ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 30

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
4 ta' Frar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 ta' l-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky  ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2007 ta' l-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC

21

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 ta' l-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi  ( 1 )

38

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 ta’ l-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter

52

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

4.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 30/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 71/2008

ta' l-20 ta' Diċembru 2007

li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta “Clean Sky”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 171 u 172 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “is-Seba' Programm Kwadru”), tipprevedi kontribut tal-Komunità għat-twaqqif ta' sħubiji pubbliċi-privati fit-tul f'forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTIs, Joint Technology Initiatives) li jistgħu jkunu implimentati permezz ta' Impriżi Konġunti skond l-Artikolu 171 tat-Trattat. Dawn il-JTIs jirriżultaw mill-ħidma tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej, li diġà twaqqfu skond is-Sitt Programm Kwadru, u jkopru aspetti magħżula ta' riċerka fl-oqsma rispettivi tagħhom. Dawn għandhom jgħaqqdu investiment mis-settur privat u finanzjament pubbliku Ewropew, inkluż finanzjament mis-Seba' Programm Kwadru;

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 971/2006/KE tad-19 ta' Diċembru dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (2) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”), tenfasizza l-ħtieġa għal sħubiji pubbliċi-privati ambizzjużi pan-Ewropej biex jaċċelleraw l-iżvilupp ta' teknoloġiji prinċipali u ta' azzjonijiet ta' riċerka kbar fil-livell ta' Komunità inklużi, b'mod partikolari, JTIs.

(3)

L-Aġenda ta' Liżbona għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi tenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati kondizzjonijiet favorevoli għall-investiment fil-konoxxenza u l-innovazzjoni fl-Ewropa biex tingħata spinta lill-kompetittività, lit-tkabbir ekonomiku u lill-impjiegi fl-Unjoni Ewropea;

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-13 ta' Mejju 2003, tat-22 ta' Settembru 2003 u ta' l-24 ta' Settembru 2004, il-Kunsill enfasizza l-importanza li jibqgħu jkunu żviluppati azzjonijiet b'segwitu għall-Pjan ta' Azzjoni tat-3 % għall-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' inizjattivi ġodda mmirati għall-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-industrija u s-settur pubbliku fl-iffinanzjar tar-riċerka għat-titjieb tar-rabtiet pubbliċi-privati transnazzjonali;

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' l-4 ta' Diċembru 2006 u tad-19 ta' Frar 2007, il-Kunsill, u fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 l-Kunsill Ewropew, stiednu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti għat-twaqqif ta' JTIs għal dawk l-inizjattivi li jkunu laħqu stadju adegwat ta' preparazzjoni.

(6)

Il-Pjattaforma tat-Teknoloġija Ewropea ta' l-Aeronawtika msejħa Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Aeronawtika fl-Ewropa (“ACARE”) żviluppat Aġenda Strateġika għar-Riċerka, li identifikat, bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħha, it-tnaqqis fl-impatt ta' l-avjazzjoni fuq l-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li huma meħtieġa bidliet teknoloġiċi sostanzjali biex jintlaħqu, sa l-2020, il-miri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 jitnaqqsu b'50 %, jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' l-NOx bi 80 %, jitnaqqas il-ħoss estern perċepit b'50 %, u jsir progress sostanzjali fit-tnaqqis ta' l-impatt tal-manifattura, tal-manutenzjoni u tar-rimi ta' inġenji ta' l-ajru u ta' prodotti relatati fuq l-ambjent.

(7)

Il-livell ta' l-isforz meħtieġ biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali lis-sistema tat-trasport bl-ajru kif iddefiniti fl-Aġenda Strateġika għar-Riċerka ta' ACARE iġġustifika t-twaqqif ta' Impriża Konġunta bħala l-istrument adattat li jikkoordina l-attivitajiet ta' riċerka rilevanti.

(8)

Il-JTI “Clean Sky” għandha ttaffi r-riskji diversi ta' falliment tas-suq li jiskoraġġixxu l-investiment privat fir-riċerka aeronawtika b'mod ġenerali u fit-teknoloġiji nodfa tat-Trasport bl-Ajru b'mod partikolari. Għandha tipprovdi integrazzjoni u dimostrazzjoni fuq livell ta' sistema bħala entità sħiħa, b'hekk tnaqqas ir-riskju għal investiment privat fl-iżvilupp ta' prodotti ġodda ta' l-aeronawtika li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Għandha tistimula investiment privat fir-R&Ż f'teknoloġiji fl-Unjoni Ewropea li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u b'hekk tindirizza l-effetti esterni eżistenti tar-R&Ż u dawk ambjentali.

(9)

Il-JTI “Clean Sky” għandha taċċellera l-iżvilupp fl-Unjoni Ewropea ta' teknoloġiji nodfa tat-Trasport bl-Ajru għal użu mill-aktar fis possibbli li ser jikkontribwixxu biex jinkisbu l-prijoritajiet strateġiċi ambjentali u soċjali ta' l-Ewropa, flimkien ma' tkabbir ekonomiku sostenibbli.

(10)

Il-JTI “Clean Sky” għandha tkun sħubija pubblika-privata li tassoċja l-partijiet ewlenin kollha interessati. Filwaqt li titqies in-natura fit-tul ta' din is-sħubija, id-disponibbiltà u l-użu komuni neċessarji ta' riżorsi finanzjarji, il-kompetenzi għolja xjentifiċi u tekniċi meħtieġa, inkluża l-ġestjoni ta' ammont kbir ta' konoxxenza, u regoli adattati dwar il-proprjetà intelletwali, huwa essenzjali li titwaqqaf entità legali li kapaċi tiżgura l-użu kkoordinat u l-ġestjoni effiċjenti ta' fondi assenjati lill-JTI “Clean Sky”. Għalhekk huwa ġustifikat it-twaqqif ta' Impriża Konġunta skond l-Artikolu 171 tat-Trattat (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Impriża Konġunta “Clean Sky”).

(11)

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” timmira li tindirizza l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fl-oqsma kollha tat-trasport bl-ajru ċivili, inklużi inġenji ta' l-ajru kbar kummerċjali, inġenji ta' l-ajru u inġenji li jaħdmu bir-rotors reġjonali u fit-teknoloġiji kollha ta' appoġġ bħal magni, sistemi u ċ-ċiklu tal-ħajja ta' materjali. L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tipproduċi dimostraturi fuq skala sħiħa fl-oqsma kollha ta' attivitajiet tar-riċerka, li għandhom jiġu ttestjati waqt titjiriet jew fuq l-art, bħala riżultat ta' approċċ u monitoraġġ integrat b'mod sħiħ tal-progress u ta' l-impatt teknoloġiku.

(12)

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha titwaqqaf għall-perijodu sal-31 ta' Diċembru 2017 biex tiġi żgurata l-ġestjoni xierqa ta' l-attivitajiet ta' riċerka mibdijin iżda mhux konklużi waqt is-Seba' Programm Kwadru inkluż l-użu tar-riżultati mill-membri ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” u l-parteċipanti. Madankollu, l-użu tar-riżultati mhux ser jiġi finanzjat mill-Impriża Konġunta.

(13)

Il-membri ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom ikunu l-Komunità Ewropea rappreżentata mill-Kummissjoni bħala rappreżentant pubbliku, il-mexxejja ta' Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ITDs”) u l-membri Assoċjati ta' l-ITDs individwali.

(14)

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tkun miftuħa għal membri ġodda.

(15)

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tkun korp stabbilit mill-Komunitajiet u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, b'kont meħud madankollu tal-karatteristiċi speċifiċi li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala sħubiji pubbliċi-privati, u b'mod partikolari mill-kontribut tas-settur privat għall-baġit.

(16)

Il-mexxejja ta' ITDs ffirmaw Memorandum ta' Intendiment li jimpenja lill-kumpaniji rispettivi tagħhom għal parteċipazzjoni teknika, maniġerjali u finanzjarja fl-Impriża Konġunta “Clean Sky” għad-durata kollha tagħha. Il-membri Assoċjati kollha impenjaw ruħhom għal parteċipazzjoni finanzjarja limitata għad-durata kollha ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

(17)

L-attivitajiet ta' riċerka għandhom ikunu finanzjati mill-Komunità u finanzjati mill-inqas f'livell ugwali minn riżorsi mill-membri l-oħra. Alternattivi ta' finanzjament alternattivi jistgħu jkunu disponibbli, inter alia, mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI), b'mod partikolari permezz tal-Faċilità ta' Finanzjament għall-Qsim tar-Risju żviluppati b'mod konġunt mill-BEI u mill-Kummissjoni Ewropea, skond l-Anness III tad-Deċiżjoni 2006/971/KE.

(18)

L-ispejjeż ta' ġestjoni ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom ikunu koperti fuq bażi ta' ugwalità mill-Komunità u mill-membri l-oħrajn.

(19)

Il-mexxejja ta' l-ITDs u l-Membri Assoċjati ta' l-ITDs individwali għandhom jirċevu appoġġ mill-Impriża Konġunta “Clean Sky” għat-twettiq ta' l-attivitajiet ta' riċerka li tagħhom ikunu responsabbli.

(20)

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tkun kapaċi torganiżża sejħiet kompetittivi għal proposti biex jingħata appoġġ lil attivitajiet ta' riċerka, fejn adegwat.

(21)

L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa mill-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom jirrispettaw il-prinċipji fundamentali ta' l-etika applikabbli fis-Seba' Programm Kwadru.

(22)

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tadotta, skond l-Artikolu 185(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3) u suġġett għall-qbil minn qabel tal-Kummissjoni, regoli finanzjarji speċifiċi li jieħdu kont tal-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha li jirriżultaw, partikolarment, mill-ħtieġa li jingħaqdu l-finanzjamenti mill-Komunità u mill-privat sabiex jiġu appoġġati attivitajiet ta' riċerka u żvilupp b'mod effikaċi u f'waqtu. Sabiex jiġi assigurat trattament armonizzat tal-parteċipanti fl-attivitajiet ta' riċerka ta' l-Impriża Konġunta u fl-azzjonijiet indiretti tas-Seba' Programm Kwadru, huwa kunsiljabbli li t-taxxa fuq il-valur miżjud ma tkunx spiża eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju, konformement mar- Regolament (KE) Nru 1906/2006 al-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (4).

(23)

Sabiex jiġu assigurati kondizzjonijiet ta' l-impjieg stabbli u trattament ugwali għall-persunal, u sabiex jiġi mħajjar persunal speċjalizzat xjentifiku u tekniku ta' l-ogħla kalibru, ir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (“ir-Regolament tal-Persunal”) għandhom jiġu applikati għall-persunal kollu reklutat mill-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

(24)

Ir-regoli għall-organizzazzjoni u l-operazzjoni ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom jiġu stabbiliti fl-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” annessi ma' dan ir-Regolament.

(25)

Il-Kummissjoni għandha tingħata kompiti speċifiċi assoċjati mal-monitoraġġ tal-fondi pubbliċi u s-salvagwardja ta' l-interessi Komunitarji fl-Impriża Konġunta.

(26)

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tirraporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tagħha.

(27)

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha sserraħ fuq għadd ta' korpi konsultattivi esterni, bl-involviment ta' l-Istati Nazzjonali u tal-Pjattaforma tat-Teknoloġija Ewropea ta' l-Aeronawtika ACARE, u għandha żżomm kuntatti regolari ma' l-Istati Nazzjonali.

(28)

Bħala korp li għandu personalità ġuridika, l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tkun responsabbli għall-azzjonijiet tagħha. Fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta' disputi fi kwistjonijiet kuntrattwali, kwalunkwe ftehim jew kuntratti dwar għotjiet konklużi mill-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandu jipprovdi li l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha l-ġuriżdizzjoni.

(29)

Il-politika dwar id-drittijiet ta' proprjetà intelletwali ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tippromwovi l-ħolqien u l-isfruttament.

(30)

Għandhom jittieħdu miżuri adegwati biex jiġu evitati irregolaritajiet u frodi, għandhom jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew skorrettament użati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (5), ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (6), u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (7).

(31)

Sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u t-tħaddim inizjali ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” sakemm ikollha l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess.

(32)

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tiġi stabbilita fi Brussell, il-Belġju. Ftehim ta' ospitant għandu jiġi ffirmat bejn l-Impriża Konġunta “Clean Sky” u l-Belġju dwar akkomodazzjoni f'uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

(33)

Billi l-objettiv ta' l-azzjoni, speċifikament it-twaqqif ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura transnazzjonali ta' l-isfida kbira ta' riċerka li ġiet identifikata, li teħtieġ l-akkomunament ta' konoxxenza komplementari u ta' riżorsi finanzjarji fis-setturi u l-fruntieri kollha u għalhekk tista' tintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta xi miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-objettiv,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Twaqqif ta' Impriża Konġunta

1.   Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta “Clean Sky”, Impriża Konġunta skond l-Artikolu 171 tat-Trattat b'dan qed tiġi stabbilita għal perijodu sal-31 ta' Diċembru 2017 (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Impriża Konġunta “Clean Sky”).

2.   Għandha jkollha s-sede tagħha fi Brussell, il-Belġju.

Artikolu 2

Objettivi ta' l-Impriża Konġunta

1.   L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru u b'mod partikolari tat-Tema 7, Trasport (inkluża l-Aeronawtika) tal-Programm Speċifiku Kooperazzjoni.

2.   L-objettivi ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

li taċċelera fl-UE l-iżvilupp, il-validazzjoni u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa għat-Trasport bl-Ajru għall-użu mill-aktar fis possibbli;

(b)

li tiżgura l-implimentazzjoni koerenti ta' l-isforzi tar-riċerka Ewropej li jimmiraw għat-titjib ambjentali fil-qasam tat-Trasport bl-Ajru;

(ċ)

li toħloq Sistema tat-Trasport bl-Ajru radikalment innovattiva, abbażi ta' l-integrazzjoni ta' teknoloġiji avvanzati u dimostrazzjonijiet fuq skala kbira, bil-mira li jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport bl-ajru permezz ta' tnaqqis sinifikanti tal-ħoss u l-emissjonijiet ta' gass, flimkien ma' titjib ta' l-ekonomija tal-fjuwil fl-ajruplani;

(d)

li taċċellera l-ħolqien ta' konoxxenza ġdida, l-innovazzjoni u l-użu tar-riċerka bi prova tat-teknoloġiji rilevanti u sistema ta' sistemi kompletament integrata, fl-ambjent operattiv adegwat, li jwasslu għal kompetittività industrijali aktar b'saħħitha.

Artikolu 3

Status ġuridiku

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tkun korp Komunitarju u jkollha personalità ġuridika. Fl-Istati Membri kollha tal-Komunità, għandha tgawdi l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skond il-liġijiet ta' dawk l-Istati. Tista', b'mod partikolari takkwista jew tagħmel użu minn proprjetà mobbli jew immobbli u tkun parti fi proċeduri ġuridiċi.

Artikolu 4

Statuti

L-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, kif stabbiliti fl-Anness I għal dan, jikkostitwixxu parti integrali ta' dan ir-Regolament u b'dan huma adottati.

Artikolu 5

Kontribut Komunitarju

1.   Il-kontribut massimu tal-Komunità lill-Impriża Konġunta “Clean Sky”, li tkopri l-ispejjeż ta' ġestjoni u l-attivitajiet ta' riċerka, għandu jkun ta' EUR 800 miljun imħallas mill-approprijazzjoni tal-baġit allokat lit-Tema “Trasport” tal-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru, skond l-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

2.   Fejn ikun xieraq, il-kontribut tal-Komunità magħmul lill-Impriża Konġunta “Clean Sky” għal finanzjament ta' l-attivitajiet ta' riċerka għandu jinkludi l-finanzjament ta' proposti magħżula permezz ta' sejħiet għal proposti kompetittivi u miftuħa.

Il-proċess ta' evalwazzjoni u għażla għandu jiżgura li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għal sejħiet għal proposti kompetittivi jsegwi l-prinċipji ta' eċċellenza u kompetizzjoni, u għandu jitwettaq bl-għajnuna ta' esperti indipendenti.

Kwalunkwe entità pubblika jew privata stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat mas-Seba' Programm Kwadru, għandha tkun eliġibbli għal tali finanzjament.

3.   L-arranġamenti għall-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandhom ikunu stabbiliti permezz ta' ftehim ġenerali u ftehim annwali ta' implimentazzjoni finanzjarja li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f'isem il-Komunità, u l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

4.   Membri oħrajn ta' l-Impriża Konġunta għandhom jikkontribwixxu riżorsi mill-inqas ekwivalenti għall-kontribut tal-Komunità minbarra dawk allokati permezz ta' sejħiet għal proposti sabiex jitwettqu l-attivitajiet ta' riċerka ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Artikolu 6

Regolament Finanzjarju

1.   L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi skond l-Artikolu 185(1) tar-Regolament 1605/2002. Huma jistgħu ma jsegwux ir-Regolament Finanzjarju Kwadru (8) meta l-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” jeħtieġu dan u suġġett għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

2.   L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha jkollha kapaċità ta' verifika interna tagħha stess.

Artikolu 7

Persunal

1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet għall-iskop ta' l-applikazzjoni tagħhom għandhom japplikaw għall-persunal ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” u għad-Direttur Eżekuttiv tagħha.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 7(3) ta' l-Istatuti, l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha teżerċita s-setgħat konferiti lilha fuq l-awtorità li taħtar mir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-awtorità awtorizzata biex tikkonkludi kuntratti mill-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-persunal tagħha.

3.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu, bi qbil mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri implimentattivi neċessarji msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.   Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fil-pjan ta' l-istabbilment ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” li għandu jiġi stabbilit fil-baġit annwali tagħha.

5.   Il-persunal ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandu jikkonsisti minn aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali impjegati għal perijodu stabbilit li jista' jiġġedded mhux aktar minn darba għal perijodu stabbilit ieħor. Il-perijodu totali ta' ingaġġ m'għandux jeċċedi s-seba' snin u fl-ebda każ m'għandu jeċċedi l-perijodu ta' l-eżistenza ta' l-Impriża Konġunta.

6.   L-ispejjeż kollha relatati mal-persunal għandhom ikunu ta' responsabbiltà ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Artikolu 8

Privileġġi u Immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Impriża Konġunta “Clean Sky” u l-persunal tagħha.

Artikolu 9

Responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim jew għall-kuntratt ikkonċernat.

2.   Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha, skond il-prinċipji ġenerali li huma komuni fil-liġijiet ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe danni kkaġunati mill-persunal tagħha waqt il-qadi tad-dmirijiet tagħhom.

3.   Kwalunkwe ħlas mill-Impriża Konġunta “Clean Sky” fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u n-nefqiet u l-ispejjeż li jsiru b'konnessjoni magħha għandhom jitqiesu bħala nefqa ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” u għandhom ikunu koperti mir-riżorsi ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

4.   L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tkun responsabbli unikament biex tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha.

Artikolu 10

Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u Liġi applikabbli

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni fir-rigward ta':

(a)

kwalunkwe disputa bejn il-Membri li għandha x'jaqsam mas-suġġett ta' dan ir-Regolament u/jew l-Istatuti msemmija fl-Artikolu 4;

(b)

skond kwalunkwe klawżola ta' arbitraġġ li jkun hemm fi ftehim u kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta “Clean Sky”;

(ċ)

azzjonijiet kontra l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, inklużi deċiżjonijiet tal-Korpi tagħha, skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat;

(d)

disputi marbuta ma' kumpens għal danni kkawżati mill-persunal ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom.

2.   Għal kwalunkwe kwistjoni mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti oħra tal-liġi Komunitarja, għandha tapplika l-liġi ta' l-Istat fejn tinsab is-sede ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Artikolu 11

Rapport, Evalwazzjoni u Awtorizzazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-progress miksub mill-Impriża Konġunta “Clean Sky”. Dan ir-rapport għandu jinkludi dettalji ta' l-implimentazzjoni, inkluż l-għadd ta' proposti mressqa, l-għadd magħżula għall-finanzjament, it-tip ta' parteċipanti, inklużi l-SMEs u l-istatistika diviża għal kull pajjiż. Dan ir-rapport annwali għandu jinkludi b'mod partikolari r-riżultati tal-valutazzjoni ta' l-Evalwatur tat-Teknoloġija msemmi fl-Artikolu 8(1) ta' l-Istatuti, kif meħtieġ.

2.   Tliet snin wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament (iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010), u sussegwentement sal-31 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni bl-assistenza ta' esperti indipendenti abbażi tat-termini ta' referenza stabbiliti wara konsultazzjoni ma' l-Impriża Konġunta. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom ikopru l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” u l-progress lejn l-objettivi stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Kunsill il-konklużjonijiet tagħha flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn ikun adegwat, il-proposti tagħha għall-emendament ta' dan ir-Regolament, inkluża l-possibbiltà li l-Impriża Konġunta tingħalaq bikri.

3.   Mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem ta' l-Impriża Konġunta, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq ir-rakkomandazzjoni mill-Kunsill, skond proċedura prevista mir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Artikolu 12

Protezzjoni ta' l-Interessi Finanzjarji tal-Membri u Miżuri Kontra l-Frodi

1.   L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-membri tagħha jkunu protetti b'mod adegwat billi twettaq jew tħalli li jitwettqu kontrolli interni u esterni adegwati.

2.   Jekk il-Membri jiskopru xi irregolaritajiet, għandhom jirriżervaw id-dritt li jnaqqsu jew jissospendu kwalunkwe kontribut sussegwenti lill-Impriża Konġunta “Clean Sky”, jew li jieħdu lura l-ammont minfuq mingħajr raġuni.

3.   Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra atti oħra illegali, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

4.   L-Impriża Konġunta “Clean Sky”għandha twettaq kontrolli fuq il-post u verifiki finanzjarji fost id-destinatarji tal-finanzjament pubbliku ta' Impriża Konġunta “Clean Sky”.

5.   Il-Kummissjoni u/jew il-Qorti ta' l-Awdituri jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jagħmlu verifiki fuq il-post fost id-destinatarji tal-finanzjament ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu. Għal dak il-għan, l-Impriża Konġunta “Clean Sky”għandha tiżgura li l-ftehim ta' għoti u l-kuntratti jipprevedu d-dritt tal-Kummissjoni u/jew tal-Qorti ta' l-Awdituri li jwettqu l-kontrolli adegwati u, fil-każ li jinsabu irregolaritajiet, li jimponu penalitajiet dissważivi u proporzjonati.

6.   L-OLAF (9) għandu jgawdi mill-istess setgħat fir-rigward ta' Impriża Konġunta u l-persunal tiegħu bl-istess mod li jgawdih minnhom fir-rigward ta' dipartimenti tal-Kummissjoni. Malli tiġi stabbilita l-Impriża Komuni, għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta' investigazzjonijiet interni mill-OLAF. L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet interni min-naħa ta' l-OLAF.

Artikolu 13

Kunfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, l-Impriża Konġunta “Clean Sky”għandha tiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva, li l-kxif tagħmel jista' jkun ta' ħsara għall-interessi tal-Membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Artikolu 14

Trasparenza

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (10) għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

2.   L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tas-7 ta' Awwissu 2008.

3.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Impriża Konġunta “Clean Sky” skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' lment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

4.   L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali lil istituzzjonijiet u korpi tal-Kummissjoni sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament (11) tas-7 ta' Awwissu 2008.

Artikolu 15

Proprjetà Intellettwali

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tadotta regoli distinti li jirregolaw il-protezzjoni, l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka abbażi tal-prinċipji tar-Regolament (KE) 1906/2006 kif stabbilit fl-Artikolu 23 ta' l-Istatuti li jiżguraw li, fejn ikun il-każ, tiġi protetta l-proprjetà intellettwali ġġenerata fl-attivitajiet ta' riċerka skond dan ir-Regolament, u li r-riżultati tar-riċerka jintużaw u jiġu disseminati.

Artikolu 16

Azzjonijiet ta' tħejjija

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u t-tħaddim inizjali ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” sakemm l-Impriża Konġunta jkollha l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess. Hi għandha twettaq, skond il-liġi Komunitarja, l-azzjonijiet kollha meħtieġa b'kollaborazzjoni ma' Membri Fundaturi oħrajn u bl-involviment tal-Bord ta' Tmexxija.

2.   Għal dak il-fini, sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-dmirijiet tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord ta' Tmexxija skond l-Artikolu 7(3)(a) ta' l-Istatuti, il-Kummissjoni tista' tassenja numru limitat mill-uffiċjali tagħha, inkluż wieħed biex jaqdi l-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv, fuq bażi temporanja.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv temporanju jista' jawtorizza l-ħlasijiet kollha koperti mill-krediti previsti fil-baġit ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” ladarba jkunu approvati mill-Bord ta' Tmexxija u jista' jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti tal-persunal wara l-adozzjoni tal-pjan ta' stabbiliment ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”. L-uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni jista' jawtorizza l-ħlasijiet kollha koperti mill-krediti previsti fil-baġit ġenerali ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Artikolu 17

Appoġġ mill-Istat ospitanti

Għandu jiġi konkluż ftehim ta' ospitalità bejn l-Impriża Konġunta “Clean Sky” u l-Belġju dwar akkomodazzjoni f'uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIRA


(1)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86. Verżjoni korretta bil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 30.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(6)  ĠU L 292,15.11.1996, p. 2.

(7)  ĠU L 136,31.5.1999, p. 1.

(8)  ĠU L 357,31.12.2002, p. 72.

(9)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta' April 1999 li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20).

(10)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(11)  ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13.


ANNESS I

STATUTI TA' L-IMPRIŻA KONĠUNTA “CLEAN SKY”

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dawn l-Istatuti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Assoċjat tfisser entità legali unika magħżula wara sejħa għal sħubija u li timpenja ruħha tul l-eżistenza kollha ta' l-Impriża Konġunta u għal sehem minimu stabbilit tal-baġit ta' l-ITD.

(b)

Sejħiet għal Proposti: tfisser sejħiet miftuħa għal kompiti speċifiċi, li jirriżultaw fl-għażla ta' Msieħba fuq bażi kompetittiva.

(ċ)

Sejħiet għall-Offerti tfisser sejħiet biex jiġu subkuntrattati kompiti speċifiċi mogħtija minn Mexxeja jew Assoċjati ta' l-ITD.

(d)

Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata (ITD) tfisser wieħed mis-6 oqsma teknoloġiċi li għandhom ikunu koperti mill-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

(e)

Mexxej ITD tfisser Ko-mexxej ta' wieħed mis-6 ITDs;

(f)

Stati Nazzjonali tfisser l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru.

(g)

Imsieħeb tfisser entità legali magħżula matul il-JTI biex twettaq kompiti speċifiċi u mhix neċessarjament impenjata tul l-eżistenza kollha ta' l-Impriża Konġunta.

(h)

Subkuntrattur tfisser entità legali li twettaq kompiti taħt kuntratt lill-Mexxej jew l-Assoċjat ta' l-ITD;

(i)

Evalwatur Teknoloġiku (ET) tfisser l-attività ċentrali stabbilita skond l-Artikolu 8(1).

Artikolu 2

Kompiti u Attivitajiet

Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' ta’ l-Impriża Konġunta “Clean Sky” il-kompiti u l-attivitajiet ewlenin tagħha għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

Li tgħaqqad flimkien firxa ta' Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata bl-enfasi fuq teknoloġiji innovattivi u l-iżvilupp ta' dimostraturi fuq skala sħiħa;

(b)

Li tiffoka l-isforzi fid-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata fuq riżultati importanti li jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali u tal-kompetittività ta' l-Ewropa;

(ċ)

Li ttejjeb il-proċess tal-verifika tat-tekonoloġija sabiex tidentifika u tneħħi l-ostakoli għall-penetrazzjoni futura tas-suq;

(d)

Li tiġbor flimkien ir-rekwiżiti ta' l-utenti biex tiggwida l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp lejn soluzzjonijiet operazzjonali u kummerċjalizzabbli;

(e)

Li timplimenta l-attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp meħtieġa, fejn ikun xieraq billi tagħti għotjiet wara sejħiet għal proposti;

(f)

Li tagħmel għotjiet li jappoġġaw riċerka mwettqa mill-Membri tagħha u minn entitajiet oħra magħżula wara sejħiet għal proposti skond il-kriterji miftuħa maqbula mill-Bord ta' Tmexxija;

(g)

Li tippubblika informazzjoni dwar il-proġetti, inkluż l-isem tad-destinatarji u l-ammont tal-kontribut finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għal kull destinatarju;

(h)

Li tiżgura l-provvista ta' kuntratti għal servizzi u għal provvisti, fejn ikun adegwat, permezz ta' Sejħiet għal Offerti;

(i)

Li timmobilizza l-finanzjament meħtieġ mis-settur pubbliku u dak privat;

(j)

Li tikkonsulta ma' l-attivitajiet nazzjonali u internazzjonali fil-qasam tekniku ta' l-Impriża Konġunta, b'mod partikolari ma' l-Impriża Konġunta SESAR (1);

(k)

Li tinforma, permezz ta' laqgħat perijodiċi lill-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali u tinvolvi lil ACARE;

(l)

Li tinnotifika entitajiet ġuridiċi li jkunu kkonkludew ftehim dwar għotja ma' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, bl-opportunitajiet potenzjali għal self mill-Bank ta' Investiment Ewropew, b'mod partikolari il-Faċilità ta' Finanzjament għall-Qsim tar-Riskju stabbilita skond is-Seba’ Programm Kwadru;

(m)

Li tistimula l-involviment ta' SMEs fl-attivitajiet tagħha, skond l-objettivi tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka; f'dan ir-rigward l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tistabbilixxi miri kwantitattivi rilevanti skond dawk stabbiliti fis-Seba’ Programm Kwadru;

(n)

Li tiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib u tiżgura koordinazzjoni ma' attivitajiet Ewropej (b'mod partikolari l-Programm Kwadru), nazzjonali u transnazzjonali relatati.

Artikolu 3

Membri

1.   Il-membri fundaturi ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni; u,

(b)

ma' l-aċċettazzjoni ta' l-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, 12-il mexxej ta' l-ITD u l-Assoċjati.

Il-Kummissjoni u l-mexxejja ta' l-ITDs għandu jkollhom viżibbiltà ġenerali ta' l-attivitajiet tal-JTI, u għandhom ikunu responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet strateġiċi ġenerali.

L-Assoċjati għandhom jipparteċipaw f'ITD wieħed jew aktar, għandhom jieħdu b'mod konġunt deċiżjonijiet tekniċi li għandhom jittieħdu rigward dawn l-ITDs, u jikkontribwixxu sehem ġust għall-programm ta' ħidma sħiħ ta' dawn l-ITDs.

Il-Mexxeja fundaturi ta' l-ITD u l-Assoċjati huma elenkati fl-Anness II, suġġett għall-ewwel subparagrafu.

2.   Kwalunkwe entità pubblika jew privata stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru tista' tapplika biex issir membru ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, sakemm:

(a)

bħala Mexxejja ta' l-ITD, jintrabtu li jikkontribwixxu riżorsi fi proporzjon ma' l-attivitajiet ġenerali tal-JTI u konsistenti magħhom;

(b)

bħala Assoċjati, l-impenn tagħhom ikun fi proporzjon mal-baġit ta' l-ITD li jipparteċipaw fih u konsistenti mar-rekwiżiti ta' l-ITD.

3.   Il-membri fundaturi kif imsemmija fil-paragrafu 1 u l-membri ġodda kif imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jissejħu minn hawn 'il quddiem “Membri”.

Artikolu 4

Aċċess u bidliet għas-sħubija

Ir-Regoli ta' l-Adeżjoni:

Kwalunkwe entità ġuridika pubblika jew privata stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat mas-Seba' Programm Kwadru tista' tapplika biex issir Membru ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, skond il-kondizzjonijiet t’hawn taħt:

l-entitajiet ġuridiċi li japplikaw biex isiru Mexxejja jew Assoċjati ta' Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata għandhom jaċċettaw l-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”,

l-entitajiet ġuridiċi li japplikaw biex isiru Mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata għandhom jintrabtu li jisfruttaw ir-riżultati tagħha wara, li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-ispejjeż ta' ġestjoni ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” b'impenn proporzjonat mal-baġit sħiħ tagħha, u li jikkontribwixxu għad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata li huma jmexxu,

l-entitajiet ġuridiċi li japplikaw biex isiru Assoċjati għandhom jintrabtu li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-Impriża Konġunta “Clean Sky” f'ITD wieħed jew aktar skond limiti stabbiliti minn qabel ta' impenn proporzjonat mal-baġit ta' dak l-ITD, u li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-ispejjeż ta' ġestjoni ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Is-sejħiet għall-Assoċjati għandhom ikunu stigati mill-ħtieġa għal kapaċitajiet ewlenin fid-diversi ITDs. Il-karigi vakanti għandhom ikunu ppubblikati permezz tal-websajt “Clean Sky”, ikkomunikati permezz tal-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali u kanali oħrajn fejn xieraq.

Deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija:

Kwalunkwe applikazzjoni għal sħubija ġdida fl-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tiġi indirizzata lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni tiegħu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 u tiġi ppreżentata lill-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali għall-informazzjoni.

Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kwalunkwe entità ġuridika oħra għandhom isiru b'kont meħud tar-rilevanza u tal-valur miżjud addizzjonali ta' l-applikant għall-ksib ta' l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, kif ukoll tal-kapaċità tagħhom li jisfruttaw it-teknoloġiji żviluppati. Għal kwalunkwe applikazzjoni għal adeżjoni ġdida, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni f'waqtha lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni u, fejn applikabbli, dwar id-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija.

3.   Is-Sħubija fl-Impriża Konġunta “Clean Sky” ma tistax tiġi ttrasferita lil terza parti ħlief bl-approvazzjoni bil-miktub minn qabel tal-Bord ta' Tmexxija.

Kwalunwe Membru jista’, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u suġġett għall-kunsens tal-Bord ta' Tmexxija u l-Kumitat Permanenti ta' kwalunkwe ITDs rilevanti, jirtira mill-Impriża Konġunta “Clean Sky”. Wara l-irtirar l-ex Membru għandu jkun meħlus minn kwalunkwe obbligu ħlief dawk li jkun daħal għalihom permezz ta' kuntratti impenjati ma' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” u ma' Membri oħrajn skond dawn l-Istatuti, qabel l-irtirar tal-Membri.

Artikolu 5

Korpi ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”

1.   Il-korpi ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom ikunu:

il-Bord ta' Tmexxija,

id-Direttur Eżekuttiv,

il-Kumitati ta' Tmexxija tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata,

il-Kumitat ta' Tmexxija ta' l-Evalwatur tat-Teknoloġija, u

il-Forum Ġenerali.

Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali għandu jkun korp estern konsultattiv għall-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

2.   Jekk kompitu speċifiku ma jiġix assenjat lil wieħed minn dawn il-korpi, il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun il-korp kompetenti.

3.   Għandu jiġi stabbilit Bord Konsultattiv kif ikun xieraq mill-Impriża Konġunta, biex jagħti pariri u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Impriża Konġunta “Clean Sky” dwar suġġetti ta' ġestjoni, finanzi u teknika.

Artikolu 6

Il-Bord ta' Tmexxija

1.   Il-Bord ta' Tmexxija huwa l-korp ta' Tmexxija ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Kompożizzjoni

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun kompost minn rappreżentanti nnominati mill-paritjiet segwenti:

(a)

Il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni,

(b)

Il-Mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata,

(ċ)

Assoċjat wieħed għal kull Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata, kif stabbilit fl-Artikolu 8.4(f) ta' dawn l-Istatuti.

Teħid ta' Deċiżjonijiet

Kull membru individwali tal-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu vot ugwali wieħed.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet b'maġġoranza ta' 2/3 tal-voti kollha eliġibbli. Il-voti eliġibbli jinkludu dawk ta' membri li ma jkunux preżenti għal-laqgħa.

Il-kunsens tal-Mexxejja kollha tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata milquta huwa meħtieġ biex tiġi modifikata l-allokazzjoni tal-baġit lil u fi ħdan id-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata.

Presidenza

(a)

Il-Bord Eżekuttiv għandu jaħtar president u viċi-president minn fost ir-rappreżentanti tiegħu. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni m'għandux ikun eliġibbli għall-ebda waħda minn dawn il-funzjonijiet.

(b)

Il-president u l-viċi-president tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jiġu eletti għal perijodu ta' sena waħda (1) u jistgħu jerġgħu jiġu eletti għal sena waħda oħra.

Laqgħat

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena.

Laqgħat straordinarji għandhom jissejjħu fuq talba tal-president tal-Bord ta' Tmexxija jew tal-Kummissjoni jew tad-Direttur Eżekuttiv.

Il-laqgħat normalment għandhom isiru fis-sede ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Ħlief jekk jiġi deċiż mod ieħor, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipparteċipa fil-laqgħat.

Il-President tal-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali għandu jkollu d-dritt jattendi laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservatur.

Rwol u kompiti

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun responsabbli, b'mod partikolari għal:

(a)

Id-definizzjoni jew tibdil ta' l-orjentament strateġiku;

(b)

Il-konklużjoni, ir-rinunzja u/jew il-korrezzjoni ta' kuntratti;

(ċ)

L-adozzjoni tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” skond l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament;

(d)

L-adozzjoni tal-baġit u tal-kontijiet annwali ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”;

(e)

L-adozzjoni ta' tibdil fl-allokazzjoni tal-baġit lid-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata;

(f)

L-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali ta' l-ITD;

(g)

L-approvazzjoni tar-rapporti annwali mill-Mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata u d-Direttur Eżekuttiv u l-eżami tal-progress tar-riċerka;

(h)

Azzjonijiet kontra Mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata u l-Assoċjati u/jew il-ftehim ta' termini ta' kompromess f'disputi bejn l-Impriża Konġunta “Clean Sky” u kwalunkwe mill-Membri tagħha;

(i)

Soluzzjoni ta' disputi fit-tielet istanza fl-ITDs;

(j)

Soluzzjoni ta' disputi fit-tieni istanza madwar l-ITDs;

(k)

Id-dħul ta' mexxejja u Assoċjati ġodda ta' Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata kif ukoll l-istabbiliment tal-livell minimu ta' impenn tagħhom;

(l)

Il-proċeduri ta' l-għażla permezz ta' sejħiet għal proposti/Offerti;

(m)

It-trasferiment tas-Sħubija;

(n)

Ir-reviżjoni fit-tieni istanza u l-ftuħ mill-ġdid ta' deċiżjonijiet in konnessjoni ma' l-għażla ta' sħab li jiġu kkontestati;

(o)

L-adozzjoni ta' tibdil fir-riżultati prinċipali;

(p)

Il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv;

(q)

L-approvazzjoni tal-proposti tad-Direttur Eżekuttiv għal tibdil fil-livelli tal-persunal tad-Direttorat;

(r)

L-ispeċifikazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv stabbiliti fl-Artikolu 7(4);

(s)

L-approvazzjoni ta' l-istrateġija tal-Komunikazzjoni u d-Disseminazzjoni ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”;

(t)

L-approvazzjoni tal-prinċipji għall-konsultazzjoni u għad-djalogu mal-pubbliku;

(u)

Il-promozzjoni ta' politika tad-diversità tar-riżorsi umani u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

(v)

L-iżvilupp ta' strateġija ta' relazzjonijiet esterni f'perspettiv internazzjonali;

(w)

Regoli għall-valutazzjoni ta' kontributi mhux finanzjarji;

(x)

L-adozzjoni ta' l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 imsemmi fl-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament.

7.   Il-Komunità għandha żżomm id-dritt ta' veto fir-rigward tad-deċiżjonijiet kollha relatati ma' l-użu tal-kontribut finanzjarju tagħha, deċiżjonijiet dwar il-likwidazzjoni u l-istralċ ta' l-Impriża Konġunta, l-adozzjoni ta' bidliet kbar fl-allokazzjonijiet baġitarji lil u fi ħdan id-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata, u deċiżjonijiet relatati mal-punti (a), (b), (c), (h), (k), (l), (m), (n), (o), (p), (w) u (x).

Regoli

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta' proċedura dettaljati tiegħu.

Artikolu 7

Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabli għat-tmexxija ġenerali ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” u huwa r-rappreżentant ġuridiku tagħha. Għandu jirraporta u jirrispondi għal għemilu lill-Bord ta' Tmexxija.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq id-doveri tiegħu b'indipendenza sħiħa.

Fir-rigward tal-persunal, id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun mgħejun fit-twettiq tad-doveri tiegħu mill-persunal tad-Direttorat. Il-persunal tad-Direttorat għandu jwettaq il-funzjonijiet kollha ta' appoġġ li jkunu meħtieġa.

Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Impriża Konġunta għandu jagħżel u jaħtar il-persunal tad-Direttorat.

Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv

(a)

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija għal perijodu ta' tliet snin, wara sejħa għal espressjonijiet ta' interess ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u f'rivisti perijodiċi jew f'siti ta' l-Internet oħrajn. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord ta' Tmexxija jista' jestendi l-perijodu tal-kariga darba waħda għal żmien adizzjonali ta' mhux aktar minn erba' snin.

(b)

Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga mill-Bord ta' Tmexxija.

Rwol u kompiti tad-Direttur Eżekuttiv

Id-Direttur Eżekuttiv għandu b'mod partikolari:

(a)

Jirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija;

(b)

Jikkoordina u jsegwi l-attivitajiet tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata (permezz ta' laqgħat ta' koordinazzjoni tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata), jipprepara rapporti tekniċi u finanzjarji;

(ċ)

Jissorvelja l-attivitajiet ta' integrazzjoni u ta' interazzjoni u jsejjaħ u jmexxi r-reviżjonijiet kif ikun meħtieġ;

(d)

Jippresjedi l-Kumitat ta' Tmexxija ta' l-Evalwatur tat-Teknoloġiku, jipparteċipa bħala osservatur attiv fil-Kumitati ta' Tmexxija tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata;

(e)

Jissorvelja l-progress ta' l-ITDs lejn il-kisba tal-miri ambjentali, ibbażati fuq il-valutazzjonijiet ta' l-Evalwatur tat-Teknoloġija;

(f)

Jissorvelja l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs biex jiżgura li l-livelli mmirati ta' parteċipazzjoni jintlaħqu;

(g)

Jimplimenta proċessi ta' sejħiet għal proposti u ta' Sejħiet għal Offerti abbażi tal-kontenut definit mill-Kumitat ta' Tmexxija rilevanti ta' l-ITD;

(h)

Jimplimenta l-proċess ta' reviżjoni fl-ewwel istanza fil-każ ta' deċiżjonijiet in konnessjoni ma' l-għażla ta' Sħab li jiġu kkontestati;

(i)

Jimmaniġġa s-soluzzjoni ta' disputi fit-tieni istanza fl-ITDs;

(j)

Jimmaniġġa s-soluzzjoni ta' disputi fl-ewwel istanza fost l-ITDs;

(k)

Jivverifika l-kontributi finanzjarji tal-mexxejja ta' Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata u l-Assoċjati, jivverifika l-infiq mal-pjani u jwettaq evalwazzjonijiet tal- kontributi finanzjarji fuq bażi annwali;

(l)

Jipprepara l-baġits annwali, jimplimentahom, u jirrappreżenta l-Impriża Konġunta “Clean Sky” fil-proċedura annwali tal-kwittanza tal-baġit;

(m)

Jipprovdi lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Kummissjoni bir-rapporti tekniċi u finanzjarji;

(n)

Jipprepara, flimkien mal-president tal-Bord ta' Tmexxija, l-Aġenda tal-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija;

(o)

Jattendi laqgħat tal-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali u ta' l-ACARE flimkien mal-Kummissjoni u jirraporta dwar l-istatus ta' l-attivitajiet ta' “Clean Sky”, inklużi kwistjonijiet dwar SMEs;

(p)

Imexxi l-aspetti tal-komunikazzjoni u tar-relazzjonijiet pubbliċi ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, inkluża l-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' preżentazzjoni u ta' disseminazzjoni;

(q)

Jorganizza d-djalogu ma' l-utenti u mal-gruppi interessati rilevanti;

(r)

Jissorvelja l-proċess ta' evalwazzjoni u għażla tas-sejħiet għal proposti;

(s)

Jirrapporta dwar ir-riżultati tas-sejħiet għal proposti u s-Sejħiet għal Offerti.

Artikolu 8

Kumitati ta' Tmexxija tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata

Stabbiliment

Il-Kumitati ta' Tmexxija tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata (ITD) għandhom jiġu stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija għal kull wieħed mis-sitt Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata. Għandhom jiġu stabbiliti l-ITDs segwenti:

(a)

Inġenji ta' l-Ajru Intelliġenti bil-Ġwienaħ Fissi

(b)

Inġenji ta' l-Ajru Reġjonali Ambjentali

(ċ)

Inġenji li Jaħdmu bir-Rotors Ambjentali

(d)

Sistemi għal Operazzjonijiet Ambjentali

(e)

Magna Ambjentali u Sostenibbli

(f)

Eko-Disinn.

Għandu jitwaqqaf Evalwatur tat-Teknoloġija indipendenti għat-tul kollu tas-“Clean Sky”. Il-kompiti tiegħu huma:

(a)

Il-jivvaluta l-impatt ambjentali tar-riżultati tat-teknoloġija li joħorġu mill-ITDs individwali;

(b)

Il-jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-ITDs biex jottimizzaw il-prestazzjoni ambjentali fil-firxa kollha ta' l-attivitajiet tas-“Clean Sky”;

(ċ)

Li jinforma regolarment, permezz tad-Direttur Eżekuttiv, lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali dwar l-impatt ambjentali tar-riżultati tat-teknoloġija ta' l-ITDs.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni u l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Tmexxija ta' l-Evalwatur tat-Teknoloġija.

Kompożizzjoni

Kull Kumitat tat-Tmexxija ta' Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata għandu jkun kompost minn:

(a)

Il-president – rappreżentant anzjan tal-Mexxej(ja) tad-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata;

(b)

Rappreżentanti ta' kull Assoċjat fid-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata u tal-mexxejja l-oħra tad-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata li qed jipparteċipaw;

(ċ)

Id-Direttur Eżekuttiv u l-Uffiċjal Responsabbli tad-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata;

(d)

Rappreżentant tal-Kummissjoni kif ikun xieraq/jekk mitlub mid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, bħala osservatur;

(e)

Mexxejja ta' Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata oħra b'interess fir-riżultati tad-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata meta jiġu mistiedna.

Laqgħat

Kull Kumitat ta' Tmexxija ta' Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata għandu jiltaqa' mill-inqas kull tliet xhur.

Laqgħat straordinarji għandhom jissejjħu fuq talba tal-president tal-Kumitat ta' Tmexxija tad-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata rilevanti jew tad-Direttur Eżekuttiv.

Responsibbiltà

Kull Kumitat ta' Tmexxija ta' Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata għandu jkun responsabbli biex:

(a)

Jiggwida u jissorvelja l-funzjonijiet tekniċi tad-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata tiegħu u jieħu deċiżjonijiet f'isem l-Impriża Konġunta “Clean Sky” dwar il-kwistjonijiet tekniċi kollha speċifiċi għad-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata rilevanti;

(b)

Jistabbilixxi l-programmi dettaljati annwali ta' ħidma għall-ITD;

(ċ)

Jiddefinixxi l-kontenut tas-Sejħiet għall-Proposti;

(d)

Jagħżel is-sħab esterni bl-għajnuna ta' esperti indipendenti;

(e)

Jiddefinixxi l-kontenut tas-Sejħiet għall-Offerti flimkien mal-Membru kkonċernat u f'koooperazzjoni miegħu;

(f)

stabbilixxi l-ordni ta' rotazzjoni għar-rappreżentazzjoni ta' l-Assoċjati fuq il-Bord ta' Tmexxija; d-deċiżjoni dwar dan il-punt jittieħed mill-Assoċjati biss, il-Mexxejja ta' l-ITD ma jkollhomx id-dritt tal-vot;

(g)

Jimmaniġġa s-soluzzjoni ta' disputi fl-ITDs;

(h)

Jagħmel modifiki għall-allokazzjoni baġitarja fi ħdan id-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata tiegħu skond l-Artikolu 6(3).

Votazzjoni

Kull Kumitat ta' Tmexxija ta' Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata għandu jieħu d-deċiżjonijiet b'maġġoranza sempliċi bil-voti peżati skond l-impenn finanzjarju għad-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata ta' kull membru tal-Kumitat tat-Tmexxija. Il-Mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata għandu jkollhom id-dritt tal-veto fuq kwalunkwe riżoluzzjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija tad-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata li tiegħu jkunu l-mexxejja.

Regoli

Kull Kumitat ta' Tmexxija ta' Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu fuq bażi komuni fost l-ITDs kollha inklużi dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-drittjiet u l-obbligazzjonijiet tal-mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata, inklużi d-drittijiet tal-veto.

Artikolu 9

Forum Ġenerali

1.   Il-Forum Ġenerali huwa korp konsultattiv ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Il-Forum Ġenerali għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn:

(a)

kull Membru ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”;

(b)

kull Imsieħeb.

Laqgħat:

Il-Forum Ġenerali għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena.

Laqgħat straordinarji għandhom jissejħu fuq talba ta' mill-inqas 30 % tal-membri tal-Forum Ġenerali.

Il-laqgħat għandhom normalment isiru fi Brussell.

Rwoli

Il-Forum Ġenerali għandu:

(a)

Ikun infurmat dwar is-sitwazzjoni attwali ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

(b)

Ikun infurmat dwar il-baġit annwali u jirċievi r-rapporti u l-kontijiet annwali;

(ċ)

Jagħmel rakkomandazzjonijiet u jqajjem kwistjonijiet, b'maġġoranza ta' 2/3 tal-voti, lill-Bord ta' Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv dwar kwistjonijiet ta' natura teknika, maniġerjali u finanzjarja.

Regoli

Il-Forum Ġenerali għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 10

Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali

Kompożizzjoni

Il-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u minn kull pajjiż assoċjat mal-Programm Kwadru. Hu għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu.

Rwol u kompiti

Il-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali għandu jkollu rwol konsultattiv għall-Impriża Konġunta. B'mod partikolari għandu jivvaluta informazzjoni u jipprovdi opinjonijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:

(a)

Il-progress tal-programm fl-Impriża Konġunta “Clean Sky”;

(b)

Konformità u rispett għall-miri;

(ċ)

Aġġornament ta' l-orjentament strateġiku;

(d)

Konnessjonijiet għal Riċerka Kollaborattiva tal-Programm Kwadru;

(e)

Ir-riżultati u l-ippjanar ta' sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti;

(f)

L-Involviment ta' SMEs;

(g)

Applikazzjonijiet ġodda, adeżjonijiet u bidliet għall-Isħubija.

Huwa għandu jipprovdi wkoll kontribut lill-Impriża Konġunta dwar dan li ġej:

(a)

L-istatus u l-interazzjoni bejn attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta u programmi nazzjonali ta' riċerka rilevanti u l-identifikazzjoni ta' oqsma potenzjali ta' kooperazzjoni;

(b)

Miżuri speċifiċi meħuda fil-livell nazzjonali fir-rigward ta' avvenimenti ta' disseminazzjoni, workshops tekniċi dedikati u attivitajiet ta' komunikazzjoni.

Il-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali jista' joħroġ, fuq inizjattiva tiegħu, rakkomandazzjonijiet lill-Impriża Konġunta “Clean Sky” dwar kwistjonijiet tekniċi, ta' ġestjoni u finanzjarji, b'mod partikolari meta dawn jaffettwaw l-interessi nazzjonali. L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tinforma lill-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali dwar is-segwitu li tkun tat għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

3.   Il-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena u għandu jissejjaħ mill-Impriża Konġunta. Laqgħat straordinarji jistgħu jissejħu biex jiġu ttrattati kwistjonijiet speċifiċi ta' rilevanza kbira għall-attivitatjiet ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”. Dawn il-laqgħat għandhom jissejjħu mill-Impriża Konġunta jew fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba mill-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali.

Id-Direttur Eżekuttiv u l-president tal-Bord ta' Tmexxija u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jassistu l-laqgħat.

Il-Grupp ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Nazzjonali għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 11

Kompiti tal-verifika interna

Il-kompiti fdati lill-awditur intern tal-Kummissjoni mill-Artikolu 185(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Bord ta' Tmexxija, li għandu jiddisponi kif jixraq għal dan b'kont meħud tad-daqs u l-ambitu ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Artikolu 12

Sorsi ta' finanzjament

1.   Ir-riżorsi kollha ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom ikunu ddedikati għall-objettivi ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

2.   Ir-riżorsi ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom jikkonsistu f'kontributi miġbura mill-Membri tagħha u l-affiljati parteċipanti tagħhom. Affiljat parteċipant għandu jiġi definit bħala entità ġuridika li:

(a)

Tkun direttament jew indirettament ta' proprjetà jew kontrollata minn, jew li jkollha u tikkontrolla, jew tkun taħt l-istess sjieda jew kontroll, bħall-mexxej jew l-Assoċjat ta' l-ITD rilevanti; u

(b)

Tkun inkorporata u residenti fi, u suġġetta għal-liġi ta', Stat Membru tal-Komunità, jew Pajjiż Assoċjat fis-7 Programm Kwadru; u

(ċ)

Tipparteċipa fl-attivitajiet tal-Mexxej jew ta' l-Assoċjat ta' l-ITD rilevanti fil-programm ta' ħidma tal-“Clean Sky”.

3.   L-ispejjeż ta' ġestjoni ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom jinqasmu ugwalment bejn il-Komunità Ewropea min-naħa l-waħda, li għandha tikkontribwixxi 50 % ta' l-ispiża totali, u min-naħa l-oħra l-bqija tal-Membri, li għandhom jikkontribwixxu fi flus kontanti l-50 % li jkun fadal. L-ispejjeż ta' ġestjoni ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” m'għandhomx jaqbżu t-3 % tat-total tal-kontribut finanzjarju u l-kontributi mhux finanzjarji tal-Membri u l-Imsieħba msemmija fl-Artikolu 13. Jekk parti mill-kontribut mill-Komunità ma tintużax din tista' tkun disponibbli għall-Attivitajiet ta' Riċerka msemmija fl-Artikolu 13.

4.   Ir-riżorsi kollha għandhom jiddaħħlu fil-baġit annwali.

5.   Il-kontribut finanzjarju annwali tal-Komunità Ewropea lill-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tkun suġġetta għall-verifika ta' l-attivitajiet imwettqa mill-Membri l-oħra.

6.   Jekk kwalunkwe Membru ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, jew kwalunkwe affiljati parteċipanti, jonqsu li jissodisfaw l-impenji tagħhom fir-rigward tal-kontribut miftiehem, il-Bord ta' Tmexxija għandu jiddeċiedi:

fil-każ ta' Membru li jonqos, jekk il-Membri l-oħra għandhomx jirrevokaw is-sħubija tal-Membru li jkun naqas jew jekk għandhies tittieħed kwalunkwe miżura oħra sakemm l-obbligazzjoni tiegħu tkun ġiet sodisfatta; jew

fil-każ ta' affiljat parteċipant li jonqos, jekk il-Membri l-oħra għandhomx jirrevokaw il-parteċipazzjoni ta' l-affiljat li jonqos jew jekk għandhies tittieħed kwalunkwe miżura oħra sakemm l-obbligazzjoni tiegħu tkun ġiet sodisfatta.

7.   L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tippossjedi l-assi tanġibbli kollha maħluqa minnha jew trasferiti lilha. L-ITDs u prodotti oħra tanġibbli u intanġibbli tal-programm ta' riċerka u żvilupp tas-“Clean Sky” għandhom ikunu l-proprjetà tal-Membri u/jew l-Imsieħba li joħolquhom.

Artikolu 13

Il-kontributi għall-attivitajiet imwettqa fl-Impriża Konġunta “Clean Sky”

1.   Sabiex jappoġġjaw l-attivitajiet li se jiġu żviluppati fl-Impriża Konġunta “Clean Sky”, il-Membri l-oħra ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom jipprovdu riżorsi ekwivalenti għall-kontributi tal-Komunità; dan jinkludi l-kontribut tagħhom għall-ispejjeż ta' ġestjoni ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

2.   Il-kontribut tal-Komunità għandu jitqassam kif ġej:

(a)

Ammont sa EUR 400 miljun għandu jiġi allokat lill-mexxejja ta' l-ITD u ammont sa EUR 200 miljun lill-assoċjati ta' l-ITD. Il-mexxejja u l-assoċjati ta' l-ITD ser jikkontribwixxu riżorsi li jkunu għal ta' lanqas ugwali għall-kontribut Komunitarju.

(b)

Ammont ta' lanqas ta' EUR 200 miljun għandu jiġi allokat għas-Imsieħba magħżula permezz ta' sejħiet kompetittivi għal proposti. Attenzjoni partikolari għandha tingħata għall-iżgurar tal-parteċipazzjoni xierqa ta' l-SMEs. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jkun konformi mal-limiti massimi ta' finanzjament ta' l-ispiża eliġibbli totali, stabbilita mir-Regoli ta' Parteċipazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru.

To the extent that a Call for Proposals remains unanswered or unallocated, the Members shall fulfil the corresponding tasks themselves.

Sabiex ikunu meqjusa bħala eliġibbli għall-finanzjament mill-Komunità, l-ispejjeż li jsiru fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka għandhom jeskludu t-taxxa fuq il-valur miżjud.

3.   Tqassim preliminari tal-kontribut Komunitarju fost id-diversi attivitajiet ta' riċerka ġie stabbilit kif ġej (2):

(a)

24 % għall-ITD Inġenji ta' l-Ajru Intelliġenti bi Ġwienaħ Fissi,

(b)

11 % għall-ITD Inġenji ta' l-Ajru Reġjonali Ambjentali,

(ċ)

10 % għall-ITD Inġenji ta' l-Ajru Ambjentali bir-Rotors,

(d)

27 % għall-ITD Magni Sostenibbli u Ambjentali,

(e)

19 % għall-ITD Sistemi għal Operazzjonijiet Ambjentali,

(f)

7 % għall-ITD Eko-Disinn,

(g)

2 % għall-Evalwatur tat-Teknoloġija.

Tqassim dettaljat ta' l-allokazzjonijiet tar-riżorsi mad-diversi pakketti ta' ħidma u membri ta' l-Impriża Konġunta għandu jiġi stabbilit. It-tqassim dettaljat għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Tmexxija. Dan il-proċess għandu jseħħ taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni, u jsegwi l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-membri.

4.   Sabiex jiġi implimentat il-programm “Clean Sky”, l-Impriża Konġunta “Clean Sky” tista' tagħti għotjiet lill-Membri, skond il-kriterji miftuħa maqbula mill-Bord ta' Tmexxija, lil sħab u lil entitajiet oħrajn għat-twettiq ta' l-attivitajiet ta' riċerka tagħhom.

5.   Ħlief għall-ispiża ta' ġestjoni ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, kontributi li ma jkunux fi flus huma possibbli. Dawn ikunu suġġetti għal evalwazzjoni tal-valur u r-rilevanza tagħhom għat-twettieq ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, u jridu jiġu aċċettati mill-Bord ta' Tmexxija. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-kontributi li mhumiex fi flus għandha tiġi deċiża fid-dettall u għandha tiġi adottata mill-Bord ta' Tmexxija. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

(a)

L-approċċ globali għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji ta' l-FP7, fejn kontributi li ma jkunux fi flus għal proġetti jiġu vvalutati fil-livell tar-reviżjoni;

(b)

Il-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom japplikaw.

(ċ)

Il-verifiki għandhom jitwettqu minn awditur indipendenti.

6.   Il-kontributi tal-membri l-oħra għandhom jiġu reġistrati mill-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Artikolu 14

Impenji finanzjarji

L-impenji finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” m'għandhomx jaqbżu l-ammont tar-riżorsi finanzjarji għad-dispożizzjoni tagħha jew impenjati għall-baġit tagħha.

Artikolu 15

Dħul finanzjarju

Ħlief fil-każ li l-Impriża Konġunta “Clean Sky” tiġi likwidata skond l-Artikolu 25, kwalunkwe eċċess ta' dħul jew infiq m'għandux jitħallas lill-Membri ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Artikolu 16

Sena finanzjarja

Is-sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mas-sena kalendarja.

Artikolu 17

Implimentazzjoni finanzjarja

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Artikolu 18

Rappurtar finanzjarju

1.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija abbozz preliminari tal-Pjan Annwali tal-Baġit li jkun fih tbassir tan-nefqa annwali għas-sentejn ta' wara u li jinkludi l-pjan ta' stabbiliment tal-persunal. F'dan it-tbassir, l-istimi tad-dħul u l-infiq għall-ewwel waħda minn dawk is-sentejn finanzjarji għandhom jitfasslu fid-dettall skond ma jkun meħtieġ għall-proċedura interna tal-baġit ta' kull Membru rigward il-kontributi finanzjarji tiegħu għall-Impriża Konġunta “Clean Sky”. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprovdi lill-Bord ta' Tmexxija bl-informazzjoni kollha supplimentari meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jikkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv il-kummenti tagħhom dwar l-abbozz preliminari tal-Pjan Annwali tal-Baġit u b'mod partikolari dwar l-estimi tar-riżorsi u tan-nefqa għas-sena ta' wara.

3.   B'kont meħud tal-kummenti riċevuti mingħand il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara l-abbozz tal-Pjan Annwali tal-Baġit għas-sena ta' wara u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni.

4.   Il-Pjan Annwali tal-Baġit u l-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għal sena partikolari għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” sat-tmiem tas-sena preċedenti.

5.   Fi żmien xahrejn wara l-għeluq ta' kull sena finanzjarja, il-Kontijiet Annwali u l-bilanċi tas-sena preċedenti għandhom jiġu sottomessi lid-Direttur Eżekuttiv tal-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni. Il-Kontijiet Annwali u l-bilanċi għas-sena preċedenti għandhom jiġu ppreżentati lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Kummissjoni.

Artikolu 19

Ippjanar u rapportar

1.   Rapport Annwali għandu jippreżenta l-progress magħmul mill-Impriża Konġunta “Clean Sky” kull sena kalendarja, b'mod partikolari fir-rigward tal-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għal dik is-sena. Ir-Rapport Annwali għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv flimkien mal-kontijiet annwali u l-bilanċi. Ir-Rapport Annwali għandu jinkludi l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs fl-attivitajiet ta' R&Ż ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

2.   Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet għall-proposti u l-azzjonijiet ippjanati li għandhom jiġu implimentati permezz ta' Sejħiet għall-offerti. Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Pjan Annwali tal-Baġit. Ladarba jiġi approvat mill-Bord ta' Tmexxija, verżjoni li tista' tiġi ppubblikata tal-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandha ssir disponibbli għall-pubbliku.

3.   Il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka għal sena partikolari.

Artikolu 20

Kuntratti ta' servizz u ta' provvista

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tistabbilixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi kollha xierqa għall-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tal-kuntratti ta' servizz u ta' provvista konklużi fejn meħtieġ għall-operat ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

Artikolu 21

Responsabbiltà tal-Membri, Assigurazzjoni

1.   Il-Membri m'għandu jkollhom l-ebda responsabbiltà għad-djun ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

2.   L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tagħmel u żżomm assigurazzjoni adattata.

Artikolu 22

Kunflitt ta' interessi

L-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tevita kwalunkwe kunflitt ta' interessi fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tagħha.

Il-membri involuti biex jiddefinixxu xogħol li jkun suġġett għal Sejħa għall-Proposti jew għal Sejħa għall-Offerti, ma jistgħux jieħdu sehem fit-twettiq ta' dan ix-xogħol.

Artikolu 23

Politika dwar il-proprjetà Intelletwali

1.   Il-politika dwar il-proprjetà intellettwali ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tkun inkorporata fil-ftehim dwar għotjiet konklużi mill-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

2.   L-objettiv tagħha hu li jiġi promoss il-ħolqien tal-konoxxenza u l-isfruttament tagħha, li tinkiseb allokazzjoni ġusta tad-drittijiet, li tiġi ppremjata l-innovazzjoni, u li tikseb il-parteċipazzjoni wiesa’ ta' entitajiet privati u pubbliċi li jirrispondu għal Sejħiet għall-Proposti, suġġett għall-iffirmar ta' ftehim dwar għotja ma' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

3.   Il-politika ta' l-IP għandha tkun regolata mill-prinċipji li kull entità ġuridika li tkun ikkonkludiet ftehim dwar għotja ma' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tibqa’ l-proprjetarja ta':

(a)

L-informazzjoni li f'idejn il-parteċipanti qabel l-adeżjoni tagħhom għall-ftehim dwar għotja, kif ukoll drittijiet ta' l-awtur jew drittijiet ta' proprjetà intellettwali oħra li jappartjenu għal tali informazzjoni li l-applikazzjoni għalihom tkun saret qabel l-adeżjoni tagħhom mal-kuntratt dwar għotja, u li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-proġett jew biex jintuża l-Ewwel Pjan tal-proġett (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “L-Isfond”).

(b)

Ir-riżultati, inkluża l-informazzjoni, sew jekk jistgħu jiġu protetti u sew jekk ma jistgħux, li jiġu ġenerati mill-proġett ikkonċernat. Dawk ir-riżultati jinkludu drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur, id-drittijet ta' disinnji, id-drittijiet ta' brevetti jew forom simili ta' protezzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “L-Ewwel Pjan”). L-Ewwel Pjan żviluppat b'mod konġunt għandu jappartjeni lill-parteċipanti kollha li jiżviluppawh jekk il-kontributi rispettivi tagħhom ma jistgħux jiġu kkonfermati. Ħlief jekk jiġi miftieħem mod ieħor kwalunkwe proprjetarju konġunt għandu jkun intitolat li juża l-Ewwel Pjan żviluppat b'dak il-mod konġunt, mingħajr ħlas, fin-negozju tiegħu u għal riċerka futura.

Dawk li ħolqu l-Ewwel Pjan għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġuh, b'mod partikolari billi japplikaw għal brevetti. Meta dawk il-passi ma jittieħdux minn dak li holoq jew minn parteċipanti oħra fl-ITD bil-kunsens ta' dak li ħoloq, l-Impriża Konġunta stess, permezz tal-Kumitat ta' Tmexxija ta' l-ITD rilevanti, tista' tapplika għall-protezzjoni.

4.   It-termini u l-kundizzjonijiet tad-drittijiet għall-aċċess u tal-liċenzji bejn entitajiet ġuridiċi li jkunu kkonkludew ftehim dwar għotja ma' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom jiġu definiti fir-rigward ta' l-Isfond u l-Ewwel Pjan għall-iskopijiet li jitlestew il-proġetti, L-Ewwel Pjan għall-użu tar-riċerka u l-Isfond neċessarju biex jintuża l-Ewwel Pjan għall-użu tar-riċerka;

5.   Sakemm ikun hemm garanziji ta' kunfidenzjalità adattati, l-entitajiet legali li jkunu kkonkludew ftehim dwar għotja ma' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandhom jagħtu l-informazzjoni relatata ma' l-Ewwel Pjan u jxerrdu l-Ewwel Pjan skond it-termini u l-kundizzjonijiet definiti fil-ftehim ta' l-għotja.

Artikolu 24

Emendi għall-Istatuti

1.   Kwalunkwe Membru ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” jista' jieħu inizjattiva lill-Bord ta' Tmexxija biex jiġu emendati dawn l-Istatuti.

2.   L-inizjattivi msemmija fil-paragrafu 1 kif approvati mill-Bord ta' Tmexxija għandhom jiġu sottomessi bħala abbozzi ta' emendi lill- Kummissjoni li għandha tadottahom, kif ikun xieraq.

3.   Madankollu, kwalunkwe emenda li taffettwa l-elementi essenzjali ta' dawn l-Istatuti u b'mod partikolari emendi għall-Artikoli 3, 4, 6, 7, 12, 13, 21, 24, u 25, għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 172 tat-Trattat.

Artikolu 25

Likwidazzjoni u stralċ

1.   Fl-aħħar tal-perijodu li hemm maħsub fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, jew wara emenda għal dan ir-Regolament skond l-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament, l-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tiġi stralċata.

2.   Għall-iskop tat-tmexxija tal-proċeduri ta' stralċ ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar likwidatur wieħed jew aktar, li għandhom jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija.

3.   Meta l-Impriża Konġunta “Clean Sky” tkun qed tiġi stralċata, għandha tirritorna lill-istat ospitanti kwalunkwe oġġett fiżiku ta' appoġġ li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha mill-istat ospitanti skond il-ftehim ta' l-ospitant.

4.   Meta kwalunkwe oġġett fiżiku ta' appoġġ ikun ġie trattat kif previst fil-paragrafu 3, kwalunkwe assi oħra għandhom jintużaw biex jitħallsu d-djun ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky” u l-ispejjeż relatati ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe eċċess għandu jitqassam bejn il-Membri eżistenti fiż-żmien ta' l-istralċ fi proporzjon mal-kontribut effettiv tagħhom lill-Impriża Konġunta “Clean Sky”. Kwalunkwe eċċess li jingħata lill-Komunità għandu jiġi ritornat lill-baġit tal-Kummissjoni.

5.   L-assi li jkun baqa' għandhom jitqassmu lill-Membri eżistenti fiż-żmien ta' l-istralċ fi proporzjon mal-kontribut effettiv tagħhom lill-Impriża Konġunta “Clean Sky”.

6.   Għandha tiġi stabbiliti proċedura ad hoc sabiex tiżgura l-ġestjoni xierqa ta' kwalunkwe ftehim dwar għotja u kuntratt ta' servizz u ta' provvista, li jkollu tul ta' żmien itwal mit-tul ta' żmien ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”.


(1)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(2)  Dan it-tqassim inkiseb permezz ta' l-approċċ “minn isfel għal fuq”, fejn ir-rekwiżiti finanzjarji ta' l-ITDs individwali u l-Evalwatur tat-Teknoloġija ġew skedati ma' l-għanijiet tekniċi tagħhom.


ANNESS II

Membri Fundaturi ta' l-Impriża Konġunta “Clean Sky”  (1)

A.   MEXXEJJA TA' L-ITD:

AgustaWestland

Airbus

Affiljati: Airbus France SAS, Airbus Deutschland GmbH, Airbus Espana SL, Airbus UK Limited

Alenia

Affiljati: Alenia Aermacchi SpA, Alenia SIA SpA

Dassault Aviation

EADS-CASA

Eurocopter

Affiljati: Eurocopter Deutschland GmbH

Fraunhofer Gesellschaft

Affiljati: Liebherr-Aerospace Toulouse S.A.S., Liebherr-Elektronik GmbH

Thanles

Affiljati: Thales ATM, Thales Systèmes Aéroportés, Thales Avionics Electrical System, Thales Communication, Thales Air Systems Division UK

Rolls-Royce

Affiliates: Rolls-Royce Deutschland GmbH

SAAB

Safran

Affiljati: Snecma, Turbomeca, Hispano Suiza, Aircelle, Techspace Aero, Snecma Propulsion Solide, Microturbo, Technofan, Sofrance, Messier Dowty, Messier Bugatti, Labinal, Sagem Sécurité Défense, Snecma Services, SMA

B.   ASSOĊJATI

Sħubija “Clean Sky” – Membri fundaturi

Organizzazzjoni

Stat Nazzjonali

Raggruppament(i)

Rwol

Tip

Fiber Optic Sensors & Sensing Syst.

Belġju

IGOR

 

SME

KU Leuven

Belġju

IGOR

 

Uni

LMS International

Belġju

IGOR

 

Ind

Micromega Dynamics

Belġju

IGOR

 

SME

ReFiber ApS

Danimarka

RUAG

 

SME

Dassault Aviation

Franza

 

MEXXEJJA TA' L-ITD:

Ind

EADS-CCR

Franza

 

 

Res Cen

InterAC

Franza

IGOR

 

SME

ONERA

Franza

 

 

Res Cen

Safran

Franza

 

MEXXEJJA TA' L-ITD:

Ind

Thales avionics

Franza

 

MEXXEJJA TA' L-ITD:

Ind

Zodiac-ECE/IN

Franza

 

 

Ind

Airbus

Franza/Ġermanja

 

MEXXEJJA TA' L-ITD:

Ind

EADS IW

Franza/Ġermanja

 

 

Ind

Eurocopter

Franza/Ġermanja

 

MEXXEJJA TA' L-ITD:

Ind

Akustik Technolgie Göttingen

Ġermanja

IGOR

 

SME

DIEHL Aerospace

Ġermanja

 

 

Ind

DLR

Ġermanja

 

 

Res Cen

EADS-CRC

Ġermanja

 

 

Res Cen

Fraunhofer GhF

Ġermanja

 

MEXXEJJA TA' L-ITD:

Res Cen

HADEG Recycling GmbH

Ġermanja

RUAG

 

SME

Liebherr Aerospace

Ġermanja

 

MEXXEJJA TA' L-ITD:

Ind

MTU Aero Engines

Ġermanja

 

 

Ind

TU Hamburg-Harburg

Ġermanja

RUAG

 

Uni

HAI

Greċja

 

 

Ind

IAI

Iżrael

 

 

Ind

AEROSOFT

Italja

 

 

SME

Alenia Aeronautica

Italja

 

MEXXEJJA TA' L-ITD:

Ind

Avio S.p.A.

Italja

 

 

Ind

CIRA

Italja

CIRA

 

Res Cen

CNR

Italja

Airgreen

 

Res Cen

CSM

Italja

Airgreen

 

Res Cen

DEMA

Italja

CIRA

 

SME

FOXBIT

Italja

Airgreen

 

SME

Galileo Avionica

Italja

 

 

Ind

IMAST

Italja

Airgreen

 

Res Cen

PIAGGIO

Italja

Airgreen

 

Ind

Politech. Torino

Italja

Airgreen

 

Uni

POLO DELLE S.& T. NAPOLI

Italja

Airgreen

 

Uni

SELEX S.I.

Italja

 

 

Ind

SICAMB

Italja

Airgreen

 

SME

Univ. Bologna/Forlì

Italja

Airgreen

 

Uni

Univ. Piemonte

Italja

Airgreen

 

Uni

Univ. Pisa

Italja

Airgreen

 

Uni

Univ. Torino

Italja

Airgreen

 

Uni

ATR

Italja/Franza

 

 

Ind

Agusta Westland

Italja/Renju Unit

 

MEXXEJJA TA' L-ITD:

Ind

ELSIS

Litwanja

CIRA

 

SME

Università ta' Malta

Malta

GSAF

 

Uni

ADSE

Olanda

 

 

SME

Aeronamic

Olanda

GSAF

 

SME

Airborne Composite

Olanda

IGOR

 

SME

Axxiflex

Olanda

 

 

SME

CCM

Olanda

GSAF

 

Ind

DNW

Olanda

IGOR

 

Res Cen

Eurocarbon

Olanda

IGOR

 

Ind

HAN University

Olanda

IGOR

 

Uni

MicroFlown Technologies

Olanda

IGOR, NL

 

SME

NLR

Olanda

IGOR, NL, GSAF

 

Res Cen

Sergem

Olanda

 

 

SME

STORK aerospace

Olanda

NL

 

Ind

Ten Cate Advances Composites

Olanda

IGOR

 

Ind

TNO

Olanda

NL

 

Res Cen

TU Delft

Olanda

IGOR, NL, GSAF

 

Uni

Uni. Twente

Olanda

IGOR, NL

 

Uni

PZL- Świdnik

Polonja

 

 

Ind

INCAS

Rumanija

CIRA

 

Res Cen

Aerostar

Rumanija

CIRA

 

Ind

Avioane Craiova

Rumanija

CIRA

 

Ind

STRAERO

Rumanija

CIRA

 

Res Cen

ANOTEC

Spanja

IGOR

 

SME

EADS Casa

Spanja

 

MEXXEJJA TA' L-ITD:

Ind

ITP

Spanja

 

 

Ind

Saab

Żvezja

 

MEXXEJJA TA' L-ITD:

Ind

Volvo Aero Corporation

Żvezja

 

 

Ind

EPFL Ecole Polytechnique Lausanne

Żvizzera

RUAG

 

Uni

ETH Zurich

Żvizzera

RUAG

 

Uni

Huntsman Advanced Materials

Żvizzera

RUAG

 

Ind

Icotec AG

Żvizzera

RUAG

 

SME

RUAG Aerospace

Żvizzera

RUAG

 

Ind

University of Applied Sciences NW Switzerland

Żvizzera

RUAG

 

Uni

Advanced Composites Group (ACG)

Renju Unit

RUAG

 

SME

Nottingham University

Renju Unit

 

 

Uni

QinetiQ

Renju Unit

 

 

Res Cen

Rolls-Royce

Renju Unit

 

MEXXEJJA TA' L-ITD:

Ind

University of Cranfield

Renju Unit

GSAF

 

Uni


(1)  Minbarra l-Komunità Ewropea u soġġett għall-Artikolu 3(1) ta' l-Istatuti.


4.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 30/21


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 72/2007

ta' l-20 ta' Diċembru 2007

li jistabbilixxi l-“Impriża Konġunta ENIAC”

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 171 u 172 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ is-“Seba' Programm Kwadru”) tipprovdi għal kontribut Komunitarju għat-twaqqif ta' sħubiji pubbliku-privat għal żmien twil f'forma ta' Inizjattiva/i Teknoloġiċi Konġunti (JTI/JTIs, Joint Technology Initiative(s)) li jistgħu jkunu implimentati permezz ta' Impriżi Konġunti fis-sens ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat. Dawn il-JTIs għandhom l-għeruq tagħhom fix-xogħol tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, diġà mwaqqfin taħt is-Sitt Programm Kwadru, u jkopru aspetti magħżula ta' riċerka fil-qasam tagħhom. Għandhom jgħaqqdu flimkien investiment mis-settur privat u finanzjament pubbliku Ewropew, inkluż finanzjament mis-Seba' Programm Kwadru.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Koperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (4) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ bħala l-Programm Speċifiku “Koperazzjoni”) tissottolinea l-bżonn għal sħubiji pubbliku-privat pan-Ewropej ambizzjużi sabiex iħaffu l-iżvilupp ta' teknoloġiji maġġuri permezz ta' azzjonijiet ta' riċerka kbar fuq il-livell Komunitarju inklużi, b'mod partikolari, il-JTIs.

(3)

L-Aġenda ta' Liżbona dwar it-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi tisħaq dwar il-bżonn li jkunu żviluppati kondizzjonijiet favorevoli għall-investiment fil-konoxxenza u l-innovazzjoni fil-Komunità sabiex jiżdiedu l-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 u s-26 ta' Novembru 2004, il-Kunsill ħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex telabora aktar il-kunċetti tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija u l-JTIs. Issottolinea li dawn l-attivitajiet jistgħu jikkontribwixxu lejn il-koordinazzjoni ta' l-isforzi Komunitarji globali fir-riċerka, bil-ħsieb li jinkisbu sinerġiji ma' attivitajiet ta' skemi eżistenti bħalma huma l-EUREKA u l-COST filwaqt li jitqies il-kontribut importanti tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “R&Ż”).

(5)

Il-kumpanniji Ewropej u organizzazzjonijiet oħra ta' R&Ż attivi fil-qasam tan-Nanoelettronika ħadu t-tmexxija għall-istabbiliment tal-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija għan-Nanoelettronika (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Pjattaforma tat-Teknoloġija ENIAC”) taħt is-Sitt Programm Kwadru. Il-Pjattaforma tat-Teknoloġija ENIAC żviluppat Aġenda Strateġika għar-Riċerka bbażata fuq konsultazzjoni estensiva tal-partijiet interessati pubbliċi u privati. L-Aġenda Strateġika għar-Riċerka identifikat il-prijoritajiet fil-qasam tan-Nanoelettronika u rrakkomandat direzzjonijiet għal JTI f'dan il-qasam.

(6)

Il-JTI dwar in-Nanoelettronika hija t-tweġiba għall-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-6 ta' April 2005 dwar “Il-bini ta' l-ERA tal-konoxxenza għat-tkabbir” u ta' l-20 ta' Lulju 2005 dwar “Azzjonijiet Konġunti għat-Tkabbir u Impjiegi: Il-Programm Komunitarju ta' Liżbona” li jappellaw għal approċċ ġdid u aktar ambizzjuż fir-rigward ta' sħubiji pubbliku-privat fuq skala kbira fl-oqsma ta' interess maġġuri għall-kompetittività Ewropea identifikata permezz ta' djalogu ma' l-industrija.

(7)

Il-JTI dwar in-Nanoelettronika tissodisfa l-bżonn għall-appoġġ għal Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni pervażivi kif identifikat fir-Rapport “Il-Ħolqien ta' Ewropa Innovattiva” ta' Jannar 2006. Dan ir-Rapport ifaħħar ukoll il-mudell ta' Pjattaforma Konġunta tat-Teknoloġija ENIAC talli għaqqad il-finanzjament nazzjonali u Komunitarju fi struttura ġuridika ċara u b'mod armonizzat u sinkronizzat.

(8)

Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha toħloq sħubija pubbliku-privat sostenibbli u żżid u tqawwi l-investiment privat u pubbliku fis-settur tan-Nanoelettronika fl-Ewropa, li għall-finijiet ta' dan ir-Regolament tinkludi l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”) u l-Pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Pajjiżi Assoċjati”). Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha tikseb ukoll koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament mill-Programm Kwadru, mill-industrija, mill-programmi nazzjonali ta' R&Ż u minn skemi intergovernattivi ta' R&Ż, sabiex b'hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku, kompetittività u żvilupp sostenibbli futuri ta' l-Ewropa. Fl-aħħarnett, l-objettiv tagħha għandu jkun li trawwem kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha interessati bħall-industrija inklużi l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), l-awtoritajiet nazzjonali, iċ-ċentri akkademiċi u ta' riċerka li jiġbru flimkien u jiffokaw l-isforz fuq ir-riċerka.

(9)

Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha tiddefinixxi aġenda għar-riċerka miftiehma b'mod konġunt (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Aġenda għar-Riċerka”), li ssegwi mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-Aġenda Strateġika għar-Riċerka żviluppata mill-Pjattaforma tat-Teknoloġija ENIAC. Din l-Aġenda għar-Riċerka għandha tidentifika u tirrivedi b'mod regolari l-prijoritajiet tar-riċerka għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta' kompetenzi ċentrali għan-Nanoelettronika fiż-żoni kollha differenti ta' applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea u jkun possibbli l-iżvilupp ta' swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà.

(10)

Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha tindirizza żewġ objettivi li huma parti sostanzjali mill-Aġenda Strateġika għar-Riċerka tal-Pjattaforma tat-Teknoloġija ENIAC: it-titjib ta' integrazzjoni u minjaturizzazzjoni ulterjuri ta' appararti, u t-tkabbir tal-funzjonalitajiet tagħhom. Hi għandha tipprovdi materjali, tagħmir u proċessi ġodda, arkitetturi ġodda, proċess ta' manifattura innovattivi, metodoloġiji ta' disinn diżintegrattivi u metodi ġodda ta' ppakkjar u “sistemizzazzjoni”. Hi għandha timbotta u tkun imbuttata minn applikazzjoni ta' teknoloġija avvanzata fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-kompjuter, it-trasport, il-kura tas-saħħa u l-benesseri, l-enerġija u l-ġestjoni ambjentali, is-sikurezza u s-sigurtà, u d-divertiment.

(11)

L-importanza u l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-objettivi dikjarati tal-JTI dwar in-Nanoelettronika, l-iskala tar-riżorsi finanzjarji u tekniċi li hemm bżonn li jkunu mobilizzati, u l-ħtieġa li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament, jitolbu azzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi stabbilita Impriża Konġunta (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Impriża Konġunta ENIAC”) taħt l-Artikolu 171 tat-Trattat bħala entità ġuridika responsabbli għall-implimentazzjoni tal-JTI dwar in-Nanoelettronika. Sabiex tiżgura l-ġestjoni adatta ta' attivitajiet ta' R&Ż mibdija taħt is-Seba' Programm Kwadru, l-Impriża Konġunta ENIAC għandha tiġi stabbilita għal perijodu sal-31 ta' Diċembru 2017.

(12)

L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tkun korp stabbilit mill-Komunità u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Iridu madankollu jitqiesu l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala sħubiji pubbliku-privat b'mod partikolari mill-kontribut tas-settur privat għall-baġit.

(13)

L-objettivi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandhom jitwettqu billi jinġabru flimkien ir-riżorsi mis-settur pubbliku u dak privat b'appoġġ għall-attivitajiet ta' R&Ż fil-forma ta' proġetti. Għal dak il-għan, l-Impriża Konġunta ENIAC għandha tkun kapaċi torganizza sejħiet għal proposti kompetittivi għal proġetti sabiex jimplimentaw partijiet mill-Aġenda għar-Riċerka. L-attivitajiet ta' R&Ż għandhom jirrispettaw l-prinċipji etiċi fundamentali applikabbli fis-Seba' Programm Kwadru.

(14)

L-Impriża Konġunta ENIAC ser tiżgura approċċ mingħajr periklu, integrat u responsabbli għan-nanelettronika li jżomm ma' l-ogħla standards ta' sigurtà diġà stabbiliti fl-industrija tan-nanoelettronika u skond il-linji politiċi Komunitarji dwar is-saħħa pubblika, is-sigurtà, l-ambjent u l-konsumatur u l-Azzjoni Ewropea “Nanoxjenzi u nanoteknoloġiji: Pjan ta' azzjoni għall-Ewropa għall-2005-2009”.

(15)

Il-membri fundaturi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandhom ikunu l-Komunità, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja, ir-Renju Unit u l-AENEAS, assoċjazzjoni li tirrappreżenta kumpanniji u organizzazzjonijiet oħra ta' R&Ż attivi fil-qasam tan-Nanoelettronika fl-Ewropa. L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tkun miftuħa għal membri ġodda;

(16)

Ir-regoli għall-organizzazzjoni u għall-operazzjoni ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandhom jiġu stabbiliti fl-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta ENIAC bħala parti minn dan ir-Regolament.

(17)

Ġiet iffirmata mill-AENEAS ittra ta' impenn sabiex tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

(18)

Il-proġetti għandhom jiġu appoġġati kemm permezz tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità u ta' l-Istati membri fl-ENIAC kif ukoll permezz ta' kontributi in natura mill-organizzazzjonijiet ta' R&Ż li jieħdu sehem fil-proġetti ta' l-Impriża Konġunta ENIAC. Addizzjonalment, jistgħu jkunu disponibbli possibbiltajiet oħra ta' finanzjament, inter alia, mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI), b'mod partikolari permezz tal-Faċilità għat-Tqassim tar-Riskju Finanzjarju żviluppata b'mod konġunt mal-BEI u l-Kummissjoni skond l-Anness III għad-Deċiżjoni 2006/971/KE.

(19)

Il-finanzjament pubbliku għall-attivitajiet ta' R&Ż wara sejħiet għal proposti miftuħin u kompetittivi ppubblikati mill-Impriża Konġunta ENIAC għandu jikkonsisti minn kontributi finanzjarji nazzjonali mill-IStati membri fl-ENIAC u minn kontribut finanzjarju mill-Impriża Konġunta ENIAC. Il-kontribut finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandu jingħata f'perċentwal ta' l-ispejjeż ta' R&Ż imġarrba mill-parteċipanti fil-proġetti. Dan il-perċentwal għandu jkun ugwali għall-parteċipanti kollha fil-proġetti fi kwalunkwe sejħa għal proposti.

(20)

Fuq it-tul ta' żmien ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, l-organizzazzjonijiet ta' R&Ż li jieħdu sehem fi proġetti għandhom jipprovdu riżorsi li jkunu ugwali jew jaqbżu l-finanzjament pubbliku totali għall-attivitajiet ta' R&Ż.

(21)

Ladarba teżisti l-ħtieġa li jkunu assigurati kondizzjonijiet stabbli ta' xogħol u trattament ugwali lill-impjegati, u sabiex jkunu attratti impjegati xjentifiċi u tekniċi speċjalizzati ta' l-ogħla kalibru, ir-Regolamenti tal-persunal u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (5) għandhom japplikaw għall-persunal kollu reklutat mill-Impriża Konġunta ENIAC.

(22)

Bħala korp b'personalità ġuridika, l-Impriża Konġunta ENIAC għandha tkun responsabbli għall-azzjonijiet tagħha. Fejn hu rilevanti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun kompetenti sabiex issolvi kwalunkwe tilwim li jinqala' mill-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta.

(23)

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod regolari dwar il-progress miksub mill-Impriża Konġunta ENIAC lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(24)

L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tadotta, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-Komunitajiet Ewropej (6) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”) u suġġett għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, regoli finanzjari speċifiċi li jikkunsidraw il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi li jinqalgħu, b'mod partikolari, mill-ħtieġa li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u nazzjonali sabiex ikunu appoġġati l-attivitajiet ta' R&Ż b'mod effiċjenti u fil-ħin. Sabiex jiġi assigurat trattament armonizzat bejn il-parteċipanti ta' l-attivitajiet ta' riċerka ta' l-Impriża Konġunta u dawk ta' l-azzjonijiet indiretti tas-Seba' Programm Kwadru, huwa xieraq li t-taxxa fuq il-valur miżjud m'għandhiex tkun spiża eliġġibli għall-finanzjament Komunitarju, f'konformità mar-Regolament (KE) 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (7).

(25)

Għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi u għandhom jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jiġu rkuprati fondi, indebitament imħallsin jew skorrettament użati, konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (8), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-forsi u irregolaritajiet oħra (9) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (10).

(26)

Il-politika dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandha tippromwovi l-ħolqien u l-isfruttament tal-konoxxenza.

(27)

Sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-operazzjoni inizjali ta' l-Impriża Konġunta ENIAC sa meta ikollha l-kapaċità operattiva sabiex timplimenta l-baġit tagħha stess.

(28)

Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba n-natura transnazzjonali ta' l-isfidi kbar ta' riċerka li ġew identifikati, li jeħtieġu l-akkomunament ta' konoxxenza u riżorsi finanzjarji komplementari fuq is-setturi u l-fruntieri kollha u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Stabbiliment ta' Impriża Konġunta

1.   Hija b'dan stabbilita, għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Konġunta għat-Teknoloġija (minn hawn ‘il quddiem JTI, Joint Technology Initiative) dwar in-Nanoelettronika, Impriża Konġunta fis-sens ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat (minn hawn ‘il quddiem “l-Impriża Konġunta ENIAC”) għal perijodu sal-31 ta' Diċembru 2017.

2.   Is-sede ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandha tkun fi Brussell, il-Belġju.

Artikolu 2

Objettivi

L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tikkontribwixxi lejn l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru u t-Tema “Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni” tal-Programm Speċifiku “Koperazzjoni”. Din għandha b'mod partikolari:

(a)

tiddefinixxi u timplimenta l-Aġenda għar-Riċerka għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-Nanoelettronika f'oqsma differenti ta' applikazzjoni sabiex jissaħħu l-kompetittività u s- sostenibbiltà ta' l-Ewropa u jkun possibbli l-iżvilupp ta' swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà;

(b)

tappoġġa l-attivitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda għar-Riċerka (minn hawn ‘il quddiem “attivitajiet ta' R&Ż”), notevolment sabiex tagħti finanzjament lill-parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet kompetittivi għal proposti;

(ċ)

tippromwovi sħubiji pubbliku-privat bil-għan li jiġu mobilizzati u jinġabru flimkien l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u dawk privati, li jiżded l-investimenti globali f'R&Ż fil-qasam tan-Nanoelettronika, u titrawwem kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat;

(d)

tikseb sinerġija u koordinazzjoni ta' l-isforzi Ewropej ta' R&Ż fil-qasam tan-Nanoelettronika inkluż, meta jista' jinħoloq valur miżjud, l-integrazzjoni progressiva fl-Impriża Konġunta ENIAC ta' l-attivitajiet relatati f'dan il-qasam implimentat fil-preżent permezz ta' skemi intergovernattivi ta' R&Ż (EUREKA);

(e)

tippromwovi l-involviment ta' SMEs fl-attivitajiet tagħha skond l-objettivi tas-Seba' Programm Kwadru.

Artikolu 3

Status Ġuridiku

L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tkun korp Komunitarju u għandha jkollha personalità ġuridika. F'kull wieħed mill-Istati Membri, hija għandha tgawdi l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skond il-liġijiet ta' dawk l-Istati. Tista', b'mod partikolari takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tkun parti fi proċedimenti legali.

Artikolu 4

Statuti

L-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, kif stabbiliti fl-Anness ma' dan, jikkostitwixxu parti integrali minn dan ir-Regolament u huma b'dan adottati.

Artikolu 5

Kontribut Komunitarju

1.   Il-kontribut Komunitarju massimu għall-Impriża Konġunta ENIAC li jkopri l-ispejjeż tal-ġestjoni u l-attivitajiet ta' R&Ż għandu jkun ta' EUR 450 miljun imħallsin mill-approprjazzjonijiet tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea allokati lit-Tema “Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni” mill-Programm Speċifiku “Koperazzjoni”.

2.   L-arranġamenti għall-kontribut finanzjarju Komunitarju għandhom ikunu stabbiliti permezz ta' ftehim ġenerali u ftehim finanzjarji annwali li għandhom ikunu konklużi bejn il-Kummissjoni, f'isem il-Komunità, u l-Impriża Konġunta ENIAC.

3.   Il-kontribut Komunitarju għall-Impriża Konġunta ENIAC użat għall-finanzjament ta' proġetti għandu jkun allokat b'segwitu għal sejħiet kompetittivi u miftuħin għal proposti.

Artikolu 6

Regoli finanzjarji

1.   L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi skond l-Artikolu 185(1) tar-Regolament Finanzjarju. Dawn jistgħu jkunu distakkati mir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-Komunitajiet Ewropej (11) meta l-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC hekk jitolbu u suġġett għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

2.   L-Impriża Konġunta ENIAC għandha jkollha l-kapaċità ta' verifika interna proprja tagħha.

Artikolu 7

Persunal

1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-Komunitajiet Ewropej sabiex jiġu applikati dawn ir-Regolamenti tal-persunal u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal ta' l-Impriża Konġunta ENIAC u d-Direttur Eżekuttiv tagħha.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 7(2) ta' l-Istatuti, l-Impriża Konġunta ENIAC għandha teżerċita s-setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunità Ewropea u fuq l-awtorità mogħtija s-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti skond il-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-persunal tagħha.

3.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu, bi qbil mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

4.   Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fil-pjan ta' l-istabbilment ta' l-Impriża Konġunta ENIAC li għandu jiġi stabbilit fil-baġit annwali tagħha.

5.   Il-persunal ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandu jikkonsisti minn aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali impjegati għal perijodu definit li jista' jiġi estiż darba biss għal perijodu definit. Il-perijodu totali ta' involviment m'għandux jeċċedi seba' snin u m'għandu fl-ebda każ jeċċedi l-eżistenza ta' l-Impriża Konġunta.

6.   L-ispejjeż kollha relatati mal-persunal għandhom ikunu r-responsabbiltà ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

7.   L-Impriża Konġunta ENIAC tista' tadotta dispożizzjonijiet li jippermettu li jiġu sekondati lilha esperti.

Artikolu 8

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw għall-Impriża Konġunta ENIAC u l-impjegati tagħha.

Artikolu 9

Responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim jew il-kuntratt in kwistjoni.

2.   Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta ENIAC għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat mill-persunal tagħha waqt it-twettiq ta' dmirijitehom.

3.   Kull ħlas mill-Impriża Konġunta ENIAC fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-ispejjeż u l-infiq magħmula b'rabta magħhom għandhom jitqiesu bħala nefqa ta' l-Impriża Konġunta ENIAC u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

4.   L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tkun unikament responsabbli sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha.

Artikolu 10

Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-liġi applikabbli

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni:

(a)

f'kull disputa bejn il-membri li tkun relatata mal-materja koperta minn dan ir-Regolament u/jew l-Istatuti msemmija fl-Artikolu 4;

(b)

skond kull klawżola ta' arbitraġġ li jkun hemm fi ftehim u kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta ENIAC;

(ċ)

f'azzjonijiet kontra l-Impriża Konġunta ENIAC, inklużi deċiżjonijiet ta' l-entitajiet tagħha, skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat;

(d)

f'disputi relatati ma' kumpens għal danni kkawżati mill-persunal ta' l-Impriża Konġunta ENIAC fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

2.   Għal kwalunkwe materja mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti oħra tal-liġi Komunitarja, għandha tapplika l-liġi ta' l-Istat fejn ikun hemm is-sede ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

Artikolu 11

Rappurtar, evalwazzjonijiet u kwittanza

1.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-progress milħuq mill-Impriża Konġunta ENIAC. Dan ir-rapport għandu jkun fih id-dettalji ta' l-implimentazzjoni tal-JTI dwar in-Nanoelettronika, inkluż in-numru ta' proposti ppreżentati, in-numru ta' proposti magħżulin għal finanzjament, it-tip ta' parteċipanti, inklużi l-SMEs, u l-istatistika skond il-pajjiż.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2010, kif ukoll sal-31 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim ta' l-Impriża Konġunta ENIAC bl-assistenza ta' esperti indipendenti, abbażi ta' termini ta' referenza stabbiliti wara konsultazzjoni ta' l-Impriża Konġunta ENIAC. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom ikopru l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Konġunta ENIAC u l-progress lejn l-objettivi stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dawn, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha u, fejn ikun il-każ, proposti għall-emendament ta' dan ir-Regolament, inkluża l-possibbiltà tat-terminazzjoni bikrija ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-istralċ ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali ta' l-Impriża Konġunta ENIAC bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond il-proċedura prevista fir-regolamenti finanzjarji, imsemmija fl-Artikolu 6, ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

Artikolu 12

Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-membri u miżuri kontra l-frodi

1.   L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-membri tagħha ikunu adegwatament protetti billi twettaq jew tqabbad lil min iwettaq kontrolli interni u esterni adatti.

2.   Fil-każ ta' irregolaritajiet, il-membri ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandhom jirriżervaw id-dritt li jirkupraw ammonti indebitament minfuqa, anke permezz ta' tnaqqis jew sospensjoni ta' kontributi sussegwenti lill-Impriża Konġunta ENIAC.

3.   Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u atti illegali oħra, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

4.   L-Impriża Konġunta ENIAC għandha twettaq kontrolli fuq il-post u verifiki finanzjarji fost id-destinatarji tal-finanzjament pubbliku ta' l-Impriża Konġunta ENIAC. Il-kontrolli u l-verifiki għandhom isiru direttament mill-Impriża Konġunta ENIAC jew mill-Istati membri fl-ENIAC f'isimha. L-Istati membri fl-ENIAC jistgħu jwettqu kontrolli u verifiki oħra fost id-destinatarji tal-finanzjament nazzjonali tagħhom li huma jqisu meħtieġa u għandhom jikkomunikaw ir-riżultati lill-Impriża Konġunta ENIAC.

5.   Il-Kummissjoni u/jew il-Qorti ta' l-Awdituri tista', skond kif meħtieġ, twettaq verifiki fuq il-post fost id-destinatarji tal-finanzjament ta' l-Impriża Konġunta ENIAC u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu. Għal dak il-għan, l-Impriża Konġunta ENIAC għandha tiżgura li kull ftehim ta' finanzjament u l-kuntratti jipprovdu għad-dritt tal-Kummissjoni u/jew tal-Qorti ta' l-Awdituri li jwettqu l-kontrolli adegwati u, fil-każ li jiġu skoperti irregolaritajiet, li jimponu pieni dissważivi u proporzjonati.

6.   L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (12), għandu jkollu l-istess setgħat fir-rigward ta' l-Impriża Konġunta ENIAC u tal-persunal tagħha li għandu fir-rigward ta' dipartimenti tal-Kummissjoni. Malli tiġi stabbilita l-Impriża Konġunta, din għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta' investigazzjonijiet interni mill-OLAF (13). L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet interni mmexxija mill-OLAF.

Artikolu 13

Kunfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, l-Impriża Konġunta ENIAC għandha tassigura l-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva li l-iżvelar tagħha jista' jagħmel ħsara lill-interessi tal-membri tagħha jew ta' parteċipanti fi proġetti.

Artikolu 14

Trasparenza

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (14) għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta ENIAC.

2.   L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tas-7 ta' Awwissu 2008.

3.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Impriża Konġunta ENIAC skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' lment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

Artikolu 15

Proprjetà intellettwali

Ir-regoli li jirregolaw il-protezzjoni, l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka, ibbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006, huma stabbiliti fl-Artikolu 23 ta' l-Istatuti.

Artikolu 16

Azzjonijiet preparattivi

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-operazzjoni inizjali ta' l-Impriża Konġunta ENIAC sa meta l-Impriża Konġunta ENIAC jkollha l-kapaċità operattiva sabiex timplimenta l-baġit tagħha stess. Il-Kummissjoni għandha twettaq, f'konformità mal-liġi Komunitarja, l-ażżjonijiet meħtieġa kollha f'kollaborazzjoni ma' membri fundaturi oħra u l-involviment tal-korpi kompetenti.

2.   Għal dak il-għan, sa meta d-Direttur Eżekuttiv jibda jaqdi dmirijietu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord ta' Tmexxija skond l-Artikolu 7(2) ta' l-Istatuti, il-Kummissjoni tista' tassenja numru limitat ta' uffiċjali tagħha, inkluż wieħed sabiex iwettaq il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv, fuq bażi interim.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv interim jista' jawtorizza l-ħlasijiet kollha koperti mill-krediti previsti fil-baġit ta' l-Impriża Konġunta ENIAC la darba jkunu approvati mill-Bord ta' Tmexxija u jista' jikkonkludi kuntratti, inkluż kuntratti tal-persunal wara l-adozzjoni tal-pjan ta' stabbiliment ta' l-Impriża Konġunta ENIAC. L-uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni jista' jawtorizza l-ħlasijiet kollha koperti mill-krediti previsti fil-baġit ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

Artikolu 17

Appoġġ mill-Istat ospitanti

Għandu jiġi konkluż ftehim ta' ospitalità bejn l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Belġju dwar l-uffiċċji, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jipprovdi l-Belġju lill-Impriża Konġunta ENIAC.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


(1)  Opinjoni tat-12 ta' Diċembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-25 ta' Ottubru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86, Korretta bil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 30.

(5)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 337/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 1).

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(9)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(10)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(11)  ĠU L 357, 31.12.2002 p. 72.

(12)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20.

(13)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(14)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


ANNESS

STATUTI TA' L-IMPRIŻA KONĠUNTA ENIAC

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dawn l-Istatuti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“proġett” tfisser proġett ta' riċerka u/jew żvilupp li jintgħażel mill-Impriża Konġunta ENIAC wara sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti u minn hemm 'il quddiem parzjalment finanzjati mill-Impriża Konġunta ENIAC.

(b)

“spejjeż totali” tfisser spejjeż eliġibbli tal-proġetti kif definiti mill-awtoritajiet ta' finanzjament rispettivi li jagħmlu l-ftehim ta' finanzjament.

(ċ)

“spejjeż operattivi” tfisser l-ispejjeż neċessarji għall-funzjonament ta' l-Impriża Konġunta ENIAC eskluż il-finanzjament ta' l-attivitajiet ta' R&Ż.

(d)

“entità affiljata” tfisser entità affiljata kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006.

Artikolu 2

Kompiti u attivitajiet

Il-kompiti u l-attivitajiet prinċipali ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

li tiżgura l-istabbiliment u l-ġestjoni sostenibbli tal-JTI dwar in-Nanoelettronika;

(b)

li tiddefinixxi u tagħmel kull aġġustament meħtieġ għall-Pjan Strateġiku Pluriennali inkluż l-Aġenda għar-Riċerka kif imsemmi fl-Artikolu 19;

(ċ)

li tiddefinixxi u twettaq il-Pjanijiet ta' Implimentazzjoni Annwali għat-twettiq tal-Pjan Strateġiku Pluriennali kif imsemmi fl-Artikolu 19;

(d)

li tagħti bidu għal sejħiet għall-proposti, li tevalwa l-proposti, u tagħti finanzjament lil proġetti magħżula permezz ta' proċeduri miftuħin, trasparenti u effettivi, fil-limiti tal-fondi disponibbli;

(e)

li tiżviluppa koperazzjoni mill-qrib u tiżgura koordinazzjoni ma' attivitajiet, korpi u partijiet interessati Ewropej, nazzjonali u transnazzjonali, b'mod partikolari l-Programm Kwadru, bil-għan li trawwem ambjent fertili ta' innovazzjoni fl-Ewropa u sinerġiji u sfruttament aħjar tar-riżultati ta' R&Ż fil-qasam tan-Nanoelettronika;

(f)

li tissorvelja l-progress lejn l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC;

(g)

li jitwettqu attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni;

(h)

li tippubblika informazzjoni dwar il-proġetti, inkluż l-isem tal-parteċipanti u l-ammont tal-kontribut finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għal kull parteċipant;

(i)

li titwettaq kwalunkwe attività oħra meħtieġa sabiex jinkisbu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Reoglament.

Artikolu 3

Membri

1.   Il-membri fundaturi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC (minn hawn 'il quddiem “membri fundaturi”) għandhom ikunu:

(a)

il-Komunità, rappreżentata mill-Kummissjoni;

(b)

il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja, ir-Renju Unit; u,

(ċ)

wara l-aċċettazzjoni ta' l-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, l-assoċjazzjoni AENEAS (minn hawn 'il quddiem imsejħa “AENEAS”), assoċjazzjoni reġistrata taħt il-liġi Franċiża (Nru tar-reġistrazzjoni 20070039) bl-uffiċċju reġistrat tagħha f'Pariġi (Franza), li tagġixxi bħala rappreżentant ta' kumpanniji u atturi ta' R&Ż oħrajn li joperaw fil-qasam tan-Nanoelettronika fl-Ewropa.

2.   Sakemm jissottoskrivu għall-objettivi kif deskritti fl-Artikolu 2 tar-Regolament u jkunu lesti jassumu l-obbligi kollha ta' sħubija, inkluża l-aċċettazzjoni ta' l-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, l:

(a)

Stati Membri oħrajn u Pajjiżi Assoċjati;

(b)

kwalunkwe pajjiż ieħor (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “pajjiż terz”) li jsegwi politika jew programmi ta' R&Ż fil-qasam tan-Nanoelettronika;

(ċ)

kwalunkwe entità ġuridika oħra li kapaċi tagħti kontribut finanzjarju sostanzjali għall-kisba ta' l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

3.   Il-membri fundaturi u membri ġodda kif imsemmijin fil-paragrafu 2 għandhom minn hawn 'il quddiem jissejħu “membri”.

4.   L-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati membri ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandhom minn hawn 'il quddiem jissejħu “Stati membri fl-ENIAC”. Kull Stat membru fl-ENIAC għandu jaħtar ir-rappreżentant tiegħu fl-entitajiet ta' l-Impriża Konġunta ENIAC u jaħtar l-entità jew l-entitajiet nazzjonali responsabbli għat-twettiq ta' l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

5.   L-Istati membri fl-ENIAC u l-Kummissjoni għandhom minn hawn 'il quddiem jissejħu “l-awtoritajiet pubbliċi” ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

Artikolu 4

Adeżjoni u bidliet fis-sħubija

1.   Kull applikazzjoni ġdida għas-sħubija fl-Impriża Konġunta ENIAC għandha tiġi inidrizzata lill-Bord tat-Tmexxija skond l-Artikolu 6(2)(a).

2.   L-Istati Membri jew il-Pajjiżi Assoċjati li mhumiex membri fundaturi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandhom isiru membri man-notifika lill-Bord tat-Tmexxija ta' l-aċċettazzjoni bil-miktub tagħhom ta' dawn l-Istatuti u ta' kull dispożizzjoni oħra li tirregola l-funzjonament ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

3.   Kull applikazzjoni għas-sħubija fl-Impriża Konġunta ENIAC minn pajjiżi terzi għandha titqies mill-Bord tat-Tmexxija, li għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tagħmel proposta sabiex temenda dan ir-Regolament dwar l-adeżjoni tal-pajjiż terz, suġġett għat-tlestija b'suċċess tan-negozjati ma' l-Impriża Konġunta ENIAC.

4.   Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kull entità ġuridika oħra jew rakkomandazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' pajjiżi terzi għandha ssir billi jitqiesu r-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant għall-kisba ta' l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC. Għal kwalunkwe applikazzjoni għal sħubija ġdida, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni f'waqtha lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni u, fejn applikabbli, dwar id-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

5.   Is-sħubija fl-Impriża Konġunta ENIAC ma tistax tiġi ttrasferita lil terzi ħlief bl-approvazzjoni minn qabel tal-Bord tat-Tmexxija.

6.   Kull membru jista' jirtira mill-Impriża Konġunta ENIAC. L-irtirar għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-membri l-oħra li warajha l-ex membru għandu jiġi rrilaxxat minn kull obbligu għajr dawk li kien diġà ħa permezz ta' deċiżjonijiet ta' l-Impriża Konġunta ENIAC skond dawn l-Istatuti, qabel l-irtirar tal-membru.

Artikolu 5

Korpi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC

1.   Il-Korpi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandhom ikunu:

(a)

il-Bord tat-Tmexxija;

(b)

id-Direttur Eżekuttiv;

(ċ)

il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi;

(d)

il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka;

2.   Jekk kompitu speċifiku ma jiġix assenjat lil wieħed minn dawn il-korpi, il-Bord Eżekuttiv għandu jkun il-korp kompetenti.

Artikolu 6

Il-Bord tat-Tmexxija

Kompożizzjoni, drittijiet tal-vot u teħid ta' deċiżjonijiet

(a)

il-Bord tat-Tmexxija għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-membri ta' l-Impriża Konġunta ENIAC u l-President tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka;

(b)

kull membru ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandu jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu u delegat ewlieni li għandu jkollu d-drittijiet tal-vot tal-membru fil-Bord tat-Tmexxija. Il-President tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka m'għandux ikollu drittijiet tal-vot;

(ċ)

id-drittijiet tal-vot għall-AENEAS u l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu ndaqs u għandhom jammontaw għal mill-inqas 90 % tal-voti totali. Id-distribuzzjoni inizjali tad-drittijiet tal-vot għandhom ikunu 50 % għall-AENEAS u 50 % għall-awtoritajiet pubbliċi;

(d)

id-distribuzzjoni tal-voti għall-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi stabbilita annwalment fi proporzjoni mal-fondi li jkunu kommettew għall-proġetti fl-aħħar sentejn finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha jkollha minimu ta' 10 % tal-voti;

(e)

għall-ewwel sena finanzjarja, u kull sena finanzjarja sussegwenti li fiha Stat jew żewġ Stati membri fl-ENIAC ikunu kkomettew fondi pubbliċi għal proġetti fis-snin finanzjarji preċedenti, il-Kummissjoni għandha jkollha terz tal-voti li jikkorrispondu għall-awtoritajiet pubbliċi. Iż-żewġ terzi li jibqa' għandhom jitqassmu ndaqs bejn l-istati membri fl-ENIAC;

(f)

id-drittijiet tal-vot għal kull membru ġdid li mhuwiex Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat għandhom jiġu determinati mill-Bord tat-Tmexxija qabel l-Adeżjoni ta' dan il-membru għall-Impriża Konġunta ENIAC;

(g)

id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' mill-inqas 75 % tal-voti totali ħlief jekk jiġi dikjarat espliċitament mod ieħor f'dawn l-Istatuti;

(h)

ir-rappreżentanti m'għandhomx ikunu personalment responsabbli għall-azzjonijiet imwettqa fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti fil-Bord tat-Tmexxija.

Rwol u kompiti

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu r-responsabbiltà kumplessiva għall-operazzjoniiet ta' l-Impriża Konġunta ENIAC u għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tagħha.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu, b'mod partikolari:

(a)

jivvaluta applikazzjonijiet u jiddeċiedi jew jirrakkomanda bidliet fis-sħubija skond l-Artikolu 4;

(b)

jiddeċiedi dwar it-tmiem tas-sħubija ta' kwalunkwe membru li ma jissodisfax l-obbligi tiegħu u li ma rrimedjax f'perijodu ta' żmien raġonevoli stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat fl-assigurazzjoni tal-konformità mal-liġi Komunitarja;

(ċ)

jadotta r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ENIAC skond l-Artikolu 6 tar-Regolament;

(d)

japprova l-inizjattivi sabiex l-Istatuti jiġu emendati skond l-Artikolu 24;

(e)

japprova l-Pjan Strateġiku Multinannwali, inkluża l-Aġenda għar-Riċerka, imsemmi fl-Artikolu 19(1);

(f)

Jissorvelja l-attivitajiet kumplessi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC;

(g)

jissorvelja l-progress ta' l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku Multinannwali msemmi fl-Artikolu 19(1);

(h)

japprova, skond l-Artikolu 18(4), il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni u l-Pjan Baġitarju Annwali msemmija fl-Artikolu 19(3), inkluż il-pjan ta' l-istabbiliment tal-persunal;

(i)

japprova r-Rapport Annwali ta' l-Attività msemmi fl-Artikolu 19(4) u l-Kontijiet Annwali u l-karta tal-bilanċ;

(j)

jaħtar, ineħħi, jew jissostitwixxi d-Direttur Eżekuttiv, jagħti gwida lid-Direttur Eżekuttiv, u jissorvelja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(k)

jistabbilixxi kumitati jew gruppi ta' ħidma sabiex iwettqu kompiti speċifi kif meħtieġ;

(l)

jadotta r-regoli ta' proċedura skond il-paragrafu 3;

(m)

jassenja kull kompitu mhux allokat speċifikament lil waħda mill-entitajiet l-oħrajn ta' l-Impriża Konġunta ENIAC;

(n)

jadotta arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 kif imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament.

Il-Komunità għandha dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet kollha relatati ma' l-użu tal-kontributi finanzjarji tagħha, id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-likwidazzjoni ta' l-Impriża Konġunta ENIAC u d-deċiżjonijiet relatati mal-punti (a), (b), (c), (j), u (n).

Regoli ta' proċedura

(a)

il-Bord tat-Tmexxija għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, normalment fis-sede ta' l-Impriża Konġunta ENIAC;

(b)

il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ippresedut mill-President tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka;

(ċ)

ħlief jekk deċiż mod ieħor mill-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat;

(d)

sa meta l-Bord tat-Tmexxija jkun adotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, il-laqgħat għandhom jissejħu mill-Kummissjoni;

(e)

Il il-kworum tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun kostitwit mill-Kummissjoni, mill-AENEAS u minn rappreżentanti ta' mill-inqas tliet Stati membri fl-ENIAC.

Artikolu 7

Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum ta' l-Impriża Konġunta ENIAC skond id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija u jkun ir-rappreżentant ġuridiku tagħha. Hu għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b'independenza sħiħa u jkun responsabbli lejn il-Bord tat-Tmexxija. Id-Direttur għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal, is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija għal perijodu ta' tliet snin, wara sejħa għal espressjonijiet ta' interess ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u f'rivisti perjodiċi jew f'siti ta' l-Internet oħrajn aċċessibbli pubblikament. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord jista' jestendi l-mandat tiegħu darba għal perijodu ulterjuri ta' mhux aktar minn erba' snin.

3.   Ir-rwol u l-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv għandhom ikunu:

(a)

iħejji l-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 19(3) u l-Pjan Baġitarju Annwali, f'kollaborazzjoni mal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka, u jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni, skond l-Artikolu 18;

(b)

jissorvelja l-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni ta' kull attività meħtieġa għat-twettiq tal-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni fi ħdan il-qafas u r-regoli stipulati minn dawn l-Istatuti u deċiżjonijiet sussegwenti adottati mill-Bord tat-Tmexxija u l-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi;

(ċ)

iħejji l-Pjan Annwali ta' l-Attività msemmi fl-Artikolu 19(4) u l-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ imsemmija fl-Artikolu 18(5) u jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(d)

jippreżenta proposti dwar il-funzjonament intern ta' l-Impriża Konġunta ENIAC lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(e)

jippreżenta proposti dwar ir-regoli ta' proċedura għal sejħiet għall-proposti mnedija mill-Impriża Konġunta ENIAC, inkluż l-evalwazzjoni tal-proposta għall-proġett u l-proċess ta' għażla assoċjati lill-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għall-approvazzjoni;

(f)

imexxi t-tnedija tas-sejħiet għall-offerti, il-proċess ta' l-evalwazzjoni l-għażla ta' proposti għall-proġetti u n-negozjar ta' ftehim ta' finanzjament għal proġetti magħżula, u s-sorveljanza perjodika u s-segwitu għall-proġetti fi ħdan il-mandat mogħti mill-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi;

(g)

jikkonkludi ftehim ta' finanzjament għall-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet ta' R&Ż kif imsemmija fl-Artikolu 12 u 13, u kuntratti ta' servizzi u provvista meħtieġa għall-operazzjonijiet ta' l-Impriża Konġunta ENIAC kif imsemmi fl-Artikolu 20;

(h)

jawtorizza l-ħlasijiet kollha dovuti mill-Impriża Konġunta ENIAC;

(i)

jistabbilixxi u jimplimenta l-miżuri u l-azzjonijiet meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-progress ta' l-Impriża Konġunta ENIAC lejn it-twettiq ta' l-objettivi tagħha, inklużi monitoraġġ u verifika indipendenti sabiex jiġu evalwati l-effikaċja u r-rendiment ta' l-Impriża Konġunta ENIAC;

(j)

jorganizza reviżjonijiet ta' proġetti u verifiki tekniċi għall-evalwazzjoni tar-riżultati ta' riċerka u żvilupp, u jirrapporta lil-Bord tat-Tmexxija dwar ir-riżultati kumplessivi;

(k)

iwettaq verifiki finanzjarji, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, dwar parteċipanti fil-proġetti kif meħtieġ, skond ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ENIAC;

(l)

jinnegozja l-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tal-membri l-ġodda ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, f'isem u fi ħdan il-mandat tal-Bord tat-Tmexxija;

(m)

iwettaq kull azzjoni oħra meħtieġa għat-twettiq b'suċċess ta' l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC mhux previsti fil-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali msemmi fl-Artikolu 19(3), fi ħdan kwalunkwe limiti u kondizzjonijiet stabbiliti mill-Bord tat-Tmexxija;

(n)

ilaqqa' u/jew jorganizza laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi u jattendi fejn ikun il-każ dawn il-laqgħat bħala osservatur;

(o)

jipprovdi lill-Bord tat-Tmexxija b'kull informazzjoni mitluba minnu;

(p)

jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija l-proposti tiegħu dwar l-istruttura organizzattiva tas-Segretarjat;

(q)

iwettaq stima tar-riskju u analiżi tal-ġestjoni tar-riskju u jipproponi lill-Bord tat-Tmexxija kull assigurazzjoni li tista' tkun meħtieġa għall-Impriża Konġunta ENIAC sabiex tasal sabiex tilħaq l-obbligi tagħha.

4.   Għandu jiġi stabbilit Segretarjat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv sabiex jagħti appoġġ fil-kompiti kollha tiegħu, inklużi:

(a)

appoġġ segretarjali għall-Entitajiet ta' l-Impriża Konġunta ENIAC;

(b)

appoġġ operattiv għall-evalwazzjoni ta' proposti u l-monitoraġġ ta' proġetti, inkluż appoġġ sabiex jiġu organizzati sejħiet għall-proposti u arranġamenti għal stħarriġ u analiżi ta' proġetti u verifiki tekniċi;

(ċ)

it-twaqqif u l-ġestjoni ta' sistema interna adatta ta' verifika u kontabbiltà;

(d)

kompiti finanzjarji, inkluż ħlasijiet ta' kontributi finanzjarji mill-Impriża Konġunta ENIAC lill-parteċipanti fil-proġetti;

(e)

appoġġ għal attivitajiet ta' komunikazzjoni bħal relazzjonijiet pubbliċi, attivitajiet ta' pubblikazzjoni u ta' disseminazzjoni u organizzazzjoni ta' avvenimenti;

(f)

il-ġestjoni ta' sejħiet għall-offerti għall-ħtiġijiet ta' oġġetti/servizzi għall-Impriża Konġunta ENIAC skond ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

5.   Il-kompiti mhux finanzjarji tas-Segretarjat għandhom jiġu kuntrattati mill-Impriża Konġunta ENIAC ma' fornituri esterni tas-servizzi. Kuntratti bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

Artikolu 8

Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi

Kompożizzjoni, drittijiet tal-vot u teħid ta' deċiżjonijiet

(a)

Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jikkonsisti mill-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC;

(b)

kull awtorità pubblika għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha u delegat ewlieni li għandu jkollu d-drittijiet tal-vot fil-Bord ta' l-Awtortajiet Pubbliċi;

(ċ)

terz mid-drittijiet tal-vot fil-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jkun assenjat lill-Komunità; iż-żewġ terzi li jibqgħu għandhom jiġu allokati lill-membri l-oħra tal-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi fuq bażi annwali proporzjonatament għall-kontribut finanzjarju tagħhom għall-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għal dik is-sena skond l-Artikolu 11(6) b u b'limitu massimu għal kull membru partikolari ta' 50 % tad-drittijiet tal-vot totali fil-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi;

(d)

jekk inqas minn tliet Stati membri fl-ENIAC ikunu kkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv il-kontribut finanzjarju tagħhom skond l-Artikolu 11(6)b, il-Komunità għandha żżomm terz mill-voti u ż-żewġ terzi li jibqgħu għandhom jitqassmu ndaqs bejn l-Istati membri fl-ENIAC;

(e)

id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mill-inqas 60 % tal-voti;

(f)

ir-rappreżentant tal-Komunità għandu dritt tal-veto fuq il-kwistjonijiet kollha dwar l-użu tal-kontribut tagħha lill-Impriża Konġunta ENIAC;

(g)

kwalunkwe Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat li ma jkunx membru ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandu jkun jista' jipparteċipa fil-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi bħala osservatur. Dawn l-Istati għandhom jirċievu d-dokumenti rilevanti kollha tal-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi u għandhom ikunu jistgħu jipprovdu parir dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi.

Rwol u kompiti

Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu:

(a)

jiżgura li jiġu applikati sew il-prinċipji tat-trattament ġust u tat-trasparenza fl-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-parteċipanti fil-proġetti;

(b)

jiddiskuti u japprova l-Programm Annwali ta' Ħidma msemmi fl-Artikolu 19(2) fuq proposti mill-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka, inkluż il-baġits disponibbli għas-sejħiet għall-proposti;

(ċ)

japprova r-regoli ta' proċedura għas-sejħiet għall-proposti, għall-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti u għall-monitoraġġ tal-proġetti;

(d)

fuq proposta tar-rappreżentant tal-Komunità, jiddeċiedi dwar il-kontribut finanzjarju għall-Impriża Konġunta ENIAC għall-baġit tas-sejħiet għall-proposti;

(e)

japprova l-kamp ta' applikazzjoni u t-tnedija tas-sejħiet għall-proposti;

(f)

japprova l-għażla tal-proposti għall-proġetti sabiex jirċievu finanzjament pubbliku wara s-sejħiet għall-proposti;

(g)

uq proposta tar-rappreżentant tal-Komunità, jiddeċiedi dwar il-perċentwal tal-kontribut finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ENIAC imsemmija fl-Artikolu 13(6)(a) lill-parteċipanti fi proġetti li joħorġu minn sejħiet għall-proposti fi kwalunkwe sena partikolari;

(h)

jadotta r-regoli ta' proċedura skond il-paragrafu 3.

Regoli ta' proċedura

(a)

il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, normalment fis-sede ta' l-Impriża Konġunta ENIAC;

(b)

il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-President tiegħu;

(ċ)

sa meta l-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, il-laqgħat għandhom jissejħu mill-Kummissjoni;

(d)

il-kworum tal-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jkun kostitwit mill-Kummissjoni, u minn rappreżentanti ta' mill-inqas tliet Stati membri fl-ENIAC.

Artikolu 9

Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka

Kompożizzjoni

(a)

L-AENEAS għandha taħtar il-membri tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka;

(b)

Il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka għandu jikkonsisti minn mhux inqas minn 25 membru.

Rwol u kompiti

Il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka għandu:

(a)

jelabora l-Pjan Strateġiku Multinannwali msemmi fl-Artikolu 19(1), inklużi l-kontenut u l-aġġornament ta' l-Aġenda għar- Riċerka, u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(b)

iħejji l-abbozz tal-Programm Annwali ta' Ħidma msemmi fl-Artikolu 19(2), inklużi proposti għall-kontenut tas-sejħiet li għandhom jitniedu mill-Impriża Konġunta ENIAC;

(ċ)

jelabora proposti fir-rigward ta' l-istrateġija teknoloġika, ta' riċerka u ta' innovazzjoni ta' l-Impriża Konġunta ENIAC;

(d)

jelabora proposti għall-attivitajiet fir-rigward tal-ħolqien ta' ambjenti miftuħa ta' innovazzjoni, jippromwovi l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs, jiżviluppa standards b'mod trasparenti u b'mod miftuħ għall-parteċipazzjoni, il-koperazzjoni internazzjonali, id-disseminazzjoni u r-relazzjonijiet pubbliċi;

(e)

jagħti pariri lill-entitajiet l-oħrajn dwar kull kwistjoni marbuta ma' l-ippjanar u l-operat ta' programmi ta' riċerka u żvilupp, irawwem sħubijiet u jħaddem riżorsi sabiex jilħaq l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC;

(f)

jaħtar gruppi ta' ħidma fejn meħtieġ taħt il-koordinazjzoni kumplessiva ta' membru jew aktar tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka sabiex iwettaq il-kompiti msemmija fuq;

(g)

jadotta r-regoli ta' proċedura skond il-paragrafu 3.

Regoli ta' proċedura

(a)

Il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena;

(b)

Il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka għandu jeleġġi l-President tiegħu;

(ċ)

Sa meta l-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka jkun adotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, il-laqgħat għandhom jissejħu mill-AENEAS.

Artikolu 10

Funzjoni ta' Verifika Interna

Il-funzjonijiet fdati lill-awditur intern tal-Kummissjoni bl-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Bord tat-Tmexxija, li għandu jagħmel id-dispożizzjonijiet meħtieġa, b'kont meħud tal-qies u l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

Artikolu 11

Sorsi ta' finanzjament

1.   L-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandom ikunu ffinanzjati b'mod konġunt permezz ta' kontributi finanzjarji mħallsin f'pagamenti parzjali u kontributi in natura mill-membri tagħha sabiex jappoġġaw l-ispejjeż operattivi u l-attivitajiet ta' R&Ż.

2.   Ir-riżorsi kollha ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandhom jiġu ddedikati għall-issodisfar ta' l-objettivi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament.

3.   Ir-riżorsi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC mdaħħla fil-baġit tagħha għandhom ikunu komposti minn:

(a)

il-kontributi tal-membri għall-ispejjeż operattivi ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 5(c);

(b)

kontribut Komunitarju għall-finanzjament ta' l-attivitajiet ta' R&Ż;

(ċ)

kull dħul ġenerat mill-Impriża Konġunta ENIAC;

(d)

kull kontribut jew dħul finanzjarju ieħor.

Kull imgħax mill-kontributi imħallsa mill-membri tagħha għandu jitqies bħala dħul ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

4.   Kull entità ġuridika li ma tkunx membru tista' tagħti kontributi in natura jew fi flus lir-riżorsi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC skond it-termini u l-kondizzjonijiet negozjati mid-Direttur Eżekuttiv f'isem u fi ħdan il-mandat mogħti mill-Bord tat-Tmexxija.

5.   L-ispejjeż operattivi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandhom jinġarru mill-membri tagħha:

(a)

l-AENEAS għandha tagħmel kontribut sa EUR 20 miljun jew sa 1 % tas-somma ta' l-ispiża totali tal-proġetti kollha, liema figura tkun l-ogħla, iżda li ma taqbiżx EUR 30 miljun;

(b)

il-Komunità għandha tagħmel kontribut sa EUR 10 miljun. Jekk parti minn dan il-kontribut ma tintużax tista' issir disponibbli għall-Attivitajiet tar- R&Ż imsemmija fil-paragrafu 6;

(ċ)

l-Istati membri fl-ENIAC għadhom jagħmlu kontributi in natura għall-ispejjeż operattivi permezz tal-faċilitazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-proġetti u l-għoti ta' fondi pubbliċi kif imsemmi fl-Artikoli 12 u 13;

(d)

il-kontributi tal-Komunità u ta' l-AENEAS għandhom ikunu disponibbli skond id-dispożizzjonijiet tal-Pjan Baġitarju Annwali rilevanti msemmi fl-Artikolu 18. Għandhom jiġu pprovduti pagamenti parzjali abbażi tar-rekwiżiti finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta.

6.   L-attivitajiet ta' R&Ż ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandhom jiġu apoġġati permezz ta':

(a)

kontribut finanzjarju mill-Komunità sa EUR 440 miljun sabiex jiffinanzjaw il-proġetti li jistgħu jiżdiedu b'kull parti mhux minfuqa tal-kontribut Komunitarju msemmi fil-paragrafu 5(b);

(b)

kontributi finanzjarji mill-Istati membri fl-ENIAC li għandhom jammontaw għal mill-inqas 1,8 darba l-kontribut finanzjarju tal-Komunità. Dawn il-kontributi finanzjarji għandhom jitħallsu lill-parteċipanti fil-proġetti skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 12 u 13. Kull sena, l-Istati membri fl-ENIAC għandhom jikkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv sa data ffissata mill-Bord tat-Tmexxija l-impenji finanzjarji tagħhom irriżervati għal sejħiet għal proposti li għandhom jitniedu mill-Impriża Konġunta ENIAC billi jqisu l-ambitu ta' l-attivitajiet ta' R&Ż appoġġati li huma indirizzati fis-sejħiet;

(ċ)

kontributi in natura mill-organizzazzjonijiet ta' R&Ż li jipparteċipaw fi proġetti li għandhom ikunu daqs is-sehem tagħhom ta' l-ispiża eliġibbli meħtieġa sabiex jitwettqu l-proġetti kif definit abbażi tar-regoli ta' l-awtoritajiet finanzjaturi li jagħmlu ftehim ta' finanzjament. Il-kontribut kumplessiv tul l-Impriża Konġunta ENIAC għandha tkun daqs jew akbar mill-kontribut ta' l-awtoritajiet pubbliċi.

7.   Il-kontributi finanzjarji tal-membri ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għandhom jitħallsu f'pagamenti parzjali skond id-dispożizzjonijiet tal-Pjan Baġitarju Annwali msemmi fl-Artikolu 18.

8.   Kwalunkwe membru ġdid ta' l-Impriża Konġunta ENIAC barra l-Istati Membri jew il-Pajjiżi Assoċjati għandu jagħti kontribut finanzjarju lill-Impriża Konġunta ENIAC.

9.   Jekk xi membru ta' l-Impriża Konġunta ENIAC jonqos mill-impenji tiegħu fir-rigward tal-kontribut finanzjarju miftiehem tiegħu lill-Impriża Konġunta ENIAC, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika b'dan lil tali membru bil-miktub u għandu jistabbilixxi perijodu raġonevoli li fih għandu jiġi rrimedjat tali nuqqas. Jekk tali nuqqas ma jiġix irrimedjat f'tali perijodu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa’ laqgħa tal-Bord tat-Tmexxija sabiex jiddeċiedi jekk is-sħubija tal-membru li qed jonqos għandhiex tiġi rrevokata jew jekk għandhomx jittieħdu xi miżuri oħra sa meta jiġu sodisfatti l-obbligi tiegħu.

10.   L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tkun il-proprjetarja ta' l-assi kollha tagħha ġenerati jew trasferiti lilha għat-twettiq ta' l-objettivi tagħha kif deskritt fl-Artikolu 2 tar-Regolament, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

Artikolu 12

Implimentazzjoni ta' l-attivitajiet ta' R&Ż

1.   L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tappoġġa l-attivitajiet ta' R&Ż permezz ta' sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti, evalwazzjoni u għażla indipendenti ta' proposti, allokazzjoni ta' finanzjament pubbliku lill-proposti magħżula, u l-finanzjament tal-proġetti.

2.   L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-parteċipanti fil-proġett għall-implimentazzjoni tal-proġetti. It-termini u l-kondizzjonijiet ta' dawn il-ftehim ta' finanzjament għandhom ikunu skond ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ENIAC u għandhom jirriferu għal u, fejn ikun il-każ, jibbażaw fuq ftehim nazzjonali ta' finanzjament korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 13(6)(b).

3.   Sabiex tiġi assistita l-implimentazzjoni tal-proġetti u l-għoti ta' fondi pubbliċi, l-Impriża Konġunta ENIAC għandha tistabbilixxi arranġamenti amministrattivi ma' l-entitajiet nazzjonali nnominati mill-Istati membri fl-ENIAC għal dak il-għan, f'konformità mar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

4.   L-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li mhumiex membri fl-Impriża Konġunta ENIAC jistgħu jikkonkludu arranġamenti simili ma' l-Impriża Konġunta ENIAC.

5.   L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tistabbilixxi l-proċeduri għas-sorveljanza u l-kontroll ta' l-Attvitajiet ta' R&Ż, inkluż dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ u l-verifika teknika tal-proġetti. L-Istati membri fl-ENIAC m'għandhomx jirrikjedu monitoraġġ addizzjonali u rapporti tekniċi ta' verifika diversi minn dawk meħtieġa mill-Impriża Konġunta ENIAC.

Artikolu 13

Finanzjament ta' proġetti

1.   Il-finanzjament pubbliku għal proġetti magħżula wara sejħiet għal proposti pubblikati mill-Impriża Konġunta ENIAC għandu jikkonsisti f'kontributi finanzjarji nazzjonali mill-Istati membri fl-ENIAC u/jew f'kontribut finanzjarju mill-Impriża Konġunta ENIAC. Kull appoġġ pubbliku taħt din l-inzjattiva huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali u ta' l-għajnuna materjali ta' l-Istat meta dawn ikunu applikabbli.

2.   L-entitajiet ġuridiċi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli sabiex jirċievu fondi mill-kontribut Komunitarju għall-attivitajiet ta' R&Ż ta' l-Impriża Konġunta ENIAC kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament:

(a)

entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Istati membri fl-ENIAC li kkonkludew ftehim ta' finanzjament għal tali proġett ma' l-awtorità nazzjonali korrispondenti konsegwentement għall-proċeduri ta' kuntrattazzjoni mill-Impriża Konġunta ENIAC;

(b)

entitajiet ġuridiċi oħra stabbiliti fl-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li mhumiex membri ta' l-Impriża Konġunta ENIAC. F'dan il-każ, dawn l-Istati jew pajjiżi jistgħu jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi ma' l-Impriża Konġunta ENIAC sabiex jippermettu l-parteċipazzjoni tal-kumpanniji u l-organizzazzjonijiet ta' R&Ż li jinsabu fit-territorji tagħhom.

Sabiex jitqiesu eliġibbli għal finanzjament Komunitarju, l-ispejjeż magħmula fl-implimentazzjoni ta' l-Attivitajiet tar-R&Ż għandhom ikunu esklużi mit-taxxa fuq il-valur miżjud.

3.   Is-sejħiet tal-proposti mnedija u pubblikati mill-Impriża Konġunta ENIAC għandhom jispeċifikaw il-baġit globali disponibbli għal kull sejħa. Dan il-baġit għandu jindika l-ammonti impenjati fuq il-livell nazzjonali minn kull Stat membru fl-ENIAC u l-ammont stmat tal-kontribut finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ENIAC. Is-sejħiet għandhom jiddikjaraw il-kriterji ta' evalwazzjoni f'relazzjoni ma' l-objettivi tas-sejħa u kwalunkwe kriterju ta' eliġibbiltà nazzjonali jew ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

4.   Il-kontribut finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ENIAC lill-baġit ta' kull sejħa għandha tkun ekwivalenti għal 55 % ta' l-ammont totali impenjat mill-Istati membri fl-ENIAC, sakemm il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi ma jiddeċidix mod ieħor fuq proposta tar-rappreżentant tal-Komunità.

5.   Is-sejħiet, l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

Is-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Konġunta ENIAC għandhom jinfetħu għall-parteċipanti stabbiliti fl-Istati membri fl-ENIAC u fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jew il-Pajjiż Assoċjat. Dawn ir-regoli għandhom isiru pubbliċi;

(b)

Il-konsorzji ta' parteċipanti fi proposti ta' proġetti preżentati b'rispons għal dawn is-sejħiet għandhom jinkludu ta' mill-anqas tliet entitajiet mhux affiljati stabbiliti f'mill-anqas tliet Stati membri fl-ENIAC. Il-Parteċipanti prospettivi u l-kontribut tagħhom għall-proposti tal-proġett għandhom jiġu vverifikati mill-Impriża Konġunta ENIAC, abbażi tal-verifiki previsti mill-awtoritajiet pubbliċi rispettivi, skond il-kriterji għal finanzjament ta' eliġibbiltà nazzjonali u ta' l-Impriża Konġunta pre-definiti. Huma għandhom ikunu informati dwar il-konformità tagħhom, meta possibbli qabel jippreżentaw proposta ta' proġett sħiħ. Dawn il-verifiki m'għandhomx jirriżultaw f'dewmien fl-evalwazzjoni tal-proposta u l-proċess ta' l-għażla;

(ċ)

L-evalwazzjoni u l-proċess ta' għażla mwettaq bl-assistenza ta' esperti indipendenti għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku ta' l-Impriża Konġunta ENIAC issegwi l-prinċipji ta' trattament ugwali, eċċellenza u kompetizzjoni;

(d)

Wara l-evalwazzjoni tal-proposti, il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jistabbilixxi klassifika ta' proposti abbażi tal-kriterji ċari ta' evalwazzjoni u l-kontribut kollettiv tagħhom lejn it-twettiq ta' l-objettivi tas-sejħa;

(e)

Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jiddeċiedi dwar l-għażla tal-proposti u l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-proposti magħżula sal-limitu tal-baġits disponibbli, filwaqt li jikkunsidra kwalunkwe kriterju ta' eliġibbiltà nazzjonali u l-verifiki mwettqa skond il-punt (b). Din id-deċiżjoni għandha wkoll torbot lill-Istati membri fl-ENIAC mingħajr kwalunkwe proċess ulterjuri ta' evalwazzjoni jew ta' għażla.

Il-finanzjament tal-proġetti għandu jirrispetta r-regoli li ġejjin

(a)

il-kontribut finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ENIAC lill-parteċipanti fi proġetti għandu jingħata f'perċentwal ta' l-ispejjeż totali, definiti skond il-każ mill-awtoritajiet finanzjaturi rispettivi li jagħmlu l-ftehim ta' finanzjament, li saru fl-implimentazzjoni tal-proġett. Dan il-perċentwal għandu jiġi determinat fuq bażi annwali mill-Impriża Konġunta ENIAC u jkun sa 16,7 %. Dan il-perċentwal għandu jkun ugwali għall-parteċipanti kollha fi proġetti li jiġu minn kwalunkwe sejħa għall-proposti;

(b)

L-Istati membri fl-ENIAC għandhom jistabbilixxu ftehim ta' finanzjament mal-parteċipanti fi proġetti skond ir-regoli nazzjonali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-kriterji ta' l-eliġibbiltà u rekwiżiti oħra finanzjarji u legali neċessarji. Fejn applikabbli, il-kontributi finanzjarji nazzjonali mill-Istati membri fl-ENIAC għandhom jitħallsu direttament lill-parteċipanti fi proġetti skond il-ftehim ta' finanzjament nazzjonali. L-Istati membri fl-ENIAC għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi sabiex jissinkronizzaw il-kondizzjonijiet u l-istabbiliment tal-ftehim ta' finanzjament u jħallsu l-kontributi finanzjarji tagħhom fiż-żmien debitu.

Artikolu 14

Impenji Finanzjarji

L-impenji finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ENIAC m'għandhomx jeċċedu l-ammont ta' riżorsi finanzjarji disponibbli jew impenjati għall-baġit tagħha mill-membri tagħha.

Artikolu 15

Dħul finanzjarju

Ħlief fil-każ ta' stralċ ta' l-Impriża Konġunta ENIAC skond l-Artikolu 25, kull dħul eċċessiv fuq in-nefqa m'għandux jitħallas lill-membri ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

Artikolu 16

Is-sena finanzjarja

Is-sena finanzjarja għandha tikkorrispondi għas-sena kalendarja.

Artikolu 17

Implimentazzjoni finanzjarja

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit ta' l-Impriża Konġunta ENIAC.

Artikolu 18

Rappurtar finanzjarju

1.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija abbozz preliminari tal-Pjan Baġitarju Annwali li jkun fih tbassir tan-nefqa annwali għas-sentejn ta' wara u li jinkludi l-pjan ta' stabbiliment tal-persunal. F'dan it-tbassir, għandhom jitfasslu l-estimi tad-dħul u n-nefqa għall-ewwel minn dawn is-sentejn f'dettall kif meħtieġ għall-proċedura interna tal-baġit ta' kull membru fir-rigward il-kontributi finanzjarji għall-Impriża Konġunta ENIAC. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprovdi lill-Bord tat-Tmexxija bl-informazzjoni kollha supplimentari meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jikkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv il-kummenti tagħhom dwar l-abbozz preliminari tal-Pjan Baġitarju Annwali u b'mod partikolari dwar l-estimi tar-riżorsi u tan-nefqa għas-sena ta' wara.

3.   Filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu waslu mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-abbozz tal-Pjan Baġitarju Annwali għas-sena ta' wara f'kollaborazzjoni mal-Kumitat ta' l-Industrija u tar-Riċerka u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għal approvazzjoni.

4.   Il-Pjan Baġitarju Annwali u l-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għal sena partikolari għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija ta' l-Impriża Konġunta ENIAC sat-tmiem tas-sena preċedenti.

5.   Fi żmien xahrejn mill-għeluq ta' kull sena finanzjarja, il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jiġu preżentati mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena preċedenti għandhom jiġu preżentati lill-Qorti ta' l-Awdituri u l-Kummissjoni.

Artikolu 19

Ippjanar u rappurtar

1.   Il-Pjan Strateġiku Multinannwali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għat-twettiq ta' l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, inkluża l-Aġenda għar-Riċerka.

2.   Il-Programm Annwali ta' Ħidma għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda għar-Riċerka għal sena partikolari.

3.   Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu implimentati permezz ta' sejħiet għal proposti. Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandu jiġi preżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Pjan Baġitarju Annwali msemmi fl-Artikolu 18.

4.   Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jippreżenta l-progress li jkun sar mill-Impriża Konġunta ENIAC f'kull sena kalendarja, b'mod partikolari f'relazzjoni mal-Pjan Strateġiku Multinannwali u l-Pjan Multinannwali ta' Implimentazzjoni għal dik is-sena. Għandu wkoll jinkludi informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni ta' l-SME fl-attivitajiet ta' R&Ż ta' l-Impriża Konġunta.

Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jiġi preżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ.

5.   Ladarba approvat mill-Bord tat-Tmexxija, verżjoni pubblikabbli tal-Pjan Strateġiku Multinannwali, il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali u r-Rapport Annwali ta' l-Attività għandhom isiru disponibbli.

Artikolu 20

Kuntratti ta' servizz u provvista

L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tistabbilixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi adatti għall-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tal-kuntratti ta' servizz u ta' provvista konklużi fejn meħtieġ għall-operat ta' l-Impriża Konġunta ENIAC skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha.

Artikolu 21

Ir-responsabblità tal-membri, l-assigurazzjoni

1.   L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tkun unikament responsabbli għall-konformità ma' l-obbligazzjonijiet tal-membri tagħha. M'għandhiex tkun responsabbli għan-nuqqas ta' Stat membru fl-ENIAC li jwettaq l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mis-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Konġunta ENIAC.

2.   Il-membri mhumiex responabbli għal ebda mill-obbligi ta' l-Impriża Konġunta ENIAC. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri hija responsabbiltà interna lejn l-Impriża Konġunta ENIAC biss, u hija limitata għall-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżorsi kif stipulat fl-Artikolu 11(3).

3.   Minkejja l-kontributi finanzjarji dovuta lill-parteċipanti fil-proġett skond l-artikolu 13(6)(a), ir-responsabbiltà finanzjarja ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għad-djun tagħha hija limitata għall-kontributi li għamlu l-membri għall-ispejjeż operattivi kif stipulat fl-Artikolu 11(3)(a).

4.   L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tikkuntratta assigurazzjoni u żżomm ruħha assigurata b'mod adegwat.

Artikolu 22

Kunflitt ta' interessi

L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tevita kull kunflitt ta' interess fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tagħha.

Artikolu 23

Il-politika dwar il-Proprjetà Intellettwali

1.   Ir-regoli li ġejjin li jirregolaw il-protezzjoni, l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka huma bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 u għandhom jiżguraw li, fejn ikun il-każ, tiġi protetta l-proprjetà intellettwali ġġenerata f'attivitajiet ta' R&Ż taħt ir-Regolament, u li r-riżultati tar-riċerka jintużaw u jiġu disseminati.

L-objettiv tal-politika tal-proprjetà intellettwali kif stipulata f'dan l-Artikolu huwa l-promozzjoni tal-ħolqien tal-konoxxenza u l-isfruttament tagħha, l-allokazzjoni ġusta tad-drittijiet, l-ippremjar ta' l-innovazzjoni, u l-kisba ta' parteċipazzjoni wiesgħa ta' entitajiet privati u pubbliċi fil-proġetti.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(a)

“informazzjoni” tfisser kull disinn, speċifikazzjoni, ritratt, kampjun, mudell, proċess, proċedura, istituzzjoni, software, rapport, dokument, jew kull informazzjoni teknika u/jew kummerċjali oħra, konoxxenza prattika, data jew dokumenti ta' kull tip, inkluża informazzjoni orali, diversa mid-“Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali”;

(b)

“Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali” (IPR) tfisser kull dritt ta' proprjetà intellettwali inklużi privattivi, mudelli ta' utilità u ċertifikati ta' utilità, drittijiet ta' disinji industrijali, drittijiet ta' l-awtur, sigrieti tan-negozju, drittijiet ta' database, topografiji ta' prodotti tas-semikundutturi, kif ukoll kull reġistrazzjoni, applikazzjoni, diviżjoni, kontinwazzjoni, rieżami, tiġdid jew ħruġ mill-ġdid ta' dawn kollha, esklużi marki kummerċjali u ismijiet kummerċjali;

(ċ)

“informazzjoni anterjuri” tfisser kull informazzjoni li tkun il-proprjetà ta' parteċipant fil-proġett jew kontrollata minnu fid-data effettiva tal-ftehim korrispondenti tal-proġett, jew li fir-rigward tagħha d-dritt ta' proprjetà jew il-kontroll jiġi akkwistat minn parteċipant fi proġett bħala riżultat ta' attivitajiet barra mill-qafas tal-proġett;

(d)

“IPR anterjuri” tfisser kull IPR li tkun il-proprjetà ta' parteċipant fil-proġett jew kontrollat minnu fid-data effettiva tal-ftehim korrispondenti tal-proġett, jew li fir-rigward tiegħu d-dritt ta' proprjetà jew il-kontroll jiġi akkwistat minn parteċipant fi proġett bħala riżultat ta' attivitajiet barra mill-qafas tal-proġett;

(e)

“element anterjuri” tfisser informazzjoni anterjuri jew IPR anterjuri;

(f)

“informazzjoni ġdida” tfisser kull informazzjoni ġenerat bħala riżultat ta' l-attivitajiet immexxija fil-qafas tal-proġett konċernat, kif speċifikat fil-ftehim korrispondenti tal-proġett;

(g)

“IPR ġodda” tfisser kull IPR ġenerat bħala riżultat ta' l-attivitajiet imwettqa fil-qafas ta' proġett konċernat, kif speċifikat fil-ftehim korrispondenti tal-proġett;

(h)

“element ġdid” tfisser informazzjoni ġdida jew IPR ġodda;

(i)

“dritt ta' l-aċċess” tfisser liċenzji mhux esklussivi u drittijiet ta' l-utenti għall-element ġdid jew element anterjuri, liema drittijiet m'għandhomx jinkludu d-dritt ta-subliċenzjar ħlief jekk miftiehem mod ieħor fil-ftehim tal-proġett;

(j)

“meħtieġ” tfisser “teknikament essenzjali” għall-implimentazzjoni tal-proġett u/jew fir-rigward ta' l-Użu ta' element ġdid u, fejn huma konċernati d-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, għandha tfisser li dawk id-Drittijiet tal-Prorjetà Intellettwali jinkisru li kieku ma jingħatawx id-drittijiet ta' l-aċċess;

(k)

“użu” għandha tfisser l-iżvilupp, il-ħolqien u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess għall-ħolqien u l-għoti ta' servizz kif jista' jiġi definit aktar ‘il quddiem fil-ftehim tal-proġett applikabbli;

(l)

“disseminazzjoni” tfisser l-iżvelar ta' element ġdid b'kull mezz adatt divers minn dak li jirriżulta mill-formalitajiet għall-protezzjoni tiegħu, u inkluża l-pubblikazzjoni ta' element ġdid fuq kwalunkwe mezz;

(m)

“ftehim tal-proġett” tfisser ftehim bejn parteċipanti fi proġett li jistipula t-termini u l-kondizzjonijet kollha jew parti minnhom li japplikaw bejniethom fir-rigward ta' proġett speċifiku, bħala ftehim ta' konsorzju dwar proġett, liema ftehim għandu jinkludi mingħajr limitazzjoni Drittijiet ta' l-aċċess skond dan l-Artikolu;

(n)

“kondizzjonijiet ta' trasferiment” tfisser kondizzjonijiet finanzjarji li għandhom valur inqas minn ta' kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, normalment l-ispiża sabiex isiru disponibbli d-drittijiet ta' l-aċċess.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni, l-arranġamenti dwar il-proprjetà intellettwali għandhom ikunu regolati mill-prinċipji li ġejjin:

3.1.   Id-dritt ta' proprjetà

3.1.1.

L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tkun il-proprjetarja ta' kull assi tanġibbli jew intanġibbli maħluqa bir-riżorsi proprji tagħha jew trasferiti lilha għall-implimentazzjoni ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, ħlief jekk speċifikat mod ieħor.

3.1.2.

Minkejja d-dispożizzjonijiet hawn fuq, l-Impriża Konġunta ENIAC m'għandhiex iżomm għaliha informazzjoni jew IPR maħluqa fi proġetti.

3.1.3.

Kull parteċipant fi proġett jibqa' il-proprjetarju ta' l-element anterjuri tiegħu. Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu l-element anterjuri meħtieġ għall-finijiet tal-proġett ta' l-Impriża Konġunta ENIAC fi fi ftehim ta' proġett bil-miktub u, fejn ikun il-każ, jistgħu jeskludu element anterjuri speċifiku.

3.1.4.

Element ġdid li jkun ġej minn xogħol imwettaq taħt proġetti għandu jkun il-proprjetà tal-parteċipant jew parteċipanti li jwettqu x-xogħol li jiġġenera dak l-element ġdid skond l-arranġamenti deskritti fi ftehim tal-proġett u ta' l-għotja u l-prinċipji stabbiliti f'dan l-Artikolu.

3.2.   Drittijiet ta' l-aċċess

3.2.1.

Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddeċiedu li jagħtu drittijiet ta' l-aċċess aktar estensivi milli meħtieġa minn dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddefinixxu l-element anterjuri meħtieġ għall-finijiet tal-proġett u, fejn ikun il-każ, jistgħu jeskludu element anterjuri speċifiku.

3.2.2.

Jistgħu jingħataw drittijiet ta' l-aċċess għall-element anterjuri lil parteċipanti oħra fl-istess proġett jekk dan l-element anterjuri jkun meħtieġ minn dawn il-parteċipanti l-oħra sabiex iwettqu xogħolhom fil-proġett, dejjem sakemm il-proprjetarju jkun intitolat jagħti tali drittijiet. Id-drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw skond kondizzjonijiet ta' trasferiment li għandhom jiġu miftiehma mill-parteċipanti konċernati fil-proġett, ħlief jekk miftiehem mod ieħor mill-parteċpanti kollha fil-ftehim tal-proġett.

3.2.3.

Jistgħu jingħataw drittijiet ta' l-aċċess għall-element ġdid lil parteċipanti oħra fl-istess proġett jekk dan l-element ġdid ikun meħtieġ minn dawn il-parteċipanti l-oħra sabiex iwettqu xogħolhom fil-proġett, dejjem sakemm il-proprjetarju jkun intitolat jagħti tali drittijiet. Dawn id-drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw fuq bażi ta' bla ħlas, mhux esklussiva u mhux trasferibbli.

3.2.4.

Il-parteċipanti fl-istess proġett għandhom igawdu minn drittijiet ta' l-aċċess għall-element anterjuri jekk dan ikun meħtieġ għall-użu ta' l-element ġdid tagħhom ta' dak il-proġett, dejjem sakemm il-proprjetarju ta' l-element anterjuri jkun intitolat jagħti tali drittijiet. Dawn id-drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva u mhux trasferibbli b'kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.

3.2.5.

Il-parteċipanti fl-istess proġett għandhom igawdu mid-drittijiet ta' l-aċċess għall-element ġdid jekk dan huwa meħtieġ għall-Użu tagħhom. Dawn id-drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva u mhux trasferibbli u l-għoti tagħhom m'għandux jinvolvi ħlas jew isir b'kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.

3.2.6.

Suġġett għall-qbil bejn il-proprjetarji kollha konċernati, id-drittijiet ta' l-aċċess għall-element ġdid sabiex jitwettqu aktar attivitajiet ta' riċerka għandhom jingħataw lil parti terza b'kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli li jkun hemm qbil dwarhom.

3.3.   Protezzjoni, użu u disseminazzjoni

3.3.1.

Meta l-element ġdid ikun jista' jiġi sfruttat bi qliegħ, il-proprjetarju (i) għandu jipprovdi għall-protezzjoni adegwata u effikaċi tiegħu, b'kont dovut għall-interessi leġittimi tiegħu stess u tal-parteċipanti l-oħra fil-proġett konċernat, partikolarment l-interessi kummerċjali, u (ii) għandu jużah jew jiżgura li jintuża.

3.3.2.

Kull parteċipant għandu jiżgura li l-element ġdid li tiegħu huwa jkun il-proprjetarju jixxerred malajr kemm jista' jkun.

3.3.3.

Kull attività ta' disseminazzjoni għandha tkun kompatibbli mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi tal-kunfidenzjalità, u l-interess leġittimu tal-proprjetarji ta' l-element ġdid.

3.3.4.

Għandu jingħata pre-avviż lil parteċipanti oħra dwar kull attività ta' disseminazzjoni fir-rigward ta' element ġdid, element anterjuri jew informazzjoni kunfidenzjali li jkunu l-proprjetà ta' parteċipanti oħra fl-istess proġett jew data jew informazzjoni oħra li tkun amalgamata ma' l-element ġdid, element anterjuri jew informazzjoni kunfidenzjali ta' dawn il-parteċipanti oħra. Fi żmien 45 jum wara din in-notifika, kwalunkwe minn dawn il-parteċipanti jistgħu joġġezzjonaw bil-miktub jekk l-interessi leġittimi tagħhom f'rabta ma' element ġdid jew element anterjuri jiġu pperikolati minn tali disseminazzjoni. F'każijiet bħal dawn, l-attività ta' disseminazzjoni ma għandhiex issir sakemm ma jittiħdux il-passi adatti għall-protezzjoni ta' dawk l-interessi leġittimi.

3.3.5.

Kull pubblikazzjoni, applikazzjoni għal privattiva preżentata minn jew f'isem parteċipant, jew kull disseminazzjoni oħra marbuta ma' l-element ġdid, għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-element ġdid konċernat ġie ġenerat bl-appoġġ finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ENIAC. Kull attività ta' disseminazzjoni għandha tkun kompatibbli mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ma' l-obbligi tal-kunfidenzjalità, u ma' l-interess leġittimu tal-proprjetarji ta' l-element ġdid.

3.4.   Trasferiment

3.4.1.

Meta parteċipant jittrasferixxi d-dritt ta' proprjetà fir-rigward ta' element ġdid, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' dan l-element ġdid lit-trasferatarju, inkluż l-obbligu sabiex dawn l-obbligi jgħaddu lil kwalunkwe trasferatarju sussegwneti. Dawn l-obbligi għandhom jinkludu dawk li jikkonċernaw l-għoti ta' drittijiet ta' l-aċċess, u d-disseminazzjoni u l-użu.

3.4.2.

Suġġett għall-obbligi dwar il-kunfidenzjalità, meta parteċipant fi proġett ikun meħtieġ jittrasferixxi l-obbligi tiegħu sabiex jipprovdi d-drittijiet ta' l-aċċess, għandu jagħti pre-avviż ta' mill-inqas 45 jum lill-parteċipanti l-oħra dwar it-trasferiment previst, flimkien ma' informazzjoni suffiċjenti dwar il-proprjetarju ġdid previst ta' l-element ġdid sabiex il-parteċipanti l-oħra jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta' l-aċċess tagħhom. Wara n-notifika, kull parteċipant ieħor jista' joġġezzjona fi żmien 30 jum jew f'limitu ta' żmien differenti miftiehem bil-miktub, għal kull trasferiment previst tad-dritt ta' proprjetà fuq il-bażi li jolqot b'mod avvers id-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu. Meta kwalunkwe mill-parteċipanti l-oħra juri li d-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu jiġu milquta b'mod avvers, it-trasferiment maħsub m'għandux iseħħ sakemm jintlaħaq qbil bejn il-parteċipanti konċernati.

3.5.

Il-parteċipanti fl-istess proġett għandhom jikkonkludu bejniethom ftehim ta' proġett li għandu jistabbilixxi l-arranġamenti tal-proprjetà intellettwali konformement ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 24

L-emendament ta' l-Istatuti

1.   Kwalunkwe membru ta' l-Impriża Konġunta ENIAC jista' jieħu inizjattiva għall-emendament ta' l-Istatuti għall-Bord tat-Tmexxija.

2.   L-inizjattiva msemmija fil-paragrafu 1, kif approvata mill-Bord tat-Tmexxija, għandha tiġi preżentata bħala abbozz ta' emendi lill-Kummissjoni li għandha tadottahom, kif xieraq.

3.   Madankollu, kwalunkwe emenda li tinċidi fuq l-elementi essenzjali ta' dawn l-Istatuti, u b'mod partikolari l-emendi għall-Artikoli 3, 4, 6, 7, 11, 13, 21, 24 u 25 tagħhom, għandha tiġi adottata skond l-Artikolu 172 tat-Trattat.

Artikolu 25

Stralċ

1.   Fi tmiem il-perijodu previst fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament, jew wara emenda skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament, l-Impriża Konġunta ENIAC għandha tiġi stralċjata.

2.   Il-proċedura ta' stralċ għandha tinbeda awtomatikament jekk il-Kummissjoni tirtira mill-Impriża Konġunta ENIAC.

3.   Għall-finijiet tat-tmexxija tal-proċedimenti involuti fil-likwidazzjoni ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar stralċjarju jew aktar, li għandhom jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

4.   Fil-kors ta' l-istralċ ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, għandu jingħata lura lill-Istat ospitanti kull oġġett ta' appoġġ fiżiku li kien ġie dispost mill-Istat ospitanti skond il-ftehim ta' ospitalità msemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament.

5.   Meta kwalunkwe assi fiżiku jkun ġiet ttrattat kif previst fil-paragrafu 4, kull assi oħra ulterjuri għandhom jintużaw sabiex ikopru r-responsabbiltajiet ta' l-Impriża Konġunta ENIAC u l-ispejjeż marbuta ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe rimanenti għandu jitqassam fost il-membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribut attwali tagħhom għall-Impriża Konġunta ENIAC. Kwalunkwe rimanenti distribwit lill-Komunità għandu jiġi rritornat lill-baġit tal-Kummissjoni.

6.   L-assi li jifdal għandhom jitqassmu fost il-membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribut annwali tagħhom għall-Impriża Konġunta ENIAC.

7.   Għandha tiġi stabbilita proċedura ad hoc sabiex tiżgura l-ġestjoni adegwata ta' kull ftehim ta' finanzjament u kull kuntratt ta' servizz u provvista li jkun ġie konkluż mill-Impriża Konġunta ENIAC, b'tul itwal mit-tul ta' Impriża Konġunta ENIAC.


4.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 30/38


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 73/2008

ta' l-20 ta' Diċembru 2007

li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 171 u 172 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (2) minn hawn 'il quddiem imsejjaħ is-“Seba' Programm Kwadru”, tipprevedi kontribut Komunitarju għall-istabbiliment ta' sħubiji pubbliċi-privati għall-perijodu fit-tul fil-forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti li jistgħu jiġu implimentati permezz ta' Impriżi Konġunti fis-sens ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat. Dawn l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti huma r-riżultat tal-ħidma tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej, li huma stabbiliti diġà skond is-Sitt Programm Kwadru, u jkopru ċerti aspetti ta' riċerka fil-qasam tagħhom. Dawn għandhom jikkombinaw l-investiment fis-settur privat flimkien mal-finanzjament pubbliku Ewropew, inkluż il-finanzjament mis-Seba' Programm Kwadru;

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (3) (minn hawn 'l quddiem imsejjaħ “Il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni”), jenfasizza l-ħtieġa għal sħubiji pubbliċi-privati ambizzjużi madwar l-Ewropa kollha biex jgħaġġlu l-iżvilupp tat-teknoloġiji kbar, azzjonijiet kbar ta' riċerka fil-livell Komunitarju li jinkludi, b'mod partikolari, l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti;

(3)

L-Aġenda ta' Liżbona dwar it-Tkabbir u l-Impjiegi tenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni fl-Ewropa biex jitkattru l-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi fil-Komunità.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-13 ta' Marzu 2003, tat-22 ta' Settembru 2003 u ta' l-24 ta' Settembru 2004, il-Kunsill enfasizza l-importanza ta' iktar żvilupp ta' l-azzjonijiet wara l-Pjanijiet ta' Azzjoni tat-3 %, fosthom l-iżvilupp ta' inizjattivi ġodda bil-għan li jissaħħu l-kooperazzjoni bejn l-industrija u s-settur pubbliku fil-finanzjament tar-riċerka biex jitjiebu r-rabtiet pubbliċi-privati transnazzjonali,

(5)

Il-Kunsill tal-Kompetittività, fil-konklużjonijiet tiegħu ta' l-4 ta' Diċembru 2006 u tad-19 ta' Frar 2007, u l-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta' Marzu 2007 stiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposti għall-istabbiliment ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti għal tali inizjattivi li laħqu l-istadju xieraq ta' tħejjija,

(6)

Il-“Federazzjoni Ewropea ta' l-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi” (minn hawn 'l quddiem imsejħa l-“EFPIA”) mexxiet l-istabbiliment tal-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea dwar “Mediċini Innovattivi” taħt is-Sitt Programm Kwadru. Huma żviluppaw Aġenda ta' Riċerka Strateġika, ibbażata fuq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati pubbliċi u privati. L-Aġenda ta' Riċerka Strateġika ddeskriviet l-ostakoli fir-riċerka fil-proċess ta' żvilupp tal-mediċini u tirrakkomanda d-direzzjoni xjentifika għal Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi,

(7)

L-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi tirrispondi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Lulju 2003“Industrija Farmaċewtika bbażata fl-Ewropa iktar b'saħħitha għall-Benefiċċju tal-Pazjent – Sejħa għal Azzjoni” u b'mod partikolari għar-rakkomandazzjoni dwar aċċess għal mediċini innovattivi biex ikun żgurat l-iżvilupp ta' industrija kompetittiva bbażata fuq l-innovazzjoni. Din il-Komunikazzjoni kienet risposta għar-Rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-innovazzjoni u l-provvista tal-mediċini – Mediċini G10 “Stimolu għall-Innovazzjoni u Titjib tal-Bażi Xjentifika ta' l-UE” adottata fis-7 ta' Mejju 2002. Din l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tirripsondi wkoll għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2002 dwar “Ix-Xjenzi tal-Ħajja u l-Bijoteknoloġija – strateġija għall-Ewropa (2002)”,

(8)

L-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar “Mediċini Innovattivi” twieġeb ukoll għall-ħtieġa ta' azzjoni kif identifikata fir-rapport “Il-Ħolqien ta' Ewropa Innovattiva” ta' Jannar 2006. Dan ir-rapport jidentifika l-Farmaċewtiċi bħala qasam stateġiku ewlieni u jenfasizza l-ħtieġa għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi fil-livell Ewropew.

(9)

L-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar “Mediċini Innovattivi” għandha tkun sħubija pubblika-privata bil-għan li żżid l-investimenti fis-settur tal-bijofarmaċewtika fl-Ewropa, fl-Istati Membri u fil-pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru. Hija għandha tipprovdi benefiċċji soċjo-ekonomiċi għaċ-ċittadini Ewropej, tikkontribwixxi għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, iżżid il-kompetittività ta' l-Ewropa u tgħin biex tistabbilixxi l-Ewropa bħala l-iktar post attraenti għar-riċerka u l-iżvilupp tal-bijofarmaċewtiċi.

(10)

L-objettiv ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar “Mediċini Innovattivi” għandu jkun it-trawwim tal-kollaborazzjoni bejn il-partijiet interessati kollha bħall-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi (inklużi r-regolaturi), l-organizzazzjonijiet ta' pazjenti, il-qasam akkademiku u ċ-ċentri kliniċi. L-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għandha tiddefinixxi aġenda ta' riċerka li dwarha jaqbel kulħadd (minn hawn 'il quddiem imsejħa “L-Aġenda ta' Riċerka”) li ssegwi mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-Aġenda ta' Riċerka Strateġika żviluppata mill-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea dwar il-Mediċini Innovattivi li identifikat l-effikaċja, is-sigurtà, il-ġestjoni ta' l-għarfien u t-taħriġ bħala oqsma importanti.

(11)

L-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar “Mediċini Innovattivi” għandha tipproponi approċċ ikkoordinat biex jingħelbu l-ostakoli fir-riċerka identifikati fil-proċess ta' l-izvilupp tal-mediċini, u biex jiġu appoġġati r-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi prekompetittivi', sabiex jitħaffef l-iżvilupp ta' mediċini sikuri u iktar effettivi għall-pazjenti. F'dan il-kuntest ’ir-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi prekompetittivi’ għandha tinftiehem bħala riċerka dwar l-għodod u l-metodoloġiji li jintużaw fil-proċess ta' l-iżvilupp tal-mediċini.

(12)

L-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar Mediċini Innovattivi għandha twassal strateġiji, metodi u teknoloġiji ġodda, ittejjeb l-ġestjoni ta' l-għarfien tar-riżultati fir-riċerka u tad-data u ttejjeb it-taħriġ tal-professjonisti. Għal dan il-għan huwa meħtieġ li tiġi stabbilita Impriża Konġunta bħala entità ġuridika għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (minn hawn 'l quddiem imsejħa l-“Impriża Konġunta għall-IMI”).

(13)

L-objettiv ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI għandu jinkiseb permezz ta' appoġġ għall-attivitajiet ta' riċerka billi jinġabru r-riżorsi minn setturi pubbliċi u privati. Għal dan il-għan, l-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tkun kapaċi torganizza sejħiet kompetittivi għal proposti biex jiġu appoġġati l-attivitajiet ta' riċerka. Tali attivitajiet ta' riċerka għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali applikabbli fis-Seba' Programm Kwadru.

(14)

L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tiġi stabbilita għal perijodu sal-31 ta' Diċembru 2017 biex tkun żgurata ġestjoni xierqa ta' l-attivitajiet ta' riċerka inizjati iżda li ma ġewx konklużi matul is-Seba' Programm Kwadru (2007-2013).

(15)

L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tkun entità stabbilita mill-Komunità li tirċievi l-awtorizzazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha mingħand il-Parlament Ewropew, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'l quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”) (4) filwaqt li madankollu jittieħed kont ta' l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala sħubiji pubbliċi-privati u b'mod partikolari mill-kontribut tas-settur privat lill-baġit

(16)

Il-Membri Fundaturi ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI għandhom ikunu l-Komunità u l-EFPIA.

(17)

L-EFPIA hija organizzazzjoni li ma taħdimx għall-profitt li tirrappreżenta l-industrija farmaċewtika bbażata fuq ir-riċerka fl-Ewropa. L-għan ta' l-EPFIA huwa li jkun żgurat u jkun promoss l-iżvilupp teknoloġiku u ekonomiku ta' l-industrija farmaċewtika fl-Ewropa. L-EFPIA hija miftuħa għal sħubija għal assoċjazzjonijiet nazzjonali ta' kumpanniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka, kif ukoll b'mod dirett għal kumpanniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka. Hija tapplika prinċipji ġenerali ta' ftuħ u trasparenza għal sħubija li tiżgura involviment industrijali wiesa'.

(18)

L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tkun miftuħa għal membri ġodda.

(19)

Ir-regoli għall-organizzazzjoni u l-operat ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tiġi stabbilita fl-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI bħala parti minn dan ir-Regolament.

(20)

Ittra ta' impenn dwar l-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI ġiet iffirmata mill-EFPIA u l-kumpanniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka li huma membri ta' l-EFPIA,

(21)

L-attivitajiet ta' riċerka għandhom jiġu koperti b'finanzjament mill-Komunità u mill-anqas fuq livell ugwali minn riżorsi mill-kumpanniji farmaċewtici bbażati fuq ir-riċerka li huma membri ta' l-EFPIA. Possibbiltajiet oħra ta' finanzjament jistgħu jkunu disponibbli, inter alia, mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, b'mod partikolari permezz tal-Faċilità għat-Tqassim tar-Riskju Finanzjarju żviluppata b'mod konġunt mal-BEI u l-Kummissjoni skond l-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE.

(22)

L-ispejjeż tal-ġestjoni ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI għandhom ikunu koperti b'ammonti ugwali mill-EFPIA u mill-Komunità.

(23)

Biex tkun żgurata sħubija ugwali, il-kumpanniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka li huma membri ta' l-attivitajiet ta' l-EFPIA m'għandhomx ikunu eliġibbli biex jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Impriża Konġunta għall-IMI.

(24)

L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tadotta, skond ir-Regolament Finanzjarju u soġġett għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, regoli finanzjarji speċifiċi li jieħdu kont tal-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha li jirriżultaw, b'mod partikolari mill-ħtieġa li jingħaqad il-finanzjament Komunitarju ma' dak privat biex jiġu appoġġati attivitajiet ta' riċerka u żvilupp. Biex ikun żgurat trattament armonizzat bejn il-parteċipanti ta' l-attivitajiet ta' riċerka ta' l-Impriża Konġunta u dawk ta' l-azzjonijiet indiretti tas-Seba' Programm Kwadru, huwa xieraq li t-taxxa fuq il-valur miżjud ma tkunx spiża eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju, f'konformità mar-Regolament (KE) 1906/2006 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għat-tixrid tar-riżultati ta' riċerka (2007-2013).

(25)

Il-ħtieġa li jiġu żgurati kondizzjonijiet ta' impjieg stabbli u trattament ugwali tal-persunal, u sabiex jiġi attirat persunal xjentifiku u tekniku ta' l-ogħla kalibru, teħtieġ l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (6) għall-persunal kollu reklutat mill-Impriża Konġunta għall-IMI.

(26)

Bħala korp li għandu personalità ġuridika, l-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tkun responsabbli għall-azzjonijiet tagħha. Fir-rigward tar-riżoluzzjoni tat-tilwim f'materji kuntrattwali, għandu jkun possibbli li l-kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta jipprevedu li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ikollha ġuriżdizzjoni.

(27)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu prevenuti irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi li jkunu ntilfu, tħallsu ħażin jew intużaw b'mod mhux korrett skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (7), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (8), u r-Regolament (KE) Nru1073/1999 Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1073/1999 (KE) tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (9).

(28)

Sabiex jitħaffef l-istabbiliment ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-operat inizjali ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI sakemm ikollha l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess.

(29)

L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tiġi stabbilita fi Brussell, il-Belġju. Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Konġunta għall-IMI u l-Belġju dwar l-uffiċċji, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jipprovdi l-Belġju lill-Impriża Konġunta għall-IMI.

(30)

Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI, ma jistax jinkiseb b' mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura transnazzjonali ta' l-isfida kbira ta' riċerka li ġiet identifikata, li tirrikjedi l-ġabra ta' għarfien komplementari u ta' riżorsi finanzjarji fis-setturi u fil-fruntieri kollha u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-objettiv,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Stabbiliment ta' Impriża Konġunta

1.   B'dan qed tiġi stabbilita Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għal perijodu sal-31 ta' Diċembru 2017 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Impriża Konġunta għall-IMI”).

2.   L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha jkollha s-sede tagħha fi Brussell, il-Belġju.

Artikolu 2

Objettivi

L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru u b'mod partikolari t-Tema “Saħħa” tal-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta is-Seba' Programm Kwadru. Hija għandha jkollha l-objettiv li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effettivitità tal-proċess ta' żvilupp tal-mediċini bil-għan fuq perijodu fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effettivi u siguri. B'mod partikolari, hi għandha:

(a)

tappoġġa ’ir-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi prekompetittivi’ fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru permezz ta' approċċ ikkoordinat sabiex jingħelbu l-ostakoli fir-riċerka identifikati fil-proċess ta' l-izvilupp tal-mediċini;

(b)

tappoġġa l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta' riċerka kif stabbiliti mill-Aġenda ta' Riċerka ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar “Mediċini Innovattivi” (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Attivitajiet ta' Riċerka”), b'mod partikolari permezz ta' għotjiet wara sejħiet kompetittivi għal proposti;

(ċ)

tiżgura l-komplimentarjetà ma' attivitajiet oħrajn tas-Seba' Programm Kwadru;

(d)

tkun sħubija pubblika-privata bil-għan li żżid l-investimenti tar-riċerka fis-settur bijofarmaċewtiku, fl-Istati Membri u fil-pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru billi jinġabru r-riżorsi u titrawwem l-kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati

(e)

tippromwovi l-involviment ta' l-SMEs fl-attivitajiet tagħha, b'konformità ma' l-objettivi tas-Seba' Programm Kwadru.

Artikolu 3

Status Ġuridiku

L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tkun korp Komunitarju u għandha jkollha personalità ġuridika. Fl-Istati Membri kollha tal-Komunità Ewropea, għandha tgawdi l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skond il-liġijiet ta' dawk l-Istati. Hija tista', b'mod partikolari takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tkun parti fi proċedimenti ġuridiċi.

Artikolu 4

Statuti

L-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI, kif stabbiliti fl-Anness għal dan, jikkostitwixxu parti integrali ta' dan ir-Regolament u huma b'dan adottati.

Artikolu 5

Kontribut Komunitarju

1.   Il-kontribut Komunitarju massimu lill-Impriża Konġunta għall-IMI biex ikopri spejjeż ta' ġestjoni u Attivitajiet ta' Riċerka għandu jkun ta' EUR 1 000 miljun. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprjazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea allokat għat-Tema “Saħħa” tal-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   L-arranġamenti għall-kontribut finanzjarju Komunitarju għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' ftehim ġenerali u arranġamenti finanzjarji annwali li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f'isem il-Komunità, u l-Impriża Konġunta għall-IMI.

3.   Il-Kontribut Komunitarju lill-Impriża Konġunta għall-IMI biex ikopri l-ispejjeż għall-Attivitajiet ta' Riċerka għandu jingħata wara sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti.

Artikolu 6

Regoli Finanzjarji

1.   L-Impriżi Konġunti għall-IMI għandhom jadottaw regoli finanzjarji speċifiċi skond l-Artikolu 185(1) tar-Regolament Finanzjarju. Huma jistgħu jmorru lil hinn mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2343/2002 (10) dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju fejn il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI jirrikjedu dan u soġġett għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

2.   L-Impriża Konġunta ta' l-IMF għandu jkollha l-kapaċità ta' verifika interna tagħha nnifisha.

Artikolu 7

Persunal

1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal- Komunitajiet Ewropej bil-għan li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti dwar il-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI u d-Direttur Eżekuttiv tagħha.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 6(3) ta' l-Istatuti, l-Impriża Konġunta għall-IMI għandha teżerċita s-setgħat konferiti lill-awtorità li taħtar bir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti mill-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-persunal tagħha.

3.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu, fi qbil mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa msemmijin fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

4.   Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu ddeterminati fil-pjan ta' l-istabbilment ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI li ser jiġi stabbilit fil-baġit annwali.

5.   Il-persunal ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI għandu jikkonsisti minn aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali reklutati għal perijodu fiss li jista' jiġġedded għal mhux aktar minn darba għal perijodu fiss. Il-perijodu totali ta' reklutaġġ m'għandux jeċċedi s-seba' snin u m'għandu fl-ebda każ jeċċedi d-durata ta' l-Impriża Konġunta.

6.   L-ispejjeż kollha relatati mal-persunal għandhom jinġarru mill-Impriża Konġunta għall-IMI.

Artikolu 8

Privileġġi u Immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw għall-Impriża Konġunta għall-IMI u l-persunal tagħha.

Artikolu 9

Responsabbiltà

1.   Ir-responsabbilità kuntrattwali ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim jew il-kuntratt ikkonċernat.

2.   Fil-każ ta' responsabbilità li mhijiex kuntrattwali, l-Impriża Konġunta għall-IMI għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkawżata mill-persunal tagħha waqt li jkunu qed iwettqu dmirijiethom.

3.   Kwalunkwe pagament mill-Impriża Konġunta għall-IMI fir-rigward tar-responsabbilità msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-ispejjeż u l-infiq imġarrba f'rabta ma' dan għandhom jitqiesu bħala nefqa ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI u għandhom jiġu koperti bir-riżorsi ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.

4.   L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tkun unikament responsabbli biex tissodisfa l-obbligi tagħha.

Artikolu 10

Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u liġi applikabbli

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni:

(a)

f'kull tilwima bejn il-Membri marbuta mas-suġġett ta' dan ir-Regolament u/jew l-Istatuti msemmijin fl-Artikolu 4;

(b)

skond kwalunkwe klawsola ta' arbitraġġ li jkun hemm fi ftehim u kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta għall-IMI;

(ċ)

f'azzjonijiet miġjuba kontra l-Impriża Konġunta għall-IMI, inklużi deċiżjonijiet tal-Korpi tagħha, skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat;

(d)

f'tilwimiet marbuta ma' kumpens għal danni kkawżati mill-persunal ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

2.   Għal kwalunkwe kwistjoni mhux koperta minn dan ir-Regolament jew b'atti oħrajn tal-liġi Komunitarja, għandha tapplika l-liġi ta' l-Istat fejn tinsab is-sede ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.

Artikolu 11

Rapport, evalwazzjoni u kwittanza

1.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-progress li jkun inkiseb mill-Impriża Konġunta għall-IMI. Dan ir-rapport għandu jkun fih id-dettalji ta' l-implimentazzjoni inkluż in-numru ta' proposti ppreżentati, in-numru ta' proposti magħżulin għal finanzjament, it-tip ta' parteċipanti, inklużi SMEs, u l-istatistiki tal-pajjiżi.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2010, kif ukoll sal-31 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI bl-assistenza ta' esperti indipendenti abbażi ta' termini ta' referenza stabbiliti wara konsultazzjoni ma' l-Impriża Konġunta għall-IMI. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jkopru l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI u l-progress lejn l-objettivi stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, proposti biex jiġi emendat dan ir-Regolament, inkluża l-possibbiltà ta' terminazzjoni bikrija ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem ta' l-Impriża Konġunta, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura prevista fir-regoli Finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI msemmija fl-Artikolu 6.

Artikolu 12

Protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Membri u miżuri kontra l-frodi

1.   L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Membri tagħha huma protetti b'mod adegwat billi twettaq jew tippermetti t-twettiq ta' kontrolli interni u esterni xierqa.

2.   F'każ ta' irregolaritajiet imwettqa mill-Impriża Konġunta għall-IMI jew il-persunal tagħha, il-Membri għandhom jirriżervaw id-dritt li jirkupraw kwalunkwe ammont li jkun intefaq b'mod mhux xieraq jew inaqqsu jew jissospendu kwalunkwe kontribut sussegwenti lill-Impriża Konġunta għall-IMI.

3.   Għall-finjiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew atti illegali oħra, għandu japplika r-Regolament 1073/1999.

4.   L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha twettaq kontrolli fuq il-post u verifiki finanzjarji fost il-parteċipanti ta' l-attivitajiet ta' Riċerka ffinanzjati mill-Impriża Konġunta għall-IMI.

5.   Il-Kummissjoni u/jew il-Qorti ta' l-Awdituri jistgħu, jekk meħtieġ, iwettqu kontrolli fuq il-post fost id-destinatarji tal-finanzjament ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI u l-aġenti responsabbli biex jallokawh. Għal dak il-għan, l-Impriża Komuni għall-IMI għandha tiżgura li l-ftehim ta' għoti u l-kuntratti jipprevedu d-dritt tal-Kummissjoni u tal-Qorti ta' l-Awdituri li jwettqu l-kontrolli xierqa u, fil-każ li jinstabu irregolaritajiet, biex jimponu penali dissważivi u proporzjonali.

6.   L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (11) għandu jgawdi mill-istess setgħat fir-rigward ta' l-Impriża Konġunta IMI u l-persunal tiegħu li jgawdi minnhom fir-rigward ta' dipartimenti tal-Kummissjoni. Hekk kif tiġi stabbilita l-Impriża Konġunta IMI hi għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta' investigazzjonijiet interni mill-OLAF (12). L-Impriża Konġunta IMI għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet interni mwettqa mill-OLAF.

Artikolu 13

Kunfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, l-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva, li jekk tinkixef tista' tagħmel ħsara lill-interessi tal-Membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.

Artikolu 14

Transparenza

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess għal dokumentital-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (13) għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta għall-IMI.

2.   L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tas-7 ta' Awwissu 2008.

3.   Deċiżjonijiet meħuda mill-Impriża Konġunta għall-IMI skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jifformaw is-suġġett ta' lment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

Artikolu 15

Proprjetà Intelletwali

L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tadotta regoli distinti dwar il-protezzjoni, l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka bbażati fuq il-prinċipji tar-Regolament (KE) 1906/2006 kif stabbiliti fl-Artikolu 22 ta' l-Istatuti li jiżguraw li, fejn ikun jixraq, il-proprjetà intellettwali ġġenerata fl-Attivitajiet ta' Riċerka skond dan ir-Regolament tiġi protetta, u li r-riżultati tar-riċerka jintużaw u jiġu disseminati.

Artikolu 16

Azzjonijiet ta' tħejjija

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-operat inizjali ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI sakemm l-Impriża Konġunta jkollha l-kapaċità operattiva li timplimenta l-baġit tagħha stess. Hija għandha twettaq, skond il-liġi Komunitarja, l-azzjonijiet kollha meħtieġa f'kollaborazzjoni ma' Membri Fundaturi oħrajn u bl-involviment tal-Bord ta' Tmexxija.

2.   Għal dak il-għan, sa meta d-Direttur Eżekuttiv jieħu l-inkarigu tiegħu wara l-aħtra teigħu mill-Bord ta' Tmexxija skond l-Artikolu 6(3) ta' l-Istatuti, il-Kummissjoni tista' tassenja numru limitat mill-uffiċjali tagħha, inkluż wieħed biex jiżvolġi l-funzjonijiet ta' Direttur Eżekuttiv, fuq bażi iterim.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv interim jista' jawtorizza l-pagamenti kollha koperti mill-krediti previsti fil-baġit ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI malli jkunu approvati mill-Bord ta' Tmexxija u jista' jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti tal-persunal wara l-adozzjoni tal-pjan ta' stabbiliment ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI. L-uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni jista' jawtorizza l-pagamenti kollha koperti mill-krediti previsti fil-baġit ġenerali ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.

Artikolu 17

Appoġġ mill-Istat ospitanti

Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Konġunta għall-IMI u l-Belġju dwar l-akkomodazzjoni għall-uffiċċji, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jipprovdi l-Belġju lill-Impriża Konġunta għall-IMI.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


(1)  Opinjoni mogħtija fl-24 ta' Ottubru 2007. Għada mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86, ikkoreġuta bil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 30.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(5)  ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 337/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 1).

(7)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(8)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(9)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(10)  ĠU L 35, 31.12.2002, p. 72.

(11)  ĠU L 136, 31.5.1999. p. 20.

(12)  ĠU L 136, 31.5.1999. p. 15.

(13)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


ANNESS

L-ISTATUTI TA' L-IMPRIŻA KONĠUNTA GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-INIZJATTIVA TEKNOLOĠIKA KONĠUNTA DWAR IL-MEDIĊINI INNOVATTIVI

Artikolu 1

Kompiti u attivitajiet

Il-kompiti u l-attivitajiet prinċipali ta' l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni ta' l-inizjattiva teknoloġika konġunta dwar il-mediċini innovattivi (Impriża Konġunta IMI) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

li jiġu żgurati l-istabbiliment u l-ġestjoni sostenibbli ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar “Mediċini Innovattivi”;

(b)

li jiġi definit u jitwettaq il-pjan ta' implimentazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 18 permezz ta' sejħiet għal proġett;

(c)

li ssir reviżjoni regolari u jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għall-Aġenda ta' Riċerka ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar “Mediċini Innovattivi” fid-dawl ta' żviluppi xjentifiċi li jseħħu waqt l-implimentazzjoni tagħha;

(d)

li r-riżorsi meħtieġa tas-settur pubbliku u privat jiġu mobilizzati;

(e)

li tiġi stabbilta u żviluppata kooperazzjoni mill-qrib u għall-perijodu fit-tul bejn il-Komunità, l-industrija u l-partijiet interessati l-oħra bħal korpi regolatorji, organizzazzjonijiet tal-pazjenti, l-akkademja u ċ-ċentri kliniċi, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-akkademja;

(f)

li tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni ma' l-attivitajiet nazzjonali u internazzjonali f'dan il-qasam;

(g)

li jitwettqu attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni;

(h)

li jkun hemm komunikazzjoni u interazzjoni ma' l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru permezz ta' grupp stabbilit speċifikament għal dan il-għan, minn hawn iil quddiem imsejjaħ “Il-Grupp tar-Rappreżentnti ta' l-Istati għall-IMI”;

(i)

li tiġi organizzazzata mill-anqas laqgħa annwali, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Forum tal-Partijiet Interessati mal-gruppi ta' interess biex jiġu żgurati ftuħ u trasparenza ta' l-Attivitajiet ta' Riċerka ta' l-Impriza Konġunta għall-IMI mal-partijiet interessati tagħha;

(j)

li jiġu avżati l-entitajiet ġuridiċi li jkunu kkonkludew ftehim ta' għotja, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ Ftehim ta' Għotja, ma' l-Impriza Konġunta għall-IMI bl-opportunitajiet ta' self potenzjali mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, b'mod partikolari l-Faċilità għat-Tqassim tar-Riskju Finanzjarju stabbilita skond is-Seba' Programm Kwadru.

(k)

li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar il-proġetti, inkluż l-isem tal-parteċipanti, u l-ammont tal-kontribut finanzjarju ta' l-Impriza Konġunta għall-IMI għal kull parteċipant;

(l)

li tiġi żgurata l-effiċjenza ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar “Mediċini Innovattivi”;

(m)

li titwettaq kwalunkwe attività oħra meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Reoglament.

Artikolu 2

Membri

1.   Il-membri fundaturi ta' l-Impriza Konġunta għall-IMI, minn hawn il quddiem imsejħa l-“Membri Fundaturi”, għandhom ikunu:

(a)

il-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni; u,

(b)

ma' l-aċċettazzjoni ta' l-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI, il-Federazzjoni Ewropea ta' l-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi minn hawn 'il quddiem imsejħa “EFPIA”, assoċjazzjoni li ma taħdimx għall-profitt irreġistrata taħt il-liġi Svizzera (numru ta' reġistrazzjoni 4749) bl-uffiċju permanenti tagħha fi Brussell, il-Belġju. L-EFPIA topera bħala organizzazzjoni rappreżentattiva ta' l-Industrija Farmaċewtika fl-Ewropa.

2.   Dment li dawn jikkontribwixxu għall-finanzjament biex jinkisbu l-objettivi ta' l-Impriza Konġunta għall-IMI kif deskritt fl-Artikolu 2 tar-Regolament u li jaċċettaw l-Istatuti ta' l-Impriża Konġuta għall-IMI, kwalunkwe entità ġuridika li tappoġġa direttament jew indirettament ir-riċerka u l-iżvilupp fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat mas-Seba' Programm Kwadru tista' tapplika biex issir Membru ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.

3.   Il-Membri Fundaturi u l-membri l-ġodda msemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma minn hawn 'il quddiem msejħa l-“Membri”.

Artikolu 3

Adeżjoni u bidliet għas-sħubija

1.   Kwalunkwe applikazzjoni għal sħubija ġdida għandha tiġi indirizzata lill-Bord ta' Tmexxija.

2.   Id-Deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kwalunkwe entità ġuridika oħra għandhom jittieħdu b'kont meħud tar-relevanza u l-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant biex ikunu jistgħu jinkisbu l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI. Għal kwalunkwe applikazzjoni ta' sħubija ġdida, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni f'waqtha lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni u, fejn applikabbli, dwar id-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija.

3.   Kwalunkwe Membru jista' jittermina s-sħubija tiegħu ma' l-Impriza Konġunta għall-IMI. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva u rrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Membri l-oħra, u wara dan, il-Membru preċedenti għandu jiġi rrilaxxat minn kwalunklwe obbligu għajr dak approvat mill-Impriża Konġunta għall-IMI qabel it-terminazzjoni tas-sħubija.

4.   Is-Sħubija fl-Impriża Konġunta għall-IMI ma tistax tiġi ttrasferita lil terza parti sakemm ma tingħatax l-approvazzjoni minn qabel tal-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 4

Korpi

1.   Il-korpi ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI għandhom ikunu:

il-Bord ta' Tmexxija;

id-Direttur Eżekuttiv;

il-Kumitat Xjentifiku.

2.   Jekk kompitu speċifiku ma jiġix assenjat lil wieħed minn dawn il-korpi, il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun il-korp kompetenti.

3.   L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tkun appoġġata minn żewġ korpi konsultattivi esterni: il-Grupp tar-Rappreżentanti ta' l-Istati fl-IMI u l-Forum tal-Partijiet Interessati.

Artikolu 5

Bord ta' Tmexxija

Kompożizzjoni, drittijiet tal-vot u teħid ta' deċiżjonijiet

(a)

Kull Membru ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI għandu jkun rappreżentat fil-Bord ta' Tmexxija b'massimu ta' ħames rappreżentanti;

(b)

il-Membri Fundaturi għandu jkollhom ħames voti kull wieħed fil-Bord ta' Tmexxija;

(c)

id-dritt tal-vot ta' kwalunkwe Membru ġdid għandu jiġi ddeterminat fi proporzjon mal-kontribut tiegħu lejn il-kontributi totali għall-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI;

(d)

il-vot ta' kull Membru għandu jkun indiviżibbli;

(e)

il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħmel deċiżjonijiet b'maġġoranza ta' tliet kwarti u għandu jitlob il-vot pożittiv mill-Membri Fundaturi;

(f)

il-president tal-Bord ta' Tmexxija għandu jkun rappreżentant tal-Membri Fundaturi, li jservu fuq bażi rotanti;

(g)

ir-rappreżentanti tal-Membri m'għandhomx ikunu responsabbli personalment għal azzjonijiet meħuda fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti fuq il-Bord ta' Tmexxija.

Ir-rwol u l-kompiti

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu r-responsabbiltà kumplessiva għall-operazzjonijiet ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI u għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tagħha.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu, b'mod partikolari:

(a)

jivvaluta l-applikazzjoni(jiet) u jiddeċiedi bidliet fi sħubija skond l-Artikolu 3;

(b)

jiddeċiedi fuq it-terminazzjoni tas-sħubija fl-Impriza Konġunta għall-IMI ta' kwalunkwe Membru li ma jissodisfax l-obbligi tiegħu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jiżguraw konformità mal-liġi Komunitarja;

(c)

japprova l-proposta tal-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali u l-istimi ta' nfiq korrispondenti;

(d)

japprova l-proposta tal-Baġit Annwali, inkluż il-pjan ta' stabbiliment tal-persunal;

(e)

japprova s-sejħiet għall-proposti;

(f)

japprova r-Rapport ta' l-Attività Annwali, inkluża l-ispiża korrispondenti;

(g)

japprova l-Kontijiet Annwali u l-karta tal-bilanċ,

(h)

japprova, kif meħtieġ. kwalunkwe bidla għall-Aġenda ta' Riċerka rakkomandata mill-Kumitat Xjentifiku;

(i)

japprova l-linji ta' gwida dwar l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti ta' proġetti kif proposti mill-Uffiċċju Eżekuttiv;

(j)

japprova l-lista tal-proposti ta' proġetti magħżula;

(k)

jaħtar, ikeċċi jew jissostitwixxi lid-Direttur Eżekuttiv, jagħti gwida u direzzjoni lid-Direttur Eżekuttiv, u jissorvelja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(l)

japprova l-istruttura organizzattiva ta' l-Uffiċċju Eżekuttiv abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv;

(m)

jadotta r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI skond l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament;

(n)

japprova r-regoli u l-proċeduri interni ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI, inkluża l-Politika dwar il-Proprjetà Intellettwali f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 22;

(o)

jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu skond il-paragrafu 3;

(p)

japprova l-inizjattivi biex jiġu emendati l-Istatuti skond l-Artikolu 23;

(q)

jassenja kwalunkwe kompitu mhux allokat speċifikament lil wieħed mill-korpi l-oħra ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.

(r)

jadotta l-arranġamenti prattiċi biex jiġi implimentat ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 kif imsemmi fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament;

(s)

Jissorvelja l-attivitajiet kumplessivi ta' l-Impriża Komuni għall-IMI.

Regoli ta' proċedura

(a)

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. Għandhom jitlaqqgħu laqgħat straordinarji fuq talba ta' wieħed mill-Membri jew fuq it-talba tad-Direttur Ġenerali. Il-laqgħat għandhom normalment isiru fis-sede ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.

(b)

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor f'każijiet partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipparteċipa fil-laqgħat.

(c)

Il-president tal-Grupp tar-Rappreżentanti ta' l-Istati għall-IMI għandu jkollu d-dritt li jattendi l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservatur.

(d)

Il-president tal-Kumitat Xjentifiku għandu jipparteċipa fuq stedina tal-Bord ta' Tmexxija, jekk l-aġenda tkun teħtieġ dan.

(e)

L-osservaturi u/jew esperti oħra jistgħu jiġu mistiedna mill-Bord ta' Tmexxija biex jattendu għal-laqgħat skond l-eżiġenza ta' l-aġenda.

Artikolu 6

Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli mill-ġestjoni ta' kuljum ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI skond id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija. F'dak il-kuntest, hu għandu jinfurma regolarment lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Kumitat Xjentifiku kif ukoll iwieġeb għal kwalunkwe talba speċifika ad hoc tagħhom għal informazzjoni. Id-Direttur għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal, is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament;

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun r-rappreżentant legali ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI. Hu għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b'independenza sħiħa, u jkun responsabbli lejn il-Bord tat-Tmexxija.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija għal perijodu ta' tliet snin wara sejħa għal espressjonijiet ta' interess ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u f'rivisti oħrajn jew fuq siti ta' l-Internet. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur, il-Bord ta' Tmexxija jista' jestendi l-mandat għal darba għal perijodu ulterjuri ta' mhux iktar minn erba' snin.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu b'mod partikolari:

(a)

ikun resposabbli għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni relatati ma' l-Impriża Konġunta għall-IMI;

(b)

jiġġestixxi b'mod xieraq il-fondi pubbliċi u privati;

(c)

jirrakkomanda lill-Bord ta' Tmexxija, arranġamenti u linji ta' gwida għall-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti ta' proġetti għall-approvazzjoni. Dawn il-linji gwida għandhom jinkludu l-proċeduri, il-kompożizzjoni, id-doveri tal-kumitati ta' evalwazzjoni bejn il-pari li jevalwaw l-proposti għall-proġett u r-regoli għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka;

(d)

jissorvelja l-ġestjoni tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti tal-proġett, l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti tal-proġett, in-negozjar tal-proposti tal-proġetti li jkunu ntagħżlu, l-aġġornament tal-proposti tal-proġetti u l-amministrazzjoni ta' l-għotjiet, inkluż il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka ffinanzjati;

(e)

ikun responsabbli għall-istabbiliment u l-ġestjoni ta' sistema ta' kontijiet xierqa;

(f)

jipprovdi lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Kumitat Xjentifiku bid-dokumentazzjoni relevanti u l-appoġġ loġistiku;

(g)

iħejji l-proposta tal-pjan ta' implimentazzjoni annwali u l-istimi ta' nfiq korrispondenti;

(h)

iħejji l-proposta tal-baġit annwali, inkluż l-pjan ta' stabbiliment tal-persunal;

(i)

iħejji r-rapport ta' l-attività annwali, inkluż l-infiq korrispondenti;

(j)

iħejji l-kontijiet annwali u l-karta tal-bilanċ;

(k)

iħejji kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tkun mitluba mill-Bord ta' Tmexxija;

(l)

jiġġestixxi s-sejħiet għall-offerti għall-ħtiġiet tal-merkanzija/servizzi ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI skond ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI;

(m)

iħejji s-sejħiet għall-proposti;

(n)

iwettaq il-ħidmiet fdati jew delegati lilu mill-Bord ta' Tmexxija;

(o)

jippreżenta lill-Bord ta' Tmexxija kwalunkwe bidla għall-Aġenda tar-Riċerka kif ikun ġie rrakkomandat mill-Kumitat Xjentifiku;

(p)

jippreżenta lill-Bord ta' Tmexxija l-proposta(i) tiegħu dwar l-istruttura ta' organizzazzjoni ta' l-Uffiċċju Eżekuttiv u jorganizza, jidderieġi u jissorvelja l-persunal ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI;

(q)

ilaqqa' l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija;

(r)

isejjaħ il-laqgħa annwali tal-Forum tal-Partijiet Interessati biex jiżgura ftuħ u trasparenza ta' l-attivitajiet ta' l-Impriza Konġunta għall-IMI mal-partijiet interessati tagħha;

(s)

jattendi kif jixraq il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija, tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Forum tal-Partijiet Interessati bħala osservatur;

(t)

jekk ikun jixraq, jistabbilixxi korpi/kumitati xjentifiċi ad hoc/sussidjarji deċiżi mill-Bord ta' Tmexxija u jiġbor il-parir xjentifiku ta' l-esperti;

(u)

jipprovdi lill-Bord ta' Tmexxija bi kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tintalab mill-Bord;

(v)

ikun responsabli għall-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju;

(w)

jipproponi lill-Bord ta' Tmexxija kwalunkwe assigurazzjoni li l-Impriża Konġunta għall-IMI għandha mnejn teħtieġ sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha;

(x)

jieħu r-responsabbilità biex jikkonkludi Ftehim ta' Għotja għall-implimentazzjoni ta' l-Attivitajiet ta' Riċerka, u ta' kuntratti ta' servizz u provvista meħtieġa għall-operazzjonijiet ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI kif imsemmija fl-Artikolu 12.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun appoġġat mill-persunal ta' l-Uffiċċju Eżekuttiv.

Artikolu 7

Kumitat Xjentifiku

1.   Il-Kumitat Xjentifiku huwa korp konsultattiv għall-Bord ta' Tmexxija u għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' u bl-appoġġ ta' l-Uffiċċju Eżekuttiv.

2.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun magħmul minn mhux iktar minn 15-il membru.

3.   Il-Membri għandhom jirriflettu rappreżentazzjoni bbilanċjata ta' esperti mill-kamp ta' l-akkademja, mill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, mill-industrija u mill-korpi regolatorji. B'mod kollettiv, il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkollhom il-kompetenzi u l-għarfien espert xjentifiċi li jkopru l-proċess kollu ta' l-iżvilupp tal-mediċini meħtieġ biex isiru rakkomandazzjonijiet strateġiċi bbażati fuq ix-xjenza dwar l-Impriża Konġunta għall-IMI.

4.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u l-proċess ta' għażla għall-kompożizzjoni tal-Kumitat Xjentifiku u għandu jaħtar il-membri tiegħu minn lista proposta mill-Grupp tar-Rappreżentanti ta' l-Istati Membri fl-IMI.

5.   Il-president għandu jiġi elett bil-kunsens tal-Kumitat Xjentifiku minn fost il-membri tiegħu.

6.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)

jagħti parir dwar ir-rilevanza kontinwa ta' l-Aġenda ta' Riċerka u jirrakkomanda kwalunkwe emenda;

(b)

jagħti parir dwar prijoritajiet xjentifiċi għall-proposta tal-pjan ta' implimentazzjoni annwali;

(c)

jagħti parir lill-Bord ta' Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv dwar il-kisbiet xjentifiċi deskritti fir-rapport ta' attività annwali;

(d)

jagħti parir dwar il-kompożizzjoni tal-kumitati ta' evalwazzjoni bejn il-pari.

7.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena u għandu jitlaqqa' mill-president.

8.   Il-Kumitat Xjentifiku jista', bil-qbil tal-President, jistieden persuni li mhumiex membri biex jipparteċipaw fil-laqgħat tiegħu u jesprimu l-pariri tagħhom.

Artikolu 8

Grupp tar-Rappreżentanti ta' l-Istati fl-IMI

Kompożizzjoni

Il-Grupp tar-Rappreżentanti ta' l-Istati fl-IMI għandu jikkonsisti minn rappreżentat wieħed ta' kull Stat Membru u ta' kull pajjiż assoċjat mal-Programm Kwadru. Huwa għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu.

Rwol u kompiti

Il-Grupp tar-Rappreżentanti ta' l-Istati fl-IMI għandu jkollu rwol konsultattiv għall-Impriża Konġunta għall-IMI u għandu jaġixxi bħala l-kollegament bejn l-Impriża Konġunta għall-IMI u l-partijiet interessati rilevanti fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. Huwa għandu b'mod partikolari:

(a)

jagħti parir dwar il-prijoritajiet xjentifiċi annwali, inklużi s-sinerġiji mal-Programm Kwadru;

(b)

jiffaċilita t-tixrid ta' informazzjoni relatata mas-sejħiet għall-partijiet interessati fil-pajjiżi tagħhom stess;

(c)

jkun informat dwar l-eżitu tal-proċess ta' evalwazzjoni;

(d)

jipprovdi opinjoni dwar l-aġġornament ta' l-Aġenda ta' Riċerka;

(e)

jagħti parir dwar l-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI;

(f)

jagħti parir dwar il-bidliet għas-sejħa u l-proċess ta' evalwazzjoni u r-regoli tal-proprjetà intellettwali ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI;

(g)

jinforma lill-Impriża Konġunta għall-IMI dwar attivitajiet rilevanti li jkunu għaddejjin f'livell nazzjonali.

3.   Il-Grupp tar-Rappreżentanti ta' l-Istati fl-IMI għandu jiltaqa' mill-anqas darbtejn fis-sena u għandu jitlaqqa' mid-Direttur Eżekuttiv. Laqgħat straordinarji jistgħu jitlaqqgħu biex jiġu trattati materji speċifiċi ta' relevanza maġġuri għall-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI. Dawn il-laqgħat għandhom jissejħu mid-Direttur Eżekuttiv jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Grupp tar-Rappreżentanti ta' l-Istati fl-IMI. Il-Grupp tar-Rappreżentanti ta' l-Istati fl-IMI jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, joħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Impriża Konġunta għall-IMI. L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tinfurma lill-Grupp tar-Rappreżentanti ta' l-Istati fl-IMI bis-segwitu li ta għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jattendi għal-laqgħat tal-Grupp tar-Rappreżentanti ta' l-Istati fl-IMI.

Il-Grupp tar-Rappreżentanti ta' l-Istati fl-IMI għandu jadotta ir-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 9

Forum tal-Partijiet Interessati

1.   Il-Forum tal-Partijiet Interessati għandu jkun laqgħa miftuħa għall-partijiet interessati kollha u mlaqqa' mill-inqas darba fis-sena mid-Direttur Eżekuttiv.

2.   Il-Forum tal-Partijiet Interessati għandu jkun informat dwar l-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI u għandu jkun mistieden biex jipprovdi l-kummenti.

Artikolu 10

Funzjoni ta' Verifika Interna

Il-funzjonijiet fdati lill-awditur intern tal-Kummissjoni bl-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Bord ta' Tmexxija, li għandu jagħmel dispożizzjoni xierqa b'kont meħud tad-daqs u l-ambitu ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.

Artikolu 11

Sorsi ta' finanzjament

1.   Ir-riżorsi kollha ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI u l-attivitajiet tagħha għandhom ikunu ddedikati għall-objettivi previsti fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

2.   Ir-riżorsi li l-Impriża Konġunta għall-IMI daħħlet fil-baġit tagħha għandhom jikkonsistu minn:

(a)

Il-kontributi finanzjarji tal-Membri,

(b)

kwalunkwe dħul iġġenerat mill-Impriża Konġunta għall-IMI;

(c)

kwalunkwe kontribut, riżors u dħul finanzjarju ieħor.

L-interessi li jistgħu jiġu mill-kontributi mħallsa mill-Membri tagħha għandhom jitqiesu bħala dħul ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.

3.   L-ispejjeż ta' ġestjoni ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI għandhom ikunu ffinanzjati mill-Membri tagħha:

(a)

Il-Membri Fundaturi għandhom jikkontribwixxu f'livell ugwali, kull wieħed minnhom b'ammont li ma jeċċedix l-4 % tal-kontribut finanzjarju totali mill-Kumunità lill-Impriża Konġunta għall-IMI. Jekk parti mill-kontribut tal-Komunità ma jintużax jista' jkun disponibbli għall-Attivitajiet ta' Riċerka msemmija fil-paragrafu 4;

(b)

Kwalunkwe Membru ieħor għandu jikkontribwixxi fi proporzjon mal-kontribut totali tiegħu lejn l-Attivitajiet ta' Riċerka.

4.   L-Attivitajiet ta' Riċerka għandhom ikunu ffinanzjati b'mod konġunt permezz ta':

(a)

kontributi mhux monetarji (minn hawn 'il quddiem imsejħin “kontributi in natura”) minn kumpanniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka li huma membri ta' l-EFPIA, b'riżorsi (bħal persunal, tagħmir, oġġetti ta' konsum, eċċ) li għall-inqas ikunu ugwali għall-kontribut finanzjarju tal-Komunità;

(b)

kontribut finanzjarju li jkun ugwali għal dak tal-Komunità ġej mis-Seba' Programm Kwadru li ddaħħal fil-baġit ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.

(c)

kontributi minn Membri msemmija fl-Art 2(2).

Il-kontributi in natura għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni. Il-metodoloġija għall-evalwazzjoni ta' kontributi in natura għandha tkun definita fir-regoli u l-proċeduri interni ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI, f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħha u bbażata fuq ir-Regoli tal-Parteċipazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru. Kontibuti in natura għandhom jiġu verifikati minn awditur indipendenti.

5.   Il-kumpanniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka parteċipanti, li huma membri ta' l-EFPIA m'għandhomx ikunu eliġibbli biex jirċievu ebda appoġġ finanzjarju mill-Impriża Konġunta għall-IMI għal kwalunkwe attività.

6.   Jekk Membru ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI, jew kwalunkwe kumpannija farmaċewtika bbażata fuq ir-riċerka parteċipanti li tkun membru ta' l-EFPIA, jonqsu milli jirrispettaw l-impenji tagħhom fir-rigward tal-kontributi miftiehma, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' laqgħa tal-Bord ta' Tmexxija biex jiddeċiedi:

(a)

fil-każ ta' Membru li jonqos mill-obbligi tiegħu, jekk għandhiex tiġi tterminata s-sħubija tiegħu, jew jekk għandhiex tittieħed kwalunkwe miżura oħra sakemm ikun issodisfa l-obbligi tiegħu; jew

(b)

fil-każ ta' kumpannija farmaċewtika bbażata fuq ir-riċerka parteċipanti li tkun membru ta' l-EFPIA u li tkun qed tonqos mill-obbligi tagħha, liema miżuri xierqa għandhom jittieħdu.

7.   L-Impriża Konġunta għall-IMI għandu jkollha l-assi kollha ġġenerati minnha jew ttrasferiti lilha sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha previsti fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Attivitajiet ta' riċerka, Ftehim ta' Għotjiet u Ftehim ta' Proġetti

1.   L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tappoġġa attivitajiet ta' riċerka prospettivi wara sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti ta' proġetti, evalwazzjoni indipendenti, u l-konklużjoni ta' Ftehim ta' Għotjiet u Ftehim ta' Proġetti.

2.   L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tistabbilixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni, is-sorveljanza u l-kontroll tal-Ftehim ta' Għotjiet konklużi.

3.   Il-Ftehim ta' Għotja għandu:

(a)

jistabbilixxi l-arranġamenti xierqa għall-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka;

(b)

jistabbilixxi l-arranġamenti finanzjarji xierqa u r-regoli dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali abbażi tal-prinċipji kif stabbiliti fl-Artikolu 22;

(c)

jirregola r-relazzjoni bejn il-konsorzju magħżul u l-Impriża Konġunta għall-IMI.

4.   Il-Ftehim ta' Proġett għandu jkun konkluż bejn il-membri ta' konsorzju:

(a)

biex jistabbilixxi l-arranġamenti xierqa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Għotja;

(b)

biex jirregola r-relazzjoni bejn il-parteċipanti fi proġett.

5.   Kwalunkwe entità legali li twettaq attivitajiet rilevanti għall-objettivi ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat mas-Seba' Programm Kwadru għandha tkun eliġibbli biex tipparteċipa fi proġett. Kwalunkwe entità legali oħra tista' tipparteċipa jekk ikun hemm qbil dwar dan mill-Bord ta' Tmexxija.

6.   Minbarra l-kontribut għall-ispejjeż ta' ġestjoni kif stabbilit fl-Artikolu 11(13), il-kontribut Komunitarju lill-Impriża Konġunta għall-IMI għandu jintuża għall-implimentazzjoni ta' l-Attivitajiet ta' Riċerka. L-ogħla limiti ta' finanzjament ta' tali kontribut finanzjarju Komunitarju għandhom jikkonformaw ma' dawk stabbiliti mir-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba' Programm Kwadru. L-entitajiet ġuridiċi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal tali finanzjament:

(a)

intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (1);

(b)

entitajiet ġuridiċi stabbiliti bħala korpi pubbliċi li ma jaħdmux għall-profitt skond il-liġi nazzjonali (2);

(c)

organizzazzjonijiet intergovernattivi, li għandhom personalità ġuridika skond id-dritt pubbliku internazzjonali, kif ukoll kwalunkwe aġenzija speċjalizzata stabbilita minn tali organizzazzjonijiet intergovernattivi;

(d)

entitajiet ġuridiċi stabbiliti skond il-liġi Komunitarja;

(e)

entitajiet ġuridiċi stabbiliti bħala organizzazzjonijiet li ma jaħdmux għall-profitt li jwettqu r-riċerka jew l-iżvilupp teknoloġiku bħala wieħed mill-objettivi ewlenin tagħhom;

(f)

stabbilimenti ta' edukazzjoni sekondarja u għolja;

(g)

organizzazzjonijiet ta' pazjenti kwalifikati li ma jaħdmux għal profitt.

7.   Biex jiġu kkunsidrati eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju, l-ispejjeż li jsiru fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka għandhom ikunu mingħajr taxxa fuq il-valur miżjud.

Artikolu 13

Impenji finanzjarji

L-impenji finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI m'għandhomx jeċċedu l-ammont ta' riżorsi finanzjarji disponibbli jew impenjati għall-baġit tagħha mill-Membri tagħha.

Artikolu 14

Dħul finanzjarju

Minbarra meta l-Impriża Konġunta għall-IMI tiġi stralċjata skond l-Artikolu 24, kwalunkwe dħul żejjed fuq l-infiq m'għandux jitħallas lill-Membri ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.

Artikolu 15

Sena finanzjarja

Is-sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mas-sena kalendarja.

Artikolu 16

Implimentazzjoni finanzjarja

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.

Artikolu 17

Rappurtar finanzjarju

1.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord ta' Tmexxija abbozz preliminari tal-Pjan tal-Baġit Annwali li jkun fih previżjoni tan-nefqa annwali għas-sentejn ta' wara. Fi ħdan din il-previżjoni, l-istimi tad-dħul u n-nefqa għall-ewwel minn dawk is-sentejn għandhom jitfasslu fid-dettall kollu kif meħtieġ għall-proċedura interna tal-baġit ta' kull Membru fir-rigward tal-kontributi finanzjarji tiegħu lill-Impriża Konġunta għall-IMI. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprovdi lill-Bord ta' Tmexxija bl-informazzjoni kollha supplimentari meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jikkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv il-kummenti tagħhom dwar l-abbozz preliminari tal-Pjan tal-Baġit Annwali u b'mod partikolari dwar l-estimi tar-riżorsi u tan-nefqa għas-sena ta' wara.

3.   B'kont meħud tal-kummenti li jkunu waslu mingħand il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-abbozz tal-Pjan tal-Baġit Annwali għas-sena ta' wara u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni.

4.   Il-Pjan tal-Baġit Annwali u l-pjan ta' implimentazzjoni annwali għal sena partikolari għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI sat-tmiem tas-sena ta' qabel.

5.   Fi żmien xahrejn wara l-għeluq ta' kull sena finanzjarja, il-kontijiet annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jiġu ppreżentati mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena preċedenti għandhom jiġu ppreżentati lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Kummissjoni.

Artikolu 18

Pjanar u Rappurtar

1.   Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandu jiddeskrivi l-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI ppjanati għas-sena li ġejja u l-istimi tan-nefqa korrispondenti. Ladarba approvat mill-Bord ta' Tmexxija, verżjoni pubblikabbli tal-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandha issir disponibbli b'mod pubbliku.

2.   Rapport ta' l-Attività Annwali għandu jippreżenta l-progress li jkun sar mill-Impriża Konġunta għall-IMI f'kull sena kalendarja, b'mod partikolari fir-rigward tal-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għal dik is-sena. Huwa għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-Attivitajiet ta' Riċerka mwettqa u l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs fihom kif ukoll dwar attivitajiet oħrajn waqt is-sena ta' qabel u n-nefqa korrispondenti. In-nefqa għandha tkun ibbażata fuq il-kontributi finanzjarji tal-Membri kif ukoll il-kontributi mill-kumpanniji farmaċewtiċi ibbażati fuq ir-riċerka parteċipanti u li huma membri ta' l-EFPIA.

Ir-Rapport ta' l-Attività Annwali għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv flimkien mal-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ. Ladarba approvat mil-Bord ta' Tmexxija, ir-Rapport ta' l-Attività Annwali għandu jsir pubbliku.

Artikolu 19

Kuntratti ta' servizzi u provvista

L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tistabbilixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi kollha għall-implimentazzjoni, is-sorveljanza u l-kontroll ta' kuntratti ta' servizzi u provvista konklużi meta meħtieġa għall-operazzjonijiet ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI, skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha.

Artikolu 20

Responsabbiltà tal-Membri, Assigurazzjoni

1.   Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri għad-djun ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI hija limitata għall-kontribut tagħhom li jkunu diġa għamlu għall-ispejjeż ta' ġestjoni kif stabbilit fl-Artikolu 11(3).

2.   L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tissottoskrivi għal u żżomm assigurazzjoni xierqa.

Artikolu 21

Konflitti ta' Interess

L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tevita kwalunkwe konflitt ta' interess fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tagħha.

Artikolu 22

Politika dwar il-Proprjetà Intellettwali

1.   L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tadotta r-regoli ġenerali tagħha li jirregolaw il-politika tal-proprjetà intellettwali ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI li ser tiġi inkorporata fil-Ftehim ta' Għotjiet u fil-Ftehim ta' Proġetti.

2.   L-objettiv tal-politika dwar il-proprjetà intellettwali ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI huwa li tippromwovi l-ħolqien ta' l-għarfien, flimkien ma' l-iżvelar u l-valorizzazzjoni tiegħu, biex tinkiseb l-allokazzjoni ekwa ta' drittijiet, biex l-innovazzjoni tiġi ppremjata, u biex l-entitajiet pubbliċi u privati (inklużi, iżda mhux limitati għal kumpanniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka u li huma membri ta' l-EFPIA, gruppi akkademiċi u intrapriżi żgħar u ta' daqs medju) jipparteċipaw b'mod wiesa' fil-proġetti.

3.   Il-politika dwar il-Proprjetà Intellettwali għandha tirrifletti l-prinċipji li ġejjin:

(a)

Kull parteċipant fi proġett għandu jibqa' s-sid tal-proprjetà intellettwali li jintroduċi huwa stess fil-proġett u għandu jibqa' il-propjretarju tal-proprjetà intellettwali li din tiġġenera fil-proġett sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor b'mod reċiproku bil-miktub fost il-parteċipanti fi proġett. It-termini u l-kondizzjonijiet tad-drittijiet ta' aċċess u l-liċenzji fir-rigward tal-proprjetà intellettwali introdotta jew iġġenerata mill-parteċipanti fi proġett, għandhom jiġu definiti fil-Ftehim ta' Għotja u fil-Ftehim ta' Proġett dwar il-proġett ikkonċernat.

(b)

Il-parteċipanti fi proġett għandhom jimpenjaw ruħhom biex jiddisseminaw u jippermettu li jintużaw ir-rizultati u l-proprjetà intellettwali ġġenerata mill-proġett ikkonċernat skond it-termini u l-kondizzjonijiet ddefiniti fil-Ftehim ta' Għotja u l-Ftehim ta' Proġett, filwaqt li jittieħed kont tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi ta' kunfidenzjalità u l-interessi leġittimi tas-sidien.

Artikolu 23

Emendi għall-Istatuti

1.   Kwalunkwe Membru ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI jista' jressaq inizjattiva lill-Bord ta' tmexxija biex jiġu emendati dawn l-Istatuti.

2.   L-inizjattivi msemmijin fil-paragrafu 1 kif approvati mill-Bord ta' Tmexxija għandhom jiġu ppreżentati bħala abbozz ta' emendi lill-Kummissjoni li għandha tadottahom, kif xieraq.

3.   Madankollu, kwalunkwe emenda li taffettwa l-elementi essenzjali ta' dawn l-Istatuti u b'mod partikolari emendi għall-Artikoli 2, 3, 5, 6, 11, 12, 20, 23 u 24 tagħhom għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 172 tat-Trattat.

Artikolu 24

Stralċ

1.   Fl-aħħar tal-perijodu previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament, jew wara emenda skond l-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament, l-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tiġi stralċjata.

2.   Il-proċedura ta' stralċ għandha titnieda awtomatikament jekk wieħed mill-Membri Fundaturi jittermina is-sħubija tiegħu f'Impriża Konġunta għall-IMI.

3.   Għall-fini tat-tmexxija tal-proċedimenti ta' stralċ ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI, il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar likwidatur wieħed jew aktar, li għandhom jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija.

4.   Meta l-Impriża Konġunta għall-IMI tkun qed tiġi stralċjata, għandha tagħti lura lill-Istat ospitanti kwalunkwe oġġett fiżiku ta' appoġġ li l-istat ospitanti jkun qiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-Impriża skond il-ftehim ospitanti.

5.   Meta kwalunkwe oġġett ta' appoġġ fiżiku jiġi trattat kif previst fil-paragrafu 4, kwalunkwe ass ulterjuri għandu jintuża biex ikopri r-responsabbiltajiet ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI u l-infiq marbut ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe eċċedenza jew defiċit għandu jiġi distribwit fost jew imħallas mill-Membri eżistenti fiż-żmien ta' l-istralċ, fi proporzjon mal-kontribut attwali tagħhom lill-Impriża Konġunta għall-IMI. Kwalunkwe eċċedenza distribwita lill-Komunità għandha tkun irritornata lill-baġit tal-Kummissjoni.

6.   L-assi, djun jew responsabbiltajiet li jibqgħu għandhom jiġu distribwiti fost il-Membri eżistenti fiż-żmien ta' l-istralċ, fi proporzjon mal-kontribut attwali tagħhom lill-Impriża Konġunta għall-IMI.

7.   Għandha tiġi stabbilita proċedura ad hoc biex tiżgura l-ġestjoni xierqa ta' kwalunkwe Ftehim ta' Għotja msemmi fl-Artikolu 12 u ta' kwalunkwe kuntratt ta' servizz jew provvista msemmi fl-Artikolu 19, b'durata itwal mid-durata ta' l-Impriża Konġunta għall-IMI.


(1)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(2)  Għall-fini ta' dan ir-Regolament, “korpi pubbliċi li ma jaħdmux għall-profitt” jinkludu dawk li jistgħu jagħmlu profitt iżda li m'humiex permessi jqassmu tali profitti ħlief biex javvanzaw il-finijiet ta' l-interess pubbliku u li jwettqu riċerka xjentifika u teknoloġika fost l-attivitajiet ewlenin tagħhom.


4.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 30/52


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 74/2008

ta’ l-20 ta' Diċembru 2007

dwar it-twaqqif ta’ l-“Impriża Konġunta ARTEMIS” għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 171 u 172 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ is-“Seba’ Programm Kwadru”) tipprovdi għal kontribut Komunitarju għat-twaqqif ta’ sħubiji pubbliku-privat għal żmien twil f’forma ta’ Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTIs, Joint Technology Initiatives) li jistgħu jkunu implimentati permezz ta’ Impriżi Konġunti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 171 tat-Trattat. Dawn il-JTIs għandhom l-għeruq tagħhom fix-xogħol tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, diġà mwaqqfin taħt is-Sitt Programm Kwadru, u jkopru aspetti magħżula ta’ riċerka fil-qasam tagħhom. Għandhom jgħaqqdu flimkien investiment mis-settur privat u finanzjament pubbliku Ewropew, inkluż finanzjament mis-Seba’ Programm Kwadru.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Koperazzjoni” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ bħala l-“Programm Speċifiku ‘Koperazzjoni’”) tissottolinea l-bżonn għal sħubiji pubbliku-privat pan-Ewropej ambizzjużi sabiex iħaffu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji maġġuri permezz ta’ azzjonijiet ta’ riċerka kbar fuq il-livell Komunitarju inklużi, b’mod partikolari, il-JTIs.

(3)

L-Aġenda ta’ Liżbona dwar it-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi tisħaq dwar il-bżonn li jkunu żviluppati kondizzjonijiet favorevoli għall-investiment fil-konoxxenza u l-innovazzjoni fil-Komunità sabiex jiżdiedu l-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 u s-26 ta’ Novembru 2004, il-Kunsill ħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex telabora aktar il-kunċetti tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija u l-JTIs. Issottolinea li dawn l-attivitajiet jistgħu jikkontribwixxu lejn il-koordinazzjoni ta’ l-isforzi Komunitarji globali fir-riċerka, bil-ħsieb li jinkisbu sinerġiji ma’ attivitajiet ta’ skemi eżistenti bħalma huma l-EUREKA u l-COST filwaqt li jitqies il-kontribut importanti tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż).

(5)

Il-kumpanniji Ewropej u organizzazzjonijiet oħra tar-riċerka u l-iżvilupp attivi fil-qasam tas-Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter kienu minn ta’ quddiem fit-twaqqif ta’ Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija għas-Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Pjattaforma tat-Teknoloġija ARTEMIS”) taħt is-Sitt Programm Kwadru. Il-Pjattaforma tat-Teknoloġija ARTEMIS żviluppat Aġenda Strateġika għar-Riċerka bbażata fuq konsultazzjoni estensiva mal-partijiet pubbliċi u privati konċernati. L-Aġenda Strateġika għar-Riċerka identifikat il-prijoritajiet fil-qasam tas-Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter u rrakkomandat direzzjonijiet għal JTI f’dan il-qasam.

(6)

Il-JTI f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter hija t-tweġiba għall-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2005 dwar “Il-bini ta’ l-ERA tal-konoxxenza għat-tkabbir” u ta’ l-20 ta’ Lulju 2005 dwar “Azzjonijiet Konġunti għat-Tkabbir u Impjiegi: Il-Programm Komunitarju ta’ Lisbona” li jappellaw għal approċċ ġdid u aktar ambizzjuż fir-rigward ta’ sħubiji pubbliku-privat fuq skala kbira fl-oqsma ta’ interess maġġuri għall-kompetittività Ewropea identifikata permezz ta’ djalogu ma’ l-industrija.

(7)

Il-JTI f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter tissodisfa l-bżonn għall-appoġġ għal Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni pervażivi kif identifikat fir-Rapport “Il-Ħolqien ta Ewropa Innovattiva (4) ta’ Jannar 2006. Dan ir-Rapport ifaħħar ukoll il-mudell ta’ Pjattaforma Konġunta tat-Teknoloġija ARTEMIS talli għaqqad il-finanzjament nazzjonali u Komunitarju fi struttura ġuridika ċara u b’mod armonizzat u sinkronizzat.

(8)

Il-JTI f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter għandha toħloq sħubija pubbliku-privat sostenibbli u żżid u tqawwi l-investiment privat u pubbliku fis-settur tas-sistemi integrati fl-Ewropa, li għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament tinkludi l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”) u l-Pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Pajjiżi Assoċjati”). Il-JTI dwar is-“Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter” għandha tikseb ukoll koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament mill-Programm Kwadru, mill-industrija, mill-programmi nazzjonali ta’ R&Ż u minn skemi intergovernattivi ta’ R&Ż (EUREKA), sabiex b’hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku, kompetittività u żvilupp sostenibbli futuri ta’ l-Ewropa. Fl-aħħarnett, l-objettiv tagħha għandu jkun li trawwem kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha interessati bħall-industrija inklużi l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-awtoritajiet nazzjonali, iċ-ċentri akkademiċi u ta’ riċerka li jiġbru flimkien u jiffokaw l-isforz fuq ir-riċerka.

(9)

Il-JTI f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter għandha tiddefinixxi aġenda għar-riċerka miftiehma komunement (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Aġenda għar-Riċerka”), li ssegwi mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Aġenda Strateġika għar-Riċerka żviluppata mill-Pjattaforma tat-Teknoloġija ARTEMIS. Din l-Aġenda għar-Riċerka għandha tidentifika u tirrevedi b’mod regolari l-prijoritajiet tar-riċerka għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin għas-sistemi inkorporati tal-kompjuter fiż-żoni kollha differenti ta’ applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea u tippermetti l-qawmien ta’ swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà.

(10)

Il-JTI f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter għandha tindirizza t-tfassil, l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ sistemi elettroniċi u ta’ software li huma mifruxa, interoperattivi, effikaċi relattivament għall-ispiża, potenti, u sikuri. Għandha toffri disinji ta’ referenza u arkitettura li joffru strateġiji arkitettoniċi komuni għal meded definiti ta’ applikazzjonijiet, software standard personalizzat (middleware) li jippermetti konnettività u interoperattività trasparenti u metodi ta’ tfassil ta’ sistema integrata u għodda li jiżviluppaw u jirrealizzaw prototipi rapidament.

(11)

L-ambizzjoni uù l-ambitu ta’ l-objettivi dikjarati tal-JTI f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter, l-iskala tar-riżorsi finanzjarji u tekniċi meħtieġa li jiġu mobilizzati, u l-bżonn li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament, jitolbu azzjoni li trid tittieħed mill-Komunità. Għalhekk, hu neċessarju li titwaqqaf Impriża Konġunta (minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala “Impriża Konġunta ARTEMIS”) taħt l-Artikolu 71 tat-Trattat bħala entità ġuridika responsabbli għall-implimentazzjoni tal-JTI f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter. Sabiex tkun assigurata ġestjoni korretta ta’ l-Attivitajiet ta’ R&Ż mibdija fis-Seba’ Programm Kwadru (2007-2013), l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha titwaqqaf għal perijodu sal-31 ta’ Diċembru 2017.

(12)

L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun organu mwaqqaf mill-Komunità u għandha tingħata r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, filwaqt li madankollu jitqiesu l-ispeċifitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala sħubiji pubbliku-privat u b’mod partikolari mill-kontribut tas-settur privat lill-baġit.

(13)

L-objettivi ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom jitwettqu billi jinġabru r-riżorsi mis-setturi pubbliċi u privati sabiex jappoġġaw l-Attivitajiet ta’ R&Ż fil-forma ta’ proġetti. Għal dan l-iskop, l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun kapaċi torganizza sejħiet kompetittivi għall-proposti għall-proġetti sabiex jimplimentaw l-Aġenda għar-Riċerka. L-Attivitajiet ta’ R&Ż għandhom jirrispettaw l-prinċipji etiċi fundamentali applikabbli fis-Seba’ Programm Kwadru.

(14)

Il-membri Fundaturi ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom ikunu l-Komunità, il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit u l-ARTEMISIA, assoċjazzjoni li tirrappreżenta kumpanniji u organizzazzjonijiet oħra ta’ R&Ż li huma attivi fil-qasam tas-Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter fl-Ewropa. L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun miftuħa għal membri ġodda.

(15)

Ir-regoli għall-organizzazjoni u għall-operazzjoni ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom jiġu stabbiliti fl-Istatuti ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS bħala parti minn dan ir-Regolament.

(16)

Ġiet iffirmata mill-ARTEMISIA ittra ta’ impenn sabiex isir kontribut lejn it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

(17)

Il-proġetti għandhom jiġu appoġġati kemm permezz tal-kontributi finanzjarji tal-Komunità u ta’ l-Istati membri fl-ARTEMIS kif ukoll b’kontributi in natura mill-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u żvilupp li jipparteċipaw fil-proġetti ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

Jistgħu jkunu disponibbli għażliet ta’ finanzjament ulterjuri, inter alia, mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (BEI), b’mod partikolari permezz tal-Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju żviluppata konġuntament mal-BEI u l-Kummisjoni skond l-Anness III tad-Deċiżjoni 2006/971/KE.

(18)

Il-finanzjament pubbliku għall-Attivitajiet ta’ R&Ż wara sejħiet kompetittivi u miftuħa għal proposti ppubblikati mill-Impriża Konġunta ARTEMIS għandu jikkonsisti minn kontributi finanzjarji nazzjonali mill-Istati membri fl-ARTEMIS u kontribut finanzjarju mill-Impriża Konġunta ARTEMIS. Il-kontribut finanzjarju ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandu jingħata f’perċentwal ta’ l-ispejjeż ta’ R&Ż magħmul mill-parteċipanti fil-proġetti. Dan il-perċentwal għandu jkun ugwali għall-parteċipanti kollha fil-proġetti fi kwalunkwe sejħa għall-proposti.

(19)

Fuq it-tul ta’ żmien ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS, l-organizzazzjonijiet ta’ R&Ż li jipparteċipaw fil-proġetti għandhom jipprovdu riżorsi li huma ugwali jew jaqbżu l-finanzjament pubbliku totali għall-Attivitajiet ta’ R&Ż.

(20)

Ladarba teżisti l-ħtieġa li jkunu assigurati kondizzjonijiet stabbli ta’ xogħol u trattament ugwali lill-impjegati, u sabiex jkunu attratti impjegati xjentifiċi u tekniċi speċjalizzati ta’ l-ogħla kalibru, ir-Regolamenti tal-persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ ħaddiema oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (5) għandhom japplikaw għall-persunal kollu reklutat mill-Impriża Konġunta ARTEMIS.

(21)

Bħala organu b’personalità ġuridika, l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun responsabbli għall-azzjonijiet tagħha. Fejn hu rilevanti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun kompetenti sabiex issolvi kwalunkwe disputi riżultanti mill-attivitajiet ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

(22)

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta b’mod regolari dwar il-progress miksub mill-Impriża Konġunta ARTEMIS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(23)

L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tadotta, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-Komunitajiet Ewropej (6) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”) u suġġett għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, regoli finanzjari speċifiċi li jikkunsidraw il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi li jinqalgħu, b’mod partikolari, mill-ħtieġa li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u nazzjonali sabiex ikunu appoġġati l-Attivitajiet ta’ R&Ż b’mod effiċjenti u fil-ħin. Sabiex jiġi assigurat trattament armonizzat bejn il-parteċipanti ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka ta’ l-Impriża Konġunta u dawk ta’ l-azzjonijiet indiretti tas-Seba’ Programm Kwadru, huwa xieraq li t-taxxa fuq il-valur miżjud m’għandhiex tkun spiża eliġġibli għall-finanzjament Komunitarju, f’konformità mar-Regolament (KE) 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (7).

(24)

Għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi u għandhom jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jiġu rkuprati fondi, indebitament imħallsin jew skorrettament użati, konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (8), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-forsi u irregolaritajiet oħra (9) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (10).

(25)

Il-politika dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tippromwovi l-ħolqien u l-isfruttament tal-konoxxenza.

(26)

Sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif tagħha, għall-istabbiliment u l-operazzjoni inizjali ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun responsabbli il-Kummissjoni sa meta jkollha l-kapaċità operattiva sabiex timplimenta l-baġit tagħha stess.

(27)

Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba n-natura transnazzjonali ta’ l-isfidi kbar ta’ riċerka li ġew identifikati, li jeħtieġu l-akkomunament ta’ konoxxenza u riżorsi finanzjarji komplementari fuq is-setturi u l-fruntieri kollha u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Twaqqif ta’ Impriża Konġunta

1.   Hija b’dan stabbilita, għall-implimentazzjoni ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (JTI) f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter, Impriża Konġunta fis-sens ta’ l-Artikolu 171 tat-Trattat, minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Impriża Konġunta ARTEMIS”, għal perijodu sal-31 ta’ Diċembru 2017.

2.   Is-sede ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun fi Brussell, il-Belġju.

Artikolu 2

Objettivi

L-Impriza Konġunta ARTEMIS għandha tikkontribwixxi lejn l-implimentazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru u t-Tema “Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni” tal-Programm Speċifiku “Koperazzjoni”. Din għandha b’mod partikolari:

(a)

tiddefinixxi u timplimenta “Aġenda għar-Riċerka” għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ewlenin għas-Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter fiż-żoni kollha differenti ta’ applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea u s-sostenibbilità, u tippermetti l-ħolqien ta’ swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà. L-attivitajiet għall-implimentazzjoni ta’ l-Aġenda għar-Riċerka minn hawn ‘il quddiem huma msemmija bħala “l-Attivitajiet ta’ R&Ż”;

(b)

tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ R&Ż partikolarment billi tagħti finanzjament lil parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet kompetittivi għall-proposti;

(ċ)

tippromwovi sħubija pubbliku-privat mmirata lejn il-mobilizzazzjoni u l-akkomunament ta’ l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u privati, li żżid l-investimenti globali fl-R&Ż fil-qasam tas-Sistemi Inkorporat ital-Kompjuter, u trawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati;

(d)

tikseb sinerġija u koordinazzjoni ta’ l-isforzi Ewropej dwar l-R&Ż fil-qasam tas-Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter, inkluża, meta jista’ jinħoloq valur miżjud, l-integrazzjoni progressiva fl-Impriża Konġunta ARTEMIS ta’ l-attivitajiet relatati fil-qasam implimentati fil-preżent permezz ta’ skemi intergovernattivi ta’ R&Ż (Eureka);

(e)

tippromwovi l-involviment ta’ SMEs fl-attivitajiet tagħha skond l-objettivi tas-Seba’ Programm Kwadru.

Artikolu 3

Status ġuridiku

L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun korp Komunitarju u għandha jkollha personalità ġuridika. F’kull wieħed mill-Istati Membri, hija għandha tgawdi l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skond il-liġijiet ta’ dawk l-Istati. Tista’, b’mod partikolari takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tkun parti fi proċedimenti legali.

Artikolu 4

Statuti

L-Istatuti ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS, kif stabbiliti fl-Anness hawnhekk, jikkostitwixxu parti integrali minn dan ir-Regolament u huma b’dan adottati.

Artikolu 5

Kontribut Komunitarju

1.   Il-kontribut Komunitarju massimu lill-Impriża Konġunta ARTEMIS li jkopri l-ispejjeż operattivi u l-Attivitajiet ta’ R&Ż għandu jkun ta’ EUR 420 miljun imħallsa mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea allokati lit-Tema “Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni” tal-Programm Speċifiku “Koperazzjoni”, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   L-arranġamenti għall-kontribut finanzjarju Komunitarju għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ ftehim ġenerali u ftehim finanzjarji annwali li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, u l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

3.   Il-kontribut Komunitarju lill-Impriża Konġunta ARTEMIS użata għall-finanzjament tal-proġetti għandu jiġi allokat wara sejħiet kompetittivi u miftuħa għall-proposti.

Artikolu 6

Regoli finanzjarji

1.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi skond l-Artikolu 185(1) tar-Regolament Finanzjarju. Dawn jistgħu jkunu distakkati mir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju (11) meta l-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS hekk jitolbu u suġġett għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

2.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha jkollha l-kapaċità ta’ verifika interna proprja tagħha.

Artikolu 7

Persunal

1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-Komunitajiet Ewropej sabiex jiġu applikati dawn ir-Regolamenti tal-persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u d-Direttur Eżekuttiv tagħha.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 7(2) ta’ l-Istatuti, l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha teżerċita s-setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-uffiċjali tal-Komunità Ewropea u fuq l-awtorità mogħtija s-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti skond il-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-persunal tagħha.

3.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu, bi qbil mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

4.   Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fil-pjan ta’ l-istabbilment ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS li għandu jiġi stabbilit fil-baġit annwali tagħha.

5.   Il-persunal ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandu jikkonsisti minn aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali impjegati għal perijodu definit li jista’ jiġi estiż darba biss għal perijodu definit. Il-perijodu totali ta’ involviment m’għandux jeċċedi seba’ snin u m’għandu fl-ebda każ jeċċedi l-eżistenza ta’ l-Impriża Konġunta.

6.   L-ispejjeż kollha relatati mal-persunal għandhom ikunu r-responsabbiltà ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

7.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS tista’ tadotta dispożizzjonijiet li jippermettu li jiġu sekondati lilha esperti.

Artikolu 8

Privileġġi u Immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw għall-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-impjegati tagħha.

Artikolu 9

Responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim jew il-kuntratt in kwistjoni.

2.   Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat mill-persunal tagħha waqt it-twettiq ta’ dmirijitehom.

3.   Kull ħlas mill-Impriża Konġunta ARTEMIS fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-ispejjeż u l-infiq magħmula b’rabta magħhom għandhom jitqiesu bħala nefqa ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

4.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun unikament responsabbli sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha.

Artikolu 10

Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-liġi applikabbli

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni:

(a)

f’kull disputa bejn il-membri li tkun relatata mal-materja koperta minn dan ir-Regolament u/jew l-Istatuti msemmija fl-Artikolu 4;

(b)

skond kull klawżola ta’ arbitraġġ li jkun hemm fi ftehim u kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(ċ)

f’azzjonijiet kontra l-Impriża Konġunta ARTEMIS, inklużi deċiżjonijiet ta’ l-entitajiet tagħha, skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat;

(d)

f’disputi relatati ma’ kumpens għal danni kkawżati mill-persunal ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

2.   Għal kwalunkwe materja mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti oħra tal-liġi Komunitarja, għandha tapplika l-liġi ta’ l-Istat fejn ikun hemm is-sede ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

Artikolu 11

Rappurtar, evalwazzjonijiet u kwittanza

1.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-progress milħuq mill-Impriża Konġunta ARTEMIS. Dan ir-rapport għandu jkun fih dettalji ta’ l-implimentazzjoni tal-JTI f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter inkluż in-numru ta’ proposti preżentati, in-numru ta’ proposti magħżula għall-finanzjament, it-tip ta’ parteċipanti, inklużi l-SMEs, u l-istatistika skond il-pajjiż.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, kif ukoll sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, abbażi ta’ termini ta’ referenza stabbiliti wara konsultazzjoni ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom ikopru l-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-progress lejn l-objettivi stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta’ dawn, flimkien ma’ l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn ikun il-każ, il-proposti sabiex dan ir-Regolament jiġi emendat, inkluża l-possibbiltà tat-terminazzjoni bikrija ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-istralċ ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS bl-assistenza ta’ esperti indipendenti. Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond il-proċedura prevista fir-regolamenti finanzjarji, imsemmija fl-Artikolu 6, ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

Artikolu 12

Il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-membri u miżuri kontra l-frodi

1.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-membri tagħha ikunu adegwatament protetti billi twettaq jew tqabbad lil min iwettaq kontrolli interni u esterni adatti.

2.   Fil-każ ta’ irregolaritajiet, il-membri ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom jirriżervaw id-dritt li jirkupraw ammonti indebitament minfuqa, anke permezz ta’ tnaqqis jew sospensjoni ta’ kontributi sussegwenti lill-Impriża Konġunta ARTEMIS.

3.   Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u atti illegali oħra, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

4.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha twettaq kontrolli fuq il-post u verifiki finanzjarji fost id-destinatarji tal-finanzjament pubbliku ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS. Il-kontrolli u l-verifiki għandhom isiru direttament mill-Impriża Konġunta ARTEMIS jew mill-Istati membri fl-ARTEMIS f’isimha. L-Istati membri fl-ARTEMIS jistgħu jwettqu kontrolli u verifiki oħra fost id-destinatarji tal-finanzjament nazzjonali tagħhom li huma jqisu meħtieġa u għandhom jikkomunikaw ir-riżultati lill-Impriża Konġunta ARTEMIS.

5.   Il-Kummissjoni u/jew il-Qorti ta’ l-Awdituri tista’, skond kif meħtieġ, twettaq verifiki fuq il-post fost id-destinatarji tal-finanzjament ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu. Għal dak il-għan, l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tiżgura li kull ftehim ta’ finanzjament u l-kuntratti jipprovdu għad-dritt tal-Kummissjoni u/jew tal-Qorti ta’ l-Awdituri li jwettqu l-kontrolli adegwati u, fil-każ li jiġu skoperti irregolaritajiet, li jimponu pieni dissważivi u proporzjonati.

6.   L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (12), għandu jkollu l-istess setgħat fir-rigward ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u tal-persunal tagħha li għandu fir-rigward ta’ dipartimenti tal-Kummissjoni. Malli tiġi stabbilita l-Impriża Konġunta ARTEMIS, hija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta’ investigazzjonijiet interni mill-OLAF (13). L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet interni mmexxija mill-OLAF.

Artikolu 13

Kunfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tassigura l-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva li l-iżvelar tagħha jista’ jagħmel ħsara lill-interessi tal-membri tagħha jew ta’ parteċipanti fi proġetti.

Artikolu 14

Trasparenza

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (14) għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta ARTEMIS.

2.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tas-7 ta' Awwissu 2008.

3.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Impriża Konġunta ARTEMIS skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

Artikolu 15

Proprjetà intellettwali

Ir-regoli li jirregolaw il-protezzjoni, l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati ta’ riċerka, ibbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006, huma stabbiliti fl-Artikolu 23 ta’ l-Istatuti.

Artikolu 16

Azzjonijiet preparattivi

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-operazzjoni inizjali ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS sa meta l-Impriża Konġunta ARTEMIS jkollha l-kapaċità operattiva sabiex timplimenta l-baġit tagħha stess. Il-Kummissjoni għandha twettaq, f’konformità mal-liġi Komunitarja, l-ażżjonijiet meħtieġa kollha f’kollaborazzjoni ma’ membri fundaturi oħra u l-involviment tal-korpi kompetenti.

2.   Għal dak il-għan, sa meta d-Direttur Eżekuttiv jibda jaqdi dmirijietu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord ta’ Tmexxija skond l-Artikolu 7(2) ta’ l-Istatuti, il-Kummissjoni tista’ tassenja numru limitat ta’ uffiċjali tagħha, inkluż wieħed sabiex iwettaq il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv, fuq bażi interim.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv interim jista’ jawtorizza l-ħlasijiet kollha koperti mill-krediti previsti fil-baġit ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS la darba jkunu approvati mill-Bord ta’ Tmexxija u jista’ jikkonkludi kuntratti, inkluż kuntratti tal-persunal wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS. L-uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni jista’ jawtorizza l-ħlasijiet kollha koperti mill-krediti previsti fil-baġit ta’ l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

Artikolu 17

Appoġġ mill-Istat ospitanti

Għandu jiġi konkluż ftehim ta’ ospitalità bejn l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-Belġju dwar l-uffiċċji, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jipprovdi l-Belġju lill-Impriża Konġunta ARTEMIS.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


(1)  Opinjoni ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86. Verżjoni korretta fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 30.

(4)  http://ec.europa.eu/invest-in-research/action/2006_ahogroup_en.htm.

(5)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 337/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 1).

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1233/2007 (ĠU L 279, 23.10.2007, p. 10).

(9)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(10)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(11)  ĠU L 357, 31.12.2002 p. 72.

(12)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20.

(13)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(14)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


ANNESS

STATUTI TA' L-IMPRIŻA KONĠUNTA ARTEMIS

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dawn l-Istatuti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“proġett” tfisser proġett ta' riċerka u/jew żvilupp li jintgħażel mill-Impriża Konġunta ARTEMIS wara sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti u minn hemm `il quddiem parzjalment finanzjati mill-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(b)

“spejjeż totali” tfisser spejjeż eliġibbli tal-proġetti kif definiti mill-awtoritajiet ta' finanzjament rispettivi li jagħmlu l-ftehim ta' finanzjament;

(ċ)

“spejjeż operattivi” tfisser l-ispejjeż neċessarji għall-funzjonament ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS eskluż il-finanzjament ta' l-Attivitajiet ta' R&Ż;

(d)

“entità affiljata” tfisser entità affiljata kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006.

Artikolu 2

Kompiti u attivitajiet

Il-kompiti u l-attivitajiet prinċipali ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

tiżgura t-twaqqif u l-ġestjoni sostenibbli tal-JTI f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter;

(b)

tiddefinixxi u tagħmel kull aġġustament meħtieġ għall-Pjan Strateġiku Multinannwali inkluża l-Aġenda għar-Riċerka msemmija fl-Artikolu 19(1);

(ċ)

tiddefinixxi u twettaq il-Pjanijiet Strateġiċi Multinannwali msemmija fl-Artikolu 19(3) għall-eżekuzzjoni tal-Pjan Strateġiku Multinannwali msemmi fl-Artikolu 19(1);

(d)

toħroġ sejħiet għall-proposti, tevalwa l-proposti, u tagħti finanzjament lil proġetti magħżula permezz ta' proċeduri miftuħa, trasparenti u effettivi, fi ħdan il-limiti tal-fondi disponibbli;

(e)

tiżviluppa koperazzjoni mill-qrib u tiżgura koordinazzjoni ma' attivitajiet, entitajiet u partijiet konċernati Ewropej, b'mod partikolari l-Programm Kwadru, nazzjonali u transnazzjonali, bil-għan li trawwem ambjent fertili ta' innovazzjoni fl-Ewropa u sinerġiji u sfruttament aħjar tar-riżultati ta' żvilupp u ta' riċerka fil-qasam tas-Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter;

(f)

timmonitorja l-progress lejn objettivi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(g)

twettaq attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' disseminazzjoni;

(h)

tippubblika informazzjoni dwar il-proġetti, inkluż isem il-parteċipanti u l-ammont tal-kontribut finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għall kull parteċipant;

(i)

twettaq kull attività oħra meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament.

Artikolu 3

Membri

1.   Il-membri fundaturi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS (minn hawn `il quddiem imsejħa “membri fundaturi”) għandhom ikunu:

(a)

il-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni;

(b)

il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit; u,

(ċ)

ma l-aċċettazzjoni ta' l-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS, l-assoċjazzjoni ARTEMISIA (minn hawn `il quddiem imsejħa “ARTEMISIA”), assoċjazzjoni reġistrata taħt il-liġi Olandiża (numru ta' reġistrazzjoni 17201341) bl-uffiċju rreġistrat tagħha f'Eindhoven (l-Olanda), li tagġixxi bħala rappreżentant ta' kumpanniji u atturi ta' R&Ż oħra li joperaw fil-qasam tas-Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter fl-Ewropa.

2.   Sakemm jaqblu ma' l-objettivi deskritti fl-Artikolu 2 tar-Regolament u jkunu lesti li jassumu l-obbligi kollha tas-sħubija, inkluż l-aċċettazzjoni ta' l-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS, l-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru membri ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS:

(a)

Stati Membri oħra u Pajjiżi Assoċjati;

(b)

kwalunkwe pajjiż ieħor (minn hawn `il quddiem imsejjaħ bħala “pajjiż terz”) li qed isegwi politika jew programmi dwar l-R&Ż fil-qasam tas-Servizzi Integrati tal-Kompjuter;

(ċ)

kwalunkwe entità ġuridika li kapaċi tagħti kontribut finanzjarju sostanzjali lit-twettiq ta' l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

3.   Il-membri fundaturi u l-membri ġodda kif imsemmija fil-paragrafu 2 minn hawn `il quddiem jissejħu “membri”.

4.   L-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li huma membri ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS minn hawn `il quddiem jissejħu “l-Istati membri fl-ARTEMIS”. Kull Stat membru fl-ARTEMIS għandu jaħtar rappreżentant fil-entitajiet ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS u jaħtar l-entità jew l-entitajiet nazzjonali responsabbli għat-twettiq ta' l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

5.   L-Istati membri fl-ARTEMIS u l-Kummissjoni minn hawn `il quddiem jissejħu “l-awtoritajiet pubbliċi” ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

Artikolu 4

Adeżjoni u bidliet fis-sħubija

1.   Kull applikazzjoni ġdida għas-sħubija fl-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tiġi inidrizzata lill-Bord tat-Tmexxija skond l-Artikolu 6(2)(a).

2.   L-Istati Membri jew il-Pajjiżi Assoċjati li mhumiex membri fundaturi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom isiru membri man-notifika lill-Bord tat-Tmexxija ta' l-aċċettazzjoni bil-miktub tagħhom ta' dawn l-Istatuti u ta' kull dispożizzjoni oħra li tirregola l-funzjonament ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

3.   Kull applikazzjoni għas-sħubija fl-Impriża Konġunta ARTEMIS minn pajjiżi terzi għandha titqies mill-Bord tat-Tmexxija, li għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tagħmel proposta sabiex temenda dan ir-Regolament dwar l-adeżjoni tal-pajjiż terz, suġġett għat-tlestija b'suċċess tan-negozjati ma' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

4.   Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kull entità ġuridika oħra jew rakkomandazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' pajjiżi terzi għandha ssir billi jitqiesu r-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant għall-kisba ta' l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS. Għal kwalunkwe applikazzjoni għal sħubija ġdida, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni f'waqtha lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni u, fejn applikabbli, dwar id-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

5.   Is-sħubija fl-Impriża Konġunta ARTEMIS ma tistax tiġi ttrasferita lil terzi ħlief bl-approvazzjoni minn qabel tal-Bord tat-Tmexxija.

6.   Kull membru jista' jirtira mill-Impriża Konġunta ARTEMIS. L-irtirar għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-membri l-oħra li warajha l-ex membru għandu jiġi rrilaxxat minn kull obbligu għajr dawk li kien diġà ħa permezz ta' deċiżjonijiet ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS skond dawn l-Istatuti, qabel l-irtirar tal-membru.

Artikolu 5

Korpi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS

1.   Il-Korpi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom ikunu:

il-Bord tat-Tmexxija,

id-Direttur Eżekuttiv,

il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi,

il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka.

2.   Jekk kompitu speċifiku ma jiġix assenjat lil wieħed minn dawn il-korpi, il-Bord Eżekuttiv għandu jkun il-korp kompetenti.

Artikolu 6

Il-Bord tat-Tmexxija

Kompożizzjoni, drittijiet tal-vot u teħid ta' deċiżjonijiet:

(a)

il-Bord tat-Tmexxija għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-membri ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-President tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka;

(b)

kull membru ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandu jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu u delegat ewlieni li għandu jkollu d-drittijiet tal-vot tal-membru fil-Bord tat-Tmexxija. Il-President tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka m'għandux ikollu drittijiet tal-vot;

(ċ)

id-drittijiet tal-vot għall-ARTEMISIA u l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu ndaqs u għandhom jammontaw għal mill-inqas 90 % tal-voti totali. Id-distribuzzjoni inizjali tad-drittijiet tal-vot għandhom ikunu 50 % għall-ARTEMISIA u 50 % għall-awtoritajiet pubbliċi;

(d)

id-distribuzzjoni tal-voti għall-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi stabbilita annwalment fi proporzjoni mal-fondi li jkunu kommettew għall-proġetti fl-aħħar sentejn finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha jkollha minimu ta' 10 % tal-voti;

(e)

għall-ewwel sena finanzjarja, u kull sena finanzjarja sussegwenti li fiha żewġ Stati membri fl-ARTEMIS jew inqas ikunu kkomettew fondi pubbliċi għal proġetti fis-snin finanzjarji preċedenti, il-Kummissjoni għandha jkollha terz tal-voti li jikkorrispondu għall-awtoritajiet pubbliċi. Iż-żewġ terzi li jibqa' għandhom jitqassmu ndaqs bejn l-istati membri fl-ARTEMIS;

(f)

id-drittijiet tal-vot għal kull membru ġdid li mhuwiex Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea jew Pajjiż Assoċjat għandhom jiġu determinati mill-Bord tat-Tmexxija qabel l-Adeżjoni ta' dan il-membru għall-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(g)

id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' mill-inqas 75 % tal-voti totali ħlief jekk jiġi dikjarat espliċitament mod ieħor f'dawn l-Istatuti.

(h)

ir-rappreżentanti m'għandhomx ikunu personalment responsabbli għall-azzjonijiet imwettqa fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti fil-Bord tat-Tmexxija.

Rwol u kompiti

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu r-responsabbiltà kumplessiva għall-operazzjoniiet ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS u għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tagħha.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu, b'mod partikolari:

(a)

jivvaluta applikazzjonijiet u jiddeċiedi jew jirrakkomanda bidliet fis-sħubija skond l-Artikolu 4;

(b)

jiddeċiedi dwar it-tmiem tas-sħubija ta' kwalunkwe membru li ma jissodisfax l-obbligi tiegħu u li ma rrimedjax f'perijodu ta' żmien raġonevoli stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jassiguraw konformità mal-liġi Komunitarja;

(ċ)

jadotta r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS skond l-Artikolu 6 tar-Regolament;

(d)

japprova l-inizjattivi sabiex l-Istatuti jiġu emendati skond l-Artikolu 24;

(e)

japprova l-Pjan Strateġiku Multinannwali, inkluża l-Aġenda għar-Riċerka, imsemmi fl-Artikolu 19(1);

(f)

jissorvelja l-attivitajiet kumplessi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS

(g)

jissorvelja l-progress ta' l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku Multinannwali msemmi fl-Artikolu 19(1);

(h)

japprova, skond l-Artikolu 18(4), il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni u l-Pjan Baġitarju Annwali msemmija fl-Artikolu 19(3), inkluż il-pjan ta' l-istabbiliment tal-persunal;

(i)

japprova r-Rapport Annwali ta' l-Attività msemmi fl-Artikolu 19(4) u l-Kontijiet Annwali u l-karta tal-bilanċ;

(j)

jaħtar, ineħħi, jew jissostitwixxi d-Direttur Eżekuttiv, jagħti gwida lid-Direttur Eżekuttiv, u jissorvelja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(k)

jistabbilixxi kumitati jew gruppi ta' ħidma sabiex iwettqu kompiti speċifi kif meħtieġ;

(l)

jadotta r-regoli ta' proċedura skond il-paragrafu 3;

(m)

jassenja kull kompitu mhux allokat speċifikament lil waħda mill-entitajiet l-oħrajn ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(n)

jadotta arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 kif imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament.

Il-Komunità għandha dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet kollha relatati ma' l-użu tal-kontributi finanzjarji tagħha, id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-likwidazzjoni ta' l-Impriża Konġunta u d-deċiżjonijiet relatati mal-punti (a), (b), (c), (j), u (n).

Regoli ta' proċedura:

(a)

il-Bord tat-Tmexxija għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, normalment fis-sede ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(b)

il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ippresedut mill-President tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka;

(ċ)

ħlief jekk deċiż mod ieħor mill-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat;

(d)

sa meta l-Bord tat-Tmexxija jkun adotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, il-laqgħat għandhom jissejħu mill-Kummissjoni;

(e)

il-kworum tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun kostitwit mill-Kummissjoni, mill-ARTEMISIA u minn rappreżentanti ta' mill-inqas tliet Stati membri fl-ARTEMIS.

Artikolu 7

Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS skond id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija u jkun ir-rappreżentant ġuridiku tagħha. Hu għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b'independenza sħiħa u jkun responsabbli lejn il-Bord tat-Tmexxija. Id-Direttur għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal, is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija għal perijodu ta' tliet snin, wara sejħa għal espressjonijiet ta' interess ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u f'rivisti perjodiċi jew f'siti ta' l-Internet oħrajn aċċessibbli pubblikament. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord jista' jestendi l-mandat tiegħu darba għal perijodu ulterjuri ta' mhux aktar minn erba' snin.

3.   Ir-rwol u l-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv għandhom ikunu:

(a)

iħejji l-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 19(3) u l-Pjan Baġitarju Annwali, f'kollaborazzjoni mal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka, u jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni, skond l-Artikolu 18;

(b)

jissorvelja l-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni ta' kull attività meħtieġa għat-twettiq tal-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni fi ħdan il-qafas u r-regoli stipulati minn dawn l-Istatuti u deċiżjonijiet sussegwenti adottati mill-Bord tat-Tmexxija u l-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi;

(ċ)

iħejji l-Pjan Annwali ta' l-Attività msemmi fl-Artikolu 19(4) u l-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ imsemmija fl-Artikolu 18(5) u jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(d)

jippreżenta proposti dwar il-funzjonament intern ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(e)

jippreżenta proposti dwar ir-regoli ta' proċedura għal sejħiet għall-proposti mnedija mill-Impriża Konġunta ARTEMIS, inkluż l-evalwazzjoni tal-proposta għall-proġett u l-proċess ta' għażla assoċjati lill-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għall-approvazzjoni;

(f)

imexxi t-tnedija tas-sejħiet għall-offerti, il-proċess ta' l-evalwazzjoni l-għażla ta' proposti għall-proġetti u n-negozjar ta' ftehim ta' finanzjament għal proġetti magħżula, u s-sorveljanza perjodika u s-segwitu għall-proġetti fi ħdan il-mandat mogħti mill-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi;

(g)

jikkonkludi ftehim ta' finanzjament għall-implimentazzjoni ta' l-Attivitajiet ta' R&Ż kif imsemmija fl-Artikolu 12 u 13, u kuntratti ta' servizzi u provvista meħtieġa għall-operazzjonijiet ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS kif imsemmi fl-Artikolu 20;

(h)

jawtorizza l-ħlasijiet kollha dovuti mill-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(i)

jistabbilixxi u jimplimenta l-miżuri u l-azzjonijiet meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-progress ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS lejn it-twettiq ta' l-objettivi tagħha, inklużi monitoraġġ u verifika indipendenti sabiex jiġu evalwati l-effikaċja u r-rendiment ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(j)

jorganizza reviżjonijiet ta' proġetti u verifiki tekniċi għall-evalwazzjoni tar-riżultati ta' riċerka u żvilupp, u jirrapporta lil-Bord tat-Tmexxija dwar ir-riżultati kumplessivi;

(k)

iwettaq verifiki finanzjarji, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, dwar parteċipanti fil-proġetti kif meħtieġ, skond ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(l)

jinnegozja l-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tal-membri l-ġodda ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS, f'isem u fi ħdan il-mandat tal-Bord tat-Tmexxija;

(m)

iwettaq kull azzjoni oħra meħtieġa għat-twettiq b'suċċess ta' l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS mhux previsti fil-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali msemmi fl-Artikolu 19(3), fi ħdan kwalunkwe limiti u kondizzjonijiet stabbiliti mill-Bord tat-Tmexxija;

(n)

ilaqqa' u/jew jorganizza laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi u jattendi fejn ikun il-każ dawn il-laqgħat bħala osservatur;

(o)

jipprovdi lill-Bord tat-Tmexxija b'kull informazzjoni mitluba minnu;

(p)

jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija l-proposti tiegħu dwar l-istruttura organizzattiva tas-Segretarjat;

(q)

iwettaq stima tar-riskju u analiżi tal-ġestjoni tar-riskju u jipproponi lill-Bord tat-Tmexxija kull assigurazzjoni li tista' tkun meħtieġa għall-Impriża Konġunta ARTEMIS sabiex tasal sabiex tilħaq l-obbligi tagħha.

4.   Għandu jiġi stabbilit Segretarjat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv sabiex jagħti appoġġ fil-kompiti kollha tiegħu, inklużi:

(a)

appoġġ segretarjali għall-Entitajiet ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(b)

appoġġ operattiv għall-evalwazzjoni ta' proposti u l-monitoraġġ ta' proġetti, inkluż appoġġ sabiex jiġu organizzati sejħiet għall-proposti u arranġamenti għal stħarriġ u analiżi ta' proġetti u verifiki tekniċi;

(ċ)

it-twaqqif u l-ġestjoni ta' sistema interna adatta ta' verifika u kontabbiltà;

(d)

kompiti finanzjarji, inkluż ħlasijiet ta' kontributi finanzjarji mill-Impriża Konġunta ARTEMIS lill-parteċipanti fil-proġetti;

(e)

appoġġ għal attivitajiet ta' komunikazzjoni bħal relazzjonijiet pubbliċi, attivitajiet ta' pubblikazzjoni u ta' disseminazzjoni u organizzazzjoni ta' avvenimenti;

(f)

il-ġestjoni ta' sejħiet għall-offerti għall-ħtiġijiet ta' oġġetti/servizzi għall-Impriża Konġunta ARTEMIS skond ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

5.   Il-kompiti mhux finanzjarji tas-Segretarjat għandhom jiġu kuntrattati mill-Impriża Konġunta ARTEMIS ma' fornituri esterni tas-servizzi. Kuntratti bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

Artikolu 8

Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi

Kompożizzjoni, drittijiet tal-vot u teħid ta' deċiżjonijiet

(a)

il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jikkonsisti mill-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(b)

kull awtorità pubblika għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha u delegat ewlieni li għandu jkollu d-drittijiet tal-vot fil-Bord ta' l-Awtortajiet Pubbliċi;

(ċ)

terz mid-drittijiet tal-vot fil-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jkun assenjat lill-Komunità; iż-żewġ terzi li jibqgħu għandhom jiġu allokati lill-membri l-oħra tal-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi fuq bażi annwali proporzjonatament għall-kontribut finanzjarju tagħhom għall-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għal dik is-sena skond l-Artikolu 11(6) b u b'limitu massimu għal kull membru partikolari ta' 50 % tad-drittijiet tal-vot totali fil-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi.

(d)

jekk inqas minn tliet Stati membri fl-ARTEMIS ikunu kkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv il-kontribut finanzjarju tagħhom skond l-Artikolu 11(6)b, il-Komunità għandha żżomm terz mill-voti u ż-żewġ terzi li jibqgħu għandhom jitqassmu ndaqs bejn l-Istati membri fl-ARTEMIS;

(e)

id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mill-inqas 60 % tal-voti;

(f)

ir-rappreżentant tal-Komunità għandu dritt tal-veto fuq il-kwistjonijiet kollha dwar l-użu tal-kontribut tagħha lill-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(g)

kwalunkwe Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat li ma jkunx membru ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandu jkun jista' jipparteċipa fil-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi bħala osservatur. Dawn l-Istati għandhom jirċievu d-dokumenti rilevanti kollha tal-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi u għandhom ikunu jistgħu jipprovdu parir dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi.

Rwol u kompiti

Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu:

(a)

jiżgura li jiġu applikati sew il-prinċipji tat-trattament ġust u tat-trasparenza fl-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-parteċipanti fil-proġetti;

(b)

jiddiskuti u japprova l-Programm Annwali ta' Ħidma msemmi fl-Artikolu 19(2) fuq proposti mill-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka, inkluż il-baġits disponibbli għas-sejħiet għall-proposti;

(ċ)

japprova r-regoli ta' proċedura għas-sejħiet għall-proposti, għall-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti u għall-monitoraġġ tal-proġetti;

(d)

fuq proposta tar-rappreżentant tal-Komunità, jiddeċiedi dwar il-kontribut finanzjarju għall-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-baġit tas-sejħiet għall-proposti;

(e)

japprova l-kamp ta' applikazzjoni u t-tnedija tas-sejħiet għall-proposti;

(f)

japprova l-għażla tal-proposti għall-proġetti sabiex jirċievu finanzjament pubbliku wara s-sejħiet għall-proposti;

(g)

fuq proposta tar-rappreżentant tal-Komunità, jiddeċiedi dwar il-perċentwal tal-kontribut finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS imsemmija fl-Artikolu 13(6)(a) lill-parteċipanti fi proġetti li joħorġu minn sejħiet għall-proposti fi kwalunkwe sena partikolari;

(h)

jadotta r-regoli ta' proċedura skond il-paragrafu 3.

Regoli ta' proċedura

(a)

il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, normalment fis-sede ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(b)

il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-President tiegħu;

(ċ)

sa meta l-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, il-laqgħat għandhom jissejħu mill-Kummissjoni;

(d)

il-kworum tal-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jkun kostitwit mill-Kummissjoni, u minn rappreżentanti ta' mill-inqas tliet Stati membri fl-ARTEMIS.

Artikolu 9

Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka

Kompożizzjoni

L-ARTEMISIA għandha taħtar il-membri tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka.

Il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka għandu jikkonsisti minn mhux inqas minn 25 membru.

Rwol u kompiti

Il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka għandu:

(a)

jelabora l-Pjan Strateġiku Multinannwali msemmi fl-Artikolu 19(1), inklużi l-kontenut u l-aġġornament ta' l-Aġenda għar-Riċerka, u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(b)

iħejji l-abbozz tal-Programm Annwali ta' Ħidma msemmi fl-Artikolu 19(2), inklużi proposti għall-kontenut tas-sejħiet li għandhom jitniedu mill-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(ċ)

jelabora proposti fir-rigward ta' l-istrateġija teknoloġika, ta' riċerka u ta' innovazzjoni ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(d)

jelabora proposti għall-attivitajiet fir-rigward tal-ħolqien ta' ambjenti miftuħa ta' innovazzjoni, jippromwovi l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs, jiżviluppa standards b'mod trasparenti u b'mod miftuħ għall-parteċipazzjoni, il-koperazzjoni internazzjonali, id-disseminazzjoni u r-relazzjonijiet pubbliċi;

(e)

jagħti pariri lill-entitajiet l-oħrajn dwar kull kwistjoni marbuta ma' l-ippjanar u l-operat ta' programmi ta' riċerka u żvilupp, irawwem sħubijiet u jħaddem riżorsi sabiex jilħaq l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

(f)

jaħtar gruppi ta' ħidma fejn meħtieġ taħt il-koordinazjzoni kumplessiva ta' membru jew aktar tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka sabiex iwettaq il-kompiti msemmija fuq;

(g)

jadotta r-regoli ta' proċedura skond il-paragrafu 3.

Regoli ta' proċedura

(a)

Il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena;

(b)

il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka għandu jeleġġi l-President tiegħu;

(ċ)

sa meta l-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, il-laqgħat għandhom jissejħu mill-ARTEMISIA.

Artikolu 10

Funzjoni ta' Verifika Interna

Il-funzjonijiet fdati lill-awditur intern tal-Kummissjoni bl-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Bord tat-Tmexxija, li għandu jagħmel id-dispożizzjonijiet meħtieġa, b'kont meħud tal-qies u l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

Artikolu 11

Sorsi ta' finanzjament

1.   L-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandom ikunu ffinanzjati b'mod konġunt permezz ta' kontributi finanzjarji mħallsin f'pagamenti parzjali u kontributi in natura mill-membri tagħha sabiex jappoġġaw l-ispejjeż operattivi u l-Attivitajiet ta' R&Ż.

2.   Ir-riżorsi kollha ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom jiġu ddedikati għall-issodisfar ta' l-objettivi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament.

3.   Ir-riżorsi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS mdaħħla fil-baġit tagħha għandhom ikunu komposti minn:

(a)

il-kontributi tal-membri għall-ispejjeż operattivi ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 5(c);

(b)

kontribut Komunitarju għall-finanzjament ta' l-Attivitajiet ta' R&Ż;

(ċ)

kull dħul ġenerat mill-Impriża Konġunta ARTEMIS;

(d)

kull kontribut jew dħul finanzjarju ieħor.

Kull imgħax mill-kontributi imħallsa mill-membri tagħha għandu jitqies bħala dħul ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

4.   Kull entità ġuridika li ma tkunx membru tista' tagħti kontributi in natura jew fi flus lir-riżorsi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS skond it-termini u l-kondizzjonijiet negozjati mid-Direttur Eżekuttiv f'isem u fi ħdan il-mandat mogħti mill-Bord tat-Tmexxija.

5.   L-ispejjeż operattivi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom jinġarru mill-membri tagħha:

(a)

l-ARTEMISIA għandha tagħmel kontribut sa EUR 20 miljun jew sa 1 % tas-somma ta' l-ispiża totali tal-proġetti kollha, liema figura tkun l-ogħla, iżda li ma taqbiżx EUR 30 miljun;

(b)

il-Komunità għandha tagħmel kontribut sa EUR 10 miljun. Jekk parti minn dan il-kontribut ma tintużax tista' issir disponibbli għall-Attivitajiet tar-R&Ż imsemmija fil-paragrafu 6;

(ċ)

l-Istati membri fl-ARTEMIS għadhom jagħmlu kontributi in natura għall-ispejjeż operattivi permezz tal-faċilitazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-proġetti u l-għoti ta' fondi pubbliċi kif imsemmi fl-Artikoli 12 u 13;

(d)

il-kontributi tal-Komunità u ta' l-ARTEMISIA għandhom ikunu disponibbli skond id-dispożizzjonijiet tal-Pjan Baġitarju Annwali rilevanti msemmi fl-Artikolu 18. Għandhom jiġu pprovduti pagamenti parzjali abbażi tar-rekwiżiti finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta.

6.   L-Attivitajiet ta' R&Ż ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom jiġu apoġġati permezz ta':

(a)

kontribut finanzjarju mill-Komunità sa EUR 410 miljun sabiex jiffinanzjaw il-proġetti li jistgħu eventwalment jiżdiedu b'kull parti mhux minfuqa tal-kontribut Komunitarju msemmi fil-paragrafu 5(b);

(b)

kontributi finanzjarji mill-Istati membri fl-ARTEMIS li għandhom jammontaw għal mill-inqas 1,8 darba l-kontribut finanzjarju tal-Komunità. Dawn il-kontributi finanzjarji għandhom jitħallsu lill-parteċipanti fil-proġetti skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 12 u 13. Kull sena, l-Istati membri fl-ARTEMIS għandhom jikkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv sa data ffissata mill-Bord tat-Tmexxija l-impenji finanzjarji tagħhom irriżervati għal sejħiet għal proposti li għandhom jitniedu mill-Impriża Konġunta ARTEMIS billi jqisu l-ambitu ta' l-Attivitajiet ta' R&Ż appoġġati li huma indirizzati fis-sejħiet;

(ċ)

kontributi in natura mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp li jipparteċipaw fi proġetti li għandhom ikunu daqs is-sehem tagħhom ta' l-ispiża eliġibbli meħtieġa sabiex jitwettqu l-proġetti kif definit abbażi tar-regoli ta' l-awtoritajiet finanzjaturi rispettivi li jagħmlu ftehim ta' finanzjament. Il-kontribut kumplessiv tul l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun daqs jew akbar mill-kontribut ta' l-awtoritajiet pubbliċi.

7.   Il-kontributi finanzjarji tal-membri ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom jitħallsu f'pagamenti parzjali skond id-dispożizzjonijiet tal-Pjan Baġitarju Annwali msemmi fl-Artikolu 18.

8.   Kwalunkwe membru ġdid ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS barra l-Istati Membri jew il-Pajjiżi Assoċjati għandu jagħti kontribut finanzjarju lill-Impriża Konġunta ARTEMIS.

9.   Jekk xi membru ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS jonqos mill-impenji tiegħu fir-rigward tal-kontribut finanzjarju miftehma tiegħu lill-Impriża Konġunta ARTEMIS, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika b'dan lil tali membru bil-miktub u għandu jistabbilixxi perijodu raġonevoli li fih għandu jiġi rrimedjat tali nuqqas. Jekk tali nuqqas ma jiġix irrimedjat f'tali perijodu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' laqgħa tal-Bord tat-Tmexxija sabiex jiddeċiedi jekk is-sħubija tal-membru li qed jonqos għandhiex tiġi rrevokata jew jekk għandhomx jittieħdu xi miżuri oħra sa meta jiġu sodisfatti l-obbligi tiegħu.

10.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun il-proprjetarja ta' l-assi kollha tagħha ġenerati jew trasferiti lilha għat-twettiq ta' l-objettivi tagħha kif deskritt fl-Artikolu 2 tar-Regolament, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

Artikolu 12

Implimentazzjoni ta' l-Attivitajiet ta' R&Ż

1.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tappoġġa l-Attivitajiet ta' R&Ż permezz ta' sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti, evalwazzjoni u għażla indipendenti ta' proposti, allokazzjoni ta' finanzjament pubbliku lill-proposti magħżula, u l-finanzjament tal-proġetti.

2.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-parteċipanti fil-proġett għall-implimentazzjoni tal-proġetti. It-termini u l-kondizzjonijiet ta' dawn il-ftehim ta' finanzjament għandhom ikunu skond ir-regoli finanzjarji, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament, ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS u għandhom jirriferu għal u, fejn ikun il-każ, jibbażaw fuq ftehim nazzjonali ta' finanzjament korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 13(6)(b).

3.   Sabiex tiġi assistita l-implimentazzjoni tal-proġetti u l-għoti ta' fondi pubbliċi, l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tistabbilixxi arranġamenti amministrattivi ma' l-entitajiet nazzjonali nnominati mill-Istati membri fl-ARTEMIS għal dak il-għan, f'konformità mar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

4.   L-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li mhumiex membri fl-Impriża Konġunta ARTEMIS jistgħu jikkonkludu arranġamenti simili ma' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

5.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tistabbilixxi l-proċeduri għas-sorveljanza u l-kontroll ta' l-Attvitajiet ta' R&Ż, inkluż dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ u l-verifika teknika tal-proġetti. L-Istati membri fl-ARTEMIS m'għandhomx jirrikjedu monitoraġġ addizzjonali u rapporti tekniċi ta' verifika diversi minn dawk meħtieġa mill-Impriża Konġunta ARTEMIS.

Artikolu 13

Finanzjament ta' proġetti

1.   Il-finanzjament pubbliku għal proġetti magħżula wara sejħiet għal proposti pubblikati mill-Impriża Konġunta ARTEMIS għandu jikkonsisti f'kontributi finanzjarji nazzjonali mill-Istati membri fl-ARTEMIS u/jew f'kontribut finanzjarju mill-Impriża Konġunta ARTEMIS. Kull appoġġ pubbliku taħt din l-inzjattiva huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali u ta' l-għajnuna materjali ta' l-Istat meta dawn ikunu applikabbli.

2.   L-entitajiet ġuridiċi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli sabiex jirċievu fondi mill-kontribut Komunitarju għall-Attivitajiet ta' R&Ż ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament:

(a)

entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Istati membri fl-ARTEMIS li kkonkludew ftehim ta' finanzjament għal tali proġett ma' l-awtorità nazzjonali korrispondenti konsegwentement għall-proċeduri ta' kuntrattazzjoni mill-Impriża Konġunta ARTEMIS.

(b)

entitajiet ġuridiċi oħra stabbiliti fl-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li mhumiex membri ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS. F'dan il-każ, dawn l-Istati jew pajjiżi jistgħu jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi ma' l-Impriża Konġunta ARTEMIS sabiex jippermettu l-parteċipazzjoni tal-kumpanniji u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp li jinsabu fit-territorji tagħhom.

Sabiex jitqiesu eliġibbli għal finanzjament Komunitarju, l-ispejjeż magħmula fl-implimentazzjoni ta' l-Attivitajiet tar-R&Ż għandhom ikunu esklużi mit-taxxa fuq il-valur miżjud.

3.   Is-sejħiet tal-proposti mnedija u pubblikati mill-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom jispeċifikaw il-baġit globali disponibbli għal kull sejħa. Dan il-baġit għandu jindika l-ammonti impenjati fuq il-livell nazzjonali minn kull Stat membru fl-ARTEMIS u l-ammont stmat tal-kontribut finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS. Is-sejħiet għandhom jiddikjaraw il-kriterji ta' evalwazzjoni f'relazzjoni ma' l-objettivi tas-sejħa u kwalunkwe kriterju ta' eliġibbiltà nazzjonali jew ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

4.   Il-kontribut finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS lill-baġit ta' kull sejħa għandu jkun ekwivalenti għal 55 % ta' l-ammont totali impenjat mill-Istati membri fl-ARTEMIS, sakemm il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi ma jiddeċidix mod ieħor fuq proposta tar-rappreżentant tal-Komunità.

5.   Is-sejħiet, l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

is-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom jinfetħu għall-parteċipanti stabbiliti fl-Istati membri fl-ARTEMIS u fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jew il-Pajjiż Assoċjat. Dawn ir-regoli għandhom isiru pubbliċi;

(b)

il-konsorzji ta' parteċipanti fi proposti ta' proġetti preżentati b'rispons għal dawn is-sejħiet għandhom jinkludu ta' mill-anqas tliet entitajiet mhux affiljati stabbiliti f'mill-anqas tliet Stati membri fl-ARTEMIS. Il-Parteċipanti prospettivi u l-kontribut tagħhom għall-proposti tal-proġett għandhom jiġu vverifikati mill-Impriża Konġunta ARTEMIS, abbażi tal-verifiki previsti mill-awtoritajiet pubbliċi rispettivi, skond il-kriterji għal finanzjament ta' eliġibbiltà nazzjonali u ta' l-Impriża Konġunta pre-definiti. Huma għandhom jiġu informati dwar il-konformità tagħhom, meta possibbli qabel jippreżentaw proposta ta' proġett sħiħ. Dawn il-verifiki m'għandhomx jirriżultaw f'dewmien fl-evalwazzjoni tal-proposta u l-proċess ta' l-għażla;

(ċ)

l-evalwazzjoni u l-proċess ta' għażla mwettaq bl-assistenza ta' esperti indipendenti għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS issegwi l-prinċipji ta' trattament ugwali, eċċellenza u kompetizzjoni;

(d)

wara l-evalwazzjoni tal-proposti, il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jistabbilixxi klassifika ta' proposti abbażi tal-kriterji ċari ta' evalwazzjoni u l-kontribut kollettiv tagħhom lejn it-twettiq ta' l-objettivi tas-sejħa;

(e)

il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jiddeċiedi dwar l-għażla tal-proposti u l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-proposti magħżula sal-limitu tal-baġits disponibbli, filwaqt li jikkunsidra kwalunkwe kriterju ta' eliġibbiltà nazzjonali u l-verifiki mwettqa skond il-punt (b). Din id-deċiżjoni għandha wkoll torbot lill-Istati membri fl-ARTEMIS mingħajr kwalunkwe proċess ulterjuri ta' evalwazzjoni jew ta' għażla.

6.   Il-finanzjament tal-proġetti għandu jirrispetta r-regoli li ġejjin:

(a)

il-kontribut finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS lill-parteċipanti fi proġetti għandu jingħata f'perċentwal ta' l-ispejjeż totali, definiti skond il-każ mill-awtoritajiet finanzjaturi rispettivi li jagħmlu l-ftehim ta' finanzjament, li saru fl-implimentazzjoni tal-proġett. Dan il-perċentwal għandu jkun determinat fuq bażi annwali mill-Impriża Konġunta ARTEMIS u jkun sa 16,7 %. Dan il-perċentwal għandu jkun ugwali għall-parteċipanti kollha fi proġetti li jiġu minn kwalunkwe sejħa għall-proposti;

(b)

l-Istati membri fl-ARTEMIS għandhom jistabbilixxu ftehim ta' finanzjament mal-parteċipanti fi proġetti skond ir-regoli nazzjonali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-kriterji ta' l-eliġibbiltà u rekwiżiti oħra finanzjarji u legali neċessarji. Fejn applikabbli, il-kontributi finanzjarji nazzjonali mill-Istati membri fl-ARTEMIS għandhom jitħallsu direttament lill-parteċipanti fi proġetti skond il-ftehim ta' finanzjament nazzjonali. L-Istati membri fl-ARTEMIS għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi sabiex jissinkronizzaw il-kondizzjonijiet u l-istabbiliment tal-ftehim ta' finanzjament u jħallsu l-kontributi finanzjarji tagħhom fiż-żmien debitu.

Artikolu 14

Impenji Finanzjarji

L-impenji finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS m'għandhomx jeċċedu l-ammont ta' riżorsi finanzjarji disponibbli jew impenjati għall-baġit tagħha mill-membri tagħha.

Artikolu 15

Dħul finanzjarju

Ħlief fil-każ ta' stralċ ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS skond l-Artikolu 25, kull dħul eċċessiv fuq in-nefqa m'għandux jitħallas lill-membri ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

Artikolu 16

Is-sena finanzjarja

Is-sena finanzjarja għandha tikkorrispondi għas-sena kalendarja.

Artikolu 17

Implimentazzjoni finanzjarja

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS.

Artikolu 18

Rappurtar finanzjarju

1.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija abbozz preliminari tal-Pjan Baġitarju Annwali li jkun fih tbassir tan-nefqa annwali għas-sentejn ta' wara u li jinkludi l-pjan ta' stabbiliment tal-persunal. F'dan it-tbassir, għandhom jitfasslu l-estimi tad-dħul u n-nefqa għall-ewwel minn dawn is-sentejn f'dettall kif meħtieġ għall-proċedura interna tal-baġit ta' kull membru fir-rigward il-kontributi finanzjarji għall-Impriża Konġunta ARTEMIS. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprovdi lill-Bord tat-Tmexxija bl-informazzjoni kollha supplimentari meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jikkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv il-kummenti tagħhom dwar l-abbozz preliminari tal-Pjan Baġitarju Annwali u b'mod partikolari dwar l-estimi tar-riżorsi u tan-nefqa għas-sena ta' wara.

3.   Filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu waslu mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-abbozz tal-Pjan Baġitarju Annwali għas-sena ta' wara f'kollaborazzjoni mal-Kumitat ta' l-Industrija u tar-Riċerka u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għal approvazzjoni.

4.   Il-Pjan Baġitarju Annwali u l-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għal sena partikolari għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS sat-tmiem tas-sena preċedenti.

5.   Fi żmien xahrejn mill-għeluq ta' kull sena finanzjarja, il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jiġu preżentati mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena preċedenti għandhom jiġu preżentati lill-Qorti ta' l-Awdituri u l-Kummissjoni.

Artikolu 19

Ippjanar u rappurtar

1.   Il-Pjan Strateġiku Multinannwali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għat-twettiq ta' l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS, inkluża l-Aġenda għar-Riċerka.

2.   Il-Programm Annwali ta' Ħidma għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda għar-Riċerka għal sena partikolari.

3.   Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu implimentati permezz ta' sejħiet għal proposti. Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandu jiġi preżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Pjan Baġitarju Annwali msemmi fl-Artikolu 18.

4.   Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jippreżenta l-progress li jkun sar mill-Impriża Konġunta ARTEMIS f'kull sena kalendarja, b'mod partikolari f'relazzjoni mal-Pjan Strateġiku Multinannwali u l-Pjan Multinannwali ta' Implimentazzjoni għal dik is-sena. Għandu wkoll jinkludi informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni ta' l-SME fl-Attivitajiet ta' R&Ż ta' l-Impriża Konġunta. Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jiġi preżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ.

5.   Ladarba approvat mill-Bord tat-Tmexxija, verżjoni pubblikabbli tal-Pjan Strateġiku Multinannwali, il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali u r-Rapport Annwali ta' l-Attività għandhom isiru disponibbli.

Artikolu 20

Kuntratti ta' servizz u provvista

L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tistabbilixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi adatti għall-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tal-kuntratti ta' servizz u ta' provvista konklużi fejn meħtieġ għall-operat ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha.

Artikolu 21

Ir-responsabbiltà tal-membri, l-assigurazzjoni

1.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun unikament responsabbli għall-konformità ma' l-obbligazzjonijiet tal-membri tagħha. M'għandhiex tkun responsabbli għan-nuqqas ta' Stat membru fl-ARTEMIS li jwettaq l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mis-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Konġunta ARTEMIS.

2.   Il-membri mhumiex responabbli għal ebda mill-obbligi ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri hija responsabbiltà interna lejn l-Impriża Konġunta ARTEMIS biss, u hija limitata għall-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżorsi kif stipulat fl-Artikolu 11(3).

3.   Minkejja l-kontributi finanzjarji dovuta lill-parteċipanti fil-proġett skond l-artikolu 13(6)(a), ir-responsabbiltà finanzjarja ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS għad-djun tagħha hija limitata għall-kontributi li għamlu l-membri għall-ispejjeż operattivi kif stipulat fl-Artikolu 11(3)(a).

4.   L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tikkuntratta assigurazzjoni u żżomm ruħha assigurata b'mod adegwat.

Artikolu 22

Kunflitt ta' interessi

L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tevita kull kunflitt ta' interess fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tagħha.

Artikolu 23

Il-politika dwar il-Proprjetà Intellettwali

1.   Ir-regoli li ġejjin li jirregolaw il-protezzjoni, l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka huma bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 u għandhom jiżguraw li, fejn ikun il-każ, tiġi protetta l-proprjetà intellettwali ġġenerata f'Attivitajiet ta' R&Ż taħt dan ir-Regolament, u li r-riżultati tar-riċerka jintużaw u jiġu disseminati.

L-objettiv tal-politika tal-proprjetà intellettwali kif stipulata f'dan l-Artikolu huwa l-promozzjoni tal-ħolqien tal-konoxxenza u l-isfruttament tagħha, l-allokazzjoni ġusta tad-drittijiet, l-ippremjar ta' l-innovazzjoni, u l-kisba ta' parteċipazzjoni wiesgħa ta' entitajiet privati u pubbliċi fil-proġetti.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(a)

“informazzjoni” tfisser kull disinn, speċifikazzjoni, ritratt, kampjun, mudell, proċess, proċedura, istituzzjoni, software, rapport, dokument, jew kull informazzjoni teknika u/jew kummerċjali oħra, konoxxenza prattika, data jew dokumenti ta' kull tip, inkluża informazzjoni orali, diversa mid-“Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali”;

(b)

“Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali” (IPR) tfisser kull dritt ta' proprjetà intellettwali inklużi privattivi, mudelli ta' utilità u ċertifikati ta' utilità, drittijiet ta' disinji industrijali, drittijiet ta' l-awtur, sigrieti tan-negozju, drittijiet ta' database, topografiji ta' prodotti tas-semikundutturi, kif ukoll kull reġistrazzjoni, applikazzjoni, diviżjoni, kontinwazzjoni, rieżami, tiġdid jew ħruġ mill-ġdid ta' dawn kollha, esklużi marki kummerċjali u ismijiet kummerċjali;

(ċ)

“informazzjoni anterjuri” tfisser kull informazzjoni li tkun il-proprjetà ta' parteċipant fil-proġett jew kontrollata minnu fid-data effettiva tal-ftehim korrispondenti tal-proġett, jew li fir-rigward tagħha d-dritt ta' proprjetà jew il-kontroll jiġi akkwistat minn parteċipant fi proġett bħala riżultat ta' attivitajiet barra mill-qafas tal-proġett;

(d)

“IPR anterjuri” tfisser kull IPR li tkun il-proprjetà ta' parteċipant fil-proġett jew kontrollat minnu fid-data effettiva tal-ftehim korrispondenti tal-proġett, jew li fir-rigward tiegħu d-dritt ta' proprjetà jew il-kontroll jiġi akkwistat minn parteċipant fi proġett bħala riżultat ta' attivitajiet barra mill-qafas tal-proġett;

(e)

“element anterjuri” tfisser informazzjoni anterjuri jew IPR anterjuri;

(f)

“informazzjoni ġdida” tfisser kull informazzjoni ġenerat bħala riżultat ta' l-attivitajiet immexxija fil-qafas tal-proġett konċernat, kif speċifikat fil-ftehim korrispondenti tal-proġett;

(g)

“IPR ġodda” tfisser kull IPR ġenerat bħala riżultat ta' l-attivitajiet imwettqa fil-qafas ta' proġett konċernat, kif speċifikat fil-ftehim korrispondenti tal-proġett;

(h)

“element ġdid” tfisser informazzjoni ġdida jew IPR ġodda;

(i)

“dritt ta' l-aċċess” tfisser liċenzji mhux esklussivi u drittijiet ta' l-utenti għall-element ġdid jew element anterjuri, liema drittijiet m'għandhomx jinkludu d-dritt ta-subliċenzjar ħlief jekk miftiehem mod ieħor fil-ftehim tal-proġett;

(j)

“meħtieġ” tfisser “teknikament essenzjali” għall-implimentazzjoni tal-proġett u/jew fir-rigward ta' l-Użu ta' element ġdid u, fejn huma konċernati d-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, għandha tfisser li dawk id-Drittijiet tal-Prorjetà Intellettwali jinkisru li kieku ma jingħatawx id-drittijiet ta' l-aċċess;

(k)

“użu” għandha tfisser l-iżvilupp, il-ħolqien u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess għall-ħolqien u l-għoti ta' servizz kif jista' jiġi definit aktar `il quddiem fil-ftehim tal-proġett applikabbli;

(l)

“disseminazzjoni” tfisser l-iżvelar ta' element ġdid b'kull mezz adatt divers minn dak li jirriżulta mill-formalitajiet għall-protezzjoni tiegħu, u inkluża l-pubblikazzjoni ta' element ġdid fuq kwalunkwe mezz;

(m)

“ftehim tal-proġett” tfisser ftehim bejn parteċipanti fi proġett li jistipula t-termini u l-kondizzjonijet kollha jew parti minnhom li japplikaw bejniethom fir-rigward ta' proġett speċifiku, bħala ftehim ta' konsorzju dwar proġett, liema ftehim għandu jinkludi mingħajr limitazzjoni Drittijiet ta' l-aċċess skond dan l-Artikolu;

(n)

“kondizzjonijiet ta' trasferiment” tfisser kondizzjonijiet finanzjarji li għandhom valur inqas minn ta' kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, normalment l-ispiża sabiex isiru disponibbli d-drittijiet ta' l-aċċess.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni, l-arranġamenti dwar il-proprjetà intellettwali għandhom ikunu regolati mill-prinċipji li ġejjin:

3.1.   Id-dritt ta' proprjetà

3.1.1.

L-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tkun il-proprjetarja ta' kull assi tanġibbli jew intanġibbli maħluqa bir-riżorsi proprji tagħha jew trasferiti lilha għall-implimentazzjoni ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS, ħlief jekk speċifikat mod ieħor.

3.1.2.

Minkejja d-dispożizzjonijiet hawn fuq, l-Impriża Konġunta ARTEMIS m'għandhiex iżomm għaliha informazzjoni jew IPR maħluqa fi proġetti.

3.1.3.

Kull parteċipant fi proġett jibqa' il-proprjetarju ta' l-element anterjuri tiegħu. Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu l-element anterjuri meħtieġ għall-finijiet tal-proġett ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS fi fi ftehim ta' proġett bil-miktub u, fejn ikun il-każ, jistgħu jeskludu element anterjuri speċifiku.

3.1.4.

Element ġdid li jkun ġej minn xogħol imwettaq taħt proġetti għandu jkun il-proprjetà tal-parteċipant jew parteċipanti li jwettqu x-xogħol li jiġġenera dak l-element ġdid skond l-arranġamenti deskritti fil-ftehim ta' finanzjament u fil-ftehim tal-proġett u skond il-prinċipji stabbiliti f'dan l-Artikolu.

3.2.   Drittijiet ta' l-aċċess

3.2.1.

Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddeċiedu li jagħtu drittijiet ta' l-aċċess aktar estensivi milli meħtieġa minn dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddefinixxu l-element anterjuri meħtieġ għall-finijiet tal-proġett u, fejn ikun il-każ, jistgħu jeskludu element anterjuri speċifiku.

3.2.2.

Għandhom jingħataw drittijiet ta' l-aċċess għall-element anterjuri lil parteċipanti oħra fl-istess proġett jekk dan l-element anterjuri jkun meħtieġ minn dawn il-parteċipanti l-oħra sabiex iwettqu xogħolhom fil-proġett, dejjem sakemm il-proprjetarju jkun intitolat jagħti tali drittijiet. Id-drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw skond kondizzjonijiet ta' trasferiment li għandhom jiġu miftehma mill-parteċipanti konċernati fil-proġett, ħlief jekk miftiehem mod ieħor mill-parteċpanti kollha fil-ftehim tal-proġett.

3.2.3.

Għandhom jingħataw drittijiet ta' l-aċċess għall-element ġdid lil parteċipanti oħra fl-istess proġett jekk dan l-element ġdid ikun meħtieġ minn dawn il-parteċipanti l-oħra sabiex iwettqu xogħolhom fil-proġett, dejjem sakemm il-proprjetarju jkun intitolat jagħti tali drittijiet. Dawn id-drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw fuq bażi ta' bla ħlas, mhux esklussiva u mhux trasferibbli

3.2.4.

Il-parteċipanti fl-istess proġett għandhom igawdu minn drittijiet ta' l-aċċess għall-element anterjuri jekk dan ikun meħtieġ għall-użu ta' l-element ġdid tagħhom ta' dak il-proġett, dejjem sakemm il-proprjetarju ta' l-element anterjuri jkun intitolat jagħti tali drittijiet. Dawn id-drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva u mhux trasferibbli b'kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.

3.2.5.

Il-parteċipanti fl-istess proġett għandhom igawdu mid-drittijiet ta' l-aċċess għall-element ġdid jekk dan huwa meħtieġ għall-Użu tagħhom. Dawn id-drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva u mhux trasferibbli u l-għoti tagħhom m'għandux jinvolvi ħlas jew isir b'kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.

3.2.6.

Suġġett għall-qbil bejn il-proprjetarji kollha konċernati, id-drittijiet ta' l-aċċess għall-element ġdid sabiex jitwettqu aktar attivitajiet ta' riċerka għandhom jingħataw lil parti terza b'kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli li jkun hemm qbil dwarhom.

3.3.   Protezzjoni, Użu u Disseminazzjoni

3.3.1.

Meta l-element ġdid ikun jista' jiġi sfruttat bi qliegħ, il-proprjetarju (i) għandu jipprovdi għall-protezzjoni adegwata u effikaċi tiegħu, b'kont dovut għall-interessi leġittimi tiegħu stess u tal-parteċipanti l-oħra fil-proġett konċernat, partikolarment l-interessi kummerċjali, u (ii) għandu jużah jew jiżgura li jintuża.

3.3.2.

Kull parteċipant għandu jiżgura li l-element ġdid li tiegħu huwa jkun il-proprjetarju jixxerred malajr kemm jista' jkun.

3.3.3.

Kull attività ta' disseminazzjoni għandha tkun kompatibbli mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi tal-kunfidenzjalità, u l-interess leġittimu tal-proprjetarji ta' l-element ġdid.

3.3.4.

Għandu jingħata pre-avviż lil parteċipanti oħra dwar kull attività ta' disseminazzjoni fir-rigward ta' element ġdid, element anterjuri jew informazzjoni kunfidenzjali li jkunu l-proprjetà ta' parteċipanti oħra fl-istess proġett jew data jew informazzjoni oħra li tkun amalgamata ma' l-element ġdid, element anterjuri jew informazzjoni kunfidenzjali ta' dawn il-parteċipanti oħra. Fi żmien 45 jum wara din in-notifika, kwalunkwe minn dawn il-parteċipanti jistgħu joġġezzjonaw bil-miktub jekk l-interessi leġittimi tagħhom f'rabta ma' element ġdid jew element anterjuri jiġu pperikolati minn tali disseminazzjoni. F'każijiet bħal dawn, l-attività ta' disseminazzjoni ma għandhiex issir sakemm ma jittiħdux il-passi adatti għall-protezzjoni ta' dawk l-interessi leġittimi.

3.3.5.

Kull pubblikazzjoni, applikazzjoni għal privattiva preżentata minn jew f'isem parteċipant, jew kull disseminazzjoni oħra marbuta ma' l-element ġdid, għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-element ġdid konċernat ġie ġenerat bl-appoġġ finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS. Kull attività ta' disseminazzjoni għandha tkun kompatibbli mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ma' l-obbligi tal-kunfidenzjalità, u ma' l-interess leġittimu tal-proprjetarji ta' l-element ġdid.

3.4.   Trasferiment

3.4.1.

Meta parteċipant jittrasferixxi d-dritt ta' proprjetà fir-rigward ta' element ġdid, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' dan l-element ġdid lit-trasferatarju, inkluż l-obbligu sabiex dawn l-obbligi jgħaddu lil kwalunkwe trasferatarju sussegwneti. Dawn l-obbligi għandhom jinkludu dawk li jikkonċernaw l-għoti ta' drittijiet ta' l-aċċess, u d-disseminazzjoni u l-użu.

3.4.2.

Suġġett għall-obbligi dwar il-kunfidenzjalità, meta parteċipant fi proġett ikun meħtieġ jittrasferixxi l-obbligi tiegħu sabiex jipprovdi d-drittijiet ta' l-aċċess, għandu jagħti pre-avviż ta' mill-inqas 45 jum lill-parteċipanti l-oħra dwar it-trasferiment previst, flimkien ma' informazzjoni suffiċjenti dwar il-proprjetarju ġdid previst ta' l-element ġdid sabiex il-parteċipanti l-oħra jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta' l-aċċess tagħhom. Wara n-notifika, kull parteċipant ieħor jista' joġġezzjona fi żmien 30 jum jew f'limitu ta' żmien differenti miftiehem bil-miktub, għal kull trasferiment previst tad-dritt ta' proprjetà fuq il-bażi li jolqot b'mod avvers id-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu. Meta kwalunkwe mill-parteċipanti l-oħra juri li d-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu jiġu milquta b'mod avvers, it-trasferiment maħsub m'għandux iseħħ sakemm jintlaħaq qbil bejn il-parteċipanti konċernati.

3.5.

Il-parteċipanti fl-istess proġett għandhom jikkonkludu bejniethom ftehim ta' proġett li għandu jistabbilixxi l-arranġamenti tal-proprjetà intellettwali konformement ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 24

L-emendament ta' l-Istatuti

1.   Kwalunkwe membru ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS jista' jieħu inizjattiva għall-emendament ta' l-Istatuti għall-Bord tat-Tmexxija.

2.   L-inizjattiva msemmija fil-paragrafu 1, kif approvata mill-Bord tat-Tmexxija, għandha tiġi preżentata bħala abbozz ta' emendi lill-Kummissjoni li għandha tadottahom, kif xieraq.

3.   Madankollu, kwalunkwe emenda li tinċidi fuq l-elementi essenzjali ta' dawn l-Istatuti, u b'mod partikolari l-emendi għall-Artikoli 3, 4, 6, 7, 11, 13, 21, 24 u 25 tagħhom, għandha tiġi adottata skond l-Artikolu 172 tat-Trattat.

Artikolu 25

Stralċ

1.   Fi tmiem il-perijodu previst fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament, jew wara emenda skond l-Artikolu 11 (2) tar-Regolament, l-Impriża Konġunta ARTEMIS għandha tiġi stralċjata.

2.   Il-proċedura ta' stralċ għandha tinbeda awtomatikament jekk il-Kummissjoni tirtira mill-Impriża Konġunta ARTEMIS.

3.   Għall-finijiet tat-tmexxija tal-proċedimenti involuti fil-likwidazzjoni ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar stralċjarju jew aktar, li għandhom jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

4.   Fil-kors ta' l-istralċ ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS, għandu jingħata lura lill-Istat ospitanti kull oġġett ta' appoġġ fiżiku li kien ġie dispost mill-Istat ospitanti skond il-ftehim ta' ospitalità msemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament.

5.   Meta kwalunkwe assi fiżiku jkun ġiet ttrattat kif previst fil-paragrafu 4, kull assi oħra ulterjuri għandhom jintużaw sabiex ikopru r-responsabbiltajiet ta' l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-ispejjeż marbuta ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe rimanenti għandu jitqassam fost il-membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribut attwali tagħhom għall-Impriża Konġunta ARTEMIS. Kwalunkwe rimanenti distribwit lill-Komunità għandu jiġi rritornat lill-baġit tal-Kummissjoni.

6.   L-assi li jifdal għandhom jitqassmu fost il-membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribut annwali tagħhom għall-Impriża Konġunta ARTEMIS.

7.   Għandha tiġi stabbilita proċedura ad hoc sabiex tiżgura l-ġestjoni adegwata ta' kull ftehim ta' finanzjament u kull kuntratt ta' servizz u provvista li jkun ġie konkluż mill-Impriża Konġunta ARTEMIS, b'tul itwal mit-tul ta' Impriża Konġunta ARTEMIS.