizzi.

Sub-taqsima 6

Kiri ta’ mezzi ta’ trasport

Artikolu 56

1.   Il-post tal-forniment ta’ kiri għal perijodu qasir ta’ mezzi ta’ trasport għandu jkun il-post fejn il-mezzi ta’ trasport jitqiegħed tabilħaqq għad-dispożizzjoni tal-klijent.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ‘perijodu qasir’ għandha tfisser il-pussess kontinwu jew l-użu tal-mezzi ta’ trasport tul perijodu ta’ mhux aktar minn tletin jum u, fil-każ ta’ bastimenti, mhux aktar minn disgħin jum.

Sub-taqsima 7

Forniment ta’ servizzi ta’ ristoranti u ta’ catering għal konsum abbord bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew ferroviji

Artikolu 57

1.   Il-post tal-forniment ta’ servizzi ta’ ristoranti u ta’ catering li jitwettqu fiżikament abbord bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew ferroviji matul is-sezzjoni ta’ l-operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri li ssir fil-Komunità għandu jkun il-punt tat-tluq ta’ l-operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ‘is-sezzjoni ta’ l-operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri li saret fil-Komunità’ għandha tfisser is-sezzjoni ta’ l-operazzjoni li saret, mingħajr waqfa barra l-Komunità, bejn il-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla ta’ l-operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri.

‘Il-punt tat-tluq ta’ operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri’ għandha tfisser l-ewwel punt ta’ l-imbark tal-passiġġieri previst ġewwa l-Komunità, fejn hu applikabbli wara waqfa barra l-Komunità.

‘Il-punt tal-wasla ta’ operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri’ għandha tfisser l-aħħar punt ta’ l-imbark tal-passiġġieri previst ġewwa l-Komunità ta’ passiġġieri li mbarkaw fil-Komunità, fejn hu applikabbli qabel waqfa barra l-Komunità.

F’każ ta’ vjaġġ bir-ritorn, il-parti tar-ritorn għandha titqies bħala operazzjoni separata tat-trasport.

Sub-taqsima 8

Forniment ta’ servizzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli

Artikolu 58

Il-post tal-forniment ta’ servizzi fornuti elettronikament, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Anness II, meta fornuti lil persuni mhux taxxabbli li huma stabbiliti fi Stat Membru, jew li għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew jirrisjedu abitwalment fi Stat Membru, minn persuna taxxabbli li stabbiliet in-negozju tagħha 'l barra mill-Komunità jew li għandha stabbiliment fiss li minnu huwa fornut is-servizz, jew li, fin-nuqqas ta’ tali post tal-kummerċ jew stabbiliment fiss, għandha l-indirizz permanenti tagħha jew normalment tirrisjedi 'l barra mill-Komunità, għandu jkun il-post fejn hija stabbilita l-persuna mhux taxxabbli, jew fejn għandha l-indirizz permanenti tagħha jew normalment tirrisjedi.

Fejn il-fornitur ta’ servizz u l-klijent jikkomunikaw permezz tal-posta elettronika, dak m’għandux fih innifsu jfisser li s-servizz fornut huwa servizz fornut elettronikament.

Sub-taqsima 9

Forniment ta’ servizzi lil persuni mhux taxxabbli barra l-Komunità

Artikolu 59

Il-post tal-forniment tas-servizzi li ġejjin lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita jew li għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn normalment tirrisjedi barra l-Komunità, għandu jkun il-post fejn hija stabbilita dik il-persuna, fejn għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn normalment tirrisjedi:

(a)

trasferimenti u ċessjonijiet ta’ drittijiet ta’ l-awtur, brevetti, liċenzji, trejdmarks u drittijiet simili;

(b)

servizzi ta’ reklamar;

(ċ)

servizzi ta’ konsulenti, inġiniera, ditti ta’ konsulenza, avukati, accountants u servizzi simili oħrajn, kif ukoll l-ipproċessar tad-data u l-forniment ta’ informazzjoni;

(d)

obbligi li toqgħod lura milli ssegwi jew teżerċita, fis-sħiħ jew f’parti, attività kummerċjali jew dritt imsemmi f’dan l-Artikolu;

(e)

transazzjonijiet bankarji, finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni inkluż ir-riassigurazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-kiri ta’ sejfijiet;

(f)

il-forniment ta’ persunal;

(g)

kiri ta’ proprjetà mobbli tanġibbli, bl-eċċezzjoni tal-mezzi tat-trasport kollha;

(h)

forniment ta’ l-aċċess għal, u t-trasport jew it-trasmissjoni permezz, sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ gass naturali u ta’ l-elettriku u l-forniment ta’ servizzi oħra marbutin b’mod dirett magħhom;

(i)

servizzi tat-telekomunikazzjonijiet;

(j)

servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni;

(k)

servizzi fornuti b’mod elettroniku, b’mod partikolari dawk imsemmijin fl-Anness II.

Fejn il-fornitur ta’ servizz u l-klijent jikkomunikaw permezz tal-posta elettronika, dak m’għandux fih innifsu jfisser li s-servizz fornut huwa servizz fornut elettronikament.

Sub-taqsima 10

Prevenzjoni ta’ tassazzjoni doppja jew non-tassazzjoni

Artikolu 59a

Sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja, in-non-tassazzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tas-servizzi li l-post tal-forniment tagħhom hu rregolat mill-Artikoli 44, 45, 56, u 59,

(a)

iqisu l-post tal-forniment ta’ kwalunkwe jew ta’ dawk is-servizzi kollha, jekk jinsab fit-territorju tagħhom, daqs li kieku kien jinsab barra l-Komunità jekk l-użu effettiv u t-tgawdija tas-servizzi jseħħu barra l-Komunità;

(b)

iqisu l-post tal-forniment ta’ kwalunkwe jew ta’ dawk is-servizzi kollha, jekk jinsab barra l-Komunità, daqs li kieku kien jinsab fit-territorju tagħhom jekk l-użu effettiv u t-tgawdija tas-servizzi jseħħu fit-territorju tagħhom.

Madankollu, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għas-servizzi fornuti elettronikament fejn dawk is-servizzi jingħataw lil persuni mhux taxxabbli li ma jkunux stabbiliti fil-Komunità.

Artikolu 59b

Sal-31 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 58(b) għal servizzi ta’ xandir bir-radju u bit-televiżjoni, kif imsemmija fil-punt (j) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 59, fornuti lil persuni li m’humiex taxxabbli li huma stabbiliti fi Stat Membru, jew li għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew li ġeneralment huma residenti fi Stat Membru, minn persuna taxxabbli li stabbiliet in-negozju tagħha barra l-Komunità jew li għandha stabbiliment fiss hemmhekk minn fejn jiġu fornuti s-servizzi, jew li, fin-nuqqas ta’ tali post ta’ negozju jew stabbiliment fiss, għandha l-indirizz permanenti jew hi ġeneralment residenti barra l-Komunità.”

(2)

fl-Artikolu 98(2), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Ir-rati mnaqqsa m’għandhomx japplikaw għas-servizzi fornuti b’mezzi elettroniċi.”;

(3)

is-sentenza introduttorja ta’ l-Artikolu 170 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Il-persuni taxxabbli kollha li, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE (*), l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/9/KE (**) u l-Artikolu 171 ta’ din id-Direttiva, mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih jixtru merkanzija u servizzi jew jimpurtaw merkanzija soġġetta għall-VAT għandhom ikunu intitolati jirċievu rifużjoni ta’ dik il-VAT safejn il-merkanzija u s-servizzi huma użati għall-finijiet ta’ dan li ġej:

(*)  It-tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE tas-17 ta’ Novembru 1986 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi fuq id-dħul – Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (ĠU L 326, 21.11.1986, p. 40)."

(**)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KEE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23).”;"

(4)

l-Artikolu 171 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Għandha ssir rifużjoni tal-VAT lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih jixtru merkanzija u servizzi jew jimpurtaw merkanzija soġġetti għall-VAT, imma li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor, skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fid-Direttiva 2008/9/KE.”

(b)

il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Id-Direttiva 86/560/KEE m’għandhiex tapplika għal:

(a)

ammonti ta’ VAT li skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni ġew fatturati b’mod żbaljat;

(b)

ammonti ta’ VAT fatturati fir-rigward tal-fornimenti ta’ merkanzija li l-forniment tagħha huwa, jew jista’ jkun, eżentat skond l-Artikolu 138 jew il-punt (b) ta’ l-Arikolu 146(1).”;

(5)

għandu jiddaħħal l-Artikolu 17a li ġej:

“Artikolu 171a

L-Istati Membri jistgħu, minflok jagħtu rifużjoni ta’ VAT skond id-Direttivi 86/560/KEE jew 2008/9/KE fuq dawk il-fornimenti ta’ merkanzija jew servizzi għal persuni taxxabbli fir-rigward ta’ liema persuna taxxabbli hija responsabbli għall-ħlas tat-taxxa skond l-Artikoli 194 sa 197 jew l-Artikolu 199, jippermettu tnaqqis ta’ din it-taxxa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 168. Ir-restrizzjonijiet eżistenti skond l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 86/560/KEE jistgħu jinżammu.

Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-persuna taxxabbli li hija responsabbli li tħallas it-taxxa mill-proċedura ta’ rifużjoni skond id-Direttivi 86/560/EEC jew 2008/9/KE. ”

(6)

fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu XI, għandu jiżdied l-Artikolu 192a li ġej:

“Artikolu 192a

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, persuna taxxabbli li għandha stabbiliment fiss fit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn hija dovuta t-taxxa, għandha titqies bħala persuna taxxabbli li mhix stabbilita f’dak l-Istat Membru meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tagħmel forniment taxxabbli ta’ merkanzija jew ta’ servizzi fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(b)

stabbiliment li l-fornitur ikollu fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru ma jintervenix f’dak il-forniment.”;

(7)

il-Paragrafu 196 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 196

Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli, jew persuna ġuridika mhux taxxabbli li hi identifikata għall-finijiet tal-VAT, li lilha jiġu fornuti s-servizzi previsti fl-Artikolu 44, jekk s-servizzi jiġu fornuti minn persuna taxxabbli mhux stabbilita fit-territorju ta’ l-Istat Membru.”;

(8)

fl-Artikolu 214, għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(d)

kull persuna taxxabbli li fit-territorju rispettiv tagħha tirċievi servizzi li għalihom għandha tħallas il-VAT skond l-Artikolu 196;

(e)

kull persuna taxxabbli, stabbilita fit-territorju rispettiv tagħha, twettaq forniment ta’ servizzi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li għalihom għandha titħallas il-VAT unikament mir-riċevitur skond l-Artikolu 196.”;

(9)

l-Artikolu 262 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 262

Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet ta’ VAT għandha tippreżenta dikjarazzjoni rikapitulattiva ta’ dan li ġej:

(a)

l-akkwirenti identifikati għall-finijiet ta’ VAT li lilhom hi tkun forniet merkanzija b’mod konformi mal-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 138(1) u (2)(ċ);

(b)

il-persuni identifikati għall-finijiet ta’ VAT li lilhom hi tkun forniet merkanzija li kienet ġiet fornuta lilha permezz ta’ akkwisti intra-Komunitarji msemmijin fl-Artikolu 42;

(ċ)

il-persuni taxxabbli, u l-persuni ġuridiċi mhux taxxabbli identifikati għall-finijiet ta’ VAT, li lilhom hi tkun forniet servizzi, barra minn dawk is-servizzi li huma eżentati mill-VAT fl-Istat Membru fejn it-transazzjoni tkun taxxabbli, u li għaliha r-riċevitur għandu jħallas it-taxxa skond l-Artikolu 196.”;

(10)

fl-Artikolu 264, il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punti (a) u (b) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli fl-Istat Membru li fih għandha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni rikapitulattiva u li taħtu hi wettqet il-forniment ta’ merkanzija b’mod konformi mal-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(1) u li taħtu hi effettwat fornimenti taxxabbli ta’ servizzi b’mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 44;

(b)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna li takkwista l-merkanzija jew li tirċievi s-servizzi f’xi Stat Membru barra dak fejn għandha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni rikapitulattiva u li taħtu l-merkanzija jew is-servizzi kienu fornuti lilha;”;

(b)

il-punt (d) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

għal kull persuna li akkwistat merkanzija jew irċeviet servizzi, il-valur totali tal-forniment tal-merkanzija u l-valur totali tal-forniment tas-servizzi li saru mill-persuna taxxabbli;”;

(11)

L-Artikolu 358 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

il-punt (2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(2)

‘servizzi elettroniċi’ u ‘servizzi fornuti elettronikament’ tfisser is-servizzi msemmija fil-punt (k) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 59;”;

(b)

il-punt (4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(4)

‘Stat Membru ta’ konsum’ tfisser l-Istat Membru li fih, skond l-Artikolu 58, hu meqjus li jseħħ il-forniment ta’ servizzi elettroniċi;”;

(12)

fl-Anness II, l-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

“LISTA INDIKATTIVA TAS-SERVIZZI FORNUTI ELETTRONIKAMENT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 58 U FIL-PUNT (K) TA’ L-EWWEL PARAGRAFU TA’ L-ARTIKOLU 59”.

Artikolu 3

Mill-1 ta’ Jannar 2011, l-Artikoli 53 u 54 tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 53

Il-post tal-forniment tas-servizzi fir-rigward tad-dħul għal attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta’ divertiment, jew avvenimenti simili, bħal fieri u wirjiet, u tas-servizzi anċillari relatati mad-dħul, fornuti lil persuna taxxabbli, għandu jkun il-post fejn dawk l-avvenimenti tabilħaqq iseħħu.

Artikolu 54

1.   Il-post tal-forniment tas-servizzi u tas-servizzi anċillari, relatati ma’ attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta’ divertiment, jew avvenimenti simili, bħal fieri u wirjiet, inkluż il-forniment tas-servizzi ta’ l-organizzaturi ta’ tali attivitajiet, fornuti lil persuna mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn dawk l-avvenimenti tabilħaqq iseħħu.

2.   Il-post tal-forniment tas-servizzi li ġejjin lil persuna mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn dawn is-servizzi jitwettqu fiżikament:

(a)

attivitajiet anċillari ta’ trasport bħal tagħbija, ħatt, trattament u attivitajiet simili;

(b)

valutazzjonijiet ta’ u xogħol fuq proprjetà mobbli tanġibbli.”.

Artikolu 4

Mill-1 ta’ Jannar 2013, l-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jinbidel b’dan li ġej, u l-Artikolu 56(3) għandu jiġi rinumerat kif meħtieġ:

“2.   Il-post tal-kiri, minbarra kiri għal perijodu qasir, ta’ mezzi ta’ trasport lil persuni mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn il-klijent huwa stabbilit, għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew jirrisjedi s-soltu.

Madankollu, il-post minn fejn tinkera dgħajsa tad-divertiment lil persuna mhux taxxabbli, minbarra l-kiri għal perijodu qasir, għandu jkun il-post minn fejn id-dgħajsa tad-divertiment fil-fatt titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur, meta dan is-servizz huwa fornut mill-fornitur mill-post tan-negozju tiegħu jew minn stabbiliment fiss li jinsab f’dak il-post.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, ‘perijodu qasir’ għandha tfisser il-pussess kontinwu jew l-użu tal-mezz tat-trasport tul perijodu ta’ mhux aktar minn tletin jum u, fil-każ ta’ bastiment, mhux aktar minn disgħin jum.”.

Artikolu 5

Mill-1 ta’ Jannar 2015, id-Direttiva 2006/112/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3, tat-Titolu V, is-subtaqsima 8 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Sub-taqsima 8

Forniment ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, xandir u servizzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli

Artikolu 58

Il-post tal-forniment tas-servizzi li ġejjin lil persuna mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn hija stabbilita dik il-persuna, għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn normalment tirrisjedi:

(a)

servizzi tat-telekomunikazzjonijiet;

(b)

servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni;

(ċ)

servizzi fornuti b’mod elettroniku, b’mod partikolari dawk imsemmijin fl-Anness II.

Fejn il-fornitur ta’ servizz u l-klijent jikkomunikaw permezz tal-posta elettronika, dak m’għandux fih innifsu jfisser li s-servizz fornut huwa servizz fornut elettronikament.”;

(2)

fl-Artikolu 59, il-punti (i), (j) u (k) ta’ l-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu għandhom jitħassru;

(3)

l-Artikolu 59a għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 59a

Sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja, in-non-tassazzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tas-servizzi li l-post tal-forniment tagħhom hu rregolat mill-Artikoli 44, 45, 56, 58 u 59,

(a)

iqisu l-post tal-forniment ta’ kwalunkwe jew ta’ dawk is-servizzi kollha, jekk jinsab fit-territorju tagħhom, daqs li kieku kien jinsab barra l-Komunità jekk l-użu effettiv u t-tgawdija tas-servizzi jseħħ barra l-Komunità;

(b)

iqisu l-post tal-forniment ta’ kwalunkwe jew ta’ dawk is-servizzi kollha, jekk jinsab barra l-Komunità, daqs li kieku kien jinsab fit-territorju tagħhom jekk l-użu effettiv u t-tgawdija tas-servizzi jseħħ fit-territorju tagħhom.”;

(4)

l-Artikolu 59b għandu jitħassar;

(5)

it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 204(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux japplikaw l-għażla prevista fit-tieni subparagrafu għal persuna taxxabbli li mhux stabbilita fil-Komunità, skond it-tifsira tal-punt (1) ta’ l-Artikolu 358a, li għażlet l-iskema speċjali għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni, xandir jew elettroniċi.”;

(6)

fit-Titolu XII, l-intestatura tal-Kapitolu 6 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

 

“Skemi speċjali għal persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti li huma fornituri tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, servizzi ta’ xandir jew servizzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli”;

(7)

l-Artikolu 357 għandu jitħassar;

(8)

l-Artikolu 358 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 358

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet’ u ‘servizzi ta’ xandir’ ifissru s-servizzi msemmijin fil-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58;

(2)

‘servizzi elettroniċi’ u ‘servizzi fornuti elettronikament’ tfisser is-servizzi msemmija fil-punt (ċ) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58;

(3)

“Stat Membru ta’ konsum” tfisser l-Istat Membru fejn il-forniment tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi jkun mifhum li jseħħ skond l-Artikolu 58;

(4)

‘Dikjarazzjoni tal-VAT’ tfisser id-dikjarazzjoni li jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikun stabbilit l-ammont tal-VAT dovut f’kull Stat Membru.”

(9)

fit-Titolu XII, Kapitolu 6, l-intestatura tat-Taqsima 2 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

 

“Skema speċjali għal servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi fornuti minn persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fi ħdan il-Komunità”;

(10)

fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XI, għandu jiżdied l-Artikolu 358a li ġej:

“Artikolu 358a

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità’ tfisser persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Komunità u li ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk u li altrimenti mhix meħtieġa li tkun identifikata għall-finijiet ta’ VAT;

(2)

‘Stat Membru ta’ identifikazzjoni’ tfisser l-Istat Membri li l-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità tagħżel li tikkuntattja sabiex tiddikjara meta l-attività tagħha bħala persuna taxxabbli fit-territorju tal-Komunità tibda b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.”;

(11)

l-Artikoli 359 sa 365 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 359

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità li tforni servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita fi Stat Membru jew għandha l-indirizz permanenti tagħha jew is-soltu tirrisjedi fi Stat Membru, sabiex tuża din l-iskema speċjali. Din l-iskema tapplika għal dawk is-servizzi kollha fornuti fil-Komunità.

Artikolu 360

Il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità għandha tiddikjara lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni meta tibda u tieqaf mill-attivitajiet tagħha bħala persuna taxxabbli, jew tbiddel dik l-attività b’tali mod li ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta’ din l-iskema speċjali. Hi għandha tikkomunika dik l-informazzjoni b’mod elettroniku.

Artikolu 361

1.   L-informazzjoni li persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità għandha tipprovdi lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni meta l-attività taxxabbli tagħha tibda għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

(a)

isem;

(b)

indirizz;

(ċ)

indirizzi elettroniċi, inklużi websajts;

(d)

numru nazzjonali tat-taxxa, jekk jeżisti;

(e)

dikjarazzjoni li l-persuna mhijiex identifikata għall-finijiet ta’ VAT fil-Komunità.

2.   Il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità għandha tinnotifika l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta.

Artikolu 362

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jalloka lill-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità numru ta’ identifikazzjoni ta’ VAT individwali u għandu jgħarrfu b’dak in-numru permezz ta’ mezzi elettroniċi. Abbażi ta’ l-informazzjoni użata għal dik l-identifikazzjoni, l-Istati Membri ta’ konsum jistgħu jużaw is-sistemi ta’ identifikazzjoni tagħhom stess.

Artikolu 363

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jħassar lill-persuna taxxabbli li mhix stabbilita fil-Komunità mir-reġistru ta’ identifikazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk tinnotifika li dak l-Istat Membru li m’għadhiex tforni servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi;

(b)

jekk wieħed jista’ jassumi li l-attivitajiet taxxabbli tagħha ntemmu;

(ċ)

jekk ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta’ din l-iskema speċjali;

(d)

jekk b’mod persistenti ma tikkonformax mar-regoli relatati ma’ din l-iskema speċjali.

Artikolu 364

Il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità għandha tippreżenta permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni dikjarazzjoni tal-VAT għal kull kwart tas-sena kalendarja kemm jekk ġew fornuti servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi u kemm jekk le. Id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha tiġi ppreżentata fi żmien 20 jum mit-tmiem tal-perijodu tat-taxxa kopert mid-dikjarazzjoni.

Artikolu 365

Id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha turi n-numru ta’ identifikazzjoni u, għal kull Stat Membru ta’ konsum fejn il-VAT hija dovuta, il-valur totali, mingħajr VAT, ta’ fornimenti tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ xandir u ta’ servizzi elettroniċi mwettqa matul il-perijodu tat-taxxa u l-ammont totali għal kull rata tal-VAT korrispondenti. Ir-rati tal-VAT applikabbli u l-VAT totali dovuta għandhom ikunu indikati wkoll fuq id-dikjarazzjoni.”

(12)

l-Artikolu 366(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha ssir bl-euro.

L-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro jistgħu jeħtieġu li d-dikjarazzjoni tal-VAT tkun magħmula fil-munita nazzjonali tagħhom. Jekk il-forniment sar f’muniti oħrajn, il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum għandha, għall-finijiet li timla’ d-dikjarazzjoni tal-VAT, tuża r-rata tal-kambju li japplikaw fl-aħħar jum tal-perijodu tat-taxxa.”;

(13)

l-Artikoli 367 u 368 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 367

Il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità għandha tħallas il-VAT, waqt li tagħmel referenza għad-dikjarazzjoni tal-VAT rilevanti, meta tippreżenta d-dikjarazzjoni tal-VAT, mhux aktar tard, madankollu, mill-iskadenza tat-terminu perentorju li fih id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata.

Il-ħlas għandu jsir f’kont bankarju denominat fl-euro, magħżul mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni. L-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-ewro jistgħu jeħtieġu li l-ħlas isir lil kont bankarju denominat fil-munita tagħhom stess.

Artikolu 368

Il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità li tagħmel użu minn din l-iskema speċjali ma tistax tnaqqas il-VAT skond l-Artikolu 168 ta’ din id-Direttiva. Minkejja l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 86/560/KEE, il-persuna taxxabbli in kwistjoni għandhom tiġi rimborsata skond id-Direttiva msemmija. L-Artikoli 2(2) u (3) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 86/560/KEE m’għandhomx japplikaw għar-rimborsi relatati ma’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ xandir jew elettroniċi koperti minn din l-iskema speċjali.”;

(14)

l-Artikolu 369(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fil-Komunità għandha żżomm ir-reġistri tat-transazzjonijiet koperti minn din l-iskema speċjali. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu suffiċjentement dettaljati sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ l-Istat Membru ta’ konsum jivverifikaw li d-dikjarazzjoni tal-VAT hija korretta.”;

(15)

fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII, għandha tiddaħħal it-Taqsima 3 li ġejja:

“Taqsima 3

Skema speċjali għal servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ xandir jew elettroniċi fornuti minn persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità iżda mhux fl-Istat Membru ta’ konsum

Artikolu 369a

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum’ tfisser persuna taxxabbli li stabbiliet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Komunità jew għandha stabbiliment fiss hemm iżda ma stabbilietx in-negozju tagħha u lanqas ma għandha stabbiliment fiss fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta’ konsum;

(2)

‘L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni’ tfisser l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-persuna taxxabbli stabbilixxiet in-negozju tagħha jew, jekk ma stabbilixxietx in-negozju tagħha fil-Komunità, fejn għandha stabbiliment fiss.

Fejn persuna taxxabbli ma stabbilixxietx in-negozju tagħha fil-Komunità, iżda għandha iktar minn stabbiliment fiss wieħed fil-Komunità, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jkun l-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment fiss fejn dik il-persuna taxxabbli tindika li ser tagħmel użu minn din l-iskema speċjali. Il-persuna taxxabbli għandha tkun marbuta b’din id-deċiżjoni għas-sena kalendarja konċernata u għas-sentejn kalendarji ta’ wara.

Artikolu 369b

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum tforni servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ xandir jew elettroniċi lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita jew għandha l-indirizz permanenti tagħha jew is-soltu tirrisjedi fi Stat Membru, sabiex tuża din l-iskema speċjali. Din l-iskema speċjali għandha tapplika għal dawk is-servizzi kollha fornuti fil-Komunità.

Artikolu 369ċ

Il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum għandha tiddikjara lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni meta tibda u tieqaf mill-attivitajiet taxxabbli tagħha koperti b’din l-iskema speċjali, jew tbiddel dawk l-attivitajiet b’tali mod li ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta’ din l-iskema speċjali. Hi għandha tikkomunika dik l-informazzjoni b’mod elettroniku.

Artikolu 369d

Persuna taxxabbli li tagħmel użu minn din l-iskema speċjali għandha, għat-transazzjonijiet taxxabbli mwettqa taħt din l-iskema, tiġi identifikata għall-finijiet ta’ VAT fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni biss. Għal dak il-fini l-Istat Membru għandu juża n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT individwali diġà allokat lill-persuna taxxabbli fir-rigward ta’ l-obbligi tagħha taħt is-sistema interna.

Abbażi ta’ l-informazzjoni użata għal dik l-identifikazzjoni, l-Istati Membri ta’ konsum jistgħu jużaw is-sistemi ta’ identifikazzjoni tagħhom stess.

Artikolu 369e

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jeskludi l-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum minn din l-iskema speċjali fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk tinnotifika li m’għadhiex tforni servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi;

(b)

jekk wieħed jista’ jassumi li l-attivitajiet taxxabbli tagħha koperti minn din l-iskema speċjali ntemmu;

(ċ)

jekk ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta’ din l-iskema speċjali;

(d)

jekk b’mod persistenti ma tikkonformax mar-regoli relatati ma’ din l-iskema speċjali.

Artikolu 369f

Il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum għandha tippreżenta permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni dikjarazzjoni tal-VAT għal kull kwart tas-sena kalendarja, kemm jekk ġew fornuti servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ xandir jew elettroniċi u kemm jekk le. Id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha tiġi ppreżentata fi żmien 20 jum mit-tmiem tal-perijodu tat-taxxa kopert mid-dikjarazzjoni.

Artikolu 369g

Id-denunzja tal-VAT għandha turi n-numru ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 369d u, għal kull Stat Membru ta’ konsum fejn hi dovuta l-VAT, il-valur totali, mingħajr VAT, tal-provvisti ta’ telekomunikazzjoni, xandir jew servizzi elettroniċi mwettqa waqt il-perijodu tat-taxxa u l-ammont totali skond ir-rata tal-VAT korrispondenti. Ir-rati tal-VAT applikabbli u l-VAT totali dovuta għandhom jiġu indikati wkoll fid-dikjarazzjoni.

Fejn il-persuna taxxabbli għandha stabbiliment fiss wieħed jew aktar, minbarra fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, li minnu huma fornuti s-servizzi, id-denunzja tal-VAT għandha flimkien ma’ l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tinkludi l-valur totali tal-fornimenti ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, xandir jew servizzi elettroniċi koperti minn din l-iskema speċjali, għal kull Stat Membru li fih hija għandha stabbiliment, flimkien man-numru ta’ identifikazzjoni individwali tal-VAT jew ir-referenza tat-taxxa ta’ dan l-istabbiliment, maqsum skond l-Istat Membru ta’ konsum.

Artikolu 369h

1.   Id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha ssir bl-ewro.

L-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-ewro jistgħu jeħtieġu li d-dikjarazzjoni tal-VAT tkun magħmula fil-munita nazzjonali tagħhom. Jekk il-fornimenti saru f’muniti oħrajn, il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum għandha, għall-finijiet ta’ tlestija tad-dikjarazzjoni tal-VAT, tuża r-rata tal-kambju li tapplika fl-aħħar ġurnata tal-perijodu tat-taxxa.

2.   Il-konverżjoni għandha ssir bl-applikazzjoni tar-rati tal-kambju ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew għal dak il-jum, jew, jekk m’hemm l-ebda pubblikazzjoni f’dak il-jum, fil-jum ta’ pubblikazzjoni li jmiss.

Artikolu 369i

Il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum għandha tħallas il-VAT, waqt li tagħmel referenza għad-dikjarazzjoni tal-VAT rilevanti, meta tippreżenta d-dikjarazzjoni tal-VAT, mhux aktar tard, madankollu, mill-iskadenza tat-terminu perentorju li fih id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata.

Il-ħlas għandu jsir f’kont bankarju denominat fl-euro, magħżul mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni. L-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-ewro jistgħu jeħtieġu li l-ħlas isir lil kont bankarju denominat fil-munita tagħhom stess.

Artikolu 369j

Il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum li tagħmel użu minn din l-iskema speċjali ma tistax, fir-rigward ta’ l-attivitajiet taxxabbli tagħha koperti minn din l-iskema, tnaqqas il-VAT skond l-Artikolu 168 ta’ din id-Direttiva. Minkejja l-punt (1) ta’ l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/9/KE, il-persuna taxxabbli in kwistjoni għandha tiġi rimborsata skond id-Direttiva msemmija.

Jekk il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum li tagħmel użu minn din l-iskema speċjali twettaq ukoll fl-Istat Membru ta’ konsum attivitajiet mhux koperti minn din l-iskema li fir-rigward tagħhom hija obbligata tkun reġistrata għal finijiet ta’ VAT, hija għandha tnaqqas il-VAT fir-rigward ta’ l-attivitajiet taxxabbli tagħha li huma koperti minn din l-iskema fid-dikjarazzjoni tal-VAT li għandha tiġi ppreżentata skond l-Artikolu 250.

Artikolu 369k

1.   Il-persuna taxxabbli li m’hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum għandha żżomm ir-reġistri tat-transazzjonijiet koperti minn din l-iskema speċjali. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu suffiċjentement dettaljati sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ l-Istat Membru ta’ konsum jivverifikaw li d-dikjarazzjoni tal-VAT hija korretta.

2.   Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli b’mezzi elettroniċi fuq talba lill-Istat Membru ta’ konsum u lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.

Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu għal perijodu ta’ għaxar snin mill-31 ta’ Diċembru tas-sena meta twettqet it-transazzjoni.”

(16)

fl-Anness II, l-intestatura għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“LISTA INDIKATTIVA TAS-SERVIZZI FORNUTI ELETTRONIKAMENT IMSEMMIJA FIL-PUNT (Ċ) TA’ L-EWWEL PARAGRAFU TA’ L-ARTIKOLU 58”.

Artikolu 6

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2014, tippreżenta rapport dwar il-possibbiltà li tkun applikata b’mod effiċjenti r-regola stabbilita fl-Artikolu 5 għall-forniment ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, ta’ servizzi ta’ xandir bir-radju u bit-televiżjoni u ta’ servizzi elettroniċi fornuti lil persuni li mhumiex taxxabbli u dwar il-kwistjoni jekk dik ir-regola għadhiex tikkorrispondi għal-linja politika ġenerali f’dak iż-żmien rigward il-post tal-forniment tas-servizzi.

Artikolu 7

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikoli 1 sa 5 ta’ din id-Direttiva mid-dati rispettivi previsti f’dawk id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni bihom. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 8

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK


(1)  ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 143 u opinjoni mogħtija fis-16 ta’ Mejju 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 117, 30.4.2004, p. 15 u ĠU C 195, 18.8.2006, p. 54.

(3)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/75/KE (ĠU L 346, 29.12.2007, p. 13).

(4)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 44/23


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/9/KE

tat-12 ta’ Frar 2008

li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (2),

Billi:

(1)

Jinħolqu problemi konsiderevoli, kemm għall-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri kif ukoll għan-negozji, meta jiġu implimentati regoli stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE tas-6 ta’ Diċembru 1979 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward taxxi fuq id-dħul – Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (3).

(2)

L-arranġamenti stabbiliti f'dik id-Direttiva għandhom jiġu emendati għall-perijodu li matulu d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw applikazzjonijiet għal rifużjoni jiġu notifikati lin-negozji. Fl-istess ħin, għandu jkun stabbilit li n-negozji wkoll għandhom jagħtu tweġibiet f'perijodi speċifikati. Barra minn hekk, il-proċedura għandha tiġi ssimplifikata u mmodernizzata billi tippermetti l-użu ta’ teknoloġiji moderni.

(3)

Il-proċedura ġdida għandha trawwem il-pożizzjoni tan-negozji billi l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jħallsu l-interessi jekk ir-rifużjoni ssir tard u d-dritt għal appell min-negozji għandu jissaħħaħ.

(4)

Għall-finijiet ta’ ċarezza u qari aħjar, id-dispożizzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 79/1072/KEE, li preċedentement kienet tinsab fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (4), issa għandha tiġi integrata f'din id-Direttiva.

(5)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba d-daqs ta’ l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(6)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (5), l-Istati Membri huma mħeġġa sabiex jistabbilixxu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li juru, kemm jista’ jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(7)

Fl-interess taċ-ċarezza, id-Direttiva 79/1072/KEE għandha għalhekk titħassar, suġġett għall-miżuri tranżizzjonali meħtieġa fir-rigward ta’ l-applikazzjonijiet għal rifużjoni introdotti qabel l-1 ta’ Jannar 2010,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), previsti fl-Artikolu 170 tad-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli, li mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni” tfisser persuna taxxabbli fis-sens ta’ l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE li ma tkunx stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;

(2)

“Stat Membru ta’ rifużjoni” tfisser l-Istat Membru li fih il-VAT kienet imposta lil persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni fir-rigward ta’ oġġetti jew servizzi fornuti lilha minn persuni oħra taxxabbli f'dak l-Istat Membru jew fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ oġġetti f'dak l-Istat Membru;

(3)

“perijodu ta’ rifużjoni” tfisser il-perijodu msemmi fl-Artikolu 16 kopert mill-applikazzjoni għal rifużjoni;

(4)

“applikazzjoni għal rifużjoni” tfisser l-applikazzjoni għal rifużjoni ta’ VAT imposta fl-Istat Membru ta’ rifużjoni mingħand persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni fir-rigward ta’ oġġetti jew servizzi fornuti lilha minn persuni oħra taxxabbli f'dak l-Istat Membru jew fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ oġġetti f'dak l-Istat Membru;

(5)

“applikant” tfisser il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni li jagħmel l-applikazzjoni għal rifużjoni.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tul il-perijodu ta’ rifużjoni, ma kellhiex fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, is-sede ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tagħha, jew stabbiliment fiss li minnu ġew effettwati transazzjonijiet ta’ negozju, jew, jekk l-ebda tali sede jew stabbiliment fiss ma eżistew, id-domiċilju jew il-post normali ta’ residenza tagħha;

(b)

tul il-perijodu ta’ rifużjoni, ma tkun forniet l-ebda oġġett jew servizz meqjus li kien fornut fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, bl-eċċezzjoni tat-transazzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-forniment ta’ servizzi ta’ trasport u servizzi anċillari għalihom, eżentati skond l-Artikoli 144, 146, 148, 149, 151, 153, 159 jew 160 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(ii)

il-forniment ta’ oġġetti u servizzi lil persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT skond l-Artikoli 194 sa 197 u l-Artikolu 199 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 4

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika fir-rigward ta':

(a)

ammonti ta’ VAT li, skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni, ġew fatturati b'mod żbaljat;

(b)

ammonti ta’ VAT fatturati fir-rigward tal-fornimenti ta’ oġġetti li l-forniment tagħhom huwa, jew jista’ jkun, eżentat skond l-Artikolu 138 jew l-Arikolu 146(1)(b) tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 5

Kull Stat Membru għandu jirrimborża lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni kwalunkwe VAT imposta fir-rigward ta’ oġġetti jew servizzi fornuti lilha minn persuni oħra taxxabbli f'dak l-Istat Membru jew fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ oġġetti f'dak l-Istat Membru, sakemm tali oġġetti u servizzi jintużaw għall-finijiet tat-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-transazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 169(a) u (b) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(b)

it-transazzjonijiet lil persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT skond l-Artikoli 194 sa 197 u l-Artikolu 199 tad-Direttiva 2006/112/KE kif applikat fl-Istat Membru ta’ rifużjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-jedd għal rifużjoni ta’ taxxa fuq id-dħul għandu jiġi ddeterminat skond id-Direttiva 2006/112/KE kif applikat fl-Istat Membru ta’ rifużjoni.

Artikolu 6

Biex tkun eliġibbli għal rifużjoni fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni għandha twettaq transazzjonijiet li jagħtu lok għal dritt ta’ tnaqqis fl-Istat Membru ta’ stabbiliment.

Meta persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni twettaq fl-Istat Membru li fih hi stabbilita kemm transazzjonijiet li jagħtu lok għal dritt ta’ tnaqqis kif ukoll transazzjonijiet li ma jagħtux lok għal dritt ta’ tnaqqis f'dak l-Istat Membru, dak il-proporzjon biss ta’ VAT li jkun rimborżabbli skond l-Artikolu 5, jista’ jiġi rimborżat mill-Istat Membru ta’ rifużjoni kif inhu attribwit għat-transazzjonijiet li diġà saru skond l-Artikolu 173 tad-Direttiva 2006/112/KE kif applikati mill-Istat Membru ta’ stabbiliment.

Artikolu 7

Sabiex tirċievi rifużjoni tal-VAT fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni għandha tindirizza applikazzjoni elettronika għal rifużjoni lil dak l-Istat Membru u tippreżentaha lill-Istat Membru li fih hija stabbilita permezz tal-portal elettroniku stabbilit minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 8

1.   L-applikazzjoni għal rifużjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-applikant;

(b)

indirizz għal kuntatt b'mezzi elettroniċi;

(ċ)

deskrizzjoni ta’ l-attività tan-negozju ta’ l-applikant li għaliha jiġu akkwistati l-merkanzija u s-servizzi;

(d)

il-perijodu ta’ rifużjoni kopert mill-applikazzjoni;

(e)

dikjarazzjoni mill-applikant li huwa ma jkun forna l-ebda merkanzija u servizz meqjus li jkun fornut fl-Istat Membru ta’ rifużjoni matul dak il-perijodu ta’ rifużjoni bl-eċċezzjoni tat-transazzjonijiet imsemmijin fil-punti (i) u (ii) ta’ l-Artikolu 3(b);

(f)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa ta’ l-applikant;

(ġ)

dettalji tal-kont tal-bank inklużi l-kodiċijiet IBAN u BIC.

2.   Flimkien ma’ l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-applikazzjoni għal rifużjoni għandha tindika, għal kull Stat Membru ta’ rifużjoni u għal kull fattura jew dokument ta’ importazzjoni, id-dettalji li ġejjin:

(a)

l-isem u l-indirizz sħiħ tal-fornitur;

(b)

ħlief fil-każ ta’ importazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa tal-fornitur, kif allokat mill-Istat Membru ta’ rifużjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 239 u 240 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(ċ)

ħlief fil-każ ta’ importazzjoni, il-prefiss ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni skond l-Artikolu 215 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(d)

id-data u n-numru tal-fattura jew tad-dokument ta’ importazzjoni;

(e)

l-ammont taxxabbli u l-ammont tal-VAT imniżżlin fil-munita ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni;

(f)

l-ammont tal-VAT deduċibbli kkalkolat skond l-Arikolu 5 u t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 6 espress fil-munita ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni;

(ġ)

fejn applikabbli, il-proporzjon deduċibbli kkalkolat skond l-Artikolu 6, espress bħala perċentwali;

(h)

in-natura tal-merkanzija u s-servizzi akkwistati, deskritti skond il-kodiċijiet fl-Artikolu 9.

Artikolu 9

1.   Fl-applikazzjoni għal rifużjoni, in-natura tal-merkanzija u s-servizzi akkwistati għandhom jiġu deskritti bil-kodiċijiet li ġejjin:

1.

=

karburant;

2.

=

Kiri ta’ mezzi ta’ trasport;

3.

=

infiq relatat ma’ mezzi tat-trasport (minbarra l-merkanzija u s-servizzi msemmija taħt il-kodiċijiet 1 u 2);

4.

=

imposti għall-użu tat-triq u għall-utent tat-triq;

5.

=

spejjeż ta’ vjaġġar, bħal nollijiet tat-taxi, nollijiet tat-trasport pubbliku;

6.

=

akkomodazzjoni;

7.

=

ikel, xorb u servizzi ta’ ristoranti;

8.

=

dħul għal fieri u esebizzjonijiet;

9.

=

infiq għal lussi u divertiment;

10.

=

oħrajn.

Jekk jintuża l-kodiċi 10, għandha tiġi indikata n-natura ta’ l-oġġetti u s-servizzi fornuti.

2.   L-Istat Membru ta’ rifużjoni jista’ jitlob lill-applikant jagħti informazzjoni elettronika kodifikata addizzjonali dwar kull kodiċi mniżżel fil-paragrafu 1 sal-punt li tali informazzjoni tkun meħtieġa minħabba kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt ta’ tnaqqis taħt id-Direttiva 2006/112/KE, kif applikabbli fl-Istat Membru ta’ rifużjoni jew għall-implimentazzjoni ta’ deroga rilevanti mogħtija lill-Istat Membru ta’ rifużjoni taħt l-Artikoli 395 jew 396 ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 10

Mingħajr preġudizzju għat-talbiet għal informazzjoni skond l-Artikolu 20, l-Istati Membru ta’ rifużjoni jista’ jesiġi li l-applikant jippreżenta b'mezzi elettroniċi kopja tal-fattura jew tad-dokument ta’ importazzjoni ma’ l-applikazzjoni għal rifużjoni fejn l-ammont taxxabbli fuq fattura jew dokument ta’ importazzjoni huwa ta’ EUR 1 000 jew aktar jew l-ekwivalenti f'munita nazzjonali. Fejn il-fattura tikkonċerna karburant, il-limitu huwa EUR 250 jew l-ekwivalenti f'munita nazzjonali.

Artikolu 11

L-Istat Membru ta’ rifużjoni jista’ jitlob lill-applikant jipprovdi deskrizzjoni ta’ l-attività tan-negozju tiegħu billi juża l-kodiċijiet armonizzati determinati skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 34a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 (6).

Artikolu 12

L-Istat Membru ta’ rifużjoni jista’ jispeċifika liema lingwa jew lingwi għandhom jintużaw mill-applikant sabiex tingħata l-informazzjoni fl-applikazzjoni għal rifużjoni jew l-informazzjoni addizzjonali possibbli.

Artikolu 13

Jekk sussegwenti għall-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal rifużjoni jiġi aġġustat il-proporzjon deduċibbli skond l-Artikolu 175 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-applikant għandu jikkoreġi l-ammont li applika għalih jew li jkun diġà ġie rifuż.

Il-korrezzjoni għandha ssir f'applikazzjoni għal rifużjoni matul is-sena kalendarja ta’ wara l-perijodu ta’ rifużjoni konċernat jew, jekk l-applikant ma jagħmel l-ebda applikazzjoni għal rifużjoni matul dik is-sena kalendarja, billi tingħata dikjarazzjoni separata permezz tal-portal elettroniku stabbilit mill-Istat Membru ta’ stabbiliment.

Artikolu 14

1.   L-applikazzjoni għal rifużjoni għandha tirrelata ma':

(a)

ix-xiri ta’ merkanzija jew servizzi li jkun ġie fatturat waqt il-perijodu ta’ rifużjoni, sakemm il-VAT tkun saret imponibbli qabel jew meta x-xiri jkun ġie fatturat, jew li fir-rigward tiegħu l-VAT tkun saret imponibbli waqt il-perijodu ta’ rifużjoni, sakemm ix-xiri jkun ġie fatturat qabel li t-taxxa tkun saret imponibbli;

(b)

l-importazzjoni ta’ oġġetti waqt il-perijodu ta’ rifużjoni.

2.   Addizzjonalment għat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-applikazzjoni għal rifużjoni tista’ tirrelata wkoll ma’ fatturi jew dokumenti ta’ importazzjoni mhux koperti minn applikazzjonijiet għal rifużjoni preċedenti u tikkonċerna transazzjonijiet kompluti matul is-sena kalendarja konċernata.

Artikolu 15

1.   L-applikazzjoni għal rifużjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Istat Membru ta’ stabbiliment sat-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja ta’ wara l-perijodu ta’ rifużjoni. L-applikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ġiet ippreżentata biss jekk l-applikant ikun mela l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt l-Artikoli 8, 9 u 11.

2.   L-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jibgħat lill-applikant konferma elettronika li jkun irċeviha mingħajr dewmien.

Artikolu 16

Il-perijodu ta’ rifużjoni ma għandux ikun aktar minn sena kalendarja jew inqas minn tliet xhur kalendarji. L-applikazzjonijiet għal rifużjoni jistgħu, madankollu, ikunu relatati ma’ perijodu ta’ inqas minn tliet xhur fejn il-perijodu jirrappreżenta l-bqija ta’ sena kalendarja.

Artikolu 17

Jekk l-applikazzjoni għal rifużjoni tirrigwarda perijodu ta’ rifużjoni ta’ inqas minn sena kalendarja iżda mhux ta’ inqas minn tliet xhur, l-ammont ta’ VAT li għalih tintalab rifużjoni ma jistax ikun ta’ inqas minn EUR 400 jew l-ekwivalenti f'munita nazzjonali.

Jekk l-applikazzjoni għal rifużjoni tirrigwarda perijodu ta’ rifużjoni ta’ sena kalendarja jew il-bqija ta’ sena kalendarja, l-ammont ta’ VAT ma jistax ikun ta’ inqas minn EUR 50 jew l-ekwivalenti f'munita nazzjonali.

Artikolu 18

1.   L-Istat Membru ta’ stabbiliment m'għandux jibgħat l-applikazzjoni lill-Istat Membru ta’ rifużjoni fejn, waqt il-perijodu ta’ rifużjoni, kwalunkwe ċirkostanza minn dawn li ġejjin tkun tapplika għall-applikant fl-Istat Membru ta’ stabbiliment:

(a)

huwa ma jkunx persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT;

(b)

iwettaq provvisti ta’ merkanzija jew ta’ servizzi li huma eżenti mingħajr xi jedd ta’ deduzzjoni tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti skond l-Artikoli 132, 135, 136, 371, l-Artikoli 374 sa 377, l-Artikolu 378(2)(a), l-Artikolu 379(2) jew l-Artikoli 380 sa 390 tad-Direttiva 2006/112/KE jew dispożizzjonijiet li jipprovdu eżenzjonijiet identiċi li jinsabu fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005;

(ċ)

huwa kopert mill-eżenzjoni għall-intrapriżi żgħar prevista fl-Artikoli 284, 285, 286 u 287 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(d)

huwa kopert mill-iskema ta’ rata fissa komuni għall-bdiewa prevista fl-Artikoli 296 sa 305 tad-Direttiva 2006/112/KE.

2.   L-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jinnotifika b'mezz elettroniku lill-applikant dwar id-deċiżjoni tiegħu magħmula skond il-paragrafu 1.

Artikolu 19

1.   L-Istat Membru ta’ rifużjoni għandu jinnotifika lill-applikant mingħajr dewmien, b'mezz elettroniku, bid-data li fiha tiġi rċevuta l-applikazzjoni.

2.   L-Istat Membru ta’ rifużjoni għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu li japprova jew jirrifjuta l-applikazzjoni għal rifużjoni fi żmien erba’ xhur minn meta din tiġi riċevuta minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 20

1.   Fejn l-Istat Membru ta’ rifużjoni jikkunsidra li huwa m'għandux l-informazzjoni rilevanti kollha sabiex jieħu deċiżjoni fir-rigward ta’ l-applikazzjoni għal rifużjoni sħiħa jew ta’ parti minnha, huwa jista’ jitlob, b'mezz elettroniku, għal informazzjoni addizzjonali, b'mod partikolari mill-applikant jew mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ stabbiliment, fi żmien il-perijodu ta’ erba’ xhur imsemmi fl-Artikolu 19 (2). Fejn l-informazzjoni addizzjonali tintalab minn xi ħadd ieħor minbarra l-applikant jew awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, it-talba għandha ssir biss b'mezz elettroniku jekk dan il-mezz ikun disponibbli għar-riċevitur tat-talba.

Jekk meħtieġ, l-Istat Membru ta’ rifużjoni jista’ jitlob aktar informazzjoni addizzjonali.

L-informazzjoni mitluba skond dan il-paragrafu tista’ tinkludi l-preżentazzjoni ta’ l-oriġinal jew ta’ kopja tal-fattura rilevanti jew dokument rilevanti ta’ importazzjoni fejn l-Istat Membru ta’ rifużjoni jkollu dubbji raġonevoli rigward il-validità jew il-preċiżjoni ta’ talba partikolari. F'dak il-każ, il-limiti msemmijin fl-Artikolu 10 m'għandhomx japplikaw.

2.   L-Istat Membru ta’ rifużjoni għandu jiġi pprovdut bl-informazzjoni addizzjonali mitluba taħt il-paragrafi 1 fi żmien xahar mid-data li fiha t-talba tasal għand il-persuna li lilha tkun indirizzata.

Artikolu 21

Fejn l-Istat Membru ta’ rifużjoni jitlob informazzjoni addizzjonali, huwa għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu li japprova jew jirrifjuta l-applikazzjoni għal rifużjoni fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni mitluba jew, jekk ma jkunx irċieva tweġiba għat-talba tiegħu, fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 20(2). Madankollu, il-perijodu disponibbli għad-deċiżjoni fir-rigward ta’ l-applikazzjoni għal rifużjoni sħiħa jew ta’ parti minnha, għandu dejjem ikun mill-inqas sitt xhur mid-data ta’ riċeviment ta’ l-applikazzjoni minn dak l-Istat Membru.

Fejn l-Istat Membru ta’ rifużjoni jitlob aktar informazzjoni addizzjonali, huwa għandu jinnotifika lill-applikant dwar id-deċiżjoni tiegħu fir-rigward ta’ l-applikazzjoni għal rifużjoni sħiħa jew ta’ parti minnha fi żmien tmien xhur mir-riċeviment ta’ l-applikazzjoni mill-Istat Membru ta’ rifużjoni.

Artikolu 22

1.   Fejn l-applikazzjoni għal rifużjoni tiġi approvata, ir-rifużjoni ta’ l-ammont approvat għandha titħallas mill-Istat Membru ta’ rifużjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem ta’ xogħol mill-iskadenza tat-terminu perentorju msemmi fl-Artikolu 19(2) jew, fejn tkun intalbet informazzjoni addizzjonali, it-termini perentorji msemmijin fl-Artikolu 21.

2.   Ir-rifużjoni għandha titħallas fl-Istat Membru ta’ rifużjoni jew, fuq talba ta’ l-applikant, fi kwalunkwe Stat Membru ieħor. Fil-każ ta’ l-aħħar, kwalunkwe imposta tal-bank għat-trasferiment għandha titnaqqas mill-Istat Membru ta’ rifużjoni mill-ammont li għandu jitħallas lill-applikant.

Artikolu 23

1.   Fejn l-applikazzjoni għal rifużjoni tiġi rrifjutata interament jew parzjalment, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati mill-Istat Membru ta’ rifużjoni lill-applikant flimkien mad-deċiżjoni.

2.   L-appelli dwar deċiżjonijiet ta’ rifjut ta’ applikazzjoni għal rifużjoni jistgħu jsiru mill-applikant lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni fil-forom u fil-limiti ta’ żmien stabbiliti għall- appelli fil-każ ta’ applikazzjonijiet għal rifużjoni minn persuni li huma stabbiliti f'dak l-Istat Membru.

Jekk, taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni, in-nuqqas li tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal rifużjoni fil-limiti ta’ żmien speċifikati f'din id-Direttiva mhux meqjus bħala approvazzjoni jew bħala rifjut, għandha tkun disponibbli għall-applikant, b'mod ugwali, kwalunkwe proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja li hija disponibbli f'dik is-sitwazzjoni lil persuni taxxabbli stabbiliti f'dak l-Istat Membru. Jekk l-ebda tali proċedura mhija disponibbli, in-nuqqas li tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal rifużjoni f'dawn il-limiti ta’ żmien għandu jfisser li l-applikazzjoni hija meqjusa bħala rrifjutata.

Artikolu 24

1.   Fejn rifużjoni tkun inkisbet b'mod frodulenti jew b'xi mod inkorrett ieħor, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni għandha tipproċedi direttament sabiex tirkupra l-ammonti li jkunu tħallsu b'mod żbaljat u kwalunkwe piena u interessi imposti skond il-proċedura applikabbli fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar assistenza reċiproka għall-irkupru tal-VAT.

2.   Fejn tkun ġiet imposta piena amministrattiva jew interessi iżda ma tħallsux, l-Istat Membru ta’ rifużjoni jista’ jissospendi kwalunkwe rifużjoni ulterjuri lill-persuna taxxabbli konċernata sa daqs l-ammont mhux imħallas.

Artikolu 25

L-Istat Membru ta’ rifużjoni għandu jieħu kont ta’ tnaqqis jew żjieda ta’ l-ammont ta’ rifużjoni, kwalunkwe aġġustament li jsir rigward applikazzjoni għal rifużjoni preċedenti skond l-Artikolu 13 jew, fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni separata, fil-forma ta’ pagament jew irkupru separat.

Artikolu 26

Għandhom ikunu dovuti interessi lill-applikant mill-Istat Membru ta’ rifużjoni fuq l-ammont ta’ rifużjoni li jrid jitħallas jekk ir-rifużjoni titħallas wara l-aħħar data ta’ pagament skond l-Artikolu 22(1).

Jekk l-applikant ma jippreżentax l-informazzjoni addizzjonali jew informazzjoni addizzjonali ulterjuri mitluba lill-Istat Membru ta’ rifużjoni fil-limiti ta’ żmien speċifikati, l-ewwel paragrafu m'għandux japplika. Dan m'għandux japplika wkoll sakemm id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati elettronikament skond l-Artikolu 10 jiġu rċevuti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni.

Artikolu 27

1.   L-interessi għandhom jiġu kkalkolati mill-jum wara l-aħħar jum għall-pagament tar-rifużjoni skond l-Artikolu 22(1) sal-jum li fih ir-rifużjoni fil-fatt titħallas.

2.   Ir-rati ta’ l-interessi għandhom ikunu ugwali għar-rata ta’ interessi nazzjonali applikabbli fir-rigward ta’ rifużjonijiet tal-VAT lil persuni taxxabbli stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni taħt il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.

Jekk l-ebda interessi ma jkunu pagabbli taħt il-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ rifużjonijiet lil persuni taxxabbli stabbiliti, l-interessi pagabbli għandhom ikunu ugwali għall-interessi jew l-imposta ekwivalenti li tiġi applikata mill-Istat Membru ta’ rifużjoni fir-rigward ta’ ħlasijiet tard tal-VAT minn persuni taxxabbli.

Artikolu 28

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal rifużjoni preżentati wara l-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Id-Direttiva 79/1072/KEE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta’ Jannar 2010. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tagħha għandhom jibqgħu japplikaw għall-applikazzjonijiet għal rifużjoni preżentati qabel l-1 ta’ Jannar 2010.

Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi magħmula għal din id-Direttiva ħlief għall-applikazzjonijiet għal rifużjoni preżentati qabel l-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 29

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva b'effett mill-1 ta’ Jannar 2010. L-Istati Membri għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 30

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 31

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK


(1)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 122.

(2)  ĠU C 28, 3.2.2006, p. 86.

(3)  ĠU L 331, 27.12.1979, p. 11. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/98/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129).

(4)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2007/75/KE (ĠU L 346, 29.12.2007, p. 13).

(5)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(6)  ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 44/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2007

dwar għajnuna mill-Istat rigward kumpens skond id-digriet dwar id-demel (C 12/1999)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6777)

(Il-verżjonijiet bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(2008/138/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjoni(jiet) ċitata/i hawn fuq (1),

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ l-ittra tat-3 ta’ Lulju 1998, l-awtoritajiet Belġjani nnotifikaw l-għajnuna msemmija hawn fuq skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE

(2)

Permezz ta’ ittra Nru SG-Greffe (1999) D/2211 tas-26 ta’ Marzu 1999, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura formali ta’ investigazzjoni skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE. Sussegwentament il-Belġju esprima kummenti bl-ittra tat-28 ta’ April 1999.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand partijiet interessati. Bagħtithom lill-Belġju b' ittra tat-30 ta’ Ġunju 1999, fejn ingħata opportunità jirreaġixxi. L-awtoritajiet Belġjani bagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri ta’ l-1 ta’ Ġunju 1999, is-27 ta’ Ġunju 2000 u t-23 ta’ Lulju 2001.

(4)

Permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Marzu 2007, il-Belġju informa lill-Kummissjoni li kien ser jirtira l-miżura notifikata. F’din l-ittra l-Belġju kkonferma li l-għajnuna ma kinetx tħallset.

II.   KONKLUŻJONI

(5)

Il-Kummissjoni kienet għadha ma ħaditx kwalunkwe deċiżjoni formali dwar in-notifika in kwistjoni, sad-data ta’ meta rċeviet it-talba ta’ l-irtirar mill-Belġju. F’dawn iċ-ċirkustanzi, taċċetta l-irtirar tan-notifika fl-ambitu ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/99 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2).

(6)

Il-proċedura formali ta’ investigazzjoni għalhekk għandha tingħalaq skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 għaliex issa hija superfluwa.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċedura formali ta’ investigazzjoni dwar għajnuna għall-kumpens skond id-digriet dwar id-demel qiegħda hawnhekk tingħalaq skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Belġju.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 129, 8.5.1999, p.2.

(2)  ĠU L 83, 27.3.1999 p.1.


20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 44/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Settembru 2007

dwar l-għajnuna mill-Istat promozzjoni ta' l-investimenti għar-razzjonalizzazzjoni tal-kultivazzjoni tad-dwieli ta' l-inbid fuq pendili wieqfa fir-Rheinland-Pfalz

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4462)

(Il-verżjoni bil-Ġermaniż biss hija awtentika)

(2008/139/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jagħmlu l-kummenti tagħhom skond l-Artikolu msemmi (1),

Billi:

I.   IL-PROĊESS

(1)

Permezz ta' ittra tat-30 ta’ Settembru 1994 li waslet fis-7 ta’ Ottubru 1994, il-Ġermanja nnotifikat l-għajnuna skond l-Artikolu 93(3) (issa l-Artikolu 88(3)) tat-Trattat tal-KE.

(2)

Permezz ta' l-ittra Nru SG(95) D/4615 tas-7 ta’ April 1995 il-Kummissjoni fetħet il-proċedura formali ta' investigazzjoni skond l-Artikolu 93(3) (issa l-Artikolu 88(3)) tat-Trattat tal-KE (2). Il-Ġermanja għamlet il-kummenti tagħha dwar dan permezz ta' ittri tad-29 ta’ Mejju 1995 u ta’ l-24 ta’ Ġunju 1996. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet terzi interessati. L-awtoritajiet Ġermaniżi kkomunikaw tagħrif addizzjonali lill-Kummissjoni permezz ta' ittra ta’ l-'1 ta’ Ġunju 2007.

(3)

Permezz ta' ittra ta' l-24 ta’ Ġunju 1996, il-Ġermanja għarrfet lll-Kummissjoni li kienet qiegħda tirtira l-miżura nnotifikata. Barra minn hekk, fuq talba tal-Kummissjoni, il-Ġermanja kkonfermat li ma kien sar l-ebda ħlas ta' għajnuna ta' investiment.

II.   KONKLUŻJONI

(4)

Sad-data li fiha rċeviet in-notifika min-naħa tal-Ġermanja, il-Kummissjoni ma kenitx adottat deċiżjoni formali dwar in-notifika kkonċernata. F'dawn iċ-ċirkustanzi, hija tilqa' l-irtirar tan-notifika fis-sens ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (3).

(5)

Għaldaqstant għandu jintemm il-proċess formali ta' investigazzjoni skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, ġaladarba dan issa ma għadx hemm loku.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċess formali ta' investigazzjoni ta' l-Għajnuna - promozzjoni ta' l-investimenti għar-razzjonalizzazzjoni tal-kultivazzjoni tad-dwieli ta' l-inbid fuq pendili wieqfa fir-Rheinland-Pfalz b'dan hija magħluqa skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 169, 5.7.1995, p. 12.

(2)  ĠU C 359, 11.12.1999, p. 27.

(3)  ĠU L 83, 27.3.1999.


20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 44/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2007

dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ l-investiment favur stabbiliment tal-malt (Maltacarrión, SA) ta’ Kastilja u León (C 48/2005)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6897)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2008/140/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ l-ittra ta’ l-1 ta’ Diċembru 2004, l-awtoritajiet Spanjoli nnotifikaw l-għajnuna msemmija skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

(2)

Permezz ta’ l-ittra Nru SG-Greffe (2005) D/207666 tat-22 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura formali ta’ investigazzjoni skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE (1). Sussegwentement, Spanja nnotifikat l-osservazzjonijiet tagħha permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Jannar 2005.

(3)

Permezz ta’ l-ittra ddata t-13 ta’ Marzu 2006, Spanja infurmat lill-Kummissjoni bl-irtirar tal-miżura notifikata. Bi tweġiba għal mistoqsija ġdida tal-Kummissjoni, Spanja kkonfermat, permezz ta’ ittra ddata l-5 ta’ Mejju 2006, li l-ebda għajnuna ma tħallset.

II.   KONKLUŻJONI

(4)

Sad-data li fiha Spanja rċeviet it-talba għall-irtirar, il-Kummissjoni ma kienet għadha ħadet l-ebda deċiżjoni formali dwar in-notifika kkonċernata. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni taċċetta l-irtirar tan-notifika skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2).

(5)

Għaldaqstant, il-proċedura formali ta’ investigazzjoni għandha tingħalaq skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 billi issa din il-proċedura saret superfluwa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, għandha tingħalaq il-proċedura formali ta’ investigazzjoni dwar l-għajnuna għall-promozzjoni ta’ l-investiment fl-istabbiliment tal-malt (Maltacarrión, SA) ta’ Kastilja u León.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Ma ġietx ippubblikata minħabba li l-awtoritajiet Spanjoli nnotifikaw l-irtirar tal-miżura qabel il-pubblikazzjoni tagħha.

(2)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.


20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 44/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Settembru 2007

dwar il-miżuri C 47/2003 (ex NN 49/2003) implementati fi Spanja għal Izar

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4298)

(It-test fil-lingwa Spanjola biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/141/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Tratta li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   IL-PROĊEDURA

(1)

F’Marzu tas-sena 2000, il-Kummissjoni saret taf li ngħataw tliet garanzija ta’ kunsinna mill-kumpanija pubblika Spanjola Sociedad Estatal de Participaciones Industriales (“SEPI”) lil Repsol/Gas Natural (“Repsol”) f’rabta mal-bini u l-kunsinna ta’ tliet LNG tankers li ngħataw b’kuntratt lil żewġ tarzni pubbliċi li dak iż-żmien kienu ta’ Astilleros Españoles (“AESA”), u li sussegwentement kienu trasferiti lill-grupp Izar. AESA u Izar kienu l-proprjetà assoluta ta’ SEPI.

(2)

Permezz ta’ l-ittra tad-9 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni nnotifikat lil Spanja bid-deċiżjoni tagħha biex tibda l-proċeduri skond l-Artikolu 88(2) dwar il-miżuri mhux notifikati.

(3)

Permezz ta’ l-ittri tal-5 ta’ Awissu 2003 u tat-22 ta’ Ottubru 2003, l-awtoritajiet Spanjoli ssottomettew il-kummenti tagħhom għall-ittra tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti minn parti waħda interessata (Repsol) f’Ottubru 2003 u fi Frar 2004. Il-Kummissjoni bagħtithom lil Spanja, li kellha l-opportunità li tagħti r-reazzjoni tagħha. Il-kummenti ta’ Spanja waslu pemezz ta’ l-ittri tat-12 ta’ Jannar 2004 u ta’ l-10 ta’ Mejju 2004, rispettivament.

(4)

Fil-kuntest ta’ żewġ deċiżjonijiet dwar għajnuna mill-Istat mhux marbuta mal-proċedura preżenti (2), adottati matul l-2004 (jiġifieri wara l-investigazzjoni formali dwar il-garanziji minn LNG tanker), il-Kummissjoni sabet li l-għajnuna mill-Istat ta’ EUR 864 miljun mogħtija lil Izar minn Spanja ma kenitx kompatibbli mat-Trattat, u ordnat li jsir l-irkupru tagħha.

(5)

Permezz ta’ l-ittra tal-5 ta’ Awissu 2004, Spanja invokat l-Artikolu 296 tat-Trattat (3) bil-għan li teħles lill-attività militari tal-bini tal-vapuri minn falliment previst ta’ Izar, b’konsegwenza ta’ ordni ta’ rkupru. F’korrispondenza sussegwenti, l-awtoritajiet Spanjoli spjegaw ukoll lill-Kummissjoni kif tkun tista’ tiffunzjona il-kumpanija militari ġdida tal-bini tal-vapuri li qabel kienet magħrufa bħala Bazán (“Navantia”), iddeskrivew l-impenji tagħhom relatati mat-tħassib dwar il-kompetizzjoni, u pproponiet metodoloġija għas-segwitu ta’ dawn l-impenji.

(6)

Fil-frattemp, l-ordnijiet pendenti ta’ l-irkupru ta’ Izar, li kienu jammontaw għal EUR 1,2 biljun (4) wasslu lill-kumpanija għal sitwazzjoni li kellha valur nett negattiv, u falliment finanzjarju tekniku. Minħabba dan, fl-1 ta’ April 2005, Spanja illikwidat it-tarzni ċivili li kien għad kellha Izar (jiġifieri, it-tarzni li kienu barra mill-parametri tal-kumpanija l-ġdida Navatia: Gijón, Sestao, Manises and Seville), u nediet proċedura ta’ privatizzazzjoni għal dawk it-tarzni.

II.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA

(7)

Fl-1999, Repsol tat kuntratt kull wieħed lil tliet sidien tal-vapuri għal chartering ta’ LNG tanker, flimkien ma’ l-għażla għal tanker żejjed kull wieħed, skond ftehim fit-tul ta’ charter.

(8)

Sussegwentement, seħħew negozjati biex jinbnew tliet LNG tankers bejn is-sidien tal-vapuri l-bennejja tal-vapuri, li kienu jinkludu lit-tarzni tal-Korea. Fil-31 ta’ Lulju 2000, żewġ tarzni pubbliċi Spanjoli li kienu għadhom kemm ġew trasferiti minn AESA għal Izar (5) ingħataw tliet kuntratti għall-bini ta’ LNG tankers u ġew iffirmati l-kuntratti finali għall-bini tal-vapuri.

(9)

Fl-istess jum, AESA iffirmat klawżola addizzjonali għal kull kuntratt ta’ bini tal-vapuri li bih ikkommettiet li tgħabbi lil Repsol bl-ispejjeż kollha jekk il-vapuri ma jitlestewx skond it-termini kuntrattwali għal raġunijiet li għalihom it-tarzni jistgħu jinżammu responsabbli.

(10)

Fl-istess jum (il-31 ta’ Lulju 2000), SEPI tat lil Repsol garanziji ta’ kunsinna għal kull wieħed mit-tliet kuntratt għal bini ta’ vapuri, li kienu jkopru l-istess danni u ħsarat li għalihom AESA żammet lil Repsol finanzjarjament responsabbli (6). It-telf finanzjarju kien iffissat għal massimu ta’ madwar EUR 180 miljun għal kull vapur, jiġifieri għal total medju massimu ta’ madwar EUR 540 million. Il-garanziji ngħataw għall-perjodu li jibda mill-31 ta’ Lulju 2000 sa tmiem il-perjodu li jintemm 12-il xahar wara li jitlesta kull vapur (7).

III.   RAĠUNIJIET BIEX TINBEDA L-PROĊEDURA

(11)

Fid-deċiżjoni tagħha tad-9 ta’ Lulju biex tinbeda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni (“id-deċiżjoni inizjali”), il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tliet miżuri ta’ għajnuna jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, u kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tagħhom mas-suq komuni. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-benefiċjarji ta’ l-għajnuna kienu t-tarzni, iżda ma eskludietx il-possibbiltà li Repsol setgħet ibbenefikat ukoll mill-għajnuna, u ddeċidiet li l-proċedura ta’ l-Artikolu 88(2) għandu jinkludi lil Repsol, sabiex tippermetti li ssir sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tneħħi dawn id-dubji.

IV.   IL-KUMMENTI RĊEVUTI WARA L-BIDU TAL-PROĊEDURI FORMALI

(12)

Fil-kummenti tagħha, Repsol insistet fuq id-distinzjoni li għandha ssir bejn il-pożizzjoni tagħha bħala benefijarju kuntrattwali tal-garanziji, u kull benefiċċju allegat li jkun ġej minn għajnuna mill-Istat. Skond Repsol:

Il-garanziji minn SEPI koprew il-benefiċċji li għalihom Repsol kienet intitolata skond il-liġi ċivili u kummerċjali Spanjola. Il-garanziji kienu jikkorrispondu mal-pożizzjoni tal-kreditur ta’ Repsol vis-à-vis s-sidien tal-vapuri, Izar u t-tarzni. Repsol ma kellha tħallas l-ebda primjum għall-garanziji, minħabba li mhux il-prattika tas-suq li l-kumpaniji li jiksbu s-sigurtà fir-rigward ta’ l-obbligi kuntattwali għandhom iħallsu għal din is-sigurtà.

Minbarra dan, il-garanziji ma kienu jipprovdu lil Repso b’ebda vantaġġ ekonomiku fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 67(1) tat-Trattat. B’mod simili għall-garanziji li kienu rċevuti mill-kumpaniji “parent” tas-sidien tal-vapuri, il-kontrogaranziji ta’ SEPI assiguraw biss li t-termini kuntrattwali tal-kuntratti taċ-chartering tal-vapuri u l-kuntratti tal-bini tal-vapuri kellhom jiġu osservati, b’hekk ikunu qed jgħinu lil Repsol biex ikunu konformi mal-kuntratti ta’ trasportazzjoni ta’ LNG li kienu ffirmati ma’ partijiet oħra.

Repsol kienet teħtieġ garanziji addizzjonali ma’ dawk mogħtija lil Izar irrispettivament minn jekk kinux minn SEPI jew minn xi entità oħra. Dawn il-garanziji huma rekwiżit skond il-prattika tas-suq, minħabba d-daqs u r-riskji ta’ l-investimenti u ta’ l-impenji kummerċjali kkonċernati.

(13)

Is-sottomissjoni minn Spanja qablet ma’ l-argumenti li ssemmew fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ Repsol. L-awtoritajiet Spanjoli għalhekk ikkonkludew li Repsol ma setgħetx tkun ikkunsidrata bħala benefiċjarju ta’ l-għajnuna.

V.   VALUTAZZJONI

Il-pożizzjoni ta’ Repsol bħala benefiċjarju potenzjali ta’ l-għajnuna

(14)

Wieħed mill-għanijiet tad-deċiżjoni inizjali kien biex jidentifikaw il-benefiċjarji ta’ kwalunkwe għajnuna mill-Istat u kienet tinvolvi l-garanziji ta’ kunsinna mogħtija minn SEPI.

(15)

Il-Kummissjoni tinnota li, skond il-liġi ċivili, il-fornitur ta’ oġġett jew servizz hu responsabbli għat-twettiq tal-kuntratt li jkun iffirma x-xerrej. Din ir-responsabbiltà tkopri kemm il-kwalità tal-prodott u ż-żmien miftiehem biex dan jiġi fornut. Għalhekk, jekk ma jkunx irrispettat ftehim kuntrattwali u b’riżultat ta’ dan ix-xerrej isofri telf jew dannu, dan ta’ l-aħħar jista’ jitlob għal kumpens. Fil-każ mistħarreġ, dan il-kumpens kellu jinġarr mit-tarzna jew mill-kumpanija paterna Izar.

(16)

Minħabba dan, jidher li Repsol, li kienet kriet il-vapuri prodotti minn (tarzni li huma l-proprjetà ta’) Izar, kienet f’pożizzjoni ta’ kreditu vis-à-vis is-sidien tal-vapuri u Izar. Għalhekk, ma tistax tinżamm responsabbli taħt il-kuntratti tal-bini tal-vapuri, inkluża l-klawżola addizzjonali miżjuda magħhom.

(17)

Meta jkun ikkunsidrat dan ta hawn fuq, u skond il-kummenti ta’ Repsol u ta’ Spanja, il-Kummissjoni tikkonkludi li Repsol ma tistax tkun ikkunsidrata bħala benefiċjarju ta’ l-għajnuna, minħabba li ma kisbet l-ebda benefiċċju li għalih ma setgħetx kienet intitolata fuq il-bażi tal-liġi ġenerali ċivili jew kummerċjali.

Konklużjoni

(18)

Il-Kummissjoni tikkonsidra li l-likwidazzjoni volontarja ta’ l-assi ta’ Izar kienet miżura xierqa għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni minn Spanja għat-tliet deċiżjonijiet pendenti ta’ rkupru. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-impenji u l-azzjonijiet li ttieħdu minn Spanja kienu biżżejjed biex ma jħallux li tkun imfixkla l-kompetizzjoni.

(19)

Il-Kummissjoni hi wkoll ta’ l-opinjoni li l-proċedura għall-offerta tal-bejgħ ta’ l-erba’ tarzni ċivili saret minn Spanja b’manjiera sodisfaċenti, permezz ta’ proċedura miftuħa, trasparenti u bla kundizzjonijiet. B’mod partikolari, fit-3 ta’ Novembru 2006 il-Kunsill tal-Ministri Spanjol awtorizza l-bejgħ tat-tarzni ta’ Sestao, Gijón u Seville lill-appaltaturi li rebħu l-offerta. Il-kuntratti ta’ privatizzazzjoni ġew iffirmati fit-30 ta’ Novembru 2006. Fir-rigward tat-tarzna li fadal (Manises), ġie konkluż li l-għażla li mmassimizzat il-valur tal-likwidazzjoni kienet tikkonsisti filli tingħalaq it-tarzna, u li l-assi jkunu trasferiti lil SEPI.

(20)

B’riżultat tal-likwidazzjoni u l-bejgħ ta’ Izar, il-kumpanija waqqfet l-attivita’ ekonomika kollha b’mod definittiv. L-unika raġuni għaliex għadha teżisti Izar hi sabiex tkun tista’ twettaq il-kompiti relatati mat-twaqqif ta’ l-attivitajiet tagħha, partikolarment it-terminazzjoni tal-kuntratti ta’ l-impjegati. Ladarba jkunu mitmuma dawn il-kompiti, Izar tkun illikwidata. Dawn l-attivitajiet mhumiex tat-tip li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni pprovduti fit-Trattat. Konsegwentement, anke jekk wieħed jassumi li l-miżuri kkonċernati kienu jfissru li Izar ħadet benefiċċju u kienu ta’ tfixkil għall-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tikkonsidra li dan it-tfixkil waqaf fil-mument li Izar waqqfet l-attivitajiet ekonomiċi u għalqet it-tarzni. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-miżuri bħala għajnuna u dwar il-kompatibbiltà tagħhom ma jista' jkollha l-ebda effett prattiku.

(21)

Konsegwentement, l-investigazzjoni formali li nbdiet skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat ma fadlilha l-ebda skop.

VI.   KONKLUŻJONI

(22)

Fuq il-bażi tal-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li Repsol ma tistax tkun ikkunsidrat bħal benefiċjarja ta’ l-għajnuna disputata, u li l-proċedura kontra t-tarzni ta’ Izar ma fadlilha l-ebda skop,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċedura formali ta’ investigazzjoni skond l-Artikolu 88 (2) tat-Trattat hi magħluqa.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Spanja.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 209, 4.7.2003, p. 24.

(2)  Il-Kawżi C 38/2003 u C 40/2000.

(3)  Dan l-Artikolu jippermetti lil Stat Membru li “jieħu dawk il-miżuri li jikkonsidra li huma neċessarji għall-protezzjoni ta’ l-interessi essenzjali għas-sigurtà tiegħu li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni ta’ l-armi, munizzjon jew materjal tal-gwerra jew tal-kummerċ tagħhom”.

(4)  Flimkien maż-żewġ deċiżjonijiet ta’ l-2004, deċiżjoni aktar antika ta’ l-1999 (Kawża C 3/99) kienet titlob ukoll mingħand Izar l-irkupru ta’ EUR 111 miljun.

(5)  Fl-20 ta’ Lulju 2000, AESA biegħet lil Izar iż-żewġ tarzni li kienu responsabbli għall-bini ta’ LNG tankers. Permezz ta’ l-ittra tat-13 ta’ Frar 2003, l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li Izar kienet ħadet ir-responsabbiltà għall-impenji ta’ AESA f’rabta mal-kuntratti tal-bini tal-vapuri

(6)  Skond it-termini ta’ garanzija, SEPI għandha tagħti garanzija lil Repsol għall-ispejjeż diretti u indiretti u għal kull telf sussegwenti li Repsol jista’ jkollha jekk il-vapuri ma jitlestewx skond it-termini tal-kuntratt għal raġunijiet li għalihom Izar tista’ tinżamm responsabbli.

(7)  Skond il-kuntratt għall-bini tal-vapuri, il-vapuri kellhom jitlestew fil-15 ta’ Settembru 2003, fil-15 ta’ Diċembru 2003 u fil-15 ta’ Marzu 2004, rispettivament.


20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 44/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 Settembru 2007

dwar il-Każ ta’ Għajnuna mill-Istat C 32/2006 (ex N 179/2006) implimentat mill-Polonja għal Huta Cynku Miasteczko Śląskie SA

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4310)

(Il-verżjoni Pollakka biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/142/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom (1) skond id-dispożizzjonijiet ikkwotati fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2006, il-Polonja nnotifikat għajnuna għar-ristrutturar għal Huta Cynku Miasteczko Śląskie SA (minn hawn ‘il quddiem “HCM”). Din in-notifika saret wara deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma qajmet l-ebda oġġezzjoni rigward l-għajnuna għas-salvataġġ għall-HCM f’forma ta’ garanzija għal self fl-ammont ta’ PLN 11,8 miljun (EUR 3,12 miljun (2).

(2)

Fid-19 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedura ta’ l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE rigward l-għajnuna nnotifikata minħabba dubji dwar il-kompatibbiltà tagħhom mas-suq komuni. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Awissu 2006 (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw kummenti dwar il-miżuri. Ma kienu ppreżentati l-ebda kummenti bħal dawn minn partijiet terzi.

(3)

Fit-18 ta’ Settembru 2006, il-Polonja ppreżentat tweġiba mhux sħiħa dwar il-bidu tal-proċedura. Bl-ittra tat-23 ta’ Mejju 2007, il-Polonja informat lill-Kummissjoni bl-irtirar tan-notifika.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

1.   Il-benefiċjarju ta’ l-għajnuna

(4)

L-HCM hija kumpannija ta’ l-istat maħluqa fl-1966. Hija attiva fis-suq tal-produzzjoni u l-ipproċessar metallurġiku ta’ metalli li mhumiex ħadid (produzzjoni ta’ żingu u ċomb). Il-kumpannija għandha 51 % sehem mis-suq tas-suq Pollakk ta’ żingu rraffinat fl-2004 u 3 % ma’ l-Ewropa kollha. Hija għandha madwar 1 100 impjegat u hija bbażata f’reġjun eliġibbli għall-għajnuna skond l-Artikolu 87(3) (a) tat-Trattat KE.

2.   Il-miżuri ta’ l-għajnuna

(5)

L-awtoritajiet Pollakki nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-Agencja Rozwoju Przemysłu SA (Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali SA, minn hawn ’il quddiem “ARP”) kellha l-intenzjoni li tipprovdi self għal perijodu ta’ ħames snin fl-ammont ta’ PLN 21,8 miljun (EUR 5,76 miljun). Ir-rimborż tiegħu kien ippjanat li jibda sena wara d-data ta’ l-għoti. Kellu jkun ibbażat fuq rata ta’ imgħax varjabbli ugwali għar-rata ta’ referenza tal-Kummissjoni. Kellhom jintefqu PLN 10 miljun (EUR 2,64 miljun) fuq investiment marbut mar-ristrutturar teknoloġiku. Il-kumplament, PLN 11,8 miljun (EUR 3,11 miljun) kellu jiffinanzja r-rimborż ta’ għajnuna għas-salvataġġ, jiġifieri l-kreditu li għalih l-ARP ipprovdiet garanzija.

(6)

Il-Polonja infurmat ukoll lill-Kummissjoni bil-ftehim ta’ kompożizzjoni li għandu jkun iffirmat mal-kredituri li jippermetti lill-kumpannija li terġa’ takkwista l-likwidità tagħha. Għal dan il-għan, il-kredituri li kellhom riċevibbli mingħand l-HCM għall-ammont ta’ PLN 65,3 miljun (EUR 15,9 miljun) kienu diviżi skond it-tifsira ta’ l-ammonti dovuti u t-titoli tagħhom. Il-ftehim ta’ kompożizzjoni essenzjalment jipprevedi d-differiment tad-dejn privat u pubbliku għal fuq bosta snin. Għal dan il-għan, ġew iffurmati bosta gruppi skond it-titoli. Id-dejn huwa differit għal ċertu perijodu ta’ żmien skond il-grupp.

3.   Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura

(7)

Is-self kien innotifikat mill-awtoritajiet Pollakki bħala għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

(8)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedura skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE għaliex hija kellha dubji dwar jekk kinux sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha biex tkun approvata għajnuna għar-ristrutturar stabbiliti fil-Linji gwida Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (4) (minn hawn ‘il quddiem “il-Linji gwida”) applikabbli dak iż-żmien, u b’mod partikolari li:

(a)

il-pjan ta’ ristrutturar iwassal għar-restawr ta’ vijabbiltà għal perjodu fit-tul tal-benefiċjarju, minħabba li r-ristrutturar kien jikkonċerna l-aktar ir-ristrutturar finanzjarju u kien ibbażat primarjament fuq ftehim ta’ kompożizzjoni li ma kienx iffirmat fid-data tal-ftuħ tal-proċeduri. Barra minn hekk il-problema tad-dipendenza qawwija tar-riżultati finanzjarji tal-kumpannija fuq il-varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju ma kinux iffaċċjati biżżejjed;

(b)

il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju stess biex ikunu koperti l-ispejjeż tar-ristrutturar kienet sinifikanti;

(ċ)

il-miżuri kompensatorji kienu suffiċjenti għaliex kienu jikkonsistu f’nuqqas tal-kapaċità tal-produzzjoni biss b’0,7 %.

(9)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk il-ftehim ta’ kompożizzjoni kienx jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat.

III.   KUMMENTI MILL-POLONJA

(10)

L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li l-HCM wara l-bidu, ikkonkludiet b’suċċess il-ftehim ta’ kompożizzjoni.

(11)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li l-kumpannija sadanittant qed tagħmel profitt (hija kellha profitt nett ta’ PLN 10,3 miljun (madwar EUR 2,72 miljun) għall-ewwel nofs ta’ l-2006); il-likwidità tagħha kienet tjiebet; u hija kapaċi li ġġib finanzjament fis-suq. Għalhekk, minħabba li l-benefiċċju mis-self iggarantit ma kienx aktar vantaġġ għall-kumpannija, il-Polonja rtirat in-notifika tal-miżura msemmija fil-premessa (6). Barra minn hekk, il-kreditu li għalih kienet ipprovduta l-garanzija ta’ l-Istat bħala għajnuna għas-salvataġġ kien rimborżat u għalhekk il-garanzija tal-kreditu pprovduta bħala għajnuna għas-salvataġġ saret mingħajr skop.

IV.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

(12)

Skond l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat (5), l-Istati Membri jistgħu jirtiraw in-notifika wara l-ftuħ ta’ proċedura formali ta’ investigazzjoni fil-ħin qabel il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni dwar l-għajnuna. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tagħlaq dik il-proċedura b’deċiżjoni mingħajr valutazzjoni.

(13)

Il-Polonja rtirat in-notifika tal-miżura ta’ l-għajnuna mill-Istat deskritta fil-premessa (6). Madankollu, sabiex tkun tista’ ttemm il-proċedura skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-ftehim ta’ kompożizzjoni msemmi fil-premessa (6) jinvolvix elementi ta’ għajnuna mill-Istat.

(14)

Il-Kummissjoni tista’ fil-fatt tikkonkludi li l-ftehim ta’ kompożizzjoni ma jikkostitwix għajnuna ta’ l-Istat, għaliex jgħaddi t-test tal-kreditur privat, għaliex huwa jikkonsisti f’differiment ta’ dejn, li huwa vantaġġjuż għall-kredituri meta mqabbel mal-likwidazzjoni (6). Hija każistika stabbilita li kreditur pubbliku jibbilanċja l-vantaġġ inerenti fl-akkwist tas-somma offruta skond il-pjan ta’ ristrutturar u s-somma li jkunu jistgħu jirkupraw permezz tal-likwidazzjoni tad-ditta; ma jeżisti l-ebda vantaġġ u għalhekk l-ebda għajnuna mill-Istat fejn ir-ristrutturar jagħti riżultati aħjar mil-likwidazzjoni. Il-Polonja ppreżentat studju li anke jekk jiġi preżunt li d-differiment jirriżulta f’telf ta’ fondi jekk ikkalkulat skond il-valur nett preżenti,, dan xorta jpoġġi lill-kredituri pubbliċi f’pożizzjoni aħjar mil-likwidazzjoni. Bħala konsegwenza tal-ftehim ta’ kompożizzjoni, il-kredituri jkunu jistgħu jirkupraw 75,7 % tat-talbiet tagħhom bħala medja u dawk l-inqas privileġġati jakkwistaw 72,9 %, li xorta huwa ogħla mir-rikavat potenzjali mil-likwidazzjoni stmat fl-istudju bħala 64,8 %. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tara l-ebda bażi li tindika trattament ta’ detriment tal-kredituri pubbliċi vis-à-vis dawk privati minħabba li kredituri fl-istess livell kienu trattati l-istess.

(15)

In-notifika tal-pjan ta’ ristrutturar ippermettiet il-kontinwazzjoni ta’ l-għajnuna għas-salvataġġ lil hinn mis-sitt xhur. Il-Polonja madankollu aktar tard irtirat din in-notifika. Il-Punt 26 tal-Linji gwida jiddikjara biċ-ċar li n-notifika ta’ pjan ta’ ristrutturar hija kondizzjoni sine qua non għal estensjoni ta’ l-għajnuna għas-salvataġġ. Għalhekk, jekk pjan għar-ristrutturar innotifikat aktar tard ikun irtirat, il-prolongazzjoni ta’ l-estensjoni għall-għajnuna għar-ristrutturar għandha titwaqqaf (7). Din il-kondizzjoni hawnhekk kienet rispettata għaliex il-kreditu li l-garanzija ta’ l-Istat kienet qed tiżgura kien tħallas lura.

V.   KONKLUŻJONI

(16)

Il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE rigward il-miżuri ta’ għajnuna nnotifikati, billi tinnota li l-Polonja rtirat in-notifika u ma tatx xi għajnuna ta’ l-Istat li hija illegali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura li l-Polonja kienet qed tippjana li timplimenta għall-HCM, fil-forma ta’ self fl-ammont ta’ PLN 21,8 miljun (madwar EUR 5,76 miljun) kienet irtirata wara li l-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Rigward din il-miżura, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali saret mingħajr skop.

Artikolu 2

Rigward il-ftehim ta’ kompożizzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa ma jikkostitwix għajnuna ta’ l-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 207, 30.08.2006, p. 5.

(2)  L-ammonti kollha ppreżentati mill-awtoritajiet Pollakki fiz-Zloti Pollakk (PLN) kienu kkonvertiti f’Euro (EUR) billi ntużat ir-rata tal-kambju tat-22 ta’ Ġunju 2007 ta’ 1 EUR = 3,7865 PLN.

(3)  Ara nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.

(4)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(5)  ĠU L 83 tas-27.3.1999, p.1.

(6)  ara l-Każ C-342/96 Spanja v Kummissjoni, paragrafu 46, il-Każ C-256/97 DMT, paragrafu 24, il-Każ T-152/99 Hamsa, paragrafu 168.

(7)  C (2007) 1405 finali disponibbli athttp://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/register/ii/by_case_nr_c2005_0030.html#32