ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
9 ta' Frar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2008 tat-8 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2008 tas-7 ta’ Frar 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/102/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Frar 2008 rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157, punt (b), u fl-Artikolu 158(1), tar-Regolament Nru 2342/2002 li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ twettiq tar-Regolament finanzjarju

5

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/103/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Frar 2008 dwar programm ikkoordinat ta’ monitoraġġ mill-Komunità għall-2008 biex tiġi aċċertata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-pjanti u li tikkonċerna programmi nazzjonali ta’ monitoraġġ għall-2009 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 369)  ( 1 )

7

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/104/PESK tat-8 ta’ Frar 2008 li testendi u temenda l-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK dwar miżuri restrittivi kontra estremisti f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM)

16

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

9.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 118/2008

tat-8 ta’ Frar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-8 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

143,2

JO

84,0

MA

45,5

TN

111,3

TR

102,9

ZZ

97,4

0707 00 05

EG

208,2

JO

202,1

MA

135,1

TR

124,2

ZZ

167,4

0709 90 70

MA

50,1

TR

144,5

ZZ

97,3

0805 10 20

EG

48,4

IL

52,2

MA

61,5

TN

50,8

TR

78,0

ZZ

58,2

0805 20 10

IL

106,6

MA

108,0

TR

72,2

ZZ

95,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

41,9

EG

57,3

IL

72,7

JM

97,3

MA

131,7

TR

82,5

US

60,6

ZZ

77,7

0805 50 10

EG

73,4

IL

133,6

MA

87,1

TR

116,6

ZZ

102,7

0808 10 80

CA

102,8

CN

88,6

MK

40,9

US

110,6

ZZ

85,7

0808 20 50

CN

66,7

US

111,5

ZA

107,3

ZZ

95,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


9.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 119/2008

tas-7 ta’ Frar 2008

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma’ fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu wkoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li tkun applikata tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija.

(3)

Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna nru 2, minħabba fir-raġunijiet imniżżla fil-kolonna nru 3 ta’ dik l-iskeda.

(4)

Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista', għal perijodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri li huma pprovduti f’dan il-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artiklu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM indikat fil-kolonna nru 2 ta’ dik l-iskeda.

Artiklu 2

Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhix skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perijodu ta’ tliet xhur skond Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artiklu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3).

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat għat-tneħħija tax-xagħar u għat-trattament tal-ġilda li jaħdem permezz ta’ teknoloġija b'dawl bil-pulsi intensivi (IPL) u li għandu d-dimensjonijiet li ġejjin: 34,5 (T) × 30,5 (W) × 50,5 (F) ċm u piż ta’ 25 kg.

L-apparat huwa ddisinjat għat-tneħħija tax-xagħar u għat-trattament tal-ġilda li jvarja minn tixtil purament kosmetiku sat-tneħħija ta’ marki ta’ l-età, pigmentazzjoni mhux uniformi u ħjut tal-vini. Dan huwa użat fi ħwienet ta’ sbuħija.

L-apparat għandu mutur elettriku għat-tberrid; il-mutur m’għandux rwol fit-tneħħija tax-xagħar jew fil-proċess tat-trattament tal-ġilda.

8543 70 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 8543 , 8543 70 u 8543 70 90 .

Billi l-proċess tat-tneħħija tax-xagħar huwa permezz ta’ teknoloġija IPL u mhux permezz ta’ qbid tax-xagħar u l-qlugħ 'il barra mill-għerq b’mutur elettriku involut f’dan il-proċess, klassifikazzjoni f’titlu 8510 bħala apparat għat-tneħħija tax-xagħar b’mutur elettriku minnu nnifisu, hija eskluża (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8510 ).

Il-klassifikazzjoni f’titlu 9018 bħala strument jew apparat mediku hija wkoll eskluża għaliex l-apparat ma jipprovdix trattament mediku u mhuwiex użat fil-prattika professjonali (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9018 ).

L-apparat għandu jkun klassifikat f’titlu 8543 għax huwa apparat ta’ l-elettriku b'funzjoni individwali, mhux speċifikat jew inkluż xi mkien ieħor f’Kapitlu 85.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

9.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-1 ta’ Frar 2008

rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157, punt (b), u fl-Artikolu 158(1), tar-Regolament Nru 2342/2002 li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ twettiq tar-Regolament finanzjarju

(2008/102/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 271 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 271(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 jipprevedi li l-limiti applikati għall-appalti ta’ l-akkwisti pubbliċi għandhom jiġu rranġati kull sentejn skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2).

(2)

Il-valuri f’ewro li għandhom jiġu applikati mill-1 ta’ Jannar 2008 tal-limiti ffissati fid-Direttiva Nru 2004/18/KE kienu ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali,

IDDEĊIDIET:

Artikolu 1

Il-valuri f’ewro tal-livelli applikabbli għall-akkwisti pubbliċi għandhom jiġu rriveduti kif stabbilit hawn taħt, b'effett mill-1 ta’ Jannar 2008:

(EUR)

Reviżjoni kull sentejn

Limitu fl-1/1/2006

Limitu fl-1/1/2008

Artikolu 157(b)

5 278 000

5 150 000

Artikolu 158(1)(a)

137 000

133 000

l-Artikolu 158(1)(b)

211 000

206 000

l-Artikolu 158(1)(c)

5 278 000

5 150 000

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandha tiġi nnotifikata lill-istituzzjonijiet u lill-korpi l-oħra mill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Dalia GRYBAUSKAITĖ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).

(2)   ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 1422/2007 (ĠU L 317, 5.12.2007, p. 34).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kummissjoni

9.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/7


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Frar 2008

dwar programm ikkoordinat ta’ monitoraġġ mill-Komunità għall-2008 biex tiġi aċċertata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-pjanti u li tikkonċerna programmi nazzjonali ta’ monitoraġġ għall-2009

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 369)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/103/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE jistipulaw li l-Kummissjoni għandha taħdem b’mod progressiv sabiex tikseb sistema li tkun tista’ tippermetti l-istima ta’ l-esponiment għall-pestiċidi fid-dieta. Biex isiru valutazzjonijiet realistiċi, it-tagħrif dwar il-monitoraġġ tar-residwi ta’ pestiċidi għandu jkun disponibbli f’għadd ta’ prodotti ta’ l-ikel li jkunu jifformaw parti ewlenija mid-dieta Ewropea. Huwa ġeneralment magħruf li partijiet prinċipali tad-dieta Ewropea huma magħmula minn 20-30 prodott ta’ l-ikel. Fid-dawl tar-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali għall-monitoraġġ tar-residwi tal-pestiċidi, l-Istati Membri jistgħu janalizzaw biss kampjuni ta’ tmien prodotti kull sena fi ħdan programm ikkoordinat ta’ monitoraġġ. L-użi tal-pestiċidi juru tibdil fi ħdan żmien ċikliku ta’ tliet snin. Għalhekk ġeneralment għal kull pestiċida jrid isir monitoraġġ f’20-30 prodott ta’ l-ikel fuq serje ta’ ċikli ta’ tliet snin.

(2)

Ir-residwi tal-pestiċidi koperti minn din ir-Rakkomandazzjoni għandhom ikunu sorveljati fl-2008, billi dan jippermetti li din id-data tintuża għall-istima ta’ esponiment djetetiku konkret għalihom. Minħabba li l-monitoraġġ irid ikopri ċikli ta’ tliet snin u sabiex tippermetti lill-Istati Membri jippreżentaw il-programmi ta’ monitoraġġ tagħhom għall-2009, din ir-Rakkomandazzjoni għandha tistipula b’mod ulterjuri indikazzjonijiet għall-monitoraġġ li għandu jitwettaq fl-2009 u l-2010.

(3)

Fuq bażi ta’ distribuzzjoni ta’ probabilità binomjali, jista’ jiġi kkalkulat li l-eżaminar ta’ 642 kampjun tippermetti b’ċertezza ta’ aktar minn 99 %, l-iżvelar ta’ kampjun li jkun fih ammont ta’ residwi ta’ pestiċidi ogħla mil-limitu ta’ determinazzjoni (LOD), bil-kundizzjoni li mhux anqas minn 1 % mill-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jkun fihom residwi ta’ livell ogħla minn dak il-limitu. Il-ġbir ta’ dawn il-kampjuni jrid ikun allokat bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-popolazzjoni u l-għadd ta’ konsumaturi, bil-valur minimu ta’ 12-il kampjun għal kull prodott fis-sena.

(4)

Linji ta’ gwida dwar “il-Proċeduri għall-Kontroll tal-Kwalità fl-Analiżi tar-Residwi tal-Pestiċidi” huma ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni (3). Huwa miftiehem li dawn il-linji ta’ gwida għandhom jiġu applikati kemm jista’ jkun mil-laboratorji analitiċi ta’ l-Istati Membri u għandhom ikunu riveduti kontinwament fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fil-programmi ta’ monitoraġġ.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni tal-Komunità għall-kontroll uffiċjail tar-residwi tal-pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u l-annimali u li tirrevoka d-Direttiva 79/700/KEE (4) tinkorpora l-metodi u l-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni rrakkomandati mill-Kummissjoni Codex Alimentarius.

(6)

Fir-rigward ta’ l-analiżi ta’ prodotti ta’ l-annimali li mistennija titwettaq mill-2009 ‘l quddiem, il-laboratorji uffiċjali jeħtieġu li jkunu jafu bil-quddiem sewwa sabiex ikunu adattati għal din ir-rakkomandazzjoni, liema pestiċidi u komoditajiet ta’ oriġini ta’ l-annimali se jkunu mfittxija; dawn il-kombinazzjonijiet huma indikati fl-Anness I b’(d).

(7)

Id-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE jobbligaw lill-Istati Membri biex jispeċifikaw il-kriterji applikati fit-tfassil tal-programmi nazzjonali tagħhom ta’ l-ispezzjonijiet. Informazzjoni bħal din għandha tinkludi l-kriterji applikati fid-determinazzjoni tan-numri ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u ta’ l-analiżi li għandha titwettaq u l-livelli ta’ rapportar applikati, il-kriterji applikati fit-tfassil tal-livelli ta’ rapportar u d-dettalji dwar l-akkreditazzjoni skond ir-Regolament (KE) 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontrolli uffiċjali li jkunu saru biex jiżguraw il-verifika ta’ konformità mal-liġi ta’ l-għalf u ta’ l-ikel, ir-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u l-benesseri ta’ l-annimali (5). F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-akkreditazzjoni ta’ laboratorji, għandha titqies id-deroga prevista fl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-arranġamenti tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (6). L-għadd u t-tip ta’ ksur li nstab u l-azzjoni meħuda għandha tkun indikata wkoll.

(8)

Il-livelli massimi ta’ residwi għall-ikel tat-trabi ġew stabbiliti skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE ta’ l-14 ta’ Mejju 1991 dwar il-formulae tat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment (7), u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006, dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali u ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar (8).

(9)

L-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ għandha siwi partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mat-trattament, il-ħażna u t-trażmissjoni b’metodi elettroniċi u ta’ l-informatika. Ġew żviluppati formati apposta għall-provvista ta’ data bil-posta elettronika mill-Istati Membri għall-Kummissjoni. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapporti tagħhom lill-Kummissjoni fil-format standard. L-iżvilupp ulterjuri ta’ dan it-tip ta’ format standard huwa l-aktar effettiv meta jitwettaq bl-iżvilupp ta’ linji ta’ gwida mill-Kummissjoni.

(10)

Il-miżuri previsti f’din ir-rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

PERMEZZ TA’ DAN TA’ HAWNHEKK TIRRAKKOMANDA:

(1)

L-Istati Membri huma mistiedna, matul is-sena 2008, sabiex jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-permutazzjonijiet ta’ residwu minn pestiċida/prodott stipulati fl-Anness I ħlief għall-prodotti ta’ l-annimali (d) li se jseħħu mill-2009 ‘l quddiem. L-għadd ta’ kampjuni ta’ kull prodott huma allokati lilhom fl-Anness II, li jirrifletti kif xieraq is-sehem nazzjonali, Komunitarju u dak ta’ pajjiż terz ta’ suq ta’ l-Istat Membru.

Il-lott li għandu jittieħed minnu l-kampjun għandu jingħażel bil-polza, skond l-istrateġja ta’ monitoraġġ.

Il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni, inkluż l-għadd ta’ unitajiet, trid tkun konformi mad-Direttiva 2002/63/KE.

(2)

Il-kampjuni meħudin u analizzati minn kull Stat Membru skond l-Annessi I u II, għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)

għaxar kampjuni ta’ l-ikel tat-trabi li huwa prinċipalment ibbażat fuq ħxejjex, frott jew ċereali;

(b)

kampjun wieħed, meta disponibbli, minn għelejjel li joriġinaw minn biedja organika li tirrifletti s-sehem mis-suq ta’ l-għalla organika f’kull Stat Membru.

(3)

L-Istati Membri mistiedna jirrappurtaw ir-riżultati mill-analiżi tal-kampjuni ttestjati għall-permutazzjonijiet ta’ residwu minn pestiċida/prodott stipulati fl-Anness I sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2009, u jindikaw:

(a)

Il-metodi analitiċi li ntużaw u l-livelli ta’ rappurtar li nkisbu, skond il-proċeduri ta’ kontroll ta’ kwalità stipulati fil-Proċeduri ta’ Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi tar-Residwu ta’ Pestiċida;

(b)

L-għadd u t-tip ta’ ksur li nstab, u l-azzjoni li ttieħdet.

(4)

Ir-rapport irid isir skond format – inkluż il-format elettroniku – li huwa konformi mal-linji ta’ gwida għall-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar programmi kkoordinati ta’ monitoraġġ tal-Komunità fornuti mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

Ir-riżultati relatati mal-kampjuni li ttieħdu mill-ikel tat-trabi u minn kampjuni meħuda minn għalla li toriġina minn biedja organika għandhom jiġu rrappurtati fuq formoli separati tad-data.

(5)

L-Istati Membri huma mistiedna jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2008, it-tagħrif kollu obbligat skond l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 90/642/KEE dwar l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ ta’ l-2007, biex tkun żgurata, mill-inqas b’kampjun ta’ verifika, il-konformità ma’ l-ogħla livelli ta’ residwu ta’ pestiċida inklużi:

(a)

Ir-riżultati tal-programmi nazzjonali tagħhom dwar ir-residwi tal-pestiċida;

(b)

L-informazzjoni dwar il-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità fil-laboratorji tagħhom u, partikolarment, l-informazzjoni dwar aspetti tal-linji gwida li jikkonċernaw il-Proċeduri ta’ Kontroll ta’ Kwalità għall-Analiżi ta’ Residwi minn Pestiċidi li ma setgħux japplikaw jew li kellhom diffikultà biex japplikawhom;

(ċ)

Informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 tad-Direttiva (KE) 882/2004, inklużi l-ambitu ta’ akkreditazzjoni, il-korp ta’ akkreditazzjoni u kopja taċ-ċertifikat ta’ l-akkreditazzjoni, tal-laboratorji li jwettqu l-analiżi;

(d)

L-informazzjoni dwar it-testijiet ta’ profiċjenza u t-testijiet interlaboratorji (ring tests) li l-laboratorju jkun ħa sehem fihom.

(6)

L-Istati Membri huma mistiedna biex, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2008, jibagħtu lill-Kummissjoni, il-programm nazzjonali tagħhom maħsub għall-monitoraġġ ta’ l-ogħla livelli ta’ residwu ta’ pestiċidi stabbiliti bid-Direttivi 90/642/KEE u 86/362/KEE għas-sena 2009, inkluż it-tagħrif dwar:

(a)

Il-kriterji applikati biex ikun ddeterminat l-għadd ta’ kampjuni li jridu jittieħdu u l-analiżi li trid titwettaq,

(b)

Il-livelli ta’ rappurtar applikati u l-kriterji li bihom ġew stipulati l-livelli ta’ rappurtar, u

(ċ)

Dettalji dwar l-akkreditazzjoni, taħt ir-Regolament (KE) 882/2004, tal-laboratorji li jwettqu l-analiżi.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/73/KE (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 40).

(2)   ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/73/KE.

(3)  Dokument SANCO/3131/2007, 31 ta’ Ottubru 2007, http://europa.eu.int/comm/food/plant/protection/resources/qualcontrol_en.pdf

(4)   ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30.

(5)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(6)   ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1246/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 21).

(7)   ĠU L 175, 4.7.1991, p. 35. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/82/KE (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 94).

(8)   ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16.


ANNESS I

PERMUTAZZJONIJIET TA’ PRODOTT/PESTIĊIDA LI GĦANDHOM JIĠU MMONITORJATI

 

2008

2009 (*1)

2010 (*1)

Acephate

(a)

(b)

(c)

Acetamiprid

(a)

(b)

(c)

Aldicarb

(a)

(b)

(c)

Amitraz

 

(b)

(c)

Azinphos-methyl

(a)

(b)

(c)

Azoxystrobin

(a)

(b)

(c)

Benomyl + carbendazim (espress bħala carbendazim)

(a)

(b)

(c)

Bifenthrin

(a)

(b) (d)

(b) (d)

Bromide total

 

(b)

(c)

Bromopropylate

(a)

(b)

(c)

Bupirimate

(a)

(b)

(c)

Buprofezin

(a)

(b)

(c)

Captan

(a)

(b)

(c)

Folpet

(a)

(b)

(c)

Carbaryl

(a)

(b)

(c)

chlofentezin

(a)

(b)

(c)

Chlormequat (*2)

(a)

(b)

(c)

Klorotalonil

(a)

(b)

(c)

Chlorpropham

(a)

(b)

(c)

Chlorpyriphos

(a)

(b) (d)

(b) (d)

Chlorpyriphos-methyl

(a)

(b) (d)

(b) (d)

Cypermethrin

(a)

(b) (d)

(b) (d)

Cyprodinil

(a)

(b)

(c)

Deltamethrin

(a)

(b) (d)

(b) (d)

Diazinon

(a)

(b) (d)

(b) (d)

Diklofluwanid

(a)

(b)

(c)

Dichlorvos

(a)

(b)

(c)

Dikofol

(a)

(b)

(c)

Dimethoate + Omethoate (total espress bħala dimethoate)

(a)

(b)

(c)

Dinocap

 

(b)

(c)

Diphenylamine

(a)

(b)

(c)

Endosulfan

(a)

(b) (d)

(b) (d)

fenarimol

(a)

(b)

(c)

Fenhexamid

(a)

(b)

(c)

Fenitrothion

(a)

(b)

(c)

Fludioxonil

(a)

(b)

(c)

flusilazole

(a)

(b)

(c)

Glyphosate (*3)

 

 

(c)

Hexaconazole

(a)

(b)

(c)

Hexythiazox

(a)

(b)

(c)

Imazalil

(a)

(b)

(c)

Imidacloprid

(a)

(b)

(c)

Indoxacarb

(a)

(b)

(c)

Iprodione

(a)

(b)

(c)

Iprovalicarb

(a)

(b)

(c)

Kresoxim-methyl

(a)

(b)

(c)

Lambda-cijalotrin

(a)

(b)

(c)

Malathion

(a)

(b)

(c)

grupp Maneb

(a)

(b)

(c)

Mepanipyrim

(a)

(b)

(c)

Mepiquat (*2)

(a)

(b)

(c)

Metalaxyl

(a)

(b)

(c)

Methamidophos

(a)

(b)

(c)

Methidathion

(a)

(b)

(c)

Methiocarb

(a)

(b)

(c)

Methomyl/Thiodicarb (total espress bħala methomyl)

(a)

(b)

(c)

Myclobutanil

(a)

(b)

(c)

Chlorpyriphos-methyl

(a)

(b)

(c)

Parathion

(a)

(b) (d)

(b) (d)

Penconazole

(a)

(b)

(c)

Phosalone

(a)

(b)

(c)

Pirimicarb

(a)

(b)

(c)

Pirimiphos-methyl

(a)

(b) (d)

(b) (d)

Prochloraz

(a)

(b)

(c)

Procymidone

(a)

(b)

(c)

Profenofos

(a)

(b) (d)

(b) (d)

Propargite

(a)

(b)

(c)

Pyrethrins

(a)

 

 

Pyrimethanil

(a)

(b)

(c)

Pyriproxyfen

(a)

(b)

(c)

Oxamyl

(a)

(b)

(c)

Quinoxyfen

(a)

(b)

(c)

Spiroxamine

(a)

(b)

(c)

Tebuconazole

(a)

(b)

(c)

Thiophanate-methyl

(a)

(b)

(c)

Tebufenozide

(a)

(b)

(c)

trifloxystrobin

(a)

(b)

(c)

Thiabendazole

(a)

(b)

(c)

Tolcloflos-methyl

(a)

(b)

(c)

Tolylfluanid

(a)

(b)

(c)

Triademefon + Triadimenol (espress bħala total ta’ triadimenol u triadimefon)

(a)

(b)

(c)

Vinclozolin

(a)

(b)

(c)

Boscalid

 

(b)

(c)

Carbofuran

 

(b)

(c)

Chlorfenvinphos

 

(b) (d)

(b) (d)

Cyfluthrin (inkl. beta-)

 

(b)

(c)

Difenoconazole

 

(b)

(c)

Dimethomorph

 

(b)

(c)

Ethion

 

(b)

(c)

Fenoxycarb

 

(b)

(c)

Fipronil

 

(b)

(c)

Flufenoxuron

 

(b)

(c)

Formetanate

 

(b)

(c)

Linuron

 

(b)

(c)

Monocrotophos

 

(b)

(c)

Parathion-Methyl

 

(b)

(c)

Phosmet

 

(b)

(c)

Pyridaben

 

(b)

(c)

Tebufenpyrad

 

(b)

(c)

Teflubenzuron

 

(b)

(c)

Tetradifon

 

(b)

(c)

Thiacloprid

 

(b)

(c)

Triazophos

 

(b)

(c)

Propamocarb

 

(b)

(c)

Haloxyfop

 

 

(c)

Fluazifop

 

 

(c)

2,4-D

 

 

(c)

Abamectin (total)

 

(b)

(c)

Acrinathrin

 

 

(c)

Bitertanol

 

 

(c)

Chlorfenapyr

 

 

(c)

Clothianidin

 

 

(c)

Dicloran

 

 

(c)

Epoxiconazole

 

 

(c)

Fenazaquin

 

 

(c)

Fenpropimorph

 

 

(c)

Fenthion (total)

 

 

(c)

Fenvalerate/Esfenvalerate (total)

 

 

(c)

Lufenuron

 

 

(c)

Methoxyfenozide

 

 

(c)

Oxadixyl

 

 

(c)

Pendimethalin

 

 

(c)

Fentoat

 

 

(c)

Propiconazole

 

 

(c)

Propyzamide

 

 

(c)

Spinosad (total)

 

 

(c)

Tetraconazole

 

 

(c)

Tijametossam

 

 

(c)

Trifluralin

 

 

(c)

Aldrin

 

(d)

(d)

Azinphos-ethyl

 

(d)

(d)

Chlordane-cis

 

(d)

(d)

Chlordane-trans

 

(d)

(d)

Oxychlordane

 

(d)

(d)

Chlorfenvinphos (total ta’ isomeri)

 

(d)

(d)

Chlorobenzilate

 

(d)

(d)

Cyfluthrin (total ta’ isomeri)

 

(d)

(d)

DDD-p,p’

 

(d)

(d)

DDE-p,p’

 

(d)

(d)

DDT-o,p’

 

(d)

(d)

DDT-p,p’

 

(d)

(d)

Deltamethrin

 

(d)

(d)

Diazinon

 

(d)

(d)

Dieldrin

 

(d)

(d)

Endosulfan-alpha

 

(d)

(d)

Endosulfan-beta

 

(d)

(d)

Endosulfan sulphate

 

(d)

(d)

Endrin

 

(d)

(d)

Fenthion

 

(d)

(d)

Fenvalerat/Esfenvalerat

 

(d)

(d)

(total ta’ iżomeri RS/SR u RR/SS)

 

(d)

(d)

Formothion

 

(d)

(d)

HCB

 

(d)

(d)

HCH-alpha

 

(d)

(d)

HCH-beta

 

(d)

(d)

HCH-gamma (lindane)

 

(d)

(d)

Heptachlor

 

(d)

(d)

Heptachlor epoxide (cis)

 

(d)

(d)

Heptachlor epoxide (trans)

 

(d)

(d)

Methacrifos

 

(d)

(d)

Methidathion

 

(d)

(d)

4,4’-Methoxychlor

 

(d)

(d)

Nitrofen

 

(d)

(d)

Parathion

 

(d)

(d)

Parathion-methyl

 

(d)

(d)

Parlar 26 (Camphechlor)

 

(d)

(d)

Parlar 50 (Camphechlor)

 

(d)

(d)

Parlar 62 (Camphechlor)

 

(d)

(d)

Permethrin (total ta’ isomeri)

 

(d)

(d)

Pirimiphos-methyl

 

(d)

(d)

Profenofos

 

(d)

(d)

Pyrazophos

 

(d)

(d)

Quintozene

 

(d)

(d)

Resmethrin (total ta’ isomeri)

 

(d)

(d)

Tecnazene

 

(d)

(d)

Triazophos

 

(d)

(d)

(a)

Fażola (friska jew iffriżata, mingħajr miżwed), zunnarija, ħjar, larinġ jew mandolin, lanġas, patata, ross, spinaċi (friska jew iffriżata)

(b)

Brunġiel, banana, pastard, għeneb tal-mejda, meraq tal-larinġ (), piżelli (friski/iffriżati, mingħajr miżwed), bżar (ħelu), qamħ

(c)

Tuffieħ, kaboċċi, kurrat, ħass, tadam, ħawħ inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili; segala jew ħafur, frawli

(d)

Butir, Perżut (iffumikat jew imnixxef bl-arja), bajd (likwidu jew imnixxef)


(*1)  Indikattiv għall-2009 u l-2010 skond il-programmi li se jkunu rakkomandati għal dawn is-snin.

(*2)  Chlormequat u mepiquat għandhom ikunu analizzati fiċ-ċereali (ħlief ir-ross), iz-zunnarija, il-ħxejjex tal-frott u l-lanġas.

(*3)  Ċereali biss

(1)  Għall-meraq tal-larinġ, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sors (konċentrati jew frott frisk).


ANNESS II

L-għadd ta’ kampjuni ta’ kull prodott li għandhom jittieħdu minn kull Stat Membru.

Kodiċi tal-pajjiż

Kampjuni

AT

12  (*1)

15  (*2)

BE

12  (*1)

15  (*2)

BG

12  (*1)

15  (*2)

CY

12  (*1)

15  (*2)

CZ

12  (*1)

15  (*2)

DE

93

DK

12  (*1)

15  (*2)

ES

45

EE

12  (*1)

15  (*2)

EL

12  (*1)

15  (*2)

FR

66

FI

12  (*1)

15  (*2)

HU

12  (*1)

15  (*2)

IT

65

IE

12  (*1)

15  (*2)

LU

12  (*1)

15  (*2)

LT

12  (*1)

15  (*2)

LV

12  (*1)

15  (*2)

MT

12  (*1)

15  (*2)

NL

17

PT

12  (*1)

15  (*2)

PL

45

RO

17

SE

12  (*1)

15  (*2)

SI

12  (*1)

15  (*2)

SK

12  (*1)

15  (*2)

UK

66

Numru totali minimu ta’ kampjuni 642


(*1)  Numru minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwu uniku

(*2)  Numru minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwu uniku


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

9.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/16


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/104/PESK

tat-8 ta’ Frar 2008

li testendi u temenda l-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK dwar miżuri restrittivi kontra estremisti f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK dwar miżuri restrittivi kontra estremisti f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) (1).

(2)

Fis-7 ta’ Frar 2007, il-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK kienet emendata l-aħħar u giet estiża sad-9 ta’ Frar 2008 mill-Pożizzjoni Komuni 2007/86/PESK (2).

(3)

Wara reviżjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK, huwa kkunsidrat xieraq li tiġi estiża l-applikazzjoni tagħha għal perijodu ta’ 12-il xahar ieħor, kif ukoll li tiġi aġġornata l-lista ta’ persuni fl-Anness tagħha,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK hija b’dan estiża sa l-10 ta’ Frar 2009.

Artikolu 2

L-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK għandu jiġi mibdul bit-test li jidher fl-Anness għal din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tapplika mill-10 ta’ Frar 2008.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

D. RUPEL

Il-President


(1)   ĠU L 39, 11.2.2004, p.19.

(2)   ĠU L 35, 8.2.2007, p. 32.


ANNESS

“Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 1

Kunjom:

ADILI, Gafur

Magħruf ukoll bħala:

Valdet Vardari

Data tat-twelid:

5.1.1959

Post tat-twelid/oriġini:

Harandjell (Kičevo), dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Kunjom:

AHMET, Hebib

Magħruf ukoll bħala:

 

Data tat-twelid:

9.11.1981

Post tat-twelid/oriġini:

Brodec, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Kunjom:

ALIAJ, Fotos

Magħruf ukoll bħala:

 

Data tat-twelid

6.1.1977

Post tat-twelid/oriġini:

Leza, Albania

Kunjom:

ALIAJ, Shukri

Magħruf ukoll bħala:

 

Data tat-twelid:

6.11.1974

Post tat-twelid/oriġini:

Shterpce/Strpce, Serbja (Kosovo)

jew

Ferizaj/Uroševac, Serbja (Kosovo)

Kunjom:

BEQIRI, Idajet

Magħruf ukoll bħala:

 

Data tat-twelid:

20.2.1951

Post tat-twelid/oriġini:

Mallakaster, Fier, Albanija

Kunjom:

BUTKA, Spiro

Magħruf ukoll bħala:

Vigan Gradica

Data tat-twelid:

29.5.1949

Post tat-twelid/oriġini:

Serbja (Kosovo)

Kunjom:

HALILI, Zaim

Magħruf ukoll bħala:

 

Data tat-twelid:

18.9.1979

Post tat-twelid/oriġini:

Strumica, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Kunjom:

HYSENI, Xhe-Mail

Magħruf ukoll bħala:

Xhimi Shea

Data tat-twelid:

15.8.1958

Post tat-twelid/oriġini:

Lojane (Lipkovo), dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Kunjom:

JAKUPI, Avdil

Magħruf ukoll bħala:

Cakalla

Data tat-twelid:

20.4.1974

Post tat-twelid/oriġini:

Tanuševci, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Kunjom:

JAKUPI, Lirim

Magħruf ukoll bħala:

‘Commander Nazi’

Data tat-twelid:

1.8.1979

Post tat-twelid/oriġini:

Bujanovac, Serbja

Kunjom:

KRASNIQI, Agim

Magħruf ukoll bħala:

 

Data tat-twelid:

15.9.1979

Post tat-twelid/oriġini:

Kondovo, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Kunjom:

LIMANI, Fatmir

Magħruf ukoll bħala:

 

Data tat-twelid:

14.1.1973

Post tat-twelid/oriġini:

Kičevo, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Kunjom:

MISIMI, Naser

Magħruf ukoll bħala:

 

Data tat-twelid:

8.1.1959

Post tat-twelid/oriġini:

Mala Rečica (Tetovo), dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Kunjom:

REXHEPI, Daut

Magħruf ukoll bħala:

Leka

Data tat-twelid:

6.1.1966

Post tat-twelid/oriġini:

Poroj, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Kunjom:

RUSHITI, Sait

Magħruf ukoll bħala:

 

Data tat-twelid:

7.7.1966

Post tat-twelid/oriġini:

Tetovo, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Kunjom:

SUMA, Emrush

Magħruf ukoll bħala:

 

Data tat-twelid:

27.5.1974

Post tat-twelid/oriġini:

Dimce/Dimce (Kačanik), Serbja (Kosovo)

Kunjom:

UKSHINI, Sami

Magħruf ukoll bħala:

‘Commander Sokoli [Falcon]’

Data tat-twelid:

5.3.1963

Post tat-twelid/oriġini:

Gjakove/Djakovica, Serbja (Kosovo)”