ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
18ta' Jannar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 31/2008 tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 32/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha ( 1 )

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 34/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 35/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 36/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

16

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 37/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

20

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 38/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni ta’ ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Jannar 2008 bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007

22

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

25

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/58/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2007 li tawtorizza l-aċidifikazzjoni tal-most u l-inbid prodotti fiż-żona B tat-tkabbir ta’ dwieli fl-Awstrija għas-sena 2007/2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5615)

28

 

 

2008/59/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2007 li taġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2006, l-1 ta’ Settembru 2006, l-1 ta’ Ottubru 2006, l-1 ta’ Novembru 2006, l-1 ta’ Diċembru 2006 u l-1 ta’ Jannar 2007 għar-rimunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitjiet Ewropej issekondati f’pajjiżi terzi, kif ukoll parti mill-uffiċjali li għadhom assenjati fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda matul perjodu massimu ta’ 19-il xahar wara l-adeżjoni taż-żewġ Stati Membri l-ġodda

29

 

 

2008/60/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/548/KE fir-rigward tat-tħassir ta’ tipi speċifiċi ta’ linji mikrija mis-Sett Minimu ta’ Linji Mikrija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6635)  ( 1 )

32

 

 

2008/61/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2008 li temenda l-Anness II mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tal-bovini mill-Brażil (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 28)  ( 1 )

33

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 31/2008

tal-15 ta’ Novembru 2007

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) u (3), l-ewwel inċiż,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Komunità u r-Repubblika tal-Madagaskar innegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd li jipprovdi lis-sajjieda tal-Komunità b’opportunitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità tar-Repubblika tal-Madagaskar.

(2)

Huwa fl-interess tal-Komunità li dan il-Ftehim jiġi approvat.

(3)

Jeħtieġ li jiġi definit il-kriterju tat-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ dan ir-Regolament (1).

Artikolu 2

L-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-Protokoll għall-Ftehim għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

Kategorija ta’ sajd

Tip ta’ bastiment

Stat Membru

Liċenzji jew kwota

Sajd għat-tonn

Bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun

Spanja

23

Franza

19

L-Italja

1

Sajd għat-tonn

Bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ ta’ aktar minn 100 TG

Spanja

25

Franza

13

Il-Portugall

7

Ir-Renju Unit

5

Sajd għat-tonn

Bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ ta’ anqas minn jew ta’ 100 TG

Franza

26

Sajd demersali

Sajd sperimentali bix-xlief jew bil-konzijiet tal-fond

Franza

5

Jekk it-talbiet għal liċenzja ta’ dawn l-Istati Membri ma jeżawrixxux l-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra talbiet għal liċenzji mill-Istati Membri l-oħra kollha.

Artikolu 3

L-Istati Membri li jkollhom bastimenti jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta’ kull stokk maqbuda fiż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar skond it-termini stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta’ l-14 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f’ibħra ta’ pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa (2).

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. L. RODRIGUES


(1)  Għat-test tal-Ftehim, ara ĠU L 331, 17.12.2007, p. 7.

(2)  ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.


18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 32/2008

tas-17 ta’ Jannar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

134,0

MA

53,3

TN

129,8

TR

99,8

ZZ

104,2

0707 00 05

JO

187,5

MA

48,4

TR

114,1

ZZ

116,7

0709 90 70

MA

97,4

TR

140,9

ZZ

119,2

0709 90 80

EG

313,6

ZZ

313,6

0805 10 20

EG

48,6

IL

54,3

MA

72,8

TN

62,9

TR

80,2

ZA

52,9

ZZ

62,0

0805 20 10

MA

108,5

TR

101,8

ZZ

105,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

63,4

IL

76,2

JM

120,0

TR

80,4

ZZ

85,0

0805 50 10

BR

72,8

EG

102,1

IL

123,3

TR

119,8

ZA

54,7

ZZ

94,5

0808 10 80

CA

96,2

CN

76,8

MK

40,4

US

115,5

ZA

59,7

ZZ

77,7

0808 20 50

CN

65,6

US

88,7

ZZ

77,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 33/2008

tas-17 ta’ Jannar 2008

li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprevedi li l-Kummissjoni twettaq programm ta’ ħidma għall-eżaminazzjoni gradwali ta’ sustanzi attivi fis-suq minn sentejn wara d-data tan-notifika permezz ta’ din id-Direttiva. Dan il-programm inqasam f'erba' fażijiet, u l-aħħar waħda minnhom għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/565/KE tal-25 ta’ Lulju 2003 li testendi l-perjodu taż-żmien previst fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2).

(2)

L-ewwel stadju ta’ dan il-programm ġie stipulat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3). It-tieni u t-tielet stadju ta’ ħidma ġew stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 tat-28 ta’ Frar 2000 li jwaqqaf regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 (5). Ir-raba' stadju kien stipulat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta’ Diċembru 2004 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6).

(3)

Għall-inklużjoni ta’ sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE li kienu parti mill-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' programm ta’ xogħol kif imsemmi fl-Artikolu (2) ta’ dik id-Direttiva jeħtieġ li jingħataw regoli dettaljati għall-preżentazzjoni mill-ġdid ta’ applikazzjonijiet li jevitaw xogħol doppju, jippreservaw standard għoli ta’ sikurezza u jiżguraw li deċiżjoni tittieħed malajr. Barra minn dan, ir-relazzjoni bejn l-applikanti, l-Istati Membri, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, u l-Kummissjoni u l-obbligi ta’ kull wieħed mill-partijiet għall-applikazzjoni tal-proċedura għandhom jiġu stipulati.

(4)

Għas-sustanza inkluża fl-ewwel stadju id-dossiers ġew ippreżentati fl-1995 u l-1996. Ma saret l-ebda valutazzjoni inter pares mill-Awtorità. Fid-dawl taż-żmien li għandhom id-dossiers oriġinali u l-bidliet fl-għarfien xjentifiku, riflessi fid-dokumenti ta’ gwida mis-servizzi tal-Kummissjoni, għandu jintalab dossier komplut u aġġornat għal dawn is-sustanzi u l-Awtorità għandha bħala prinċipju twettaq valutazzjoni inter pares. L-istess dispożizzjonijiet għandhom fil-prinċipju japplikaw għal sustanzi ta’ l-istadji 2, 3 u 4 tal-programm ta’ valutazzjoni iżda f'każijiet fejn tħejja rapport ta’ l-abbozz ta’ verifika u tressqet applikazzjoni fi żmien raġjonevoli wara d-deċiżjoni sakemm is-sustanza ma kellhiex tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tista’ tiġi implimentata proċedura aċċellerata.

(5)

Għal sustanzi koperti mit-tieni stadju applikaw skadenzi retti u għalhekk kien meħtieġ li tittieħed deċiżjoni fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli li saritlu valutazzjoni inter pares mill-Awtorità. F'numru ta’ każijiet ġew identifikati kwistjonijiet li wasslu li s-sustanza ma tiġix inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Għal dawk is-sustanzi ġew ippreżentati d-dossiers oriġinali mhux aktar tard minn April 2002. Saru valutazzjonijiet inter pares bejn l-2003 u l-2006 u għalhekk id-dossiers huma aġġornati. F'uħud minn dawn il-każijiet huwa biss numru limitat ta’ studji li jista’ jintalab bħala rekwiżit sabiex jifforma dossier komplut għall-preżentazzjoni mill-ġdid ta’ applikazzjonijiet li jikkonċernaw inklużjonijiet possibbli ta’ l-Anness I, fuq il-bażi ta’ l-istess użi appoġġjati jew dawk aktar ristretti. Huwa xieraq li tingħata proċedura aċċellerata għall-preżentazzjoni mill-ġdid u għall-valutazzjoni inter pares f'każijiet fejn id-dossier ġie kumpilat u diskuss riċentament. L-istess għandu japplika għas-sustanzi tat-tielet u r-raba' stadji tal-programm ta’ reviżjoni li għalihom il-proċeduri ġew emendati l-aħħar fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007.

(6)

Data addizzjonali għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni jekk titressaq fi żmien il-perjodu stipulat.

(7)

Għandha tkun prevista l-possibilità li titressaq applikazzjoni ġdida għall-istess sustanza fi kwalunkwe waqt.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistipula regoli dettaljati għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi li kienu vvalutati mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tal-programm ta’ reviżjoni previst fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li, sad-dati stipulati fil-punti (a), (b) u (c), ma kinux inklużi fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva:

(a)

għas-sustanzi ta’ l-ewwel stadju, sal-31 ta’ Diċembru 2006, jew fil-każ ta’ metalaxyl, sat-30 ta’ Ġunju 2010;

(b)

għas-sustanzi tat-tieni stadju, sat-30 ta’ Settembru 2007;

(c)

għas-sustanzi tat-tielet u r-raba' stadji, sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“applikant” tfisser il-persuna li waħidha timmanifattura s-sustanza attiva jew il-persuna li tgħaddi l-kuntratt għall-manifattura lil parti oħra jew lil persuna maħtura mill-manifattur bħala r-rappreżentant waħdieni tiegħu għall-għanijiet ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament;

(b)

“kumitat” tfisser il-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, imsemmi fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 91/414/KEE;

(c)

“sustanzi ta’ l-ewwel stadju” tfisser is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92;

(d)

“sustanzi tat-tieni stadju” tfisser is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 451/2000;

(e)

“sustanzi tat-tielet stadju” tfisser sustanzi attivi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002;

(f)

“sustanzi tar-raba' stadju” tfisser is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004.

KAPITOLU II

PROĊEDURA REGOLARI

Artikolu 3

Applikazzjoni

1.   Applikant li jixtieq jiżgura l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanza attiva koperta mill-Artikolu 1 għandu jippreżenta applikazzjoni għal dik is-sustanza attiva lil Stat Membru (minn issa 'l quddiem “Stat Membru relatur”) flimkien ma’ dossier komplut, inkluż sommarju tad-dossier, kif previst fl-Artikolu 4 li turi li s-sustanza attiva tilħaq ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva. Tibqa' responsabilità ta’ l-applikant li jagħti prova li dawn ir-rekwiżiti jintlaħqu.

2.   Meta jressaq l-applikazzjoni tiegħu, l-applikant jista', skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE, jitlob li ċerti partijiet tad-dossiers imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jinżammu kunfidenzjali. L-applikant għandu jispjega għal kull dokument jew għal kull parti minn dokument għaliex għandu jitqies bħala kunfidenzjali.

Fl-istess ħin l-applikant għandu jressaq kwalunkwe talba għall-protezzjoni tad-data skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/414/KEE.

L-applikant għandu jressaq b'mod separat it-tagħrif li jrid jinżamm kunfidenzjali.

Artikolu 4

Id-dossiers

1.   Is-sommarju tad-dossier għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

data rigward firxa limitata ta’ użi rappreżentattivi ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, li turi li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/414/KEE;

(b)

għal kull punt tar-rekwiżiti tad-data għas-sustanza attiva msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE, is-sommarji u r-riżultati tat-testijiet u l-istudji, l-isem tal-proprjetarju tagħhom u tal-persuna jew ta’ l-istitut li wettaq it-testijiet u l-istudji;

(c)

għal kull punt tar-rekwiżiti tad-data għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti imsemmi fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE, is-sommarji u r-riżultati tat-testijiet u ta’ l-istudji, l-isem tal-proprjetarju tagħhom u tal-persuna jew ta’ l-istitut li wettaq it-testijiet u l-istudji rilevanti għall-valutazzjoni tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva meta jitqies il-fatt li l-lakuni fid-data fid-dossier ta’ l-Anness II jew l-Anness III, li jirriżultaw mill-firxa limitata proposta ta’ użi rappreżentattivi, jistgħu jwasslu għal restrizzjonijiet fl-inklużjoni ta’ l-Anness I;

(d)

lista ta’ punti kontrollati li turi li d-dossier previst fil-paragrafu 2 huwa komplut;

(e)

ir-raġunijiet li minħabba fihom it-test u r-rapporti ta’ studju mressqa huma meħtieġa għall-ewwel inklużjoni tas-sustanza attiva;

(f)

valutazzjoni tat-tagħrif kollu mressaq.

2.   Id-dossier komplut għandu jkollu l-kliem kollu tar-rapporti individwali tat-testijiet u tar-rapporti ta’ l-istudju li jikkonċernaw it-tagħrif kollu msemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1.

Artikolu 5

Il-kontroll tal-kompletezza tad-dossier

1.   Fi żmien 30 ġurnata minn meta tasal l-applikazzjoni, l-Istat Membru relatur għandu jikkontrolla jekk id-dossiers li tressqu ma’ l-applikazzjoni fihomx l-elementi kollha stipulati fl-Artikolu 4, billi juża l-lista ta’ kontroll li tissemma fl-Artikolu 4(1)(d).

2.   Fejn wieħed jew iktar mill-elementi previsti fl-Artikolu 4 jkunu neqsin, l-Istat Membru għandu jinforma lill-applikant, filwaqt li jistipula perjodu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tagħhom; perjodu tali ma għandux ikun ta’ aktar minn sitt xhur.

3.   Fejn fl-aħħar tal-perjodu, imsemmi fil-paragrafu 2, l-applikant ma ppreżentax l-elementi neqsin, l-Istat Membru relatur għandu jinforma lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Jekk, wara li tagħti lill-applikant opportunità li jikkummenta, il-Kummissjoni tiddetermina li l-applikant naqas milli jippreżenta l-elementi neqsin, hija għandha tadotta deċiżjoni li tipprevedi li s-sustanza attiva kkonċernata ma għandhiex tiġi inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Deċiżjoni tali għandha ttemm il-valutazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva li taqa' taħt dan ir-Regolament.

4.   Tista’ titressaq applikazzjoni ġdida għall-istess sustanza fi kwalunkwe ħin.

5.   Fejn id-dossiers li tressqu ma’ l-applikazzjoni jkun fihom l-elementi kollha previsti fl-Artikolu 3, l-Istat Membru relatur għandu jinnotifika lill-applikant, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità bil-kompletezza ta’ l-applikazzjoni.

Artikolu 6

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni

Għal applikazzjonijiet li għalihom ġiet stabbilita l-kompletezza l-Kummissjoni għandha tagħmel it-tagħrif li ġej pubbliku:

(a)

l-isem tas-sustanza attiva;

(b)

id-data ta’ l-applikazzjoni;

(c)

l-isem u l-indirizz ta’ l-applikanti;

(d)

l-Istat Membru relatur.

Artikolu 7

Preżentazzjoni ta’ tagħrif minn partijiet terzi

1.   Kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jixtieq jibgħat lill-Istat Membru relatur tagħrif li jikkontribwixxi għall-valutazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-effetti potenzjalment perikolużi tas-sustanza attiva jew tar-residwi tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u fuq l-ambjent għandu jagħmel dan, bla ħsara għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/KEE, mhux aktar tard minn disgħin jum wara li t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 6 jkun sar pubbliku.

2.   L-Istat Membru relatur għandu jippreżenta mingħajr dewmien kwalunkwe tagħrif li wasallu mill-Awtorità u mill-applikant.

3.   L-applikant jista’ jibgħat il-kummenti tiegħu dwar it-tagħrif ippreżentat lill-Istat Membru relatur u lill-Awtorità mhux aktar tard minn sittin jum wara li tasallu.

Artikolu 8

Valutazzjoni mill-Istat Membru relatur

1.   Fi żmien tnax-il xahar mid-data ta’ l-applikazzjoni prevista fl-Artikolu 3(1), l-Istat Membru relatur għandu jipprepara u jressaq quddiem il-Kummissjoni b'kopja lill-Awtorità rapport (minn issa 'l quddiem “abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni”) li jivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/414/KEE. Fl-istess żmien huwa għandu jgħarraf lill-applikant li l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tressaq u jitolbu sabiex jibgħat minnufih id-dossier aġġornat lill-Awtorità, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

2.   L-Istat Membru relatur jista’ jikkonsulta lill-Awtorità.

3.   Meta l-Istat Membru relatur jeħtieġ tagħrif addizzjonali, għandu jistipula perjodu ta’ żmien li fih l-applikant irid jipprovdih. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru relatur. Il-perjodu ta’ żmien addizzjonali ma għandux ikun aktar minn sitt xhur u għandu jieqaf malli jasal it-tagħrif addizzjonali għand l-Istat Membru relatur. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Fil-valutazzjoni tiegħu l-Istat Membru relatur għandu jqis biss tagħrif ippreżentat fi żmien il-perjodu li ngħata.

4.   Meta fi tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, l-applikant ma jkunx ressaq l-elementi neqsin, l-Istat Membru relatur għandu jinforma lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Jekk, wara li tagħti lill-applikant opportunità sabiex jikkummenta, il-Kummissjoni tiddetermina li l-applikant naqas milli jippreżenta elementi nieqsa li huma meħtieġa sabiex jiġi deċiż jekk is-sustanza tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/414/KEE, hija għandha tadotta deċiżjoni li tipprevedi li s-sustanza attiva rilevanti ma tkunx inkluża fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u ttemm il-valutazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva li taqa' taħt dan ir-Regolament.

5.   Tista’ titressaq applikazzjoni ġdida għall-istess sustanza fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 9

Il-wasla ta’ u l-aċċess għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni

L-Awtorità għandha tiċċirkola l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni li rċeviet mingħand l-Istat Membru relatur lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni wara li tirċievi d-dossier previst fl-Artikolu 8(1).

Għandha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, wara li tagħti ġimagħtejn lill-applikant biex jitlob li ċerti partijiet mill-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni jinżammu kunfidenzjali.

L-Awtorità għandha tħalli perjodu ta’ disgħin jum biex jitressqu l-kummenti bil-miktub mill-Istati Membri u mill-applikant.

Fejn xieraq, l-Awtorità għandha torganizza valutazzjoni inter pares, inklużi l-esperti mill-Istati Membri.

Artikolu 10

Il-konklużjoni ta’ l-Awtorità

1.   L-Awtorità għandha tadotta konklużjoni dwar jekk is-sustanza attiva tistax tiġi mistennija li tilħaq ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien disgħin jum minn mindu jintemm il-perjodu previst fit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, u għandha tikkomunikaha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

Fejn xieraq, l-Awtorità għandha tindirizza fil-konklużjoni tagħha l-alternattivi ta’ mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward ta’ użi maħsuba li ġew identifikati fl-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni.

2.   Meta l-Awtorità teħtieġ tagħrif addizzjonali, b'konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru relatur, għandha tistipula perjodu ta’ żmien ta’ massimu ta’ disgħin jum li fih l-applikant irid jipprovdih lill-Awtorità u l-Istat Membru relatur. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ disgħin jum previst fil-paragrafu 1 għandu jiġi estiż bil-perjodu addizzjonali mogħti mill-Awtorità. L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. Fil-konklużjoni tagħha l-Awtorità għandha tqis biss tagħrif ippreżentat fi żmien il-perjodu li ngħata.

3.   L-Istat Membru relatur għandu jivvaluta t-tagħrif addizzjonali u jippreżentah lill-Awtorità mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn sittin jum wara li jasallu t-tagħrif addizzjonali.

4.   Il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom jaqblu dwar skeda għall-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet sabiex jiffaċilitaw l-ippjanar tax-xogħol. Il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom jaqblu dwar il-format li fih jitressqu l-konklużjonijiet ta’ l-Awtorità.

Artikolu 11

Preżentazzjoni ta’ abbozz ta’ direttiva jew abbozz ta’ deċiżjoni

1.   Mingħajr ħsara lejn kwalunkwe proposta li tista’ tibgħat bil-għan li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE (7), il-Kummissjoni, mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tirċievi l-konklużjoni ta’ l-Awtorità jew tagħrif li l-applikant naqas milli jippreżenta l-elementi neqsin għad-dossier, għandha tippreżenta abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni lill-Kumitat sabiex ikun iffinalizzat fil-laqgħa tagħha.

L-applikant għandu jingħata l-possibilità li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta’ reviżjoni qabel data ta’ skadenza stipulata mill-Kummissjoni.

2.   Fuq il-bażi tar-rapport ta’ reviżjoni previst fil-paragrafu 1, u filwaqt li tieħu f'kunsiderazzjoni kwalunkwe kumment ippreżentat mill-applikant qabel id-data ta’ skadenza stipulata mill-Kummissjoni taħt il-paragrafu 1, għandha tiġi adottata Direttiva jew Deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, bil-kondizzjoni li:

(a)

sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE soġġetta għal kondizzjonijiet u restrizzjonijiet, fejn xieraq;

(b)

sustanza attiva ma tiġix inkluża fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

3.   L-adozzjoni ta’ deċiżjoni li taqa' taħt il-paragrafu 2(b) għandha ttemm il-valutazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Aċċess għar-rapport ta’ reviżjoni

Ir-rapport iffinalizzat ta’ reviżjoni, minbarra kwalunkwe parti li tirreferi għal tagħrf kunfidenzjali li jinsab fid-dossiers u determinata bħala tali skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun disponibbli għall-konsultazzjoni mill-pubbliku.

KAPITOLU III

PROĊEDURA AĊĊELLERATA

Artikolu 13

Kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ proċedura aċċellerata

Meta sustanza tat-tieni, it-tielet jew ir-raba' stadju kienet is-suġġett ta’ Deċiżjoni ta’ noninklużjoni skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE, u tħejja abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni, kwalunkwe persuna li ħadet sehem bħala notifikant fil-proċedura li wasslet għal dik id-deċizjoni jew kwalunkwe persuna li bi qbil man-notifikant oriġinali ssostitwietu għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, tista’ tippreżenta applikazzjoni skond il-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 ta’ dan ir-Regolament. Applikazzjoni tali trid tiġi ppreżentata fi żmien sitt xhur mid-data ta’ pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ noninklużjoni fir-rigward ta’ sustanzi tat-tielet u r-raba' stadju, jew, fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ sustanzi tat-tieni stadju.

Artikolu 14

Applikazzjoni

1.   L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 għandha tiġi ppreżentata lill-Istat Membru li aġixxa bħala relatur matul il-proċedura tal-valutazzjoni li ntemmet bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tan-noninklużjoni ħlief jekk Stat Membru ieħor jinforma lill-Kummissjoni li huwa lest iwettaq l-evalwazzjoni bi qbil ma’ l-Istat Membru relatur oriġinali.

2.   Meta jressaq l-applikazzjoni tiegħu, l-applikant jista', skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE, jitlob li ċerti partijiet tad-data addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 15 jinżammu kunfidenzjali. Huwa għandu jispjega għal kull dokument jew għal kull parti minn dokument għaliex għandu jitqies bħala kunfidenzjali.

L-applikant għandu jressaq b'mod separat it-tagħrif li jrid jinżamm kunfidenzjali.

Fl-istess ħin għandu jressaq kwalunkwe talba għall-ħarsien tad-data skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 15

Rekwiżiti sostantivi u proċedurali

1.   Għandhom jgħoddu r-rekwiżiti sostantivi li ġejjin:

(a)

l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva hija l-istess bħas-suġġett tad-Deċiżjoni tan-noninklużjoni. Tista’ tinbidel biss sat-tali punt li dan ikun meħtieġ, fid-dawl tar-raġunijiet li wasslu għad-Deċiżjoni ta’ noninklużjoni, sabiex tiġi permessa inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE;

(b)

l-użi appoġġjati huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni tan-noninklużjoni. Jistgħu jinbidlu biss sat-tali punt li dan ikun meħtieġ, fid-dawl tar-raġunijiet li wasslu għad-Deċiżjoni ta’ noninklużjoni, sabiex tiġi permessa inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE;

(c)

tibqa' responsabilità ta’ l-applikant li jagħti prova li jintlaħqu r-rekwiżiti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/414/KEE.

2.   Flimkien ma’ l-applikazzjoni l-applikant għandu jippreżenta dan li ġej:

(a)

id-data addizzjonali meħtieġa sabiex tindirizza l-kwistjonijiet speċifiċi li wasslu għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni kkonċernata ta’ noninklużjoni;

(b)

kwalunkwe data addizzjonali li tirrifletti l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali u b'mod partikolari bidliet lil tagħrif xjentifiku u tekniku minn mindu saret il-preżentazzjoni tad-data li wasslet għad-deċiżjoni ta’ noninklużjoni;

(c)

addendum għad-dossier oriġinali, fejn xieraq;

(d)

lista ta’ kontroll li turi li d-dossier huwa komplut u li tindika liema data hija ġdida.

Artikolu 16

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni

Għal applikazzjonijiet li għalihom ġiet stabbilita l-kompletezza l-Kummissjoni għandha tagħmel it-tagħrif li ġej pubbliku:

(a)

l-isem tas-sustanza attiva;

(b)

id-data ta’ l-applikazzjoni;

(c)

l-isem u l-indirizz ta’ l-applikanti;

(d)

L-Istat Membru Relatur.

Artikolu 17

Preżentazzjoni ta’ tagħrif minn partijiet terzi

1.   Kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jixtieq jibgħat lill-Istat Membru relatur tagħrif li jikkontribwixxi għall-valutazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-effetti potenzjalment perikolużi tas-sustanza attiva jew tar-residwi tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u fuq l-ambjent għandu jagħmel dan, bla ħsara għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/KEE, mhux aktar tard minn disgħin jum wara li t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 16 ikun sar pubbliku.

2.   L-Istat Membru relatur għandu jippreżenta mingħajr dewmien kwalunkwe tagħrif li wasallu mill-Awtorità u mill-applikant.

3.   L-applikant jista’ jibgħat il-kummenti tiegħu dwar it-tagħrif ippreżentat lill-Istat Membru relatur u lill-Awtorità mhux aktar tard minn sittin jum wara li tasallu.

Artikolu 18

Valutazzjoni mill-Istat Membru relatur

1.   Id-data msemmija fl-Artikolu 15(2) għandha tiġi vvalutata mill-Istat Membru relatur imsemmi fl-Artikolu 14(1), ħlief jekk l-Istat Membru jaqbel ma’ Stat Membru ieħor li dan ta’ l-aħħar jaġixxi bħala relatur. L-applikant, il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu informati dwar dan il-ftehim.

2.   Fi żmien sitt xhur wara l-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni l-Istat Membru relatur għandu jibgħat lill-Awtorità u l-Kummissjoni valutazzjoni tad-data addizzjonali fir-rapport, minn issa 'l quddiem “rapport addizzjonali” li għandha tirrifletti l-għarfien attwali xjentifiku u tekniku, u jekk jeħtieġ, tagħrif mid-dossier oriġinali filwaqt li jitqies it-tagħrif disponibbli dwar effetti potenzjalment perikolużi ppreżentati minn kwalunkwe parti terza u kwalunkwe kumment li jasal għand l-applikant skond l-Artikolu 17(3). Ir-rapport addizzjonali għandu jivvaluta jekk is-sustanza attiva tistax tkun mistennija li tilħaq ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/414/KEE. L-Istat Membru Relatur għandu fl-istess waqt jinforma lill-applikant li r-rapport addizzjonali tressaq u li d-dossier aġġornat għandu jintbagħat minnufih lill-Awtorità, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

L-Istat Membru relatur jista’ jikkonsulta lill-Awtorità.

3.   Meta l-Istat Membru relatur jeħtieġ tagħrif addizzjonali, li ma għandux jikkonċerna l-preżentazzjoni ta’ studji ġodda, għandu jistipula perjodu ta’ żmien li fih l-applikant irid jipprovdih. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru relatur. Il-perjodu ta’ żmien addizzjonali għandu jkun massimu ta’ disgħin jum u għandu jieqaf malli jasal it-tagħrif addizzjonali għand l-Istat Membru relatur. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Fil-valutazzjoni tiegħu l-Istat Membru relatur għandu jqis biss tagħrif ippreżentat fi żmien il-perjodu li ngħata.

Artikolu 19

Aċċess għar-rapport addizzjonali

1.   Wara li tirċievi r-rapport addizzjonali l-Awtorità għandha tgħaddih minnufih lill-Istati Membri l-oħrajn u l-applikant għall-kummenti. Tali kummenti għandhom jintbagħtu lill-Awtorità fi żmien 30 jum minn meta jasal ir-rapport addizzjonali. L-Awtorità għandha tiġbor u tibgħat il-kummenti lill-Kummissjoni.

2.   L-Awtorità għandha tagħmel ir-rapport addizzjonali disponibbli fuq talba jew għall-konsultazzjoni minn kwalunkwe persuna, ħlief l-elementi tiegħu li ġew aċċettati bħala kunfidenzjali skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 20

Valutazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rapport addizzjonali u meta rilevanti l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni, imsemmi fl-Artikolu 13, u r-rakkomandazzjoni mill-Istat Membru relatur u l-kummenti li waslu fi żmien 30 jum mill-wasla tal-kummenti miġbura mill-Awtorità.

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Awtorità. Konsultazzjoni tali tista', jekk xieraq, tinkludi talba sabiex tiġi organizzata valutazzjoni inter pares, li tinkludi esperti mill-Istati Membri.

2.   F'każijiet fejn il-Kummissjoni tikkonsulta lill-Awtorità għal sustanzi ta’ l-istadju numru tnejn, din ta’ l-aħħar għandha tippreżenta l-konklużjoni tagħha mill-inqas disgħin jum wara li tkun irċeviet it-talba mill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tipprovdi r-rapport tagħha ta’ konklużjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-talba għal sustanzi ta’ l-istadju numru tlieta u ta’ l-istadju numru erbgħa.

Għal sustanzi ta’ l-istadju numru tlieta u ta’ l-istadju numru erbgħa, meta l-Awtorità teħtieġ tagħrif addizzjonali, li ma għandux jikkonċerna l-preżentazzjoni ta’ studji ġodda, għandha tistipula perjodu ta’ żmien ta’ massimu ta’ disgħin jum li fih l-applikant irid jipprovdih lill-Awtorità u lill-Istat Membru relatur. F'dak il-każ, il-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fis-subparagrafu preċedenti għandu jiġi estiż bil-perjodu addizzjonali mogħti mill-Awtorità.

L-Istat Membru relatur għandu jivvaluta t-tagħrif addizzjonali u jippreżentah lill-Awtorità mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn sittin jum wara li jasallu t-tagħrif addizzjonali.

3.   Il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom jaqblu dwar skeda għall-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet sabiex jiffaċilitaw l-ippjanar tax-xogħol. Il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom jaqblu dwar il-format li fih jitressqu l-konklużjonijiet ta’ l-Awtorità.

Artikolu 21

Preżentazzjoni ta’ abbozz ta’ direttiva jew abbozz ta’ deċiżjoni

1.   Mingħajr ħsara għal kwalunkwe proposta li tista’ tippreżenta bil-għan li temenda l-Anness tad-Direttiva 79/117/KEE, il-Kummissjoni, mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tirċievi t-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 20 (1), jew tal-konklużjoni ta’ l-Awtorità jew it-tagħrif li l-applikant naqas milli jippreżenta l-elementi neqsin għad-dossier, għandha tippreżenta abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni lill-Kumitat sabiex ikun iffinalizzat fil-laqgħa tagħha.

L-applikant għandu jingħata l-possibilità li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta’ reviżjoni qabel data ta’ skadenza stipulata mill-Kummissjoni.

2.   Fuq il-bażi tar-rapport ta’ reviżjoni previst fil-paragrafu 1, u filwaqt li tieħu f'kunsiderazzjoni kwalunkwe kumment ippreżentat mill-applikant qabel id-data ta’ skadenza stipulata mill-Kummissjoni taħt il-paragrafu 1, għandha tiġi adottata Direttiva jew Deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, bil-kondizzjoni li:

(a)

sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE soġġetta għal kondizzjonijiet u restrizzjonijiet, fejn xieraq;

(b)

sustanza attiva ma tiġix inkluża fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 22

Aċċess għar-rapport ta’ reviżjoni

Ir-rapport ta’ reviżjoni ffinalizzat, ħlief kwalunkwe parti li tirreferi għal tagħrif kunfidenzjali li jinstab fid-dossiers u stabbilit bħala tali b'konformità ma’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun disponibbli għall-konsultazzjoni mill-pubbliku.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 23

Miżati

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġim li jobbliga lill-applikanti jħallsu miżata jew debitu għat-trattament amministrattiv u għall-valutazzjoni tad-data addizzjonali jew id-dossiers relatati magħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżata jew debitu li jkunu speċifiċi għall-valutazzjoni.

3.   Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jitolbu l-ħlas ta’ miżata jew ta’ debitu li jikkorrispondu kemm jista’ jkun possibbli ma’ l-ispejjeż tagħhom fit-twettiq tal-proċeduri differenti kollha assoċjati mal-valutazzjoni għal kull preżentazzjoni ta’ data addizzjonali jew tad-dossiers.

(b)

jiżguraw li l-ammont tal-miżata jew tad-debitu jkun stabbilit b'mod trasparenti bil-ħsieb li jikkorrispondi ma’ l-ispiża reali ta’ l-eżaminazzjoni u t-trattament amministrattiv ta’ data addizzjonali jew tad-dossiers; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu skala ta’ debiti fissi bbażati fuq l-ispejjeż medji għall-kalkolu tal-miżata totali;

(c)

jiżguraw li l-miżata jew id-debitu jaslulhom skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtorità f'kull Stat Membru u li l-introjtu mill-miżata jintuża biex jiffinanzja esklussivament l-ispejjeż attwalment imġarrba mill-Istat Membru relatur għall-valutazzjoni u t-trattament amministrattiv ta’ data addizzjonali jew tad-dossiers li għalihom dak l-Istat Membru huwa relatur u biex jiffinanzja azzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi tiegħu bħala Stat Membru li jirriżultaw minn dan ir-regolament.

Artikolu 24

Debiti, imposti jew miżati oħrajn

L-Artikolu 23 huwa mingħajr ħsara għad-drittijiet ta’ l-Istati Membri li jippreservaw jew jintroduċu, skond it-Trattat, debiti, imposti jew miżati fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu u l-kontroll ta’ sustanzi attivi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ħlief għall-miżata prevista f'dak l-Artikolu.

Artikolu 25

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/50/KE (ĠU L 202, 3.8.2007, p. 15).

(2)  ĠU L 192, 31.7.2003, p. 40.

(3)  ĠU L 366 15.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.7.2000, p. 27).

(4)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).

(5)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1095/2007 (ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19).

(6)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1095/2007.

(7)  ĠU L 33, 8.2.1979, p. 36.


18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 34/2008

tas-17 ta’ Jannar 2008

li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin  (3), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (4) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ, għalhekk, li prezzijiet rappreżentattivi jiġu ppublikati.

(3)

Meta wieħed iqis s-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li tiġi applikata din l-emenda malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd ma ħariġx opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49)

(4)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1468/2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 3).


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodici NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Prezz rappreżentattiv

(EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ 70 %, iffriżati

103,9

0

01

112,4

0

02

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ 65 %, iffriżati

110,0

2

01

102,3

5

02

131,6

0

03

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ), iffriżati

228,3

22

01

260,3

12

02

326,6

0

03

0207 14 50

Isdra tat-tiġieġ, friżati

322,0

0

01

283,9

0

02

0207 14 60

Koxxox tat-tiġieġ, iffriżati

110,8

10

01

0207 14 70

Partijiet oħra tat-tiġieġ, iffriżati

211,9

22

01

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani 80 %, iffriżati

151,3

3

01

0207 27 10

Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

343,5

0

01

363,9

0

03

0408 11 80

Isfra mnixxfa tal-bajd

318,9

0

02

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

374,2

0

02

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ)

218,2

21

01

376,2

0

04

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

475,4

0

02


(1)  Oriġini ta' l-importazzjonijiet:

01

Il-Brażil

02

L-Arġentina

03

Iċ-Ċilì

04

It-Tajlandja.”


18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 35/2008

tas-17 ta’ Jannar 2008

li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3), it-tielet inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta' butir (2), jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 tas-26 ta' Marzu 2004, li jistabbilixxi l-proċedura għall-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib (3) u wara li ġew eżaminati l-offerti mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tiġi allokata l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm tal-15 ta’ Jannar 2008.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 581/2004 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm tal-15 ta’ Jannar 2008, l-ebda rifużjoni ma hija allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KEE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1543/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 62).

(3)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 6).


18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 36/2008

tas-17 ta’ Jannar 2008

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b’mod partikulari t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 33(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, kif osservata fil-preżent, jeħtieġ li jiġu ddefiniti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni f’konformità mar-regoli u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

(3)

Skond l-Artikolu 33(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, ir-rifużjoni tista’ tvarja skond id-destinazzjonijiet, fejn dan ikun meħtieġ minħabba s-sitwazzjoni tas-suq dinji jew minħabba r-rekwiżiti speċifiċi.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr fuq il-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom il-marka ta’ sanità pprovduta fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

Il-kundizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 6(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 ta’ l-20 ta’ Lulju 1982 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini (5), jipprevedu tnaqqis fir-rifużjoni partikulari fil-każ li l-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni tkun inqas minn 95 % mill-kwantità totali f’piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mingħajr ma tkun inqas minn 85 % mill-istess kwantità.

(6)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1218/2007 (6) jitħassar u li jeħodlu postu Regolament ġdid.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-laħam taċ-ċanga,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet ta’ l-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma ddefiniti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’riżerva tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skond il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka ta’ identifikazzjoni ddefiniti fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1964/82, ir-rata tar-rifużjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 titnaqqas b’7 EUR/100 kg.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1218/2007 huwa mħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 1254/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(5)  ĠU L 212, 21.7.1982, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1713/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11).

(6)  ĠU L 275, 19.10.2007, p. 19.


ANNESS

Rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mit-18 ta’ Jannar 2008

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet (7)

0102 10 10 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

25,9

0102 10 30 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

25,9

0201 10 00 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 10 00 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

48,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

28,7

0201 20 20 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

48,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

28,7

0201 20 30 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 20 50 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

61,0

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

35,9

0201 20 50 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 30 00 9050

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

0201 30 00 9060  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

22,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

7,5

0201 30 00 9100  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

84,7

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

49,8

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

103,4

0201 30 00 9120  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

50,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

29,9

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

62,0

0202 10 00 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 30 9000

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 50 9900

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 90 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 30 90 9100

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

0202 30 90 9200  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

22,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

7,5

1602 50 31 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

23,3

1602 50 31 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

20,7

1602 50 95 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

23,3

1602 50 95 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

20,7


(1)  L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).

(2)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21) u, jekk japplika, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p 7).

(3)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006, p. 7).

(4)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2051/96 (ĠU L 274, 26.10.1996, p. 18).

(5)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).

(6)  Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skond il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).

It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.

(7)  Skond l-Artikolu 33(10) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 kif emendat, ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi u esportati mill-ġdid lejn pajjiżi terzi.

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

B00

:

Id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħrajn, provvisti u destinazzjonijiet meqjusa bħala post ta’ esportazzjoni barra mill-Komunità).

B02

:

B04 u destinazzjoni EG.

B03

:

L-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo, il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ħażniet u provvisti [id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 36 u 45, u, fejn japplika, fl-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11)].

B04

:

It-Turkija, l-Ukraina, il-Belarus, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakstan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Ġordan, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea-Bissaw, il-Ginea, is-Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Ginea Ekwatorjali, Sao Tomè u Prinċipe, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (ir-Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Santa Liena u d-dipendenzi tagħha, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanja, is-Seychelles u d-dipendenzi tagħhom, It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawrizju, il-Komoros, Mayotte, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika t’Isfel, il-Lesoto.


18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 37/2008

tas-17 ta’ Jannar 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1509/2007 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 333, 19.12.2007, p. 70.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mit-18 ta’ Jannar 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

21,15

5,73

1701 11 90  (1)

21,15

11,14

1701 12 10  (1)

21,15

5,54

1701 12 90  (1)

21,15

10,62

1701 91 00  (2)

22,77

14,47

1701 99 10  (2)

22,77

9,33

1701 99 90  (2)

22,77

9,33

1702 90 95  (3)

0,23

0,41


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 38/2008

tas-17 ta’ Jannar 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni ta’ ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Jannar 2008 bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Istati li jgħamlu parti mir-reġjun CARIFORUM u mill-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCT) (3), u partikolarment l-Artikolu 15(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 fetaħ, għas-sena 2008, kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 187 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Istati li huma parti mir-reġjun CARIFORUM (numru tas-serje 09.4219), kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 25 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Antilli Olandiżi u mill-Aruba (numru tas-serje 09.4189) u kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 10 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej (OCTs) l-anqas żviluppati (numru tas-serje 09.4190).

(2)

Għal dawn il-kwoti, previsti fil-paragrafi (1) u (2) ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007, l-ewwel subperjodu jikkorrispondi għax-xahar ta’ Jannar.

(3)

Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 16(a) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007, jirriżulta li għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4219 l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2008, skond l-Artikolu 2(1), jeċċedu l-kwantità ekwivalenti għal ross imqaxxar, superjuri għal dik disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantità mitluba.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4189 – 09.4190, it-talbiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2008, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007 ma jaqbżux il-kwantità ekwivalenti għal ross imqaxxar il-kwantità disponibbli.

(5)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ffissati l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni ta’ ross li jaqgħu fl-ambitu tal-kwoti bin-numru tas-serje 09.4219 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007, imressqa matul l-ewwel sebat ijiem ta’ Jannar 2008, jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet disponibbli, fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4219 – 09.4189 – 09.4190, stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, huma stabbiliti bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Settembru 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 155.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta’ Jannar 2008 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007

Oriġini/Prodott

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għas-subperjodu ta’ Jannar 2008

Kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta’ Mejju 2008

(f’kg)

Pajjiżi li jgħamlu parti mir-reġjun CARIFORUM (l-Artikolu 1 (1) (a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007

09.4219

80,286290  %

62 334 003

kodiċijiet NM 1006 bl-eċċezzjoni tal-kodiċi NC 1006 10 10

 

 

 

OCT (l-Artikoli 1 (2)(a) u (b), tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007)

 

 

 

kodiċi NM 1006

 

 

 

a)

L-Antilli Olandiżi u Aruba:

09.4189

 (2)

15 942 363

b)

l-OCT l-anqas żviluppati:

09.4190

 (1)

6 667 000


(1)  Ma japplikax il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli. l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.


18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 39/2008

tas-17 ta’ Jannar 2008

li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi li d-differenza bejn prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti mniżżlin fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (d), (e), u (g) ta’ dak ir-Regolament u prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema ta’ l-għoti tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għall-istipular ta’ ammonti ta’ rifużjonijiet (2) bħal dawn, tispeċifika l-prodotti li għalihom ir-rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita, li tapplika fejn dawn il-prodotti huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

(3)

Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull prodott bażiku msemmi hawnhekk għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

Minkejja dan, fil-każ ta’ ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, hemm periklu li, jekk rati ta’ rifużjoni għolja jkunu stabbiliti minn qabel, l-impenji li ġew meħuda minħabba dawn ir-rifużjonijiet jistgħu jidħlu fil-periklu li ma jitwettqux. Sabiex jiġi evitat dan il-periklu, huwa għalhekk importanti li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni xierqa, però mingħajr ma jiġi konkluż minn qabel l-ebda kuntratt għal żmien twil. L-istipular ta’ rati ta’ rifużjoni speċifiċi għall-istipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem għal dawk il-prodotti, għandu jwassal għat-twettiq ta’ dawn iż-żewġ għanjiet.

(5)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jipprovdi li, meta r-rata tar-rifużjoni qiegħda tiġi stipulata, għandha tiġi kkunsidrata, fejn xieraq, il-produzzjoni ta’ rifużjonijiet, għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli f'kull Stat Membru bi qbil mar-Regolament fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodott imsemmi għall-prodotti bażiċi mniżżlin fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew ta’ prodotti assimilati.

(6)

L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għall-ħlas ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat magħmul fil-Komunità li hu pproċessat f’kaseina jekk ħalib bħal dan u l-kaseina prodotta minnu tkun konformi ma’ ċerti kondizzjonijiet.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-impimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (3), jistipula li butir u krema bi prezzijiet imraħħsa għandhom ikunu disponibbli għall-industriji li jipproduċu ċerti prodotti.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonijiet li japplikaw għall-prodotti bażiċi li huma mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, u li huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha, tiġi stipulata kif imniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1496/2007 (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1546/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 68).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-18 ta’ Jannar 2008 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-trattat (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

 

 

(a)

Fejn merkanzija mħallta, bħala prodotti assimilati għal PG 3, butir bi prezz imraħħas jew krema miksuba insegwitu għar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fejn prodotti li jkollhom butir bi prezz imraħħas jew krema li ġiet prodotta bi qbil mal-kondizzjonijiet ipprovduti għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skond il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

0,00

0,00

(ċ)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

0,00

0,00


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijet lejn

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, l-Istati Uniti ta’ l-Amerka u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

(b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione fl-Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

(ċ)

It-territorji Ewropej li relazzjonijiet esterni tagħhom huma r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2007

li tawtorizza l-aċidifikazzjoni tal-most u l-inbid prodotti fiż-żona B tat-tkabbir ta’ dwieli fl-Awstrija għas-sena 2007/2008

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5615)

(it-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2008/58/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp fil-perjodu tas-sajran ta’ l-għeneb fiż-żona B tat-tkabbir tad-dwieli fl-Awstrija rriżultaw f’nuqqas sinifikanti u irreversibbli fl-aċidità fl-għeneb u fil-most ta’ l-għeneb. Dawn il-kundizzjonijiet partikolari tat-temp osservati matul is-sajf tas-sena 2007 fit-territorju Awstrijaku huma simili għal dawk li jinsabu normalment f’żoni tat-tkabbir tad-dwieli li qegħdin ħafna iżjed lejn in-Nofsinhar.

(2)

Il-livell totali ta’ aċidità fl-għeneb matur maħsud fl-inħawi kkonċernati huwa baxx iżjed minn normal u inkompatibbli mal-produzzjoni u l-konservazzjoni sodisfaċenti ta’ l-inbid.

(3)

Għalhekk, l-Awstrija għandha titħalla tawtorizza l-aċidifikazzjoni tal-most u l-inbid prodotti fiż-żona B għall-ħsad fl-2007 skond il-kundizzjonijiet provduti fl-Anness V, Parti E, punti 2, 3 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

(4)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbejjed,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Anness V, Parti E, punt 1(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-Awstrija tista’ tawtorizza l-aċidifikazzjoni tal-most u l-inbid prodotti mill-ħsad ta’ l-2007 fiż-żona B tat-tkabbir tad-dwieli skond il-kundizzjonijiet provduti fil-Parti E, punti 2, 3 u 7 ta’ dak l-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).


18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2007

li taġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2006, l-1 ta’ Settembru 2006, l-1 ta’ Ottubru 2006, l-1 ta’ Novembru 2006, l-1 ta’ Diċembru 2006 u l-1 ta’ Jannar 2007 għar-rimunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitjiet Ewropej issekondati f’pajjiżi terzi, kif ukoll parti mill-uffiċjali li għadhom assenjati fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda matul perjodu massimu ta’ 19-il xahar wara l-adeżjoni taż-żewġ Stati Membri l-ġodda

(2008/59/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u notevolment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tiegħu,

wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni taż-żewġ Stati Membri, u notevolment l-Artikolu 33(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 453/2007 (2) kienu stabbiliti, b’applikazzjoni ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, il-koeffiċjenti korrettivi li bihom huma affettwati, mill-1 ta’ Lulju 2006, ir-rimunerazzjonijiet imħallsa, fil-valuta tal-pajjiż fejn huma assenjati, lill-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati f’pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li jibqgħu fil-kariga fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta’ dsatax-il xahar wara l-adeżjoni.

(2)

Jaqbel li jiġi adattat, skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13 ta’ l-Anness X ta’ l-Istatut, mill-1 ta’ Awwissu 2006, l-1 ta’ Setttembru 2006, l-1 ta’ Ottubru 2006, l-1 ta’ Novembru 2006, l-1 ta’ Diċembru 2006 u l-1 ta’ Jannar 2007, uħud mill-koeffiċjenti korrettivi tiegħu, minħabba li fl-istatistiki għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, tidher li hi, għal ċerti pajjiżi terzi, superjuri għal 5 % mill-aħħar iffissar jew adattament,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2006, l-1 ta’ Settembru 2006, l-1 ta’ Ottubru 2006, l-1 ta’ Novembru 2006, l-1 ta’ Diċembru 2006 u l-1 ta’ Jannar 2007, il-koeffiċjenti korrettivi, applikabbli għar-rimunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati f’pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li jibqgħu fil-kariga fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta’ dsatax-il xahar wara l-adeżjoni, imħallsa bil-valuta tal-pajjiż fejn ikunu assenjati, huma adattati kif indikat fl-Anness.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti b’konformità mal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Reoglament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 337/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 1.


ANNESS

Pajjiż assenjat

Koeffiċjenti Korrettivi Awwissu 2006

Il-Lesoto

68,3

Il-Madagaskar

76,9

Il-Możambik

76,4

Iż-Żimbabwe

60,1


Pajjiż assenjat

Koeffiċjenti Korrettivi Settembru 2006

Is-Senegal

85,5

Il-Jemen

71,9

Iż-Żimbabwe

71,4


Pajjiż assenjat

Koeffiċjenti Korrettivi Ottubru 2006

Il-Brażil

79,3

Il-Ginea

55,8

In-Nepal

72,4

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

122,8

Iż-Żimbabwe

82,6


Pajjiż assenjat

Koeffiċjenti Korrettivi Novembru 2006

L-Alġerija

91,4

L-Armenja

122,5

L-Indonesja

89,8

Il-Moldova

55,8

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

125,6

Is-Sudan

57,6

Iż-Żimbabwe

95,1


Pajjiż assenjat

Koeffiċjenti Korrettivi Diċembru 2006

L-Arġentina

50,7

Iċ-Ċilì

72,4

Il-Gżejjer Solomon

89,1

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

127,1

Ir-Rwanda

89,6

L-Ukraina

106,5

Il-Venezwela

60,9

Iż-Żimbabwe

102,4


Pajjiż assenjat

Koeffiċjenti Korrettivi Jannar 2007

Il-Bangladexx

47,1

Botswana

63,3

Il-Brażil

83,9

Burkina Faso

94,9

Il-Ġibuti

96,8

L-Eritrea

49,5

L-Etjopja

88,1

Il-Gambja

58,6

Il-Ġeorġja

99,8

Il-Ginea

52,3

Il-Ġamajka

90,2

Il-Malawi

70,8

Il-Marokk

91,1

Il-Mawrizju

65,7

Il-Messiku

73,7

Il-Możambik

76,1

Il-Pakistan

53,5

Is-Sważiland

56,8

It-Tanzanija

59,5

Il-Jemen

74,5

Iż-Żimbabwe

114,9


18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2003/548/KE fir-rigward tat-tħassir ta’ tipi speċifiċi ta’ linji mikrija mis-Sett Minimu ta’ Linji Mikrija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6635)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/60/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (“Direttiva Kwadru”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva dwar “Servizz Universali”) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2003/548/KE fl-24 ta’ Lulju 2003 dwar is-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati msemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva tas-“Servizz Universali” (3). Dan is-sett minimu inkluda żewġ tipi ta’ linji analogi mikrija u tliet tipi ta’ linji diġitali mikrija b’veloċitajiet li jaslu sa 2 048 Kbits/s.

(2)

Bil-migrazzjoni mifruxa lejn arkitetturi ġodda tan-netwerks, it-tipi analogi tal-linji mikrija m’għadhomx teknikament relevanti. It-talba għal-linji mikrija diġitali, li hija kull ma jmur għal konnessjonijiet ta’ veloċità għolja ta’ u ‘l fuq minn 2 048 Kbits/s, qed tintlaħaq mis-suq. Il-konsultazzjoni pubblika wriet appoġġ mifrux mill-Istati Membri, l-assoċjazzjonijiet ta’ l-industrija u l-partijiet interessati għat-tneħħija tal-ħames tipi ta’ linji mikrija mis-sett minimu kurrenti.

(3)

L-Artikolu 18(3) tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali tipprovdi għall-Kummissjoni biex tħassar ċerti tipi ta’ linji mikrija mis-sett minimu.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista bit-titlu “Identifikazzjoni tas-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati” hija b’hekk imħassra mill-Anness għad-Deċiżjoni 2003/548/KE.

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32).

(2)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(3)  ĠU L 186, 25.7.2003, p. 43.


18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Jannar 2008

li temenda l-Anness II mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tal-bovini mill-Brażil

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 28)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/61/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-punti (1) u (4) ta' l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1979 li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa, il-kondizzjonijiet tas-saħħa u veterinarja għal importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tistipula li importazzjonijiet ta’ dawk l-annimali u l-laħam għandhom jilħqu r-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikati mudell xierqa mfassla f’dik id-Deċiżjoni.

(2)

Mill-2003 'l hawn, ġew identifikati xi defiċjenzi fir-rigward ta’ rekwiżiti Komunitarji ta’ importazzjonijiet għal laħam tal-bovini matul il-missjonijiet tal-Kummissjoni fil-Brażil. Xi wħud minn dawn id-defiċjenzi ġew indirizzati mill-Brażil, iżda xi missjonijiet tal-Kummissjoni ta' dan l-aħħar madankollu identifikaw każi serji ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward tar-reġistrazzjoni tar-razzett, l-identifikazzjoni ta’ l-annimal u l-kontroll ta’ moviment u nuqqas ta’ rispett fir-rigward ta’ l-impenji tagħhom ta’ qabel biex jieħdu l-miżuri korrettivi xierqa.

(3)

Huwa biss possibbli li jitħallew l-importazzjonijiet fuq bażi sigura permezz tat-tisħiħ tal-kontroll u s-sorveljanza ta’ l-irziezet li minnhom ġejjin l-annimali eliġibbli għall-esportazzjoni lejn il-Komunità u permezz ta’ l-istabbiliment ta’ lista proviżorja ta’ rziezet approvati bħal dawn stipulata mill-Brażil, li għaliha huma pprovduti garanziji li dawn jilħqu bis-sħiħ ir-rekwiżiti għall-importazzjonijiet ta’ laħam frisk tal-bovini mingħajr għadam u mmaturat lejn il-Komunità, li huma vverifikati u spezzjonati, u li għalihom rapporti sħaħ ta’ verifiki u spezzjonijiet ikunu disponibbli għall-Kummissjoni.

(4)

Is-servizzi tal-Kummissjoni jagħmlu spezzjonijiet fil-qafas ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju f'pajjiżi terzi biex jivverifikaw li r-rekwiżiti ta' l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea qed jintlaħqu fl-irziezet elenkati.

(5)

Il-lista proviżorja ta’ l-irziezet tista’ tiġi rriveduta wara li tiġi mgħarrfa l-Kummissjoni fid-dawl tar-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet. Din il-lista ta’ rziezet approvati għandha tkun tista' tinkiseb pubblikament permezz ta’ TRACES - is-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata tal-Kummissjoni.

(6)

Huwa meħtieġ li tiġi pprovduta fil-lista ta’ pajjiżi terzi li jitħallew jesportaw laħam frisk lejn il-Komunità f'Parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE li biss laħam frisk tal-bovini mingħajr għadam u mmaturat u miksub minn annimali maqtula wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċizjoni jista’ jiġi aċċettat għall-importazzjoni lejn il-Komunità, billi fir-rigward ta’ laħam bħal dan biss jistgħu jiġu ggarantiti r-rekwiżiti l-ġodda li jikkonċernaw l-irziezet approvati. Fl-istess ħin huwa opportun li jiġi kkoreġut żball f’dik it-tabella.

(7)

Il-lista ta’ pajjiżi terzi f’Parti 1 ta’ l-Anness II u l-mudell taċ-ċertifikat “BOV” fil-Parti 2 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandhom għalhekk jinbidlu kif xieraq.

(8)

Biex jiġi evitat tfixkil fil-kummerċ, il-kunsinni ta’ laħam frisk tal-bovini mingħajr għadam u mmaturat iċċertifikat u mibgħut qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċizjoni għandhom jitħallew għall-importazzjoni lejn il-Komunità għal perjodu speċifiku.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-lista’ ta’ pajjiżi terzi kif stipulat f'Parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, ir-rig tat-territorju “BR – Brażil” huwa ssostitwit b’dan li ġej:

BR – Brazil

“BR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BR-1

Parti mill-Istat ta' Minas Gerais (minbarra d-delegazzjonijiet reġjonali ta’ Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí);

L-Istat ta' Espíritu Santo;

L-Istat ta' Goias;

Parti mill-Istat ta' Mato Grosso li tinkludi l-unitajiet reġjonali ta':

Cuiaba (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço),

Caceres (ħlief għall-muniċipalità ta’ Caceres),

Lucas do Rio Verde,

Rondonopolis (ħlief għall-muniċipalità ta’ Itiquiora),

Barra do Garça,

Barra do Burgres;

L-Istat ta’ Rio Grande do Sul

BOV

A u H

1

 

31 ta’ Jannar 2008

BR-2

L-Istat ta’ Santa Catarina

BOV

A u H

1

 

31 ta’ Jannar 2008”

Artikolu 2

Fiċ-ċertifikat veterinarju “BOV” stipulat f’Parti 2 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE:

(1)

It taqsima 10.3 hija sostitwita b'dan li gej:

“10.3

inkiseb minn annimali ġejjin minn irziezet li fihom:

(a) l-ebda wieħed mill-annimali preżenti fir-razzett ma tlaqqam kontra [l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer jew] (12) il-marda li tolqot il-bhejjem li jixtarru (rinderpest), u

(5) jew [(b) f’dawn l-irziezet, u fl-irziezet li jinsabu fil-qrib sa 10 km, ma kienx hemm każi/tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer jew il-marda li tolqot bhejjem li jixtarru (rinderpest) fl-aħħar 30 jum ta’ qabel,]

(5) (13) jew [(b) ma hemm ebda restrizzjoni uffiċjali għal raġunijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u fejn, f’dawn l-irziezet, u fl-irziezet li jinsabu fil-qrib tagħhom sa 25 km, ma kienx hemm każi/tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer jew il-marda li tolqot bhejjem li jixtarru (rinderpest) fl-aħħar 60 jum ta’ qabel, u,

(c) huma baqgħu hemm għal mill-inqas 40 jum qabel ma ntbagħtu direttament lejn il-biċċerija;]

(5) (18) [(d) l-annimali ma ġewx introdotti minn żoni mhux approvati tal-KE tul l-aħħar 3 xhur;

(e) l-annimali huma identifikati u rreġistrati fis-Sistema nazzjonali ta’ l-Identifikazzjoni u ċ-Ċertifikat ta’ l-Oriġini għall-annimali bovini;

(f) l-irziezet partikolari huma elenkati bħala rziezet approvati, wara spezzjoni favorevoli kompetenti u rapport uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti, fi TRACES (19) u l-ispezzjonijiet jitwettqu regolarment mill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw li r-rekwiżiti rilevanti stipulati f’din id-Deċiżjoni huma rrispettati]

(5) (14) jew [(b) ma hemm l-ebda restrizzjoni uffiċjali għal raġunijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u fejn, f’dawn l-irziezet, u fl-irziezet li jinsabu fil-qrib tagħhom sa 10 km, ma kienx hemm każi/tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer jew il-marda li tolqot il-bhejjem li jixtarru (rinderpest) fl-aħħar 12-il xahar ta’ qabel, u,

(c) huma baqgħu hemm għal mill-inqas 40 jum qabel ma ntbagħtu direttament lejn il-biċċerija;]”

(2)

Wara n-nota (18) tiżdied in-nota (19) li ġejja:

“(19)

Il-lista ta’ rziezet approvati mogħtija mill-awtorità kompetenti tkun irriveduta fuq bażi regolari u tinżamm aġġornata mill-awtorità kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista ta' rziezet approvati tkun tista' tinkiseb pubblikament għall-għanijiet ta' tagħrif permezz tas-sistema kompjuterizzata integrata tal-Kummissjoni (TRACES).”

Artikolu 3

Il-kunsinni tal-laħam frisk tal-bovini mingħajr għadam u mmaturat li għalihom ħarġu ċertifikati veterinarji skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE qabel l-emendi introdotti bid-Deċiżjoni preżenti b’data ta’ ħruġ qabel il-31 ta' Jannar 2008 u li kienu fi triqthom lejn il-Komunità f'dik id-data jistgħu jiġu importati lejn il-Komunità sal-15 ta' Marzu 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-31 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2002, p. 11.

(2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/736/KE (ĠU L 296, 15.11.2007, p. 29).