ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
22ta' Jannar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 48/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 49/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jiffissa l-kwantità ta’ qamħirrum disponibbli għall-intervent fil-fażi 2 tas-sena tas-suq 2007/2008

5

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2008/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet rigward l-Estonja

6

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/65/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/718/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer f’Ċipru (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 29)  ( 1 )

8

 

 

2008/66/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2008 dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lill-Portugall għall-programm tiegħu sabiex isaħħaħ infrastrutturi ta’ spezzjoni fl-2008 għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti fuq pjanti u prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 43)

11

 

 

2008/67/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2008 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa mġarrba mill-Ġermanja fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra t-tifqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur fl-2003 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 144)

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

22.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 47/2008

tal-21 ta’ Jannar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

206,7

MA

55,2

TN

129,8

TR

95,0

ZZ

121,7

0707 00 05

JO

184,6

MA

48,4

TR

110,3

ZZ

114,4

0709 90 70

MA

105,6

TR

131,6

ZZ

118,6

0709 90 80

EG

373,1

ZZ

373,1

0805 10 20

EG

49,3

IL

53,2

MA

77,6

TN

55,8

TR

76,9

ZA

52,9

ZZ

61,0

0805 20 10

MA

105,7

ZZ

105,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

72,6

IL

60,3

JM

120,0

MA

104,8

TR

72,1

ZZ

86,0

0805 50 10

BR

72,8

EG

111,9

IL

123,3

TR

120,2

ZA

54,7

ZZ

96,6

0808 10 80

CN

74,3

MK

35,5

US

122,1

ZA

59,7

ZZ

72,9

0808 20 50

CN

60,0

TR

126,4

US

108,4

ZZ

98,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


22.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 48/2008

tal-21 ta’ Jannar 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sal-30 ta’ Ġunju 2008 għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1549/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 75).


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.4.2008-30.6.2008

(f %)

1

09.4211

1,748078

2

09.4212

 (1)

4

09.4214

54,814029

5

09.4215

65,258932

6

09.4216

 (2)

7

09.4217

5,611137

8

09.4218

 (1)


(1)  Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


22.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 49/2008

tal-21 ta’ Jannar 2008

li jiffissa l-kwantità ta’ qamħirrum disponibbli għall-intervent fil-fażi 2 tas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 tad-19 ta’ April 2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji ta’ l-intervent u li jippreskrivi l-metodi ta’ l-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3a(2), it-tieni inċiż, tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3a tar-Regolament (KE) Nru 824/2000 jistabbilixxi r-regoli għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ qamħirrum eliġibbli għall-intervent, għas-snin tas-suq 2007/2008 u 2008/2009. L-allokazzjoni ssir f’żewġ fażijiet, imsejħa “l-fażi 1” u “l-fażi 2”.

(2)

Il-kwantità globali ta’ qamħirrum offerta għall-intervent matul il-fażi 1, li damet mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Diċembru 2007, ma qabżitx il-limitu stabbilit bl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003. Jeħtieġ għalhekk li tiġi ppubblikata l-kwantità ta’ qamħirrum li tista’ tiġi offruta għall-intervent fil-fażi 2 tas-sena tas-suq 2007/2008.

(3)

Skond l-Artikolu 3a(1), it-tielet inċiż, il-fażi 2 tibda mill-għada li l-Kummissjoni tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea l-kwantità li tkun għadha disponibbli għall-intervent għal dik il-fażi. Dan il-jum ikun l-ewwel jum għat-tressiq ta’ offerti fl-Istati Membri kollha, u din il-fażi tintemm sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April fil-Greċja, fi Spanja, fl-Italja u l-Portugall, mit-30 ta’ Ġunju fl-Iżvezja u mill-31 ta’ Mejju fl-Istati Membri l-oħra. Jeħtieġ għalhekk li jkun ipprovdut li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantità ta’ qamħirrum li jista’ jkun offrut għall-intervent matul il-fażi 2 tas-sena tas-suq 2007/2008 skond l-Artikolu 3a tar-Regolament (KE) Nru 824/2000, hija ta’ 1 500 000 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 31. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 883/2007 (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 3).


DIRETTIVI

22.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/6


DIRETTIVA 2008/3/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Jannar 2008

li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet rigward l-Estonja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2), l-Artikolu 55 u l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Waqt in-negozjati ta’ l-adeżjoni, l-Estonja invokat il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ta’ l-elettriku tagħha biex titlob perjodu tranżizzjonali għall-applikazzjoni tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern ta’ l-elettriku (3).

(2)

Fl-Anness VI ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, l-Estonja ngħatat perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2008 għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 96/92/KE, relattivament għall-ftuħ gradwali tas-suq.

(3)

Id-Dikjarazzjoni Nru 8 annessa ma’ l-Att Finali tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 saħansitra rrikonoxxiet li l-qagħda speċifika fir-rigward tar-ristrutturazzjoni tas-settur tax-shale taż-żejt fl-Estonja kien se jirrikjedi sforzi partikolari sa l-aħħar ta’ l-2012.

(4)

Id-Direttiva 96/92/KE ġiet sostitwita mid-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta’ l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (4), li kellha tiġi implimentata sa l-1 ta’ Lulju 2004 u li kellha l-effett li tħaffef il-ftuħ tas-suq ta’ l-elettriku.

(5)

Permezz ta’ l-ittra tas-17 ta’ Settembru 2003, l-Estonja bagħtet talba biex tiġi eżentata mill-Artikolu 21(1)(b) tad-Direttiva 2003/54/KE, dwar il-ftuħ tas-suq għall-klijenti non-domestiċi, sal-31 ta’ Diċembru 2012. Permezz ta’ ittra oħra tal-5 ta’ Diċembru 2003, l-Estonja indikat li kellha l-ħsieb li tiftaħ is-suq kompletament kif previst fl-Artikolu 21(1)(ċ) ta’ dik id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2015.

(6)

It-talba ta’ l-Estonja kienet ibbażata fuq pjan kredibbli ta’ ristrutturazzjoni għas-settur kollu tax-shale taż-żejt li jestendi sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(7)

Ix-shale taż-żejt huwa l-unika riżorsa indiġena reali ta’ l-enerġija fl-Estonja u l-produzzjoni nazzjonali tirrapreżenta kważi 84 % tal-produzzjoni dinjija. 90 % ta’ l-elettriku prodott fl-Estonja ġej minn dan il-karburant solidu. Huwa għalhekk ta’ importanza strateġika kbira għas-sikurezza tal-provvista fl-Estonja.

(8)

Il-konċessjoni ta’ deroga oħra għall-perjodu mill-2009 sa l-2012 kienet tidher meħtieġa biex tiggarantixxi s-sikurezza ta’ investimenti fl-impjanti ġeneraturi u s-sikurezza tal-provvista fl-Estonja filwaqt li tippermetti r-riżoluzzjoni tal-problemi ambjentali serji li joħolqu dawk l-impjanti.

(9)

Fit-28 ta’ Ġunju 2004, il-Kunsill adotta d-Direttiva 2004/85/KE li temenda d-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta ċerti dispożizzjonijiet fl-Estonja (5), li kkonċediet id-deroga mitluba.

(10)

Permezz tas-sentenza tat-28 ta’ Novembru 2006 fil-Każ C-413/04, Parlament v Kunsill (6), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-Direttiva 2004/85/KE, safejn ikkonċediet lill-Estonja deroga mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 21(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2003/54/KE li tmur lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2008 u imponiet obbligu korrispettiv li tiggarantixxi ftuħ parzjali biss tas-suq li jirrappreżenta 35 % tal-konsum fl-1 ta’ Jannar 2009 u obbligu ta’ komunikazzjoni annwali tal-limiti ta’ konsum li jestendu l-eliġibbiltà lill-konsumaturi finali.

(11)

Dak l-annullament parzjali ma ġiex ibbażat fuq raġunijiet li jikkonċernaw is-sustanza tad-Direttiva 2004/85/KE, iżda kien riżultat ta’ determinazzjoni żbaljata tal-bażi ġuridika.

(12)

Billi r-raġunijiet għall-konċessjoni lill-Estonja ta’ deroga mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 21(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2003/54/KE li tmur lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2008 jibqgħu validi, dik id-Direttiva għandha tiġi emendata kif meħtieġ, bl-istess test kif jinsab fid-Direttiva 2004/85/KE iżda fuq il-bażi ġuridika korretta,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2003/54/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Estonja għandha tingħata deroga temporanja mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 21(1)(b) u (ċ) sal-31 ta’ Diċembru 2012. L-Estonja għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-ftuħ tas-suq ta’ l-elettriku tagħha. Dan għandu jitwettaq gradwalment matul il-perjodu ta’ referenza bl-għan ta’ ftuħ sħiħ tas-suq sa l-1 ta’ Jannar 2013. Fl-1 ta’ Jannar 2009, il-ftuħ tas-suq għandu jirrappreżenta mill-anqas 35 % tal-konsum. L-Estonja għandha tikkomunika annwalment lill-Kummissjoni l-limiti ta’ konsum li jestendu l-eliġibbiltà lill-konsumaturi finali.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-23 ta’ Jannar 2008. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 15 ta’ Jannar 2008

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2007.

(3)  ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20. Id-Direttiva tħassret bid-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37).

(4)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/653/KE (ĠU L 270, 29.9.2006, p. 72).

(5)  ĠU L 236, 7.7.2004, p. 10.

(6)  ECR 2006 I-11221.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

22.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Jannar 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2007/718/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer f’Ċipru

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 29)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/65/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Wara t-tifqigħat reċenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer f’Ċipru, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer f’Ċipru (3) biex jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer meħudin minn dak l-Istat Membru fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tħassar id-Direttiva 85/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda id-Direttiva 92/46/KEE (4),

(2)

Fid-Deċiżjoni 2007/718/KE, il-Kummissjoni stipulat ir-regoli għad-dispaċċ ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam minn ċerti żoni elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Deċiżjoni fejn ma ġewx irreġistrati tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għal perjodu ta’ mill-inqas 90 jum qabel il-qtil u li jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet speċifikati. Fil-preżent hu permess biss id-dispaċċ ta’ laħam tal-majjal minn żoni definiti.

(3)

Fuq il-bażi ta’ l-evoluzzjoni tal-qagħda ta’ saħħet l-annimali f’Ċipru, u b’mod partikolari r-riżultati favorevoli tas-sorveljanza kontinwa, huwa issa possibbli li jiġu ddefiniti dawk iż-żoni li għandhom jiġu inklużi, fejn jidħol il-laħam taċ-ċanga, fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/718/KE.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/718/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III għad-Deċiżjoni 2007/718/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 289, 7.11.2007, p. 45. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/832/KE (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 56).

(4)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).


ANNESS

“ANNESS III

1

2

3

4

5

6

7

8

GRUPP

ADNS

Unità Amministrattiva

B

S/G

P

FG

WG

Ċipru

00001

Lefkosia

+

+

00003

Ammochostos

+

+

00004

Larnaca, għajr l-unitajiet amministrattivi ta’:

+

+

Agia Anna

 

 

 

Alethriko

 

 

 

Aradippou

 

 

 

Dromolaxia

 

 

 

Kalo Chorio

 

 

 

Kellia

 

 

 

Kiti

 

 

 

Kivisili

 

 

 

Klavdia

 

 

 

Kochi

 

 

 

Larnaka

 

 

 

Livadia

 

 

 

Meneou

 

 

 

Softades

 

 

 

Tersefanou

 

 

 

00005

Lemesos

+

+

00006

Paphos

+

+

ADNS

=

Animal Disease Notification System Code — Kodiċi ta’ Sistema ta’ Notifikazzjoni għall-Mard ta’ l-Annimali (Deċiżjoni 2005/176/KE)

B

=

laħam tal-bovini

S/G

=

laħam tan-ngħaġ u l-mogħoż [laħam ta’ annimali ovini u kaprini]

P

=

laħam tal-majjal [laħam ta’ annimali porċini]

FG

=

annimali tal-kaċċa mrobbija suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

WG

=

annimali selvaġġi tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer”


22.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Jannar 2008

dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lill-Portugall għall-programm tiegħu sabiex isaħħaħ infrastrutturi ta’ spezzjoni fl-2008 għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti fuq pjanti u prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 43)

(It-test Portugiż biss huwa awtentiku)

(2008/66/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għal prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13c(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/29/KE tistipula l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja li għandha tingħata lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-infrastrutturi ta’ spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li joriġinaw minn pajjiżi terzi.

(2)

Permezz ta’ ittra bid-data tal-21 ta’ Mejju 2007 (ref. DGPC 070521 000604), il-Portugall introduċa programm biex isaħħaħ fl-2008 l-ispezzjoni ta’ l-infrastrutturi tiegħu għall-iċċekkjar ta’ pjanti u prodotti ta’ pjanti ġejjin minn pajjiżi terzi (2). Hu applika għall-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2008 għal dan il-programmi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 998/2002 tal-11 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ l-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-Istati Membri sabiex isaħħu l-infrastrutturi ta’ spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi (3).

(3)

L-informazzjoni teknika stipulata mill-Portugall ppermettiet lill-Kummissjoni li tanalizza l-qagħda b’mod preċiż u komprensiv. Il-Kummissjoni ħejjiet lista ta’ dawk il-karigi ta’ spezzjoni li jsaħħu programmi eliġibbli, li jagħtu d-dettalji ta’ l-ammont propost ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm. L-informazzjoni kienet ukoll eżaminata mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

(4)

Wara valutazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet u l-kriterji stipulati fid-Direttiva 2000/29/KE u r-Regolament (KE) Nru 998/2002 għall-għotja ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ġew issodisfatti.

(5)

Skond dan, huwa xieraq li tkun allokata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja sabiex tkopri l-infiq ta’ dan il-programm għall-2008 ppreżentat mill-Portugall.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità bl-għan li tkopri n-nefqa li se jġarrab il-Portugall fl-2008 għall-programm tiegħu għat-tisħiħ tal-karigi ta’ spezzjoni hija hawnhekk approvata.

Artikolu 2

L-ammont massimu ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja kif stipulat fl-Artikolu 1 se jkun ta’ EUR 25 960 u għandu jiġi stipulat fl-Anness.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programm kif stabbilita fl-Anness se titħallas biss meta:

(a)

tkun ingħatat evidenza tax-xiri u/jew titjib tat-tagħmir u/jew faċilitajiet elenkati fil-programm mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni b’dokumentazzjoni xierqa; kif ukoll

(b)

tkun tressqet talba għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni, skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 998/2002.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membri tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).

(2)  Dan il-programm hu l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ xi emendi tal-programm li kien diġà ppreżentat għall-2006 u li għalih il-prinċipju ta’ finanzjament Komunitarju kien ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/84/KE (ĠU L 40, 11.2.2006, p. 21). Il-Portugall ma xtarax it-tagħmir fil-limitu taż-żmien stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 998/2002 u ddeċieda li jintroduċi mill-ġdid programm fl-2007.

(3)  ĠU L 152, 12.6.2002, p. 16. Ir-Regolament kien ippubblikat bħala Regolament (KE) Nru 997/2002 iżda n-numru kien ikkoreġut b’corrigendum (ĠU L 153, 13.6.2002, p. 18).


ANNESS

PROGRAMMI GĦAT-TISĦIĦ TAL-KARIGI TA’ SPEZZJONI

Programmi bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità korrispondenti, li se tkun allokata fl-2008

(EUR)

Stat Membru

Ismijiet tal-karigi ta’ spezzjoni

(l-unità amministrattiva, l-isem)

Infiq eleġibbli

Kontribuzzjoni Finanzjarja Komunitarja b’rata massima ta’ 50 %

Il-Portugall

Porto (l-ajruport)

4 202

2 101

Leixões (il-port)

6 182

3 091

Aveiro (il-port)

6 182

3 091

Lisboa (l-ajruport)

4 202

2 101

Lisboa (il-port)

6 182

3 091

Setúbal (il-port)

6 182

3 091

Sines (il-port)

6 182

3 091

Faro (l-ajruport)

4 202

2 101

Ponta Delgada (l-ajruport)

4 202

2 101

Funchal (l-ajruport)

4 202

2 101

Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja totali

25 960


22.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Jannar 2008

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa mġarrba mill-Ġermanja fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra t-tifqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur fl-2003

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 144)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(2008/67/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3, il-paragrafu 3 u l-Artikolu 3(a) tagħha,

Billi:

(1)

Seħħew tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur fil-Ġermanja fl-2003. Il-feġġ ta’ din il-marda jista’ jirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

(2)

Biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda u biex tinqered kemm jista’ jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru skond il-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tkun ikkumbattuta l-marda, kif previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/51/KE tat-23 ta’ Diċembru 2003 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-ambitu tal-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur fil-Ġermanja fl-2003 (2) allokat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Ġermanja għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra din l-influwenza fl-2003.

(4)

Skond dik id-Deċiżjoni, sar l-ewwel pagament ta’ EUR 135 000.

(5)

Skond dik id-Deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandu jkun ibbażat fuq it-talba mressqa mill-Ġermanja fil-25 ta’ Frar 2004, dokumenti ta’ sostenn ta’ l-ispejjeż imsemmija fit-talba u r-riżultati tal-verifiki finanzjarji mwettqa fuq il-post mill-Kummissjoni. L-ammont imsemmi fit-talba ta’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ l-2003 kienet ta’ EUR 514 392,42 iżda l-kontribut finanzjarju tal-Komunità ma jistax taqbeż il-50 % tan-nefqa eliġibbli.

(6)

Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, issa jeħtieġ li jiġi stipulat l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-infiq li sar bil-ħsieb ta’ l-eradikazzjoni tat-tifqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur fil-Ġermanja fl-2003.

(7)

Il-konklużjoni tar-riżultati tal-verifiki mwettqa mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji Komunitarji ma jippermettux li l-ammont kollu tan-nefqa mressaq jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli.

(8)

L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-metodu tagħha għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli ġew ikkomunikati lill-Ġermanja permezz ta’ ittra bid-data tal-21 ta’ Novembru 2007.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-infiq marbut ma’ l-eradikazzjoni tat-tifqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur fil-Ġermanja fl-2003, dovut skond id-Deċiżjoni 2004/51/KE, huwa stipulat għal EUR 239 196,53.

Billi diġà ngħata l-ewwel pagament ta’ EUR 135 000 skond id-Deċiżjoni 2004/51/KE, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità huwa stipulat għal EUR 104 196,53.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċizjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/965/KE (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22).

(2)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 60. Din id-Deċiżjoni ma ġietx ippubblikata bil-Malti.