ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 31

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
5 ta' Frar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 99/2008 ta' l-4 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 100/2008 ta’ l-4 ta’ Frar 2008 li jemenda fir-rigward tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni u ċerti formalitajiet marbuta mal-kummerċ fl-ispeċijiet tal-fawna u l-flora selvaġġi, ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 101/2008 ta’ l-4 ta’ Frar 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2008 ta’ l-4 ta’ Frar 2008 li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti – Prosciutto di Parma (DPO)

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2008 ta’ l-4 ta’ Frar 2008 li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti – Mozzarella di Bufala Campana (DPO)

31

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/93/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku tal-15 ta’ Jannar 2008 li timplimenta l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2001 tas-27 ta’ Frar 2001 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għan-negozjar ta’ ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku

32

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/94/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2008 li taġġorna l-Anness A għall-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern ta’ l-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta’ Monako

34

 

 

2008/95/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2008 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 286)

39

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

5.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 31/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 99/2008

ta' l-4 ta’ Frar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-4 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

134,0

JO

84,0

MA

42,6

SN

192,7

TN

115,9

TR

104,9

ZZ

112,4

0707 00 05

JO

202,1

MA

52,1

TR

107,2

ZZ

120,5

0709 90 70

MA

64,9

TR

114,2

ZA

79,4

ZZ

86,2

0709 90 80

EG

191,8

ZZ

191,8

0805 10 20

EG

49,6

IL

60,3

MA

57,6

TN

52,9

TR

69,7

ZA

22,3

ZZ

52,1

0805 20 10

IL

107,2

MA

106,0

TR

101,8

ZZ

105,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

84,5

EG

57,6

IL

75,3

JM

97,0

MA

136,4

PK

46,3

TR

71,5

US

60,6

ZZ

78,7

0805 50 10

EG

95,2

IL

120,5

MA

117,2

TR

118,0

ZZ

112,7

0808 10 80

CA

103,4

CL

60,8

CN

85,4

MK

39,4

US

114,2

ZZ

80,6

0808 20 50

CL

59,3

CN

64,4

US

104,2

ZA

103,5

ZZ

82,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


5.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 31/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 100/2008

ta’ l-4 ta’ Frar 2008

li jemenda fir-rigward tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni u ċerti formalitajiet marbuta mal-kummerċ fl-ispeċijiet tal-fawna u l-flora selvaġġi, ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċijiet ta’ flora u fawna selvaġġi billi jiġi regolat il-kummerċ fihom (1), u partikolarment l-Artikolu 19(1)(i) u (iii), (2) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu implimentati ċerti riżoluzzjonijiet adottati fit-tlettax u l-erbatax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES, għandhom jiżdiedu iktar dispożizzjonijiet għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 ta’ l-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (2).

(2)

Ir-Riżoluzzjonijiet CITES Conf. 9.7 dwar it-Transitu u t-Trażbord (Rev. CoP13) u Conf. 12.3 (Rev. CoP13) dwar il-Permessi u ċ-Ċertifikati jipprovdu proċeduri speċjali sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment transkonfinali ta’ kollezzjonijiet ta’ kampjuni koperti bil-carnets ta’ l-ATA kif iddefinit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3). Sabiex operaturi ekonomiċi fi ħdan il-Komunità jiġu pprovduti b'kundizzjonijiet simili għal dawk ta’ Partijiet oħra tas-CITES għall-moviment tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni bħal dan, jinħtieġ li ssir dispożizzjoni għal proċeduri bħal dawn fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 12.3 (Rev.CoP13) dwar il-Permessi u ċ-Ċertifikati tawtorizza li jinħarġu retrospettivament permessi għall-effetti personali u domestiċi, jekk l-Awtorità tal-Ġestjoni tkun sodisfatta li sar żball ġenwin u li ma kien hemm l-ebda ħsieb ta’ qerq, u tirrikjedi li l-Partijiet jirraportaw fuq dawn il-permessi fir-rapporti li jintbagħtu kull sentejn lis-Segretarjat. Għandha ssir dispożizzjoni għal dan sabiex tippermetti flessibilità adegwata u tnaqqas il-piż burokratiku fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet ta’ effetti personali u domestiċi.

(4)

Ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 13.6 dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VII, pararafu 2 tal-Konvenzjoni dwar il-kampjuni “prekonvenzjoni” tipprovdi definizzjoni ta’ kampjun “prekonvenzjoni” u tiffissa d-dati li jridu jitqiesu biex jiġi stabbilit jekk kampjun jistax jitqies bħala “prekonvenzjoni”. Għal għanijiet ta’ ċarezza, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu implimentati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(5)

Ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 13.7 (Rev. CoP14) dwar il-Kontroll ta’ Kummerċ fl-Effetti Personali u Domestiċi tipprovdi lista ta’ speċijiet li għalihom mhuwa meħtieġ l-ebda dokument għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ kampjuni li huma Effetti Personali u Domestiċi taħt ċertu ammont. Din il-lista tinkludi derogi fir-rigward ta’ arzelli kbar u żwiemel tal-baħar kif ukoll għall-kwantità mnaqqsa tal-kavjar, li għandhom jiġu implimentati.

(6)

Ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 12.7 (Rev. CoP14) dwar il-Konservazzjoni u l-Kummerċ ta’ sturjuni u paddlefish tistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għal Partijiet biex jippermettu l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u l-esportazzjonijiet mill-ġdid tal-kavjar. Sabiex titnaqqas il-frodi, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu implimentati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(7)

Fl-erbatax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES, ir-referenzi standard għan-nomenklatura, li għandhom jintużaw biex jindikaw l-ismijiet xjentifiċi ta’ speċijiet għall-permessi u ċertifikati, ġew mġedda u l-listi ta’ speċijiet ta’ annimali fl-Appendiċi tas-CITES ġew ikklassifikati mill-ġdid sabiex l-ordnijiet, il-familji u l-ġeneri jiġu preżentati f'ordni alfabetika. Għalhekk dawn it-tibdiliet għandhom jiġu riflessi f'Anness VII u Anness X tar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

(8)

Il-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES adottat format ta’ rapportaġġ biennali għall-preżentazzjoni tar-rapporti bijennali meħtieġa skond l-Artikolu VIII, paragrafu 7 (b) tal-Konvenzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-rapporti bijennali tagħhom skond il-format tar-rapport Bijennali, fir-rigward ta’ l-informazzjoni meħtieġa skond il-Konvenzjoni, u skond il-format tar-rapport supplimentari fir-rigward ta’ informazzjoni meħtieġa skond ir-Regolament (KE) Nru 338/97 u r-Regolament (KE) Nru 865/2006.

(9)

L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 wriet li d-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament marbuta maċ-ċertifikati għat-tranżazzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu emendati sabiex jipprovdu iktar flessibiltà fl-użu ta’ ċertifikati bħal dawn u biex jitħallew jintużaw fl-Istati Membri għajr l-Istat Membru emittenti.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(11)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ fil-Fawna u l-Flora Selvaġġi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(1)

‘id-data ta’ l-akkwist’ tfisser id-data meta jkun ittieħed il-kampjun minn ambjent selvaġġ, twieled fil-kattività jew tnissel artifiċjalment, jew, jekk din id-data ma tkunx definita jew ma tistax tkun ppruvata, kwalunkwe data sussegwenti u ppruvata li fiha il-kampjun kien għall-ewwel darba fil-pussess ta’ xi persuna;”

(b)

Il-punt (7) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(7)

‘ċertifikati għal tranżazzjonijiet speċifiċi’ tfisser ċertifikati maħruġa skond l-Artikolu 48 li huma validi biss għal tranżazzjoni speċifikata waħda jew iktar;”

(ċ)

Għandhom jiżdiedu l-punti (9) u (10) li ġejjin:

“(9)

‘ġabra tal-kampjuni’ tfisser ġabra ta’ kampjuni mejta, partijiet u derivattivi minnhom, akkwistati b'mod legali, ittrasportati minn pajjiż għall-ieħor għal għanijiet ta’ preżentazzjoni;

(10)

‘kampjun prekonvenzjoni’ tfisser kampjun akkwistat qabel ma l-ispeċi kkonċernata kienet inkluża għall-ewwel darba fl-Appendiċi għall-Konvenzjoni.”

2.

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-formoli li fuqhom jimtlew permessi ta’ importazzjoni, permessi ta’ esportazzjoni, ċertifikati ta’ esportazzjoni mill-ġdid u applikazzjonijiet għal dokumenti bħal dawn għandhom isiru f'konformità mal-mudell fl-Anness I, ħlief fir-rigward ta’ spazji riservati għal użu nazzjonali.”

3.

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-formoli jridu jimtlew b'kitba ttajpjata.

Madankollu, applikazzjonijiet għall-permessi ta’ importazzjoni u esportazzjoni, għal ċertifikati ta’ esportazzjonijiet mill-ġdid u għaċ-ċertifikati previsti fl-Artikoli 5(2)(b), 5(3), 5(4), 8(3) u 9(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 338/97, għal ċertifikati ta’ proprjetà personali, għal ċertifikati tal-ġabriet tal-kampjuni u għaċ-ċertifikati għal wirjiet itineranti kif ukoll għal notifiki ta’ importazzjoni, folji u tikketti ta’ kontinwazzjoni jistgħu jimtlew bl-idejn, sakemm dan isir b'mod leġibbli, bil-linka u b'ittri kapitali.”

4.

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Kontenut speċifiku ta’ permessi, ċertifikati u applikazzjonijiet għal kampjuni tal-pjanti

Fil-każ ta’ kampjuni ta’ pjanti li ma jibqgħux jikkwalifikaw għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni jew tar-Regolament (KE) Nru 338/97 skond in-‘Noti dwar l-interpretazzjoni ta’ l-Annessi A, B, Ċ, u D’ fl-Anness għalih, skond liema ġew legalment esportati u importati, il-pajjiż li jrid jiġi indikat fil-kaxxa 15 tal-formoli fl-Anness I u III, kaxxa 4 tal-formoli fl-Anness II u kaxxa 10 tal-formoli fl-Anness V għal dan ir-Regolament jista' jkun il-pajjiż fejn l-kampjuni ma jkunux baqgħu jikkwalifikaw għall-eżenzjoni.

F'dawk il-każi, il-kaxxa rriżervata għad-dħul ta’ ‘kundizzjonijiet speċjali’ fil-permess jew ċertifikat għandhom jinkludu d-dikjarazzjoni ‘Importati legalment skond l-eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tas-CITES’ u għandhom jispeċifikaw għal xiex tirreferi din l-eżenzjoni.”

5.

Fl-Artikolu 7, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Il-permessi u ċ-ċertfikati maħruġa minn pajjiżi terzi bil-kodiċi tas-sors ‘O’ għandhom jiġu aċċettati biss jekk ikopru kampjuni konformi mad-definizzjoni tal-kampjun tal-prekonvenzjoni stabbilit fl-Artikolu 1(10) u jinkludu jew id-data ta’ l-akkwist tal-kampjuni jew dikjarazzjoni li l-kampjuni ġew akkwistati qabel data speċifika.”

6.

L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Kunsinni bil-baħar ta’ kampjuni

Bla ħsara għall-Artikoli 31, 38 u 44b, għal kull kunsinna ta’ kampjuni mibgħuta bil-baħar flimkien bħala parti minn tagħbija waħda, għandu jinħareġ jew permess ta’ importazzjoni, jew notifika ta’ importazzjoni, jew permess ta’ esportazzjoni jew ċertifikat ta’ esportazzjoni mill-ġdid separatament.”

7.

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Il-validità tal-permessi għall-importazzjoni u l-esportazzjoni, ta’ ċertifikati ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid, ta’ ċertifikati tal-wirjiet itineranti, ta’ ċertifikati ta’ proprjetà personali, u ta’ ċertifikati tal-kollezzjonijiet tal-kampjuni”

(b)

Fil-paragrafu 1, għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fir-rigward ta’ kavjar ta’ l-ispeċi sturjun (Acipenseriformes spp.) li ġej minn stokk ta’ ħut komuni suġġett għal kwoti ta’ esportazzjoni, fejn huwa kopert minn permess ta’ esportazzjoni, il-permessi ta’ importazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx ikunu validi sa aktar tard mill-aħħar jum tas-sena ta’ kwota fejn il-kavjar ikun inġabar u pproċessat jew mill-aħħar jum tal-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmi fl-ewwel subparagrafu, skond liema perjodu jiġi l-ewwel.

Fir-rigward ta’ kavjar ta’ l-ispeċi sturjun (Acipenseriformes spp.) kopert minn ċertifikat ta’ esportazzjoni mill-ġdid, il-permessi ta’ importazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx ikunu validi sa aktar tard mill-aħħar jum tal-perjodu ta’ 18-il xahar wara d-data tal-ħruġ tal-permess ta’ esportazzjoni oriġinali rilevanti jew mill-aħħar jum tal-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmi fl-ewwel subparagrafu, skond liema perjodu jiġi l-ewwel.”

(ċ)

Fil-paragrafu 2, għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fir-rigward ta’ kavjar ta’ l-ispeċi sturjun (Acipenseriformes spp.) minn stokk ta’ ħut komuni suġġett għal kwoti ta’ esportazzjoni, il-permessi ta’ esportazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx ikunu validi sa aktar tard mill-aħħar jum tas-sena ta’ kwota fejn il-kavjar ikun inġabar u pproċessat jew l-aħħar jum tal-perjodu ta’ 6 xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, skond liema perjodu jiġi l-ewwel.

Fir-rigward ta’ kavjar ta’ l-ispeċi sturjun (Acipenseriformes spp.), iċ-ċertifikati ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid imsemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx ikunu validi sa aktar tard mill-aħħar jum tal-perjodu ta’ 18-il xahar wara d-data tal-ħruġ tal-permess ta’ esportazzjoni oriġinali rilevanti jew mill-aħħar jum tal-perjodu ta’ 6 xhur imsemmi fl -ewwel subparagrafu, skond liema perjodu jiġi l-ewwel.”

(d)

Jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu u l-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, is-sena ta’ kwota għandha tkun dik miftiemha mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni.”

(e)

Jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   Il-perjodu ta’ validità għal ċertifikati tal-kollezzjonijiet tal-kampjuni maħruġa skond l-Artikolu 44a ma għandux jaqbeż is-sitt xhur. Id-data ta’ skadenza ta’ ċertifikat tal-kollezzjoni tal-kampjuni ma għandhiex tkun iktar tard minn dik fuq il-carnet ATA mehmuż miegħu.”

(f)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Wara li jiskadu, il-permessi u ċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 3a għandhom jitqiesu nulli.”

(ġ)

Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Id-detentur għandu mingħajr dewmien żejjed jibgħat lura lill-awtorità ta’ ġestjoni emittenti l-oriġinal u l-kopji kollha ta’ permess ta’ importazzjoni, permess ta’ esportazzjoni jew ċertifikat ta’ esportazzjoni mill-ġdid, ċertifikat ta’ wirjiet itineranti, ċertifikat ta’ proprjetà personali, jew ċertifikat tal-kollezzjoni tal-kampjuni li jkun skada jew li mhux qed jintuża aktar jew li ma għadux validu.”

8.

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, għandu jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

meta ma jibqgħux jiġu sodisfatti xi kundizzjonijiet speċjali speċifikati fil-kaxxa 20.”

(b)

Fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta jinħareġ ċertifikat għal tranżazzjoni speċifika biex jippermetti li jsiru bosta tranżazzjonijiet, dan ikun validu biss fi ħdan it-territorju ta’ l-Istat Membru emittenti. Meta ċertifikati għal tranżazzjoni speċifika jkunu maħsuba biex jintużaw fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru emittenti, dawn iridu jinħarġu għal tranżazzjoni waħda biss u l-validità tagħhom trid tkun limitata għal dik it-tranżazzjoni. Fil-kaxxa 20 għandu jiġi indikat jekk ċertifikat huwiex validu għal tranżazzjoni waħda jew iktar u l-Istat(i) Membru/i li fit-territorju tagħhom huwa validu dan iċ-ċertifikat.”

(ċ)

It-tieni subparagrafu tar-4 paragrafu għandu jinbidel bil-paragrafu ġdid 5 li ġej:

“5.   Dokumenti li ma jibqgħux validi skond dan l-Artikolu għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jinroddu lura lill-awtorità tal-ġestjoni emittenti li, fejn hu xieraq, jinħareġ ċertifikat li jirrifletti l-bdil meħtieġ skond l-Artikolu 51.”

9.

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward ta’ kampjuni importati jew esportati (mill-ġdid) bħala effetti personali jew domestiċi li għalihom huma applikabbli d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XIV, u fir-rigward ta’ annimali ħajjin miżmuma għal finijiet personali, li jinxtraw legalment u jinżammu għal finijiet mhux kummerċjali, id-deroga provduta f'dan il-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll fejn l-awtorità ta’ ġestjoni kompetenti ta’ Stat Membru, f'konsultazzjoni ma’ l-awtorità ta’ infurzar rilevanti, hija sodisfatta li hemm evidenza li sar żball ġenwin u li ma kien hemm l-ebda ħsieb ta’ qerq u li l-importazzjoni jew l-esportazzjoni (mill-ġdid) tal-kampjuni kkonċernati hija f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 338/97, il-Konvenzjoni u l-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ pajjiż terz.”

(b)

Jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   Fil-każ ta’ kampjuni li għalihom jinħareġ permess ta’ importazzjoni skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, attivitajiet kummerċjali, kif definiti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 338/97, għandhom jiġu pprojbiti għal 6 xhur mid-data tal-ħruġ tal-permess, kif ukoll, waqt dak il-perjodu, ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni għal kampjuni ta’ l-ispeċijiet ta’ Anness A, kif provdut fl-Artikolu 8(3) ta’ dak ir-Regolament.

Fil-każ ta’ permessi ta’ l-importazzjoni li jinħarġu skond il-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, għal kampjuni ta’ speċijiet elenkati fl-Anness B għar-Regolament (KE) Nru 338/97, u għal kampjuni ta’ speċijiet elenkati fl-Anness A u msemmija fl-Artikolu 4(5)(b) tiegħu, fil-kaxxa 23 għandha tiddaħħal l-istipulazzjoni ‘b'deroga mill-Artikoli 8(3) jew (5) tar-Regolament (KE) Nru 338/97, attivitajiet kummerċjali, kif definiti fl-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament (KE) Nru 338/97, għandhom ikunu pprojbiti għal talanqas 6 xhur mid-data tal-ħruġ ta’ dan il-permess’.”

10.

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:

“Artikolu 20a

Rifjut ta’ applikazzjonijiet għal permessi ta’ l-importazzjoni

L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjonijiet għal permessi ta’ l-importazzjoni għal kavjar u laħam ta’ l-ispeċi ta’ l-isturjun (Acipenseriformes spp.) li ġej minn stokk ta’ ħut komuni sakemm ikunu stabbiliti kwoti ta’ l-esportazzjoni għall-ispeċi f'konformità mal-proċedura approvata mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni.”

11.

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 26a li ġej:

“Artikolu 26a

Rifjut ta’ applikazzjonijiet għal permessi ta’ l-esportazzjoni

L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjonijiet għal permessi ta’ l-esportazzjoni għal kavjar u laħam ta’ l-ispeċi sturjun (Acipenseriformes spp.) li ġej minn stokk ta’ ħut komuni sakemm ikunu stabbiliti kwoti ta’ l-esportazzjoni għall-ispeċi f'konformità mal-proċedura approvata mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni.”

12.

Fl-Artikolu 31, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(3)

bħala ċertifikat skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għall-għan uniku li jitħallew li jiġu eżibiti l-kampjuni fil-pubbliku għal għanijiet kummerċjali.”

13.

Fl-Artikolu 36, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Id-dokument ta’ sostituzzjoni għandu jkollu l-istess numru, jekk ikun possibbli, u l-istess data ta’ validità bħad-dokument oriġinali, u fil-kaxxa 20 għandu jinkludi waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

‘Dan iċ-ċertifikat huwa kopja vera ta’ l-oriġinali’ jew ‘Dan iċ-ċertifikat jikkanċella u jissostitwixxi l-oriġinali bin-numru xxxx maħruġ fi xx/xx/xxxx’.”

14.

Fl-Artikolu 44, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Id-dokument ta’ sostituzzjoni għandu jkollu l-istess numru, jekk ikun possibbli, u l-istess data ta’ validità bħad-dokument oriġinali, u fil-kaxxa 23 għandu jinkludi waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

‘Dan iċ-ċertifikat huwa kopja vera ta’ l-oriġinali’ jew ‘Dan iċ-ċertifikat jikkanċella u jissostitwixxi l-oriġinali bin-numru xxxx maħruġ fi xx/xx/xxxx’.”

15.

Il-Kapitolu VIIIa li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 44:

“KAPITOLU VIIIa

ĊERTIFIKATI TAL-KOLLEZZJONIJIET TAL-KAMPJUNI

Artikolu 44a

Ħruġ

L-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikati tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni sakemm il-kollezzjoni tkun koperta permezz ta’ carnet ATA validu u jinkludi kampjuni, partijiet jew derivattivi ta’ speċijiet elenkati fl-Annessi A, B jew Ċ tar-Regolament (KE) Nru 338/97.

Għall-finijiet ta’ l-ewwel paragrafu, il-kampjuni, partijiet jew derivattivi ta’ speċijiet elenkati fl-Anness A għandhom jikkonformaw mal-Kapitolu XIII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 44b

Użu

Sakemm il-kollezzjonijiet ta’ kampjuni kopert minn ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni jkun akkumpanjat b'carnet ATA validu, jista' jintuża ċertifikat, maħruġ skond l-Artikolu 44a, kif ġej:

(1)

bħala permess ta’ importazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 338/97;

(2)

bħala ċertifikat ta’ permess ta’ esportazzjoni jew esportazzjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 338/97, meta l-pajjiż destinatarju jagħraf u jippermetti l-użu tal-carnets ATA.

(3)

bħala ċertifikat skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għall-għan uniku li jitħallew li jiġu eżibiti l-kampjuni fil-pubbliku għal għanijiet kummerċjali.

Artikolu 44ċ

Awtorità emittenti

1.   Meta l-kollezzjoni ta’ kampjuni jkollha l-oriġini fil-Komunità, l-awtorità emittenti taċ-ċertifikat tal-kollezzjonijiet tal-kampjuni għandha tkun l-awtorità ta’ ġestjoni ta’ l-Istat Membru li fiha toriġina l-kollezzjoni tal-kampjuni.

2.   Meta l-kollezzjoni ta’ kampjuni toriġina f'pajjiż terz, l-awtorità li toħroġ ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni għandha tkun l-awtorità ta’ ġestjoni ta’ l-Istat Membru ta’ l-ewwel destinazzjoni, u l-ħruġ ta’ dak iċ-ċertifikat għandu jkun ibbażat fuq il-preżentazzjoni ta’ dokument ekwivalenti, maħruġ minn dak il-pajjiż terz.

Artikolu 44d

Rekwiżiti

1.   Kollezzjoni ta’ kampjuni koperta minn ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni għandha tiġi impurtata mill-ġdid fil-Komunità qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat.

2.   Il-kampjuni koperti biċ-ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni ma għandux jinbigħ jew jiġi trasferit mod ieħor waqt li jkun barra t-territorju ta’ l-Istat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat.

3.   Ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni mhuwiex trasferibbli. Jekk il-kampjuni koperti b'ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni jintilfu, jinsterqu, jew jinqerdu, l-awtorità ta’ ġestjoni emittenti minnufih għandha tinforma b'dan lill-awtorità ta’ ġestjoni tal-pajjiż fejn dan il-fatt ikun seħħ.

4.   Iċ-ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni għandu jindika li d-dokument huwa għal ‘oħrajn: Kollezzjoni ta’ Kampjuni’ u fil-kaxxa 23 għandu jinkludi in-numru tal-carnet ATA mehmuż.

Fil-kaxxa 23 f'Anness xieraq għaċ-ċertifikat għandu jiġi inkluż dan it-test li ġej:

‘Għall-kollezzjoni ta’ kampjuni akkumpanjata bil-carnet ATA Nru: xxx

Dan iċ-ċertifikat ikopri kollezzjoni ta’ kampjuni u mhuwiex validu sakemm ma jkunx akkumpanjat b'carnet ATA validu. Dan iċ-ċertifikat mhuwiex trasferibbli. Il-kampjuni koperti b'dan iċ-ċertifikat ma għandhomx jinbiegħu jew jiġu trasferiti mod ieħor waqt li jkunu barra t-territorju ta’ l-Istat li jkun ħareġ dan iċ-ċertifikat. Dan iċ-ċertifikat jista' jintuża għall-esportazzjoni (mill-ġdid) mill-[indika l-pajjiż ta’ esportazzjoni (mill-ġdid) via [indika l-pajjiżi fejn għandha ssir iż-żjara] għal għanijiet ta’ preżentazzjoni u importazzjoni lura għal [indika l-pajjiż ta’ l-esportazzjoni (mill-ġdid)].’

5.   Fil-każ ta’ ċertifikati tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni maħruġa skond l-Artikolu 44ċ(2), ma għandhomx japplikaw il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu. F'każijiet bħal dawn, iċ-ċertifikati għandhom, fil-kaxxa 23, jinkludu d-dikjarazzjoni li ġejja:

‘Dan iċ-ċertifikat mhuwiex validu sakemm ma jkunx akkumpanjat minn dokument oriġinali tas-CITES maħruġ minn pajjiż terz skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni.’

Artikolu 44e

Applikazzjonijiet

1.   L-applikant għall-ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni għandu, fejn indikat, jimla l-kaxxi 1, 3, 4, u 7 sa 23 tal-formola ta’ l-applikazzjoni u l-kaxxi 1, 3, 4, u 7 sa 22 ta’ l-oriġinali u tal-kopji kollha. Id-daħliet fil-kaxxa 1 u 3 għandhom ikunu identiċi. Il-lista ta’ pajjiżi li trid ssirilhom żjara għandhom jiġu indikati fil-kaxxa 23.

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jipprovdu li għandha timtela' formola ta’ applikazzjoni waħda biss.

2.   Il-formola mimlija kif jixraq trid tintbagħat lill-awtorità ta’ ġestjoni ta’ l-Istat Membru fejn ikunu qegħdin il-kampjuni, jew fil-każ msemmi fl-Artikolu 44c(2), lill-awtorità ta’ ġestjoni ta’ l-Istat Membru li fiha toriġina l-kollezzjoni ta’ kampjuni ta’ l-ewwel destinazzjoni, flimkien ma’ l-informazzjoni meħtieġa u l-evidenza dokumentata li dik l-awtorità tqis li huma meħtieġa sabiex tkun tista' tiddetermina jekk għandux jinħareġ ċertifikat.

L-ommissjoni ta’ informazzjoni mill-applikazzjoni trid tkun ġustifikata.

3.   Meta ssir applikazzjoni għal ċertifikat dwar kampjuni li għalihom din l-applikazzjoni tkun ġiet irrifjutata qabel, l-applikant irid jinforma l-awtorità ta’ ġestjoni b'dan il-fatt.

Artikolu 44f

Id-dokumenti li jridu jingħataw mid-detentur lill-uffiċċju doganali

1.   Fil-każ ta’ ċertifikati tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni maħruġa skond l-Artikolu 44ċ(1), id-detentur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu, għall-għanijiet ta’ verifka jagħti l-oriġinal (formola 1), u kopja ta’ dak iċ-ċertifikat, u fejn huwa xieraq il-kopja għad-detentur (formola 2) u l-kopja biex tingħata lura lill-awtorità ta’ ġestjoni emittenti (formola 3) kif ukoll l-oriġinali tal-carnet ATA validu lil xi uffiċċju doganali indikat skond l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 338/97.

L-uffiċju doganali għandu, wara li jiġi pproċessat il-carnet ATA skond ir-regoli doganali li hemm fir-Regolament (KE) Nru 2454/93, jekk meħtieġ, wara li jiddaħħal in-numru tal-carnet ATA fl-oriġinali u kopja ta’ ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni, jibgħat lura d-dokumenti oriġinali lid-dententur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, japprova kopja taċ-ċertifikat tal-kollezzjonijiet tal-kampjuni u jagħti dik il-kopja approvata lill-awtorità ta’ ġestjoni rilevanti skond l-Artikolu 45.

Madankollu, fi żmien l-ewwel esportazzjoni mill-Komunità, l-uffiċċju doganali għandu, wara li jimla l-kaxxa 27, jibgħat lura iċ-ċertifikat oriġinali tal-kollezzjonijiet tal-kampjuni (formola 1) u l-kopja għad-detentur (formola 2) lid-detentur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, u jibgħat il-kopja biex tintbagħat lura lill-awtorità ta’ ġestjoni emittenti (formola 3) skond l-Artikolu 45.

2.   Fil-każ ta’ ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni maħruġ skond l-Artikolu 44ċ(2), għandu japplika l-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu, ħlief li d-detentur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jippreżentaw għal finijiet ta’ verifika, iċ-ċertifikat oriġinali maħruġ minn pajjiż terz.

Artikolu 44ġ

Sostituzzjoni

Ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni li jkun intilef, insteraq, jew inqered jista' jiġi sostitwit biss mill-awtorità li tkun ħarġitu.

Id-dokument ta’ sostituzzjoni għandu jkollu l-istess numru, jekk possibbli, u l-istess data ta’ validità tad-dokument oriġinali, u għandu jinkludi, fil-kaxxa 23, waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

‘Dan iċ-ċertifikat huwa kopja vera ta’ l-oriġinali’ jew ‘Dan iċ-ċertifikat jikkanċella u jissostitwixxi l-oriġinali bin-numru xxxx maħruġ fi xx/xx/xxxx’.”

16.

F'Artikolu 57, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“5.   B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, id-dħul jew id-dħul mill-ġdid fil-Komunità ta’ l-oġġetti li ġejjin elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 ma għandhomx jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ permess ta’ importazzjoni jew permess ta’ esportazzjoni (mill-ġdid):

(a)

kavjar ta’ l-ispeċi ta’ l-isturjun (Acipenseriformes spp) sa massimu ta’ 125 gramma għal kull persuna, f'kontenituri mmarkati individwalment skond l-Artikolu 66(6);

(b)

stikek tax-xita (rainsticks) ta’ Cactaceae spp., sa tlieta għal kull persuna;

(ċ)

kampjuni mejta tal-Crocodylia spp., ħlief il-laħam u t-trofej tal-kaċċa, sa erba' għal kull persuna;

(d)

qxur ta’ arzelli ta’ Strombus gigas, sa tlieta kull persuna;

(e)

Hippocampus spp. sa erba' kampjuni mejta għal kull persuna;

(f)

qxur ta’ arzelli tat-Tridacnidae spp. sa tliet kampjuni għal kull persuna li b'kollox ma jaqbżux it-tliet kg, meta kampjun jista' jkun qoxra ta’ arzella waħda jew żewġt iqxur jaqblu.”

17.

F'Artikolu 58, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   B'deroga mil-paragrafi 2 u 3 l-esportazzjoni jew l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ l-oġġetti elenkati fil-punti (a) u (f) ta’ l-Artikolu 57(5) ma għandhomx jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ permess ta’ esportazzjoni jew dokument ta’ esportazzjoni mill-ġdid.”

18.

Fl-Artikolu 66, il-paragrafi 6 u 7 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“6.   Il-kampjuni msemmijin fl-Artikolu 64 u 65 għandhom ikunu mmarkati skond il-metodu approvat jew rakkomandat mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni għall-kampjuni kkonċernati, u, b'mod partikolari, il-kontenituri tal-kavjar imsemmija fl-Artikoli 57(5)(a), 64(1)(ġ), 64(2) u 65(3) għandhom jiġu mmarkati individwalment permezz ta’ tikketti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw, imwaħħla ma’ kull kontenitur primarju. Meta t-tikketta li ma tistax terġa' tintuża ma tissiġillax tajjeb il-kontenitur primarju, il-kavjar għandu jiġi ppakkjat b'tali mod li jippermetti li tiġi identifikata viżwalment kwalunkwe apertura tal-kontenitur.

7.   Dawk l-impjanti ta’ l-ipproċessar u l-impjanti ta’ l-ippakkjar mill-ġdid li għandhom liċenzja mill-awtorità tal-ġestjoni ta’ l-Istat Membru biss huma intitolati biex jipproċessaw u jippakkjaw jew jippakkjaw mill-ġdid il-kavjar għall-esportazzjoni, għall-esportazzjoni mill-ġdid jew għall-kummerċ intra-Komunitarju.

L-impjanti b'liċenzja ta’ l-ipproċessar u ta’ l-ippakkjar mill-ġdid huma mitluba li jżommu reġistri tal-kwantitajiet ta’ kavjar impurtat, esportat, esportat mill-ġdid, prodott fil-post jew maħżun, kif xieraq. Dawn ir-reġistri għandhom ikun aċċessibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità tal-ġestjoni ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Kodiċi ta’ reġistrazzjoni uniku għandu jiġi attribwit lil kull impjant ta’ l-ipproċessar jew ta’ l-ippakkjar mill-awtorità tal-ġestjoni.

Il-lista ta’ faċilitajiet b'liċenzja skond dan il-paragrafu, kif ukoll kwalunkwe tibdila oħra, għandhom jiġu notifikati lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni u lill-Kummissjoni.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragarfu, l-impjanti ta’ l-ipproċessar għandhom jinkludu l-istabbilimenti ta’ akkwakoltura li jipproduċu l-kavjar.”

19.

L-Artikolu 69 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 5 il-punt (d) għandu jiżdied dan li ġej:

“(f)

każijiet fejn inħarġu permessi ta’ esportazzjoni u ċertifikati ta’ importazzjoni mill-ġdid retrospettivament skond l-Artikolu 15 tar-Regolament.”

(b)

Jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha tiġi ppreżentata f'forma kompjuterizzata u skond il-‘Format għar-Rapport Bijennali’ maħruġ mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni u kif emendat mill-Kummissjoni, qabel il-15 ta’ Ġunju ta’ kull tieni sena u għandha tikkorrispondi għall-perjodu ta’ sentejn li jintemm fil-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti.”

20.

Fl-Artikolu 71, it-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 71

Ir-rifjut ta’ applikazzjonijiet għall-permessi ta’ importazzjoni b'segwitu għat-twaqqif ta’ restrizzjonijiet.”

21.

L-Anness VIII huwa mibdul bit-test ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament.

22.

L-Anness X huwa mibdul bit-test ta’ l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1332/2005 (ĠU L 215, 19.8.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS I

“ANNESS VIII

Referenzi standard għan-nomenklatura skond l-Artikolu(4) biex jindikaw ismijiet xjentifiċi ta’ speċijiet fil-permessi u ċertifikati

FAWNA

(a)   Mammalia

Wilson, D. E. & Reeder, D. M. (ed.) 2005. Mammal Species of the World. A Taxonomic and Geographic Reference. Third edition, Vol. 1-2, xxxv + 2142 pp. John Hopkins University Press, Baltimore. [għall-mammiferi kollha - bl-eċċezzjoni tar-rikonoxximent ta’ l-ismijiet li ġejjin għal tipi ta’ speċi selvaġġi (preferuti minflok l-ismijiet għat-tipi domestiċi): Bos gaurus, Bos mutus, Bubalus arnee, Equus africanus, Equus przewalskii, Ovis orientalis ophion u bl-eċċezzjoni ta’ l-ispeċijiet imsemmija hawn taħt]

Wilson, D. E. & Reeder, D. M. 1993. Mammal Species of the World: a Taxonomic and Geographic Reference. Second edition. xviii + 1207 pp., Smithsonian Institution Press, Washington. [għal-Loxodonta africana u Ovis vignei]

(b)   Aves

Morony, J. J., Bock, W. J. and Farrand, J., Jr. 1975. A Reference List of the Birds of the World. American Museum of Natural History. [għall-ordni - u l-ismijiet ta’ għasafar skond il-familja]

Dickinson, E.C. (ed.) 2003. The Howard and Moore Complete Checklist of the Birds of the World. Revised and enlarged 3rd Edition. 1039 pp. Christopher Helm, London.

Dickinson, E.C. 2005. Corrigenda 4 (2.6.2005) to Howard & Moore Edition 3 (2003) http://www.naturalis.nl/sites/naturalis.en/contents/i000764/corrigenda%204_final.pdf (CITES website) [għall-ispeċijiet kollha ta’ l-għasafar – minbarra l-gruppi tassonomiċi msemmija hawn taħt]

Collar, N. J. 1997. Family Psittacidae (Parrots). in del Hoyo, J., Elliot, A. and Sargatal, J. eds. Handbook of the Birds of the World. 4. Sandgrouse to Cuckoos: 280-477: Lynx Edicions, Barcelona. [għall-Psittacus intermedia u Trichoglossus haematodus]

(c)   Reptilia

Andreone, F., Mattioli, F., Jesu, R. and Randrianirina, J. E. 2001. Two new chameleons of the genus Calumma from north-east Madagascar, with observations on hemipenial morphology in the Calumma furcifer group (Reptilia, Squamata, Chamaeleonidae). Herpetological Journal 11: 53-68. [għall-Calumma vatosoa & Calumma vencesi]

Avila Pires, T. C. S. 1995. Lizards of Brazilian Amazonia. Zool. Verh. 299: 706 pp. [għat-Tupinambis]

Böhme, W. 1997. Eine neue Chamäleon art aus der Calumma gastrotaenia — Verwandtschaft Ost-Madagaskars. Herpetofauna (Weinstadt) 19 (107): 5-10. [għall-Calumma glawi]

Böhme, W. 2003. Checklist of the living monitor lizards of the world (family Varanidae). Zoologische Verhandelingen. Leiden 341: 1-43. [għall-Varanidae]

Broadley, D. G. 2006. CITES Standard reference for the species of Cordylus (Cordylidae, Reptilia) prepared at the request of the CITES Nomenclature Committee (CITES website Document NC2006 Doc. 8). [għall-Cordylus]

BURTON, F.J. 2004. Revision to Species Cyclura nubila lewisi, the Grand Cayman Blue Iguana. Caribbean Journal of Science, 40(2): 198-203. [għall-Cyclura lewisi]

Cei, J. M. 1993. Reptiles del noroeste, nordeste y este de la Argentina — herpetofauna de las selvas subtropicales, puna y pampa. Monografie XIV, Museo Regionale di Scienze Naturali. [għat-Tupinambis]

Colli, G. R., Péres, A. K. and da Cunha, H. J. 1998. A new species of Tupinambis (Squamata: Teiidae) from central Brazil, with an analysis of morphological and genetic variation in the genus. Herpetologica 54: 477-492. [għat-Tupinambis cerradensis]

Dirksen, L. 2002. Anakondas. NTV Wissenschaft. [għall-Eunectes beniensis]

Fritz, U. & Havaš, P. 2006. CITES Checklist of Chelonians of the World. (CITES website) [għat-Testudines għall-ismijiet ta' l-ispeċi u tal-familja – bl-eċċezzjoni taż-żamma ta’ dawn l-ismijiet: Mauremys iversoni, Mauremys pritchardi, Ocadia glyphistoma, Ocadia philippeni, Sacalia pseudocellata]

Hallmann, G., Krüger, J. and Trautmann, G. 1997. Faszinierende Taggeckos — Die Gattung Phelsuma: 1-229 — Natur & Tier-Verlag. ISBN 3-931587-10-X. [għall-ġenus Phelsuma]

Harvey, M. B., Barker, D. B., Ammerman, L. K. and Chippindale, P. T. 2000. Systematics of pythons of the Morelia amethistina complex (Serpentes: Boidae) with the description of three new species. Herpetological Monographs 14: 139-185. [għall-Morelia clastolepis, Morelia nauta & Morelia tracyae, u l-elevazzjoni għal-livell ta’ l-ispeċi Morelia kinghorni]

Hedges, B. S., Estrada, A. R. and Diaz, L. M. 1999. New snake (Tropidophis) from western Cuba. Copeia 1999(2): 376- 381. [għat-Tropidophis celiae]

Hedges, B. S. and Garrido, O. 1999. A new snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from central Cuba. Journal of Herpetology 33: 436-441. [għat-Tropidophis spiritus]

Hedges, B. S., Garrido, O. and Diaz, L. M. 2001. A new banded snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from north-central Cuba. Journal of Herpetology 35: 615-617. [għat-Tropidophis morenoi]

Hedges, B. S. and Garrido, O. 2002. Journal of Herpetology 36: 157-161. [għat-Tropidophis hendersoni]

Hollingsworth, B.D. 2004. The Evolution of Iguanas: An Overview of Relationships and a Checklist of Species. pp. 19-44. In: Alberts, A.C, Carter, R.L., Hayes, W.K. & Martins, E.P. (Eds), Iguanas: Biology and Conservation. Berkeley (University of California Press). [għall-Iguanidae]

Jacobs, H. J. 2003. A further new emerald tree monitor lizard of the Varanus prasinus species group from Waigeo, West Irian (Squamata: Sauria: Varanidae). Salamandra 39(2): 65-74. [għall-Varanus boehmei]

Jesu, R., Mattioli, F. and Schimenti, G. 1999. On the discovery of a new large chameleon inhabiting the limestone outcrops of western Madagascar: Furcifer nicosiai sp. nov. (Reptilia, Chamaeleonidae). Doriana 7(311): 1-14. [għall-Furcifer nicosiai]

Keogh, J.S., Barker, D.G. & Shine, R. 2001. Heavily exploited but poorly known: systematics and biogeography of commercially harvested pythons (Python curtus group) in Southeast Asia. Biological Journal of the Linnean Society, 73: 113-129. [għall-Python breitensteini & Python brongersmai]

Klaver, C. J. J. and Böhme, W. 1997. Chamaeleonidae. Das Tierreich 112: 85 pp. [għall-Bradypodion, Brookesia, Calumma, Chamaeleo & Furcifer — ħlief għar-rikonoxximent ta’ Calumma andringitaensis, C. guillaumeti, C. hilleniusi & C. marojezensis bħala speċijiet validi]

Manzani, P. R. and Abe, A. S. 1997. A new species of Tupinambis Daudin, 1802 (Squamata, Teiidae) from central Brazil. Boletim do Museu Nacional Nov. Ser. Zool. 382: 1-10. [għat-Tupinambis quadrilineatus]

Manzani, P. R. and Abe, A. S. 2002. Arquivos do Museu Nacional, Rio de Janeiro 60(4): 295-302. [għat-Tupinambis palustris]

Massary, J.-C. de and Hoogmoed, M. 2001. The valid name for Crocodilurus lacertinus auctorum (nec Daudin, 1802) (Squamata: Teiidae). Journal of Herpetology 35: 353-357. [għall-Crocodilurus amazonicus]

McDiarmid, R. W., Campbell, J. A. and Touré, T. A. 1999. Snake Species of the World. A Taxonomic and Geographic Reference. Volume 1. The Herpetologists’ League, Washington, DC. [għal-Loxocemidae, Pythonidae, Boidae, Bolyeriidae, Tropidophiidae & Viperidae — ħlief għaż-żamma tal-ġeneri Acrantophis, Sanzinia, Calabaria & Lichanura u r-rikonoxximent ta’ Epicrates maurus bħala speċi valida]

Nussbaum, R. A., Raxworthy, C. J., Raselimanana, A. P. and Ramanamanjato, J. B. 2000. New species of day gecko, Phelsuma Gray (Reptilia: Squamata: Gekkonidae), from the Reserve Naturelle Integrale d'Andohahela, south Madagascar. Copeia 2000: 763-770. [għall-Phelsuma malamakibo]

Pough, F. H., Andrews, R. M., Cadle, J. E., Crump, M. L., Savitzky, A. H. and Wells, K. D. 1998. Herpetology. [għad-delimitazzjoni tal-familji f’Sauria]

Rösler, H., Obst, F. J. and Seipp, R. 2001. Eine neue Taggecko-Art von Westmadagaskar: Phelsuma hielscheri sp. n. (Reptilia: Sauria: Gekkonidae). Zool. Abhandl. Staatl. Mus. Tierk. Dresden 51: 51-60. [għall-Phelsuma hielscheri]

Slowinski, J. B. and Wüster, W. 2000. A new cobra (Elapidae: Naja) from Myanmar (Burma). Herpetologica 56: 257-270. [għall-Naja mandalayensis]

Tilbury, C. 1998. Two new chameleons (Sauria: Chamaeleonidae) from isolated Afromontane forests in Sudan and Ethiopia. Bonner Zoologische Beiträge 47: 293-299. [għall-Chamaeleo balebicornutus & Chamaeleo conirostratus]

Wermuth, H. and Mertens, R. 1996 (reprint). Schildkröten, Krokodile, Brückenechsen. xvii + 506 pp. Jena (Gustav Fischer Verlag). [għall-ismijiet ta’ l-ordni Testudines, Crocodylia & Rhynchocephalia]

Wilms, T. 2001. Dornschwanzagamen: Lebensweise, Pflege, Zucht: 1-142 — Herpeton Verlag, ISBN 3-9806214-7-2. [għall-ġenus Uromastyx]

Wüster, W. 1996. Taxonomic change and toxinology: systematic revisions of the Asiatic cobras Naja naja species complex. Toxicon 34: 339-406. [għan-Naja atra, Naja kaouthia, Naja oxiana, Naja philippinensis, Naja sagittifera, Naja samarensis, Naja siamensis, Naja sputatrix & Naja sumatrana]

(d)   Amphibia

Brown, J.L., Schulte, R. & Summers, K. 2006. A new species of Dendrobates (Anura: Dendrobatidae) from the Amazonian lowlands of Peru. Zootaxa, 1152: 45-58. [għad-Dendrobates uakarii]

Taxonomic Checklist of CITES listed Amphibians, information extracted from Frost, D.R. (ed.) 2004. Amphibian Species of the World: a taxonomic and geographic reference, an online reference (http://research.amnh.org/herpetology/amphibia/index.html) Version 3.0 as of 7 April 2006 (CITES website) [għall-Amphibia]

(e)   Elasmobranchii, Actinopterygii & Sarcopterygii

Eschmeier, W. N. 1998. Catalog of Fishes. 3 vols. California Academy of Sciences. [għall-ħut kollu]

Horne, M. L., 2001. A new seahorse species (Syngnathidae: Hippocampus) from the Great Barrier Reef — Records of the Australian Museum 53: 243-246. [għall-Hippocampus]

Kuiter, R. H., 2001. Revision of the Australian seahorses of the genus Hippocampus (Syngnathiformes: Syngnathidae) with a description of nine new species — Records of the Australian Museum 53: 293-340. [għall-Hippocampus]

Kuiter, R. H., 2003. A new pygmy seahorse (Pisces: Syngnathidae: Hippocampus) from Lord Howe Island — Records of he Australian Museum 55: 113-116. [għall-Hippocampus]

Lourie, S. A., and J. E. Randall, 2003. A new pygmy seahorse,Hippocampusdenise (Teleostei: Syngnathidae), from the Indo-Pacific — Zoological Studies 42: 284-291. [għall-Hippocampus]

Lourie, S. A., A. C. J. Vincent and H. J. Hall, 1999. Seahorses. An identification guide to the world’s species and their conservation. Project Seahorse, ISBN 0 9534693 0 1 (Second edition available on CD-ROM). [għall-Hippocampus]

(f)   Arachnida

Lourenço, W. R. and Cloudsley-Thompson, J. C. 1996. Recognition and distribution of the scorpions of the genus Pandinus Thorell, 1876 accorded protection by the Washington Convention. Biogeographica 72(3): 133-143. [għall-iskorpjuni tal-ġenus Pandinus]

Taxonomic Checklist of CITES listed Spider Species, information extracted from Platnick, N. (2006), The World Spider Catalog, an online reference (http://research.amnh.org/entomology/spiders/catalog/Theraphosidae.html), Version 6.5 as of April 7 2006 (CITES website) [għat-Theraphosidae]

(g)   Insecta

Matsuka, H. 2001. Natural History of Birdwing Butterflies: 1-367. Matsuka Shuppan, Tokyo. ISBN 4-9900697-0-6. [għall-friefet birdwing tal-ġeneri Ornithoptera, Trogonoptera u Troides]

FLORA

The Plant-Book, second edition, [D. J. Mabberley, 1997, Cambridge University Press (reprinted with corrections 1998) [għall-ismijiet ġeneriċi tal-pjanti kollha mniżżla fl-Annessi tar-Regolament (EC) Nru 338/97, ħlief jekk ikunu ssuperati minn listi ta’ kontroll standard adottati mill-Konferenza tal-Partijiet].

A Dictionary of Flowering Plants and Ferns, 8th edition, (J. C. Willis, revised by H. K. Airy Shaw, 1973, Cambridge University Press) [għas-sinonimi ġeneriċi mhux imsemmija f'The Plant Book, ħlief jekk huma ssuperati mil-listi ta' kontroll standard adottati mill-Konferenza tal-Partijiet li hemm referenza għalihom fil-bqija tal-paragrafi hawn taħt].

A World List of Cycads (D. W. Stevenson, R. Osborne and K. D. Hill, 1995; In: P. Vorster (Ed.), Proceedings of the Third International Conference on Cycad Biology, pp. 55-64, Cycad Society of South Africa, Stellenbosch) and its updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to names of species of Cycadaceae, Stangeriaceae & Zamiaceae.

CITES Bulb Checklist (A. P. Davis et al., 1999, compiled by the Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) and its updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Cyclamen (Primulaceae) & Galanthus & Sternbergia (Liliaceae).

CITES Cactaceae Checklist, second edition, (1999, compiled by D. Hunt, Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) and its updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to names of species of Cactaceae.

CITES Carnivorous Plant Checklist, second edition, (B. von Arx et al., 2001, Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) and its updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to names of species of Dionaea, Nepenthes & Sarracenia.

CITES Aloe and Pachypodium Checklist (U. Eggli et al., 2001, compiled by Städtische Sukkulenten-Sammlung, Zurich, Switzerland, in collaboration with Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) and its update Lüthy, J.M. 2007. An update and Supplement to the CITES Aloe & Pachypodium Checklist. CITES Management Authority of Switzerland, Bern, Switzerland. (CITES website), accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Aloe & Pachypodium.

World Checklist and Bibliography of Conifers (A. Farjon, 2001) and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Taxus.

CITES Orchid Checklist, (compiled by the Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Cattleya, Cypripedium, Laelia, Paphiopedilum, Phalaenopsis, Phragmipedium, Pleione and Sophronitis (Volume 1, 1995); Cymbidium, Dendrobium, Disa, Dracula & Encyclia (Volume 2, 1997); & Aerangis, Angraecum, Ascocentrum, Bletilla, Brassavola, Calanthe, Catasetum, Miltonia, Miltonioides & Miltoniopsis, Renanthera, Renantherella, Rhynchostylis, Rossioglossum, Vanda & Vandopsis (Volume 3, 2001); & Aerides, Coelogyne, Comparettia & Masdevallia (Volume 4, 2006).

The CITES Checklist of Succulent Euphorbia Taxa (Euphorbiaceae), Second edition (S. Carter and U. Eggli, 2003, published by the Federal Agency for Nature Conservation, Bonn, Germany) and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of succulent euphorbias.

Dicksonia species of the Americas (2003, compiled by Bonn Botanic Garden and the Federal Agency for Nature Conservation, Bonn, Germany) and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Dicksonia.

Plants of Southern Africa: an annotated checklist. Germishuizen, G. & Meyer N.L. (eds.) (2003). Strelitzia 14: 561. National Botanical Institute, Pretoria, South Africa and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Hoodia.

Lista de especies, nomenclatura y distribución en el genero Guaiacum. Davila Aranda & Schippmann, U. (2006): - Medicinal Plant Conservation 12: #-#." (CITES Website) and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Guaiacum.

CITES checklist for Bulbophyllum and allied taxa (Orchidaceae). Sieder, A., Rainer, H., Kiehn, M. (2007): Address of the authors: Department of Biogeography and Botanical Garden of the University of Vienna; Rennweg 14, A-1030 Vienna (Austria). (CITES Website) and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Bulbophyllum.

The Checklist of CITES species (2005, 2007 and its updates) published by UNEP -WCMC may be used as an informal overview of the scientific names that were adopted by the Conference of the Parties for the animal species that are listed in the Annexes of Regulation (EC) No. 338/97, and as an informal summary of information contained in the standard references that were adopted for CITES nomenclature.”


ANNESS II

“ANNESS X

SPEĊIJIET TA’ ANNIMALI REFERUTI FL-ARTIKOLU 62(1)

Aves

ANSERIFORMES

Anatidae

Anas laysanensis

Anas querquedula

Aythya nyroca

Branta ruficollis

Branta sandvicensis

Oxyura leucocephala

COLUMBIFORMES

Columbidae

Columba livia

GALLIFORMES

Phasianidae

Catreus wallichii

Colinus virginianus ridgwayi

Crossoptilon crossoptilon

Crossoptilon mantchuricum

Lophophurus impejanus

Lophura edwardsi

Lophura swinhoii

Polyplectron napoleonis

Syrmaticus ellioti

Syrmaticus humiae

Syrmaticus mikado

PASSERIFORMES

Fringillidae

Carduelis cucullata

PSITTACIFORMES

Psittacidae

Cyanoramphus novaezelandiae

Psephotus dissimilis”


5.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 31/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 101/2008

ta’ l-4 ta’ Frar 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jfassal il-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għal-membri tal-familji tagħhom li qed jiċċaqilqu fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 122 tiegħu,

Billi:

(1)

Ċerti Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom talbu li jiġu emendati l-Annessi tar-Regolament (KEE) Nru 574/72.

(2)

L-emendi proposti jiġu minn deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri kkonċernati jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jagħżlu l-awtoritajiet li huma responsabbli sabiex jassiguraw li l-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali hi implimentata skond il-liġi tal-Komunità.

(3)

L-iskemi li għandhom jitqiesu waqt il-kalkolu ta’ l-ispejjeż annwali medja tal-benefiċċji in natura, skond l-Artikolu 94 u l-Artikolu 95 jew ir-Regolament (KEE) Nru 574/72, huma elenkati fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-opinjoni unanima tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema li Jmorru Jaħdmu f’Pajjiżi Oħra ntlaħqet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi 1 sa 7 u l-Annessi 9 u 10 għar-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Vladimír ŠPIDLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 311/2007 (ĠU L 82, 23.3.2007, p. 6).


ANNESS

1.

L-Anness 1 huwa emendat kif ġej: It-taqsima “S. AWSTRIJA” tinbidel b’dan li ġej:

“S.   AWSTRIJA

1.

Bundesminister für Soziales und Konsumentenschutz (il-Ministru Federali tas-Siġurtà Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur), Vjenna.

2.

Bundesminister für Wirtschaft und Arbeit (il-Ministru Federali ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u x-Xogħol), Vjenna.

3.

Bundesminister für Gesundheit, Familie und Jugend (il-Ministru Federali tas-Saħħa, il-Familja u ż-Żgħażagħ), Vjenna.

4.

Skemi speċjali għall-impjegati taċ-ċivil Bundeskanzler (Kanċillier Federali), Vjenna, jew il-gvern provinċjali kkonċernat.”

2.

L-Anness 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima “R. OLANDA”, punt 5 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.

Benefiċċji mogħtija lill-familja:

L-Att dwar il-Benefiċċju Ġenerali tat-Tfal (Algemene Kinderbijslagwet):

(a)

meta l-persuna intitolata għal benefiċċji hi residenti fl-Olanda:

L-uffiċċju lokali ta’ l-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank ) fid-distrett fejn toqgħod;

(b)

fejn il-persuna intitolata għall-benefiċċji hi residenti barra mill-Olanda, imma min iħaddimha hu residenti jew huwa stabbilit fl-Olanda:

L-uffiċċju lokali ta’ l-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank ) li min iħaddimha jkun joqgħod jew hu stabbilit fid-distrett tiegħu:

(c)

każijiet oħra:

Sociale Verzekeringsbank, Postbus 1100, 1180 BH Amstelveen.

L-Att dwar il-Kura tat-Tfal (Wet Kinderopvang):

L-Uffiċċju tat-Taxxa/tas-Servizz ta’ Benefiċċji (Belastingsdienst/Toeslagen).”

(b)

It-Taqsima “T. POLONJA” hi emendata kif ġej:

(i)

Il-Punti 2(a), (b), (c) u (d) huma sostitwiti kif ġej:

“(a)

għal persuni li kienu reċentement impjegati jew jaħdmu għal rashom minbarra l-bdiewa li jaħdmu għal rashom u għal suldati professjonali u uffiċjali li temmew perjodi ta’ servizz minbarra dawk imsemmija fis-subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i) u (e)(ii):

1.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Łódź – għal persuni li temmew:

(a)

perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, li huma residenti fit-territorju ta’ Spanja, il-Portugall, l-Italja, il-Greċja, Ċipru jew Malta;

b)

perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakka u barranin, inklużi perjodi kkompletati dan l-aħħar fi Spanja, il-Portugall, l-Italja, il-Greċja, Ċipru jew Malta,

2.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – il-Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Nowy Sącz – għal persuni li temmew:

(a)

perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, li huma residenti fit-territorju ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja, is-Slovenja jew l-Iżvizzera;

b)

perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakka u barranin, inklużi perjodi kkompletati dan l-aħħar fl-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja, is-Slovenja jew l-Iżvizzera;

3.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – il-Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Opole – għal persuni li temmew:

a)

perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, li joqogħdu fit-territorju tal-Ġermanja:

b)

perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakka u barranin, inklużi perjodi kkompletati dan l-aħħar fil-Ġermanja;

4.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali — ZUS) — Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Szczecin – għal persuni li temmew:

(a)

perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju tad-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżvezja, il-Litwanja, il-Latvja jew l-Estonja;

b)

perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakka u barranin, inklużi perjodi kkompletati dan l-aħħar fid-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżvezja, il-Litwanja, il-Latvja jew l-Estonja,

5.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – I Oddział w Warszawie — Centralne Biuro Obsługi Umów Międzynarodowych (I Fergħa f’Varsavja – Uffiċċju Ċentrali għall-Ftehimiet Internazzjonali) – għal persuni li temmew:

(a)

perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju tal-Belġju, il-Bulgarija, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, ir-Rumanija jew ir-Renju Unit;

(b)

perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi li mitmuma dan l-aħħar fil-Belġju, il-Bulgarija, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, ir-Rumanija jew ir-Renju Unit;

(b)

għal persuni li dan l-aħħar kienu bdiewa jaħdmu għal rashom u li ma temmewx il-perjodi ta’ servizz imsemmija fis-subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

1.

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Varsavja — għal persuni li temmew:

(a)

perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju: ta’ l-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja jew l-Iżvezja;

(b)

perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fl-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja jew l-Iżvezja;

2.

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Tomaszów Mazowiecki — għal persuni li temmew:

(a)

perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju: ta’ Spanja, l-Italja jew il-Portugall;

(b)

perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fi Spanja, l-Italja jew il-Portugall,

3.

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Częstochowa — għal persuni li temmew:

(a)

perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju: ta’ Franza, il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda jew l-Iżvizzera;

(b)

perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fi Franza, il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda jew l-Iżvizzera;

4.

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Nowy Sącz — għal persuni li temmew:

(a)

perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju: fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Bulgarija jew ir-Rumanija;

(b)

perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Bulgarija jew ir-Rumanija;

5.

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Poznań — għal persuni li temmew:

(a)

perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju: tar-Renju Unit, l-Irlanda, il-Greċja, Malta jew Ċipru;

(b)

perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Greċja, Malta jew Ċipru;

6.

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Ostrów Wielkopolski — għal persuni li temmew:

(a)

perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju tal-Ġermanja;

(b)

perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi li mitmuma dan l-aħħar fil-Ġermanja;

(c)

għal suldati professjonali, uffiċjali militari tal-kontro-spjunaġġ u uffiċjali militari tas-Servizz Sigriet:

(i)

fil-każ tal-pensjoni ta’ l-invalidati, jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu ta’ servizz militari, bħala uffiċjali militari tas-servizz tal-kontro-spjunaġġ u uffiċjali militari fis-Servizz Sigriet,

(ii)

fil-każ tal-pensjoni tax-xjuħ, jekk perjodu ta’ servizz, imsemmi fis-subpunti (c) sa (e), jammonta għal total għal mill-anqas10 snin għal dawk issensjati mis-servizz qabel l-1 ta’ Jannar 1983, jew 15-il sena għal dawk issensjati mis-servizz wara l-31 ta Diċembru 1982;

(iii)

fil-każ tal-pensjoni għas-superstiti, jekk il-kundizzjoni tas-subpunt (c)(i) jew (c)(ii) hu ssodisfat:

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja);

(d)

għall-uffiċjali tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Protezzjoni ta’ l-Istat uffiċjali, uffiċjali ta’ l-Aġenzija għas-Sigurtà Interna, uffiċjali ta’ l-Aġenzija għall-Informazzjoni Diplomatika (servuzzi tas-sigurtà pubblika), uffiċjali ta’ l-Uffiċċju Ċentrali ta’ Kontra l-Korruzzjoni, uffiċjali Għassiesa tal-Fruntieri, uffiċjali fl-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Gvern u Brigati Nazzjonali tat-Tif tan-Nar uffiċjali:

(i)

fil-każ tal-pensjoni ta’ l-invalidati, jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu ta’ servizz f’wieħed mit-taħriġ elenkati;

(ii)

fil-każ tal-pensjoni tax-xjuħ, jekk perjodu ta’ servizz, imsemmi fis-subpunti (c) sa (e), jammonta għal total ta’ mill-anqas 10 snin għal dawk issensjati mis-servizz qabel l-1 ta’ April 1983, jew 15-il sena għal dawk issensjati mis-servizz wara l-31 ta’ Marzu 1983;

(iii)

fil-każ tal-pensjoni għas-superstiti, jekk il-kundizzjoni tas-subpunt (d)(i) jew (d)(ii) hu ssodisfat:

Zakład Emerytalno-Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja);”

(ii)

Il-Punt 3(b)(ii) hu sostitwit bli ġej:

“(ii)

id-diżabilità jew mewt ta’ dak li jaqla’ l-paga ewlenija:

għal persuni li kienu impjegati jew jaħdmu għal rashom (minbarra bdiewa li jaħdmu għal rashom) fiż-żmien meta r-riskju mmaterjalizza u għal persuni li kienu gradwati mingħajr impjieg imsemmija għal taħriġ jew taħriġ intern meta mmaterjalizza r-riskju:

l-unitajiet ta’ l-Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkat f’punt 2, subpunt (a),

għal persuni li kienu jaħdmu għal rashom f’dak iż-żmien bħala bdiewa meta r-riskju mmaterjalizza:

l-unitajiet tal-Fond għall-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkat fil-punt 2, subpunt (b),

għal suldati professjonisti u uffiċjali elenkati fil-punt 2 (c), jekk ir-riskju jimmaterjalizza matul il-perjodu tas-servizz militari jew ta’ servizz f’wieħed mit-taħriġ imsemmi fil-punt 2 subpunt (c):

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja)

għal uffiċjali, imsemmija fil-punt 2, subpunt (d), jekk ir-riskju jimmaterjalizza matul il-perjodu ta’ servizz f’wieħed mit-taħriġ elenkati fil-punt 2, subpunt (d):

Zakład Emerytalno-Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja),

għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs, jekk ir-riskju jimmaterjalizza matul il-perjodu ta’ servizz ta’ din ix-xorta:

Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja),

għal imħallfin u prosekuturi: entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja.”

(iii)

Il-Punt 4 (g) hu sostitwit bli ġej:

“(g)

għal pensjonanti:

li huma intitolati għal benefiċċji mis-sistema ta’ l-assigurazzjoni soċjali għal impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom, minbarra bdiewa li jaħdmu għal rashom:

l-unitajiet ta’ l-Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkat f’punt 2, subpunt (a),

li huma intitolati għal benefiċċji mis-sistema ta’ l-assigurazzjoni għal bdiewa:

l-unitajiet tal-Fond għall-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkat fil-punt 2, subpunt (b),

li huma intitolati għal benefiċċji mis-sistema tal-protezzjoni tal-pensjoni għal suldati professjonali jew minn sistema li tipprovdi pensjoni għal uffiċjali msemmija fil-punt 2 subpunt (c):

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja),

li huma intitolati għal benefiċċji mis-sistema tal-protezzjoni għal uffiċjali, imsemmija fil-punt 2, subpunt (d):

Zakład Emerytalno-Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u l-Amministrazzjoni f’Varsavja),

li huma intitolati għal benefiċċji mis-sistema tal-protezzjoni tal-pensjoni għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs:

Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja),

li kienu mħallfin u prosekuturi:

entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja.”

3.

L-Anness 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima “R. OLANDA”, il-punt 5 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.   Benefiċċji mogħtija lill-familja

(a)

L-Att dwar il-Benefiċċju Ġenerali tat-Tfal (Algemene Kinderbijslagwet):

L-uffiċċju lokali ta’ l-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank ) li fid-distrett tiegħu hu residenti l-membru tal-familja;

(b)

L-Att dwar il-Kura tat-Tfal (Wet kinderopvang):

L-Uffiċċju tat-Taxxa/tas-Servizz ta’ Benefiċċji (Belastingsdienst / Toeslagen).”

(b)

It-Taqsima “T. POLONJA” hi emendata kif ġej:

(i)

Il-Punt 2 hu sostitwit bli ġej:

“2.   (Pensjonijiet) ta’ l-invalidità, xjuħija u mewt

a)

għal persuni li dan l-aħħar kienu impjegati jew jaħdmu għal rashom minbarra bdiewa li jaħdmu għal rashom u għal suldati professjonisti u uffiċjali li temmew il-perjodi ta’ servizz li mhumiex dawk imsemmija fis-subpunti (c), (d) u (e):

1.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Łódź – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmumin dan l-aħħar fi Spanja, il-Portugall, l-Italja, il-Greċja, Ċipru jew Malta;

2.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Nowy Sącz — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmumin dan l-aħħar: fl-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Iżvizzera;

3.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Opole – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmumin dan l-aħħar fil-Ġermanja;

4.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Szczecin – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmumin dan l-aħħar fid-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżvezzja, il-Litwanja, il-Latvja jew l-Estonja;

5.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – I Oddział w Warszawie — Centralne Biuro Obsługi Umów Międzynarodowych (I Fergħa f’Varsavja – Uffiċċju Ċentrali għall-Ftehimiet Internazzjonali) – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmumin dan l-aħħar fil-Belġju, il-Bulgarija, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, ir-Rumanija jew għar-Renju Unit.

(b)

għal persuni li dan l-aħħar kienu bdiewa jaħdmu għal rashom u li ma kinux suldati professjonali jew uffiċjali imsemmija fis-subpunti (c), (d), (e):

1.

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Varsavja — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki jew barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fl-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja jew l-Iżvezja;

2.

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Tomaszów Mazowiecki — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmumin dan l-aħħar: fi Spanja, l-Italja jew il-Portugall,

3.

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Częstochowa — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fi Franza, il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda jew l-Iżvizzera;

4.

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Nowy Sącz — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Bulgarija jew ir-Rumanija;

5.

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Poznań — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki jew barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Greċja, Malta jew Ċipru;

6.

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Ostrów Wielkopolski — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar fil-Ġermanja;

(c)

għal suldati professjonali, l-uffiċjali tas-Servizz Militari tal-Kontro-Spjunaġġ u l-uffiċjali tas-Servizz Sigriet Militari fil-każ ta’ perjodi Pollakki ta’ servizz u perjodi barranin ta’ assigurazzjoni:

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja), jekk ikunu l-istituzzjonijiet kompetenti msemmija fl-Anness 2(2)(c);

(d)

għal uffiċjali tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Protezzjoni ta’ l-Istat l-uffiċjali ta’ l-Aġenzija għas-Sigurtà Interna, uffiċjali ta’ l-Aġenzija għall-Informazzjoni Diplomatika (servizzi tas-sigurtà pubblika), l-uffiċjali ta’ l-Uffiċċju Ċentrali ta’ Kontra l-Korruzzjoni, uffiċjali Għassiesa tal-Fruntieri, uffiċjali ta’ l-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Gvern u l-uffiċjali tal-Brigati Nazzjonali tat-Tifi tan-Nar, fil-każ ta’ perjodi ta’ servizzi Pollakki u barranin il-perjodi ta’ assigurazzjoni:

Zakład Emerytalno-Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja), jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2 il-punt 2, subpunt (d);

(e)

għal Gwardjani tal-Ħabs fil-każ ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin perjodi ta’ assigurazzjoni:

Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja) jekk l-istituzzjoni kompetenti tissemma fl-Anness 2(2)(c);

(f)

għal imħallfin u prosekuturi:

entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja;

(g)

għal persuni li temmew b’mod esklussiv perjodi ta’ assigurazzjoni barranin:

1.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Łódź – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar fi Spanja, il-Portugall, l-Italja, il-Greċja, Ċipru jew Malta;

2.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa l-Uffiċċju f’Nowy Sącz — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar fl-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja jew is-Slovenja;

3.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Opole – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar fil-Ġermanja;

4.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Szczecin – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar fid-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżvezja, il-Litwanja, il-Latvja, jew l-Estonja;

5.

Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – I Oddział w Warszawie — Centralne Biuro Obsługi Umów Międzynarodowych (I Fergħa f’Varsavja – Uffiċċju Ċentrali għall-Ftehimiet Internazzjonali) – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar fil-Belġju, il-Bulgarija, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, ir-Rumanija jew ir-Renju Unit.”

(ii)

Il-Punt 3(b) hu sostitwit bli ġej:

“(b)

benefiċċji fi flus kontanti:

(i)

f’każ ta’ mard:

l-uffiċċji lokali ta’ Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni ghall-Assigurazzjoni Socjali — ZUS) b’ġurisdizzjoni territorjali fuq il-post ta’ residenza jew soġġorn,

il-fergħat ta’ Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond għall-Assigurazzjoni ta’ l-Agrikultura — KRUS) b’ġurisdizzjoni territorjali fil-post ta’ residenza jew ta’ soġġorn;

(ii)

id-diżabilità jew mewt ta’min jaqla’ l-paga ewlenija:

għal persuni li kienu reċentement impjegati jew jaħdmu għal rashom (minbarra bdiewa li jaħdmu għal rashom):

l-unitajiet ta’ l-Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fil-punt 2(a),

għal persuni li kienu reċentement bdiewa li jaħdmu għal rashom:

l-unitajiet tal-Fond għall-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkati fil-punt 2(b),

għas-suldati u l-uffiċjali elenkati fil-punt 2 subpunt (c), fil-każ ta’ perjodi Pollakki tas-servizz militari, jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu tas-servizz militari jew servizz f’wieħed mit-taħriġ elenkati fil-punt 2 subpunt (c) u l-perjodi barranin ta’ l-assigurazzjoni:

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (l-Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varżavja), jekk huwa l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2(3)(b)(ii) it-tielet inċiż;

għall-uffiċjali, imsemmija fil-punt 2(d), fil-każ tal-perjodi ta’ servizz Pollakk, jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu ta’ servizz f’wieħed mit-taħriġ elenkat fil-punt 2(d) u perjodu barrani ta’ assigurazzjoni:

Zakład Emerytalno-Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja), jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2 (3)(b)(ii) ir-raba’ inċiż,

għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs fil-każ ta’ perjodi Pollakki ta’ servizz u jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu ta’ servizz imsemmi u ta’ perjodi barranin ta’ assigurazzjoni:

Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja), jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2(3)(b)(ii) fil-ħames inċiż,

għal imħallfin u prosekuturi:

entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja

għal persuni li temmew esklussivament perjodi barranin ta’ assigurazzjoni:

l-unitajiet ta’ l-Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fil-punt 2(g).”

(iii)

Il-Punt 4 (g) hu sostitwit b’li ġej:

“(g)

għal pensjonanti:

li huma intitulati għal benefiċċji minn sistema ta’ assigurazzjoni għal impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom, minbarra bdiewa li jaħdmu għal rashom:

l-unitajiet ta’ l-Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fil-punt 2(a)

intitolati għal benefiċċji minn sistemi ta’ assigurazzjoni soċjali għal bdiewa:

l-unitajiet tal-Fond għall-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkati fil-punt 2(b)

intitolati għal benefiċċji mis-sistema ta’ protezzjoni tal-pensjoni għal suldati professjonali jew mis-sistema li tipprovdi l-pensjoni għal uffiċjali msemmija fil-punt 2 subpunt (c):

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja)

intitolati għal benefiċċji minn sistema ta’ protezzjoni tal-pensjoni għal uffiċjali, imsemmija fil-punt 2(d):

Zakład Emerytalno-Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u l-Amministrazzjoni f’Varsavja)

intitolati għal benefiċċji minn sistema ta’ protezzjoni tal-pensjoni għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs:

Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja)

intitolati għal benefiċċji minn sistema ta’ protezzjoni tal-pensjoni għal imħallfin u prosekuturi:

entitajiet speċjalizzati fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja

għal persuni li qed jirċievu esklussivament pensjonijiet minn barra l-pajjiż:

l-unitajiet ta’ l-Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fil-punt 2(g).”

4.

L-Anness 4 huwa emendat kif ġej:

Fit-Taqsima “S. AWSTRIJA”, il-punt 3 mibdul b’dan li ġej:

“3.

Benefiċċji marbutin mal-familja

(a)

Benefiċċji tal-familja b’eċċezzjoni tas-sussidju għall-kura tat-tfal (Kinderbetreungsgeld):

Bundesministerium für Gesundheit, Familie und Jugend (il-Ministeru Federali tas-Saħħa, il-Familja u ż-Żgħażagħ), Vjenna;

(b)

Sussidju għall-kura tat-tfal (Kinderbetreuungsgeld):

Niederösterreichische Gebietskrankenkasse (Fond għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa ta’ l-Awstrija tan-Nofsinhar) — ċentru kompetenti għas-sussidju għall-kura tat-tfal.”

5.

L-Anness 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima“ 13. IL-BELĠJU – IL-LUSSEMBURGU” jinbidlu b’dan li ġej:

“13.   IL-BELĠJU – IL-LUSSEMBURGU

(a)

(b)

(c)

Il-Ftehim tat-28 ta’ Jannar 1961 dwar l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

(d)

(e)

Il-Ftehim tas-16 ta’ April 1976 dwar ir-rinunzja tar-rimborż ta’ l-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi, adottat skond l-Artikolu 105 (2) tar-Regolament ta’ l-Implimentazzjoni.

(f)

…”

(b)

It-Taqsima “48. IL-BULGARIJA – IS-SLOVAKKJA” jinbidlu b’dan li ġej:

“48.   IL-BULGARIJA – IS-SLOVAKKJA

Xejn.”

(c)

It-Taqsima “89. ID-DANIMARKA – SPANJA” jinbidlu b’dan li ġej:

“89.   ID-DANIMARKA – L-OLANDA

(a)

Il-Ftehim tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-rimborż ta’ l-ispejjeż għal benefiċċji in natura skond ir-Regolamenti 1408/71 u 574/72.

(b)

L-iskambju ta’ ittri tat-30 ta’ Marzu u tal-25 ta’ April 1979 rigward l-Artikoli 70 (3) tar-Regolament u ta’ l-Artikolu 105 (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (rinunzja għar-rimborż ta’ spejjeż ta’ benefiċċji mħallsa skond l-Artikolu 69 tar-Regolament u għal spejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi).”

(d)

It-Taqsima “113. IL-ĠERMANJA – IL-POLONJA” jinbidlu b’dan li ġej:

“113.   IL-ĠERMANJA – IL-POLONJA

(a)

Il-Ftehim tal-11 ta’ Jannar 1977 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tad-9 ta’ Ottubru 1975 dwar il-pensjonijiet u l-benefiċċji għal aċċidenti fuq ix-xogħol.

(b)

(c)

L-Artikolu 26 tal-Ftehim ta’ l-24 ta’ Ottubru 1996 dwar rinunzja ta’ spiża ta’ ħlas għal viżti, osservazzjoni u spejjeż ta’ vvjaġġar mediċi ta’ tobba u persuni inxurjati għall-fini ta’ benefiċċji bi flus kontanti f’każ ta’ mard u maternità.”

6.

L-Anness 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima “B. IL-BULGARIJA” qed tinbidel ma’ dan li ġej:

“B.   IL-BULGARIJA

1.

negozjati mal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit: pagament dirett.

2.

negozjati mal-Ġermanja: pagamenti permezz ta’ entitajiet ta’ koordinament.”

(b)

It-Taqsima “T. POLONJA” hi sostitwita bli ġej:

“T.   IL-POLONJA

pagament dirett.”

7.

L-Anness 7 huwa emendat kif ġej:

It-Taqsima “B. IL-BULGARIJA” qed tinbidel ma’ dan li ġej:

“B.   IL-BULGARIJA

Българска Народна Банка (Bank Nazzjonali tal-Bulgarija), София”

8.

L-Anness 9 huwa emendat kif ġej:

It-Taqsima “B. IL-BULGARIJA” qed tinbidel ma’ dan li ġej:

“B.   IL-BULGARIJA

L-ispiża medja annwali għall-benefiċċji in natura għandha tiġi kkalkulata billi jiġu kkunsidrati l-benefiċċji in natura mogħtija skond il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa, il-Liġi dwar is-Saħħa u l-Liġi dwar l-Integrazzjoni ta’ Persuni b’Diżabilitajiet.”

9.

L-Anness 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima “B. IL-BULGARIJA” qed tinbidel ma’ dan li ġej:

“B.   IL-BULGARIJA

1.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 14c, 14d (3) u 17 tar-Regolament:

Национална агенция за приходите (Aġenzija tar-Revenue Nazzjonali), София.

2.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6 (1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni:

Национална агенция за приходите (Aġenzija tar-Revenue Nazzjonali), София.

3.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’:

a).

L-Artikoli 8 u 38(1) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni:

Министерство на здравеопазването (Ministeru tas-Saħħa), София,

Национална здравноосигурителна каса (Fond Nazzjonali għall-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa), София;

Национален осигурителен институт (Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali), София;

b).

L-Artikoli 10b, 11(1), 11a(1), 12a, 13(3), 14(1), (2) u (3) u l-Artikolu 109 tar-Regolament ta’ implimentazjoni:

Национална агенция за приходите (Aġenzija tar-Revenue Nazzjonali), София.

4.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 70(1), 80(2), 81, 82(2) u 110 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni:

Национален осигурителен институт (Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali), София.

5.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 86 (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni:

Агенция за социално подпомагане (Aġenzija għall-Assistenza Soċjali), София.

6.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 102(2) u 113(2)tar-Regolament ta’ implimentazzjoni:

Министерство на здравеопазването (Ministeru tas-Saħħa), София,

Национална здравноосигурителна каса (Fond Nazzjonali għall-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa), София.”

(b)

It-Taqsima “E. IL-ĠERMANJA” il-punt 2 qed tinbidel bli ġej:

“2.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’:

l-Artikoli 14(1)(a),14b(1) tar-Regolament u, f’każ ta’ ftehimiet skond l-l-Artikolu 17 tar-Regolament, flimkien ma’ l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni,

l-Artikoli 14a(1)(a) u 14b(2) u, f’każ ta’ ftehimiet skond l-Artikolu 17 tar-Regolament, flimkien ma’ l-Artikolu 11a tar-Regolament ta’ implimentazzjoni,

l-Artikoli 14(2), 14(3), 14a(2) sa (4), u 14c(a) u, fil-każ ta’ ftehimiet skond l-Artikolu 17 tar-Regolament, flimkien ma’ l-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ implimentazzjoni:

(i)

persuni inxjurjati b’assigurazzjoni kontra l-mard:

l-istituzzjoni nxurjati magħha, u wkoll l-awtoritajiet doganali fir-rigward tal-kontroll;

(ii)

persuni mhux inxurjati b’assigurazzjoni kontra l-mard u mhux koperti bi skema tal-pensjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ professjonisti:

l-istituzzjoni kompetenti ta’ l-assigurazzjoni tal-pensjoni, kif ukoll l-awtoritajiet doganali fir-rigward tal-kontrolli;

(iii)

persuni mhux inxurjati b’assigurazzjoni kontra l-mard iżda koperti bi skema ta’ pensjoni ta’ assoċjazzjoni professjonali:

Arbeitsgemeinschaft Berufsständischer Versorgungseinrichtungen (Konsorzju ta’ Skemi ta’ Pensjoni ta’ Assoċjazzjoni Professjonali), Köln, u wkoll l-awtoritajiet doganali fir-rigward tal-kontrolli.”

(c)

Fit-Taqsima “S. AWSTRIJA”, il-punt 1 mibdul b’dan li ġej:

“1.

Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 14(1)(b), l-Artikolu 14a(1)(b) u l-Artikolu 17 tar-Regolament:

Bundesminister für Soziales und Konsumentenschutz (Ministru Federali tas-Siġurtà Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur) bi ftehim mal-Bundesminister für Gesundheit, Familie und Jugend (Ministru Federali tas-Saħħa, il-Familja u ż-Żgħażagħ) bi ftehim ma’ l-amministrazzjoni rispettiva fir-rigward ta’ l-iskemi speċjali għall-impjegati taċ-ċivil u bi ftehim ma’ l-istituzzjoni rispettiva tal-pensjoni fir-rigward ta’ l-iskemi ta’ pensjoni ta’ l-assoċjazzjoni tal-professjonijiet liberali (Kammern der Freien Berufe).”

(d)

It-Taqsima “T. POLONJA” hi emendata kif ġej:

(i)

Il-Punt 5 hu sostitwit bli ġej:

“5.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 38 (1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni:

(a)

għal persuni li kienu reċentement impjegati jew jaħdmu għal rashom bl-eċċezzjoni tal-bdiewa li jaħdmu għal rashom u għal suldati professjonali u uffiċjali li temmew perjodi ta’ servizz minbarra dawk imsemmija fis-subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

unitajiet ta’ l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fl-anness 3 subpunt (a);

(b)

għal persuni li kienu reċentement jaħdmu bhala bdiewa għal rashom u li ma temmewx perjodi ta’ servizz imsemmija fl-anness 2 punt 2 subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

unitajiet ta’ Fond ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkati fl-anness 3 subpunt (b);

(c)

għal suldati professjonali, l-uffiċjali tas-Servizz Militari tal-Kontro-Spjunaġġ u uffiċjali tas-Servizz Sigriet Militari:

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja), jekk hi l-istituzzjonijiet kompetenti msemmija fl-Anness 2(2)(c);

(d)

għal uffiċjali tal-Pulizija, uffiċjali ta’ l-Uffiċċju tal-Protezzjoni ta’ l-Istat, uffiċjali ta’ l-Aġenzija għas-Sigurtà Interna, uffiċjali ta’ l-Aġenzija għall-Informazzjoni Diplomatika (servizzi ghas-sigurtà pubblika), uffiċjali ta’ l-Uffiċċju Ċentrali Kontra l-Korruzzjoni, uffiċjali tal-Gwardja tal-Fruntieri, uffiċjali ta’ l-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Gvern u uffiċjali tal-Brigata Nazzjonali għat-tifi tan-nar:

Zakład Emerytalno - Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja), jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (d);

(e)

għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs:

Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja) jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (e);

(f)

għall-imħallfin u prosekuturi:

entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

(g)

għal persuni li temmew esklussivament perjodi barranin ta’ assigurazzjoni:

unitajiet ta’ l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fl-Anness 3(2)(g).”

(ii)

Il-Punt 6 hu sostitwit bli ġej:

“6.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 70 (1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni:

(a) Benefiċċji fit-tul:

(i)

għal persuni li kienu reċentement impjegati jew jaħdmu għal rashom minbarra l-bdiewa li jaħdmu għal rashom u għal suldati professjonali u uffiċjali li temmew perjodi ta’ servizz minbarra dawk imsemmija fl-anness 2 punt 2 subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

unitajiet ta’ Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fl-anness 3 subpunt (a);

(ii)

għal persuni li kienu reċentement jaħdmu bħala bdiewa għal rashom u li ma temmewx perjodi ta’ servizz imsemmija fl-anness 2 punt 2 subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

unitajiet ta’ Fond ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkati fl-anness 3 subpunt (b);

(iii)

għal suldati professjonali, l-uffiċjali tas-Servizz Militari tal-Kontro-Spjunaġġ u uffiċjali tas-Servizz Sigriet Militari:

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja), jekk hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2(2)(c);

(iv)

uffiċjali msemmija fil-punt 5 subpunt (d):

Zakład Emerytalno - Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja), jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (d);

(v)

għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs:

Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja) jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (e);

(vi)

għal imħallfin u prosekuturi:

entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja;

(vii)

għal persuni li temmew esklussivament perjodi barranin ta’ assigurazzjoni:

unitajiet ta’ l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fl-Anness 3(2)(g).”

(iii)

Il-Punt 10 hu sostitwit bli ġej:

“10.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 91 (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni:

(a)

għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 77 tar-Regolament:

Ċentru reġjonali tal-politika Soċjali kompetenti fir-rigward tal-post tar-residenza jew ta’ soġġorn ta’ persuna intitolata għal benefiċċju;

(b)

għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 78 tar-Regolament:

(i)

għal persuni li kienu reċentement impjegati jew jaħdmu għal rashom bl-eċċezzjoni tal-bdiewa li jaħdmu għal rashom u għal suldati professjonali u uffiċjali li temmew perjodi ta’ servizz minbarra dawk imsemmija fis-subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

unitajiet ta’ Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fl-anness 3 subpunt (a);

(ii)

għal persuni li kienu reċentement jaħdmu bħala bdiewa għal rashom u li ma temmewx perjodi ta’ servizz imsemmija fl-anness 2 punt 2 subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

unitajiet ta’ Fond ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkati fl-anness 3 subpunt (b);

(iii)

għal suldati professjonali, l-uffiċjali tas-Servizz Militari tal-Kontro-Spjunaġġ u uffiċjali tas-Servizz Sigriet Militari:

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja), jekk din hi l-istutuzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (c);

(iv)

għal uffiċjali msemmija fil-punt 5 subpunt (d):

Zakład Emerytalno - Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja), jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (d);

(v)

għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs:

Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja) jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (e);

(vi)

għal dawk li qabel kienu mħallfin u prosekuturi:

entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja.”


5.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 31/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 102/2008

ta’ l-4 ta’ Frar 2008

li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti – Prosciutto di Parma (DPO)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) u b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini “Prosciutto di Parma”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati m’humiex minuri fis-sens ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (3), skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 704/2005 (ĠU L 118, 5.5.2005, p. 14).

(3)  ĠU C 86, 20.4.2007, p. 7.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.2.

Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Prosciutto di Parma (DPO)


5.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 31/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 103/2008

ta’ l-4 ta’ Frar 2008

li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti – Mozzarella di Bufala Campana (DPO)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1), u b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini “Mozzarella di Bufala Campana”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Peress li l-emendi kkonċernati ma kinux minuri fis-sens ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (3), kif rikjest mill-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b’dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 704/2005 (ĠU L 118, 5.5.2005, p. 14).

(3)  ĠU C 90, 25.4.2007, p. 5.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.

Ġobon

L-ITALJA

Mozzarella di Bufala Campana (DPO)


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

5.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 31/32


DEĊIŻJONI Nru 1/2008 TAL-KUNSILL KONĠUNT UE-MESSIKU

tal-15 ta’ Jannar 2008

li timplimenta l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2001 tas-27 ta’ Frar 2001 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għan-negozjar ta’ ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku

(2008/93/KE)

IL-KUNSILL KONĠUNT,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku, u b'mod partikolari l-artikolu 9 tagħha, u l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni u Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Messikani Uniti, min-naħa l-oħra, (minn hawn 'il quddiem “Ftehim Globali”) u b'mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-prinċipju, mhux aktar minn tlett snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 2/2001, il-Kunsill Konġunt għandu jistabbilixxi l-passi meħtieġa għan-negozjar ta’ ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku.

(2)

In-negozjati għal kull ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku jistgħu jitrawmu u jiġu faċilitati b'rakkomandazzjonijiet maħruġa minn korpi professjonali tal-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jevalwaw il-konsistenza ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet mal-Ftehim Globali u mad-Deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Konġunt stabbilit b'dak il-Ftehim. Konsegwentement għal dik l-evalwazzjoni, in-negozjati jistgħu jingħataw bidu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet.

(3)

L-evalwazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-korpi professjonali għandha ssir mill-Kumitat Konġunt, skond id-dispożizzjoni ta’ l-Artikolu 48(2) tal-Ftehim Globali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu lir-rappreżentanti rilevanti tal-korpi professjonali fit-territorji rispettivi tagħhom biex jipprovdu lill-Kumitat Konġunt b'rakkomandazzjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku, għall-finijiet tat-twettiq, bħala parti jew b'mod sħiħ, mill-fornituri tas-servizzi tal-kriterji applikati minn kull Parti għall-awtorizzazzjoni, liċenzjar, operazzjoni u ċertifikazzjoni ta’ fornituri tas-servizzi u, b'mod partikolari, servizzi professjonali.

2.   Mar-riċezzjoni ta’ rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kumitat Konġunt għandu jirrivedi r-rakkomandazzjoni bil-għan li jiġi determinat jekk tkunx konsistenti mal-Ftehim Globali u mad-Deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Konġunt stabbilit b'dak il-Ftehim.

3.   Meta, konformement mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkun instabet li hija konsistenti mal-Ftehim Globali u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Konġunt u l-awtoritajiet kompetenti jsibu li hemm livell suffiċjenti ta’ korrispondenza bejn ir-regolamenti rilevanti tal-Partijiet, il-Partijiet għandhom, bil-għan li jimplimentaw dik ir-rakkomandazzjoni, jinnegozjaw, permezz ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, ftehim dwar rikonoxximent reċiproku tar-rekwiżiti, kwalifiki, liċenzji u regolamenti oħra.

4.   Il-ftehim previst fil-paragrafu 3 għandu jiġi konkluż fi żmien li jkun intlaħaq qbil dwaru miż-żewġ partijiet, permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt, li tista' tkopri, inter alia, is-suġġetti li ġejjin:

(a)

l-ekwivalenza tal-kwalifiki, inklużi l-edukazzjoni, l-esperjenza u l-eżamijiet;

(b)

l-ekwivalenza ta’ standards ta’ kondotta u ta’ etika;

(ċ)

l-iżvilupp professjonali u t-tkomplija ta’ l-edukazzjoni sabiex tinkiseb l-ekwivalenza;

(d)

il-konoxxenza lokali, li tkopri suġġetti bħal-liġi lokali, regolamenti, lingwi, ġografija u klima;

(e)

l-ekwivalenza tal-kondizzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur bħall-assigurazzjoni tar-responsabbiltà professjonali;

(f)

it-trattament speċifiku tal-liċenzjar temporanu fuq medda qasira ta’ żmien.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara dak li fih ġiet adottata mill-Kunsill Konġunt.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill Konġunt

Il-President

P. ESPINOSA CANTELLANO


Kummissjoni

5.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 31/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Jannar 2008

li taġġorna l-Anness A għall-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern ta’ l-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta’ Monako

(2008/94/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju ta’ l-24 ta’ Diċembru 2001 bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern ta’ l-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta’ Monako (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern ta’ l-Altezza Serena tiegħu l-Prinċep ta’ Monako (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim Monetarju”) jeħtieġ li l-Prinċipat ta’ Monako japplika l-miżuri adottati minn Franza biex jimplimenta ċerti atti Komunitarji dwar l-attività u s-superviżjoni prudenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-prevenzjoni ta’ riskji sistematiċi fis-sistemi ta’ ħlasijiet u ffinalizzar ta’ garanziji. Dawk l-atti huma elenkati fl-Anness A għall-Ftehim. Dak l-anness ġie aġġornat l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/558/KE (2). Għadd ta’ atti fl-Anness A ġew emendati u l-atti ta’ emenda għandhom jiddaħħlu f’dak l-Anness. Għadd ta’ atti Komunitarji ġodda li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju ġew adottati u għandhom jiddaħħlu wkoll fl-Anness A.

(2)

Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, 83/349/KEE dwar il-kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni (3), tittratta l-attività u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u temenda d-Direttiva 86/635/KEE tal-Kunsill (4), li hija diġà fl-Anness A. Għalhekk, tidħol fl-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju u għandha tiddaħħal ukoll fl-Anness A.

(3)

Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza kapitali ta’ kumpaniji ta’ l-investiment u ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulata) (5) tittratta l-attività u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk taqa’ fl-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju u għandha tiddaħħal ukoll fl-Anness A. Barra minn hekk, id-Direttiva 2006/49/KE tħassar id-Direttiva 93/6/KEE tal-Parlament u tal-Kunsill (6), kif emendata fost oħrajn mid-Direttiva 2002/87/KE (7) u mid-Direttiva 2004/39/KE tal-Kunsill (8), li għalhekk għandha titneħħa mill-Anness A.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam ta’ titoli (9) kienet imħassra mid-Direttiva 2004/39/KE, kif emendata mid-Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (10) u għalhekk għandha titneħħa mill-Anness A.

(5)

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (11) tittratta l-attività u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u temenda d-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (12) u d-Direttiva 2002/87/KE (13), li diġà qegħdin fl-Anness A. Għalhekk din taqa' fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju u għandha tiddaħħal ukoll fl-Anness A.

(6)

Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulata) [titlu mhux uffiċjali] (14) tittratta l-attività u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk taqa' fl-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju u għandha tiddaħħal fl-Anness A, minbarra t-Titoli III u IV. Id-Direttiva 2006/48/KE tħassar id-Direttiva 2000/12/KE (15), kif emendata fost oħrajn mid-Direttiva 2000/28/KE (16), mid-Direttiva 2002/87/KE u mid-Direttiva 2004/39/KE, li għalhekk għandha titneħħa mill-Anness A. Barra minn hekk, peress li d-Direttiva 2006/48/KE temenda d-Direttiva 2002/87/KE, li hija elenkata fl-Anness A, din għandha tiddaħħal ukoll bħala d-direttiva li temenda din ta’ l-aħħar.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 ta’ l-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tal-kumpaniji ta’ l-investiment li jżommu r-reġistri, ir-rappurtaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, id-dħul ta’ l-istrumenti finanzjarji fil-kummerċ, u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva [titlu mhux uffiċjali] (17) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE ta’ l-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijet ta’ ħidma tal-kumpaniji ta’ l-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva [titlu mhux uffiċjali] (18), jittrattaw l-attività u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u jissupplimentaw id-Direttiva 2004/39/KE, kif emendata mid-Direttiva 2006/31/KE li diġà qiegħda fl-Anness A. Għalhekk, dawn jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju u għandhom jiddaħħlu wkoll fl-Anness A.

(8)

Id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi (19); tittratta l-attività u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk taqa' fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju u għandha tiddaħħal ukoll fl-Anness A

(9)

L-Anness A għall-Ftehim Monetarju għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. Għall-finijiet ta’ ċarezza, l-Anness A għandu jinbidel kollu kemm hu.

(10)

Fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat Konġunt bil-ħtieġa li taġġorna l-Anness A għall-Ftehim Monetarju. Il-Kumitat Konġunt ħa nota tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni,

IDDEĊIDIET:

Artikolu Uniku 1

L-Anness A għall-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f'isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern ta’ l-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta’ Monako huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 142, 31.5.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 219, 10.8.2006, p. 23.

(3)  ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

(5)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(6)  ĠU L 141, 11.6.1993, p. 1.

(7)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(9)  ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27.

(10)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60.

(11)  ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9.

(12)  ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.

(13)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(14)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(15)  ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1.

(16)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 37.

(17)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1.

(18)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.

(19)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39.


ANNESS

1.   86/635/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontiijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra: għal dispożizzjonijiet li japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1)

Kif emendata bi:

 

2001/65/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward tar-regoli ta’ valutazzjoni għall-kontijiet annwali u konsolidati ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji kif ukoll ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra

(ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28)

 

2003/51/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq il-bilanċ ta’ kontijiet annwali u konsolidati ta’ ċertu kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi ta’ l-assigurazzjoni

(ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16)

 

2006/46/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni

(ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1)

2.   89/117/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Frar 1989 dwar l-obbligi ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru rigward il-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-kontijiet annwali

(ĠU L 44, 16.2.1989, p. 40)

3.   2006/49/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza kapitali ta’ kumpaniji ta’ l-investiment u ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulata)

(ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201)

4.   94/19/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti

(ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5)

Kif emendata bi:

 

2005/1/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji.

(ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

5.   98/26/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement (sald) fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli

(ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45)

6.   2006/48/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulata) – minbarra t-Titoli III u IV

(ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1)

7.   2001/24/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

(ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15)

8.   2002/47/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali

(ĠU L 168, 27.6.2002, p.43)

9.   2002/87/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’ l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1)

Kif emendata bi:

 

2005/1/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji.

(ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

 

2006/48/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulata) [titlu mhux uffiċjali]

(ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1)

10.   2004/39/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE – għad-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u minbarra l-Artikoli 15, 31 sa 33 u t-Titolu III

(ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1)

Kif emendata bi:

 

2006/31/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta’ ċerti limiti ta’ żmien.

(ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60)

kif issupplimentata bi:

 

(KE) Nru 1287/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tal-kumpaniji ta’ l-investiment li jżommu r-reġistri, ir-rappurtaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, id-dħul ta’ l-istrumenti finanzjarji fil-kummerċ, u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva.

(ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1)

 

2006/73/KE

Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma tal-kumpaniji ta’ l-investiment, u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva.

(ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26)

11.   2000/46/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi

(ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39)


5.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 31/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Jannar 2008

li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 286)

(2008/95/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1) u b’mod partikolari t-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan imsemmi fl-Artikolu 1(ċ)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE, jinkludi l-arċipelagi ta’ l-Ażores u Madejra (il-Portugall) u l-Gżejjer Kanarji (Spanja) li jinsabu fl-oċean Atlantiku, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fil-25 ta’ April 2005 mill-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 20 tad-Direttiva, minn hawn ’il quddiem, “il-Kumitat tal-Ħabitats”.

(2)

Jinħtieġ li, fil-kuntest ta’ proċess mibdi fl-1995, isir progress fit-twaqqif proprju tan-netwerk Natura 2000, li huwa element essenzjali mill-ħarsien tal-bijodiversità fil-Komunità.

(3)

Elenku inizjali ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, skond it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġie adottat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/11/KE (2). Abbażi ta’ l-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħżlu s-siti inklużi fl-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni malajr kemm jista’ jkun u fi żmien li ma jaqbiżx is-sitt snin, jistabbilixxu prijoritarjiet ta’ konservazzjoni u l-miżuri ta’ konservazzjoni neċessarji.

(4)

Fil-kuntest ta’ l-adattament dinamiku tan-netwerk Natura 2000, jiġu riveduti l-listi tas-siti ta’ importanza Komunitarja. Għalhekk huwa meħtieġ li dak l-elenku inizjali jiġi aġġornat.

(5)

Min-naħa waħda, l-aġġornament ta’ l-elenku inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan huwa meħtieġ sabiex jiġu inklużi siti addizzjonali li ġew proposti mis-sena 2000 mill-Istati Membri bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. L-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE japplikaw malajr kemm jista’ jkun u fi żmien li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni ta’ l-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan.

(6)

Min-naħa l-oħra, l-aġġornament ta’ l-elenku inizjali ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan huwa meħtieġ sabiex jirrifletti kwalunkwe tibdil fit-tagħrif relatat mas-sit imressaq mill-Istati Membri wara l-adozzjoni ta’ l-elenku Komunitarju. F’dak is-sens, l-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan jikkostitwixxi verżjoni konsolidata ta’ l-elenku inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE japplikaw malajr kemm jista’ jkun u fi żmien li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni ta’ l-ewwel elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan.

(7)

Għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, elenki ta’ siti proposti bħala siti ta’ importanza Komunitarja fl-ambitu ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE ġew trażmessi lill-Kummisjoni bejn Novembru ta’ l-1997 u Awwissu ta’ l-2006, mill-Portugall u minn Spanja, b’konformità ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva.

(8)

L-elenki ta’ siti proposti kienu akkumpanjati b’informazzjoni dwar kull sit, forniti fil-format stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/266/KE tat-18 ta’ Diċembru 1996 dwar format ta’ informazzjoni dwar is-siti għas-siti proposti Natura 2000 (3).

(9)

Dak it-tagħrif jinkludi l-mappa l-aktar riċenti u definittiva tas-sit trażmessa mill-Istat Membru kkonċernat, isem is-sit, lok u l-firxa, u d-dejta miġbura mill-applikazzjoni tal-kriterji speċifikati fl-Anness III mad-Direttiva 92/43/KEE.

(10)

Abbażi ta’ l-abbozz ta’ l-elenku mfassal mill-Kummissjoni bi qbil ma’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, li jidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta’ ħabitats naturali ta’ prijorità jew speċijiet ta’ prijorità, għandu jiġi adottat elenku aġġornat ta’ siti magħżulin bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan.

(11)

It-tagħrif dwar l-eżistenza u d-distribuzzjoni tat-tipi ta’ ħabitats u speċijiet qiegħed dejjem jevolvi b’riżultat tas-sorveljanza skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla ta’ siti fil-livell Komunitarju saret billi ntużat l-aħjar informazzjoni disponibbli bħalissa.

(12)

Madankollu, għal ċerti tipi ta’ ħabitats u speċijiet, xi Stati Membri għadhom ma ssuġġerewx biżżejjed siti biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u speċijiet ma jistax jiġi konkluż li n-netwerk huwa komplut. Madankollu, jekk jitqies id-dewmien biex jasal it-tagħrif u jintlaħaq qbil ma’ l-Istati Membri, il-Kummissjoni tqis li għandha tadotta l-ewwel elenku aġġornat ta’ siti li se jkollu bżonn jiġi rivedut skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(13)

Ladarba l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta’ tipi ta’ ħabitats naturali fl-Anness I u l-ispeċijiet fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE li jinsabu f’ibħra territorjali kif ukoll f’ibħra lil hinn minnhom imma li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni nazzjonali, jibqa’ mhux komplut, għal dawn m’għandux jiġi konkluż li n-netwerk huwa jew mhuwiex komplut. L-elenku għandu jiġi rivedut, jekk ikun neċessarju, b’konformita mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(14)

Fl-interessi taċ-ċarezza u t-trasparenza, id-Deċiżjoni 2002/11/KE għandha tiġi sostitwita.

(15)

Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ħabitats,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan skond it-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2002/11/KE hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/105/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).

(2)  ĠU L 5, 9.1.2002, p. 16.

(3)  ĠU L 107, 24.4.1997, p. 1.


ANNESS

L-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan

Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SCI) huwa identifikat mit-tagħrif provdut fil-format tan-Natura 2000, inkluż il-mappa korrispondenti. Dan ġie trażmess mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1).

It-tabella hawn taħt tagħti t-tagħrif li ġej:

A

:

kodiċi SCI li fih disa’ karattri, li l-ewwel tnejn huma l-kodiċi ISO għall-Istat Membru;

B

:

isem l-SCI;

Ċ

:

* = preżenza fuq l-SCI ta’ mill-inqas tip wieħed ta’ ħabitat naturali ta’ prijorità u/jew speċi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

D

:

erja ta’ l-art ta’ l-SCI f’ettari, jew tul f’km;

E

:

koordinati ġeografiċi ta’ l-SCI (latitudni u lonġitudni).

L-informazzjoni kollha mogħtija fl-elenku tal-Komunità ta’ hawn taħt hija bbażata fuq id-dejta proposta, trażmessa u vvalidata minn Spanja u l-Portugall.

A

B

Ċ

D

E

Kodiċi SCI

Isem l-SCI

*

L-erja ta’ l-SCI

(ha)

Tul ta’ l-SCI

(km)

Koordinati ġeografiċi tal-SCI

 

 

 

 

 

Lonġitudni

Latitudni

ES0000041

Ojeda, Inagua y Pajonales

*

3 527,6

 

W 15 41

N 27 56

ES0000043

Caldera de Taburiente

*

4 354,7

 

W 17 52

N 28 43

ES0000044

Garajonay

*

3 785,4

 

W 17 15

N 28 7

ES0000096

Pozo Negro

*

9 096

 

W 13 58

N 28 16

ES0000102

Garoé

*

1 124

 

W 17 56

N 27 47

ES0000108

Los Órganos

*

149,7

 

W 17 16

N 28 13

ES0000111

Tamadaba

*

7 448,7

 

W 15 43

N 28 1

ES0000112

Juncalillo del Sur

 

186,3

 

W 15 28

N 27 47

ES0000113

Macizo de Tauro

*

1 244,1

 

W 15 41

N 27 54

ES0000141

Parque Nacional de Timanfaya

 

5 180,7

 

W 13 46

N 29 0

ES7010002

Barranco Oscuro

*

33,4

 

W 15 35

N 28 3

ES7010003

El Brezal

*

109,1

 

W 15 36

N 28 6

ES7010004

Azuaje

*

456,3

 

W 15 34

N 28 5

ES7010005

Los Tilos de Moya

*

89

 

W 15 35

N 28 5

ES7010006

Los Marteles

*

2 803,7

 

W 15 32

N 27 57

ES7010007

Las Dunas de Maspalomas

*

360

 

W 15 35

N 27 44

ES7010008

Güigüí

*

2 897,7

 

W 15 48

N 27 57

ES7010010

Pilancones

*

5 781,6

 

W 15 38

N 27 51

ES7010011

Amagro

*

487,6

 

W 15 40

N 28 7

ES7010012

Bandama

 

592,9

 

W 15 26

N 28 1

ES7010014

Cueva de Lobos

*

7 027,5

 

W 14 15

N 28 18

ES7010016

Área marina de La Isleta

*

8 562

 

W 15 27

N 28 10

ES7010017

Franja marina de Mogán

*

29 993

 

W 15 33

N 27 45

ES7010018

Riscos de Tirajana

*

749,6

 

W 15 34

N 27 57

ES7010019

Roque de Nublo

*

446,4

 

W 15 36

N 27 57

ES7010020

Sebadales de La Graciosa

 

1 192

 

W 13 30

N 29 13

ES7010021

Sebadales de Guasimeta

 

1 276

 

W 13 35

N 28 55

ES7010022

Sebadales de Corralejo

*

1 946,6

 

W 13 49

N 28 42

ES7010023

Malpaís de la Arena

 

849,8

 

W 13 55

N 28 38

ES7010024

Vega de Río Palmas

*

365,7

 

W 14 3

N 28 24

ES7010025

Fataga

*

2 725,9

 

W 15 34

N 27 54

ES7010027

Jinámar

*

30,7

 

W 15 25

N 28 2

ES7010028

Tufia

*

51,3

 

W 15 22

N 27 57

ES7010031

Islote de Lobos

*

452,7

 

W 13 49

N 28 44

ES7010032

Corralejo

*

2 689,3

 

W 13 51

N 28 40

ES7010033

Jandía

*

14 972,5

 

W 14 21

N 28 5

ES7010034

Montaña Cardón

*

1 233,6

 

W 14 9

N 28 15

ES7010035

Playa de Sotavento de Jandía

*

5 461,1

 

W 14 12

N 28 9

ES7010036

Punta del Mármol

*

29,9

 

W 15 36

N 28 8

ES7010037

Bahía del Confital

 

634,2

 

W 15 27

N 28 8

ES7010038

Barranco de La Virgen

*

559,4

 

W 15 35

N 28 2

ES7010039

El Nublo II

*

13 956

 

W 15 40

N 27 57

ES7010040

Hoya del Gamonal

*

627,3

 

W 15 34

N 27 58

ES7010041

Barranco de Guayadeque

*

709,4

 

W 15 27

N 27 55

ES7010042

La Playa del Matorral

*

95,58

 

W 14 19

N 28 2

ES7010044

Los Islotes

 

151,2

 

W 13 31

N 29 17

ES7010045

Archipiélago Chinijo

*

8 865,3

 

W 13 34

N 29 6

ES7010046

Los Volcanes

 

9 986,1

 

W 13 44

N 29 2

ES7010047

La Corona

*

2 602,4

 

W 13 26

N 29 10

ES7010048

Bahía de Gando

*

477,7

 

W 15 22

N 27 55

ES7010049

Arinaga

*

92,4

 

W 15 23

N 27 51

ES7010052

Punta de la Sal

*

136

 

W 15 23

N 27 52

ES7010053

Playa del Cabrón

 

956,2

 

W 15 23

N 27 51

ES7010054

Los Jameos

 

234,7

 

W 13 25

N 29 9

ES7010055

Amurga

*

5 341,2

 

W 15 32

N 27 50

ES7010056

Sebadales de Playa del Inglés

*

2 721,5

 

W 15 33

N 27 45

ES7010062

Betancuria

*

3 328,8

 

W 14 21

N 28 5

ES7010063

Nublo

*

7 107,5

 

W 15 45

N 27 53

ES7010064

Ancones-Sice

 

223,3

 

W 14 4

N 28 19

ES7010065

Malpaís del Cuchillo

 

55,4

 

W 13 40

N 29 5

ES7010066

Costa de Sardina del Norte

 

1 426,5

 

W 15 42

N 28 8

ES7011001

Los Risquetes

 

9,1

 

W 13 39

N 29 6

ES7011002

Cagafrecho

 

633,1

 

W 13 40

N 28 55

ES7011003

Pino Santo

 

1 564,8

 

W 15 28

N 28 3

ES7011004

Macizo de Tauro II

 

5 117,6

 

W 15 41

N 27 49

ES7011005

Sebadales de Güigüí

*

7 219,74

 

W 15 52

N 27 57

ES7020001

Mencáfete

*

454,6

 

W 18 4

N 27 43

ES7020002

Roques de Salmor

 

3,5

 

W 17 59

N 27 49

ES7020003

Tibataje

*

592,7

 

W 18 0

N 27 46

ES7020004

Risco de Las Playas

*

966,9

 

W 17 57

N 27 42

ES7020006

Timijiraque

*

375,1

 

W 17 55

N 27 46

ES7020008

Pinar de Garafía

*

1 027,5

 

W 17 52

N 28 46

ES7020009

Guelguén

*

1 062,4

 

W 17 52

N 28 49

ES7020010

Las Nieves

*

5 114,6

 

W 17 49

N 28 44

ES7020011

Cumbre Vieja

*

7 522,1

 

W 17 50

N 28 35

ES7020012

Montaña de Azufre

 

75,8

 

W 17 46

N 28 33

ES7020014

Risco de la Concepción

*

65,7

 

W 17 46

N 28 40

ES7020015

Costa de Hiscaguán

 

249,9

 

W 17 57

N 28 48

ES7020016

Barranco del Jorado

 

98,2

 

W 17 57

N 28 42

ES7020017

Franja marina Teno-Rasca

*

69 500

 

W 16 53

N 28 16

ES7020018

Tubo volcánico de Todoque

 

1,7

 

W 17 53

N 28 36

ES7020020

Tablado

*

223,6

 

W 17 52

N 28 48

ES7020021

Barranco de las Angustias

*

1 699

 

W 17 54

N 28 41

ES7020022

Tamanca

*

2 073,1

 

W 17 52

N 28 34

ES7020024

Juan Mayor

*

28,3

 

W 17 46

N 28 41

ES7020025

Barranco del Agua

*

74,2

 

W 17 44

N 28 43

ES7020026

La Caldereta

*

18

 

W 18 0

N 27 44

ES7020028

Benchijigua

*

483,2

 

W 17 13

N 28 6

ES7020029

Puntallana

*

285,7

 

W 17 6

N 28 7

ES7020030

Majona

*

1 975,7

 

W 17 9

N 28 8

ES7020032

Roque Cano

*

57,1

 

W 17 15

N 28 10

ES7020033

Roque Blanco

*

29,8

 

W 17 14

N 28 9

ES7020034

La Fortaleza

*

53,1

 

W 17 16

N 28 5

ES7020035

Barranco del Cabrito

*

1 160,4

 

W 17 9

N 28 4

ES7020037

Lomo del Carretón

*

248,5

 

W 17 19

N 28 8

ES7020039

Orone

*

1 706,6

 

W 17 15

N 28 5

ES7020041

Charco del Conde

 

9,2

 

W 17 20

N 28 5

ES7020042

Charco de Cieno

*

5,2

 

W 17 20

N 28 5

ES7020043

Parque Nacional del Teide

*

18 993,1

 

W 16 37

N 28 14

ES7020044

Ijuana

*

901,8

 

W 16 8

N 28 33

ES7020045

Pijaral

*

295,7

 

W 16 10

N 28 33

ES7020046

Los Roques de Anaga

*

9,8

 

W 16 9

N 28 35

ES7020047

Pinoleris

*

178,4

 

W 16 29

N 28 22

ES7020048

Malpaís de Güímar

*

286

 

W 16 22

N 28 18

ES7020049

Montaña Roja

*

163,96

 

W 16 32

N 28 1

ES7020050

Malpaís de la Rasca

 

312,7

 

W 16 41

N 28 0

ES7020051

Barranco del Infierno

*

1 824,1

 

W 16 42

N 28 7

ES7020052

Chinyero

*

2 380

 

W 16 47

N 28 17

ES7020053

Las Palomas

*

582,7

 

W 16 27

N 28 23

ES7020054

Corona Forestal

*

41 067,7

 

W 16 37

N 28 10

ES7020055

Barranco de Fasnia y Güímar

*

151,1

 

W 16 27

N 28 15

ES7020056

Montaña Centinela

 

130,7

 

W 16 27

N 28 9

ES7020057

Mar de Las Calmas

*

9 898,4

 

W 18 3

N 27 38

ES7020058

Montañas de Ifara y Los Riscos

 

284,9

 

W 16 32

N 28 4

ES7020061

Roque de Jama

*

92,5

 

W 16 38

N 28 5

ES7020064

Los Sables

*

3,1

 

W 17 55

N 28 48

ES7020065

Montaña de Tejina

*

167,7

 

W 16 45

N 28 11

ES7020066

Roque de Garachico

 

3,04

 

W 16 45

N 28 22

ES7020068

La Rambla de Castro

*

45

 

W 16 35

N 28 23

ES7020069

Las Lagunetas

*

3 568,3

 

W 16 24

N 28 25

ES7020070

Barranco de Erques

*

262,7

 

W 16 47

N 28 9

ES7020071

Montaña de la Centinela

*

15

 

W 17 46

N 28 32

ES7020072

Montaña de la Breña

*

26,1

 

W 17 47

N 28 37

ES7020073

Los Acantilados de la Culata

*

440,9

 

W 16 45

N 28 21

ES7020074

Los Campeches, Tigaiga y Ruiz

*

543,5

 

W 16 36

N 28 21

ES7020075

La Resbala

*

590,6

 

W 16 28

N 28 22

ES7020076

Riscos de Bajamar

*

26

 

W 17 46

N 28 40

ES7020077

Acantilado de la Hondura

 

32,5

 

W 16 25

N 28 11

ES7020078

Tabaibal del Porís

 

47,5

 

W 16 25

N 28 10

ES7020081

Interián

*

100,2

 

W 16 47

N 28 21

ES7020082

Barranco de Ruiz

*

95,3

 

W 16 37

N 28 22

ES7020084

Barlovento, Garafía, El Paso y Tijarafe

*

5 561,7

 

W 17 57

N 28 46

ES7020085

El Paso y Santa Cruz de La Palma

*

1 390,5

 

W 17 51

N 28 40

ES7020086

Santa Cruz de La Palma

*

216

 

W 17 49

N 28 41

ES7020087

Breña Alta

*

60,8

 

W 17 49

N 28 37

ES7020088

Sabinar de Puntallana

*

14,1

 

W 17 44

N 28 44

ES7020089

Sabinar de La Galga

*

81

 

W 17 46

N 28 46

ES7020090

Monteverde de Don Pedro-Juan Adalid

*

483,1

 

W 17 54

N 28 49

ES7020091

Monteverde de Gallegos-Franceses

*

1 408,6

 

W 17 50

N 28 49

ES7020092

Monteverde de Lomo Grande

*

494,9

 

W 17 48

N 28 47

ES7020093

Monteverde de Barranco Seco-Barranco del Agua

*

1 939,1

 

W 17 47

N 28 44

ES7020094

Monteverde de Breña Alta

*

823,2

 

W 17 48

N 28 40

ES7020095

Anaga

*

10 340,6

 

W 16 13

N 28 32

ES7020096

Teno

*

6 119,7

 

W 16 51

N 28 18

ES7020097

Teselinde-Cabecera de Vallehermoso

*

2 340,9

 

W 17 17

N 28 11

ES7020098

Montaña del Cepo

*

1 162

 

W 17 12

N 28 11

ES7020099

Frontera

*

8 807,4

 

W 18 7

N 27 45

ES7020100

Cueva del Viento

*

137,7

 

W 16 41

N 28 20

ES7020101

Laderas de Enchereda

*

682,6

 

W 17 11

N 28 8

ES7020102

Barranco de Charco Hondo

*

392,4

 

W 17 15

N 28 3

ES7020103

Barranco de Argaga

*

187,1

 

W 17 18

N 28 5

ES7020104

Valle Alto de Valle Gran Rey

*

706,8

 

W 17 18

N 28 6

ES7020105

Barranco del Águila

*

164,4

 

W 17 7

N 28 8

ES7020106

Cabecera Barranco de Aguajilva

*

140,3

 

W 17 17

N 28 7

ES7020107

Cuenca de Benchijigua-Guarimiar

*

1 341,4

 

W 17 13

N 28 3

ES7020108

Taguluche

*

139,5

 

W 17 19

N 28 8

ES7020109

Barrancos del Cedro y Liria

*

584,18

 

W 17 11

N 28 9

ES7020110

Barranco de Niágara

*

38,7

 

W 16 45

N 28 11

ES7020111

Barranco de Orchilla

*

18,4

 

W 16 36

N 28 6

ES7020112

Barranco de las Hiedras-El Cedro

*

166,4

 

W 16 29

N 28 11

ES7020113

Acantilado costero de Los Perros

*

65,9

 

W 16 41

N 28 23

ES7020114

Riscos de Lara

*

103,4

 

W 16 49

N 28 15

ES7020115

Laderas de Chío

*

197,1

 

W 16 47

N 28 15

ES7020116

Sebadales del sur de Tenerife

*

2 692,9

 

W 16 35

N 28 1

ES7020117

Cueva marina de San Juan

 

0,7

 

W 16 49

N 28 10

ES7020118

Barranco de Icor

*

36,5

 

W 16 27

N 28 12

ES7020119

Lomo de Las Eras

 

1,7

 

W 16 25

N 28 11

ES7020120

Sebadal de San Andrés

 

582,7

 

W 16 12

N 28 29

ES7020121

Barranco Madre del Agua

*

9,8

 

W 16 29

N 28 12

ES7020122

Franja marina de Fuencaliente

*

7 055,2

 

W 17 53

N 28 32

ES7020123

Franja marina Santiago-Valle Gran Rey

*

13 139

 

W 17 18

N 28 2

ES7020124

Costa de Garafía

 

3 475,3

 

W 17 52

N 28 51

ES7020125

Costa de los Órganos

 

1 164

 

W 17 17

N 28 13

ES7020126

Costa de San Juan de la Rambla

 

1 602,9

 

W 16 37

N 28 25

ES7020127

Risco de la Mérica

*

38,3

 

W 17 20

N 28 6

ES7020128

Sebadales de Antequera

 

272,62

 

W 16 7

N 28 31

ES7020129

Piña de mar de Granadilla

 

0,93

 

W 16 30

N 28 4

PTCOR0001

Costa e Caldeirão — Ilha do Corvo

*

964,02

 

W 31 6

N 39 42

PTDES0001

Ilhas Desertas

*

11 301,62

 

W 16 29

N 32 30

PTFAI0004

Caldeira e Capelinhos — Ilha do Faial

*

2 023,05

 

W 28 45

N 38 35

PTFAI0005

Monte da Guia — Ilha do Faial

*

362,85

 

W 28 37

N 38 31

PTFAI0006

Ponta do Varadouro — Ilha do Faial

*

19,66

 

W 28 47

N 38 34

PTFAI0007

Morro de Castelo Branco — Ilha do Faial

*

131,52

 

W 28 45

N 38 31

PTFLO0002

Zona Central — Morro Alto — Ilha das Flores

*

2 924,68

 

W 31 13

N 39 27

PTFLO0003

Costa Nordeste — Ilha das Flores

*

1 215,28

 

W 31 10

N 39 30

PTGRA0015

Ilhéu de Baixo — Restinga Ilha Graciosa

*

248,65

 

W 27 57

N 39 0

PTGRA0016

Ponta Branca — Ilha Graciosa

*

74,81

 

W 28 2

N 39 1

PTJOR0013

Ponta dos Rosais — Ilha de S. Jorge

*

303,8

 

W 28 18

N 38 45

PTJOR0014

Costa NE e Ponta do Topo — Ilha de S. Jorge

*

3 956,41

 

W 27 51

N 38 35

PTMAD0001

Laurisilva da Madeira

*

13 354,86

 

W 17 3

N 32 46

PTMAD0002

Maciço Montanhoso Central da Ilha da Madeira

*

8 212,22

 

W 16 55

N 32 43

PTMAD0003

Ponta de S. Lourenço

*

2 043,12

 

W 16 41

N 32 44

PTMAD0004

Ilhéu da Viúva

*

1 822,47

 

W 16 51

N 32 48

PTMAD0005

Achadas da Cruz

 

205,82

 

W 17 12

N 32 50

PTMAD0006

Moledos — Madalena do Mar

 

18,12

 

W 17 8

N 32 42

PTMAD0007

Pináculo

*

33,81

 

W 16 52

N 32 39

PTMIG0019

Lagoa do Fogo — Ilha de S. Miguel

*

1 360,42

 

W 25 28

N 37 46

PTMIG0020

Caloura-Ponta da Galera — Ilha de S. Miguel

*

204,2

 

W 25 30

N 37 42

PTMIG0021

Banco D. João de Castro (Canal Terceira — S. Miguel)

*

1 643

 

W 26 36

N 38 13

PTPIC0008

Baixa do Sul (Canal do Faial)

*

54,68

 

W 28 35

N 38 30

PTPIC0009

Montanha do Pico, Prainha e Caveiro — Ilha do Pico

*

8 572

 

W 28 17

N 38 28

PTPIC0010

Ponta da Ilha — Ilha do Pico

*

394,96

 

W 28 2

N 38 25

PTPIC0011

Lajes do Pico — Ilha do Pico

*

142,15

 

W 28 15

N 38 23

PTPIC0012

Ilhéus da Madalena — Ilha do Pico

*

146,4

 

W 28 32

N 38 32

PTPOR0001

Ilhéus do Porto Santo

*

232,2

 

W 16 23

N 33 0

PTPOR0002

Pico Branco — Porto Santo

 

142,72

 

W 16 17

N 33 5

PTSEL0001

Ilhas Selvagens

*

5 752

 

W 15 51

N 30 5

PTSMA0022

Ponta do Castelo — Ilha de Sta. Maria

*

320,49

 

W 25 2

N 36 55

PTSMA0023

Ilhéu das Formigas e Recife Dollabarat (Canal S. Miguel — Sta. Maria)

*

3 542

 

W 25 45

N 37 15

PTTER0017

Serra Santa Bárbara e Pico Alto — Ilha da Terceira

*

4 760,25

 

W 27 17

N 38 44

PTTER0018

Costa das Quatro Ribeiras — Ilha da Terceira

*

274,39

 

W 27 12

N 38 48