ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
13 ta' Frar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 122/2008 tat-12 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2008 tat-12 ta’ Frar 2008 li jemenda u jikkoreġi l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2008 tat-12 ta' Frar 2008 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1535/2003 f'dak li jirrigwarda l-perjodi ta' kunsinja tal-lanġas għas-sena tas-suq 2007/2008

8

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/105/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 421)  ( 1 )

9

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/106/PESK tat-12 ta’ Frar 2008 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tal-Moldova

15

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/107/PESK tat-12 ta’ Frar 2008 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

19

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/108/PESK tat-12 ta’ Frar 2008 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani

22

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/109/PESK tat-12 ta’ Frar 2008 dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

26

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/110/PESK tat-12 ta’ Frar 2008 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-Sudan

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

13.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 122/2008

tat-12 ta’ Frar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

143,2

MA

47,0

MK

36,8

TN

129,8

TR

95,1

ZZ

90,4

0707 00 05

EG

267,4

JO

202,1

MA

175,9

TR

154,9

ZZ

200,1

0709 90 70

MA

46,3

TR

117,3

ZZ

81,8

0709 90 80

EG

349,4

ZZ

349,4

0805 10 20

EG

48,1

IL

55,1

MA

60,6

TN

48,6

TR

63,5

ZZ

55,2

0805 20 10

IL

106,6

MA

107,7

TR

72,2

ZZ

95,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

41,9

EG

80,8

IL

68,0

JM

97,3

MA

131,7

PK

58,6

TR

73,9

ZZ

78,9

0805 50 10

EG

69,9

IL

130,0

MA

81,4

TR

112,6

ZZ

98,5

0808 10 80

CA

87,7

CN

93,1

MK

41,4

US

113,3

ZZ

83,9

0808 20 50

CN

51,2

US

119,4

ZA

102,3

ZZ

91,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


13.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 123/2008

tat-12 ta’ Frar 2008

li jemenda u jikkoreġi l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel

IL-KUMMISSJONI TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, il-listi limitattivi tas-sustanzi u prodotti referuti fil-paragrafu 3(c) u (d) ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu stabbiliti fit-Taqsimiet A u B ta’ l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament. Il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ dawn l-ingredjenti u sustanzi jistagħu jiġu speċifikati.

(2)

Minbarra l-inklużjoni fil-lista ta’ sustanzi użati fl-ipproċessar ta’ prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jkollhom ingredjenti li joriġinaw mill-annimali permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2006 ta’ l-24 ta’ Mejju 2006 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (2), in-nitrit tas-sodju u n-nitrat tal-potassju bħala addittivi kellhom jerġgħu jiġu eżaminati sal-31 ta’ Diċembru 2007, bl-għan li l-użu tagħhom jiġi limitat jew eliminat. Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2007 (3), bord ta’ esperti indipendenti (minn hawn ‘il quddiem, “il-bord”) irrakkomanda li fi żmien raġonevoli, in-nitrit tas-sodju u n-nitrat tal-potassju jiġu eliminati mill-prodotti tal-laħam organiċi. Il-bord irrakkomanda wkoll li biex jitneħħew dawn is-sustanzi, ikun meħtieġ it-teħid ta’ ċerti prekawzjonijiet. Għaldaqstant, l-użu tan-nitrit tas-sodju u tan-nitrat tal-potassju għandu jibqa’ permess sal-31 ta’ Diċembru 2010, biex ikun hemm żmien biżżejjed għall-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet tat-tneħħija tagħhom. Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra kemm l-Istati Membri jkun irnexxielhom isibu alternattivi sikuri għan-nitriti/nitrati, u l-progress li jkunu kisbu fit-twaqqif ta’ programmi edukattivi dwar l-ipproċessar alternattiv.

(3)

Mill-1 ta’ Diċembru 2007, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 780/2006, id-dijossidu tal-kubrit (sulphur dioxide) u l-metabisulfit tal-potassju (potassium metabisulphite) ser ikunu jistgħu jintużaw fl-ipproċessar ta’ l-inbejjed tal-frott, li jsiru minn frott ieħor li mhux għeneb, kif ukoll fl-ipproċessar tas-sidru, perry u mead. Skond il-bord imsemmi hawn fuq, sakemm jinstabu sustanzi jew teknoloġiji alternattivi, l-użu tagħhom għandu jibqa' permess. Il-Kummissjoni tipproponi li dan il-parir jiġi segwit. Peress li huwa mistenni li tiġi ppubblikata dejta ġdida li tinkiseb mir-riċerka, sal-31 ta’ Diċembru 2010 għandu jerġa’ jiġi eżaminat l-użu tad-dijossidu tal-kubrit u l-metabisulfit tal-potassju fi prodotti organiċi.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li ċerti sustanzi li jgħinu l-ipproċessar ta’ l-ikel (talc, bentonite, u kaolin) elenkati ma jkunx fihom sustanzi li mhux awtorizzati, il-bord issuġġerixxa li dawn għandhom jintużaw biss meta jissodisfaw l-istandards ta’ purità speċifikati għal dawn l-addittivi ta’ l-ikel fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(5)

Waqt il-proċess ta’ manifattura tal-ġobon tal-ħalib qares, il-karbonat tas-sodju E 500 jiġi miżjud mal-ħalib pasturizzat biex jillimita l-aċidità kkawżata mill-aċidu lattiku għal valur pH xieraq, u b’hekk jinħolqu l-kondizzjonijiet ta’ tkabbir meħtieġa għall-maturazzjoni. Skond il-bord, l-użu tal-karbonat tas-sodju għall-ipproċessar tal-ġobon tal-ħalib qares organiku għandu, għalhekk, jiġi permess. Il-Kummissjoni tipproponi li dan il-parir jiġi segwit.

(6)

Skond il-bord, biex wieħed ikun jista’ jissostitwixxi, wara perjodu ta’ żmien definit, il-ġelatina mmanifatturata mill-ġilda jew għadam ta’ annimali mhux organiċi b'ġelatina mmanifatturata mill-ġilda tal-majjal organika bħala ingredjent fi prodotti organiċi, għandhom jiġu miżjuda mal-lista għadd ta’ sustanzi li jgħinu l-ipproċessar ta’ l-ikel. Il-Kummissjoni tipproponi li dan il-parir jiġi segwit.

(7)

Jidher li għandu jintuża l-aċidu idrokloriku bħala sustanza li tgħin fil-proċess biex waqt il-produzzjoni ta’ ċertu ġobon tal-qoxra iebsa partikolari (ġobon Gouda, Edam u Maasadammer, Boerenkaas, Friese, u Leidse Nagelkaas) jirregola l-pH tal-banju tas-salmura mingħajr ma jikkawża rwejjaħ ħżiena. Madankollu, sal-31 ta’ Diċembru 2010, l-użu ta’ l-aċidu idrokloriku fil-produzzjoni ta’ dan il-ġobon tal-qoxra iebsa partikolari għandu jerġa’ jiġi evalwat.

(8)

L-Anness VI tar-Regolament (KEE) 2092/91, kif emendat mir-Regolament (KE) 780/2006, jippermetti l-użu ta’ l-addittiv ta’ l-ikel E 160b (Annatto, Bixin, u Norbixin) fiċ-“Cheddar Skoċċiż.” Peress li dan ma huwiex terminu ġeneriku għaċ-Cheddar ikkulurit, ir-reġistrazzjoni fl-Anness VI għandha tiġi mmodifikata biex tkopri l-ġobon Cheddar kollu. Għalhekk, l-użu ta’ Annatto, Bixin, Norbixin, E 160b, għandu jkun permess għall-ġobon Cheddar kollu.

(9)

Ir-reġistrazzjoni tal-“Preparazzjonijiet ta’ mikro organiżmi u enżimi” fl-Anness VI, it-Taqsima B tar-Regolament (KEE) 2092/91, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 780/2006, tniżżlet bi żball fin-nota tal-qiegħ. Din ir-reġistrazzjoni għandha tiġi mitbugħa f’tipa normali u miżjuda bħala reġistrazzjoni separata. Għalhekk, l-Anness VI għandu jiġi kkoreġut f'dan is-sens, b'effett mid-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 780/2006.

(10)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-15 ta’ Frar 2008.

Madankollu, il-punt (3)(f) ta’ l-Anness għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1517/2007 (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 13).

(2)  ĠU L 137, 25.5.2006, p. 9.

(3)  Konklużjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti Indipendenti dwar “Addittivi ta’ l-Ikel u Sustanzi li Jgħinu l-Ipproċessar ta’ l-Ikel permessi fl-ipproċessar ta’ Ikel organiku li joriġina mill-Pjanti u l-Annimali” http://ec.europa.eu/agriculture/qual/organic/foodadd/expert/05072007.pdf


ANNESS

L-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-raba' paragrafu ta’ taħt l-intestatura “PRINĊIPJI ĠENERALI” huwa mibdul b'li ġej:

“L-użu ta’ dawn is-sustanzi għandu jerġa’ jiġi eżaminat sal-31 ta’ Diċembru 2010:

In-nitrit tas-sodju u n-nitrat tal-potassju fis-Sub-taqsima A.1, bl-għan li dawn l-addittivi jiġu eliminati;

Id-dijossidu tal-kubrit u l-metabisulfit tal-potassju fis-Sub-taqsima A.1;

L-aċidu idrokloriku fis-Sub-taqsima B għall-ipproċessar tal-ġobon Gouda, Edam u Maasdammer, Boerenkaas, Friese u Leidse Nagelkaas.

L-eżaminazzjoni mill-ġdid msemmija fl-ewwel inċiż għandha tqis l-isforzi li saru mill-Istati Membri biex isibu alternattivi sikuri għan-nitriti/nitrati u biex jistabbilixxu programmi edukattivi dwar l-ipproċessar alternattiv u iġjene għall-proċessuri/manifatturi tal-laħam organiku.”

(2)

It-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(a)

Fis-subtaqsima A.1, ir-reġistrazzjoni ta’ l-E 160b tinbidel għal kif ġej:

Kodiċi

Isem

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-pjanti

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

Kondizzjonijiet speċifiċi

“E 160b

Annatto, Bixin, Norbixin

 

X

Ġobon Red Leicester

Ġobon Double Gloucester

Cheddar

Ġobon Mimolette

(b)

Fis-subtaqsima A.1, ir-reġistrazzjoni ta’ l-E 500 tinbidel għal kif ġej:

Kodiċi

Isem

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-pjanti

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

Kondizzjonijiet speċifiċi

“E 500

Karbonati tas-sodju

X

X

Dulce de leche (*) Krema tal-butir qarsa u ġobon tal-ħalib qares (1)

(3)

It-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

Ir-reġistrazzjoni ta’ l-“aċidu ċitriku” tinbidel b’dawn ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin:

Isem

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-pjanti

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

Kondizzjonijiet speċifiċi

“Aċidu lattiku

 

X

Għar-regolazzjoni tal-pH fil-banju tas-salmura waqt il-produzzjoni tal-ġobon (2)

Aċidu Ċitriku

X

X

Għar-regolazzjoni tal-pH fil-banju tas-salmura waqt il-produzzjoni tal-ġobon (2)

Il-produzzjoni taż-żejt u l-idrolisi tal-lamtu (3)

(b)

Ir-reġistrazzjoni ta’ l-“aċidu sulfuriku” tinbidel b’dawn ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin:

Isem

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-pjanti

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

Kondizzjonijiet speċifiċi

“Aċidu sulfuriku

X

X

Produzzjoni tal-ġelatina (4)

Produzzjoni taz-zokkor (5)

Aċidu idrokloriku

 

X

Produzzjoni tal-ġelatina

Għar-regolazzjoni tal-pH fil-banju tas-salmura waqt l-ipproċessar tal-ġobon Gouda, Edam u Maasdammer, Boerenkaas, Friese u Leidse Nagelkaas

Idrossidu ta' l-ammonja

 

X

Produzzjoni tal-ġelatina

Perossidu ta’ l-idroġenu

 

X

Produzzjoni tal-ġelatina

(c)

Ir-reġistrazzjonijiet ta’ “Talc”, “Bentonite” u “Kaolin” jinbidlu għal kif ġej:

Isem

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-pjanti

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

Kondizzjonijiet speċifiċi

“Talc

X

 

B’konformità mal-kriterji speċifiċi ta’ purità għall-addittiv ta’ l-ikel E 533b

Bentonite

X

X

Sticking agent għall-mead  (6)

B’konformità mal-kriterji speċifiċi ta’ purità għall-addittiv ta’ l-ikel E 558

Kaolin

X

X

Propolis (6)

B’konformità mal-kriterji speċifiċi ta’ purità għall-addittiv ta’ l-ikel E 559

(d)

Wara r-reġistrazzjoni tal-“Kaolin” tiddaħħal din ir-reġistrazzjoni:

Isem

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-pjanti

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

Kondizzjonijiet speċifiċi

“Ċelluloża

X

X

Produzzjoni tal-ġelatina (7)

(e)

Ir-reġistrazzjonijiet ta’ “Diatomaceous earth” u “Perlite” jinbidlu għal kif ġej:

Isem

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-pjanti

Tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

Kondizzjonijiet speċifiċi

“Diatomaceous earth

X

X

Produzzjoni tal-ġelatina (8)

Perlite

X

X

Produzzjoni tal-ġelatina (8)

(f)

Ir-reġistrazzjoni ta’ “Preparazzjonijiet ta’ mikro organiżmi u enżimi” tinbidel għal kif ġej:

“Preparazzjonijiet ta' mikro organiżmi u enżimi:

Kwalunkwe preparazzjonijiet ta’ mikro organiżmi u enżimi li jintużaw normalment biex jgħinu fl-ipproċessar ta’ l-ikel, għajr għall-mikro organiżmi mmodifikati ġenetikament u għajr għall-enżimi derivati minn ‘organiżmi mmodifikati ġenetikament’ fit-tifsira tad-Direttiva 2001/18/KE (*).”


(*)  ‘Dulce de leche’ jew ‘Confiture de lait’ tirreferi għal krema ratba, delizzjuża u kannella li ssir mill-ħalib ħelu u kremuż

(1)  Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-annimali biss.”

(2)  Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-annimali biss.

(3)  Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-pjanti biss.”

(4)  Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-annimali biss.

(5)  Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-pjanti biss.”

(6)  Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-annimali biss.”

(7)  Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-annimali biss.”

(8)  Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-annimali biss.”


13.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 124/2008

tat-12 ta' Frar 2008

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1535/2003 f'dak li jirrigwarda l-perjodi ta' kunsinja tal-lanġas għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sistema stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 2201/96 tħassret bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 (2) li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex, mill-1 ta' Jannar 2008. Madankollu, din is-sistema ta' għajnuna għadha applikabbli għas-sena tas-suq 2007/2008 għal kull prodott ikkonċernat skond l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007.

(2)

L-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta' Awissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema ta' l-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex (3) jipprovdi li l-għajnuna għal-lanġas għandha tingħata biss għal lanġas ikkunsinjat lill-industrija ta' l-ipproċessar bejn il-15 ta' Lulju u l-15 ta' Diċembru.

(3)

Matul Diċembru 2007, kien hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li affettwaw ir-reġjuni tal-produzzjoni fl-Italja, b'riżultat ta' l-istrajk tat-trasport li fixkel il-kunsinji lill-industrija ta' l-ipproċessar matul perjodu intens ħafna ta' konsenji. B'konsegwenza ta' dan, il-kunsinja kompluta min-naħa tal-produtturi irrikjediet aktar ħin tax-xogħol, li wassal għal dewmien fl-iskeda tal-kunsinji.

(4)

Bil-għan li l-produtturi ma jisfgħux penalizzati minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, jeħtieġ li, b'eċċezzjoni u biss għas-sena tas-suq 2007/2008, jiġi dderogat mid-dati stipulati fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1535/2003.

(5)

Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1535/2003, u biss għas-sena tas-suq 2007/2008, l-għajnuna għal-lanġas għandha tingħata għal lanġas ikkunsinjat lill-industrija ta' l-ipproċessar bejn il-15 ta' Lulju 2007 u l-15 ta' Jannar 2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1663/2005 (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 22).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

13.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Frar 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 421)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/105/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu ta’ u l-Artikolu 29(1) l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ ta’ sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Skond id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u ż-żamma fuq il-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti primarji li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, għandhom ikunu soġġetti għal sottomissjoni mill-pajjiżi terzi kkonċernati ta’ pjan li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi msemmija f’dik id-Direttiva.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (2) telenka dawk il-pajjiżi terzi li ssottomettew pjan tal-monitoraġġ tar-residwi, li jistipula l-garanziji offruti minnhom skond ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-Belarus, il-Kanada, il-Gżejjer Falkland, il-Mauritius u l-Iżvizzera ssottomettew pjanijiet għall-monitorġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għall-annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li bħalissa m'humiex elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/432/KE. L-evalwazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji fuq il-monitoraġġ tar-residwi f’dawk il-pajjiżi terzi għall-annimali u l-prodotti kkonċernati. L-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali rilevanti għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-lista għal dawk il-pajjiżi terzi fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Barra minn hekk, l-Iżvizzera, ssottomettiet lill-Kummissjoni pjan għall-monitorġġ tar-residwi rigward l-għasel, li bħalissa għalih tapplika limitazzjoni “pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-produzzjoni ta’ l-ikel”. L-evalwazzjoni ta’ dak il-pjan u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji biex titneħħa dik il-limitazzjoni. In-nota ta’ qiegħ il-paġna tistabbilixxi li l-limitazzjoni għandha titħassar mill-Anness għad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(5)

L-Etijopja, ir-Repubblika Islamika ta’ l-Iran u s-Suriname ssottomettew pjanijiet għall-monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għal ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali. L-evalwazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji fuq il-monitoraġġ tar-residwi f’dawk il-pajjiżi terzi għall-annimali u l-prodotti kkonċernati. L-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali rilevanti għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-lista għall-Etijopja, ir-Repubblika Islamika ta’ l-Iran u s-Suriname fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(6)

Il-Beliże, il-Kolombja, il-Kenja, l-Oman u ż-Żimbabwe li bħalissa huma elenkati għal ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/432/KE, ma ssottomettewx lill-Kummissjoni l-pjanijiet għall-monitorġġ tar-residwi mitluba għal xi wħud minn dawn l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Ir-reġistrazzjoni għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali rilevanti għandhom għalhekk jiġu mħassra mil-lista għal dawk il-pajjiżi terzi fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni. Il-pajjiżi terzi kkonċernati kienu infurmati dwar dan.

(7)

L-Eritrea, Iżrael u t-Tuneżija li bħalissa huma elenkati għal ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-Annimali fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/432/KE ma ssottomettewx lill-Kummissjoni l-pjanijiet għall-monitorġġ tar-residwi mitluba għal xi wħud minn dawn l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali, minħabba li bħalissa m'hemmx esportazzjoni ta’ annimali jew prodotti ta’ l-annimali simili minn dawn il-pajjiżi terzi lejn il-Komunità. Ir-reġistrazzjonijiet għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali rilevanti għandhom għalhekk jiġu mħassra mil-lista għal dawk il-pajjiżi terzi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/432/KE. Il-pajjiżi terzi kkonċernati kienu infurmati dwar dan.

(8)

L-Ukraina li bħalissa hija elenkata għall-ekwini bil-limitazzjoni “esportazzjoni ta’ ekwini ħajjin għat-tbiċċir (annimali għall-produzzjoni ta’ l-ikel biss)” fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/432/KE ma ssottomettietx lill-Kummissjoni l-pjanijiet għall-monitorġġ tar-residwi mitluba. Barra minn hekk, spezzjoni mill-Uffiċċju Veterinarju u ta’ l-Ikel uriet defiċjenzi serji rigward ittestjar fuq ekwini ħajjin f'dak il-pajjiż. Ir-reġistrazzjoni relevanti għall-Ukraina għandha għalhekk titħassar mil-lista fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni. L-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż terz ġew infurmati dwar dan.

(9)

L-Afrika t'Isfel li bħalissa hija elenkata għal ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/432/KE, issottomettiet lill-Kummissjoni l-pjanijiet għall-monitorġġ tar-residwi mitluba għal dawk l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Madankollu, spezzjoni mill-Uffiċċju Veterinarju u ta’ l-Ikel uriet nuqqasijiet serji f'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ għal ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn dawk imsemmija fil-pjanijiet. Fuq il-bażi ta’ dan, l-Afrika t'Isfel talbet li jitħassru r-reġistrazzjonijiet kollha għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali mil-lista għal dik id-Deċiżjoni, bl-eċċezzjoni ta’ annimali tal-kaċċa mrobbija jew slavaġ, inkluż in-nagħma. Għal dawn l-annimali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali, waslu garanziji sostanzjali.

(10)

Għandu jiġi stipulat perjodu tranżitorju biex ikopri l-kunsinni ta’ l-annimali u l-prodotti tagħhom li joriġinaw mill-Beliże, il-Kolombja, l-Eritrea, Iżrael, il-Kenja, l-Oman, it-Tuneżija, l-Ukraina, l-Afrika t'Isfel u ż-Żimbabwe li ntbagħtu minn dawn il-pajjiżi terzi għall-Komunità, qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, biex ikopri ż-żmien meħtieġ għall-wasla tagħhom fil-Komunità u jiġi evitat kull tfixkil fil-kummerċ.

(11)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2004/432/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 2004/432/KE jinbidel bit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-emendi għal-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE bid-Deċiżjoni preżenti m'għandhomx japplikaw għal kunsinni ta’ l-annimali u l-prodotti tagħhom li joriġinaw mill-Beliże, il-Kolombja, l-Eritrea, Iżrael, il-Kenja, l-Oman, it-Tuneżija, l-Ukraina, l-Afrika t'Isfel u ż-Żimbabwe fejn l-importatur ta’ tali annimali jew prodotti jista' juri li dawn kienu ntbagħtu mill-pajjiż terz ikkonċernat u li kienu fi triqithom lejn il-Komunità qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3 Volum 46 p. 137-143. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/362/KE (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 18).


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi ISO 2

Il-pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Majjali

Ekwini

Tjur

Akkwa-kultura

Ħali

Bajd

Fniek

Tjur selvaġġ

Tjur domestiku

Għasel

AD

Andorra (1)

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AN

L-Antilli Olandiżi

 

 

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bożnja u Ħerzegovina

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BD

Il-Bangladexx

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belarus

 

 

 

X (3)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċili

X

X (4)

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

 

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GM

Il-Gambja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HK

Ħong Kong

 

 

 

 

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

 

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

X

X

X

X

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

X

IS

L-Iżlanda

X

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X (2)

 

IR

L-Iran, ir-Repubblika Islamika ta'

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KG

Il-Kirgistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Korea, ir-Repubblika tal-

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MD

Moldova, ir-Repubblika tal-

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ME

Il-Montenegro (5)

X

X

X

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MK

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (6)

X

X

 

X (3)

 

 

X

 

 

 

 

 

MU

Il-Mawrizju

 

 

 

 

X (2)

X

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (7)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

NC

Il-Kaledonja l-Ġdida

X

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

 

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (8)

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Il-Federazzjoni Russa

X

X

X

X (3)

X

 

X

X

 

 

X (9)

X

SA

L-Għarabja Sawdita

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SC

Is-Seychelles

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (2)

X (2)

X (2)

 

X (2)

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

SM

San Marino (10)

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

Is-Surinam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuniżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

Tanżanija, Repubblika Magħquda tat-

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

X

X

X

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

YT

Il-Mayotte

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Il-pjan inizjali ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat mis-sub-grupp veterinarju KE-Andorra (skond id-Deċiżjoni Nru 2/1999 tal-Kumitat Konġunt KE-Andorra (ĠU L 31, 5.2.2000, p. 84).

(2)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-produzzjoni ta’ l-ikel.

(3)  Esportazzjonijiet ta’ ekwini ħajjin għat-tbiċċir (annimali għall-produzzjoni ta’ l-ikel biss).

(4)  Annimali ovini biss.

(5)  Sitwazzjoni provviżorja bi stennija għal aktar informazzjoni dwar ir-residwi.

(6)  L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorja li bl-ebda mod ma tippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li bħalissa qed tiġi diskussa min-Nazzjonijiet Uniti.

(7)  Il-Malasja Peninżulari (tal-Punent) biss.

(8)  Ma tinkludix il-Kosovo kif iddefinit mir-Reżoluzzjoni 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(9)  Għar-renni mir-reġjuni ta’ Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(10)  Il-Pjan ta’ Monitoraġġ approvat skond id-Deċiżjoni Nru 1/94 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni KE-San Marino (ĠU L 238, 13.9.1994, p. 25).”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

13.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/15


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/106/PESK

tat-12 ta’ Frar 2008

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/107/PESK (1) li taħtar lis-Sur Kálmán MIZSEI bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għar-Repubblika tal-Moldova.

(2)

Abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/107/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b'perijodu ta’ 12-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplementa l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Kálmán MIZSEI bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għar-Repubblika tal-Moldova huwa b'dan estiż sat-28 ta’ Frar 2009.

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tal-Moldova. Dawn l-objettivi jinkludu:

(a)

il-kontribut għal soluzzjoni paċifika tal-kunflitt tat-Transnistrija u għall-implimentazzjoni ta’ tali riżoluzzjoni abbażi ta’ soluzzjoni vijabbli, b'rispett għas-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova fi ħdan il-fruntieri internazzjonalment rikonoxxuti tagħha;

(b)

il-kontribut għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat ta’ dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għaċ-ċittadini kollha tar-Repubblika tal-Moldova;

(ċ)

il-promozzjoni ta’ relazzjonijiet tajba u mill-qrib bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea abbażi ta’ valuri u interessi komuni u kif stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV);

(d)

l-għajnuna fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u ta’ armi u ta’ merkanzija oħra, mir-Repubblika tal-Moldova u li jgħaddu minnha;

(e)

il-kontribut għat-tisħiħ ta’ l-istabbiltà u l-koperazzjoni fir-reġjun;

(f)

it-tisħiħ ta’ ta’ l-effikaċja u l-viżibbiltà ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tal-Moldova u fir-reġjun;

(ġ)

it-tisħiħ ta’ l-effikaċja tal-kontrolli tal-fruntiera u dawk doganali u s-sorveljanza ta’ l-attivitajiet fil-fruntiera fir-Repubblika tal-Moldova u fl-Ukrajna tul il-fruntiera komuni tagħhom, b'attenzjoni partikolari għat-taqsima Transnistrijana, notevolment permezz ta’ Missjoni tal-Fruntiera ta’ l-UE.

2.   Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) fir-Repubblika tal-Moldova u r-reġjun.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

isaħħaħ il-kontribut ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riżoluzzjoni tal-kunflitt tat-Transnistrija skond l-objettivi miftiehma tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea u f’koordinazzjoni mill-qrib ma’ l-OSCE, billi filwaqt li jirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea permezz tal-mezzi adatti u f’fora miftiehma u billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib ma’ l-atturi rilevanti kollha;

(b)

jgħin fit-tħejjija, skond il-każ, tal-kontributi ta’ l-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta’ riżoluzzjoni eventwali tal-kunflitt;

(ċ)

isegwi mill-qrib l-iżviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Moldova, anke fir-reġjun Transnistrijan, billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib mal-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova u atturi domestiċi oħra, u joffri skond il-każ il-konsulenza u l-faċilitazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea;

(d)

jassisti fl-iżvilupp ulterjuri tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Moldova u r-reġjun, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ kunflitti u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti;

(e)

permezz ta’ grupp ta’ appoġġ immexxi mill-Konsulent Politiku Anzjan għar-RSUE:

(i)

tiġi żgurata ħarsa politika ġenerali ta’ żviluppi u attivitajiet relatati mal-fruntiera ta’ l-istati Moldova-Ukraina;

(ii)

issir analiżi ta’ l-impenn politiku tar-Repubblika tal-Moldova u ta’ l-Ukrajna sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-fruntiera;

(iii)

tiġi promossa l-koperazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ fruntiera bejn in-naħa Moldova u dik Ukrajna bil-ħsieb ukoll li jiġu żviluppati l-prekondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni tal-konflitt Transnistrijan.

(f)

jingħata kontribut fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-Linji Gwida ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tat-tfal u n-nisa f'żoni milquta mill-konflitt, speċjalment billi jiġu monitorjati u indirizzati l-iżviluppi f'dan ir-rigward.

2.   Għall-fini tat-twettiq tal-mandat tiegħu, ir-RSUE għandu jżomm vista ġenerali ta’ l-attivitajiet kollha ta’ l-Unjoni Ewropea, partikolarment l-aspetti rilevanti tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   L-EUSR għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jkollu rabta privileġġata mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2008 sat-28 ta’ Frar 2009 għandu jkun ta’ EUR 1 310 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eleġibbli sa mill-1 ta’ Marzu 2008. In-nefqa għandha tiġi amministrata skond il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa’ l-proprjetà tal-Komunità.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta’ kull infiq lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-grupp tiegħu f'konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f'assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenzi dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni informati dwar il-kompożizzjoni finali tal-grupp tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu li l-issekondar ta’ persunal sabiex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju tal-persunal li jkun issekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni ta’ l-UE lir-RSUE għandu jiġi kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni ta’ l-UE kkonċernati. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu wkoll jiġu stazzjonati mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ta’ l-UE.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva ta’ l-Istat Membru jew l-istituzzjoni ta’ l-UE mandanti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-parti/jiet ospitanti skond il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata ta’ l-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill (2), b'mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata ta’ l-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Ir-RSUE għandu, skond il-politika ta’ l-UE dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-UE f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregola l-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra l-UE jkun kopert b'assigurazzjoni għal riskju għoli kif rikjest mill-kundizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(ċ)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra l-UE, inkluż persunal kuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-term u ta’ implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lis-SĠ/RGħ u lill-KPS b'rapporti bil-fomm u bil-kitba. Ir-RSUE għandu wkoll jirrapporta kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi lill-Kunsill Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni b'rapporti.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali ta’ l-UE. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha ta’ l-UE fil-post jaġixxu b'mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika ta’ l-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun skond il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet ta’ l-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni b'aġġornamenti regolari ta’ informazzjoni.

F'dan il-qasam, għandu jkun hemm kollaborazzjoni mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni ta’ l-Istati Membri li għandhom jagħmlu mill-aħjar sabiex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll jikkollabora ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fil-kamp.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implementazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni Ewroepa lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2008 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2008. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK


(1)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 59.

(2)  ĠU L 101, 11.4.2001, p.1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/438/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24).


13.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/19


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/107/PESK

tat-12 ta’ Frar 2008

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/113/PESK (1) li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali.

(2)

Abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/113/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b'perijodu ta’ 12-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu1

Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali huwa b'dan estiż sat-28 ta’ Frar 2009.

Artikolu 2

Objettivi tal-politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika ta’ l-UE fl-Asja Ċentrali. Dawn l-objettivi jinkludu:

(a)

il-promozzjoni ta’ relazzjonijiet tajba u mill-qrib bejn il-pajjiżi ta’ l-Asja Ċentrali u l-Unjoni Ewropea abbażi ta’ valuri u interessi komuni kif imniżżla fi ftehim rilevanti;

(b)

il-kontribut għat-tisħiħ ta’ l-istabbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fir-reġjun;

(c)

il-kontribut għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat ta’ dritt, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Asja Ċentrali;

(d)

l-indirizzar ta’ riskji ewlenin, speċjalment ta’ problemi speċifiċi b'implikazzjonijiet diretti għall-Ewropa;

(e)

it-titjib ta’ l-effikaċja u l-viżibbiltà ta’ l-Unjoni Ewropea fir-reġjun, inkluż permezz ta’ koordinazzjoni iżjed mill-qrib ma’ sħab u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, bħall-OSCE.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Asja Ċentrali u jiżgura l-konsistenza ta’ l-azzjonijiet esterni ta’ l-Unjoni Ewropea fir-reġjun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza Komunitarja;

(b)

jagħmel monitoraġġ, f'isem ir-Rappreżentant Għoli u skond il-mandat tiegħu, flimkien mal-Kummissjoni u mal-Presidenza, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza Komunitarja, tal-proċess ta’ implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE għal Sħubija Ġdida ma’ l-Asja Ċentrali, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jirrapporta lill-korpi rilevanti tal-Kunsill fuq bażi regolari;

(c)

jassisti lill-Kunsill fl-iżvilupp ulterjuri ta’ politika komprensiva fir-rigward ta’ l-Asja Ċentrali;

(d)

isegwi mill-qrib l-iżviluppi politiċi fl-Asja Ċentrali billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib mal-gvernijiet, il-parlamenti, il-ġudikatura, is-soċjetà ċivili u l-midja tal-massa;

(e)

jinkoraġġixxi lill-Kazakastan, ir-Repubblika tal-Kirgiztan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan biex jikkooperaw fir-rigward ta’ kwistjonijiet reġjonali ta’ interess komuni;

(f)

jiżviluppa kuntatti u kooperazzjoni adatti ma’ l-atturi interessati ewlenin fir-reġjun, inkluż l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha, inklużi l-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni ta’ Shanghai (SCO), il-Komunità Ekonomika EwrAsjana (EURASEC), il-Konferenza dwar l-Interazzjoni u Miżuri li jibnu l-Kunfidenza fl-Asja (CICA), l-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO), il-Programm ta’ Kooperazzjoni Ekonomika Reġjonali ta’ l-Asja Ċentrali (CAREC) u ċ-Ċentru ta’ Informazzjoni u Koordinazzjoni Reġjonali ta’ l-Asja Ċentrali (CARICC);

(g)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal u f'żoni affetwati minn kunflitt, speċjalment permezz tal-monitoraġġ u l-indirizzar ta’ l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

(h)

jikkontribwixxi, f'kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-OSCE, għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti billi jiżviluppa kuntatti ma’ l-awtoritajiet u ma’ atturi lokali oħra (NGOs, partiti politiċi, minoritajiet, gruppi reliġjużi u l-mexxejja tagħhom);

(i)

jagħti kontribut għall-formulazzjoni ta’ aspetti ta’ sigurtà ta’ l-enerġija kif ukoll ta’ aspetti relatati anti-narkotiċi tal-PESK fir-rigward ta’ l-Asja Ċentrali.

2.   Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) u jżomm vista ġenerali ta’ l-attivitajiet kollha ta’ l-Unjoni Ewropea fir-reġjun.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2008 sat-28 ta’ Frar 2009 għandu jkun ta’ EUR 1 100 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eleġibbli mill-1 ta’ Marzu 2008. In-nefqa għandha tiġi amministrata skond ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa' l-proprjetà tal-Komunità.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-grupp tiegħu f'konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f'assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenzi dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jinforma lis-SĠ/RGħ, il-Presidenza u l-Kummssjoni dwar il-kompożizzjoni tal-grupp tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju tal-persunal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni ta’ l-UE għar-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni ta’ l-UE kkonċernati rispettivament. Esperti ssekondati mill-Istati Membri lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ta’ l-UE.

3.   Kull persunal issekondat għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva ta’ l-Istat Membru jew l-istituzzjoni ta’ l-UE emittenti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji ulterjuri meħtieġa għat-tlestija u għall-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu maqbula mal-parti/partijiet ospitanti kif xieraq. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu s-sostenn kollu meħtieġ għal dan l-iskop.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata ta’ l-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (2), b'mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata ta’ l-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Ir-RSUE għandu, skond il-politika ta’ l-UE dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-UE f'kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b'assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra mill-UE, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, jkunu rċevew taħriġ ta’ sigurtà adatt qabel ma jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha magħmula wara valutazzjonijiet tas-sigurtà regolari jkunu implimentati u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-term u ta’ implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jirrapporta regolarment bil-fomm u bil-mitkub lis-SĠ/RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jirrapporta lill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali ta’ l-UE. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha ta’ l-UE fil-qasam ikunu impenjati b'mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika ta’ l-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk tar-RSUE għall-Afganistan. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet ta’ l-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni aġġornamenti regolari ta’ informazzjoni.

F'dan il-qasam, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni ta’ l-Istati Membri li għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra f’dan il-qasam.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implementazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni Ewroepa lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2008 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2008. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendar jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK


(1)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 83. Azzjoni Konġunta kif emendata mill-Azzjoni Konġunta 2007/634/PESK ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 28).

(2)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/438/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24).


13.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/22


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/108/PESK

tat-12 ta’ Frar 2008

li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/112/PESK (1) sabiex jaħtar lis-Sur Roeland VAN DE GEER bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2007 sad-29 ta’ Frar 2008.

(2)

Fit-12 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (2), u l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK dwar il-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (3).

(3)

Fl-20 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/38/PESK (4) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK (EUPOL RD Congo) biex tirrifletti l-istruttura l-ġdida ta’ kmand u kontroll għal operazzjonijiet ta’ l-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet ċivili kif approvat mill-Kunsill fit-18 ta’ Ġunju 2007.

(4)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi aġġustat għar-rwol li ġie assenjat fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ missjonijiet RSS ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u, abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/112/PESK, għandu jiġi estiż b’perijodu ta’ 12-il xahar.

(5)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Roeland VAN DE GEER bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSR) għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2009.

Artikolu 2

Objettivi tal-politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ l-istabbilizzazzjoni u l-konsolidazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni ta’ wara l-kunflitt fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani, b’attenzjoni partikolari mogħtija lid-dimensjoni reġjonali ta’ l-iżviluppi fil-pajjiżi kkonċernati. Filwaqt li jippromwovu, b’mod partikolari, il-konformità man-normi bażiċi ta’ demokrazija u tmexxija tajba, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta’ dritt, dawn l-objettivi jinkludu:

(a)

il-kontribut attiv u effettiv għal politika konsistenti, sostenibbli u responsabbli ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani, bil-promozzjoni ta’ approċċ ġenerali koerenti ta’ l-Unjoni Ewropea fir-reġjun. Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) fir-reġjun;

(b)

l-iżgurar ta’ impenn kontinwu ta’ l-Unjoni Ewropea għall-proċessi ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ rikostruzzjoni fir-reġjun, permezz ta’ preżenza attiva fuq il-post u f’fora internazzjonali rilevanti, filwaqt li jinżamm kuntatt ma’ atturi prinċipali u b’kontribuzzjoni għall-maniġġar ta’ kriżijiet;

(ċ)

il-kontribut għall-fażi ta’ wara t-transizzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess politiku tal-konsolidazzjoni ta’ l-istituzzjonijiet il-ġodda u d-definizzjoni tal-qafas internazzjonali usa’ għall-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni politiċi mal-gvern il-ġdid;

(d)

il-kontribut, f’kooperazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti/MONUC, għall-isforzi internazzjonali ta’ appoġġ biex tinkiseb Riforma komprensiva tas-Settur tas-Sigurtà fir-RDK, b’mod partikolari minħabba r-rwol ta’ koordinazzjoni li l-Unjoni Ewropea hija lesta li tassumi f’dan il-kuntest;

(e)

il-kontribut għall-miżuri adatti ta’ segwitu għall-Konferenza Internazzjonali tar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, b’mod partikolari permezz ta’ l-istabbiliment ta’ kuntatti mill-qrib mas-Segretarjat tal-Lagi l-Kbar u s-Segretarju Eżekuttiv tiegħu kif ukoll mat-Trojka tal-mekkaniżmu ta’ segwitu u permezz tal-promozzjoni ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien fir-reġjun;

(f)

l-indirizzar tal-problema li għadha konsiderevoli ta’ gruppi armati li qed joperaw fuq il-fruntieri bir-riskju li jiddistabbilizzaw il-pajjiżi fir-reġjun u jaggravaw il-problemi interni tagħhom;

(ġ)

il-kontribut għall-istabbilizzazzjoni ta’ wara l-kunflitt f’Buruni, ir-Rwanda u l-Uganda, b’mod partikolari billi n-negozjati għall-paċi jiġu akkumpanjati minn gruppi armati bħall-FNL u l-LRA.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jistabbilixxi u jżomm kuntatt mill-qrib mal-pajjiżi tar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Afrikana, pajjiżi Afrikani prinċipali u msieħba prinċipali tar-RDK u l-Unjoni Ewropea, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet Afrikani reġjonali u sub-reġjonali, pajjiżi terzi rilevanti oħra u mexxejja reġjonali prinċipali oħra;

(b)

jipprovdi pariri u jirrapporta dwar il-possibbiltajiet biex l-Unjoni Ewropea tappoġġa l-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u konsolidazzjoni u dwar kif l-inizjattivi ta’ l-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu mwettqa l-aħjar;

(ċ)

jipprovdi parir u assistenza għal riforma fis-settur tas-sigurtà (RSS) fir-RDK;

(d)

jikkontribwixxi għas-segwitu għall-Konferenza Internazzjonali tar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, b’mod partikolari billi jappoġġa l-linji politiċi definiti fir-reġjun li jippruvaw jilħqu l-objettivi ta’ non-vjolenza u ta’ difiża reċiproka fir-riżoluzzjoni ta’ kunflitti kif ukoll, fir-rigward tal-kooperazzjoni reġjonali, bil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni, it-tmexxija tajba, il-ġlieda kontra l-impunità, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, u l-ġlieda kontra l-isfruttament illegali ta’ riżorsi naturali;

(e)

jikkontribwixxi għal fehim aħjar tar-rwol ta’ l-Unjoni Ewropea fost dawk il-mexxejja li għandhom influwenza kbira fuq l-opinjoni tan-nies fir-reġjun;

(f)

jikkontribwixxi, meta jkun mitlub, għan-negozjati u l-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ paċi u ta’ waqfien mill-ġlied bejn il-partijiet u jimpenja ruħu magħhom diplomatikament fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mat-termini ta’ dawn il-ftehim; fil-kuntest tan-negozjati ta’ l-LRA attwali, tali attivitajiet għandhom jiġu segwiti f’koordinazzjoni mill-qrib mar-RSUE għas-Sudan;

(ġ)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Linji Gwida ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Linji Gwida ta’ l-Unjoni Ewropea dwar it-Tfal u l-Kunflitt Armat, u l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1325 dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, inkluż permezz tal-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ).

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u d-direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2008 sat-28 ta’ Frar 2009 għandu jkun ta’ EUR 1 370 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli sa mill-1 ta’ Marzu 2008. In-nefqa għandha tiġi amministrata skond il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa’ l-proprjetà tal-Komunità.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta’ kull infiq lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-grupp tiegħu f’konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenzi dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni informati dwar il-kompożizzjoni tal-grupp tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ persunal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni ta’ l-UE lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni ta’ l-UE kkonċernati rispettivament. Esperti ssekondati mill-Istati Membri għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu jiġu stazzjonati wkoll mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ta’ l-UE.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva ta’ l-Istat Membru jew l-istituzzjoni ta’ l-UE mittenti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-parti/jiet ospitanti kif xieraq. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata ta’ l-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (5), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata ta’ l-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika ta’ l-UE dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-UE f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, il-ġestjoni tal-moviment sigur ta’ persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(ċ)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jridu jiġu skjerati barra l-UE, inkluż persunal kkuntrattat lokalment, ikunu ħadu taħriġ ta’ sigurtà xieraq qabel u mal-wasla fiż-żona tal-missjoni, ibbażat fuq il-klassifikazzjoni ta’ riskju mogħtija liż-żona ta’ missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-term u ta’ implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lis-SĠ/RGħ u lill-KPS b’rapporti bil-fomm u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jirrapporta ukoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   RSUE għandu jippromwovi koerenza bejn atturi tal-PESK/PESD u koordinazzjoni politika ġenerali ta’ l-UE. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha ta’ l-UE fil-post jaġixxu b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika ta’ l-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun skond il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet ta’ l-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni b’aġġornamenti regolari ta’ informazzjoni.

2.   Il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, il-Kummissjoni u l-Kapijiet tal-Missjoni ta’ l-Istati Membri li għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra f’dan il-qasam.

3.   RSUE għandu jiżgura konsistenza bejn l-attivitajiet ta’ l-EUSEC u l-missjonijiet ta’ l-EUPOL RD Congo u jipprovdi lill-Kapijiet ta’ dawn il-missjonijiet bi gwida politika lokali. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għal koordinazzjoni ma’ l-atturi internazzjonali l-oħra involuti fir-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-RDK. Ir-RSUE u l-Kmandat ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni Ewropea għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għal valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK


(1)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 79.

(2)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 46.

(3)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 52.

(4)  ĠU L 9, 12.1.2008, p. 18

(5)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/438/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24).


13.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/26


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/109/PESK

tat-12 ta’ Frar 2008

dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2003 l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 1521 (2003) li timponi miżuri restrittivi kontra l-Liberja. Dawn il-miżuri ġew implimentati mill-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK ta’ l-10 ta’ Frar 2004 dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (1).

(2)

B’segwitu għall-adozzjoni ta’ l-UNSCR 1683 (2006) u l-UNSCR 1731 (2006), il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/518/PESK ta’ l-24 ta’ Lulju 2006 li temenda u ġġedded ċerti miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (2), u l-Pożizzjoni Komuni 2007/93/PESK tat-12 ta’ Frar 2007 li temenda u ġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (3) rispettivament.

(3)

Fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-Liberja, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fid-19 ta’ Diċembru 2007 adotta l-UNSCR 1792 (2007) li ġeddedt il-miżuri restrittivi fuq l-armi u l-ivvjaġġar għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar. L-UNSCR 1792 (2007) introduċiet ukoll obbligu li l-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 ta’ l-UNSCR 1521 (2003) jiġi nnotifikat mal-kunsinna ta’ l-armi kollha u materjal relatat fornuti skond il-paragrafu 2(e) jew 2(f) ta’ l-UNSCR 1521 (2003), il-paragrafu 2 ta’ l-UNSCR 1683 (2006), jew il-paragrafu 1(b) ta’ l-UNSCR 1731 (2006).

(4)

Għall-fini ta’ kjarezza, il-miżuri msemmijin hawn fuq għandhom jiġu kkonsolidati f’att legali uniku.

(5)

Azzjoni mill-Komunità hi meħtieġa sabiex jiġu implimentati xi wħud minn dawn il-miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

1.   Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi jew materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armamenti u ammunizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmija qabel, lil-Liberja minn ċittadini ta’ Stati Membri jew minn territorji ta’ Stati Membri jew l-użu ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru tal-bandiera tagħhom għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.

2.   Għandu jiġi pprojbit wkoll:

(a)

li jiġu mogħtija, mibjugħa, fornuti, jew trasferiti assistenza teknika, servizzi ta’ sensarija u servizzi oħra relatati ma’ attivitajiet militari u għall-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ oġġetti fil-paragrafu 1, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-, jew għall-użu fil-Liberja,

(b)

li jiġu pprovduti assistenza ta’ finanzjament jew finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ oġġetti fil-paragrafu 1, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-, jew għall-użu fil-Liberja.

Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:

(a)

armi u materjal relatat u taħriġ u assistenza teknika maħsubin biss għall-appoġġ jew għall-użu mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja;

(b)

armi u materjal relatat u taħriġ u assistenza teknika maħsubin biss għall-appoġġ jew għall-użu fi programm internazzjonali ta’ riforma u taħriġ għall-forzi armati u għall-pulizija tal-Liberja, kif approvat minn qabel mill-Kumitat stabbilit fil-paragrafu 21 ta’ l-UNSCR 1521 (2003) (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”);

(ċ)

tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, u assistenza jew taħriġ tekniku relatat, kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(d)

ilbies protettiv, inkluż ġkieket antiprojettili u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Liberja minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u fil-qasam ta’ l-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss.

(e)

armamenti u ammunizzjon li diġà ġew ipprovduti lill-membri tas-Servizz tas-Sigurtà Speċjali (SSS) għal finijiet ta’ taħriġ u li jibqgħu fil-kustodja tas-SSS għal użu operattiv mingħajr xkiel, dment li t-trasferiment tagħhom lis-SSS kien ġie approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u assistenza teknika u finanzjarja relatata ma’ tali armamenti u ammunizzjon;

(f)

armamenti u ammunizzjon maħsuba biss għall-użu minn membri tal-forzi tas-sigurtà u tal-pulizija tal-Gvern tal-Liberja li ġew mistħarrġa u mħarrġa mill-bidu tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja, dment li tali provvisti ġew approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, fuq talba konġunta mill-Gvern tal-Liberja u l-Istat ta’ l-esportazzjoni, u assistenza teknika u finanzjarja relatata ma’ tali armamenti u ammunizzjon;

(g)

tagħmir militari mhux letali għajr armamenti u ammunizzjon mhux letali, kif innotifikat minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, maħsuba biss għall-użu minn membri tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern tal-Liberja li ġew mistħarrġa u mħarrġa mill-bidu tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja f’Ottubru 2003.

2.   Il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat jew l-għoti ta’ servizzi, msemmija fil-paragrafu 1(a), (b), (c), (e), (f) u (g) għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom iqisu l-kunsinni skond il-paragrafu 1(a), (b), (c), (e), (f) u (g) fuq bażi ta’ każ b’każ, b’kont sħiħ meħud tal-kriterji stabbiliti fil-kodiċi ta’ kondotta ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-esportazzjoni ta’ l-armi. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin ta’ l-awtorizzazzjoni mogħtija skond dan il-paragrafu u, fejn hu xieraq, jagħmlu dispożizzjonijiet għar-ripatrijazzjoni ta’ l-armi u l-materjal relatat ikkunsinjati.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mal-kunsinna ta’ l-armi kollha u materjal relatat fornuti skond il-paragrafu 1 (b), (c), (f) u (g).

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi pprevenut dħul ġot-, jew transitu mit-territorji tagħhom ta’ l-individwi kollha, innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, li:

(a)

jikkostitwixxu theddida għall-proċess ta’ paċi fil-Liberja, jew li huma impenjati f’attivitajiet bil-għan li jikkompromettu l-paċi u l-istabbilità fil-Liberja u s-subreġjun inklużi dawk il-membri anzjani tal-Gvern ta’ dak li qabel kien il-President Charles Taylor u l-konjuġi tagħhom u membri ta’ dawk li qabel kienu l-forzi armati tal-Liberja li għandhom rabta ma’ dak li qabel kien il-President Charles Taylor;

(b)

qed jiksru l-projbizzjoni ta’ bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armamenti u ammunizjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmija qabel, jew qed jiksru l-projbizzjoni ta’ l-għoti ta’ taħriġ jew assistenza teknika relatata mal-provvista, manifattura, manutenzjoni jew użu ta’ tali oġġetti;

(ċ)

jipprovdu appoġġ finanzjarju jew militari lil gruppi ta’ ribelli armati fil-Liberja jew f’pajjiżi fir-reġjun jew li huma assoċjati ma’ entitajiet li jagħmlu dan.

2.   Xejn fil-paragrafu 1 m’għandu jobbliga xi Stat li jirrifjuta dħul fit-territorju tiegħu taċ-ċittadini tiegħu stess.

3.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina li l-ivvjaġġar huwa ġġustifikat għal raġunijiet ta’ ħtieġa umanitarja, inkluż obbligu reliġjuż, jew fejn il-Kumitat jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi b’xi mod l-objettivi tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, għall-ħolqien tal-paċi, l-istabbiltà u d-demokrazija fil-Liberja u għall-paċi fit-tul fis-subreġjun.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiġi emendata jew irrevokata skond il-każ, fid-dawl tad-determinazzjonijiet magħmula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK


(1)  ĠU L 40, 12.2.2004, p. 35. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2007/400/PESK (ĠU L 150, 12.6.2007, p. 15).

(2)  ĠU L 201, 25.7.2006, p. 36.

(3)  ĠU L 41, 13.2.2007, p. 17.


13.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/28


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/110/PESK

tat-12 ta’ Frar 2008

li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-Sudan

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/108/PESK (1) li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Sudan.

(2)

Fid-19 ta’ April 2007, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/238/PESK (2), li taħtar lis-Sur Torben Brylle bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Sudan mill-1 ta’ Mejju 2007 sad-29 ta’ Frar 2008.

(3)

Fl-20 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/887/PESK (3) li ħassret l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta’ sostenn ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea għall-missjoni ta’ l-Unjoni Afrikana (UA) fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan u fis-Somalja (AMIS/AMISOM) u pprovdiet għall-għeluq ta’ dik l-azzjoni ta’ sostenn.

(4)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi emendat biex jirrifletti l-għeluq ta’ l-AMIS/AMISOM u, abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/108/PESK, għandu jiġi estiż b’perijodu ta’ 12-il xahar.

(5)

Ir-RSUE se jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Torben BRYLLE bħala Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Sudan huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2009.

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea (UE) fis-Sudan, notevolent fir-rigward ta’ l-isforzi, bħala parti mill-komunità internazzjonali u b’appoġġ għall-Unjoni Afrikana (UA) u għan-Nazzjonijiet Uniti (NU), sabiex il-partijiet Sudaniżi, l-UA u n-NU jiġu megħjuna jiksbu riżoluzzjoni politika tal-kunflitt fid-Darfur, inkluż permezz ta’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi fid-Darfur (FPD) u sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Ftehim Komprensiv ta’ Paċi (FKP) u jiġi promoss id-djalogu Nofsinhar-Nofsinhar, kif ukoll tiġi iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi fil-Lvant tas-Sudan (FPLS), b’kont debitament meħud tar-ramifikazzjonijiet reġjonali ta’ dawn il-kwistjonijiet u tal-prinċipju ta’ appartenenza Afrikana.

2.   Il-mandat tar-RSUE għandu addizzjonalment ikun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika ta’ l-UE fir-rigward ta’ l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/677/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Afrikana Ċentrali (4) (EUFOR Tchad/RCA).

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jaħdem ma’ l-UA, il-Gvern tas-Sudan, il-Gvern tas-Sudan tan-Nofsinhar, il-movimenti armati tad-Darfur u partiti Sudaniżi oħra kif ukoll mas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet non-governattivi tad-Darfur u jżomm kollaborazzjoni mill-qrib man-NU u ma’ atturi internazzjonali rilevanti oħra, bil-għan li jitwettqu l-objettivi tal-politika ta’ l-Unjoni;

(b)

jirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea fid-djalogu Darfur-Darfur, fil-laqgħat ta’ livell għoli tal-Kummissjoni Konġunta, kif ukoll laqgħat oħra rilevanti kif mitlub;

(ċ)

jirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea, kull meta jkun possibbli, fil-Kummissjonijiet ta’ Valutazzjoni u Evalwazzjoni tal-FKP u l-FPD;

(d)

isegwi l-iżviluppi fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-FPLS;

(e)

jiżgura koerenza bejn il-kontribut ta’ l-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar tal-kriżi fid-Darfur u r-relazzjoni politika ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea mas-Sudan;

(f)

fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tat-tfal u tan-nisa, u l-ġlieda kontra l-impunità fis-Sudan, isegwi s-sitwazzjoni u jżomm kuntatti regolari ma’ l-awtoritajiet Sudaniżi, l-UA u n-NU, b’mod partikolari ma’ l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-osservaturi għad-drittijiet tal-bniedem attivi fir-reġjun, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

(g)

jaħdem mal-Presidenza, mas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), mal-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE u mal-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE ta’ l-Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA sabiex jiżgura koordinazzjoni mill-qrib ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK; għandha tkun żgurata wkoll koordinazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjonijiet lokali tal-Kummissjoni;

(h)

fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK, jassisti lis-SĠ/RGħ fir-rigward tal-kuntatti tiegħu man-Nazzjonijiet Uniti, l-awtoritajiet taċ-Ċad, l-awtoritajiet tar-Repubblika Afrikana Ċentrali u l-pajjiżi ġirien kif ukoll ma’ atturi rilevanti oħrajn;

(i)

mingħajr preġudizzju għall-katina ta’ kmand militari, jipprovdi lill-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE ta’ l-Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA bi gwida politika b’mod partikolari dwar kwistjonijiet b’dimensjoni politika reġjonali;

(j)

fir-rigward tal-kompiti tiegħu relatati ma’ l-Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA, jikkonsulta mal-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE dwar kwistjonijiet politiċi b’dimensjoni ta’ sigurtà.

2.   Bil-għan li jwettaq il-mandat tiegħu, ir-RSUE għandu, fost l-oħrajn:

(a)

ikollu idea ġenerali ta’ l-attivitajiet kollha ta’ l-Unjoni Ewropea;

(b)

jiżgura koordinazzjoni mill-qrib u koerenza ta’ l-attivitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ l-Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA;

(ċ)

jappoġġja l-proċess politiku u l-attivitajiet relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-FPK, l-FPD u l-FPLS; u

(d)

isegwi u jirrapporta dwar il-konformità tal-partijiet Sudaniżi mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, notevolment il-1556(2004), 1564(2004), 1591(2005), 1593(2005), 1672(2006), 1679(2006), 1706 (2006), 1769 (2007) u 1778 (2007).

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ).

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm rabta privileġġata mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u d-direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2008 sat-28 ta’ Frar 2009 għandu jkun EUR 2 000 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eleġibbli sa mill-1 ta’ Marzu 2008. In-nefqa għandha tiġi amministrata skond il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa’ l-proprjetà tal-Komunità.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull infiq.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tat-tim tiegħu f’konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenzi dwar kwistjonijiet ta’ politika speċifiċi kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni informati dwar il-kompożizzjoni tal-grupp tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ persunal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni ta’ l-UE lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni ta’ l-UE kkonċernati rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu jiġu stazzjonati wkoll mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ta’ l-UE.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva ta’ l-Istat Membru jew l-istituzzjoni ta’ l-UE mandanti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Għandhom jinżammu l-uffiċċji tar-RSUE f’Khartoum u f’Juba, li jkunu jinkludu Konsulent Politiku u l-persunal ta’ appoġġ amministrattiv u loġistiku meħtieġ. Skond il-mandat tar-RSUE kif imfisser fl-Artikolu 3, jista’ jiġi stabbilit ukoll sub-uffiċċju f’Darfur jekk l-Uffiċċji eżistenti f’Khartoum u Juba ma jkunux jistgħu jipprovdu s-sostenn kollu meħtieġ lill-persunal tar-RSUE skjerat fir-reġjun tad-Darfur.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-parti/jiet ospitanti skond il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata ta’ l-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (5), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata ta’ l-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika ta’ l-UE dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-UE f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni ibbażat fuq il-gwida tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, dwar il-ġestjoni tal-moviment sigur ta’ persunal lejn, u fiż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(ċ)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jridu jiġu skjerati barra l-UE, inkluż persunal kkuntrattat lokalment, ikunu ħadu taħriġ ta’ sigurtà xieraq qabel u mal-wasla fiż-żona tal-missjoni, ibbażat fuq il-klassifikazzjoni ta’ riskju mogħtija liż-żona ta’ missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-term u ta’ implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

1.   Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lis-SĠ/RGħ u lill-KPS b’rapporti bil-fomm u bil-kitba. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni.

2.   Ir-RSUE għandu jirrapporta regolarment lill-KPS dwar is-sitwazzjoni fid-Darfur u dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan in ġenerali, kif ukoll dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Afrikana Ċentrali fir-rigward ta’ EUFOR Tchad/RCA.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali ta’ l-UE. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha ta’ l-UE fil-qasam jaġixxu b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika ta’ l-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun skond il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet ta’ l-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni b’aġġornamenti ta’ informazzjoni regolari.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni ta’ l-Istati Membri li għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll jikkoopera ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fil-qasam.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni Ewropea għar-reġjun għandhom jiġu rriveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2008 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2008. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għal valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK


(1)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 63. Azzjoni Konġunta kif emendata mill-Azzjoni Konġunta 2007/809/PESK (ĠU L 323, 8.12.2007, p. 57).

(2)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 52.

(3)  ĠU L 346, 29.12.2007, p. 28.

(4)  ĠU L 279, 23.10.2007, p. 21.

(5)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/438/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24).