ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 6

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
10ta' Jannar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 12/2008 tad-9 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 13/2008 tad-9 ta' Jannar 2008 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa mit-2 sa l-4 ta' Jannar 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 955/2005 għal ross li joriġina fl-Eġittu

3

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/4/KE tad-9 ta' Jannar 2008 li temenda d-Direttiva 94/39/KE fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel għat-tnaqqis tar-riskju tad-deni mill-ħalib ( 1 )

4

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Parlament Ewropew u Kunsill

 

 

2008/29/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali

7

 

 

2008/30/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

9

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

10.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 6/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 12/2008

tad-9 ta’ Jannar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tad-9 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

161,6

MA

65,9

TN

127,9

TR

106,8

ZZ

115,6

0707 00 05

JO

172,9

MA

41,7

TR

115,4

ZZ

110,0

0709 90 70

MA

112,6

TR

133,2

ZZ

122,9

0709 90 80

EG

313,6

ZZ

313,6

0805 10 20

CL

64,2

EG

44,1

IL

46,7

MA

68,6

TR

82,5

ZA

35,8

ZZ

57,0

0805 20 10

MA

84,1

ZZ

84,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

59,5

HR

29,7

IL

61,6

TR

90,0

ZZ

60,2

0805 50 10

EG

77,2

IL

149,9

TR

95,2

ZA

76,9

ZZ

99,8

0808 10 80

CA

95,9

CN

77,6

MK

33,0

TR

118,1

US

107,9

ZA

89,0

ZZ

86,9

0808 20 50

CN

72,5

US

105,7

ZA

134,7

ZZ

104,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


10.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 6/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 13/2008

tad-9 ta' Jannar 2008

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa mit-2 sa l-4 ta' Jannar 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 955/2005 għal ross li joriġina fl-Eġittu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/2005 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 5 605 tunnellata ross kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 li joriġina mill-Eġittu (in-numru tas-serje 09.4097),

(2)

Mill-komunikazzjoni li saret f'konformità ma' l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 955/2005, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa 'l quddiem sa l-4 ta' Jannar 2008 fis-13:00 ħin ta' Brussell, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jinvolvu kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa fejn għandhom jinħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux aktar liċenzji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 955/2005 għall-perjodu kurrenti tal-kwota,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li joriġina fl-Eġittu kopert bil-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 955/2005, imressqa 'l quddiem sa l-4 ta' Jannar 2008 fis-13:00 ħin ta' Brussell, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba bl-applikazzjoni ta' koeffiċjent ta' l-allokazzjoni ta' 8,123188 %.

2.   Il-ħruġ ta' ċertifikati għall-kwantitajiet mitluba mill-Ġimgħa 4 ta' Jannar 2008 mis-13:00 'l quddiem, ħin ta' Brussell, huwa sospiż għall-perjodu kurrenti tal-kwota.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali ta' l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rural


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 1758/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) u jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Settembru 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 164, 24.6.2005, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1456/2007 (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 76).


DIRETTIVI

10.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 6/4


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/4/KE

tad-9 ta' Jannar 2008

li temenda d-Direttiva 94/39/KE fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel għat-tnaqqis tar-riskju tad-deni mill-ħalib

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 dwar l-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għal għanijiet nutrijenti partikolari (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 6(ċ) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Direttiva 94/39/KE (2) il-Kummissjoni stabbiliet lista ta' użi maħsuba għall-għalf ta' l-annimali għal għanijiet nutrittivi partikolari

(2)

Fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' Diċembru 2004 l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li ż-zeolite (synthetic sodium aluminium silicate) għandu l-potenzjal li jnaqqas ir-riskju ta' deni tal-ħalib fil-baqar li jipproduċu l-ħalib (3). Madankollu, ma setgħetx tivvaluta għal kollox ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-annimali minħabba li hemm xi data nieqsa. Wara li qieset it-tagħrif addizzjonali li waslilha, l-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-11 ta' Lulju 2007 li ż-żieda ta' zeolite ma' l-għalf tal-baqar li jipproduċu l-ħalib għal perjodu ta' madwar ġimagħtejn wara li jwelldu ma joħloqx riskju fuq is-saħħa ta' l-annimali jew tal-bnedmin jew fuq l-ambjent (4). Iż-zeolite għandu għalhekk ikun inkluż fil-linja “tnaqqis tar-riskju ta' deni tal-ħalib” fil-lista ta' użi maħsuba fil-Parti B ta' l-Anness tad-Direttiva 94/39/KE.

(3)

Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta' Ġunju 2007 l-Awtorità kkonkludiet li l-għalf b'kontenut għoli ta' kalċju amministrat fi żmien il-ħlas jista' jkun effettiv ħafna fit-trattament ta' każijiet ta' deni ħafif tal-ħalib u biex il-baqar li jipproduċu l-ħalib ma jitħallewx jirkadu u għalhekk għandha tiżdied daħla ġdida mal-lista li tikkonċerna l-prevenzjoni tar-riskju tad-deni tal-ħalib (5). Barra minn hekk l-Awtorità kkonkludiet li riskju marġinali għas-saħħa ta' l-annimali ma jistax ikun eskluż kompletament li jfisser li hu neċessarju li r-riskju individwali jiġi bbilanċjat mal-benefiċċji ġenerali ta' l-amministrazzjoni. Biex din il-valutazzjoni titħalla ssir mill-maniġer tal-baqar li jipproduċu l-ħalib is-sorsi differenti tal-kalċju għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta flimkien mal-kwantità tagħhom. Barra minn hekk, it-tikketta għandha tinkludi rakkomandazzjoni għat-tfittxija ta' parir minn espert nutrizzjonali. L-Awtorità la tistenna riskju għall-konsumatur u lanqas riskju addizzjonali għall-ambjent. Għalf b'kontenut għoli ta' kalċju għandu għalhekk ikun inkluż fil-linja “tnaqqis tar-riskju ta' deni tal-ħalib” fil-lista ta' użi maħsuba fil-Parti B ta' l-Anness tad-Direttiva 94/39/KE.

(4)

Id-Direttiva 94/39/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Article 1

L-Anness tad-Direttiva 94/39/KE qed jiġi emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

Article 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-24 ta' Ġunju 2008. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza ta' din ix-xorta.

Article 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Article 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 207, 10.8.1994, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/1/KE (ĠU L 5, 9.1.2002, p. 8).

(3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali fuq talba mill-Kummissjoni dwar l-użu ta' synthetic sodium aluminium silicate (zeolite) għat-tnaqqis tar-riskju tad-deni tal-ħalib f'baqar li jipproduċu l-ħalib. Adottata fit-8 ta' Diċembru 2004. Il-Ġurnal EFSA (2004) 160, 1-11.

(4)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar is-sikurezza taż-zeolite (sodium aluminosilicate, synthetic) għat-tnaqqis tar-riskju tad-deni tal-ħalib f'baqar li jipproduċu l-ħalib. Adottata fit-11 ta' Lulju 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 523, 1-11.

(5)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar is-sikurezza ta' l-għalf b'kontenut għoli ta' kalċju għat-tnaqqis tad-deni tal-ħalib f'baqar li jipproduċu l-ħalib. Adottata fit-12 ta' Ġunju 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 504, 1-10.


ANNESS

Fil-Parti B ta' l-Anness tad-Direttiva 94/39/KE, il-linja tal-fini nutrittivi partikolari “Tnaqqis tar-riskju ta' deni tal-ħalib” tinbidel b'li ġej:

Fini nutrittiva partikolari

Karatteristiċi nutrittivi essenzjali

Speċi jew kategorija ta' l-annimal:

Dikjarazzjonijiet ta' l-ittekkettar

Tul ta' ħin rakkomandat

Dispożizzjoni oħra

“Tnaqqis tar-riskju ta' deni tal-ħalib

Livell baxx ta' kalċju

Baqar li jipproduċu l-ħalib

Kalċju

Fosfru

Manjeżju

Minn ġimgħa sa 4 qabel ma jwelldu

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

‘Tibqax titma' wara li jwelldu’

u/jew

 

 

 

Proporzjoni cations/anions baxxa

Kalċju

Fosfru

Sodju

Potassju

Kloridi

Kubrit

Minn ġimgħa sa 4 qabel ma jwelldu

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

‘Tibqax titma' wara li jwelldu’

jew

 

 

 

Livell għoli ta' zeolite (synthetic sodium aluminium silicate)

Kontenut ta' synthetic sodium aluminium silicate

Il-ġimagħtejn qabel ma jwelldu

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

‘L-ammont ta' għalf għandu jkun ristrett biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm teħid kuljum ta' iżjed minn 500 g sodium aluminium silicate għal kull annimal.’

‘Tibqax titma' wara li jwelldu’

jew

 

 

 

Livell għoli ta' kalċju fil-forma ta' mluħ tal-kalċju disponibbli ħafna

Kontenut totali ta' kalċju, sorsi u kwantità rispettiva ta' kalċju

Ibda ma' l-ewwel sinjali ta' tqala sa jumejn wara t-tqala

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

L-isruzzjoni għall-użu jiġifieri n-numru ta' applikazzjonijiet u ż-żmien qabel u wara li jwelldu.

It-test ‘Huwa rakkomandat li titlob opinjoni minn espert nutrizzjonali qabel l-użu’.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Parlament Ewropew u Kunsill

10.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 6/7


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali

(2008/29/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (1), u b'mod partikolari l-Punti 21, 22, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, u 23 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tat-23 ta’ Novembru 2007, iż-żewġ naħat ta' l-awtorità baġitarja qablu li jipprovdu parti mill-finanzi meħtieġa għas-Sistema Globali Ewropea ta' Navigazzjoni Satellitari (EGNOS – GALILEO) permezz ta' reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007–2013 skond il-Punti 21, 22 u 23 tal-Ftehima Interistituzzjonali, biex jiżdiedu l-limiti massimi ta' l-approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-sottointestatura 1a għas-snin 2008 sa 2013 bl-ammont ta' EUR 1 600 miljun fil-prezzijiet attwali. Din iż-żieda tkun ibbilanċjata bit-tnaqqis tal-limitu għall-approprjazzjonijiet għall-impenji taħt l-Intestatura 2 għas-sena 2007 bl-istess ammont.

(2)

Sabiex tinżamm relazzjoni xierqa bejn l-impenji u l-ħlas, il-limiti annwali għall-ħlas ta' l-approprjazzjonijiet se jiġu aġġustati. L-aġġustament se jkun newtrali.

(3)

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq (2),

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod huwa sostitwit mill-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Għal dan il-għan, iċ-ċifri li jirriżultaw mill-ftehima msemmija hawn fuq huma maqluba għall-prezzijiet ta' l-2004.


ANNESS

QAFAS FINANZJARJU 2007-2013 (rivedut)

(EUR miljun - prezzijiet ta' l-2004)

APPROPRIJAZZJONIJIET TA' IMPENN

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total 2007-2013

1.

Tkabbir Sostenibbli

51 267

52 913

54 071

54 860

55 379

56 845

58 256

383 591

1a

Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

8 404

9 595

10 209

11 000

11 306

12 122

12 914

75 550

1b

Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi

42 863

43 318

43 862

43 860

44 073

44 723

45 342

308 041

2.

Preservazzjoni u Mmanniġġar ta' Riżorsi Naturali

53 478

54 322

53 666

53 035

52 400

51 775

51 161

369 837

li minnhom: infiq li għandu x'jaqsam mas-suq u ħlasijiet diretti

43 120

42 697

42 279

41 864

41 453

41 047

40 645

293 105

3.

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 199

1 258

1 380

1 503

1 645

1 797

1 988

10 770

3a

Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

600

690

790

910

1 050

1 200

1 390

6 630

3b

Ċittadinanza

599

568

590

593

595

597

598

4 140

4.

L-UE bħala attur dinji

6 199

6 469

6 739

7 009

7 339

7 679

8 029

49 463

5.

Amministrazzjoni (1)

6 633

6 818

6 973

7 111

7 255

7 400

7 610

49 800

6.

Kumpensi

419

191

190

 

 

 

 

800

TOTAL TA' APPROPRIJAZZJONIJIET TA' IMPENN

119 195

121 971

123 019

123 518

124 018

125 496

127 044

864 261

bħala persentaġġ tal-GNI

1,10  %

1,08  %

1,07  %

1,04  %

1,03  %

1,02  %

1,01  %

1,048  %

TOTAL TA' APPROPRIJAZZJONIJIET TA' IMPENN

115 142

119 805

112 182

118 549

116 178

119 659

119 161

820 676

bħala persentaġġ tal-GNI

1,06  %

1,06  %

0,97  %

1,00  %

0,97  %

0,97  %

0,95  %

1,00  %

Marġni disponibbli

0,18  %

0,18  %

0,27  %

0,24  %

0,27  %

0,27  %

0,29  %

0,24  %

Limitu Massimu ta' Riżorsi Proprji bħala persentaġġ tal-GNI

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %


(1)  L-infiq fuq pensjonijiet inkluż taħt il-limitu massimu għal din l-intestatura huwa kkalkulat nett mill-kontribuzzjonijiet ta' l-istaff għall-iskema rilevanti, fil-limitu ta' € 500 miljun bil-prezzijiet ta' l-2004 għall-perijodu 2007-2013.


10.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 6/9


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Diċembru 2007

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

(2008/30/KE)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, (2),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni.,

Wara li kkunsidra l-Konċiljazzjoni Baġitarja tat-13 ta' Lulju 2007,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-“Fond”) biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jsofru mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fil-kummerċ globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jinkludi d-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista' jiġi mmobilizzat.

(4)

Il-Ġermanja u l-Finlandja ppreżentaw l-applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, minħabba żewġ każijiet ta' tkeċċijiet ta' ħaddiema fis-settur tat-telefonija ċellulari: BenQ fil-Ġermanja u Perlos Oyj fil-Finlandja,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jkun immobilizzat għal ammont totali ta' EUR 14 794 688.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.