ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
12ta' Jannar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 20/2008 tal-11 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 21/2008 tal-11 ta’ Jannar 2008 li jemenda l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ testijiet rapidi ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 22/2008 tal-11 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini (Verżjoni kodifikata)

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 23/2008 tal-11 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ( 1 )

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 24/2008 tal-11 ta' Jannar 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-qafas tal-kwota tariffarja Tuneżina

14

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/37/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-ġestjoni tal-programm speċifiku Komunitarju Ideat fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 ( 1 )

15

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2008/38/PESK ta' l-20 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)

18

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2008/39/ĠAI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-18 ta’ Diċembru 1997, imfassla fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, dwar l-għajnuna reċiproka u l-koperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali

21

 

 

2008/40/ĠAI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, mal-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, mal-Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996 u mat-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 20/2008

tal-11 ta’ Jannar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

147,2

MA

59,1

TN

129,8

TR

121,6

ZZ

114,4

0707 00 05

JO

190,5

MA

75,7

TR

150,2

ZZ

138,8

0709 90 70

MA

110,4

TR

126,1

ZZ

118,3

0709 90 80

EG

313,6

ZZ

313,6

0805 10 20

CL

64,2

EG

44,1

IL

46,8

MA

64,9

TR

75,1

ZA

37,4

ZZ

55,4

0805 20 10

MA

87,3

ZZ

87,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

59,1

IL

61,5

PK

42,8

TR

84,9

ZZ

62,1

0805 50 10

EG

77,2

IL

149,9

TR

119,4

ZA

76,9

ZZ

105,9

0808 10 80

CA

102,6

CN

87,5

MK

35,5

TR

118,1

US

114,4

ZA

89,0

ZZ

91,2

0808 20 50

CN

83,6

US

106,9

ZA

134,7

ZZ

108,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 21/2008

tal-11 ta’ Jannar 2008

li jemenda l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ testijiet rapidi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ l-enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSEs) fl-annimali. Huwa japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali u f’ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjoni tagħhom.

(2)

L-Anness X, Kapitolu Ċ, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi lista ta’ testijiet rapidi approvati għas-sorveljanza tat-TSEs fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

(3)

It-tibdiliet fit-testijiet rapidi jew fil-protokolli tat-testijiet jistgħu jsiru biss wara notifika minn qabel lil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza (LKR) għat-TSEs u sakemm l-LKR isib li t-tibdil ma jalterax is-sensitività, l-ispeċifiċità jew l-affidabilità tat-testijiet. Fit-13 ta’ April 2007, l-LKR approva t-tibdil magħmul fit-test rapidu post-mortem tat-TSE li hu fil-preżent approvat, l-“Enfer TSE Kit verżjoni 2.0”, u għalhekk irrakkomanda li l-verżjoni emendata (“Enfer TSE verżjoni 3.0”) għandha tidħol fil-lista fl-Anness X, Kapitolu Ċ tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat b’konformità ma’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1428/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 317, 5.12.2007, p. 61).


ANNESS

Fl-Anness X, Kapitolu Ċ, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Testijiet Rapidi

Għall-għanijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skond l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6(1), il-metodi li ġejjin għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ tal-BSE f’annimali bovini:

test immuno-blotting ibbażat fuq il-proċedura Western blotting għall-identifikazzjoni ta’ frak PrPRes reżistenti għall-Proteinase K (Prionics-Check Western test),

testijiet tal-kemiluminexxenza ELISA li jinvolvu proċess ta’ estrazzjoni u teknika magħrufa bħala ELISA fejn jintuża reaġent kemiluminexxenti żviluppat (Enfer test u Enfer TSE Kit verżjoni 2.0, preparazzjoni awtomatizzata tal-kampjuni),

immunoanaliżi fuq mikroplakka għall-identifikazzjoni tal-PrPSc (Enfer TSE Verżjoni 3),

immunoanaliżi sandwich għal PrPRes imwettaq wara l-istadji ta’ denaturazzjoni u konċentrazzjoni (test Bio-Rad TeSeE),

immunoanaliżi fuq mikroplakka (ELISA) li tidentifika l-PrPRes reżistenti għall-Proteinase K b’antikorpi monoklonali (test Prionics-Check LIA),

immunoanaliżi dipendenti mill-konformazzjoni, kit għat-test ta’ l-antiġene tal-BSE (Beckman Coulter InPro CDI kit),

ELISA kemiluminexxenti għad-determinazzjoni kwalitattiva tal-PrPSc (CediTect BSE test),

immunoanaliżi li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrPSc u antikorp monoklonali ta’ identifikazzjoni dirett kontra r-reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (IDEXX HerdChek BSE Antigen Test Kit, EIA),

immunoanaliżi kemiluminexxenti fuq mikroplakka għall-identifikazzjoni tal-PrPSc f’tessuti bovini (Institut Pourquier Speed’it BSE),

immunoanaliżi bi fluss mill-ġenb li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti biex tindividwa l-frazzjonijiet tal-PrP reżistenti għall-Proteinase K (Prionics Check PrioSTRIP),

immunoanaliżi bilaterali li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti diretti kontra żewġ epitopi preżenti fil-PrPSc bovina fi stat mhux mitni (unfolded) (Roboscreen Beta Prion BSE EIA Test Kit),

ELISA sandwich għall-individwazzjoni tal-PrPSc reżistenti għall-Proteinase K (Roche Applied Science PrionScreen),

ELISA li jaqbad l-antiġene li juża żewġ antikorpi monoklonali differenti biex jindividwa l-frazzjonijiet tal-PrP reżistenti għall-Proteinase K (Fujirebio FRELISA BSE post mortem rapid BSE Test).

Għall-għanijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skond l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6(1), il-metodi li ġejjin għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ tal-TSE f’annimali ovini u kaprini:

immunoanaliżi dipendenti mill-konformazzjoni, kit għat-test ta’ l-antiġene tal-BSE (Beckman Coulter InPro CDI kit),

immunoanaliżi sandwich għal PrPRes imwettaq wara l-istadji ta’ denaturazzjoni u konċentrazzjoni (test Bio-Rad TeSeE),

immunoanaliżi sandwich għal PrPRes imwettaq wara l-istadji ta’ denaturazzjoni u konċentrazzjoni (Bio-Rad TeSeE test Nagħaġ/Mogħoż),

test kemiluminexxenti ELISA li jinvolvi proċess ta’ estrazzjoni u teknika magħrufa bħala ELISA fejn jintuża reaġent kemiluminexxenti żviluppat (Enfer TSE Kit verżjoni 2.0),

immunoanaliżi fuq mikroplakka għall-identifikazzjoni tal-PrPSc (Enfer TSE Verżjoni 3),

immunoanaliżi li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrPSc u antikorp monoklonali ta’ individwazzjoni dirett kontra r-reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (IDEXX HerdChek BSE-Scrapie Antigen Test Kit, EIA),

immunoanaliżi kemiluminexxenti fuq mikroplakka għall-identifikazzjoni tal-PrPSc f’tessuti ovini (POURQUIER’S - LIA Scrapie);

test immuno-blotting ibbażat fuq il-proċedura Western blotting għall-identifikazzjoni ta’ frak PrPRes reżistenti għall-Proteinase K (Prionics-Check Western Small Ruminant test),

immunoanaliżi kemiluminexxenti fuq mikroplakka għall-identifikazzjoni tal-PrPSc reżistenti għall-Proteinase K (Prionics Check LIA Small Ruminants).

Għat-testijiet kollha l-kampjun tat-tessut li fuqu t-test irid jiġi applikat għandu jkun konformi ma’ l-istruzzjonijiet għall-użu tal-manifattur.

Il-produttur tat-testijiet rapidi jrid ikollu sistema li tiżgura l-kwalità, approvata mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza (LKR), li tiżgura li t-twettiq tat-test ma jinbidilx. Il-produttur irid jipprovdi l-protokoll tat-test lil-LKR.

It-tibdiliet fit-testijiet rapidi jew fil-protokolli tat-testijiet jistgħu jsiru biss wara notifika minn qabel lil-LKR u bil-kundizzjoni li l-LKR isib li t-tibdil ma jalterax is-sensitività, l-ispeċifiċità u l-affidabilità tat-test rapidu. Dan ir-riżultat għandu jiġi kkomunikat lill-Kummisjoni u lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza.”


12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 22/2008

tal-11 ta’ Jannar 2008

li jistipula regoli dettaljati għall-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 li jirrigwarda l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini u li jistabilixxi l-istandard ta’ kwalità Komunitarju għal karkassi tan-nagħaġ friski jew iffriżati u li jestendi r-Regolament (KEE) Nru 338/91 (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 2, 4(3), 5, 6 u 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 461/93 tas-26 ta’ Frar 1993 li jistipula regoli dettaljati għall-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini (3) ġie emendat b’mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2137/92 kien jipprevedi standard ta’ klassifikazzjoni ta’ karkassi li japplika fil-Komunità kollha bil-għan li jtejjeb it-trasparenza tas-suq fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ. Regoli dettaljati huma meħtieġa sabiex jiġu determinati l-prezzijiet tas-suq li huma stabbiliti a bażi ta’ dan l-istandard ta’ klassifikazzjoni. Għandhu jkun hemm provvediment sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq fl-istadju xieraq tal-proċess tal-kummerċjalizazzjoni. Dan l-istadju għandu jkun fid-dħul fil-biċċerija. Sabiex il-klassifikazzjoni uniformi tal-karkassi ta’ annimali ovini tiġi żgurata fil-Komunità, huwa neċessarju li jkun hemm definizzjonijiet ta’ klassijiet ta’ konformazzjoni, klassijiet ta’ grass u kulur iktar preċiżi.

(3)

Sistema ta’ rapportar ta’ prezzijiet għandha tiġi stabbilita a bażi tal-klassifikazzjoni magħmula fil-biċċeriji immedjatament wara l-qtil. Dan jirrikjedi identifikazzjoni korretta tal-karkassi.

(4)

Il-klassifikazzjoni għandha ssir minn staff li huwa kwalifikat biżżejjed. Għandu jkun hemm kontrolli effettivi sabiex jiġi verifikat kemm wieħed jista’ joqgħod fuq il- klassifikazzjoni u sabiex jiġi żgurat li qiegħda tiġi applikata b’mod omoġenju.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2137/92 jipprevedi li l-ispezzjoni fuq il-post għandha titmexxa minn grupp ta’ spezzjoni Kommunitarju, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ l-iskala ta’ klassifikazzjoni Kommunitarja fil-Komunità.

(6)

Huwa neċessarju li jiġu stipulati regoli dettaljati dwar il-kompożizzjoni tal-grupp u l-implimentazjoni ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post.

(7)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’Ġestjoni għan-Nagħaġ u l-Mogħoż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prezz tas-suq li għandu jiġi stabilit a bażi ta’ l-Iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini msemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92 għandu jkun il-prezz fid-dħul fil-biċċerija, nett tat-taxxa fuq valur miżjud imħallsa lill-fornitur tal-ħaruf ta’ oriġini Komunitarja. Dan il-prezz għandu jiġi espress għal kull 100 kg ta’ piż tal-karkassa ppreżentata skond il-preżentazzjoni ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament bil-piż imkejjel u ikklassifikat fuq il-grampun fil-biċċerija.

2.   Il-piż li għandu jiġi ikkonsidrat huwa l-piż tal-karkassa meta jkun sħun ikkoreġut sabiex jittieħed ukoll in konsiderazzjoni in-nuqqas fit-toqol meta jiksaħ. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-fatturi korrettivi li ntużaw.

3.   Fil-każ fejn il-preżentazzjoni ta’ karkassi wara li jintiżnu u jkunu klassifikati fuq il-ganċ huwa differenti mill-preżentazzjoni tar-referenza, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw l-użin tal-karkassa bl-applikazzjoni ta’ fatturi korrettivi kif għalih hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-fatturi korrettivi użati.

Iżda, għall-finijiet tal-kategoriji li għalihom jirreferi l-Anness III għar-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jikkwotaw il-prezzijiet kull 100 kg għall-preżentazzjoni tradizzjonali ta’ dawn il-karkassi. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-differenzi bejn din il-preżentazzjoni u l-preżentazzjoni tar-referenza.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri li l-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ tagħhom taqbeż il-200 tunnellata fis-sena għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista kunfidenzjali tal-biċċeriji jew stabilimenti oħra li jipparteċipaw fl-iffissar tal-prezzijiet skond l-Iskala Komunitarja (minn hawn ‘il quddiem msejħa “stabbilimenti parteċipanti” flimkien ma’ indikazjoni ta’ l-ammont approssimattiv ta’ materjal li jiġi ipproċessat fis-sena minn dawn l- istabilimenti parteċipanti.

2.   L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni l-iktar tard kull nhar ta’ Ħamis, il-prezz medju fl-ewro jew fil-munita nazzjonali ta’ kull kwalità ta’ ħaruf fl-iskali Komunitarji għall-istabilimenti parteċipanti kollha reġistrati matul il-ġimgħa ta’ qabel il-ġimgħa meta tingħata l-informazjoni, flimkien ma’ indikazjoni tad-daqs ta’ kull kwalità. Madanakollu, jekk kwalità tkun inqas minn 1 % tat-total, il-prezzijiet m’għandhomx għalfejn jiġu rapportati. L-Istati Membri għandhom jibgħatu wkoll lill-Kumissjoni l-prezz medju a bażi ta’ piż għall-ħaruf klassifikat kollu f’kull skala użata għall-iskopijiet ta’ rapportar ta’ prezzjiet.

Madanakollu, l-Istati Membri huma awtorizzati sabiex jissoddividu l-prezz rapportat għal kull waħda mill-klassijiet ta’ konformazzjoni u kisi ta’ grass msemmija fl-Anness I a bażi ta’ piż. Il-kelma “kwalità” tfisser il-kombinazzjoni ta’ klassi ta’ konformazzjoni u kisi ta’ grass.

Artikolu 3

Id-dispożizzjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92 għandhom ikunu kif elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għall-klassijiet ta’ konformazzjoni u koperta ta’ grass. Il-kulur tal-laħam, msemmi fl-Anness III tar- Regolament (KEE) Nru 2137/92, għandu jiġi stabilit fuq il-koxxa fir-“rectus abdominis” b’ referenza għal chart ta’ kuluri standardizzata.

Artikolu 4

1.   Il-klassifikazzjoni għandha ssir ta’ mill-iktar tard siegħa wara l-qtil.

2.   L-identifikazzjoni msemmija fl-l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92 ta’ karkassi jew nofs karkassi klassifikati skond l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal- karkassi ta’ annimali ovini fi stabilimenti parteċipanti għandha ssir permezz ta’ marka li tindika l-kategorija u l-klassi ta’ konformazzjoni u kisi ta’ grass.

Dan l-imarkar għandu jsir permezz ta’ stampar, u għandha tintuża inka indelibbli u mhux tossika skond metodu approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Il-kategoriji għandhom ikunu msemmijin hekk:

(a)

L: karkassi ta’ nagħaġ taħt l-età ta’ tnax il-xagħar (ħaruf);

(b)

S: karkassi ta’ nagħaġ oħrajn.

3.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw is-sostituzzjoni ta’ l-immarkar bl-użu ta’ tikketti li ma jistgħux jinbidlu u li jeħlu sew.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjoni ssir minn tekniċi li huma suffiċjentement kwalifikati. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu dawn il-persuni permezz ta’ proċedura ta’ ftehim jew billi jinnominaw awtorità responsabbli għal dan il-għan.

2.   Il-klassifikazzjoni mill-istabilimenti parteċipanti għandha tiġi kontrollata fuq il-post mingħajr twissija minn awtorità nominata mill-Istat Membru u indipendenti mill-istabbiliment parteċipanti. Dawn il-kontrolli għandhom isiru mill-inqas darba kull tlett xhur fl-istabbilimenti kollha parteċipanti u li jħaddmu klassifikazzjoni u għandhom jiffokaw fuq ta’ mill-inqas 50 karkassa magħżulin arbitrarjament.

Madanakollu, jekk l-awtorità responsabbli għall-kontrolli hija l-istess waħda responsabbli għall-klassifikazzjoni jew jekk ma jaqax taħt l-awtorità ta’ awtorità pubblika, il-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom isiru taħt is-sorveljanza fiżika ta’ awtorità pubblika taħt l-istess kundizzjonijiet u ta’ mill-inqas darba f’sena. L-awtorità pubblika għandu jiġi informat regolarment bis-sejbiet ta’ l-awtorità responsabbli għall-kontrolli.

Artikolu 6

Il-grupp ta’ spezzjoni tal-Komunità previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92 (minn issa ‘l quddiem msejjaħ “il-Grupp”) għandu jkun responsabbli biex iwettaq spezzjonijiet fuq il-post, li jinkludu:

(a)

l-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti li jirrigwardaw l-iskala ta’ klassifikazzjoni Komunitarja għall-karkassi ovini;

(b)

li jiġu stabiliti prezzijiet tas-suq skond l-iskala ta’ klassifikazzjoni.

Artikolu 7

Il-Grupp għandu jiġi presedut minn wieħed mill-esperti tal-Kumissjoni. L-Istati Membri għandhom jaħtru esperti a bażi ta’ l-indipendenza tagħhom u l-ħila tagħhom fil-qasam ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi u l-iffissar ta’ prezzijiet tas-suq.

L-esperti ma jistaw taħt ebda ċirkustanza jużaw għal skopijiet personali jew ixerrdu informazjoni miksuba in konnessjoni max-xogħol tal-Grupp.

Artikolu 8

Spezzjonijiet fil-post għandhom isiru minn delegazzjoni tal-grupp ta’ mhux aktar minn seba ‘ membri. Għal dan il-għan huwa għandu jkun magħmul fi qbil mar-regoli li ġejjin:

(a)

mill-inqas żewġ esperti tal-Kummissjoni, wieħed minnhom għandu jkun il-president tad-delegazzjoni;

(b)

espert ta’ l-Istat Membru konċernat;

(ċ)

l-aktar erba’ esperti minn Stati Membri oħra.

Artikolu 9

1.   Spezzjonijiet fil-post għandhom isiru ta’ spiss u l-frekwenza tagħhom tista’ tvarja speċjalment skond il-volum relattiv tal-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ fl-Istati Membri li tkun saritilhom żjara jew għal problemi marbuta ma’ l-applikazzjoni tat-tabella.

Fejn meħtieġ l-ispezzjonijiet jistgħu jkunu segwiti bi żjarat supplementari. Fi żjajjar bħal dawn id-daqs tad-delegazzjoni jista’ jitnaqqas.

2.   Il-programm ta’ żjarat ta’ spezzjoni għandu jitħejja mill-Kumissjoni wara li tikkonsulta lill-Istati Membri. Rappreżentanti ta’ l-Istat Membru fejn issir iż-żjara jistgħu jattendu għall-ispezzjonijiet.

3.   Kull Stat Membru għandu jorganizza ż-żjariet li għandhom isiru fit-territorju tiegħu skond il-ħtiġijiet definiti mill-Kumissjoni. Għal dak il-għan, l-Istat Membru għandu jibgħat, 30 ġurnata qabel iż-żjara, programm dettaljat taż-żjarat ta’ spezzjoni proposti lill-Kummissjoni, li tista’ jirrekjedi emendi fil-programm.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kemm jista’ jkun qabel kull żjara bil-programm u l-medda tiegħu.

5.   Meta jitlestew dawn iż-żjarat, il-membri tad-delegazzjoni u r-rappresentanti ta’ l-Istati Membri fejn ikunu saru ż-żjarat għandhom jiltaqgħu sabiex jikkonsidraw ir-riżultati. Il-membri tad-delegazzjoni għandhom mbagħad jiġbdu l-konklużjonijiet miż-żjara li jikkonċernaw il-punti msemmija fl-Artikolu 6.

6.   Il-president tad-delegazzjoni għandu jfassal rapport li jkun fih dettalji taż-żjara u tal-konklużjonijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 5. Ir-rapport għandu jintbagħat mingħajr dewmien lill-Istat Membru li jkunu żaru, u wara lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 10

L-ispejjeż ta’ vjaġġar u ta’ l-għixien tal-membri tal-Grupp għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni skond ir-regoli applikabbli għar-radd lura ta’ spejjeż ta’ vjaġġar u ta’ l-għixien ta’ persuni li m’għandhomx konnessjonijiet mal-Kumissjoni li jissejħu minnha sabiex jaġixxu ta’ esperti.

Artikolu 11

Ir-Regolament (KEE) Nru 461/93 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KE) Nru. 2529/2001 ser jiġi sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta’ Lulju 2008.

(2)  ĠU L 214, 30.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru. 2137/92 ser jiġi sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta’ Jannar 2009.

(3)  ĠU L 49, 27.2.1993, p. 70. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 823/98 (ĠU L 117, 21.4.1998, p. 2).

(4)  Ara l-Anness II.


ANNESS I

1.   Struttura

Żvilupp tal-profili tal-karkassi, u, b'mod partikolari l-partijiet essenzjali (kwarti ta' wara, dahar, spallejn).

Klassi ta' struttura

Disposizzjonijiet addizzjonali

S

Superjuri

Kwarti ta' wara: b'muskolatura doppja. Profili konvessi ħafna

Dahar: konvess ħafna, wiesa' ħafna, oħxon ħafna

Spalla: konvessa ħafna u ħoxna ħafna

E

Eċċellenti

Kwarti ta' wara: ħoxnin ħafna. Profili konvessi ħafna

Dahar: konvess ħafna, wiesa' ħafna u oħxon ħafna sa l-ispalla

Spalla: konvessa ħafna u ħoxna ħafna

U

Tajjeb ħafna

Kwarti ta' wara: ħoxnin. Profili konvessi ħafna

Dahar: wiesa' u oħxon sa l-ispalla

Spalla: ħoxna u konvessa

R

Tajjeb

Kwarti ta' wara: Profili prinċipalment dritti

Dahar: oħxon iżda anqas wiesa' lejn l-ispalla

Spalla: żvilupp tajjeb iżda anqas ħoxna

O

Passabbli

Kwarti ta' wara: Profili jkunu xi ftit konkavi

Dahar: mhux wiesa' jew oħxon

Spalla: Pjuttost dejqa. Mhux ħoxna

P

Batut

Kwarti ta' wara: Profili minn konkavi sa konkavi ħafna

Dahar: dejjaq u konkav bl-għadam jidher

Spalla: dejqa, ċatta u bl-għadam jidher

2.   Grad ta' kisi ta' grass

Ammont ta' grass fuq il-partijiet esterni u interni tal-karkassa.

Klassi ta' kisi ta' grass

Disposizzjonijiet addizzjonali (1)

1.

Baxx

Estern

Traċċi li jidhru ta' grass jew ma jidher ebda grass

Intern

Addominali

Traċċi li jidhru ta' grass jew ma jidher ebda grass fuq il-kliewi

Toraċiċi

Traċċi li jidhru ta' grass jew ma jidher ebda grass bejn il-kustilji

2.

Ftit

Estern

Saff ħafif ta' grass ikopri partijiet tal-karkassa iżda jista' jkun jidher anqas fuq ir-riġlejn

Intern

Addominali

Traċċi ta' grass jew saff ħafif ta' grass jiksi parti mill-kliewi

Toraċiċi

Il-muskoli jidhru ċari bejn il-kustilji

3.

Medju

Estern

Saff ħafif ta' grass ikopri l-parti l-kbira tal-karkassa jew kollha kemm hi. Żoni ta' grass kemm kemm ħoxnin fuq il-bażi tad-denb

Intern

Addominali

Saff ħafif ta' grass ikopri parti mill-kliewi jew kollha kemm huma

Toraċiċi

Il-muskoli jkunu għadhom jidhru bejn il-kustilji

4.

Għoli

Estern

Saff oħxon ta' grass ikopri l-parti l-kbira tal-karkassa iżda jista' jkun anqas lejn ir-riġlejn u eħxen lejn l-ispallejn

Intern

Addominali

Il-kliewi jkunu miksija bix-grass

Toraċiċi

Il-muskoli bejn il-kustilji jistgħu jkunu nfiltrati bix-grass. Ikunu jidhru depsoiti ta' grass fuq il-kustilji

5.

Għoli ħafna

Estern

Kopertura ħoxna ħafna ta' grass

Rqajja' ta' grass li jidhru sporadikament

Intern

Addominali

Il-kliewi jkunu miksija b'saff oħxon ta' grass

Toraċiċi

Il-muskoli bejn il-kustilji jkunu nfiltrati bix-grass, Ikunu jidhru depsoiti ta' grass fuq il-kustilji


(1)  Id-disposizzjonijiet addizzjonali għall-kavità addominali ma jgħoddux għall-finijiet ta' l Anness III li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2137/92.


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 461/93

(ĠU L 49, 27.2.1993, p. 70)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/98

(ĠU L 117, 21.4.1998, p. 2)


ANNESS III

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 461/93

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(3), l-ewwel u it-tieni sentenza

Artikolu 1(3), l-ewwel paragrafu

Artikolu 1(3), it-tielet u r-raba' sentenza

Artikolu 1(3), it-tieni paragrafu

Artikoli 2 u 3

Artikoli 2 u 3

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2), l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 4(2), l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 4(2), it-tielet paragrafu, sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 4(2), it-tielet paragrafu, sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 4(2), it-tielet paragrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 4(2), it-tielet paragrafu, punt (a)

Artikolu 4(2), it-tielet paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 4(2), it-tielet paragrafu, punt (b)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikoli 5, 6 u 7

Artikoli 5, 6 u 7

Artikolu 8(1), parti introduttiva

Artikolu 8, parti introduttiva

Artikolu 8(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 8(a)

Artikolu 8(1), it-tieni inċiż

Artikolu 8(b)

Artikolu 8(1), it-tielet inċiż

Artikolu 8(ċ)

Artikolu 8(2)

Artikolu 9(1), l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 9(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 9(1), l-ewwel paragrafu, it-tieni u it-tielet sentenza

Artikolu 9(1), it-tieni paragrafu

Artikolu 9(1), it-tieni paragrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(4)

Artikolu 9(4)

Artikolu 9(5)

Artikolu 9(5)

Artikolu 9(6)

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 23/2008

tal-11 ta’ Jannar 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2320/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà fl-avjazzjoni fil-Komunità kollha. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 ta’ l-4 ta’ April 2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (2) kien l-ewwel att li jistabbilixxi miżuri bħal dawn.

(2)

Hemm ħtieġa għal miżuri li jippreċiżaw iktar l-istandards bażiċi komuni. Għandhom jiġu stipulati rekwiżiti ta’ prestazzjoni fir-rigward tat-tagħmir Threat Image Projection (TIP). Madankollu, l-istandards għandhom ikunu rriveduti fuq bażi regolari u ta’ l-inqas kull sentejn biex ikun żgurat li dawn ikomplu jirriflettu l-iżviluppi tekniċi, b’mod partikolari fir-rigward tad-daqs tal-librerija ta’ immaġini virtwali disponibbli.

(3)

It-TIP għandu jintuża biex itejjeb il-prestazzjoni ta’ dawk li jispezzjonaw, meta jkunu qed jispezzjonaw kemm il-bagalji fil-kabina kif ukoll dawk fl-istiva, permezz ta’ proġezzjoni ta’ l-immaġini virtwali ta’ l-oġġetti ta’ theddid f’immaġini x-ray ta’ bagalji. Għandu jkun hemm perċentwali minima u massima ta’ l-immaġini virtwali ta’ oġġetti ta’ theddid li tiġi pproġettata fl-immaġini tal-bagalji. Permezz tar-reazzjoni ta’ dawk li jispezzjonaw il-bagalji, it-TIP għandu jinfurmahom jekk irrispondewx b’mod korrett fl-identifikazzjoni tagħhom ta’ l-immaġini virtwali ta’ l-oġġett ta’ theddid. Barra minn hekk, il-librerija ta’ immaġini virtwali użati għat-TIP għandha titkabbar u tiġġedded b'mod regolari, sabiex jitqiesu oġġetti ġodda ta’ theddid u biex tiġi evitata l-familjarità ma’ l-immaġini virtwali.

(4)

L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni dwar it-tagħmir tas-sigurtà, inkluż it-TIP fl-ajruporti, m’għandhiex titqiegħed fid-dominju pubbliku għax jista' jsir abbuż minnha biex jiġu evitati l-kontrolli tas-sigurtà. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli biss għar-regolaturi u għall-manifatturi tat-tagħmir.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 622/2003 għandu jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 622/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika fir-rigward tan-natura kunfidenzjali ta’ dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 849/2004 (ĠU L 229, 29.6.2004, p. 3).

(2)  ĠU L 89, 5.4.2003, p. 9. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1477/2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 22).


ANNESS

Skond l-Artikolu 1 l-Anness huwa sigriet u ma għandux jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.


12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 24/2008

tal-11 ta' Jannar 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-qafas tal-kwota tariffarja Tuneżina

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/822/KE tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproċi u l-emenda għall-Protokolli ta' l-Agrikultura fil-Fethim ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE/Tuneżija (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni ghall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli taћt sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tieghu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1)(2), tal-Protokoll Nru 1 tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (3), jistabbilixxi kwota tariffarja ta' eżenzjoni mid-dazji, għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa' taħt il-kodiċijiet 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u trasportat direttament fil-Komunità, fil-limiti previsti għal kull sena.

(2)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 ta' l-20 ta' Diċembru 2006 (4) li jiftaћ u jipprovdi gћall-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija jistipula l-limiti mensili gћall-ћruġ tal-liċenzji.

(3)

It-talbiet tressqu quddiem l-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għall-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-kwantità totali li teċċedi l-limitu ta' 1 000 tunnellata stipulat għax-xahar ta' Jannar.

(4)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tistipula perċentwali ta' attribuzzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji pro rata għall-kwantità disponibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-talbiet għall-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa fis-7 u fit-8 ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, huma aċċettati sal-limitu ta' 89,887640 % tal-kwantitajiet mitluba. Il-limitu ta' 1 000 tunnellata previst għax-xahar ta' Jannar ntlaħaq.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 336, 30.12.2000, p. 92.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. . Ir-Regolament kif l-aћћar emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 1.

(4)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007

li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-ġestjoni tal-programm speċifiku Komunitarju “Ideat” fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/37/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jistipula l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li se jkunu fdati b’ċerti ħidmiet li għandhom x’jaqsmu mat-tmexxija tal-programmi Komunitarji, (1) u partikolarment l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 jagħti l-poter lill-Kummissjoni li tistabbilixxi aġenziji eżekuttivi skond l-istatut ġenerali stabbilit minn dak ir-Regolament u jafdahom b’ċerti xogħlijiet ta’ ġestjoni konnessi ma’ wieħed jew aktar mill-programmi Komunitarji.

(2)

Il-ħolqien ta’ aġenzija eżekuttiva għandu l-għan li jgħin lill-Kummissjoni tiffoka fuq l-attivitajiet u l-ħidmiet ta’ qofol tagħha li ma jistgħux jiġu assenjati lil entitajiet esterni, mingħajr madankollu ma titlef il-kontroll fuq, jew ir-responsabbiltà aħħarija għal, l-attivitajiet li jitmexxew mill-aġenziji eżekuttivi msemmija.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (2) jipprovdi għall-istabbiliment tal-Kunsill Ewropew ta’ Riċerka bħala mezz għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku Ideat  (3). Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għandu jikkonsisiti minn Kunsill Xjentifiku appoġġjat bi struttura speċifika ta’ implimentazzjoni.

(4)

Bid-Deċiżjoni 2007/134/KE tat-2 ta’ Frar 2007 li tistabbilixxi il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (4), il-Kummissjoni, minbarra li twaqqaf il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (KER) u l-Kunsill Xjentifiku, ħabbret it-twaqqif ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni bħala aġenzija eżekuttiva, li trid tiġi stabbilita minn att separat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 58/2003.

(5)

Il-ġestjoni tal-Programm Speċifiku Ideat tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ riċerka li ma tinvolvix it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura politika u li titlob livell għoli ta’ kompetenza xjentifika u finanzjarja matul iċ-ċiklu tal-proġett.

(6)

Id-delega, lil aġenzija eżekuttiva ta’ xogħlijiet konnessi ma’ l-implimentazzjoni tal-programm tista’ ssir b’separazzjoni ċara bejn l-istadji tal-programmar, li tiġi stabbilita mill-Kunsill Xjentifiku u adottata mill-Kumissjoni, u l-implimentazzjoni, li tkun fdata lill-aġenzija eżekuttiva, skond il-prinċipji u l-metodoloġija stabbilita mill-Kunsill Xjentifiku.

(7)

Analiżi ta’ l-ispejjeż vis-a-vis il-benefiċċju li twettqet għal dak il-għan uriet li l-użu ta’ aġenzija għall-ġestjoni ta’ l-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka jkun ta’ vantaġġ kemm f’termini finanzjarji kif ukoll f’termini mhux finanzjarji.

(8)

L-Aġenzija għandha timplimenta l-baġit operattiv skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 li jistabbilixxi regolament standard finanzjarju għall-aġenziji eżekuttivi skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (5).

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-Twaqqif ta’ l-Aġenzija

1.   B’dan qed tiġi mwaqqfa aġenzija eżekuttiva (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) għall-ġestjoni ta’ l-attività tal-Komunità fis-settur tar-riċerka, li l-istatut tagħha huwa rregolat mir-Regolament (KE) Nru 58/2003.

2.   L-isem ta’ l-Aġenzija għandu jkun l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka.

Artikolu 2

Post

L-Aġenzija għandu jkollha l-uffiċċju tagħha fi Brussell.

Artikolu 3

Terminu ta’ żmien

L-Aġenzija hija b’dan stabbilita għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2008 u jintemm fit-31 ta’ Diċembru 2017.

Artikolu 4

Għanijiet u kompiti

1.   B’dan, l-Aġenzija qed tiġi fdata, fil-qafas tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ il-Programm Kwadru), b’dawn il-kompiti li ġejjin:

il-ġestjoni ta’ fażijiet tul il-ħajja ta’ proġetti speċifiċi – kif stabbilit fid-deċiżjoni li tiddelega l-poteri lil din l-Aġenzija – fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku Ideat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE (6) u l-programm ta’ ħidma li ġew adottati mill-Kummissjoni, kif ukoll il-kontrolli meħtieġa għal dak il-għan, u biex tadotta d-deċiżjonijiet rilevanti kull fejn il-Kummissjoni tagħtiha s-setgħa biex tagħmel dan;

l-adozzjoni ta’ l-istrumenti għall-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-ħruġ u l-implimentazzjoni, fil-każi fejn il-Kummissjoni tagħtiha s-setgħa li tagħmel dan, ta’ kull operazzjoni meħtieġa għat-tmexxija tal-Programm Speċifiku Ideat u, b’mod partikolari, dawk marbuta ma’ l-għoti tal-kuntratti u ta’ għotjiet;

il-ġbir, l-analizi, u t-trasferiment lill-Kummissjoni u lill-Kunsill Xjentifiku ta’ kull informazzjoni meħtieġa għall-gwida ta’ l-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju.

2.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddelega l-awtorità lill-Aġenzija għandha tiddefinixxi fid-dettal ix-xogħlijiet kollha fdati lilha u għandha tiġi emendata fid-dawl ta’ kull kompitu addizzjonali li jista’ jkun fdat lill-Aġenzija. Għandha tintbagħat, għall-finijiet ta’ informazzjoni, lill-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi.

Artikolu 5

Struttura organizzattiva

1.   L-Aġenzija għandha titmexxa minn Kumitat ta’ Ġestjoni u minn Direttur maħtur mill-Kummissjoni.

2.   Il-membri tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għandhom jinħatru għal perjodu ta’ sentejn.

3.   Id-Direttur ta’ l-Aġenzija għandu jinħatar għal perjodu ta’ erba’ snin.

4.   Il-ħatriet tal-membri tal-Kumitat ta’ Ġestjoni u tad-Direttur jistgħu jiġġeddu.

Artikolu 6

Għotjiet

L-Aġenzija għandha tirċievi għotjiet mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej meħuda mill-fondi allokati lill-Programm Speċifiku Ideat.

Artikolu 7

Superviżjoni u rapportaġġ

L-Aġenzija għandha tkun suġġetta għas-superviżjoni tal-Kummissjoni u għandha tirrapporta b’mod regolari dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm li tkun responsabbli għalih skond l-arranġamenti u fl-intervalli stipulati fid-dokument ta’ delega.

Artikolu 8

Implimentazzjoni tal-baġit operattiv

L-Aġenzija għandha timplimenta l-baġit operattiv tagħha skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 54, 22.2.2007, p. 81.

(4)  ĠU L 57, 24.2.2007, p. 14.

(5)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1821/2005 (ĠU L 293, 9.11.2005, p. 10).

(6)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 242.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/18


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/38/PESK

ta' l-20 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (1) għal durata inizjali ta' sena. Il-missjoni tnediet fl-1 ta’ Lulju 2007.

(2)

Fit-18 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill approva Linji Gwida għall-Istruttura ta' Kmand u Kontroll għall-Operazzjonijiet Ċivili ta' l-UE fl-Immaniġġar ta' Kriżijiet. Dawk il-Linji Gwida jipprevedu fost l-oħrajn li Kmandant ta' Operazzjoni Ċivili ser jeżerċita kmand u kontroll f'livell strateġiku għall-ippjanar u t-tmexxija ta' l-operazzjonijiet ċivili kollha ta' l-immaniġġar ta' kriżijiet, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u l-awtorità ġenerali tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għall-PESK (SĠ/RGħ). Dawk il-Linji Gwida jipprevedu wkoll li d-Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta' l-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) stabbilita fis-Segretarjat tal-Kunsill, ser ikun il-Kmandant ta' l-Operazzjonijiet Ċivili għal kull operazzjoni ċivili ta' maniġġar ta' kriżijiet.

(3)

L-Istruttura ta' Kmand u Kontroll imsemmija hawn fuq hija mingħajr preġudizzju għar-responsabbilta' kuntrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni.

(4)

Il-Kapaċità ta' l-Għassa stabbilita fis-Segretarjat tal-Kunsill għandha tiġi attivata għal din il-Missjoni.

(5)

L-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK għandha tiġi emendata opportunament,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Għandu jiddaħħal Artikolu 3a ġdid:

“Artikolu 3a

Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili

1.   Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta' l-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għall-EUPOL RD Congo.

2.   Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu jeżerċita kmand u kontroll ta' l-EUPOL RD Congo fil-livell strateġiku taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tas-SĠ/RGħ.

3.   Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni adatta u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, b' mod partikolari bil-ħruġ ta' struzzjonijiet f'livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni.

4.   Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istat emittenti jew ta' l-istituzzjoni ta' l-UE. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, l-iskwadri u l-unitajiet tagħhom lill-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili.

5.   Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu jkollu r-responsabbiltà ġenerali biex jiżgura li d-dmir ta' diliġenza ta' l-UE jiġi attwat b'mod adatt.

6.   Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili u r-RSUE għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.”;

(2)

Il-paragrafi 2 sa 8 ta' l-Artikolu 5 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:

“2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-missjoni fuq il-post ta' l-operazzjoni.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, l-iskwadri u l-unitajiet minn Stati kontribwenti kif inkarigat mill-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika rigward l-assi, ir-riżorsi u l-informazzjoni li qegħdin għad-dispożizzjoni tal-missjoni.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jagħti istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-missjoni, għat-tmexxija effettiva ta' l-EUPOL RD Congo fil-post ta' l-operazzjoni, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta' kuljum tagħha, billi jsegwi l-istruzzjonijiet f'livell strateġiku tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan il-fini, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju rigward il-persunal. Għall-persunal issekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali jew ta' l-UE konċernata.

7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta lill-EUPOL RD Congo fiż-żona ta' l-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata tal-Missjoni.

8.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif adatt, ma' atturi ta' l-UE oħrajn fuq il-post. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE.”;

(3)

Il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-persunal kollu għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill (*).

(*)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/438/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24).”;"

(4)

L-Artikolu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Linja ta' Kmand

1.   L-EUPOL RD Congo għandu jkollha linja ta' kmand unifikata, bħala operazzjoni ta' maniġġar tal-kriżijiet.

2.   Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ser jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' l-EUPOL RD Congo.

3.   Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tas-SĠ/RGħ, għandu jkun il-kmandant ta' l-EUPOL RD Congo f'livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ struzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.

4.   Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tas-SĠ/RGħ.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq l-EUPOL RD Congo fuq il-post ta' l-operazzjoni u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili.”;

(5)

L-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dak il-fini skond l-Artikolu 25 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat ta' l-emendament ta' l-OPLAN. Għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet sussegwenti rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Is-setgħat ta’ deċiżjoni fir-rigward ta’ l-objettivi u t-tmiem tal-missjoni għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.

2.   Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.

3.   Il-KPS għandu jirċievi fuq bażi regolari u kif meħtieġ rapporti mill-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.”;

(6)

L-Artikolu 14 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Sigurtà

1.   Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri ta' sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni adatta u effettiva tagħhom għall-EUPOL RD Congo skond l-Artikoli 3a u 7, f'koordinazzjoni ma' l-Uffiċċju ta' Sigurtà tal-Kunsill.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà ta' l-operazzjoni u sabiex jiżgura konformità ma' ħtiġiet minimi ta' sigurtà applikabbli għall-operazzjoni, f'konformità mal-politika ta' l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-UE f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-istrumenti ta' appoġġ tiegħu.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni (MSO), li jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib ma' l-Uffiċċju ta' Sigurtà tal-Kunsill.

4.   Il-persunal ta' l-EUPOL RD Congo għandu jgħaddi minn taħriġ obbligatorju ta' sigurtà qabel id-dħul tiegħu fil-funzjoni, f'konformità ma' l-OPLAN. Għandu jingħatalu wkoll taħriġ regolari ta' aġġornament fuq il-post, organizzat mill-MSO.”;

(7)

L-Artikolu ġdid 14a għandu jiddaħħal:

“Artikolu 14a

Għassa

Il-Kapaċità ta' l-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUPOL RD Congo.”;

(8)

Għandu jiżdied il-paragrafu li jmiss ma' l-Artikolu 17:

“Id-Deċiżjonijiet tal-KPS skond l-Artikolu 8(1), fir-rigward tal-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għandhom ukoll jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


(1)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 46.


ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Diċembru 2007

dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-18 ta’ Diċembru 1997, imfassla fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, dwar l-għajnuna reċiproka u l-koperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali

(2008/39/ĠAI)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-“Att ta’ l-Adeżjoni”), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni mfassla fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, dwar l-għajnuna reċiproka u l-koperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (2) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Konvenzjoni”) ġiet iffirmata fi Brussell fit-18 ta’ Diċembru 1997 u tidħol fis-seħħ 90 jum wara n-notifika mill-Istat, Membru ta’ l-Unjoni Ewropea fiż-żmien ta’ l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ l-Att li jfassal din il-Konvenzjoni, li jkun l-aħħar wieħed li jwettaq dik il-formalità.

(2)

Konformement ma’ l-Artikolu 32(4) tal-Konvenzjoni, sa meta l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ, kull Stat Membru jista', meta jagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 32(2) tal-Konvenzjoni, jew fi kwalunkwe żmien ieħor wara dan, jiddikjara li f’dak li jirrigwarda lilu, il-Konvenzjoni għandha tapplika għar-relazzjonijiet tiegħu ma’ l-Istati Membri li għamlu l-istess dikjarazzjoni.

(3)

Wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta’ adeżjoni mal-Konvenzjoni.

(4)

L-Artikolu 3(3) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ 2005 jistipula li l-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jaċċedu mal-konvenzjonijiet u protokolli konklużi bejn l-Istati Membri u elenkati fl-Anness I ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, li jinkludi, inter alia, il-Konvenzjoni dwar l-għajnuna reċiproka u l-koperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali. Dawk il-konvenzjonijiet u protokolli għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Bulgarija u għar-Rumanija fid-data determinata mill-Kunsill.

(5)

Skond l-Artikolu 3 (4) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, il-Kunsill għandu jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni f’dawk il-konvenzjonijiet u protokolli,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 31(1) tal-Konvenzjoni tat-18 ta’ Diċembru 1997, imfassla fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, dwar l-għajnuna reċiproka u l-koperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għat-territorji ta’ l-Istati Membri inklużi fit-territorju doganali tal-Komunità kif ukoll, għar-Repubbika Federali tal-Ġermanja, il-Gżira ta’ Heligoland u t-territorju ta’ Büsingen (fil-qafas ta’, u skond, it-Trattat tat-23 ta’ Novembru 1964 bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-inklużjoni tal-komun ta’ Büsingen am Hochrhein fit-territorju doganali tal-Konfederazzjoni Żvizzera, jew il-verżjoni kurrenti tiegħu) u, għar-Repubblika Taljana, il-muniċipalitajiet ta’ Livigno u Campione d’Italia, u għall-ibħra territorjali, l-ibħra marittimi interni u l-ispazju ta’ l-ajru tat-territorji ta’ l-Istati Membri.”.

Artikolu 2

Il-Konvenzjoni, kif emendata b’din id-Deċiżjoni, għandha tidħol fis-seħħ għall-Bulgarija u għar-Rumanija fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32(4) tal-Konvenzjoni.

Artikolu 3

Il-Konvenzjoni kif imfassla fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena (3) għandha tkun awtentika taħt l-istess kundizzjonijiet bħat-testi l-oħra tal-Konvenzjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

A. COSTA


(1)  Opinjoni ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 24, 23.1.1998, p. 2.

(3)  Il-verżjoni Bulgara u dik Rumena tal-Konvenzjoni għandhom jiġu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-ĠU f’data aktar tard.


12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Diċembru 2007

dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, mal-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, mal-Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996 u mat-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997

(2008/40/ĠAI)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni”) saret fi Brussell fis-26 ta’ Lulju 1995 u daħlet fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2002.

(2)

Il-Konvenzjoni ġiet supplimentata mill-Protokoll, imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (3) (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996”) li sar fi Brussell fis-27 ta’ Settembru 1996, u l-Protokoll, imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, permezz ta’ deċiżjonijiet preliminari, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (4) (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala “il-Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996”) li sar fi Brussell fid-29 ta’ Novembru 1996. Iż-żewġ Protokolli daħlu fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2002.

(3)

Il-Konvenzjoni ġiet ulterjorment supplimentata mit-Tieni Protokoll, imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (5) (minn hawn 'il quddiem “it-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997”) li sar fi Brussell fid-19 ta’ Ġunju 1997, iżda li għadu ma daħalx fis-seħħ.

(4)

L-Artikolu 3(3) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005 jipprovdi li l-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu mal-konvenzjonijiet u l-protokolli elenkati fl-Anness I ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, li jinkludu fost oħrajn il-Konvenzjoni, il-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, il-Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996 u t-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997. Il-konvenzjonijiet u l-protokolli elenkati fl-Anness I ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005 għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija fid-data li tiġi determinata mill-Kunsill,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-testi tal-Konvenzjoni, tal-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, tal-Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996 u tat-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997, imfassla bil-lingwa Bulgara u bil-lingwa Rumena (6), għandhom ikunu awtentiċi skond l-istess kondizzjonijiet bħat-testijiet oħra tagħhom.

Artikolu 2

1.   Il-Konvenzjoni, il-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996 u l-Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996 għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-ewwel ġurnata ta’ l-ewwel xahar wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sakemm ma jkunux laħqu daħlu fis-seħħ għall-Bulgarija u r-Rumanija qabel dik id-data.

2.   It-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997 għandu jidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija fid-data li fiha jidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ l-Istat li, bħala membru ta’ l-Unjoni Ewropea fid-data ta’ l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ l-att li bih ikun tfassal dak il-Protokoll (7), ikun l-aħħar wieħed li jwettaq il-formalità tan-notifika msemmija fl-Artikolu 16(2) tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

A. COSTA


(1)  Opinjoni tat-23 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.

(3)  ĠU C 313, 23.10.1996, p. 2.

(4)  ĠU C 151, 20.5.1997, p. 2.

(5)  GU C 221, 19.7.1997, p. 12.

(6)  It-test Bulgaru u t-test Rumen tal-Konvenzjoni u tal-Protokolli għalihom għandhom jiġu ppubblikati f’edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali f’data aktar tard.

(7)  Att tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 1997 li jfassal it-Tieni Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 221, 19.7.1997, p. 11).