ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 1

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
4ta' Jannar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2008 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jwassal għal sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena finanzjarja ta’ bejgħ 2007/2008

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2/2008 tat-3 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/20/KE

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti sottomessi għal eżaminazzjoni dettaljata fid-dawl tal-possibbiltà ta’ inklużjoni ta’ l-ipconazole u l-maltodextrin f’Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6479)  ( 1 )

5

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2008/21/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru 2001, dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus ewro (BĊE/2007/19)

7

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

4.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 1/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1/2008

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jwassal għal sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena finanzjarja ta’ bejgħ 2007/2008

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 26 u l-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 tal-Kunsill tad-29 ta’ Settembru 2003 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taċ-ċereali (1) jistipula skema ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-effetti negattivi eventwali ta’ l-importazzjoni, li l-għan tagħhom huwa partikolarment li jistabblizza s-suq Komunitarju.

(2)

B’mod ġenerali, ir-rati tad-dazji tad-dwana applikabbli għall-prodotti agrikoli skond il-ftehim ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) huma ffissati fit-tariffa tad-dwana komuni. Madankollu, għal ċerti ċereali, l-importazzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-kwoti tariffarji li ġejjin mill-ftehim internazzjonali konklużi skond it-Trattat, jew li jirriżultaw minn atti oħrajn tal-Kunsill huma sottoposti għal dazji speċifiċi.

(3)

It-talba dinjija tinsab f’sitwazzjoni ta’ żieda strutturali marbuta mat-titjib fil-livell tal-ħajja fil-pajjiżi emerġenti, kif ukoll ma’ l-iżvilupp tal-produzzjoni ta’ bijokarburanti, il-ħażniet dinjin taċ-ċereali fit-tmiem tas-sena finanzjarja 2007/2008 qed jonqsu għat-tielet sena konsekuttiva u ser ikollhom jistabbilixxu ruħhom għall-aktar livell dgħajjef sa mis-sena finanzjarja 1979/1980. F’tali kuntest, il-prezzijiet fis-suq taċ-ċereali dinjin iġġeneraw żieda qawwija sa mill-bidu tas-sena finanzjarja 2007/2008, b’żjidiet ta’ 50 % f’dak li jikkonċerna l-qamħ, ta’ 30 % f’dak li jikkonċerna x-xgħir u ta’ 20 għal 30 % f’dak li jikkonċerna l-qamħirrum.

(4)

Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi mhux favorevoli fil-parti l-kbira ta’ l-Istati Membri, il-produzzjoni taċ-ċereali tas-sena finanzjarja 2007/2008 hija stmata għal 258 miljun tunnellata, jiġifieri tnaqqis ta’ 8 miljun tunnellata (3 %) meta mqabbla mal-ħsad tas-sena finanzjarja 2006/2007 li diġà kienet limitata. Dan it-tnaqqis fil-produzzjoni Komunitarja jikkonċerna b’mod aktar partikolari l-qamħ u l-qamħirrum, imma għandu effetti fuq is-settur taċ-ċereali kollu, li jġib diffikultajiet għal tqassim ta’ provvista ekwilibrata tas-suq Komunitarju. Dan in-nuqqas ta’ ekwilibriju jikkonċerna partikolarment iċ-ċereali ta’ l-għalf minħabba differenzi nnutati bejn ir-reġjuni differenti tal-Komunità, f’termini ta’ kwalità u ta’ kwantitajiet ta’ ċereali prodotti u ta’ modifiki fl-aġir ta’ l-operaturi fl-użu ta’ ċereali differenti disponibbli, li jiġu minnhom. Dan it-tnaqqis globali fi-produzzjoni ma jistax min-naħa l-oħra jiġi kumpensat miż-żieda tassew lokalizzata tal-produzzjoni tax-xgħir, ta’ segala u ta’ ħafur innutata.

(5)

Is-swieq taċ-ċereali Komunitarji rreġistraw titjib spettakolari tal-prezzijiet fis-suq sa mil-bidu tas-sena finanzjarja 2007/2008. Iż-żieda hija sostanzjali kemm b’mod nominali, u kemm meta titqies il-varjazzjoni eċċezzjonalment għolja li teżisti bejn il-prezzijiet fis-suq u l-prezz ta’ l-intervent. Is-sitwazzjoni tapplika kemm għaċ-ċereali tat-tiben u kemm għall-qamħirrum. Mill-bidu tas-sena finanzjarja 2007/2008, il-prezz tal-qamħ għat-tħin f’Rouen tela’ minn 179 EUR/t għal kważi 300 EUR/t fil-bidu tax-xahar ta’ Settembru 2007 fil-waqt li l-prezz tax-xgħir għal-għalf f’Rouen żdied b’aktar mid-doppju meta mqabbel mas-sajf 2006, u tela’ sa 270 EUR/t fit-tmiem tax-xahar ta’ Settembru 2007. Ix-xgħir għall-immaltjar (malting) irreġistra wkoll żieda qawwija billi tela’ għal kważi 310 EUR/t fit-tmiem tax-xahar ta’ Settembru 2007. Il-qamħirrum Franċiż minn Bayonne segwa l-istess tendenza u tela’ minn 183 EUR/t fil-bidu tas-sena finanzjarja biex laħaq, fl-aqwa tiegħu, prezz ta’ 255 EUR/t f’nofs Settembru 2007. Sitwazzjoni bħal din hija l-konsegwenza tad-disponibbiltajiet Komunitarji mnaqqsa tal-qamħ u tal-qamħirrum, tar-riżultati kwalitattivi medji u ta’ żieda fil-ħażniet Komunitarji ta’ intervent li fil-fatt huma inferjuri għal 500 000 tunnellata.

(6)

Bħala reazzjoni għal din is-sitwazzjoni ta’ tensjoni qawwija fuq is-swieq, jaqbel li tiġi favorita l-għotja ta’ provvisti lis-suq Komunitarju taċ-ċereali u li tiġi stipulata għalhekk sospensjoni tad-dazji tad-dwana għall-importazzjoni għal ċerti ċereali kemm bħala kwoti tariffarji b’ dazju mnaqqas u kemm fil-qafas ta’ l-importazzjonjiet ta’ dazju komuni. Madankollu jaqbel li l-applikazzjoni ta’ tali miżura tiġi limitata għas-sena finanzjarja ta’ bejgħ 2007/2008.

(7)

Din il-miżura trid, min-naħa l-oħra, tkun tista’ titneħħa mingħajr dewmien f’każ ta’ tfixkil jew ta’ theddid ta’ tfixkil fuq is-suq tal-Komunità. Għalhekk, tista’ tkun prevista l-possibbiltà, għall-Kummissjoni, li tieħu miżuri xierqa mingħajr dewmien sabiex tistabbilixxi mill-ġdid id-dazji tad-dwana, sakemm dan ikun ġustifikat mis-sitwazzjoni tas-suq, u li tiddetermina l-kriterji li skondhom din is-sitwazzjoni trid tiġi meqjusa bħala tali.

(8)

Dawn il-miżuri jridu jitwaqqfu skond id-deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi t-termini ta’ l-eżerċizzju ta’ twettiq mogħtija lill-Kummissjoni (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjoni tad-dazji tad-dwana għall-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1001 90 99, NM 1001 10, NM 1002 00 00, NM 1003 00, NM 1005 90 00, NM 1007 00 90 hija sospiża sat-30 ta’ Ġunju 2008, għall-importazzjonijiet kollha ta’ dazju komuni mwettqa, skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, jew fil-qafas tal-kwoti tariffarji b’dazju mnaqqas mibdija skond l-Artikolu 12 tar-Regolament imsemmi.

2.   Il-Kummissjoni tista’ terġa’ tistabilixxi d-dazji tad-dwana għall-livelli u skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 meta. Għal prodott wieħed jew aktar previsti fil-paragrafu 1, il-prezz FOB, ikkalkulat fil-portijiet Komunitarji, huwa ta’ anqas minn 180 % tal-prezz ta’ l-intervent, jew, f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti li għalihom ma jeżistix prezz ta’ l-intervent, għal 180 % ta’ 101.3 EUR/t.

3.   Jekk ikun neċessarju, it-termini ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġu adottati skond il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 25, tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan japplika għall-importazzjonijiet imwettqa fuq il-bażi taċ-ċertifikati ta’ l-importazzjoni mogħtija mill-jum li fih jiġi ppubblikat.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


(1)  ĠU L 270 tal-21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169 tad-29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 184 tas-17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200 tat-22.7.2006, p. 11).


4.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 1/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2/2008

tat-3 ta’ Jannar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-3 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

175,4

MA

53,6

TR

120,2

ZZ

116,4

0707 00 05

JO

172,9

MA

62,6

TR

134,0

ZZ

123,2

0709 90 70

MA

57,5

TR

119,2

ZZ

88,4

0805 10 20

EG

63,0

IL

47,6

MA

75,9

TR

73,1

ZA

46,8

ZZ

61,3

0805 20 10

MA

73,7

ZZ

73,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

29,7

IL

62,7

TR

72,1

ZZ

54,8

0805 50 10

EG

81,4

TR

123,4

ZA

134,4

ZZ

113,1

0808 10 80

CN

85,6

MK

31,1

US

100,0

ZZ

72,2

0808 20 50

CN

73,3

US

111,2

ZZ

92,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

4.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 1/5


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti sottomessi għal eżaminazzjoni dettaljata fid-dawl tal-possibbiltà ta’ inklużjoni ta’ l-ipconazole u l-maltodextrin f’Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6479)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/20/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi għall-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(2)

Dokument għas-sustanza attiva Ipconazole kien ippreżentat minn Kureha GmbH li tar-Renju Unit fit-30 ta’ Marzu 2007 b’applikazzjoni għall-kisba ta’ l-inklużjoni tagħha fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dwar il-maltodextrin il-Biological Crop Protection Ltd. kienet ressqet dokument lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-2 ta’ Lulju 2007, flimkien ma’ applikazzjoni biex din is-sustanza tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżami preliminari, id-dokumenti għas-sustanzi attivi kkonċernati jidhru li jissodisfaw il-ħtiġiet tad-dettalji u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dokumenti li tressqu jidhru wkoll li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skond l-Artikolu 6(2) għad-Direttiva 91/414/KEE, id-dokumenti sussegwentement intbagħtu mill-applikant lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra, u ġew riferuti lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(4)

B’din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b’mod formali fil-livell Komunitarju li d-dokumenti jitqiesu li jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għall-inqas għal prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’ għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant jippreżenta data jew tagħrif ulterjuri sabiex jiċċara ċerti punti fid-dokument.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dokumenti li jikkonċernaw is-sustanzi attivi identifikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, li tressqu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi fl-Anness I għal dik id-Direttiva, jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

Id-dokumenti jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, fid-dawl ta’ l-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istat Membru relatur għandu jeżamina fid-dettall id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet ta’ l-eżami tiegħu flimkien ma’ rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew le fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjoni dwar dawn l-inklużjonijiet mill-iktar fis u mhux aktar tard minn perjodu ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).


ANNESS

IS-SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA B’DIN ID-DEĊIŻJONI

Isem Komuni, Numru ta’ Identifikazzjoni CIPAC

L-applikant

Id-data ta’ l-applikazzjoni

Stat Membru Relatur

Ipconazole

Nru CIPAC: 798

Kureha GmbH

fit-30 ta’ Marzu 2007

Renju Unit

Maltodextrin

Nru CIPAC: 801

Biological Crop Protection Ltd

fit-2 ta’ Lulju 2007

Renju Unit


Bank Ċentrali Ewropew

4.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 1/7


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru 2001, dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus ewro

(BĊE/2007/19)

(2008/21/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 106(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 16,

Billi:

(1)

Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita waħda ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 (1) u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita waħda fl-1 Jannar 2008 (2), Ċipru u Malta jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-ewro u d-derogi mogħtija lil dawn l-Istati Membri skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni (3) ser jiġu rrevokati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

(2)

L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus ewro (4) jiddefinixxi l-“iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus” u jirreferi għall-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2007. Billi Ċipru u Malta ser jadottaw l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2008, id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 għandha tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15

Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 hija emendata kif ġej:

(1)

L-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 1(d) hija sostitwita b’li ġej:

“L-Anness ma’ din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.”;

(2)

L-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 7 ta’ Diċembru 2007.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.

(3)  Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(4)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni BĊE/2006/25 (ĠU L 24, 31.1.2007, p. 13).


ANNESS

SKEMA TA’ ALLOKAZZJONI TA’ KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ JANNAR 2008

European Central Bank

8,0000  %

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

3,2615  %

Deutsche Bundesbank

27,0880  %

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

1,1730  %

Bank of Greece

2,3980  %

Banco de España

9,9660  %

Banque de France

18,9915  %

Banca d’Italia

16,5395  %

Central Bank of Cyprus

0,1650  %

Banque centrale du Luxembourg

0,2080  %

Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta

0,0825  %

De Nederlandsche Bank

5,1395  %

Oesterreichische Nationalbank

2,6610  %

Banco de Portugal

2,2620  %

Banka Slovenije

0,4215  %

Suomen Pankki

1,6430  %

Total

100,0000  %