ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
1 ta' Frar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 87/2008 tal-31 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/2008 tal-31 ta’ Jannar 2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 89/2008 tal-31 ta’ Jannar 2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 90/2008 tal-31 ta’ Jannar 2008 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 91/2008 tal-31 ta’ Jannar 2008 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2008 tal-31 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2008

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2008 tal-31 ta’ Jannar 2008 dwar l-irtirar ta' sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju għas-sena 2008 għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 94/2008 tal-31 ta’ Jannar 2008 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

14

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 95/2008 tal-31 ta’ Jannar 2008 li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

18

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/87/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

20

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

21

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/88/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/59/KE dwar żoni fejn il-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għall-ħanżir salvaġġ kontra d-deni klassiku għandhom jiġu implimentati fis-Slovakkja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 319)

34

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2008/89/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħlas mis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi barranin ta’ riżerva u l-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2007/22)

36

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata ( ĠU L 310, 25.11.2005 )

40

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 87/2008

tal-31 ta’ Jannar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

138,6

MA

39,0

SN

192,7

TN

120,5

TR

95,2

ZZ

117,2

0707 00 05

EG

190,8

JO

202,1

MA

54,5

TR

126,9

ZZ

143,6

0709 90 70

MA

61,7

TR

149,6

ZA

79,4

ZZ

96,9

0709 90 80

EG

191,8

ZZ

191,8

0805 10 20

EG

44,5

IL

60,9

MA

64,8

TN

53,4

TR

63,3

ZA

22,3

ZZ

51,5

0805 20 10

IL

107,2

MA

104,8

TR

98,7

ZZ

103,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

85,9

IL

76,1

JM

103,1

MA

135,9

PK

46,3

TR

72,2

US

60,1

ZZ

82,8

0805 50 10

EG

74,2

IL

120,5

MA

90,6

TR

121,8

ZZ

101,8

0808 10 80

CA

103,4

CL

60,8

CN

84,8

MK

37,5

US

112,1

ZZ

79,7

0808 20 50

CL

59,3

CN

57,3

TR

159,1

US

99,0

ZA

95,1

ZZ

94,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 88/2008

tal-31 ta’ Jannar 2008

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mill-1 ta’ Frar 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

26,52  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

26,52  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

26,52  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

26,52  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2883

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

28,83

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

28,83

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

28,83

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2883

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

c)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*1)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 89/2008

tal-31 ta’ Jannar 2008

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)(d) u (g) ta' l-imsemmi Regolament, tas-suq dinji u dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, b'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji stipulati fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat minħabba l-qagħda tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Ir-rifużjonijiet jistgħu jingħataw biss fir-rigward tal-prodotti awtorizzati li jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma' pajjiżi terzi (2).

(5)

In-negozjati fil-qafas ta' l-arranġamenti Ewropej bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija u l-Bulgarija għandhom l-għan partikolari li jilliberalizzaw il-kummerċ tal-prodotti rregolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ikkonċernat. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu mir-rifużjonjiet għall-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, peress li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Sabiex il-prodotti jkunu eleġibbli għal rifużjoni skond il-paragrafu 1, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti, stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mill-1 ta’ Frar 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1702 40 10 9100

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

28,83

1702 60 10 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

28,83

1702 60 95 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2883

1702 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

28,83

1702 90 71 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2883

1702 90 95 9100

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2883

1702 90 95 9900

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2883  (1)

2106 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

28,83

2106 90 59 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2883

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

c)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*1)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).


1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 90/2008

tal-31 ta’ Jannar 2008

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta' Lulju 2007 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti sat-tmiem tas-sena tas-suq 2007/2008 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fil-31 ta’ Jannar 2008, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fil-31 ta’ Jannar 2008, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007 huwa ffissat għal 33,832 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)   ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1298/2007 (ĠU L 289, 7.11.2007, p. 3).


1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 91/2008

tal-31 ta’ Jannar 2008

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2007 ta' l-14 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, ta' Spanja, ta' l-Irlanda, ta' l-Italja, ta' l-Ungerija, tal-Polonja, tas-Slovakkja u ta' l-Iżvezja (2), jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-30 ta’ Jannar 2008, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-30 ta’ Jannar 2008, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007 huwa ffissat għal 399,00 EUR/t.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)   ĠU L 242, 15.9.2007, p. 8. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1476/2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 17).


1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 92/2008

tal-31 ta’ Jannar 2008

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mill-1 ta’ Frar 2008 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

(5)

Madankollu, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2008 ta’ l-20 ta' Diċembru 2007 li jdaħħal sospensjoni temporanja tad-dazji ta’ l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2007/2008 (3), l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji stabbiliti minn dan ir-Regolament hija sospiża,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Frar 2008 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 31 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6). Ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)   ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).

(3)   ĠU L 1, 4.1.2008, p. 1.


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli ta’ l-1 ta' Frar 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00  (*1)

ta' kwalità medja

0,00  (*1)

ta' kwalità baxxa

0,00  (*1)

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00  (*1)

1002 00 00

SEGALA

0,00  (*1)

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00  (*1)

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00  (*1)


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.

(*1)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 1/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

16.1.2008-30.1.2008

1.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (*2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (*3)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

323,84

132,63

Prezz FOB USA

491,62

481,62

461,62

200,37

Tariffa fuq il-Golf

30,32

14,75

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

2.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

46,94  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

41,79  EUR/t


(*1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(*2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(*3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 93/2008

tal-31 ta’ Jannar 2008

dwar l-irtirar ta' sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju għas-sena 2008 għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 2 għall-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (3), u l-Protokoll 3 għall-Ftehim taż-ŻEE (4), jiddeterminaw l-arranġamenti kummerċjali għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Protokoll 3 għall-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 138/2004 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (5), jipprovdi għal dazju żero li huwa applikabbli għal ċerti tipi ta’ ilma li fihom zokkor miżjud jew ħlewwa oħra jew togħma, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 u ċerti xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 90 10 .

(3)

Id-dazju żero fuq l-ilma u xarbiet oħra kkonċernati ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja mill-Ftehim f’għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 għall-Ftehim bilaterali dwar il-kummerċ ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6), minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, approvat mid-Deċiżjoni 2004/859/KE. Skond il-punt IV tal-Minuti Miftehma tal-Ftehim, importazzjonijiet eżenti mid-dazju ta' oġġetti tal-kodiċi NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw min-Norveġja għandhom – bħala prinċipju - jiġu permessi biss fil-limiti ta' kwota ta eżenzjoni mid-dazju, filwaqt li għandu jitħallas id-dazju fuq importazzjonjiet lil hinn mill-allokazzjoni tal-kwota.

(4)

Skond statistika pprovduta mill-Kummissjoni, il-kwota annwali għas-sena 2007 għall-prodotti kkonċernati li nfetħet mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1798/2006 (7) ma ġietx eżawrita fil-31 ta’ Ottubru 2007. Skond il-Punt IV tal-Minuti Miftehma tal-Ftehim il-prodotti kkonċernati għandhom jingħataw aċċess illimitat bla dazju għall-Komunità mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

(5)

Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi rtirata s-sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju li ġiet applikata taħt il-Protokoll Nru 2.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta’ prodotti proċessati mhux elenkati fl-Anness I għat-Trattat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008, is-sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju li ġiet applikata taħt il-Protokoll Nru 2 għall-ftehim bilaterali dwar il-kummerċ ħieles għal oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 (ilma, inkluż ilma minerali u ilma bil-gass, li jkun fihom zokkor miżjud jew ħlewwa oħra jew togħma) u ex 2202 90 10 (xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor (sukrożju jew zokkor invertit)) għandha tiġi rtirata.

2.   Ir-regoli ta' l-oriġini applikabbli reċiprokament għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kif stipulat fi Protokoll 3 għall-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)   ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)   ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(3)   ĠU L 171, 27.6.1973, p. 1.

(4)   ĠU L 22, 24.1.2002, p. 37.

(5)   ĠU L 342, 18.11.2004, p. 30.

(6)   ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.

(7)   ĠU L 341, 7.12.2006, p. 24.


1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 94/2008

tal-31 ta’ Jannar 2008

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), b’mod partikolari l-Artikolu13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jipprovdu li d-differenza bejn kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ kull wieħed minn dawn ir-Regolamenti u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġi koperti b’rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati bħala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (3), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 kif xieraq.

(3)

Bi qbil ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 , ir-rata tar-rifużjoni għal kull 100 kilogramm għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni rid tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-obbligi li għandhom x’jaqsmu mar-rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat jistgħu jkunu fil-perikolu jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta’ rifużjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni f’sitwazzjonijiet bħal dawn mingħajr, madankollu, ma titfixkel il-konklużjoni tal-kuntratti tat-tul. L-istipular ta’ rata ta’ rifużjoni speċifika għall-istipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi varji.

(5)

Jekk jittieħed inkonsiderazzjoni il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fuq l-esportazzjoni komunitarja ta’ prodotti ta’ l-għaġin għall-Istati Uniti, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/482/KEE (4), huwa meħtieg li tinħoloq differenza bejn ir-rifużjonijiet fuq prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM 1902 11 00 u 1902 19 skond id-destinazzjoni tagħhom.

(6)

Insegwitu għall-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, rata mnaqqsa ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni trid tiġi stipulata, billi tieħu inkonsiderazzjoni l-ammont tar-rifużjoni applikabbli, insegwitu għar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 (5), fuq il-prodott bażiku inkwistjoni, użat waqt il-perjodu assumat tal-manifattura tal-prodotti.

(7)

L-ispirti huma kkunsidrati inqas sensittivi għall-prezz taċ-ċereali użati fil-manifattura tagħhom. Madankollu, il-Protokoll 19 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka jipprovdi li l-miżuri neċessarji jridu jiġu deċiżi biex jiffaċilitaw l-użu taċ-ċereali tal-Komunità fil-manifattura ta’ l-ispirti miksuba miċ-ċereali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi adottata r-rata ta’ rifużjoni applikata għaċ-ċereali esportati bħala spirti.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, u esportati f’forma ta’ prodotti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 rispettivament, huma stipulati kif inhu maħsub fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)   ĠU L 270, 21.10.2003, p 96. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)   ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(4)   ĠU L 275, 29.9.1987, p. 36.

(5)   ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1584/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 11).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-1 ta’ Frar 2008 għal ċerti ċereali u prodotti tar-ross esportati bhala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat (*1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti (1)

Rata tar-rifużjoni għal kull 100 kg ta’ prodott bażiku

Fil-każ ta’ stipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet

Oħrajn

1001 10 00

Qamħ Durum:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

– f’każijiet oħra

1001 90 99

Qamħ komuni u meslin:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

– f’każijiet oħra:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn jiġu esportati l-prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

1002 00 00

Segala

1003 00 90

Xgħir

 

 

– fejn jiġu esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitoli 2208 (3)

– f’każijiet oħra

1004 00 00

Ħafur

1005 90 00

Qamħirrum (corn) użat fil-forma ta’:

 

 

– lamtu:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

– glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodextrine, ġulepp tal-maltodextrine tal-Kodiċi NM 1702 30 51 , 1702 30 59 , 1702 30 91 , 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50 , 1702 90 75 , 1702 90 79 , 2106 90 55  (4):

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– – f’każijiet oħra

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– oħrajn (li jinkludu dawk li mhumiex ipproċessati)

Lamtu tal-patata tal-Kodiċi NM 1108 13 00 simili ta’ prodott miksub minn qamħirrun ipproċessat:

 

 

– fejn japplika Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– f’każijiet oħra

ex 1006 30

Ross mitħun għal kollox:

 

 

– qamħa tonda

– qamħa medja

– qamħa twila

1006 40 00

Ross imkisser

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, li mhuwiex ibridu, għaż-żrigħ


(*1)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-anness m'humiex applikabbli għall-esportazzjoni mill- u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera jew lejn il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein.

(1)  Safejn prodotti agrikoli miksuba mill-ipproċessar ta’ prodott bażiku jew/u prodotti assimilati huma kkonċernati, il-koeffiċjent li hemm fl-Anness E tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 huwa applikabbli.

(2)  Il-prodotti kkonċernati jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 10 50 .

(3)  Prodotti mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fejn hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 (ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6).

(4)  Għall-ġuleppi tal-Kodiċi NM 1702 30 99 , 1702 40 90 u 1702 60 90 , miksuba mit-taħlit tal-ġulepp tal-glukożju u l-fruttożju, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tista' tingħata biss għall-ġulepp tal-glukożju.


1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 95/2008

tal-31 ta’ Jannar 2008

li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4),

Billi:

(1)

L-Artikoli 32(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 318/2006 jipprovdu li d-differenzi bejn il-prezzijiet f’kummerċ internazzjonali tal-prodotti elenkati f’ Artikolu 1(1)(b), (c), (d), (f), u (g) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni meta dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 ta' l-30 ta’ Ġunju 2005 li jistabbilixxi regoli komuni ta’ implimentazzjoni għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċertu prodotti ta’ l-agrikoltura esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi in kwestjoni għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-Artikolu 32(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxu li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal xi prodott li jinsab fi prodott għall-konsum ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr iżjed ipproċessar.

(5)

Ir-rifużjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament jistgħu jiġu stipulati bil-quddiem peress li s-sitwazzjoni tas-suq fix-xhur li ġejjin ma tistax tiġi stipulata bħalissa.

(6)

L-obbligi dwar rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta' prodotti ta' l-agrikoltura li jinsabu fi prodotti għall-konsum mhux koperti b’Anness I tat-Trattat jistgħu jkunu pperikolati jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta' rifużjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu l-miżuri kawtelatorji f’tali sitwazzjonijiet mingħajr, iżda, ma titfixkel il-konklużjoni ta’ kuntratti fit-tul. L-istipular ta’ rata speċifika ta’ rifużjoni għal stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-għanijiet varji.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonjiet applikabbli għal prodotti bażici elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) u fil-punt (1) tar-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, u esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, huma stipulati kif imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)   ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).

(2)   ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-1 ta’ Frar 2008 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg

F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet

Oħra

1701 99 10

Zokkor abjad:

28,83

28,83


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijiet lejn

a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (*1), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà.

(*1)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Ottubru 2007

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2008/87/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ġunju ta’ l-2003 tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ftehim ma’ l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru fi qbil mal-mekkanizmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3)

Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, il-Ftehim jiġi ffirmat u applikat provviżorjament,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b’ dan approvat f’isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni ta’ l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem il-Komunità suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu japplika provviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b’ dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.

Magħmula fil-Lussemburgu, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

fuq naħa waħda, u

L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA

min-naħa l-oħra

(minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet Kontraenti”)

WAQT LI JINNOTAW li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li ċerti dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali li diversi Stati Membri daħlu għalihom ma’ pajjiżi terzi huma inkompatibbli mal-liġi tal-Komunità Ewropea,

WAQT LI JINNOTAW li għadd ta’ ftehim bilaterali dwar servizzi bl-ajru konklużi bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda fihom dispożizzjonijiet simili u li hemm obbligu fuq l-Istati Membri li jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex ineħħu l-inkompatibbiltajiet bejn ftehim bħal dawn u t-Trattat tal-KE,

WAQT LI JINNOTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim ta’ servizzi bilaterali ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

WAQT LI JINNOTAW li skond il-liġi tal-Komunità Ewropea t-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta’ l-ajru miftiehma bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f’kumpanniji ta’ l-ajru liċenzjati skond il-liġi Komunitarja Ewropea,

WAQT LI JAGĦRFU li l-konsistenza bejn il-liġi tal-Komunità Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l- Emirati Għarab Magħquda għandha tiżgura l-kontinwità u l-iżvilupp ta’ servizzi bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda,

WAQT LI JINNOTAW li skond il-liġi tal-Komunità Ewropea, fil-prinċipju trasportaturi bl-ajru ma jistgħux jikkonkludu ftehim li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u li l-għan jew l-effett tagħhom huwa l-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorzjoni tal-kompetizzjoni,

WAQT LI JAGĦRFU li dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru konklużi bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda li i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehim bejn kumpanniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpanniji jew prassi miftiehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prassi miftiehma bħal dawn; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi bl-ajru jew operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot rilevanti jistgħu jrendu mhux effettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi,

WAQT LI JINNOTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dan il-Ftehim, li żżid il-volum totali tat-traffiku bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda, li taffettwa l-bilanċ bejn trasportaturi bl-ajru tal-Komunità u trasportaturi ta’ l-ajru ta’ l-Emirati Għarab Magħquda, jew li tegħleb l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali eżistenti dwar servizzi bl-ajru rigward drittijiet tat-traffiku.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” għandha tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea, “Parti Kontraenti” għandha tfisser parti kontraenti għal dan il-Ftehim; “Parti” għandha tfisser il-parti għall-ftehim bilaterali rilevanti dwar is-servizzi bl-ajru.

2.   Ir-referenzi f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I għal ċittadini ta’ l-Istat Membru li huwa parti minn dak il-ftehim għandhom jittieħdu li qed jirriferu għal ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3.   Ir-referenzi f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I għal trasportaturi ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li huwa parti minn dak il-ftehim għandhom jittieħdu li qed jirriferu għal trasportaturi ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru maħtura minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 2

Ħatra

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II (a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħatra tat-trasportaturi ta’ l-ajru mill-Parti konċernata, l-awtorizzazzjonijiet tagħha u l-permessi mogħtija mill-Parti l-oħra, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportaturi ta’ l-ajru, rispettivament.

2.   Mar-riċeviment ta’ tali ħatra, u ta’ applikazzjonijiet mit-trasportatur(i) bl-ajru maħtur(a), fil-forma u l-mod preskritt għall-awtorizzazzjonijiet operattivi u permessi tekniċi, kull Parti għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa b’dewmien proċedurali, dejjem jekk:

(a)

fil-każ ta’ trasportatur ta’ l-ajru maħtur minn Stat Membru:

(i)

it-trasportatur ta’ l-ajru huwa stabbilit fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel il-ħatra taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandu Liċenzja Operattiva valida mogħtija minn Stat Membru skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; u

(ii)

kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru jkun eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operatur ta’ l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika rilevanti tkun identifikata b’mod ċar fil-ħatra; u

(iii)

il-post prinċipali tan-negozju tat-trasportatur ta’ l-ajru huwa fit-territorju ta’ l-Istat Membru mingħand min ikun irċieva l-Liċenzja Operattiva valida; u

(iv)

t-trasportatur ta’ l-ajru huwa proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, u huwa kkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ tali stati oħra.

(b)

fil-każ ta’ trasportatur bl-ajru maħtur mill-Emirati Għarab Magħquda:

(i)

it-trasportatur bl-ajru huwa stabbilit fit-territorju ta’ l-Emirati Għarab Magħquda u huwa mogħti liċenzja skond il-liġi ta’ l-Emirati Għarab Magħquda applikabbli; u

(ii)

l-Emirati Għarab Magħquda għandha u żżomm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru.

3.   Kull waħda mill-partijiet tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet operattivi jew il-permessi tekniċi ta’ trasportatur bl-ajru maħtur mill-parti l-oħra fejn:

(a)

fil-każ ta’ trasportatur ta’ l-ajru maħtur minn Stat Membru:

(i)

it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jkun qed jaħtru skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida mogħtija minn Stat Membru skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; jew

(ii)

ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operatur ta’ l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika rilevanti ma tkunx identifikata b’mod ċar fil-ħatra; jew

(iii)

il-post prinċipali tan-negozju tat-trasportatur bl-ajru ma jkunx fit-territorju ta’ l-Istat Membru mingħand min irċieva l-Liċenzja Operattiva tiegħu; jew

(iv)

it-trasportatur ta’ l-ajru m’huwiex proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, jew m’huwiex ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ stati oħra bħal dawn; jew

(v)

it-trasportatur ta’ l-ajru għandu Ċertifikat ta’ l-Operatur ta’ l-Ajru maħruġ minn Stat Membru ieħor u jista’ jintwera li permezz ta’ l-eżerċitazzjoni ta’ drittijiet tat-traffiku skond dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, inkluż l-operazzjoni ta’ servizz imqiegħed fis-suq bħala, jew inkella jikkostitwixxi servizz dirett, fil-fatt ikun qiegħed jevita r-restrizzjonijiet fuq drittijiet tat-traffiku imposti minn ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Emirati Għarab Magħquda u dak l-Istat Membru l-ieħor; jew

(vi)

it-trasportatur ta’ l-ajru jkollu Ċertifikat ta’ l-Operatur ta’ l-Ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkun hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Emirati Għarab Magħquda u dak l-Istat Membru, u jista’ jintwera li d-drittijiet tat-traffiku meħtieġa sabiex titwettaq l-operazzjoni proposta mhumiex disponibbli b’mod reċiproku lit-trasportatur(i) bl-ajru maħtur(a) mill-Emirati Għarab Magħquda.

(b)

fil-każ ta’ trasportatur bl-ajru maħtur mill-Emirati Għarab Magħquda:

(i)

it-trasportatur bl-ajru mhux stabbilit fit-territorju ta’ l-Emirati Għarab Magħquda u mhux mogħti liċenzja skond il-liġi applikabbli ta’ l-Emirati Għarab Magħquda; jew

(ii)

l-Emirati Għarab Magħquda ma għandhomx jew ma jżommux kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru; jew

(iii)

it-trasportatur bl-ajru huwa proprjetà ta’, u kkontrollat minn ċittadini ta’ stat ieħor barra l-Emirati Għarab Magħquda u jista’ jintwera li permezz ta’ l-eżerċitazzjoni ta’ drittijiet tat-traffiku skond dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, inkluż l-operazzjoni ta’ servizz imqiegħed fis-suq bħala, jew inkella jikkostitwixxi servizz dirett, fil-fatt ikun qiegħed jevita r-restrizzjonijiet fuq drittijiet tat-traffiku imposti minn ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn Stat Membru u dak l-istat l-ieħor; jew

(iv)

it-trasportatur bl-ajru huwa proprjetà ta’, u kkontrollat minn ċittadini ta’ stat ieħor barra l-Emirati Għarab Magħquda u m’hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn Stat Membru u dak l-istat l-ieħor, u jista’ jintwera li d-drittijiet tat-traffiku meħtieġa sabiex titwettaq l-operazzjoni proposta mhumiex disponibbli b’mod reċiproku lit-trasportatur(i) bl-ajru maħtur(a) mill-Istat Membru konċernat.

Fl-eżerċizzju tad-dritt tagħhom taħt dan il-paragrafu, u mingħajr preġudizzju tad-drittijiet tagħha taħt il-paragrafu 3(a)v. u vi. ta’ dan l-Artikolu, l-Emirati Għarab Magħquda ma għandhomx jiddiskriminaw bejn trasportaturi bl-ajru Komunitarji fuq bażi ta’ nazzjonalità.

Artikolu 3

Sikurezza

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II (ċ).

2.   Fejn Stat Membru jkun ħatar trasportatur ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet ta’ l-Emirati Għarab Magħquda taħt id-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ħatar it-trasportatur ta’ l-ajru u l-Emirati Għarab Magħquda għandu japplika b’mod ugwali fir-rigward ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta’ standards ta’ sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ dak it-trasportatur ta’ l-ajru.

Artikolu 4

Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (d).

2.   Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness II (d) m’għandu jipprevjeni Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, miżati jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’inġenju ta’ l-ajru ta’ trasportatur ta’ l-ajru deżinjat mill-Emirati Għarab Magħquda li jopera bejn punt fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. F’dak il-każ, l-Emirati Għarab Magħquda għandhom ikollhom dritt simili li jimponu b’mod reċiproku, bla diskriminazzjoni, taxxi, imposti, dazji, miżati jew ħlasijiet simili fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tagħhom.

Artikolu 5

Tariffi għat-trasport fi ħdan il-Komunità Ewropea

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II (e).

2.   It-tariffi li għandhom jiġu ddebitati mit-trasportatur(i) ta’ l-ajru maħtur/a mill-Emirati Għarab Magħquda permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II (e) għal trasport li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi Komunitarja Ewropea.

3.   Minkejja d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2, it-trasportatur(i) ta’ l-ajru maħtura mill-Emirati Għarab Magħquda għandhom jitħallew iqabblu l-prezzijiet eżistenti mitluba minn linji ta’ l-ajru oħrajn għal trasportazzjoni kollha kemm hi fi ħdan il-Komunità Ewropea.

Artikolu 6

Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I m’għandu jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehim bejn intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ intrapriżi jew prassi miftiehma li jipprevjenu jew jgħawġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prassi miftiehma bħal dawn; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jfixklu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet elenkati fil-ftehim imniżżla fl-Anness I li huma inkompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jiġu applikati.

Artikolu 7

Annessi mal-Ftehim

L-Annessi ma’ dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

Artikolu 8

Reviżjoni jew emendament

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, f’kwalunkwe waqt, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ġew kompluti.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li japplikaw b’mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

3.   Ftehim u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-Emirati Għarab Magħquda li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ma kinux daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I (b). Dan il-Ftehim għandu japplika għal kull Ftehim u arranġamenti ta’ dan it-tip mad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

Artikolu 10

Terminazzjoni

1.   Fil-każ li jiġi terminat ftehim elenkat fl-Anness I, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li jirrelataw mal-ftehim konċernat elenkat fl-Anness 1 għandhom jintemmu fl-istess ħin.

2.   Fil-każ li jiġu terminati l-ftehim kollha elenkati fl-Anness I, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin.

B’XIEHDA ta’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell duplikatament, fit-tletin jum ta’ Novembru tas-sena elfejn u sebgħa bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Eston, bid-Daniż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bl-Olandiż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Għarbi.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image 1

Image 2

Image 3

За Обединените арабски емирства

Por los Emiratos Árabes Unidos

Za Spojené arabeské emiráty

For De Forenede Arabiske Emirater

Für die Vereinigten Arabischen Emirate

Araabia Ühendemiraatide nimel

Για τα Ενωμένα Αραβικά Εμιράτα

For the United Arab Emirates

Pour les Émirats arabes unis

Per gli Emirati arabi uniti

Apvienoto Arābu Emirātu vārdā

Jungtinių Arabų Emyratų vardu

Az Egyesült Arab Emirségek részéről

Għall-Emirati Gharab Maghquda

Voor de Verenigde Arabische Emiraten

W imieniu Zjednoczonych Emiratów Arabskieh

Pelos Emirados Árabes Unidos

Pentru Emiratele Arabe Unite

Za Spojené arabské emiráty

Za Združene arabske emirate

Yhdistyneiden Arabiemiirikuntien puolesta

För Förenade Arabemiraten

Image 4

Image 5

ANNESS I

LISTA TA’ FTEHIM IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TA’ DAN IL-FTEHIM

(a)

Ftehim ta’ servizzi bl-ajru bejn l-Emirati Għarab Magħquda u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f’Sofija fid-29 ta’ Novembru 1989, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Bulgarija” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Abu Dhabi fit-3 ta’ Frar 1988.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali Awstrijak u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda ffirmat f’Abu Dhabi fit-23 ta’ Mejju 1990, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Awstrija 1990” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali li sar fi Vjenna fl-14 ta’ Ottubru 1987.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda u l-Gvern Federali Awstrijak inizjalat f’Abu Dhabi fl-10 ta’ Marzu 2004, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Awstrija 2004” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Minuti Miftiehma li saru f’Abu Dhabi fl-10 ta’ Marzu 2004;

Modifikat mill-Memorandum ta’ Intendiment magħmul fi Vjenna fil-31 ta’ Marzu 2005;

Modifikat l-aħħar permezz ta’ l-Iskambju ta’ Ittri datati l-10 ta’ Diċembru 2006.

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f’Abu Dhabi fil-5 ta’ Marzu 1990, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Belġju” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali magħmul fi Brussell fit-8 ta’ Lulju 1986;

Modifikat l-aħħar permezz ta’ l-Iskambju ta’ Ittri bid-dati tat-30 ta’ Jannar 2001 u l-20 ta’ Frar 2001.

Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda ffirmat f’Abu Dhabi fis-7 ta’ Diċembru 1999, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ċipru” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Minuti Miftiehma li saru f’Abu Dhabi fis-7 ta’ Diċembru 1999;

Supplimentat bil-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Nikosija fit-23 ta’ Frar 2001;

Modifikat permezz tal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Dubaj fis-16 ta’ Ottubru 2002.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda ffirmat f’Abu Dhabi fil-15 ta’ Diċembru 2002, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Repubblika Ċeka” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Minuti Miftiehma li saru fi Praga fl-24 ta’ Novembru 1999.

Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda ffirmat f’Abu Dhabi fl-24 ta’ Frar 1999, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim inizjalat Emirati Għarab Magħquda-Danimarka” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment inizjalat f’Abu Dhabi fl-24 ta’ Frar 1999.

Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda inizjalat f’Ħelsinki fis-6 ta’ April 2004, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Finlandja” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Minuti Miftiehma li saru f’Ħelsinki fis-6 ta’ April 2004;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali li sar f’Ħelsinki fis-6 ta’ April 2004.

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda fir-rigward ta’ l-istabbiliment ta’ servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f’Pariġi fid-9 ta’ Settembru 1991, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Franza” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali li sar f’Pariġi fit-30 ta’ Ottubru 1986;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment li sar f’Pariġi fis-7 ta’ Ottubru 1997;

Supplimentat bil-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Abu Dhabi fid-19 ta’ Settembru 2001;

Modifikat permezz tal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Pariġi fis-16 ta’ Settembru 2004;

Modifikat l-aħħar mill-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Abu Dhabi fit-13 ta’ Diċembru 2006.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Emirati Għarab Magħquda ffirmat f’Abu Dhabi fit-2 ta’ Marzu 1994, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ġermanja” fl-Anness II;

Suplimentat bil-Protokoll iffirmat f’Abu Dhabi fil-15 ta’ Ġunju 1998;

Għandu jinqara flimkien mal-Minuti Miftiehma magħmula f’Bonn fil-15 ta’ Ġunju 2000.

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f’Abu Dhabi fis-16 ta’ Diċembru 1991, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Greċja” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali li sar f’Ateni fis-6 ta’ Marzu 1987;

Modifikat permezz tal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Ateni fil-11 ta’ Frar 1998;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Ateni fis-27 ta’ April 2004.

Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Irlanda u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda dwar it-trasport bl-ajru inizjalat f’Dublin fit-28 ta’ Ġunju 1995, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Irlanda” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali li sar f’Dublin fit-28 ta’ Ġunju 1995.

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom inizjalat f’Abu Dhabi fit-3 ta’ April 1991, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Italja” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum li sar f’Ruma fil-21 ta’ Frar 1989;

Modifikat permezz tal-Memorandum magħmul f’Ruma fl-10 ta’ Settembru 1991;

Modifikat permezz tal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Ruma fit-8 ta’ Novembru 1999;

Modifikat permezz tal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Ruma fl-4 ta’ Ġunju 2003;

Modifikat permezz tal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Dubaj fit-30 ta’ Marzu 2004;

Modifikat permezz tal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Ruma fit-13 ta’ Diċembru 2005.

Modifikat permezz ta’ l-Iskambju ta’ Ittri datat id-9 ta’ Jannar 2007 u t-8 ta’ Frar 2007;

Modifikat l-aħħar permezz ta’ l-Iskambju ta’ Ittri datat is-26 ta’ Settembru 2007 u s-27 ta’ Settembru 2007.

Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda inizjalat f’Riga fit-13 ta’ Settembru 2005, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Latvja” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Riga fit-13 ta’ Settembru 2005.

Ftehim bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom inizjalat fil-Lussemburgu fit-28 ta’ Novembru 1986, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Lussemburgu” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali magħmul fil-Lussemburgu fit-28 ta’ Novembru 1986.

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom inizjalat f’Abu Dhabi fis-26 ta’ Novembru 1991 u ffirmat fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Novembru 1994, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Malta” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali magħmul f’Abu Dhabi fis-26 ta’ Novembu 1991;

Modifikat permezz tal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Malta fl-24 ta’ Settembru 2003.

Ftehim bejn ir-Renju ta’ l-Olanda u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f’Abu Dhabi fil-31 ta’ Lulju 1990, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Olanda” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Minuti Miftiehma u mal-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali li sar fl-Aja fit-30 ta’ Lulju 1986;

Modifikat permezz tal-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali magħmul f’Abu Dhabi fl-10 ta’ April 2000.

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f’Abu Dhabi fl-20 ta’ Novembru 1994, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Polonja” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali magħmul f’Varsavja fid-19 ta’ Mejju 1992;

Modifikat mill-addendum ta’ l-4 ta’ Settembru 2001 għall-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika Portugiża u l-Emirati Għarab Magħquda inizjalat f’Liżbona fit-18 ta’ Mejju 2005, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Portugall” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Liżbona fit-18 ta’ Mejju 2005.

Ftehim dwar Servizzi bl-Ajru bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u l-Emirati Għarab Magħquda inizjalat f’Ljubljana fis-16 ta’ Settembru 2005, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Slovenja” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Ljubljana fis-16 ta’ Settembru 2005.

Ftehim dwar Trasport bl-Ajru bejn ir-Renju ta’ Spanja u l-Emirati Għarab Magħquda inizjalat f’Madrid fis-17 ta’ Ottubru 2001, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Spanja” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Madrid fis-17 ta’ Ottubru 2001.

Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Iżvezja u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda inizjalat f’Abu Dhabi fl-24 ta’ Frar 1999, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ bħala “l-Ftehim inizjalat Emirati Għarab Magħquda-Żvezja” fl-Anness II.

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment inizjalat f’Abu Dhabi fl-24 ta’ Frar 1999;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda rigward servizzi bl-ajru ffirmat f’Abu Dhabi fit-2 ta’ Ġunju 2002, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Renju Unit” fl-Anness II;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment li sar f’Dubai fis-26 ta’ Frar 1997;

Supplimentat bil-Memorandum ta’ Intendiment magħmul f’Londra u f’Abu Dhabi fis-16 ta’ Ġunju 2003 u d-29 ta’ Ġunju 2003 rispettivament.

(b)

Ftehim ta’ servizzi bl-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn l-Emirati Għarab Magħquda u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ma kinux għadhom daħlu fis-seħħ u m’humiex qed jiġu applikati provviżorjament.

Ftehim bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern ta’ l-Emirati Għarab Magħquda rigward servizzi bl-ajru ċivili inizjalat f’Abu Dhabi fit-8 ta’ Marzu 1989, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Rumanija” fl-Anness 2;

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Intendiment Kunfidenzjali li sar f’Abu Dhabi fit-8 ta’ Marzu 1989.

ANNESS II

LISTA TA’ L-ARTIKOLI LI JINSABU FIL-FTEHIM ELENKATI FL-ANNESS U MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 SA 6 TA’ DAN IL-FTEHIM

(a)

Il-ħatra:

L-Artikolu 3, Paragrafi 2 u 4, tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Awstrija 1990;

L-Artikolu 3, Paragrafu 2 a) u b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Awstrija 2004;

L-Artikolu 4, Paragrafi 2 u 4 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Belġju;

L-Artikolu 4, Paragrafi 2 u 4 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Bulgarija;

L-Artikolu 3, Paragrafu 2 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ċipru;

L-Artikolu 3, Paragrafi 2 u 4 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 3, Paragrafi 2 u 4 tal-Ftehim inizjalat Emirati Għarab Magħquda-Danimarka;

L-Artikolu 3, Paragrafu 2 a) u b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Finlandja;

L-Artikolu 4, Paragrafi 2 u 4 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Franza;

L-Artikolu 3, Paragrafu 3 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ġermanja;

L-Artikolu 4, Paragrafu 2 a) u b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ġreċja;

L-Artikolu 3, Paragrafu 3 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Irlanda;

L-Artikolu 4, Paragrafu 2 a) u b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Italja;

L-Artikolu 3, Paragrafu 2 a) u b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Latvja;

L-Artikolu 4, Paragrafi 2 u 4 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Lussemburgu;

L-Artikolu 3, Paragrafi 2 u 4 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Malta;

L-Artikolu 4, Paragrafi 4.2 u 4.4 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Olanda;

L-Artikolu 3, Paragrafi 2 u 4 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Polonja;

L-Artikolu 3, Paragrafu 2 a) u b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Portugall;

L-Artikolu 3, Paragrafi 2 u 4 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Rumanija;

L-Artikolu 3, Paragrafu 2 a) u b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Slovenja;

L-Artikolu 3, Paragrafi 2 u 4 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Spanja;

L-Artikolu 3, Paragrafi 2 u 4 tal-Ftehim inizjalat Emirati Għarab Magħquda-Żvezja;

L-Artikolu 4, Paragrafi 2 u 4 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Renju Unit.

(b)

Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi:

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 a), tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Awstrija 1990;

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 a) u b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Awstrija 2004;

L-Artikolu 5, Paragrafu 1 a) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Belġju;

L-Artikolu 5, Paragrafu 1 a) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Bulgarija;

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 a) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ċipru;

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 a) tal-Ftehim inizjalat Emirati Għarab Magħquda-Danimarka;

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 a) u b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Finlandja;

L-Artikolu 5, Paragrafu 1 a) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Franza;

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ġermanja;

L-Artikolu 5, Paragraf 1 a) u b) u 2 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ġreċja;

L-Artikolu 3, Paragrafu 5 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Irlanda;

L-Artikolu 5, Paragrafu 1 a) u b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Italja;

L-Artikolu 4, Paragrafi 1 a) u b), u 3 a) u b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Latvja;

L-Artikolu 5, Paragrafu 1 a) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Lussemburgu;

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 a) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Malta;

L-Artikolu 5, Paragrafu 5.1.1 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Olanda;

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 a) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Polonja;

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 a) u b) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Portugall;

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 a) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Rumanija;

L-Artikolu 4, Paragraf 1 a) u b), u 3 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Slovenja;

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 a) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Spanja;

L-Artikolu 4, Paragrafu 1 a) tal-Ftehim inizjalat Emirati Għarab Magħquda-Żvezja;

L-Artikolu 5, Paragrafu 1 a) tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Renju Unit.

(ċ)

Sikurezza:

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Awstrija 2004;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 14 tal-Ftehim inizjalat Emirati Għarab Magħquda-Danimarka;

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Finlandja;

L-Artikolu 11a tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ġermanja;

L-Artikolu 9bis tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Greċja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Latvja;

L-Artikolu 8bis tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Malta;

L-Artikolu 17 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Olanda;

L-Artikolu 14 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Portugall;

L-Artikolu 14 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Slovenja;

L-Artikolu 11 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Spanja;

L-Artikolu 14 tal-Ftehim inizjalat Emirati Għarab Magħquda-Żvezja;

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Renju Unit.

(d)

It-tassazzjoni tal-karburant għall-avjazzjoni:

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Awstrija 1990;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Awstrija 2004;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Belġju;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Bulgarija;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ċipru;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim inizjalat Emirati Għarab Magħquda-Danimarka;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Finlandja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Franza;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ġermanja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Greċja;

L-Artikolu 11 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Irlanda;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Italja;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Latvja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Lussemburgu;

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Malta;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Olanda;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Polonja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Portugall;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Rumanija;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Slovenja;

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Spanja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim inizjalat Emirati Għarab Magħquda-Żvezja;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Renju Unit.

(e)

Tariffi għat-trasport fi ħdan il-Komunità Ewropea:

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Awstrija 1990;

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Awstrija 2004;

L-Artikolu 11 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Belġju;

L-Artikolu 11 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Bulgarija;

L-Artikolu 13 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ċipru;

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 10 tal-Ftehim inizjalat Emirati Għarab Magħquda-Danimarka;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Finlandja;

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Franza;

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Ġermanja;

L-Artikolu 11 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Greċja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Irlanda;

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Italja;

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Latvja;

L-Artikolu 11 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Lussemburgu;

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Malta;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Olanda;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Polonja;

L-Artikolu 18 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Portugall;

L-Artikolu 13 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Rumanija;

L-Artikolu 18 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Slovenja;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Spanja;

L-Artikolu 10 tal-Ftehim inizjalat Emirati Għarab Magħquda-Żvezja;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Emirati Għarab Magħquda-Renju Unit.

ANNESS III

LISTA TA’ STATI OĦRA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 TA’ DAN IL-FTEHIM

(a)

Ir-Repubblika ta’ l-Islanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(ċ)

Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport ta’ l-Ajru).


Kummissjoni

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Jannar 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2005/59/KE dwar żoni fejn il-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għall-ħanżir salvaġġ kontra d-deni klassiku għandhom jiġu implimentati fis-Slovakkja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 319)

(It-test bis-Slovakk biss huwa awtentiku)

(2008/88/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 20(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/59/KE tas-26 ta’ Jannar 2005 li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għal dawn il-ħnieżer fis-Slovakkja (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta’ miżuri fil-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer.

(2)

Is-Slovakkja issa għarrfet lill-Kummissjoni li d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ inqered b’suċċess fit-territorji tad-Distretti ta’ l-Amministrazzjonijiet Veterinarji u Alimentari ta’ Trenčín (li jinkludi d-distretti ta’ Trenčín u ta’ Bánovce nad Bebravou), ta’ Prievidza (li tinkludi d-distretti ta’ Prievidza u ta’ Partizánske) u ta’ Púchov (li jinkludi biss id-distrett ta’ Ilava). Skond dan, il-pjanijiet approvati għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għal dawn il-ħnieżer kontra din il-marda ma għandhomx japplikaw aktar f’dawk iż-żoni.

(3)

Is-Slovakkja għarrfet ukoll lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni ta’ dan l-aħħar tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u l-preżenza ta’ din il-marda fid-distretti ta’ Nové Zámky. Fid-dawl tat-tagħrif epidemjoloġiku disponibbli, jeħtieġ li l-miżuri tal-pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ jiġu estiżi biex jinkludu parti mid-distretti ta’ Nové Zámky, Komárno u Levice.

(4)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, iż-żoni koperti mill-pjanijiet kif stipulat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2005/59/KE, għandhom jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2005/59/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2005/59/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovakkja.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(2)   ĠU L 24, 27.1.2005, p. 46. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/20/KE (ĠU L 15, 20.1.2006, p. 48).


ANNESS

“ANNESS

1.   Żoni fejn il-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ għandu jiġi implimentat:

It-territorju ta’ l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari (ADVA) ta’ Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti ta’ Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jinkludi d-distretti ta’ Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (li jinkludi d-distretti ta’ Lučenec u Poltár), Veľký Krtíš (li jinkludi d-distrett ta’ Veľký Krtíš), Komárno (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant ta’ l-awtostrada 64, fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija u fil-punent tad-distrett ta’ Nové Zámky), Nové Zámky (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant tad-distrett ta’ Komárno u fil-lvant ta’ l-awtostrada 64, fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada 75 u fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija) u Levice (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant tad-distrett Nové Zámky u fil-lvant ta’ l-awtostrada 66 (E77), fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada 75, fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija u fil-punent tad-distrett ta’ Veľký Krtíš).

2.   Żoni fejn il-pjan għat-tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ għandu jiġi implimentat:

It-territorju ta’ l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari (ADVA) ta’ Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti ta’ Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jinkludi d-distretti ta’ Zvolen, Detva u Krupina), Lučenec (li jinkludi d-distretti ta’ Lučenec u Poltár), u Veľký Krtíš (li jinkludi d-distrett ta’ Veľký Krtíš).”


Bank Ċentrali Ewropew

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/36


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-31 ta’ Diċembru 2007

dwar il-ħlas mis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi barranin ta’ riżerva u l-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2007/22)

(2008/89/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem l-“Istatut SEBĊ”), u b’mod partikolari l-Artikoli 30.1, 30.3, 49.1 u 49.2,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat fuq l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita waħdanija fl-1 ta’ Jannar 2008 (1) u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat fuq l-adozzjoni minn Malta tal-munita waħdanija fl-1 ta’ Jannar 2008 (2), Ċipru u Malta jissodisfaw l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-derogi mogħtija lil dawn l-Istati Membri skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni (3) ser ikunu rrevokati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

(2)

L-Artikolu 49.1 ta’ l-Istatut SEBĊ jipprovdi li l-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet irrevokata għandu jħallas is-sehem tal-kapital tiegħu sottoskritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bl-istess mod bħall-BĊNi ta’ l-Istati Membri oħra parteċipanti. Il-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti eżistenti ħallsu bis-sħiħ s-sottoskrizzjonijiet tagħhom lill-BĊE (4). Il-piżijiet tas-Central Bank of Cyprus u tal-Bank Ċentrali ta’ Malta fl-iskema kapitali tal-BĊE huma ta’ 0,1249 % u 0,0622 %, rispettivament, skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta’ Diċembru 2006, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (5). Is-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta diġà ħallsu parti mis-sottoskrizzjoni tagħhom lill-kapital tal-BĊE, skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/26 tat-18 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (6). L-ammont li jifdal huwa għalhekk ta’ EUR 6 691 401,01 għas-Central Bank of Cyprus u ta’ EUR 3 332 306,98 għall-Bank Ċentrali ta’ Malta, li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-kapital sottoskritt tal-BĊE (EUR 5 760 652 402,58) bil-piż ta’ l-iskema kapitali tas-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta (0,1249 % u 0,0622 % rispettivament), imnaqqsa f’kull każ il-parti ta’ l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE li diġà tħallas.

(3)

L-Artikolu 49.1, flimkien ma’ l-Artikolu 30.1, ta’ l-Istatut jipprovdi li l-BĊN ta’ xi Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet irrevokata għandu jittrasferixxi wkoll assi barranin ta’ riżerva lill-BĊE. Skond l-Artikolu 49.1 ta’ l-Istatut SEBĊ, is-somma biex tiġi ttrasferita hija ddeterminata bil-multiplikazzjoni tal-valur tal-euro b’rati tal-kambju kurrenti ta’ l-assi barranin ta’ riżerva li huma diġa' ttrasferiti lill-BĊE skond l-Artikolu 30.1 ta’ l-Istatut SEBĊ, permezz tal-proporzjon bejn in-numru ta’ ishma sottoskritti mill-BĊN kkonċernat u n-numbru ta’ ishma mħallsa diġa' mill-BĊNi ta’ l-Istati Membri l-oħra parteċipanti. Meta jiġu ddeterminati l-“assi barranin ta’ riżerva li huma diġà ttrasferiti lill-BĊE skond l-Artikolu 30.1”, għandu jitqies l-aġġustament ta’ l-iskema kapitali tal-BĊE (7) skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut SEBĊ u l-espansjonijiet ta’ l-iskema kapitali tal-BĊE bis-saħħa ta’ l-Artikolu 49.3 ta’ l-Istatut SEBĊ (8). Għaldaqstant, skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/24 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni tal-valur azzjonarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew, għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi barranin ta’ riżerva ttrasferiti (9), l-ekwivalenti fil-euro ta’ l-assi barranin ta’ riżerva li huma diġa' ttrasferiti lill-BĊE skond l-Artikolu 30.1 ta’ l-Istatut SEBĊ huwa ta’ EUR 40 848 729 895,96.

(4)

L-assi barranin ta’ riżerva biex jiġu ttrasferiti kemm mis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom ikunu ddenominati f’dollari Amerikani u deheb.

(5)

L-Artikolu 30.3 ta’ l-Istatut SECB jipprovdi li l-BĊE għandu jikkredita kull BĊN ta’ xi Stat Membru parteċipanti bi klejm ekwivalenti għall-assi barranin ta’ riżerva li dan ta’ l-aħħar ikun ittrasferixxa lill-BĊE. Il-provvedimenti fir-rigward tad-denominazzjoni u r-remunerazzjoni tal-klejms li ġew diġà kkreditati lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti eżistenti (10) għandhom japplikaw ukoll għad-denominazzjoni u r-remunerazzjoni tal-klejms tas-Central Bank of Cyprus u tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.

(6)

L-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut SEBĊ jipprovdi li l-BĊN ta’ xi Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet irrevokata għandu jikkontribwixxi għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvedimenti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li għad jonqos biex jiġi allokat għar-riżervi u l-provvedimenti li jikkorrispondu mal-bilanċ tal-kont tal-profitt u t-telf as at 31 Diċembru tas-sena qabel ir-revoka tad-deroga. L-ammont ta’ din il-kontribuzzjoni huwa ddeterminat skond l-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut SEBĊ.

(7)

Skond l-Artikolu 3.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Gvernaturi tas-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta ġew mistiedna jattendu l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li jadotta din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li adotta l-euro;

“flus kontanti” tfisser il-valuta legali ta’ l-Istati Uniti (dollaru Amerikan);

“deheb” tfisser uqijiet sħaħ fini (fine troy ounces) ta’ deheb fil-forma ta’ London Good Delivery bars, kif speċifikat mil-London Bullion Market Association;

“assi barranin ta’ riżerva” tfisser deheb jew flus kontanti;

“Eurosistema” tfisser il-BĊE u l-BĊNi ta’ Stati Membri parteċipanti.

Artikolu 2

Ħlas tal-kapital

1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2008, is-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta għandu jħallas il-kumplament ta’ l-ishma tas-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE, li jikkorrespondi ma’ EUR 6 691 401,01 għas-Central Bank of Cyprus u EUR 3 332 306,98 għall-Bank Ċentrali ta’ Malta.

2.   Kull BĊN memmi hawn fuq għandu jħallas l-ammont għalih msemmi fil-paragrafu 1 lill-BĊE fit-2 ta’ Jannar 2008 permezz ta’ trasferiment separat bis-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET/TARGET2).

3.   Kull BĊN msemmi hawn fuq għandu, permezz ta’ trasferiment bit-TARGET/TARGET2 separat, iħallas lill-BĊE fit-2 ta’ Jannar 2008, l-imgħax li jiddekorri matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sat-2 ta’ Jannar 2008 fuq l-ammont dovut lill-BĊE skond il-paragrafu 2.

4.   Kull imgħax li jakkumula skond il-paragrafu 3 għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta’ kalkulazzjoni actual over-360-day, b’rata daqs ir-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.

Artikolu 3

Trasferiment ta’ assi barranin ta’ riżerva

1.   Is-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom kull wieħed jittrasferixxu lill-BĊE, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008, u skond dan l-Artikolu u l-arranġamenti magħmula li jsegwu, ammont ta’ assi barranin ta’ riżerva ddenominati f’dollari Amerikani u deheb li huma ekwivalenti għal EUR 73 400 447,19 għas-Central Bank of Cyprus u EUR 36 553 305,17 għall-Bank Ċentrali ta’ Malta, kif ġej:

 

Ammont ta’ dollari Amerikani ekwivalenti għall-euro

Ammont ta’ deheb ekwivalenti għall-euro

Ammont aggregat ekwivalenti għall-euro

Central Bank of Cyprus

62 390 380,11

11 010 067,08

73 400 447,19

Bank Ċentrali ta’ Malta

31 070 309,39

5 482 995,78

36 553 305,17

2.   L-ammonti ekwivalenti għall-euro ta’ assi barranin ta’ riżerva biex jiġu ttrasferiti mis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta skond il-paragrafu 11 għandhom ikunu kkalkulati skond ir-rati tal-kambju bejn il-euro u d-dollaru Amerikan stabbiliti bħala r-riżultat tal-proċedura ta’ konsultazzjoni bil-miktub ta’ 24-siegħa fil-31 ta’ Diċembru 2007 bejn dawk il-banek ċentrali li jipparteċipaw f’dik il-proċedura u, fil-każ tad-deheb, skond il-prezz tad-deheb f’dollari Amerikani għal kull uqija sħiħa fina (fine troy ounce) stabbilit fl-iffissar tal-prezz tad-deheb ġewwa Londra (London gold fixing) fl-10.30 a.m., ħin ta’ Londra, fil-31 ta’ Diċembru 2007.

3.   Il-BĊE għandu jikkonferma lis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta kemm jista’ jkun malajr l-ammonti kkalkulati skond il-paragrafu 2.

4.   Is-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom jittrasferixxu flus kontanti lill-BĊE għal dawk il-kontijiet kif inhuma speċifikati mill-BĊE. Id-data ta’ ħlas għall-flus kontanti biex jiġu ttrasferiti lill-BĊE hija t-2 ta’ Jannar 2008. Is-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom jagħtu struzzjonijiet għat-trasferiment ta’ flus kontanti lill-BĊE fid-data ta’ ħlas.

5.   Is-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom jittrasferixxu deheb fid-data, fil-kontijiet u fis-siti kif ikun speċifikat mill-BĊE.

6.   Id-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammonti aggregati ekwivalenti għall-euro msemmijin fil-paragrafu 1 u l-ammonti imsemmijin fl-Artikolu 4(1) għandha:

(a)

fir-rigward tas-Central Bank of Cyprus għandha tiġi miftiehma skond il-Ftehim tal-31 ta’ Diċembru 2007 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u s-Central Bank of Cyprus dwar il-klejm ikkreditata lis-Central Bank of Cyprus mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta’ l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (11); u

(b)

fir-rigward tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għandha tiġi miftiehma skond il-Ftehim tal-31 ta’ Diċembru 2007 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar il-klejm ikkreditata lill-Bank Ċentrali ta’ Malta mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta’ l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (12).

Artikolu 4

Denominazzjoni, remunerazzjoni u maturità tal-klejms ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet

1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2008, u skond l-ispeċifikazzjonijiet fl-Artikolu 3 fir-rigward tad-dati ta’ ħlas tat-trasferimenti ta’ assi barranin ta’ riżerva, il-BĊE għandu jikkredita kemm lis-Central Bank of Cyprus kif ukoll lill-Bank Ċentrali ta’ Malta bi klejm iddenominata fil-euro, ekwivalenti għall-ammont aggregat f’euro tal-kontribuzzjoni rispettivi tagħhom ta’ assi barranin ta’ riżerva. Din il-klejm tikkorrespondi għal EUR 71 950 548,51 għas-Central Bank of Cyprus u EUR 35 831 257,94 għall-Bank Ċentrali ta’ Malta.

2.   Il-klejms ikkreditati mill-BĊE lis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom ikunu remunerati mid-data tal-ħlas. L-imgħax li jakkumula għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta’ kalkulazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.

3.   Il-klejms għandhom ikunu remunerati fi tmiem ta’ kull sena finanzjarja. Il-BĊE għandu jinforma lis-Central Bank of Cyprus u lill-Bank Ċentrali ta’ Malta kull tliet xhur bl-ammonti kumulattivi rispettivi.

4.   Il-klejms m’għandhomx jinfdew.

Artikolu 5

Kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE

1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2008 u skond il-paragrafi 5 u 6 u l-Artikolu 3, is-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom jikkontribwixxu għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvedimenti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li jkun għad jonqsu biex jiġi allokat għar-riżervi u l-provvedimenti li jikkorrispondu mal-bilanċ tal-kont tal-profitt u t-telf fil-31 ta’ Diċembru 2007.

2.   L-ammonti biex jiġu kkontribwiti mis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom jkunu ddeterminati skond l-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut SEBĊ. Ir-referenzi fl-Artikolu 49.2 għan-numru “ta’ ishma sottoskritti mill-bank ċentrali kkonċernat” u “n-numru ta’ ishma diġa' mħallsa mill-banek ċentrali l-oħra” għandhom jirreferu għall-piżijiet tas-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta, u l-BĊNi ta’ Stati Membri parteċipanti eżistenti, rispettivament, fl-iskema kapitali tal-BĊE, skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/21.

3.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, “ir-riżervi tal-BĊE” u “il-provvedimenti ekwivalenti għal riżervi” għandhom jinkludu, inter alia, il-fond ta’ riżerva ġenerali tal-BĊE, il-bilanċi dwar kontijiet ta’ rivalutazzjoni u provvedimenti għar-rata tal-kambju fi flus barranin, riskji tar-rata ta’ l-imgħax u riskji tal-prezz tad-deheb.

4.   Mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ xogħol wara l-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-kontijiet annwali tal-BĊE għas-sena 2007, il-BĊE għandu jikkalkula u jikkonferma lis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta l-ammont biex jiġi kkontribwit minn kull wieħed minnhom skond il-paragrafu 1.

5.   Fit-tieni jum ta’ xogħol wara l-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-kontijiet annwali tal-BĊE għas-sena 2007, is-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom, permezz ta’ żewġ trasferimenti separati tat-TARGET/TARGET2 kull wieħed, iħallsu lill-BĊE:

(a)

l-ammonti dovuti lill-BĊE skond il-paragrafu 4; u

(b)

l-imgħax li jiddekorri matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2008, sa dik id-data, fuq l-ammont dovut lill-BĊE skond il-paragrafu 4.

6.   Kwalunkwe imgħax li jiddekorri skond il-paragrafu 5 (b) għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta’ kalkulazzjoni actual over-360-day, b’rata daqs ir-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema f’waħda mill-operazzjoni prinċipali tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti.

Artikolu 6

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 31 ta’ Diċembru 2007.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)   ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.

(2)   ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.

(3)  Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(4)  Id-Deċiżjoni BĊE/2006/22 tal-15 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (ĠU L 24, 31.1.2007, p. 3).

(5)   ĠU L 24, 31.1.2007, p. 1.

(6)   ĠU L 24, 31.1.2007, p. 15.

(7)  Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta’ Diċembru 2003, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 9, 15.1.2004, p. 27).

(8)  Id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta’ April 2004 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 205, 9.6.2004, p. 5) u d-Deċiżjoni BĊE/2006/21.

(9)   ĠU L 24, 31.1.2007, p. 9.

(10)  Bis-saħħa tal-Linja Gwida BĊE/2000/15 tat-3 ta’ Novembru 1998 kif emendata mil-Linja Gwida tas-16 ta’ Novembru 2000 dwar il-kompożizzjoni, il-valutazzjoni u l-modalitajiet għat-trasferiment inizjali ta’ assi barranin tar-riżerva, u d-denominazzjoni u r-remunerazzjoni ta’ klejms ekwivalenti (ĠU L 336, 30.12.2000, p. 114).

(11)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

(12)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.


Corrigendum

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 28/40


Rettifika għad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 310, tal-25 ta' Novembru 2005 )

F'paġna 9, artikolu 19, l-ewwel sub-paragrafu

minflok:

“L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, irregolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa Diċembru ta' l-2007.”

aqra:

“L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, irregolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-15 ta' Diċembru ta' l-2007.”