ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
28 ta' Diċembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1577/2007 tas-27 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fl-2008 tal-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni għall-prodotti baby beef li joriġinaw fil-Kroazja, il-Bożnja u Ħerżegovina, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 1578/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008 sa l-2012 ( 1 )

15

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/872/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar l-issoktar fis-sena 2008 ta’ provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq materjal ta’ propagazzjoni u ta’ tħawwil tal-Malus Mill. skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE mibdija fl-2004

44

 

 

2007/873/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2007 li tapprova l-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus imressaq mill-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6353)

45

 

 

2007/874/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2007 li tapprova l-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus ippreżentat mir-Rumanija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6354)

46

 

 

2007/875/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 2000/96/KE fir-rigward tal-mard li jittieħed elenkat f’dawk id-deċiżjonijiet (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6355)  ( 1 )

48

 

 

2007/876/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/25/KE fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tagħha (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6395)  ( 1 )

50

 

 

2007/877/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2007 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja u l-Olanda għall-iskop li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti u lill-prodotti tal-pjanti (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6405)

51

 

 

2007/878/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2007 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur fil-Ġermanja, fil-Polonja u fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6802)  ( 1 )

54

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/879/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma suxxettibli għal regolazzjoni ex ante skond id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5406)  ( 1 )

65

 

 

Corrigendum

 

*

Corrigendum għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1941/2006, (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007 fir-rigward ta’ l-opportunitajiet u l-kondizzjonijiet assoċjati tas-sajd għal ċerti ħażniet ta’ ħut ( ĠU L 172, 30.6.2007 )

70

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1577/2007

tas-27 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fl-2008 tal-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Kroazja, il-Bożnja u Ħerżegovina, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (2), jipprovdi għal kwota tariffarja annwali preferenzjali ta' 1 500 tunnellata ta' prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bożnja u Ħerżegovina u 9 975 tunnellata ta' prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Montenegro u t-territorji doganali tas-Serbja u l-Kosovo.

(2)

Il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2005/40/KE, Euratom (3), il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2004/239/KE, Euratom (4) u l-Ftehim Tranżitorju mal-Montenegro, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE ta' 15 ta’ Diċembru 2007 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Tranżitorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (5), jistabbilixxu kwoti tariffarji annwali preferanzjali ta' 9 400 tunnellata, 1 650 tunnellata u 800 tunnellata rispettivament għall-“baby beef”.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikar tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjonu u Asoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, u għall-applikar tal-Ftehim Tranżitorju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja (6) u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 dwar ċerti proċeduri għall-applikar tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Asoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, u għall-applikar tal-Ftehim Tranżitorju bejn il-Komunità Ewropea u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (7) jipprovdu li għandhom ikunu stabbiliti regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' konċessjonijiet tal-“baby beef”.

(4)

Għal finijiet ta' kontroll, ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 jagħmel l-importazzjonijiet permezz tal-kwoti għall-“baby beef” għall-Bożnja u Ħerżegovina u s-Serbja u l-Kosovo, suġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' awtentiċità li jiċċertifika li l-oġġetti jkunu joriġinaw mill-pajjiż tal-ħruġ u li jikkorrispondu eżattament mad-definizzjoni fl-Anness II għal dak ir-Regolament. F'ġieħ l-armonizzazzjoni, l-importazzjonijiet permezz tal-kwoti ta' “baby beef” li joriġina fil-Kroazja u fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro għandhom ukoll ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-awtentiċità li jiċċertifika li l-oġġetti joriġinaw mill-pajjiż tal-ħruġ u li jkunu jikkorrispondu eżattament mad-definizzjoni fl-Anness III għall-Ftehim Tranżitorji mal-Kroazja jew ma' l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fl-Anness II għall-Ftehim Tranżitorju mal-Montenegro, rispettivament. Għandu wkoll jiġi stabbilit mudell għandu għaċ-ċertifikati ta' l-awtentiċità u għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati għall-użu tagħhom.

(5)

Il-Kosovo, kif definit fir-Reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999, huwa suġġett għal amministrazzjoni ċivili internazzjonali mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK). Għandu għalhekk ikun hemm ukoll ċertifikat speċifiku ta' l-awtentiċità għall-oġġetti li joriġinaw fit-territorju doganali tal-Kosovo.

(6)

Il-kwoti kkonċernati għandhom ikunu amministrati permezz ta' l-użu ta' liċenzji ta' l-importazzjoni. Għal dan il-għan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 (8) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (9) għandhom ikunu applikabbli, suġġetti għal dan ir-Regolament.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli amministrati b'sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (10), jistipula b'mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni, l-istatus ta' l-applikanti, il-ħruġ tal-liċenzji u n-notifiki mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament, bla ħsara għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament.

(8)

Sabiex tkun assigurata amministrazzjoni sewwa ta' l-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jinħarġu suġġetti għal verifika, partikolarment il-kitbiet fiċ-ċertifikati ta' l-awtentiċità.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tariffarji li ġejjin b'dan huma miftuħa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008;

(a)

9 400 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Kraozja;

(b)

1 500 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Bożnja u Ħerżegovina;

(ċ)

1 650 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(d)

9 175 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fit-territorji doganali tas-Serbja u l-Kosovo;

(e)

800 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Montenegro.

Il-kwoti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom in-numri tas-serje 09.4503, 09.4504, 09.4505, 09.4198 u 09.4199 rispettivament.

Għall-finijiet ta' l-allokazzjoni ta' dawk il-kwoti, 100 kilogramma ta' piż ħaj għandhom ikunu ekwivalenti għal 50 kilogramma tal-piż ta' karkassa.

2.   Id-dazju doganali applikabbli skond il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun 20 % tad-dazju ad valorem u 20 % tad-dazju speċifiku kif stabbilit fit-Tariffa Doganali Komuni.

3.   L-importazzjoni permezz tal-kwoti msemmijamsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun irriservata għal ċerti annimali ħajjin u ċertu laħam li jidħol fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM li ġejjin, imsemmija fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2007/2000, fl-Anness III għall-Ftehimiet ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konklużi mal-Kroazja, fl-Anness III għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konklużi ma' l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u fl-Anness II għall-Ftehim Tranżitorju mal-Montenegro:

ex 0102 90 51 , ex 0102 90 59 , ex 0102 90 71 u ex 0102 90 79 ,

ex 0201 10 00 u ex 0201 20 20 ,

ex 0201 20 30 ,

ex 0201 20 50 .

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1445/95, ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u l-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2003 għandhom japplikaw, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

Artikolu 3

1.   Is-Sezzjoni 8 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u liċenzji jeħtiġilhom juru l-pajjiż jew it-territorju doganali ta' l-oriġini, u l-kelma “iva” għandha tkun ingassata b'salib. Il-liċenzji għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu ta' l-importazzjoni mill-pajjiż jew mit-territorju doganali indikat.

Is-Sezzjoni 20 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru waħda mill-kitbiet elenkati fl-Anness I.

2.   L-oriġinal taċ-ċertifikat ta' l-awtentiċità, imħejji f'konformità ma l-Artikolu 4, flimkien ma' kopja tiegħu, għandhom ikunu ppreżentati lill-awtorità kompetenti flimkien ma' l-applikazzjoni għall-ewwel liċenzja tal-importazzjoni li tirrigwardja ċ-ċertifikat ta' l-awtentiċità.

Iċ-ċertifikati ta' l-awtentiċità jistgħu jintużaw għall-ħruġ ta aktar minn liċenzja waħda ta' l-importazzjoni għal kwantitajiet li ma jaqbżux dawk murija fiċ-ċertifikat. Fejn tinħareġ aktar minn liċenzja waħda fir-rigward ta' ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tittimbra ċ-ċertifikat ta' l-awtentiċità biex turi l-kwantità allokata;

(b)

tiżgura li l-liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa fir-rigward ta' dak iċ-ċertifikat jinħarġu fl-istess jum.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni biss wara li jkunu sodisfatti li l-informazzjoni kollha fiċ-ċertifikat ta' l-awtentiċità tkun tikkorrispondi ma' dawk li jaslu ta' kull ġimgħa mill-Kummissjoni għall-importazzjonijiet ikkonċernati. ll-liċenzji għandhom jinħarġu immedjatament wara dan.

Artikolu 4

1.   L-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji ta' l-importazzjoni skond il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat ta' l-awtentiċità maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż jew it-territorju doganali ta' l-esportazzjoni kif elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2007/2000, l-Anness III għall-Ftehimiet ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konklużi mal-Kroazja, fl-Anness III għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konkluż ma' l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fl-Anness II għall-Ftehim Tranżitorju mal-Montenegro.

2.   Iċ-ċertifikati ta' l-awtentiċità għandhom jinħarġu f'oriġinal wieħed u żewġ kopji, li għandhom ikunu stampati u mimlija b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, f'konformità mal-mudell rilevanti fl-Annessi III sa VIII, għall-pajjiżi ta' l-esportazzjoni jew tat-territorju doganali kkonċernat(i). Jistgħu wkoll jiġu stampati u mimlija bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż ta' l-esportazzjoni jew tat-territorju doganali.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-applikazzjoni għal-liċenzja ta' l-importazzjoni tkun ippreżentata jista jesiġi li tkun ipprovduta traduzzjoni taċ-ċertifikat.

3.   L-oriġinal u l-kopji taċ-ċertifikat ta' l-awtentiċità jistgħu jkunu ttajpjati jew miktuba bl-id. Fil-każ ta' l-aħħar, għandhom jinkitbu bil-linka sewda u b'ittri kbar (kapitali).

Il-forom taċ-ċertifikati għandu jkollhom qisien ta' 210 × 297 mm. Il-karta li tintuża ma għandhiex tiżen anqas minn 40 g/m2. L-oriġinal għandu jkun abjad, l-ewwel kopja roża u t-tieni kopja safra.

4.   Kull ċertifikat għandu jkollu n-numru tas-serje individwali tiegħu, segwit bl-isem tal-pajjiż jew tat-territorju doganali tal-ħruġ.

Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-serje u l-istess isem bħall-oriġinal.

5.   Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi biss jekk ikunu ttimbrati minn awtorità tal-ħruġ minn fost dawk elenkati fl-Anness II.

6.   Iċ-ċertifikati għandhom jitqiesu bħala awtentikati jekk ikun hemm fuqhom id-data u l-post tal-ħruġ u jekk jkollhom it-timbru ta' l-awtorita tal-ħruġ u l-firma tal-persuna jew tal-persuni li għandhom is-setgħa li jiffirmawhom.

Artikolu 5

1.   L-awtoritajiet tal-ħruġ elenkati fl-Anness II għandhom:

(a)

ikunu rikonoxxuti bħala tali mill-pajjiż ta' l-esportazzjoni jew mit-territorju doganali kkonċernat;

(b)

jintrabtu li jivverifikaw il-partikolaritajiet li jidhru fuq iċ-ċertifikati;

(ċ)

jintrabtu li jgħaddu lill-Kummissjoni talanqas darba kull ġimgħa kwalunkwe informazzjoni li permezz tagħha l-kitbiet fuq iċ-ċertifikati ta' l-awtentiċità jistgħu jkunu vverifikati, partikolarment f'dak li jirigwardja n-numru taċ-ċertifikat, l-esportatur, id-destinatarju, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-prodott (annimali ħajjin/laħam), il-piż nett u d-data tal-firma.

2.   I-lista fl-Anness II għandha tkun riveduta mill-Kummissjoni meta ma jibqax jinqeda r-rekwiżit referut fil-paragrafu 1(a), meta awtorità tal-ħruġ tonqos milli twettaq wieħed jew aktar mill-obbligi imposti fuqha jew meta tinħatar awtorità ġdida tal-ħruġ.

Artikolu 6

Iċ-ċertifikati ta' l-awtentiċità u l-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal tliet xhur mid-dati tal-ħruġ rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Il-pajjiż ta' l-esportazzjoni jew it-territorju doganali konċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri użati mill-awtoritajiet tal-ħruġ tiegħu u l-ismijiet u l-firem tal-persuni awtorizzati li jiffirmaw iċ-ċertifikati ta' l-awtentiċità. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri.

Artikolu 8

1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2009, il-kwantitajiet ta' prodotti, inklużi prospetti nulli, li għalihom ikunu nħarġu liċenzji ta' l-importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja;

(b)

sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2009, il-kwantitajiet ta' prodotti, inklużi prospetti nulli, koperti b'liċenzji ta' l-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

2.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2009, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta' prodotti li effettivament ikunu ġew rilaxxati għall-moviment ħieles matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja.

3.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom isiru kif indikat fl-annessi IX, X u XI għal dan ir-Regolament, u għandhom jintużaw il-kategoriji ta' prodotti indikati fl-Anness II(A) tar-Regolament (KE) Nru 1445/95.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)   ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1946/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 1).

(3)   ĠU L 26, 28.1.2005, p. 1.

(4)   ĠU L 84, 20.3.2004, p. 1.

(5)   ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1.

(6)   ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 26)

(7)   ĠU L 25, 29.1.2002, p. 16. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 30).

(8)   ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 586/2007 (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 5).

(9)   ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1423/2007 (ĠU L 317, 5.12.2007, p. 36).

(10)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).


ANNESS I

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)

bil-Bulgaru

:

“Baby beef” (Регламент (ЕО) № 1577/2007)

bl-Ispanjol

:

“Baby beef” (Reglamento (CE) no 1577/2007)

biċ-Ċek

:

“Baby beef” (Nařízení (ES) č. 1577/2007)

bid-Daniż

:

“Baby beef” (Forordning (EF) nr. 1577/2007)

bil-Ġermani

:

“Baby beef” (Verordnung (EG) Nr. 1577/2007)

bl-Estonjan

:

“Baby beef” (Määrus (EÜ) nr 1577/2007)

bil-Grieg

:

“Baby beef” (Κανονισμός (ΕΚ) αριθ 1577/2007)

bl-Ingliż

:

“Baby beef” (Regulation (EC) No 1577/2007)

bil-Franċiż

:

“Baby beef” (Règlement (CE) no 1577/2007)

bit-Taljan

:

“Baby beef” (Regolamento (CE) n. 1577/2007)

bil-Latvjan

:

“Baby beef” (Regula (EK) Nr. 1577/2007)

bil-Litwan

:

“Baby beef” (Reglamentas (EB) Nr. 1577/2007)

bl-Ungeriż

:

“Baby beef” (1577/2007/EK rendelet)

bil-Malti

:

“Baby beef” (Regolament (KE) Nru 1577/2007)

bl-Olandiż

:

“Baby beef” (Verordening (EG) nr 1577/2007)

bil-Pollakk

:

“Baby beef” (Rozporządzenie (WE) nr 1577/2007)

bil-Portugiż

:

“Baby beef” (Regulamento (CE) n.o 1577/2007)

bir-Rumen

:

“Baby beef” (Regulamentul (CE) nr. 1577/2007)

bis-Slovakk

:

“Baby beef” (Nariadenie (ES) č. 1577/2007)

bis-Sloven

:

“Baby beef” (Uredba (ES) št. 1577/2007)

bil-Finlandiż

:

“Baby beef” (Asetus (EY) N:o 1577/2007)

bl-Iżvedi

:

“Baby beef” (Förordning (EG) nr 1577/2007)


ANNESS II

Awtorità tal-ħruġ:

Ir-Repubblika tal-Kroazja Croatian Livestock Center, Zagreb, Croatia.

Il-Bożnja u Ħerżegovina:

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: Univerzitet Sv. Kiril I Metodij, Institut za hrana, Fakultet za veterinarna medicina, “Lazar Pop-Trajkov 5-7”, 1000 Skopje

Il-Montenegro Veterinary Directorate, Bulevar Svetog Petra Cetinjskog br.9, 81000 Podgorica, Montenegro

It-territorju doganali tas-Serbja (1): “ YU Institute for Meat Hygiene and Technology, Kacanskog 13, Belgrade, Yugoslavia.”

It-territorju doganali tal-Kosovo:


(1)  Bl-esklużjoni tal-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


ANNESS III

Image 1

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Image 2

Test ta 'immaġni

ANNESS V

Image 3

Test ta 'immaġni

ANNESS VI

Image 4

Test ta 'immaġni

ANNESS VII

Image 5

Test ta 'immaġni

ANNESS VIII

Image 6

Test ta 'immaġni

ANNESS IX

Notifika dwar il-liċenzji ta' l-importazzjoni (maħruġa) – Ir-Regolament (KE) Nru 1577/2007

L-Istat Membru: …

Applikazzjoni ta' l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1577/2007

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ikunu nħarġu liċenzji ta' l-importazzjoni

Minn: … sa …


Nru tas-serje

Kategorija/i ta' prodotti (1)

Il-kwantità

(kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus)

09.4503

 

 

09.4504

 

 

09.4505

 

 

09.4198

 

 

09.4199

 

 


(1)  Kategorija/I ta' prodotti kif murija fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1445/95


ANNESS X

Notifika dwar il-liċenzji ta' l-importazzjoni (kwantitajiet mhux utilizzati) – Ir-Regolament (KE) Nru 1577/2007

L-Istat Membru: …

Applikazzjoni ta' Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1577/2007

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom il-liċenzji ta' l-importazzjoni ma jkunux ġew utilizzati

Minn: … sa: …


Nru tas-serje

Kategorija/i ta' prodotti (1)

Il-kwantità mhux utilizzata

(kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus)

09.4503

 

 

09.4504

 

 

09.4505

 

 

09.4198

 

 

09.4199

 

 


(1)  Kategorija/I ta' prodotti kif murija fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1445/95


ANNESS XI

Notifika dwar il-liċenzji ta' l-importazzjoni (kwantitajiet li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa) – Ir-Regolament (KE) Nru 1577/2007

L-Istat Membru: …

Applikazzjoni ta' Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1577/2007

Il-kwantitajiet ta' prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:

Minn: … sa: … (perjodu tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni).


Nru tas-serje

Kategorija/i ta' prodotti (1)

Il-kwantitajiet ta' prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:

(kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus)

09.4503

 

 

09.4504

 

 

09.4505

 

 

09.4198

 

 

09.4199

 

 


(1)  Kategorija/i ta' prodotti kif murija fl-Anness II(A) għar-Regolament (KE) Nru 1445/95


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

28.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/15


DEĊIŻJONI Nru 1578/2007/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Diċembru 2007

dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008 sa l-2012

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja (3), għandu jiġi stabbilit programm statistiku Komunitarju pluriennali.

(2)

Bi qbil ma’ dak ir-Regolament, il-Komunità għandha jkollha aċċess f’waqtu għal informazzjoni statistika komparabbli bejn l-Istati Membri u l-unitajiet territorjali tagħhom, fid-dawl tal-kondizzjonijiet kostituzzjonali ta’ l-Istati Membri, li tkun aġġornata, affidabbli, pertinenti u prodotta kemm jista’ jkun b’mod effiċjenti għall-formulazzjoni, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-linji politiċi tagħha.

(3)

Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u komparabbiltà ta’ l-informazzjoni statistika fil-Komunità, jeħtieġ li jkun stabbilit programm statistiku Komunitarju ta’ ħames snin li jidentifika l-approċċi, l-oqsma prinċipali u l-objettivi ta’ l-azzjonijiet previsti fir-rigward tal-prijoritajiet ta’ politika.

(4)

Il-metodu speċifiku għall-elaborazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja jirrikjedi b’mod partikolari koperazzjoni mill-qrib fi ħdan sistema statistika Komunitarja fi proċess ta’ żvilupp permezz tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (4), fir-rigward ta’ l-addattament tas-sistema, partikolarment permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ strumenti legali meħtieġa biex tkun stabbilita l-imsemmija statistika Komunitarja. Għandu jittieħed kont tal-piż fuq dawk li jieħdu sehem fl-istħarriġ, ikunux unitajiet tan-negozju, ċentrali, reġjonali jew dawk governattivi lokali, familji jew individwi.

(5)

Il-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja fil-qafas leġiżlattiv tal-programm ta’ ħames snin tinkiseb permezz ta’ koperazzjoni mill-qrib, koordinata u koerenti bejn l-Eurostat u l-awtoritajiet nazzjonali. Għal dak il-għan, l-Eurostat għandu jiżgura l-koordinazzjoni taħt diversi forom ta’ l-awtoritajiet nazzjonali f’network li jirrappreżenta s-Sistema Statistika Ewropea (SSE) għall-assigurazzjoni tal-proviżjoni f’waqtha ta’ statistika, ta’ standard li jippermetti l-komparabbiltà meħtieġa bejn l-Istati Membri, b’appoġġ għall-bżonnijiet tal-linji politiċi ta’ l-Unjoni Ewropea.

(6)

Fil-produzzjoni u t-tixrid ta’ l-istatistika Komunitarja taħt din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet statistiċi Komunitarji u nazzjonali għandhom jirrispettaw il-prinċipji mniżżla fil-Kodiċi ta’ Prattika Ewropew dwar l-Istatistika, li kien mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet ta’ l-istatistika Komunitarji u nazzjonali. F’dan il-proċess, għandhom isiru sforzi biex tiġi promossa l-konverġenza ta’ l-informazzjoni statistika miġbura u l-possibbiltà tat-trattament xjentifiku tagħha.

(7)

Fid-dawl tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-piż tar-rispons, is-simplifikazzjoni u l-iffissar ta’ prijoritajiet fil-qasam ta’ l-istatistika Komunitarja, it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma dwar l-istatistika annwali tal-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-ħtieġa għal reviżjoni kontinwa tal-prijoritajiet ta’ l-istatistika, inkluż s-simplifikazzjoni tal-proċessi u t-tnaqqis ta’ rekwiżiti ta’ importanza li qed dejjem tonqos, bil-ħsieb li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli.

(8)

Biex jiżdiedu l-koerenza u l-effikaċja fil-miżuri Komunitarji għall-ibliet u jkun permess li jsir tqabbil affidabbli, hu meħtieġ għall-finijiet ta’ l-istatistika Komunitarja li jiġi definit aktar preċiżament x’wieħed ifisser b’ “zona urbana” u “agglomerazzjoni”

(9)

Peress l-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-istabbiliment tal-Programm Statistiku Komunitarju 2008 sa l-2012, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(10)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul ta’ żmien sħiħ tal-programm li għandu jkun il-punt ta’ referenza prinċipali għall-awtorità baġitarja, fis-sens tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (5).

(11)

Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 322/97, il-linji ta’ gwida għall-istabbiliment ta’ dan il-programm kienu ppreżentati lill-Kumitat tal-Programm Statistiku, lill-Kumitat Konsultattiv Ewropew dwar l-Informazzjoni Statistika fl-Isferi Ekonomiċi u Soċjali stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (6) u lill-Kumitat ta’ l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE (7),

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Stabbiliment tal-programm statistiku

Il-programm statistiku Komunitarju għall-perijodu mill-2008 sa l-2012 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-programm”) huwa b’dan stabbilit. Il-programm hu mniżżel fl-Annessi I u II.

L-Anness I jispeċifika l-approċċi, l-oqsma prinċipali u l-objettivi ta’ l-azzjonijiet previsti g]at-tul ta’ dak il-perijodu. L-Anness II jipprovdi taqsira tar-rekwiżiti statistiċi mill-perspettiva tal-bżonnijiet politiċi ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Prijoritajiet politiċi

1.   Filwaqt li jitqiesu r-riżorsi disponibbli ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u tal-Kummissjoni, il-programm għandu jkun iggwidat mill-prijoritajiet politiċi Komunitarji prinċipali ta’:

(a)

prosperità, kompetittività, innovazzjoni u tkabbir;

(b)

solidarjetà u żvilupp tal-bniedem;

(ċ)

koeżjoni ekonomika, soċjali u reġjonali, żvilupp sostenibbli u sfidi demografiċi;

(d)

sigurtà, u;

(e)

tkabbir ulterjuri ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Il-prijoritajiet globali u l-objettivi ġenerali fil-programm għandhom ikunu suġġetti għal ippjanar annwali dettaljat skond ir-Regolament (KE) Nru 322/97.

Artikolu 3

Governanza u Kwalità ta’ l-Istatistika

Il-programm għandu jiġi implimentat skond il-prinċipji tal-Kodiċi ta’ Prattika ta’ l-Istatistika Ewropea bil-ħsieb li tkun prodotta u disseminata statistika Komunitarja armonizzata u ta’ kwalità għolja, imqassma skond is-sessi, fejn xieraq, u biex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-sistema statistika Ewropea in ġenerali. L-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità statistika Komunitarja għandhom:

(a)

jistabbilixxu ambjent istituzzjonali u organizzattiv li jippromwovi l-effettività u l-kredibbiltà ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej ta’ l-istatistika li jipproduċu u jxerrdu l-istatistika uffiċjali; inkluża l-istatistika reġjonali bbażata fuq in-Nomenklatura ta’ l-Unitajiet Territorjali għall-Istatiska (NUTS);

(b)

josservaw l-istandards, il-linji gwida u l-prattika tajba Ewropej fil-proċessi użati mill-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji ta’ l-istatistika biex jorganizzaw, jiġbru, jipproċessaw u jxerrdu l-istatistika uffiċjali u jagħmlu sforz biex jiksbu reputazzjoni għal ġestjoni tajba u effiċjenti għat-tisħiħ tal-kredibbiltà ta’ dawn l-istatistiċi;

(ċ)

jiżguraw li l-istatistika Komunitarja tikkonforma ma’ l-istandards ta’ kwalità Ewropej u sservi l-ħtiġijiet ta’ l-utenti istituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-intrapriżi u l-pubbliku ġenerali;

(d)

jikkooperaw ma’ korpi statistiċi fil-livell internazzjonali biex jippromwovu l-użu tal-kunċetti, il-klassifikazzjonijiet u l-metodi internazzjonali konformi mal-Prinċipji Fundamentali ta’ l-Istatistika Uffiċjali adottati mill-Kummissjoni ta’ l-Istatistika tan-NU fl-14 ta’ April 1994, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati aktar koerenza u komparabbiltà aħjar bejn l-istatistika fil-livell globali;

(e)

jipprovdu, fejn mitlub u garantit, l-appoġġ tekniku meħtieġ fil-qasam ta’ l-organizzazzjoni ta’ l-istatistika, u jippermettu l-prattika tajba biex tiġi maqsuma ma’ korpi oħrajn jew ma’ pajjiżi terzi; u

(f)

jagħmlu enfasi fuq il-kwalità ta’ l-informazzjoni statistika, partikolarment l-affidabbiltà u l-komparabbiltà tagħha, bl-attenzjoni dovuta biex tiġi żgurata l-kontinwità kronoloġika tad-data miġbura u tal-possibiltà tal-proċess xjentifiku tagħha.

Artikolu 4

Prijoritizzazzjoni, effiċjenza u flessibbiltà

1.   Il-programm għandu jiżgura appoġġ statistiku kontinwu għad-deċiżjonijiet u l-evalwazzjonijiet fl-oqsma attwali tal-linji politiċi Komunitarji u jipprovdi appoġġ statistiku għal rekwiżiti addizzjonali importanti li ġejjin minn inizjattivi ta’ linji politiċi Komunitarji ġodda.

2.   Il-Kummissjoni għandha, fit-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma statistiċi annwali, tqis l-effettività fl-infiq ta’ l-istatistika prodotta u tiżgura reviżjoni kontinwa tal-prijoritajiet statistiċi, bil-ħsieb li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jiġi minimizzat il-piż impost fuq dawk li jieħdu sehem fl-istħarriġ. Il-prijoritizzazzjoni għandha timmira li tibbilanċja l-ispejjeż addizzjonali u l-piż għar-rekwiżiti statistiċi l-ġodda billi tnaqqas ir-rekwiżiti statistiċi f’setturi eżistenti ta’ statistika komunitarja u għandha titwettaq f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri.

3.   Fit-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma statistika annwali, il-Kummissjoni tista’ twettaq studji ex ante ta’ l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe attivtà statistika ġdida ppjanata li timponi piżijiet addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri.

4.   Il-programm għandu jiżgura l-iżvilupp ta’ strumenti għall-riprijoritizzazzjoni ta’ l-attivitajiet statistiċi, għaż-żieda fil-flessibbiltà tas-Sistema Statistika Ewropea u għat-titjib tal-kapaċità tagħha biex tissodisfa b’mod debitu l-ħtiġijiet li qed jinbidlu ta’ l-utenti.

5.   Il-programm għandu jiżgura t-trasparenza, b’qies partikolari, inter alia, ta’ l-Artikoli 1(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1104/2006 tat-18 ta’ Lulju li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità, fir-rigward ta’ l-aċċess għal data kunfidenzjali għal finijiet xjentifiċi (8).

Artikolu 5

Finanzjament

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm għall-perijodu 2008 sa l-2012 huwa b’dan stabbilit għal EUR 274 200 000.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-pakkett finanzjarju.

Artikolu 6

Rapporti

1.   Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lil-Kumitat tal-Programm Statistiku, għandha tippreżenta rapport ta’ progress intermedju u ppreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn Ġunju 2010. Dan ir-rapport għandu jindirizza b’mod partikolari l-perijodu tat-tieni nofs tal-programm attwali u l-kwistjoni tal-perijodu li ser jiġi kopert mill-programm statistiku pluriennali li jmiss, tenut kont tal–mandat tal-Parlament Ewropew. Fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tal-programm il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll analiżi preliminarja ta’ l-effetti kompetittivi fuq l-intrapriżi Żgħar u ta’ daqs medju li rriżultaw mill-qtugħ propost fil-piż amministrattiv, u tal-kondiviżjoni tal-piż finanzjarju bejn il-baġit Komunitarju u dak ta’ l-Istati Membri. Hija għandha wkoll tagħti attenzjoni speċjali lill-kwistjoni ta’ datasets, għodod u metodoloġiji meħtieġa li għandhom iservu bħala l-bażi għall-produzzjoni ta’ analiżi mingħajr preġudizzju u oġġettiva ta’ l-impatti soċjali u ekonomiċi ta’ oqsma importanti li jeħtieġu monitoraġġ u reviżjoni kostanti bħall-Politika Agrikola Komuni, is-servizzi fis-suq intern jew il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss.

2.   Fi tmiem il-perijodu kopert mill-programm, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Programm Statistiku, għandha tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-program, wara li tqis il-fehmiet ta’ esperti indipendenti. Dak ir-rapport għandu jitlesta sa l-aħħar ta’ l-2013 u sussegwentement jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Ir-rappurtar dwar l-eżitu tar-riprijoritizzazzjoni, inkluż estimi ta’ l-ispejjeż u l-piż għall-proġetti statistiċi u oqsma koperti minn dan il-programm statistiku, kif ukoll il-valutazzjoni ta’ bżonnijiet statistiċi emerġenti, b’mod partikolari għal linji politiċi Komunitarji ġodda għandhom jiffurmaw parti mir-rapport ta’ progress intermedju u r-rapport ta’ evalwazzjoni finali.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)   ĠU C 175, 27.7.2007, p. 8.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Diċembru 2007.

(3)   ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(4)   ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

(5)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(6)   ĠU L 59, 6.3.1991, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 97/255/KE (ĠU L 102, 19.4.1997, p. 32).

(7)   ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21.

(8)   ĠU L 197, 19.7.2006, p. 3.


ANNESS I

PROGRAMM STATISTIKU TA’ ĦAMES SNIN: KWISTJONIJIET TRASVERSALI

Dan l-Anness għandu x’jaqsam ma’ aspetti trasversali ta’ importanza strateġika għall-iżvilupp ta’ l-istatistika Komunitarja fil-perijodu medju għal dak fit-tul. Huwa jiddeskrivi l-ewwelnett, kif il-politika dwar l-istatistika fiha nnifisha tikkontribwixxi għall-integrazzjoni Ewropea; it-tieni, il-karatteristiċi ġenerali tas-Sistema Statistika Ewropea (SSE) u l-koperazzjoni ma’ l-utenti u l-produtturi; u t-tielet, l-istrumenti prinċipali użati mill-awtorità Komunitarja f’koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali. Għal kull wieħed minn dawn l-aspetti dan l-anness jipprovdi taqsira ta’ l-objettivi u l-inizjattivi prinċipali li jridu jittieħdu matul dan il-perijodu ta’ ħames snin.

1.   Ir-rwol ta’ l-istatistika fl-integrazzjoni Ewropea

Informazzjoni statistika affidabbli dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali fl-UE u l-komponenti tagħha fuq livell nazzjonali u reġjonali hija prekondizzjoni meħtieġa għall-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea. Din tipprovdi lill-istituzzjonijiet ta’ l-UE, l-Istati Membri u ċ-ċittadini bil-mezzi fattwali meħtieġa biex jivvalutaw il-ħtieġa għal inizjattivi politiċi Ewropej u l-progress tagħhom. Statistika armonizzata u kumparabbli hija wkoll indispensabbli biex il-pubbliku ġenerali jifhem l-Ewropa, għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fid-dibattitu u l-proċess demokratiku dwar il-ġejjieni ta’ l-Ewropa u għall-parteċipazzjoni ta’ l-operaturi ekonomiċi fis-suq intern.

L-approfondiment u t-tkabbir ta’ l-UE huma riflessi fl-SSE (Sistema Statistika Ewropea) innfisha: L-istrateġiji u l-miżuri ta’ l-SSE jinkludu l-armonizzazzjoni kontinwa ta’ kunċetti, definizzjonijiet u metodi, u, jekk ikun meħtieġ, l-integrazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ sistemi interoperabbli komuni. Madankollu, l-SSE għandha bżonn tiżviluppa ulterjorment l-istrutturi, l-istrateġiji u l-miżuri tagħha biex ikun żgurat li s-sistema żżomm u tiżviluppa l-kwalità u l-effettività neċessarji biex tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ l-utenti. Fost oħrajn, ir-riċerka fl-istatistika uffiċjali tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp ulterjuri ta’ l-infrastruttura, l-effiċjenza u l-kwalità ta’ l-istatistika Komunitarja.

L-objettivi fil-perijodu tal-programm huma:

aktar armonizzazzjoni, żvilupp u implimentazzjoni tal-“lingwa statistika komuni” tal-kunċetti, klassifikazzjonijiet u metodoloġiji. Fost l-aktar azzjonijiet importanti f’dan il-qasam hija r-reviżjoni tas-Sistema Ewropea tal-Kontabbiltà u l-implimentazzjoni tan-NACE Rev. 2 ta’ l-attivitajiet ekonomiċi;

jiġi żviluppat reġistru statistiku Ewropew ta’ gruppi intraprenditorjali multinazzjonali u dan għandu jiġi integrat fil-proċessi produttivi statistiċi;

aktar żvilupp u implimentazzjoni ta’ l-istandards u l-għodda komuni għall-iskambju effiċjenti u mingħajr periklu ta’ data u metadata statistiċi fl-SSE f’koperazzjoni ma’ servizzi rilevanti oħra tal-Kummissjoni, mas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawn l-istandards għandhom jiġu infurzati fis-setturi rilevanti kollha;

żvilupp u implimentazzjoni ta’ repositorju tal-metadata – disponibbli għall-utenti kif ukoll għall-produtturi – biex jgħaqqad fih id-data u l-metadata għaċ-ċiklu sħiħ tal-produzzjoni tad-data;

il-promozzjoni ta’ aktar użu ta’ l-Internet – mhux biss bl-iskop ta’ tixrid għall-benefiċċju ta’ l-utenti finali, imma wkoll għal partijiet oħra tal-proċess produttiv statistiku;

żvilupp u implimentazzjoni ta’ linji politiċi u għodod għall-ġestjoni tal-kunfidenzjalità armonizzata fl-SSE. B’mod partikolari, ser jiġu żviluppati u implimentati mezzi armonizzati ta’ l-aħjar aċċess għal riċerkaturi awtorizzati għal mikro data anonimizzata miġbura għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja. Ir-riskju ta’ żvelar għandu jkun valutat b’mod adegwat, u ser jiġu żviluppati mezzi tekniċi biex jiġi faċilitat l-aċċess għad-data statistika u l-kondiviżjoni tagħha;

żvilupp tal-mezzi għall-iskambju ta’ l-għodda fl-SSE. Għal dan il-għan għandha ssir promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-Open Source Software (OSS);

jiġu stabbiliti l-mezzi biex isir użu operattiv aħjar tar-riżultati mir-riċerka ta’ l-istatistika uffiċjali.

2.   Relazzjonijiet mal-partijiet interessati

2.1.   Is-Sistema Statistika Ewropea (SSE)

L-Eurostat huwa responsabbli biex jiggarantixxi l-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja għal finijiet tal-politika ta’ l-UE. Produzzjoni effiċjenti ta’ l-istatistika Komunitarja koperta minn dan il-programm, fejn l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri huma responsabbli għall-produzzjoni ta’ statistika nazzjonali armonizzata u fejn l-Eurostat huwa responsabbli għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja fuq il-bażi ta’ data pprovduta fil-biċċa l-kbira tagħha mill-awtoritajiet statistiċi nazzjonali, titlob koperazzjoni kordinata u mill-qrib. Din il-koperazzjoni tinkiseb permezz ta’l-SSE.

L-SSE hija l-partenarjat li jinkludi l-Eurostat, l-istituti statistiċi nazzjonali u korpi statistiċi nazzjonali oħra responsabbli f’kull Stat Membru għall-produzzjoni u t-tixrid ta’ l-istatistika Ewropea f’konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi ta’ Prattika ta’ l-Istatistika Ewropea. L-Eurostat jiggarantixxi l-ġestjoni u l-koordinazzjoni meħtieġa għal din l-istruttura sabiex tkun żgurata l-proviżjoni f’waqtha ta’ statistika b’appoġġ għall-ħtiġijiet politiċi ta’ l-UE.

L-iskambju ta’ l-esperjenza, l-aħjar prattika, l-għarfien tekniku u t-teknika metodoloġika prinċipali fost il-membri ta’ l-SSE huwa wkoll element fundamentali tal-funzjonament mingħajr xkiel tas-sistema. Dan huwa promoss permezz ta’ l-iżvilupp tal-Programm Ewropew ta’ Taħriġ Statistiku.

L-objettivi fil-perijodu tal-programm huma:

li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu l-inizjattivi adatti lejn konformità mal-Kodiċi ta’ Prattika ta’ l-Istatistika Ewropea;

li jiġi stabbilit Bord Konsultattiv dwar it-Tmexxija Statistika Ewropea sabiex tikkomplementa l-istruttura ta’ tmexxija;

li jiġi esplorat tikkettar ta’ kwalità ta’ l-aggregati statistiċi uffiċjali Ewropej fl-istudji ta’ fattibbiltà għall-iżvilupp ta’ proċeduri, standards u kriterji adatti għal dak il-fini;

li jiġi żgurat li l-Programm Ewropew ta’ Taħriġ Statistiku jimmira li jtejjeb il-kwalità ġenerali ta’ l-istatistika Ewropea billi jgħolli l-kwalifiki ta’ l-istatiċisti, jippromwovi l-indipendenza tagħhom, jinkoraġġixxi kemm it-taħriġ teoretiku kif ukoll it-taħriġ prattiku u l-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ l-aħjar prattika.

2.2.   Koperazzjoni ma’ l-utenti

Huwa importanti ħafna li jkun hemm djalogu kontinwu u mill-qrib ma’ l-utenti ta’ l-istatistika Komunitarja dwar il-ħtiġijiet tagħhom, l-użu li fil-fatt isir mill-istatistika u l-prijoritajiet. Il-koperazzjoni attwali ma’ l-utenti hija ta’ benefiċċju u tinkludi fost oħrajn l-attivitajiet tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew dwar l-Informazzjoni Statistika fl-Isferi Ekonomiċi u Soċjali (CEIES) (1), il-koperazzjoni mal-federazzjonijiet Ewropej tan-negozju u d-diskussjonijiet formali tal-programm ta’ ħidma statistika mas-servizzi tal-Kummissjoni. Madankollu, hekk kif in-numru ta’ utenti ta’ l-istatistika Komunitarja jiżdied u l-utenti jsiru aktar differenti fil-ħtiġijiet tagħhom, l-Eurostat għandu jkompli jsaħħaħ id-djalogu bejn l-SSE u l-utenti tagħha.

L-objettivi fil-perijodu tal-programm huma:

titnaqqas id-distanza bejn l-utenti u l-produtturi billi tittejjeb il-komunikazzjoni mal-gruppi u n-netwerks differenti ta’ l-utenti;

tiġi implimentata investigazzjoni proattiva dwar il-ħtiġijiet ta’ l-utenti. B’hekk is-Sistema Statistika Ewropea tkun tista’ tirrispondi b’mod aktar effettiv għall-ħtiġijiet emerġenti;

tiġi msaħħa s-CEIES u b’hekk l-iżvilupp ta’ l-istatistika Komunitarja jkun jista’ jsir aktar orjentat lejn il-ħtiġijiet ta’ l-utenti.

2.3.   Koperazzjoni teknika ma’ terzi pajjiżi

L-interazzjoni bejn l-UE u pajjiżi ġirien u ma’ reġjuni u pajjiżi oħra fid-dinja kollha tirrikjedi statistika uffiċjali affidabbli dwar il-kondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali f’dawk il-pajjiżi. Għandha sseħħ koperazzjoni teknika komprensiva sabiex tinbena l-kapaċità statistika ta’ dawk il-pajjiżi u tkun ipprovduta l-istatistika meħtieġa għall-ġestjoni tal-politika ta’ l-UE. Dan japplika speċjalment fil-każ tal-pajjiżi kandidati ta’ l-UE. Dik il-koperazzjoni tinvolvi l-kompetenzi ta’ bosta msieħba fl-SSE.

L-objettiv fil-perijodu tal-programm huwa:

li jiġu mħejjija u implimentati programmi ta’ żvilupp reġjonali u tkun żgurata r-rabta mill-qrib bejn l-azzjonijiet statistiċi u l-objettivi usa’ tal-programmi ta’ l-UE.

2.4.   Koperazzjoni ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali

L-istatistika ma tridx tkun biss kumparabbli bejn l-Istati Membri ta’ l-UE, imma anki fil-livell internazzjonali usa’, u bosta setturi ta’ l-SSE huma bbażati fuq metodoloġija miftehma internazzjonalment. F’bosta każijiet l-SSE tieħu r-riedni f’idejha u tiżviluppa standards qabel ma jidħlu dawk globali. F’każijiet bħal dawn huwa essenzjali li l-metodoloġiji globali iqisu l-iżviluppi Ewropej. Il-koperazzjoni internazzjonali tinkludi wkoll il-ġestjoni konġunta ta’ proġetti prinċipali u l-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ ħidma u attivitajiet ta’ ġbir ta’ data sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ l-isforzi.

L-esperjenza uriet li pożizzjoni koordinata u komuni hija importanti biex il-prijoritajiet ta’ l-UE jkollhom impatt fuq l-aġenda u l-iżvilupp u l-armonizzazzjoni tas-sistemi statistiċi internazzjonali. Għal dik ir-raġuni, ingħata bidu għal tħejjija u koordinazzjoni intensifikati tal-pożizzjonijiet ta’ l-UE qabel ma jsiru laqgħat internazzjonali ta’ livell għoli.

L-objettivi fil-perijodu tal-programm huma:

li jkun żgurat li l-UE tkun rrappreżentata b’mod konsistenti u, fejn ikun il-każ, tikkoordina l-pożizzjonijiet tagħha fl-aktar fora statistiċi internazzjonali importanti u fi kwistjonijiet ta’ prijorità għall-politika ta’ l-UE; u

il-promozzjoni tal-koperazzjoni u l-koordinazzjoni internazzjonali tal-programmi ta’ ħidma sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol u titjieb il-komparabbiltà ta’ l-istatistika internazzjonali.

3.   Strumenti

3.1.   Leġislazzjoni aħjar

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 322/97 jindika tliet tipi ta’ “azzjonijiet statistiċi individwali” li jistgħu jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programm statistiku Komunitarju: l-ewwel, leġiżlazzjoni adottata skond il-proċedura kodeċiżjonali, li biha l-Kummissjoni tista’ tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni; it-tieni, azzjonijiet li jittieħdu direttament mill-Kummissjoni, taħt ċirkustanzi limitati ħafna: l-azzjoni ma tistax iddum għal aktar minn sena, id-data li trid tinġabar għandha tkun faċilment disponibbli jew aċċessibbli fl-awtoritajiet nazzjonali responsabbli, u kull spiża addizzjonali mwettqa fil-livell nazzjonali b’riżultat ta’ l-azzjoni trid titħallas mill-Kummissjoni; it-tielet, isiru ftehimiet bejn l-Eurostat u l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri.

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat għandu jkun l-għażla preferuta fil-parti l-kbira tas-sitwazzjonijiet meta l-ġbir ta’ l-istatistika jkun meħtieġ. Dan ikun ibbażat fuq politika leġislattiva realistika f’konformità mal-politika tal-Kummissjoni għal leġislazzjoni aktar sempliċi u mmirata tajjeb. L-inizjattivi leġislattivi ġodda għandhom jitħejjew b’mod eżawrjenti mal-partijiet interessati u għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ l-utenti, jevitaw piż eċċessiv fuq dawk li jieħdu sehem fl-istħarriġ, jieħdu kont dovut tal-prijoritajiet, l-ispejjeż u l-possibiltajiet għall-ikkunsinnar.

L-objettivi fil-perijodu tal-programm huma li jittieħdu inizjattivi sabiex:

jiġi sostitwit ftehim b’leġislazzjoni Komunitarja f’ċerti oqsma ta’ produzzjoni regolari ta’ statistika Komunitarja li jkunu laħqu livell ta’ maturità suffiċjenti;

il-leġiżlazzjoni tiġi fformulata mill-ġdid u ssimplifikata f’oqsma statistiċi b’leġiżlazzjoni Komunitarja kumplessa, ser jittieħdu inizjattivi; u

titħassar jew tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni f’oqsma statitistiċi fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja ma tirriflettix b’mod effettiv il-ħtiġijiet ta’ l-utenti, il-prijoritajiet u l-kuntest soċjo-ekonomiku u teknoloġiku.

3.2.   Monitoraġġ tal-Konformità

Il-kwalità ta’ l-istatistika Komunitarja tinkludi – apparti r-rekwiżiti xjentifiċi – il-ħtieġa fundamentali ta’ konformità mal-prinċipji tat-Trattat u l-leġiżlazzjoni sekondarja. Għalhekk, monitoraġġ vigoruż u sistematiku ta’ l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni huwa prijorità. Għandha tkun segwita strateġija ta’ konformità globali u koerenti strutturata madwar il-prinċipji ta’ politika leġislattiva realistika, l-obbligu ta’ l-Istati Membri biex japplikaw sistematikament il-leġiżjazzjoni statistika u monitoraġġ koerenti u sistematiku tal-konformità. Parti mill-proċess ta’ konformità għandha tkun il-kuntatti mill-qrib ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti matul il-fażijiet kollha.

L-objettiv fil-perijodu tal-programm huwa:

li jkun żgurat il-monitoraġġ sistematiku tal-konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja.

3.3.   Abbiltà akbar biex il-ħtiġijiet ta’ l-utenti jkunu sodisfati

Sabiex jittejjeb is-servizz statistiku għall-utenti, u sabiex tittejjeb l-effiċjenza għall-SSE kollha kemm hi, hija meħtieġa attenzjoni aktar b’saħħitha fuq il-ħtiġijiet bażiċi għall-politika Ewropea. F’każijiet speċifiċi din ser tkun ibbażata fuq “l-approċċ Ewropew lejn l-istatistika”, strateġija pragmatika biex tiffaċilita il-kompilazzjoni ta’ l-aggregati statistiċi Ewropej li huma ta’ importanza partikolari għall-politika Komunitarja. Iridu jissaħħu wkoll il-flessibbiltà ta’ l-SSE u l-kapaċità tagħha biex tissodisfa minnufih ir-rekwiżiti ġodda ta’ l-utenti.

L-objettivi fil-perijodu tal-programm huma:

it-titjib fil-koerenza fis-sistemi statistiċi sabiex tisaħħaħ il-kapaċità biex ir-rekwiżiti ta’ l-utenti jkunu sodisfatti billi jiġu magħquda flimkien sorsi statistiċi differenti;

jiġi estiż l-użu ta’ moduli ad-hoc fi stħarriġ Komunitarji f’każijiet speċifiċi, u b’hekk tiżdied l-abbbiltà ta’ rispons għal ħtiġijiet ġodda;

tintuża d-differenzazzjoni tar-rekwiżiti skond il-piż tal-pajjiżi fl-aggregati statistiċi Ewropej b’mod prevalenti, u b’hekk jitnaqqsu b’mod sinifikattiv l-ispejjeż għal xi awtoritajiet nazzjonali u l-piż fuq dawk li jieħdu sehem fl-istħarriġ u tittejjeb il-prontezza ta’ l-aggregati statistiċi ta’ l-UE; u

jintużaw f’każijiet speċifiċi kampjuni Ewropej maħsuba biex jipprovdu data ta’ kwalità tajba fil-livell ta’ l-aggregati Ewropej, u b’hekk tittejjeb il-koerenza u l-komparabbiltà u jiġu simplifikati l-proċessi tal-produzzjoni.

3.4.   Appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-objettivi Komunitarji

Sabiex tiżgura s-sodisfazzjoni f’waqtha tal-bżonnijiet ta’ l-utenti, il-Kummissjoni tista’ tappoġġa l-iżvilupp ta’ l-istatistika u l-akkumulazzjoni tal-kapaċità fl-SSE permezz ta’ l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz jew il-konklużjoni ta’ ftehimiet għal għotjiet. Dan l-appoġġ ser iqis il-kondiviżjoni tal-piż finanzjarju bejn il-baġits ta’ l-UE u dawk ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-programm (kif ukoll tas-sitwazzjoni individwali ta’ l-Istati Membri, b’mod partikolari fil-każijiet fejn jintuża l-approċċ Ewropew għall-istatistika.

L-objettivi fil-perijodu tal-programm huma:

jingħataw kuntratti ta’ servizz u ftehim għal għotjiet bil-ħsieb li jiġu żgurati l-aqwa żvilupp ta’ l-istatistika u l-akkumulazzjoni tal-kapaċità fl-SSE, bl-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli;

isiru sforzi għar-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ ġestjoni ta’ l-għotjiet mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2).

3.5.   L-użu tal-ħila teknika ta’ l-imsieħba għal għanijiet Komunitarji

Il-kisba ta’ l-objettivi ta’ l-SSE u l-iżgurar tat-titjib meħtieġ fil-programmi, il-proċessi u l-prodotti biex ikunu ssodisfati l-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu ta’ l-utenti mhux biss jirrikjedu riżorsi suffiċjenti iżda anki l-kreattività u l-kompetenza ta’ l-SSE kollha. Għalhekk, ser jiġu stabbiliti modi ġodda ta’ kif tiġi strutturata l-organizzazzjoni prattika ta’ ċerti attivitajiet – bl-użu tal-ħila teknika u l-aħjar prattika meta dawn ikunu disponibbli – sabiex jinħolqu s-sinerġiji u jittejbu l-effiċjenza u l-kwalità ġenerali.

L-objettiv fil-perijodu tal-programm huwa:

li jiġu stabbiliti jew żviluppati iktar strutturi, għodda u proċessi konġunti (per eżempju, s-SSEnet – netwerks ta’ kollaborazzjoni bejn is-sieħba ta’ l-SSE bl-għan li jiġi evitat ix-xogħol doppju, u għalhekk, li tiżdied l-effiċjenza), bl-involviment ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u s-servizzi rilevanti tal-KE u bl-iffaċilitar ta’ l-ispeċjalizzazzjoni ta’ ċerti Stati Membri f’attivitajiet statistiċi speċifiċi għall-benefiċċju ta’ l-SSE ġenerali.

3.6.   Disseminazzjoni

L-objettivi u l-għodda tat-tixrid se jsirilhom tibdil sostanzjali matul il-perijodu tal-programm u dan mhux biss ser jibdel in-natura tal-funzjoni tat-tixrid infisha b’mod sinifikanti, imma ser iħalli wkoll impatt sinifikanti fuq il-fażijiet l-oħra tal-proċess statistiku tal-produzzjoni.

L-evoluzzjoni mgħaġġla tal-kapaċità u d-disponibbiltà ta’ l-Internet ser jagħmluh l-għodda primarja għat-tixrid tad-data statistika fil-ġejjieni. L-Internet ser iżid b’mod sinifikanti l-komunità ta’ l-utenti potenzjali u b’hekk joħloq opportunitajiet ġodda għat-tixrid. Barra dan, joħloq il-possibbiltà għal koperazzjoni intensifikata bejn l-Eurostat u l-istituti statistiċi nazzjonali. Madankollu, l-Internet ser jintroduċi wkoll sfidi ġodda sinifikanti għall-preżentazzjoni ta’ data li tkun faċli biex tintuża u li tgħin lill-utenti jsibu, jesponu u jifhmu l-istatistika. It-tixrid eżistenti ta’ pubblikazzjonijiet fuq il-karta u medja elettronika offline ser ikollu jevolvi f’għodda supplementari ta’ tixrid. Strutturi adegwati li jappoġġjaw lill-utent u komunikazzjoni ma’ gruppi ta’ utenti huma elementi importanti ta’ tixrid effettiv.

L-objettivi fil-perijodu tal-programm huma:

li s-sit ta’ l-Internet ta’ l-Eurostat jevolvi f’termini ta’ kontenut, faċilità ta’ l-użu u l-funzjonalità, u b’hekk jikkorrispondi ma’ l-aħjar prattika;

tiżdied il-koperazzjoni ma’ pjattaformi oħra ta’ tixrid ta’ l-SSE u ta’ servizzi oħra tal-KE sabiex jiġi faċilitat l-użu tas-siti ta’ l-Internet u jittejjeb il-valur ta’ l-informazzjoni statistika għall-utenti.

3.7.   Il-bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji

L-SSE trid tgħasses b’viġilanza l-bilanċ bejn il-bżonn għal informazzjoni għal finijiet ta’ politika Komunitarja u r-riżorsi meħtieġa fil-livell ta’ l-UE, dak nazzjonali u dak reġjonali biex tiġi pprovduta din l-informazzjoni. Il-proviżjoni ta’ riżorsi adegwati fil-kuntest nazzjonali huwa ta’ importanza partikolari biex jiġu milħuqa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni ta’ statistika tad-deċiżjonijiet politiċi ta’ l-UE. Madankollu, huwa wkoll importanti li tinżamm flessibbiltà biżżejjed biex l-awtoritajiet nazzjonali jitħallew jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni statistika tal-Komunità bl-aktar mod kost-effettiv.

L-istipular tal-prijoritajiet għandu jkun ibbażat fuq tliet prinċipji gwida ta’ livell għoli:

il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ l-utenti, inkluża r-rilevanza tat-tfassil tal-politika fil-livell Komunitarju;

valutazzjonijiet ta’ l-implikazzjonijiet ta’ l-ispiża għal dawk li jieħdu sehem fl-istħarriġ, għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni bl-użu, per eżempju, tal-Mudell ta’ Spiża Netta ta’ l-UE, jew il-Mudell ta’ Spiża Standard;

valutazzjoni ta’ kwistjonijiet statistiċi speċifiċi ta’ importanza għall-kost-effettività ta’ statistika partikolari, inkluż il-kompromess bejn il-komponenti differenti tal-kwalità statistika, per eżempju “il-preċiżjoni” u “l-prontezza”, u l-possibbiltajiet għal obbligi ta’ rappurtar flessibbli b’attenzjoni fuq il-ħtiġijiet prinċipali Ewropej.

Sabiex tiġi massimizzata l-kost-effettività ġenerali u tiġi insegwita prijoritizzazzjoni bilanċjata ta’ l-attivitajiet fil-programmi ta’ ħidma statistiċi annwali, dawn il-prinċipji għandhom ikunu applikati b’mod trasparenti u skond linji gwida prattiċi li għandhom jiġu żviluppati u miżmuma mill-Eurostat f’koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistika.

L-objettivi fil-perijodu tal-programm huma:

li jiġu stabbiliti metodi għal reviżjonijiet pass b’pass fil-fond ta’ setturi eżistenti ta’ l-istatistika Komunitarja u għall-valutazzjoni ta’ talbiet ġodda jew sostanzjalment mibdula mingħand l-utenti. Dan ser ikun importanti għat-titjib kontinwu ta’ l-istatistika Komunitarja, b’hekk tiġi żgurata l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti li jistgħu jitnaqqsu jew jitwaqqfu, u għall-introduzzjoni ta’ inizjattivi statistiċi riveduti jew ġodda;

li l-oqsma kollha koperti minn dan il-programm statistiku ikunu suġġetti għal analiżi ta’ effettività fl-infiq, li tibda bi stima tal-piż ta’ l-ispejjeż, li tippermetti riprijoritiżżazzjoni sistematika qabel it-tmiem tal-perijodu tal-programm 2008-2012. Pjan ta’ azzjoni għall-proċess kollu ser jiġi mniedi fi żmien l-ewwel sitt xhur tal-perijodu tal-programm 2008-2012;

li l-proġetti statistiċi ġodda kollha jew ir-reviżjonijiet prinċipali ta’ l-istatistika eżistenti li x’aktarx jimponu piż addizzjonali sinifikanti fuq il-fornituri tad-data, b’mod partikolari l-intrapriżi, ikunu suġġetti għal analiżi ta’ l-effettivitaà fl-infiq qabel l-implimentazzjoni tagħhom;

li jiġu stabbiliti miri għal-limitazzjoni jew it-tnaqqis ta’ l-ispejjeż ġenerali u l-piż biex jiggwidaw il-proċess ta’ reviżjoni u prijoritizzazzjoni mill-ġdid;

li jiġi żgurat li l-piż tar-rappurtar ikun proporzjonat għall-bżonnijiet ta’ l-utenti u mhux eċċessiv għal dawk li jieħdu sehem fl-istħarriġ, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Ser jiġu attwati miżuri għall-monitoraġġ tiegħu u jitpoġġew fil-prattika mezzi għall-minimizzar ta’ tali piż. L-użu akbar ta’ data amministrattiva għal finijiet statistiċi ser ikun strument importanti fir-rigward ta’ dan; u

li tintuża, sa fejn hu possibbli, id-data eżistenti biex jiġu sodisfatti rekwiżiti statistiċi ġodda.


(1)  Il-Kummissjoni ipproponiet is-sostituzzjoni tas-CEIES mill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Istatistika Ewropea.

(2)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS II

PROGRAMM STATISTIKU TA’ ĦAMES SNIN: OBJETTIVI U AZZJONIJIET

Dan l-Anness jipprovdi taqsira tal-ħtiġijiet u r-rekwiżiti statistiċi mill-perspettiva tal-ħtiġijiet politiċi ta’ l-Unjoni Ewropea. Wara l-ewwel taqsima li tittratta attivitajiet statistiċi trasversali li jappoġġaw il-prijoritajiet politiċi ġenerali, dawn il-ħtiġijiet huma klassifikati skond it-Titoli identifikati fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat tal-KE). Dan jista’ jwassal għal xi repetizzjonijiet għaliex uħud mill-attivitajiet statistiċi jikkontribwixxu għal aktar minn Titolu wieħed. Għal kull settur politiku dan l-Anness jipprovdi l-qafas legali, is-sitwazzjoni attwali u l-inizjattivi prinċipali li ser jittieħdu matul dan il-perijodu ta’ ħames snin.

Il-prijoritajiet, definiti mill-Kummissjoni, għandhom ikunu diskussi kull sena ma’ l-Istati Membri sabiex jiġu effettwati proposti għas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti statistiċi li għandhom jiġu integrati fil-proċess ta’ l-adozzjoni ta’ bażijiet legali ġodda u l-miżuri implimentattivi tagħhom. L-aħjar prattika fil-ġbir tad-data ser tkun diskussa u skambjata regolarment bejn l-Istati Membri sabiex jiġu promossi s-simplifikazzjoni u l-immodernizzar tal-metodi tal-ġbir tad-data għat-tħaffif tal-piż fuq dawk li jieħdu sehem fl-istħarriġ.

ATTIVITAJIET STATISTIĊI TRANSEZZJONALI LI JAPPOĠĠAW IL-PRIJORITAJIET POLITIĊI ĠENERALI TAL-KOMUNITÀ

Indikaturi strutturali u indikaturi ta’ l-iżvilupp sostenibbli

Il-qafas legali

L-Istrateġija ta’ Liżbona adottata mill-Kunsill Ewropew tat-23 u tal-24 ta’ Marzu 2000 tipprovdi l-bażi għal indikaturi strutturali prinċipalment orjentati lejn tkabbir ekonomiku u impjiegi kif stabbilit fil-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Imjiegi fl-2005 (Artikolu 99 tat-Trattat tal-KE). L-indikaturi ta’ l-iżvilupp sostenibbli ingħataw pedament ġdid permezz ta’ l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tal-15 u s-16 ta’ Ġunju 2006.

Is-sitwazzjoni attwali

Huma meħtieġa statistika u indikaturi għall-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni u l-impatt kemm ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona kif ukoll ta’ l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli, it-tnejn ta’ natura trasversali. L-iżviluppi jibqgħu jiġu introdotti fuq bażi kontinwa biex is-settijiet ta’ indikaturi jkunu aġġustati għall-ħtiġijiet attwali u biex tittejjeb il-kwalità ta’ l-informazzjoni provduta lill-pubbliku ġenerali.

Uħud mill-oqsma – bħal ma huma dawk tas-sikurezza u l-kwalità ta’ l-ikel, is-sustanzi kimiċi u l-pestiċidi, is-saħħa u l-ambjent, ir-responsabbiltà korporattiva, il-bijodiversità, ir-riżorsi naturali, it-trasport, l-ekosistemi marittimi, il-governanza tajba u s-servizzi finanzjarji – għadhom mhumiex koperti mill-indikaturi b’mod adegwat.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012

Indikaturi ta’ l-iżvilupp sostenibbli u strutturali ser jiġu aġġustati għal ħtiġijiet emerġenti ġodda ta’ l-utenti u għal programmi nazzjonali speċifiċi, filwaqt li jitqiesu l-oqfsa ġenerali bħall-Kontijiet Nazzjonali;

Ser ikun żviluppati indikaturi ġodda ta’ l-iżvilupp sostenibbli f’koperazzjoni ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni u ma’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex ikun hemm rispons aħjar għall-ħtiġijiet eżistenti u tal-futur, partikolarment fl-oqsma tas-sikurezza u l-kwalità ta’ l-ikel, is-sustanzi kimiċi u l-pestiċidi, is-saħħa u l-ambjent, ir-responsabbiltajiet korporattivi, il-bijodiversità, ir-riżorsi naturali, it-trasport, l-ekosistemi tal-baħar, l-użu ta’ l-art u l-governanza tajba. It-tqassim reġjonali se jkun żviluppat aktar kif xieraq;

Ser tittejjeb il-kwalità ta’ l-indikaturi eżistenti u l-informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-indikaturi ppubblikati għandha titlesta;

Ser tittejjeb il-komunikazzjoni kemm dwar l-indikaturi strutturali kif ukoll dwar l-indikaturi ta’ l-iżvilupp sostenibbli, f’konformità ma’ l-importanza ta’ l-istrateġiji sottostanti.

Tkabbir

Il-qafas legali

Għan-negozjati dwar l-adeżjoni, il-Kummissjoni trid tkun tista’ tirrikorri għal sett komplut ta’ statistika affidabbli, metodoloġikament kumparabbli ma’ dik l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea. L-assistenza statistika lil Stati Membri ġodda, pajjiżi kandidati u dawk pre-kandidati hija regolata minn qafas legali b’saħħtu li jinkludi l-Atti ta’ l-Adeżjoni u r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument ta’ Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (1).

Is-sitwazzjoni attwali

Filwaqt li tissodisfa l-objettivi tagħha fil-qasam ta’ l-assistenza statistika, l-Unjoni tinsab għalhekk wiċċ imb’wiċċ ma’ sfidi pjuttost differenti:

l-integrazzjoni tal-membri potenzjali l-ġodda fil-mekkaniżmi Komunitarji kollha, inklużi, per eżempju, il-baġits tar-riżorsi proprji u l-fondi strutturali u l-kwistjonijiet u l-programmi l-oħra kollha,

it-tħejjija kif jixraq tal-kandidati qabel l-adeżjoni tagħhom billi tieħu sehem fil-proċess tan-negozjati u ssegwi l-impenni li jkunu għamlu matul in-negozjati sa ma sseħħ l-adeżjoni tagħhom, u

it-tkomplija tat-tħejjija tal-bqija tal-kandidati u tgħinhom jiksbu konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja attwali.

Dan ipoġġi pressjoni kbira fuq il-produzzjoni statistika tal-kandidati. Statistika ekonomika bażika hija indispensabbli, inkluż it-tixrid settorjali u reġjonali tal-prodott gross domestiku, il-popolazzjoni, l-impjieg eċċ. Statistika ewlenija oħra tinkludi dik li tkejjel l-implimentazzjoni tas-suq intern, bħan-negozju f’merkanzija, in-negozju f’servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment, il-bilanċ tal-ħlasijiet, il-flussi ta’ kapital, il-mobbiltà tal-persuni, l-istruttura u l-produzzjoni industrijali eċċ. Barra dan, hemm rekwiżiti għal statistika f’setturi li huma sensittivi għan-negozjati ta’ l-adeżjoni, li jappoġġjaw l-elementi politiċi ewlenin ta’ l-UE bħall-agrikoltura, it-trasport, ir-reġjuni u l-ambjent.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012

Ser jiġi kkonsolidat il-ġbir ta’ data komparabbli għal-linji politiċi ewlenin għan-negozjati u l-finijiet interni tal-Kummissjoni;

Ser titkompla l-assistenza lil Stati Membri ġodda, pajjiżi kandidati u dawk pre-kandidati sabiex is-sistemi statistiċi tagħhom jiġu aġġustati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti Komunitarji.

TITOLU I

MOVIMENT LIBERU TAL-MERKANZIJA

Il-qafas legali

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KE: L-Artikolu 133 (il-politika kummerċjali komuni).

L-atti ġuridiċi li jkopru l-oqsma statistiċi relevanti: Ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-istatistika Komunitarja fir-rigward tan-negozju f’merkanzija bejn l-Istati Membri (2); ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Jannar 2005, dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-bilanċ tal-ħlasijiet, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani (3).

Is-sitwazzjoni attwali

L-aġġustamenti tal-leġiżlazzjoni statistika tan-negozju prinċipalment fir-rigward tar-regolament ta’ Intrastat, l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ rappurtar ta’ l-Intrastat fl-Istati Membri l-ġodda u t-tnaqqis ta’ l-elementi fin-Nomenklatura Magħquda kienu kisbiet prinċipali matul l-aħħar perijodu tal-programm. Dawn l-iżviluppi nkisbu sabiex ikunu moqdija aħjar il-ħtiġijiet ta’ l-utenti ta’ data statistika fil-livell Komunitarju kif ukoll fil-livell ta’ l-Istati Membri billi għamlu possibbli l-interpretazzjoni adatta ta’ l-iżviluppi makroekonomiċi u l-valutazzjoni tal-kompetittività ta’ l-UE u ta’ l-Istati Membri. Fl-istess ħin, ġew ottimizzati l-ġbir u l-ipproċessar tad-data statistika u, bħala riżultat, tnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq min jipprovdi l-informazzjoni statistika. Dawn ir-riżultati huma b’mod ġenerali konformi ma’ l-objettivi ta’ l-aġenda ta’ Liżbona.

L-għan fil-perijodu mill-2008 sa l-2012 ser ikun li jitkompla ulterjorment l-isforz għal simplifikazzjoni, l-armonizzazzjoni tat-tipi differenti ta’ statistika fir-rigward tal-movimenti internazzjonali ta’ merkanzija u l-istatistika dwar il-bilanċ tal-ħlasijiet, filwaqt li fl-istess ħin jiġu esplorati possibiltajiet li jintrabtu flimkien id-data statistika kummerċjali u n-Nomenklaturi ma’ tipi oħra ta’ statistika, prinċipalment ma’ statistika dwar in-negozju jew in-Nomenklaturi ta’ l-attivitajiet industrijali. L-eżitu ser ikun pass ulterjuri ’l quddiem lejn qafas aktar simplifikat, trasparenti u komprensibbli għall-kompilazzjoni u l-użu ta’ statistika kummerċjali, u dan ikompli jnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-intrapriżi u b’hekk titħeġġeġ il-pożizzjoni kompetittiva ta’ l-ekonomija Ewropea. Fl-istess ħin l-interkonnettività bejn it-tipi differenti ta’ statistika għandha toħloq il-possibbiltà ta’ l-użu ta’ metodi ġodda ta’ analizzar ta’ żviluppi ekonomiċi u strutturali u ta’ l-użu sostenibbli tar-riżorsi fl-UE.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012

Il-Kummissjoni ser tipproponi sistema tal-fluss uniku jew l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe metodu ieħor li jwassal għal tnaqqis sinifikanti fil-piż tar-rispons statistiku għall-INTRASTAT sa l-2010 filwaqt li jkunu kkunsidrati l-istudji tal-fattibbiltà dwar il-kwalità, inkluż il-prontezza, ta’ l-istatistika.

Ser jiġu żviluppati metodi u għodda li jimmiraw lejn integrazzjoni aħjar tat-tipi differenti ta’ informazzjoni statistika rikjesti min-negozji.

Għandha tkompli tittejjeb il-konsistenza bejn l-istatistika tan-negozju f’merkanzija u l-istatistika dwar il-bilanċ tal-ħlasijiet. Fil-perijodu fit-tul, għandha tiġi żviluppata sistema statistika integrata tal-kummerċ li tirrifletti l-flussi transkonfinali ta’ merkanzija, servizzi u flussi oħrajn relatati mal-kummerċ b’mod koerenti u metodoloġikament konsistenti.

TITOLU II

AGRIKULTURA

Il-qafas legali

L-istatistika agrikola tirrifletti l-livell għoli ta’ l-integrazzjoni agrikola ta’ l-UE, l-importanza tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) fil-baġit ta’ l-UE u l-irwol essenzjali li għandha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-PAK.

Is-sitwazzjoni attwali

L-istatistika agrikola tradizzjonali għandha tibqa’ għodda kruċjali għas-CAP (il-ġestjoni tas-suq) u għandha tiġi kkonsolidata u simplifikata. Mill-banda l-oħra, it-tħassib politiku ġdid (l-iżvilupp rurali, il-konformità u l-impatti ambjentali, is-sikurezza ta’ l-ikel) ser jirrikjedu statistika strutturali li tista’ tkun anqas frekwenti imma li għandha tissodisfa l-ħtieġa għal tqassim ġeografiku dettaljat u xi kultant speċifiku li jaqbel, per eżempju, ma’ data spazjali dwar il-ħamrija, il-baċini idrografiċi u l-bijodiversità. Iċ-ċensiment agrikolu ta’ l-2010 ser ikun sors prezzjuż ħafna f’dan ir-rigward.

Waħda mill-proposti ewlenin inkluża fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ikel Organiku u l-Biedja Organika” ta’ l-2004 tiffoka fuq żvilupp misjuq mill-informazzjoni tas-suq għall-ikel organiku. Għal dan il-għan, għandu jkun previst il-ġbir ta’ data statistika kemm dwar il-produzzjoni kif ukoll dwar is-suq ta’ prodotti organiċi. L-arkitettura legali tas-sistema ta’ l-UE għall-istatistika agrikola għandha tiġi ssimplifikata fil-ġejjieni qrib u ser ikollha tiġi implimentata fl-UE u fil-pajjiżi kandidati.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-iżvilupp ta’ indikaturi speċifiċi għall-ġestjoni ambjentali u sostenibbli tal-foresti u l-industriji li l-prodotti tagħhom ġejjin mill-injam. Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE għall-Foresti ser ikollu bżonn monitoraġġ wara l-fażi tat-tnedija ppjanata għall-2006/2007.

Il-programm ta’ l-istatistika tas-sajd ser jinkludi l-implimentazzjoni kontinwa tal-leġiżlazzjoni eżistenti, inkluża l-istatistika dwar l-akwakultura, l-iżvilupp ta’ indikaturi soċjo-ekonomiċi u ta’ indikaturi ta’ sostenibbiltà u l-iżvilupp ta’ karti tal-bilanċ ta’ forniment għall-prodotti tas-sajd. L-Eurostat għandu jsegwi l-iżviluppi fil-Politika Marittima proposta u jadatta l-programm ta’ ħidma tiegħu skond kif ikun meħtieġ.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012

Fil-prinċipju fl-2009-2010 ser isir ċensiment agrikolu bi qbil ma’ l-atti ġuridiċi kif ukoll stħarriġ li jsir kull għaxar snin dwar id-dwieli. Ir-riżultati ta’ l-istħarriġ dwar l-istruttura ta’ l-azjendi agrikoli ta’ l-2007 ser ikunu disponibbli fl-2008 (kif ser ikunu wkoll disponibbli r-riżultati ta’ l-istħarriġ dwar is-siġar tal-frott ta’ l-2007).

Ser jitwettqu stħarriġ dwar il-metodi tal-produzzjoni agrikola, l-użu ta’ l-art, l-użu ta’ l-elementi produttivi u l-biedja organika bi qbil ma’ l-atti legali;

L-istħarriġ attwali dwar l-uċuh tar-raba’ u l-produzzjonijiet mill-annimali ser isiru skond l-atti legali riveduti, li se jkunu mmirati lejn l-integrazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u lejn it-tnaqqis tal-piż ta’ rispons.

L-istudju ta’ fattibbiltà attwali dwar id-dħul tas-settur tal-familji agrikoli ser jiġi evalwat.

L-indikaturi ta’ l-iżvilupp rurali u agri-ambjentali ser jiġu żviluppati u jkunu disponibbli.

Ser tingħata attenzjoni speċjali lill-iżvilupp ta’ sistema aktar effiċjenti għall-ġbir u l-validazzjoni ta’ l-istatistika agrikola.

Ser tkun miġbura u mnedija informazzjoni statistika ġdida għall-gwida tal-Politika Marittima proposta li preżentement qiegħda tiġi abbozzata mill-Kummissjoni.

TITOLU III

MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, TAS-SERVIZZI U TAL-KAPITAL (4)

Il-qafas legali

Il-moviment liberu ta’ kapital u servizzi huma kruċjali għal suq intern ta’ l-UE. Dawn jappartjenu għall-hekk imsejħa “libertajiet fundamentali” li huma ċentrali għas-suq intern. Bħala l-entità responsabbli għall-monitoraġġ ta’ l-applikazzjoni tajba u f’waqtha tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KE li jirregolaw il-libertà ta’ movimenti ta’ kapital u servizzi, il-Kummissjoni tirrikjedi informazzjoni statistika affidabbli u kumparabbli.

Id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jirregolaw il-libertà ta’ movimenti ta’ kapital huma mdaħħla fl-Artikoli 56 KE sa 60 KE tat-Trattat KE. Il-libertà ta’ forniment ta’ servizzi trans-konfini hija mniżżla fl-Artikolu 49 ta’ l-istess Trattat.

L-atti legali li jkopru l-oqsma statistiċi rilevanti huma: ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 184/2005; id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1608/2003/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (5); ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin (6); proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika tan-Negozju Strutturali.

Is-sitwazzjoni attwali

L-importanza li dejjem tikber tal-moviment liberu ta’ servizzi u kapital twassal għal domanda li dejjem qed tiżdied għal statistika ta’ kwalità għolja. L-isfida hija li tiġi ppubblikata data rilevanti f’waqtha u li tiġi adattata s-sistema għalr-rekwiżiti li qed jinbidlu ta’ dawk li jfasslu l-politika, filwaqt li jinżamm livell baxx ta’ piż fuq dawk li jieħdu sehem fl-istħarriġ.

Mill-2006, l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Bilanċ tal-Ħlasijiet ser ittejjeb il-kwalità tad-data dwar il-kummerċ f’servizzi u investimenti diretti. Minbarra dan, l-istatistika dwar affiljati barranin ser tippermetti l-kejl tal-globalizzazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni. L-istatistika prodotta tkompli tkopri kemm il-kummerċ ta’ barra l-UE kif ukoll ta’ ġewwa l-UE u b’hekk ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet tas-suq intern.

L-importanza li dejjem tikber ta’ intrapriżi multinazzjonali ser tirrikjedi forom ġodda ta’ ġbir ta’ data. Ir-Regolament il-ġdid dwar ir-reġistri tan-negozju jinkludi t-trasmissjoni ta’ data individwali dwar gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali lill-Eurostat u osservazzjonijiet ta’ informazzjoni armonizzata lill-Istati Membri li jwasslu għal reġistru Komunitarju ta’ gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali (EuroGruppi), li ser ikun implimentat bis-sħiħ mill-2008 ‘l quddiem.

Il-produzzjoni regolari ta’ statistika ta’ kwalità għolja dwar is-servizzi postali hija essenzjali għal min ifassal il-politika Ewropea, għar-regolaturi nazzjonali u għall-operaturi postali, biex tgħin l-evoluzzjoni lejn suq postali miftuħ u lil hinn minn dan. Il-modalitajiet tal-ġbir tad-data ser ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tal-proġett esperiment li sar fl-2006 biex tiġi żgurata l-kwalità għolja tad-data.

L-internazzjonalizzazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp (R&D), u tar-riżorsi umani marbuta magħha, hija kruċjali għall-prestazzjoni ta’ l-ekonomija Ewropea. Għalhekk huwa importanti li tinġabar data dwar l-R&Ż fil-kuntest tal-bilanċ tal-ħlasijiet, statistiċi tan-negozju ta’ affiljati barranin u l-miżuri għal intrapriżi multinazzjonali.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012

Il-klassifikazzjoni tan-NACE Rev. 2 ta’ l-attivitajiet ekonomiċi, b’analiżi aktar dettaljata tas-servizzi, ser tkun applikata fl-oqsma kollha relevanti;

L-implimentazzjoni u l-aġġornar ta’ leġiżlazzjoni ewlenija (bilanċ tal-ħlasijiet, kummerċ internazzjonali f’servizzi, investiment dirett barrani u affiljati barranin) ser jiġu żgurati;

Ser jitfittex li jsir titjib fil-kejl ta’ l-internazzjonalizzazzjoni ta’ l-R&D;

Ser titkompla l-ħidma dwar l-istatistika dwar il-permessi ta’ residenza – inklużi dawk għaċ-ċittadini ta’ l-UE u dawk għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi – sakemm jibqa’ jkun hemm ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja għal dan it-tip ta’ data.

TITOLU IV

VIŻI, ASIL, IMMIGRAZZJONI U POLITIKA OĦRA RELATATA MAL-MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI (7)

Il-qafas legali

L-istatistika dwar il-migrazzjoni u l-asil, u dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali, safejn meħtieġ għall-prestazzjoni ta’ l-attivitajiet tal-Komunità, ser tiżviluppa biex tissodisfa l-ħtiġijiet li qed jevolvu ta’ statistika li tkun tappoġġja l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni biex jiġi implimentat il-programm ta’ l-Aja dwar kwistjonijiet ta’ Ġustizzja, Libertà u Sigurtà. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni jinkludi proposti għall-ġestjoni ta’ flussi migratorji, l-integrazzjoni soċjali u ekonomika ta’ migranti, il-kontrolli fil-fruntieri, l-asil u t-tisħiħ tas-sigurtà permezz ta’ azzjoni komuni kontra l-kriminalità, b’mod speċjali l-kriminalità organizzata. Ser ikunu meħtieġa żidiet sostanzjali fid-disponibbiltà u l-kwalità ta’ l-istatistika b’appoġġ għal dawn il-miżuri. Dan huwa partikolarment il-każ għall-implimentazzjoni ta’ l-erba’ Fondi l-ġodda proposti fil-programm kwadru dwar is-Solidarjetà u l-Ġestjoni tal-Flussi Migratorji għall-perijodu 2007-2013. Dawn l-iżviluppi ser jibdew qabel l-2008 imma ser ikomplu matul il-ħajja kollha ta’ dan il-programm statistiku u anke wara.

Is-sitwazzjoni attwali

L-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-asil hija attwalment suġġetta għal problemi serji ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ data u ta’ armonizzazzjoni fqira. Miżuri biex jintgħelbu dawn id-dgħufijiet huma għaddejjin u ser ikomplu matul il-perijodu kollu tal-programm. Dan it-titjib għandu jkun imbuttat mill-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida għall-istatistika Komunitarja dwar l-immigrazzjoni u l-asil matul l-ewwel snin ta’ dan il-programm. Il-potenzjal fil-qasam ta’ l-istatistika dwar il-kriminalità ser jiġi esplorat aktar skond il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE 2006-2010 dwar l-iżvilupp ta’ qafas koerenti u komprensiv għall-kejl tal-kriminalità u l-ġustizzja kriminali. Ser jiġu esplorati l-fattibbiltà u r-rakkomandabbiltà ta’ l-introduzzjoni ta’ bażi legali għal din l-istatistika.

B’rikonoxximent tad-differenzi kbar fis-sistemi statistiċi u amministrattivi nazzjonali fir-rigward tal-migrazzjoni u l-asil u tal-kriminalità u l-ġustizzja kriminali, il-miżuri għat-titjib tal-komparabbiltà ta’ l-istatistika ser ikunu kkonċentrati fuq l-armonizzazzjoni tal-produzzjoni statistika aktar milli fuq l-introduzzjoni ta’ sorsi ta’ data u ta’ proċeduri komuni. Madankollu, f’xi każijiet (bħal fil-każ ta’ statistika dwar il-kriminalità organizzata) jista’ jkun hemm bżonn li jiġu żviluppati sorsi ta’ data ġdida.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

Ser titlesta l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-istatistika Komunitarja fuq il-migrazzjoni u l-asil. Din ser tipprovdi qafas għal miżuri kontinwi biex jissaħħu d-disponibbiltà, il-komparabbiltà, il-prontezza u r-rilevanza politika ta’ din l-istatistika.

Ser tiġi żviluppata statistika li tipprovdi informazzjoni soċjo-ekonomika dwar il-popolazzjonijiet migranti u mqassma skond is-sess, fejn xieraq, inkluża l-implimentazzjoni ta’ moduli ad hoc fl-Istħarriġ dwar il-Popolazzjoni fis-Settur tax-Xogħol u l-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-immigranti bħala parti mill-Programm taċ-Ċensiment Komunitarju ta’ l-2011.

Ser titkompla r-riċerka attwali mwettqa fil-potenzjal għall-istatistika Komunitarja dwar il-kriminalità (inkluża l-kriminalità organizzata), il-vittimizzazzjoni u l-ġustizzja kriminali.

TITOLU V

TRASPORT

Il-qafas legali

Il-politika tat-trasport ta’ l-UE żviluppat b’mod imgħaġġel matul dawn l-aħħar 15-il sena. L-objettiv tagħha ġie definit fil-White Papers dwar it-trasport ta’ l-1992 u l-2001, u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew ta’ Ġunju 2006, “Inżommu lill-Ewropa mobbli – Mobbiltà sostenibbli għall-kontinent tagħna”. Ir-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-“Kummissjoni Ewropea tal-White Paper dwar it-Trasport ta’ l-2001”. L-għan ta’ din il-politika hija l-ottimizzazzjoni tas-sistema tat-trasport, li tagħti lok għal prestazzjoni effiċjenti, kompetittiva, bla periklu, sigura u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent ta’ modi ta’ trasport individwali u t-taħlitiet tagħhom f’katini intermodali ta’ trasport. Huwa meħtieġ trasport aktar nadif u aktar effiċjenti biex il-mobbiltà li dejjem qed tikber tinqata’ mill-effetti sekondarji negattivi tagħha. Il-politika ta’ l-Unjoni dwar it-trasport hija fil-qalba ta’ l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli ta’ l-UE u l-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi.

Is-sitwazzjoni attwali

L-istatistika Komunitarja dwar it-trasport timmira li tkun sistema ta’ informazzjoni dwar it-trasport komprensiva, li tinkludi data dwar flussi ta’ passiġġieri u merkanzija, traffiku, infrastruttura, modi ta’ trasport, tagħmir, mobbiltà personali, sigurtà, sikurezza, konsum ta’ l-enerġija u impatt ambjentali, spejjeż ta’ trasport, investimenti f’infrastruttura, intrapriżi tat-trasport, u indikaturi ta’ żvilupp strutturali u sostenibbli.

Il-kopertura ta’ statistika dwar flussi ta’ passiġġieri u merkanzija u dwar it-traffiku hija tajba għall-modi kollha ta’ trasport ħlief għat-trasport ta’ passiġġieri bit-triq u għall-modi mhux motorizzati. Barra dan, preżentement l-istatistika dwar it-traffiku għall-modi kollha ta’ trasport jonqosha data importanti meħtieġa għall-monitoraġġ tal-konġestjoni, l-emissjonijiet fl-arja u impatti ambjentali negattivi ulterjuri. L-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija għadha prinċipalment iffukata fuq modi singoli ta’ trasport u ma tipprovdix informazzjoni suffiċjenti dwar sistemi ta’ trasport intermodali.

Attwalment hemm nuqqas ta’ indikaturi li jieħdu kont tal-kondizzjonijiet li fil-fatt qed jaffettwaw il-kompetizzjoni inter-modali u intra-modali, b’mod partikolari fir-rigward tad-diversi aspetti ta’ kondizzjonijiet operattivi: taxxi, użu tar-rati ta’ tariffa, spejjeż tas-salarji u tariffi.

Bħalissa s-sistema ta’ informazzjoni dwar it-trasport jonqosha informazzjoni dwar l-investiment u l-ispejjeż fl-infrastruttura tat-trasport kif ukoll informazzjoni spazjalment diżaggregata dwar netwerks u flussi tat-trasport, b’rabtiet bejn rappreżentazzjoni ġeografika tan-netwerk tat-traffiku u d-data miġbura dwar in-netwerk, li hija meħtieġa għall-appoġġ ta’ l-investiment fl-infrastruttura tat-trasport Ewropea u l-politika reġjonali Komunitarja.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

Ser titlesta u tkun konsolidata l-kopertura tal-bażijiet legali għall-istatistika Komunitarja dwar it-trasport mifruxa fuq il-modi kollha tat-trasport. Il-ħidma li tinsab għaddejja dwar il-produzzjoni ta’ indikaturi ta’ qasma modali fir-rigward ta’ trasport kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija għandha tiġi żviluppata ulterjorment. Għandu jsir enfasi speċjali fuq it-trasport tal-passiġġieri bit-triq.

Ser ssir promozzjoni tal-ġbir ta’ statistika addizzjonali dwar il-katini intermodali tat-trasport, it-trasport urban kif ukoll il-produzzjoni ta’ l-indikaturi meħtieġa għall-monitoraġġ ta’ l-integrazzjoni ta’ konsiderazzjonijiet ambjentali u dwar is-sigurtà b’kunsiderazzjoni dovuta meħuda tal-piż ta’ l-ispejjeż u l-aspetti ta’ benefiċċju. Għandu jkun rivedut il-ġbir ta’ data dwar in-nefqa u l-ispejjeż ta’ l-investiment fl-infrastruttura. Jeħtieġ li jittieħed kont ukoll tal-ħtieġa ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni loġistika. Għandu jsir enfasi speċjali fuq il-ġbir ta’ data dwar it-traffiku espressa f’termini ta’ vetturi-kilometri.

Ser jiġu żviluppati indikaturi għall-analiżi tal-kompetittività tas-settur tat-trasport u tal-kompetizzjoni kemm intra-modali kif ukoll inter-modali, għandha tinġabar id-data rilevanti u għandhom jixxerdu r-riżultati fil-forma xierqa.

TITOLU VI

REGOLI KOMUNI GĦALL-KOMPETIZZJONI, IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET

L-ebda programm statistiku dirett ma hu meħtieġ. L-informazzjoni statistika għal dan it-titolu hija meħuda skond il-ħtieġa minn data u indikaturi ġenerati għal titoli oħra fil-programm.

TITOLU VII

POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA

Il-qafas legali

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KE: l-Artikolu 99 (koordinazzjoni u sorveljanza tal-politika komuni); l-Artikolu 104 (monitoraġġ ta’ żviluppi fiskali); l-Artikolu 105 (politika monetarja u stabbbiltà tal-prezzijiet); l-Artikolu 133 (politika komuni kummerċjali); l-Artikolu 269 (riżorsi proprji).

Regolamenti ewlenin: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (8) (ESA95); ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul tal-prodott gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (9); id-Deċizjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom, tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (10); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-Applikazzjoni tal-protokoll dwar il-proċedura dwar l-iżbilanċ eċċessiv, anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (11); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur (12); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar l-istatistiċi għal perijodu qasir (13); ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 184/2005; Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 ta’ l-22 ta’ Marzu 2004 li jemenda ir-Regolamenti tal-Persunal għal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjoni ta’ Xogħol ta’ aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej (14).

Is-sitwazzjoni attwali

Is-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politika makro-ekonomika fl-UE, il-mod kif titmexxa l-politika monetarja fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, kif ukoll il-politika strutturali Komunitarja, jirrikjedu rfid statistiku b’saħħtu. Barra dan, il-proviżjoni ta’ statistika għall-finijiet amministrattivi ta’ l-UE hija ta’ l-akbar importanza.

L-Eurostat u l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw li jkun implimentat b’suċċess il-programm tat-trasmissjoni tad-data dwar is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet. Din id-data hija element prinċipali għaċ-ċiklu tan-negozju u l-analiżi strutturali. Ser isir sforz sinifikanti biex jittejjeb il-kejl tal-produttività, stimolat mill-proġett EU KLEMS.

Il-proviżjoni ta’ l-istatistika għall-finijiet amministrattivi ta’ l-UE tibqa’ ta’ l-akbar importanza. Din tinkludi l-proviżjoni ta’ data dwar il-GNI u t-taxxa fuq il-valur miżjud għall-kalkoli tar-riżorsi proprji, data makroekonomika meħtieġa b’appoġġ tal-politika strutturali (b’mod partikolari l-Paritajiet ta’ Poter ta’ Akkwist), u data meħtieġa għas-salarji u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali ta’ l-UE.

L-armonizzazzjoni u l-komparabbiltà tad-data użata għas-sorveljanza baġitarja u fiskali ser ikunu miżmuma taħt reviżjoni regolarment sabiex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu pprovduti bi strumenti statistiċi kumparabbli u ta’ kwalità għolja b’appoġġ ta’ konklużjonijiet tajba dwar is-sitwazzjoni f’kull Stat Membru.

Matul dawn l-aħħar snin il-ħeffa fl-iżvilupp ta’ l-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsum (IAPK) naqset fil-veloċità u t-titjib fil-kwalità ta’ l-IAPK jeħtieġ li jkun segwit b’mod aktar vigoruż (partikolarment fir-rigward tad-djar abitati minn sidhom, l-aġġustament tal-kwalità u t-teħid ta’ kampjuni).

Huwa meħtieġ titjib kontinwu tal-prontezza, il-kopertura u t-tixrid ta’ l-Indikaturi Ekonomiċi Ewropej Prinċipali (IEEP). Dan għandu jkun proporzjonat mar-riskji għall-kwalità statistika b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-affidabbiltà ta’ stimi bikrin. Għal dik li hija statistika ta’ perijodu qasir (SPQ), huwa meħtieġ titjib fil-koperatura tas-servizzi, speċjalment il-prezzijiet tal-produzzjoni tas-servizzi, id-durata ta’ time series u l-prontezza tad-data.

Fir-rigward ta’ l-istatistika tal-bilanċ tal-ħlasijiet, l-isfidi attwali jinkludu l-proviżjoni ta’ kontribut xieraq għall-kontijiet nazzjonali, u l-iżgurar li d-data mis-sors tibqa’ tkun ta’ kwalità fl-Istati Membri fejn il-limiti massimi ta’ rappurtar mill-banek qegħdin jiġu mgħollija.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

Parteċipazzjoni attiva fir-reviżjoni ta’ l-istandards internazzjonali għall-kontijiet nazzjonali (SNA93) u l-istatistika tal-bilanċ tal-ħlasijiet (BPM5).

Reviżjoni tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA95).

Implimentazzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi taħt in-NACE Rev. 2 fil-kontijiet nazzjonali, il-bilanċ tal-ħlasijiet u l-istatistika ta’ perijodu qasir u ta’ leġiżlazzjoni oħra ewlenija.

Stabbiliment ta’ sistema Ewropea ta’ statistika dwar il-prezzijiet tal-konsumatur iċċentrata madwar l-IAPK, għas-simplifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-qafas legali ta’ l-IAPK, u l-iżgurar tal-kredibbiltà ta’ l-IAPK permezz ta’ politika tal-komunikazzjoni u strateġija ta’ konformità aktar effettivi.

Titjib tal-koerenza bejn l-istatistika dwar is-suq tax-xogħol u l-Kontijiet Nazzjonali.

TITOLU VIII

IMPJIEG

Il-qafas legali

L-iżviluppi fl-istatistika ta’ l-UE dwar ix-xogħol ser jiġu stimulati mill-istrateġija riveduta ta’ Liżbona li issa ġiet iffukata mill-ġdid fuq it-tkabbir u l-impjieg fl-Ewropa, il-miri u l-punti ta’ referenza stabbiliti fil-qafas ta’ l-istrateġija Ewropea għall-impjieg u l-unjoni ekonomika u monetarja li tirrikjedi sett komprensiv ta’ statistika infra-annwali biex jiġu definiti l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol fiz-zona ta’ l-ewro u fl-UE.

Is-sitwazzjoni attwali

L-istatistika dwar is-suq tax-xogħol hija rregolata minn qafas legali b’saħħtu sabiex tkun żgurata it-trasmissjoni regolari ta’ data għall-istima ta’ l-impjieg, il-qgħad, il-pagi u n-nefqa fuq l-impjieg. Minkejja dan, setturi politiċi ġodda ser ikunu jeħtieġu l-estenzjoni tal-leġiżlazzjoni statistika għal oqsma oħra bħal ma huma

(i)

l-istatistika dwar postijiet battala, li tivvaluta l-aspett tad-domanda tas-suq tax-xogħol u tikkumplimenta l-istatistika dwar l-impjieg u l-qgħad;

(ii)

is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-migranti u l-promozzjoni ta’ integrazzjoni aħjar ta’ din il-popolazzjoni;

(iii)

is-sitwazzjoni tal-ħaddiema akbar fl-età fis-suq tax-xogħol; u

(iv)

it-transizzjoni mill-iskola għax-xogħol u l-irfid ta’ politika xierqa li tiżgura l-inkorporazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol mingħajr diffikultajiet.

Setturi oħra bħal ma huma l-kwalità fix-xogħol u l-impjieg fil-kuntest ta’ popolazzjoni tas-settur tax-xogħol li qed tixjieħ, l-adattabbiltà tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi kif ukoll ir-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni ser ikomplu jiffukaw l-attenzjoni fuq l-iżvilupp ta’ l-istatistika.

L-istatistika dwar l-impjiegi u n-nuqqas ta’ l-impjiegi hija prinċipalment imfassla biex tissodisfa r-rekwiżiti makro-ekonomiċi. B’dan il-mod hija tonqos li tieħu kont sħiħ tad-disparitajiet reġjonali eżistenti, b’mod partikolari f’ċerti oqsma urbani.

It-titjib fl-istħarriġ Komunitarju dwar il-popolazzjoni tas-settur tax-xogħol (LFS) li sar matul dawn l-aħħar snin jagħmel dan l-istħarriġ u l-moduli annwali tiegħu l-aqwa sors għall-produzzjoni ta’ data kumparabbli dwar is-suq tax-xogħol. L-LFS huwa stħarriġ ibbażat fuq il-familji u r-riżultati tiegħu jridu jkunu kkumplimentati b’data bbażata fuq l-intrapriżi, bħal ma hi l-istatistika strutturali u l-istatistika ta’ perijodu qasir dwar il-pagi u l-ispiża tax-xogħol. Madankollu għad fadal żviluppi ulterjuri meħtieġa fl-istatistika dwar is-suq tax-xogħol relatati mat-titjib fil-kwalità bħal ma huma l-ksib ta’ koerenza akbar mad-data dwar l-impjieg mill-kontijiet nazzjonali u minn stħarriġ ieħor fl-oqsma tan-negozju u l-agrikoltura u l-introduzzjoni ta’ skemi Ewropej ta’ teħid ta’ kampjuni u stimi każwali biex tittejjeb il-prontezza fit-tixrid ta’ l-indikaturi. Għandhom isiru wkoll sforzi biex jiġu analizzati fil-fond is-sorsi tad-data eżistenti, sabiex jittejjeb it-tixrid ta’ data individwali anonimizzata, miġbura għal finijiet ta’ statistika Komunitarja, lill-komunità xjentifika u sabiex fl-2011 tkun introdotta klassifikazzjoni riveduta ta’ l-okkupazzjonijiet (ISCO) biex tkun riflessa aħjar l-istruttura ta’ l-impjiegi u jkun possibbli titjib fl-ipparagunar internazzjonali.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012

Ser ikunu definiti u implimentati l-modulu ad hoc ta’ l-LFS għall-2008 dwar is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol fir-rigward tal-migranti u d-dixxendenti tagħhom, il-modulu ad hoc ta’ l-LFS għall-2009 dwar it-transizzjonijiet mill-iskola għax-xogħol u l-programm LFS ta’ moduli ad hoc għall-2010-2012;

Il-kopertura ta’ l-istħarriġ strutturali dwar il-pagi u l-ispiża tax-xogħol għandha tkun estiża għall-ekonomija kollha u l-istħarriġ dwar l-ispiża tax-xogħol ta’ l-2008 u l-istħarriġ dwar l-istruttura tal-pagi ta’ l-2010 ser ikunu implimentati;

Jistgħu jiġu introdotti skemi Ewropej ta’ teħid ta’ kampjuni bbażati fuq użu akbar tad-data eżistenti fl-istatistika ta’ perijodu qasir dwar is-suq tax-xogħol, biex tkun possibbli l-produzzjoni ta’ aggregati f’waqthom trimestrali u mensili dwar l-impjieg u l-qgħad fiz-zona ta’ l-Ewro;

L-istatistika dwar l-impjiegi u l-qgħad tista’ tinkludi indikaturi reġjonali aktar iffukati, b’mod partikolari għaz-zoni urbani u l-agglomerazzjonijiet, biex jittieħed kont aktar sħiħ tal-varjazzjonijiet lokali fl-impjiegi u l-qgħad. Sa l-2010 ser jiġu eżaminati l-ħtieġa u l-ispiża għal introduzzjoni possibbli ta’ statistika annwali għall-agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 500 000 abitant;

L-istatistika dwar ix-xogħol ser tippermetti li jsir monitoraġġ ta’ l-impjiegi fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni;

Ir-Regolament futur tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar postijiet tax-xogħol battala ser ikun implimentat bis-sħiħ;

Il-klassifikazzjoni taħt in-NACE Rev. 2 ta’ attivitajiet ekonomiċi ser tkun introdotta fl-istħarriġ strutturali dwar il-pagi u l-ispiża tax-xogħol, l-indiċi trimestrali ta’ l-ispiża tax-xogħol u l-istħarriġ kontinwu dwar il-popolazzjoni f’impjieg.

TITOLU IX

POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-qafas legali

Ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni għan-negozjar ta’ ftehim kummerċjali ma’ pajjiżi terzi inklużi l-ftehim kummerċjali dwar is-servizzi hija stabbilita fl-Artikolu 133 tat-Trattat. L-atti legali li jkopru l-oqsma statistiċi rilevanti huma: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95, tat-22 ta’ Mejju 1995, dwar l-istatistika rigward il-kummerċ tal-merkanzija mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi mhux membri (15); ir-Regolament (KE) Nru 184/2005; ir-Regolament (KE) Nru 716/2007.

Is-sitwazzjoni attwali

Qegħdin dejjem jiżdiedu r-rekwiżiti tad-data mal-wasla fix-xena dinjija ta’ kompetituri u msieħba kummerċjali ġodda (bħaċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil u pajjiżi oħrajn ta’ l-Amerika Latina) kif ukoll bħala konsegwenza ta’ bidliet strutturali fil-qasam tal-kummerċ f’merkanzija u servizzi. Barra dan, il-ġbir, l-analiżi u l-armonizzazzjoni ta’ kwalità għolja, ta’ data minn pajjiżi kandidati u l-pajjiżi prinċipali msieħba ma’ l-UE jibqgħu prijorità.

B’mod parallel, ser isiru sforzi biex jinżammu l-istandards tal-kwalità fir-rigward tal-kummerċ trans-konfini f’servizzi, l-investiment dirett barrani u l-kummerċ affiljat barrani. Għal dan il-għan ser tkun ta’ l-akbar importanza l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 u tar-Regolament (KE) Nru 716/2007.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012

Ser tiġi implimentata leġiżlazzjoni Extrastat ġdida bl-objettiv prinċipali li jsiru disponibbli informazzjoni rilevanti addizzjonali u statistika kumplimentari permezz ta’ l-użu ta’ reġistri dwar l-operaturi kummerċjali;

L-implimentazzjoni u l-aġġornar ta’ leġiżlazzjoni ewlenija (bilanċ tal-ħlasijiet, kummerċ internazzjonali f’servizzi, investiment dirett barrani u affiljati barranin) ser jiġu żgurati;

L-istandards metodoloġiċi internazzjonali l-ġodda ta’ l-IMF ser ikunu implimentati fil-ġbir ta’ l-UE ta’ l-istatistika dwar il-bilanċ tal-ħlasijiet;

L-implimentazzjoni fl-UE tal-Manwal dwar l-Istatistika tal-Kummerċ Internazzjonali f’Servizzi u l-verżjoni riveduta tiegħu ser isseħħ.

TITOLU X

KOPERAZZJONI DOGANALI

L-ebda programm statistiku dirett ma hu meħtieġ. L-informazzjoni statistika għal dan it-titolu hija meħuda skond il-ħtieġa minn data u indikaturi ġenerati għal titoli oħra fil-programm.

TITOLU XI

POLITIKA SOĊJALI, EDUKAZZJONI, TAĦRIĠ VOKAZZJONALI U ŻGĦAŻAGĦ

Il-qafas legali

L-istatistiċi f’dan il-qasam se jkunu bbażati fuq il-metodu miftuħ tal-koordinazzjoni (OMC) fl-oqsma ta’ l-esklużjoni soċjali, il-pensjonijiet, u l-kura tas-saħħa u l-kura f’perjodu ta’ żmien fit-tul; l-Istrateġija dwar Iżvilupp Sostenibbli; l-Artikoli 143 (rapport tas-sitwazzjoni soċjali) u 13 (kontra d-diskriminazzjoni) tat-Trattat tal-KE; l-Istrateġija tas-Saħħa u s-Sikurezza fil-Post tax-Xogħol; ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ l-2003 dwar il-promozzjoni ta’ l-impjieg u l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni b’diżabilitajiet u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-opportunitajiet ugwali għal persuni b’diżabilitajiet: Pjan ta’ Azzjoni Ewropew. L-istrateġija UNECE għall-Edukazzjoni għal Żvilupp Sostenibbli titlob ukoll l-iżvilupp tad-data.

Is-sitwazzjoni attwali

Is-sistema ta’ l-istatistiċi dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien u l-protezzjoni soċjali sserraħ fuq żewġ pilastri: l-ESSPROS (is-sistema ta’ l-istatistiċi dwar il-protezzjoni soċjali) u l-EU-SILC (l-Istatistiċi dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet l-għajxien). Dawn iż-żewġ pilastri huma l-bażi ta’ l-indikaturi ta’ Laeken u tal-pensjonijiet ta’ l-OMC. Għad irid isir progress fl-iżvilupp ta’ indikaturi dwar il-faqar reġjonali u l-faqar fost it-tfal.

Fir-rigward tal-bidliet demografiċi fl-UE, fil-qafas tal-metodu miftuħ ta’ kooperazzjoni u f’kollaborazzjoni mal-gruppi ta’ ħidma rilevanti tal-Kunsill ser jiġu ulterjorment żviluppati indikaturi u analiżi statistiċi relatati mal-proċess tax-xjuħija, is-sostenibbiltà finanzjarja, il-produttività u l-parteċipazzjoni fix-xogħol.

Id-data dwar it-tagħlim tul il-ħajja tkopri informazzjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ formali u mhux formali, u t-tagħlim informali. Fuq bażi ta’ statistika stabbilita dwar l-edukazzjoni, inġabret data ġdida dwar taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi (li tkejjel l-impenn u l-kontribuzzjonijiet ta’ l-intrapriżi għat-taħriġ vokazzjonali tal-ħaddiema) u dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-adulti. Id-data dwar iż-żgħażagħ hija disponibbli minn stħarriġ eżistenti u dan l-istħarriġ għandu jkun sfruttat b’mod totali qabel ma jsiru sforzi ulterjuri biex id-dimensjonijiet taż-żgħażagħ ikunu integrati aħjar fl-isħarriġ eżistenti.

Fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ġbir u l-analiżi tad-data ser jiffukaw fuq il-kawżi, iċ-ċirkustanzi u l-ispejjeż ta’ l-inċidenti fuq ix-xogħol, fuq mard ikkaġunat mix-xogħol u problemi tas-saħħa relatati max-xogħol, kif ukoll fuq fatturi li jistgħu jeffettwaw is-saħħa tal-ħaddiema b’mod negattiv. Il-ġbir ta’ l-istatistika, b’mod partikolari moduli ta’ sondaġġ armonizzati dwar id-diżabiltà ser jiġi żviluppat aktar. L-istatistika ser tittejjeb aktar biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ kura tas-saħħa u kura għall-perijodu fit-tul ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u sostenibbli.

L-objettiv ewlieni ta’ l-istatistiċi demografiċi ser ikun li dawn jipprovdu sett komprensiv ta’ data u analiżi meħtieġa għall-ivvalutar ta’ l-implikazzjonjijiet ta’ bidla demografika fl-Ewropa. Dan jinkiseb permezz tat-titjib tal-metodi u l-kontenut tal-ġbir tad-data demografika, l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni għaċ-ċensimenti li jmiss li jsiru fl-2011 dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni fid-djar, u l-produzzjoni regolari ta’ projezzjonijiet għat-tul dwar il-popolazzjoni.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

L-iżvilupp ta’ sett limitat ta’ fatturi varjabbli ċentrali u t-twaqqif ta’ strument ġdid, is-Sistema Ewropea ġdida ta’ Moduli ta’ Sħarriġ Statistiku Soċjali (E4SM).

Il-konsolidament tal-proġett EU-SILC, l-iżvilupp tat-tixrid lonġitudinali u l-attwazzjoni sħiħa tal-kunċett tad-dħul gross.

L-iżvilupp ta’ indikaturi dwar il-faqar reġjonali (bl-użu ta’ tekniki ta’ stima ta’ żona żgħira fejn id-data regjonali nazzjonali ma tkunx disponibbli) u l-faqar fost it-tfal.

L-iżvilupp tar-Regolamenti implimentattivi dwar l-ESSPROS biex jittejbu l-kopertura, il-komparabbiltà u l-prontezza tad-data.

L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-proposta għar-Regolament dwar l-Istatistika dwar l-Edukazzjoni u t-Tagħlim Tul il-Ħajja.

It-titjib tal-qafas ta’ l-istatistika dwar tagħlim tul il-ħajja eżistenti f’termini ta’ kwalità.

Sa l-2010, tiġi eżaminata l-possibbiltà li jiġi implimentat l-Indiċi ta’ Żvilupp tal-Bniedem tan-NU fl-UE b’kont meħud tal-fatturi tad-djar u wkoll dawk ta’ l-impjiegi/tal-qgħad.

L-istatistika dwar iż-żgħażagħ fil-livelli edukattivi kollha u dwar l-integrazzjoni ekonomika u soċjali taż-żgħażagħ tinġabar suċċessivament bl-użu ta’ sorsi eżistenti u, fejn meħtieġ, bl-integrazzjoni aħjar tagħha f’sondaġġi eżistenti.

L-istatistiċi dwar it-tfal b’referenza għal-limitu li sar qbil dwaru internazzjonalment ta’ l-età tat-tfulija li hu ta’ 18-il sena, skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, jinġabru fir-rigward tas-sitwazzjoni soċjali ta’ u l-faqar fost it-tfal.

Id-data soċjali kollha miġbura dwar l-individwi fil-livell ta’ l-UE tiġi diżaggregata skond is-sess u jiġi definit sett ta’ indikaturi prinċipali dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.

Jitfassal memorandum ta’ intendiment f’koperazzjoni ma’ l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex jiġu definiti l-modalitajiet ta’ koperazzjoni prattiċi.

Jiġu esplorati possibilitajiet għall-iżvilupp ta’ metodoloġija komuni biex tinkiseb jew titjib d-data statistika eżistenti dwar il-medda u l-impatt tad-diskriminazzjoni.

TITOLU XII

KULTURA

F’dan l-istadju, il-produzzjoni ta’ statistiċi Kulturali hija limitata. Addizzjonalment, la jeżisti qafas komprensiv u koerenti u lanqas leġiżlazzjoni separata dwar l-istatistika kulturali.

Fid-dawl tal-kontribuzzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi għall-kisbiet ta’ l-objettivi ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona, jeħtieġ ukoll li jiġu konsolidati statistiċi kulturali fil-kisba ta’ produzzjoni ta’ data regolari u konsistenti (bbażata fuq sorsi varji ta’ data). Għalhekk, ħidma komprensiva u metodoloġika hi meħtieġa għal p.e. kejl aħjar ta’ l-impatt soċjali u ekonomiku tas-setturi kulturali u kreattivi f’ekonomija bbażata fuq l-għarfien.

TITOLU XIII

SAĦĦA PUBBLIKA

Il-qafas legali

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol (16); id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li tadotta programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2007) (17); il-proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2007 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistiċi tal-Komunità dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol.

Is-sitwazzjoni attwali

Is-sistema ta’ informazzjoni tas-saħħa, stabbilita skond programmi tal-Komunità preċedenti dwar is-saħħa pubblika, se tkun żviluppata aktar permezz ta’ azzjonijiet dwar “għarfien u informazzjoni dwar is-saħħa” skond il-programm li jmiss ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika 2007-2013. B’partenarjat mill-qrib ma’ l-Istati Membri, il-Pajjiżi Kandidati u l-pajjiżi ta’ l-EEA/EFTA permezz ta’l-SSE, il-Eurostat se tiżviluppa aktar l-element ta’ statistika ta’ din is-sistema, b’mod partikulari għall-Indikaturi tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea.

Id-data statistika dwar is-saħħa pubblika hi meħtieġa wkoll għal indikaturi ta’ żvilupp sostenibbli, indikaturi strutturali, indikaturi kontestwali dwar id-diżabbiltà u indikaturi żviluppati fil-kuntest tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni għall-appoġġ ta’ strateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ta’ kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u sostenibbli u ta’ kura fit-tul.

F’kooperazzjoni ma’ l-attivitajiet taħt il-programm Komunitarju tas-saħħa pubblika, ma’ l-aġenziji rilevanti ta’ l-UE u ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam ta’ l-istatistika dwar is-saħħa pubblika (WHO, OECD u UNECE), l-attenzjoni hija fuq l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri tal-metodoloġija, b’mod partikolari fl-oqsma ta’ l-istatus tas-saħħa, id-determinanti tas-saħħa (bħal ma huma l-istil tal-ħajja u fatturi ambjentali), il-kura tas-saħħa (inklużi l-ispejjeż għas-saħħa) u l-kawżi ta’ l-imwiet.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

Fejn hu possibbli, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni ser jiġu adottati għall-implimentazzjoni tar-Regolament futur tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Ser tkun rinfurzata l-infrastruttura għas-sistema bażika ta’ l-istatistika dwar is-saħħa pubblika, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-eżami, il-konsolidazzjoni u l-implimentazzjoni tal-metodoloġiji relevanti, bħal ma huma l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ l-Intervisti (EHIS) u s-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa (SHA).

Id-disponibbiltà, il-komparabbiltà, il-prontezza u r-rilevanza politika ta’ l-istatistika dwar id-diżabbiltà u l-kura tas-saħħa, maqsuma skond is-sess –għandhom jitejbu b’attenzjoni speċifika lill-iżvilupp metodoloġiku ulterjuri u b’kont meħud tal-kuntesti differenti f’kull pajjiż.

TITOLU XIV

PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

Il-qafas legali

Il-politika tal-konsumatur kisbet profil ferm ogħla matul dawn l-aħħar snin (l-Artikolu 153 tat-Trattat). Il-ħidma ta’ l-Eurostat ser isserraħ fuq l-Istrateġija għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u fuq il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li toħloq il-Programm għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa u l-protezzjoni tal-Konsumatur għall-2007-2013, adottata mill-Kummissjoni f’April 2005.

Il-qasam wiesa’ tal-“protezzjoni tal-konsumatur” jinqasam f’żewġ oqsma ewlenin: “il-kwistjonijiet li jirrigwardaw lill-konsumaturi” u “is-sigurtà ta’ l-ikel”.

Is-sitwazzjoni attwali

Fir-rigward tal-kwistjonijiet li jirrigwardaw lill-konsumaturi, l-Eurostat qed jipproduċi fuq bażi annwali pubblikazzjoni ta’ panorama “Il-Komsumaturi fl-Ewropa: fatti u figuri” u stabbilixxa Task Force bejn is-servizzi dwar statistika dwar prezzijiet dettaljati.

Is-sigurtà ta’ l-ikel hija tema importanti fil-kuntest tal-politika tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-Unjoni Ewropea żviluppat firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet leġislattivi u azzjonijiet oħrajn maħsuba biex jiggarantixxu sistemi ta’ kontroll effettivi fuq il-katina kollha ta’ l-ikel, inklużi standards stabbiliti b’mod legali għall-ambjent u l-benessri ta’ l-annimali.

L-għan ta’ l-isforz ta’ l-Eurostat għal statistika dwar is-sigurtà ta’ l-ikel huwa li jipprovdi parir metodoloġiku u data statistika ta’ interess mhux biss għal dawk li jfasslu l-politika anki għall-partijiet interessati privati u l-pubbliku ġenerali.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012 (kwistjonijiet li jirrigwardaw lill-konsumaturi):

L-iżvilupp ta’ statistika uffiċjali “riġidi” (per eżempju, prezzijiet detteljati, nefqa tal-konsum trans konfini, negozju għall-konsumatur, eċċ.) u għajnuna metodoloġika għal statistika “moderata” żviluppata minn korpi pubbliċi/privati oħrajn.

It-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tat-task force bejn is-servizzi għall-istatistika dwar prezzijiet dettaljati.

It-tnedija ta’ studju dettaljat dwar il-possibbiltà ta’ modulu dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur li għandu jkun inkluż fl-istrument il-ġdid (E4SM) li preżentement qed jiġi żviluppat mill-Eurostat.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012 (sigurtà ta’ l-ikel):

L-iżvilupp ta’ l-istatistika rilevanti għall-monitoraġġ tas-sigurtà ta’ l-ikel ser jitkompla.

Ser jittejbu d-disponibbiltà u l-kwalità ta’ l-istatistika fuq prodotti ttikkettati (prodotti organiċi, prodotti bbażati fuq organiżmi modifikati ġenetikament, eċċ.).

TITOLU XV

NETWERKS TRANŻEWROPEJ

L-ebda programm statistiku dirett m’ hu meħtieġ. L-informazzjoni statistika għal dan it-titolu hija meħuda skond il-ħtieġa minn data u indikaturi ġenerati għal titoli oħra fil-programm.

TITOLU XVI

INDUSTRIJA

Statistika tan-negozju

L-istatistika fuq in-negozju Ewropew hija meħtieġa biex tappoġġja l-analiżi tal-kompetittività, il-produttività u t-tkabbir u tifforma informazzjoni ewlenija għall-monitoraġġ tal-progress ta’ l-objettivi riveduti ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona.

Il-qafas legali

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91, tad-19 ta’ Diċembru 1991, dwar it-twaqqif ta’ sondaġġ Komunitarju ta’ produzzjoni industrijali (18); Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97, ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996, rigward statistiċi strutturali tan-negozju (19); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 48/2004, tal-5 ta’ Diċembru 2003, dwar il-produzzjoni ta’ statistiċi annwali tal-Komunità dwar l-industrija ta’ l-azzar għas-snin ta’ referenza 2003-2009 (20); roposta tal-Kummissjoni għal; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004 tat-13 ta’ Awwissu 2004 li timplimenta d-Deċiżjoni Nu 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ statistika Komunitarja dwar l-innovazzjoni (21); Regolament (KE) Nru 716/2007; proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta’ April 2005 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri tan-negozju għal finijiet statistiċi;.

Is-sitwazzjoni attwali

L-Istatistika Kummerċjali Strutturali tintuża għall-analiżi dettaljata tas-settur Ewropew tan-negozju. It-tħassib ewlieni ta’ l-utenti huwa n-nuqqas ta’ prontezza tad-data u l-fatt li l-adattament għal ħtiġijiet politiċi ġodda emerġenti jsir bil-mod, per eżempju informazzjoni insuffiċjenti dwar is-settur tas-servizzi, l-intraprenditorija, il-globalizzazzjoni u t-transizzjoni għal mudelli ta’ produzzjoni sostenibbli. Fir-rigward ta’ setturi speċifiċi tal-manifattura, l-istatistika tal-produzzjoni hija kompliment essenzjali biex tinftiehem il-prestazzjoni tas-settur.

L-Istatistika Komunitarja dwar l-Innovazzjoni hija l-għodda ewlenija biex titkejjel l-innovazzjoni fl-Ewropa. Din l-istatistika hija prodotta bi frekwenza ta’ tnejn annwali mill-2004 ‘l quddiem. Sa fejn hu possibbli huwa garantit l-aċċess għal mikro-data ta’ l-Istħarriġ Komunitarju dwar l-Innovazzjoni (CIS) data.

L-Istatistika dwar affiljati barranin (FATS) qed tiġi żviluppata u r-Regolament il-ġdid ser jipprovdi sett bażiku ta’ fatturi varjabbli għall-kejl tal-globalizzazzjoni. Ir-reġistru Komunitarju ta’ gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali (EuroGroups) kif mitlub mir-Regolament tar-Reġistru tan-Negozji jinsab f’fażi pilota.

Inizjattivi ewlenin 2008 - 2012:

Ser tkun żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġislazzjoni ewlenija (formulazzjoni mill-ġdid tar-Regolament SBS, ir-Regolament FATS, ir-reġistru ta’ l-EuroGroups). Għandhom jitwettqu u jiġu evalwati studji pilota previsti fil-leġislazzjoni;

Għas-CIS 2008 il-Manwal ta’ Oslo 2005 se jiġi implimentat kompletament. Is-CIS 2010 u Sondaġġi ta’ Innovazzjoni tal-Komunità sussegwenti ser itejbu aktar ukoll il-kwalità tad-data u l-aċċess tad-data;

Ser tkun żviluppata statistika ġdida biex jiġi approfondit l-intendiment tal-globalizzazzjoni ta’ l-ekonomija u l-intraprenditorija;

It-tħassib ta’ l-utenti dwar il-prontezza u l-inerzja fir-rispons għall-ħtiġijiet ġodda ser ikun indirizzat permezz ta’ l-ittestjar ta’ metodi ġodda u flessibbli għall-ġbir tad-data, permezz ta’ stħarriġ ad hoc u approċċi ta’ teħid ta’ kampjuni Ewropej;

Filwaqt li jitħares id-dritt ta’ l-intrapriżi li jżommu d-data tagħhom kunfidenzjali, ser ikunu żviluppati modi għar-rilaxx ta’ l-aggregati Ewropej fl-aktar livell ta’ attività dettaljat;

Il-klassifikazzjoni taħt in-NACE Rev. 2 ta’ l-attivitajiet ekonomiċi ser tiġi implimentata fl-istatistika tan-negozju kollha mis-sena ta’ referenza 2008 ‘l quddiem;

Ser jiġi mfassal programm speċjali għall-inġinerija mill-ġdid ta’ statistika dwar in-negozju u dik kummerċjali. F’dan il-programm ser jiġu żviluppati mezzi għat-tnaqqis tal-piż fuq in-negozju.

Statistika dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni

L-użu tat-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICTs) huwa fost l-imbuttaturi ewlenin lejn soċjetà inklussiva, impjiegi aħjar, u kompetittiva mtejba għall-intrapriżi Ewropej. L-istatistika ta’ l-Eurostat dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni tikkostitwixxi bażi vitali għal dawk li jfasslu l-politika Ewropea biex jivvalutaw il-bidliet strutturali lejn ekonomija bbażata fuq il-konoxxenza u tikkontribwixxi għall-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi riveduti ta’ Liżbona.

Il-qafas legali

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 808/2004 tal-21 ta’ April 2004 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni (22).

Is-sitwazzjoni attwali

Għal diversi snin, l-Eurostat ikkontribwixxa għall-analizzar komparattiv tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni billi pprovda indikaturi ta’ l-użu ta’ l-ICT kemm mill-intrapriżi kif ukoll mill-familji/individwi. Din l-attività ser titkompla u tittejjeb biex isir adattament għal esiġenzi politiċi bħall-inizjattiva i2010 bbażata fuq l-istrateġija riveduta ta’ Liżbona u inizjattivi politiċi ulterjuri. Dan jinvolvi l-ħtieġa għal bażi legali adegwata wara l-iskadenza tal-leġislazzjoni attwali.

Sabiex tmur lil hinn mill-aspetti ta’ rieda u użu, il-ġbir tad-data dwar l-investiment fl-ICT u dwar l-impatt ta’ l-ICT fuq l-eżitu u l-imġieba tan-negozju u fuq is-soċjetà ser jikkumplimenta l-istħarriġ Komunitarji li għaddejin bħalissa. Il-ħtiġijiet ta’ adattament tal-bażi legali għall-istatistika dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni sabiex ikun żgurat sett ta’ data komprensiv, f’waqtu u kompatibbli mal-Kontijiet Nazzjonali dwar is-setturi ta’ l-ICT u l-komunikazzjoni elettronika ser jiġu evalwati.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

L-indikaturi fuq is-soċjetà ta’ l-informazzjoni inklużi l-indikaturi fuq is-settur ta’ l-ICT u l-kompetittività tiegħu ser ikunu adattati kontinwament skond it-tibdil tar-rekwiżiti politiċi, b’kont meħud tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-kejl ta’ l-ICT;

L-istatistika dwar l-investiment ta’ l-ICT u l-adozzjoni ta’ l-ICT ser tkun żviluppata sabiex tissodisfa aħjar l-objettiv tal-kejl ta’ l-iżvilupp sostenibbli u l-impatt tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni.

Statistika dwar it-turiżmu

It-turiżmu huwa attività ekonomika importanti fl-Unjoni Ewropea b’potenzjal kbir li jikkontribwixxu għal aktar impjiegi u tkabbir ekonomiku kif ukoll għal żvilupp u integrazzjoni soċjo-ekonomika anki f’żoni rurali, periferali jew sottożviluppati.

Il-qafas legali

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE, tat-23 ta’ Novembru 1995, dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistiku fil-qasam tat-turiżmu (23).

Is-sitwazzjoni attwali

Bħalissa, l-istatistika tinġabar dwar il-proviżjoni ta’ u d-domanda għal akkomodazzjoni tat-turisti, kif ukoll dwar aspetti ekonomiċi relatati ma’ l-aġir tat-turiżmu. Madankollu, jeżisti tħassib prinċipali dwar il-ksib ta’ livell akbar ta’ komparabbiltà ta’ l-istatistika eżistenti eżistenti u l-istabbiliment ta’ kontijiet satellitari armonizzati tat-turiżmu minquxa fit-tħassib aktar wiesgħa dwar turiżmu sostenibbli, li għalih għandhom ser ikun bżonn jiġu definiti u mkejla l-indikaturi rilevanti. Minħabba l-impatt immedjat fuq l-industrija tat-turiżmu ta’ avvenimenti bħal attakki terroristiċi jew it-tifrix ta’ mard li jittieħed, tħassib prinċipali se jkun it-titjib tal-prontezza tad-data.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

Is-sett attwali ta’ statistiċi tat-turiżmu u l-bażi legali tiegħu għandu jkun modernizzat u, fejn possibbli, simplifikat.

Kontijiet Satelliti tat-Turiżmu armonizzati għandhom jiġu implimentati (inklużi indikaturi għal turiżmu sostenibbli).

Statistika dwar l-enerġija

Il-forniment garantit ta’ komoditajiet ta’ l-enerġija bi prezz raġonevoli b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent jikkostitwixxi s-sustanza tal-politika ta’ l-enerġija ta’ l-UE. Is-Sistema Statistika dwar l-Enerġija kienet żviluppata bi tweġiba għalr-rekwiżiti li nħolqu minn din il-politika.

Il-qafas legali

Is-Sistema Statistika dwar l-Enerġija hija bbażata fil-biċċa l-kbira tagħha fuq ftehim. Jeżistu ċerti obbligi legali li jkopru aspetti speċifiċi tas-sistema, lil hinn mid-Direttiva 90/377/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1990 dwar proċedura Komunitarja biex tittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet tal-gass u l-elettriku li jħallsu l-utenti finali industrijali (24).

Is-sitwazzjoni attwali

Matul dawn l-aħħar ftit snin, is-swieq taż-żejt saru volatili u imprevedibbli filwaqt li l-prezzijiet laħqu livelli għoljin. Fl-UE d-domanda għall-enerġija qed tiżdied u b’hekk titfa’ dubji fuq il-kapaċità li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra filwaqt li s-swieq ta’ l-elettriku/tal-gass ta’ l-UE għadhom ma żviluppawx f’suq intern kompetittiv u reali. F’dan l-ambjent politiku, il-Kummissjoni - bi tweġiba għall-istedina tal-Kapijiet ta’ Stat u Gvern fl-2005 - irreaġixxiet b’serje ta’ proposti (Green Paper: Strateġija Ewropea għal Enerġija Sostenibbli, Kompetittiva u Sigura), bħall-istabbiliment ta’ Osservatorju Ewropew tal-Provvista ta’ l-Enerġija biex jimmonitorja x-xejriet ta’ domanda u provvista tas-swieq ta’ l-enerġija ta’ l-UE, Direttiva Komunitarja ġdida dwar it-tisħin u t-tkessiħ, monitoraġġ/definizzjoni tal-mira lil hinn mill-2010 dwar sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (inklużi elettriku u bijofjuwils likwidi) u l-monitoraġġ ta’ titjib fl-effiċjenza ta’ l-użu aħħar ta’ sorsi ta’ l-enerġija.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

L-adozzjoni ta’ Regolament dwar l-Istatistika dwar l-Enerġija li jkopri r-rekwiżiti attwali biex b’hekk tittejjeb il-kwalità.

L-introduzzjoni ta’ obbligu legali biex tinġabar statistika dwar il-prezzijiet ta’ l-elettriku u l-gass li jħallsu l-familji.

It-twaqqif ta’ metodoloġija/approċċ biex ikunu identifikati l-pajjiżi ta’ oriġini nfushom; (destinazzjoni) għal importazzjonijiet tal-gass (esportazzjonijiet).

It-titjib fil-metodoloġija/nomenklaturi għall-ġbir ta’ statistika dwar il-bijofjuwils likwidi.

Id-definizzjoni ta’ indikaturi/ġbir ta’ data li tivvaluta l-effiċjenza ta’ l-enerġija kif previst fid-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali ta’ l-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija (25).

L-estensjoni, jekk meħtieġ, ta’ indikaturi tal-kompetizzjoni għall-ivvalutar ta’ l-effettività tal-kompetizzjoni u l-integrazzjoni tas-swieq tal-gass/ta’ l-elettriku.

TITOLU XVII

KOEŻJONI EKONOMIKA U SOĊJALI

Il-qafas legali

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar it-twaqqif ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (26), id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ l-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi infrastruttura għall-informazzjoni spazjali fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (27).

Is-sitwazzjoni attwali

Qed tinġabar data statistika reġjonali għal madwar tużżana setturi statistiċi wiesgħa, li wħud minnhom huma koperti minn att legali filwaqt li oħrajn huma regolati minn ftehim. Tipikament, id-data tintbagħat fuq bażi kontinwa lill-Eurostat. Id-data urbana għall-verifika Urbana tinġabar kull 3 snin u dan ilu jsir mill-2003 ‘l hawn.

L-Informazzjoni Ġeografika tinġabar u tinżamm fil-bażi tad-data GISCO, għall-użu mill-Eurostat u mid-Direttorati Ġenerali kollha tal-Kummissjoni. In-nuqqas ta’ standards u ta’ qafas armonizzat għall-ġbir ta’ l-informazzjoni jirrikjedu ammont sinifikanti ta’ riżorsi sabiex ikun hemm manutenzjoni u aġġornar adatti. Mill-banda l-oħra, is-sensibbiltà dejjem akbar tal-potenzjal tat-taħlita ta’ informazzjoni ġeografika ma’ dik statistika u tematika tkabbar id-domanda għall-ippjanar, l-analiżi u l-applikazzjonijiet.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

Il-ħidma li trid titwettaq taħt il-programm statistiku 2008-2012 ser tkun determinata mill-forma tal-politika reġjonali Komunitarja l-ġdida fl-ambitu tal-perijodu ta’ pprogrammar ġdid għall-fondi strutturali. Ser titkompla l-ħidma ta’ konsolidazzjoni fuq id-data eżistenti, partikolarment fl-oqsma tal-verifika urbana, it-trasport, l-ambjent u r-riċerka u l-iżvilupp. L-implimentazzjoni ta’ qafas leġiżlattiv għad-data dwar il-Popolazzjoni Reġjonali u r-reviżjoni antiċipata tar-Regolament ESA 95 li jiġbor fih id-data tal-Kontijiet Reġjonali ser ikunu ta’ importanza sinifikanti għax-xogħol ta’ l-indikaturi strutturali. Il-konsistenza metodoloġika ta’ l-istatistika reġjonali għandha tittejjeb bl-inklużjoni ta’ metodoloġija aktar rigoruża fil-qafas leġiżlattiv rilevanti meta dan ikun rivedut u l-applikazzjoni ta’ l-istandards tal-kwalità li diġà nbdiet fid-data dwar il-kontijiet reġjonali għandha tkun estiża għal statistika reġjonali oħra biex jiġu żgurati l-komparabbiltà u l-prontezza. L-implimentazzjoni ta’ klassifikazzjoni taħt in-NACE Rev. 2 ta’ attivitajiet ekonomiċi ser tirrikjedi kalkolu mill-ġdid tat-time series għal perijodu ta’ qabel l-introduzzjoni tar-Reviżjoni.

Id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ l-Informazzjoni Ġeografika fl-UE kollha ser ikunu rivoluzzjonati bl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fl-Ewropa (INSPIRE), li l-għan tagħha huwa li tkun żviluppata infrastruttura Ewropea għad-data ġeografika b’appoġġ għall-politika ambjentali u għal politiki oħra. Dan ser ikollu impatt sinifikanti fuq l-organizzazzjoni u l-użu ta’ din l-informazzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni. Matul dan il-perijodu tal-programm, it-tim tal-GI ta’ l-Eurostat mhux ser ikollu biss jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ l-implimentazzjoni teknika u jipprovdi l-infrastruttura organizzattiva (inklużi l-istabbiliment u t-tmexxija tal-Kumitat INSPIRE) imma anki jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ INSPIRE fl-UE kollha. Il-promozzjoni ta’ tekniki ta’ analiżi spazjali li jgħaqqdu data statiska ma’ dik ġeografika se tkompli għall-utenti tal-Kummissjoni; iż-żieda fid-disponibiltà tad-data spazjali li rriżultat wara li bdiet titħaddem l-infrastruttura għandha ttejjeb bil-kbir il-potenzjal għad-definizzjoni ta’ indikaturi preċiżi.

TITOLU XVIII

L-IŻVILUPP TAR-RIĊERKA U TAT-TEKNOLOĠIJA

Il-qafas legali

Statistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija u l-innovazzjoni (STI):

Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (28); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004, tat-22 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (29); Regolament(KE) Nru 1450/2004.

Riċerka, metodoloġija u nomenklaturi statistiċi:

Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar is-7 Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (30).

Ġestjoni tal-mikrodata u kunfidenzjalità: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1104/2006.

Is-sitwazzjoni attwali

Statistika dwar ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni: il-politika ta’ l-UE dwar ix-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni hija l-qofol ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona, kif enfasizzat mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona tal-15 u tas-16 ta’ Marzu 2002 u r-reviżjoni intermedja fl-2005. Il-produzzjoni u t-tixrid ta’ l-Istatistika fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D), ir-Riżorsi Umani fis-settur tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Brevetti u l-industriji tat-Teknoloġija Għolja u s-Servizzi bbażati fuq l-Għarfien tjiebu sewwa matul dawn l-aħħar snin. Din il-produzzjoni hija bbażata fuq kollezzjonijiet proprji ta’ data, l-użu ta’ sorsi amministrattivi u l-użu ta’ sorsi oħra ta’ data oħra uffiċjali jew mhux uffiċjali. Il-qafas leġiżlattiv ġie stabbilit.

Riċerka, metodoloġija u nomenklaturi statistiċi: minħabba l-bidla fl-ambjent ta’ ħidma, l-aktar minħabba t-tkabbir, il-globalizzazzjoni u t-teknoloġija ta’ l-informazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż sabiex tinġabar l-istatisika, jeħtieġ li jittejbu l-komponenti kollha tal-kwalità tad-data kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 322/97), biex ikunu sodisfatti domandi ġodda minn dawk li jfasslu l-politika ta’ l-UE u oħrajn u għall-adattament ta’ l-istatistika għall-bidla tas-soċjetà.

Ġestjoni tal-mikrodata u kunfidenzjalità: L-aċċess faċli għar-riċerkaturi għal mikro-data miġbura fil-livell Ewropew bħala parti mill-produzzjoni statistika skond l-Artikolu 285 tat-Trattat, huwa importanti. Tali aċċess għandu jkun konformi mal-leġislazzjoni xierqa dwar il-kunfidenzjalità, per eżempju, ir-Regolamenti (KE) Nru 322/97 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għal kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (31). Iridu jinstabu soluzzjonijiet sikuri ġodda.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

L-istatistika dwar ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni: Fis-snin li ġejjin, il-ħidma dwar l-istatistika dwar ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni ser tikkonċentra fuq il-ksib ta’ kwalità aħjar ta’ data, it-titjib tal-metodi, in-nomenklaturi, il-kunċetti u d-definizzjonijiet statistiċi (per eżempju, il-kejl aħjar tal-flussi tal-konoxxenza; l-użu tal-Patstat, is-sors ta’ data mhux ipproċessata armonizzata internazzjonalment), biex b’hekk jinfetħu l-bibien għal sorsi addizzjonali ta’ data u għall-implimentazzjoni sħiħa ta’ l-istatistika dwar l-iżvilupp tal-karrieri ta’ dawk li għandhom dottorat, kif ukoll l-aġġornar tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar id-diversi oqsma statistiċi koperti kif ukoll jiġi pprovdut kontribut aħjar għall-kontijiet nazzjonali.

Riċerka, metodoloġija u nomenklaturi statistiċi: Fis-7 Programm ta’ Qafas, għandha tingħata prijorità lit-titjib ta’ oqsma tematiċi, iżda wkoll lir-riċerka mmirata għat-titjib fil-kwalità tad-data permezz ta’ metodoloġiji innovattivi inklużi l-immudellar, l-istimar u l-imputazzjoni. Il-komunità tar-riċerka funzjonali fl-istatistika uffiċjali għandha terġa’ tiġi attivata billi jiġu inkurraġiti n-netwerks. It-tixrid u l-użu tar-riżultati mir-riċerka dwar statistika uffiċjali fis-6 u s-7 Programm ta’ qafas u l-applikazzjoni tar-riżultati fuq livell operattiv għandhom ikunu promossi u faċilitati. Jeħtieġ li ssir ukoll aktar ħidma biex jittejbu n-nomenklaturi użati (per eżempju, stħarriġ Ewropej ta’ gruppi ta’ intrapriżi li jwettqu riċerka u żvilupp), u biex tintuża u titkabbar l-infrastruttura Ewropea tar-reġistri ta’ gruppi ta’ intrapriżi.

Ġestjoni tal-mikrodata u kunfidenzjalità: Għandhom jiġu promossi approċċ integrat għal u metodoloġija għall-iżvilupp ta’ l-infrastrutturi Ewropej biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għar-riċerkaturi għal data anonimizzata fil-qafas tal-leġiżlazzjoni attwali.

TITOLU XIX

L-AMBJENT

Il-qafas legali

L-istatistika ambjentali ta’ l-UE hija mbuttata minn talbiet għal statistika, kontijiet u indikaturi ta’ kwalità għolja, komprensivi, affidabbli u rilevanti biex tkompli tkun żviluppata, implimentata u monitorjata l-politika ambjentali Komunitarja, b’mod partikolari s-sitt Programm ta’ Azzjoni għall-Ambjent (is-6 PAA) u “Xl-Istrateġiji Tematiċi” tiegħu, l-objettivi ambjentali ta’ l-Istrateġija għal Żvilupp Sostenibbli ta’ l-UE (SŻS) u l-Istrateġija ta’ Liżbona, u l-proċess ta’ Cardiff dwar l-integrazzjoni ta’ l-interessi ambjentali fl-oqsma politiċi kollha. Preżentement l-istatistika dwar l-iskart (32) u n-nefqa ambjentali biss hija miġbura taħt kopertura legali (33).

Is-sitwazzjoni attwali

Preżentement, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni (DG ENV) u l-Eurostat jżommu data ambjentali. Dan il-“Grupp ta’ Erbgħa” (Go4) laħaq ftehim dwar arranġament tekniku għad-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u l-ħidma li wassal għall-istabbiliment ta’ Ċentri ta’ Data Ambjentali (EDCs) (34). Ser tkun żgurata żieda fl-interoperabbiltà ta’ l-infrastruttura ta’ l-IT ta’ l-imsieħba fil-Go4. Is-sħubija mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (NU, OECD) dwar metodi (pereżempju, manwali) u dwar ġbir ta’ data (Kwestjonarju Konġunt Eurostat/OECD) tikkumplimenta l-qafas għall-istatistika u l-kontijiet dwar l-ambjent.

Il-prijorità prinċipali hija li tkun sodisfata d-domanda għal data ta’ “l-Istrateġiji Tematiċi”, pereżempju, dwar “il-Prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart”, l-“Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali” u l-“Użu sostenibbli tal-pestiċidi”; għandha titkompla l-produzzjoni ta’ l-istatistika ambjentali bażika, kif ukoll il-forniment ta’ statistika u indikaturi dwar l-ilma, l-arja, il-bijodiversità, il-ħamrija, il-foresti u l-użu ta’ l-art lil EDCs oħra.

L-analizzar aħjar u l-kwantifikazzjoni tar-rabta bejn il-pilastri ekonomiċi u ambjentali ta’ l-SDS joħolqu l-ħtieġa ta’ aktar żvilupp tal-kontijiet ambjentali-ekonomiċi. Xi sottoqsma ta’ l-informazzjoni ambjentali jindikaw nuqqasijiet konsiderevoli u mhux dejjem huma aġġornati. Is-sehem li għandhom l-istatistika u l-kontijiet dwar l-ambjent taħt il-kopertura legali ta’ l-UE huwa żgħir: Għandhom ikunu kkunsidrati bażijiet legali għal oqsma prinċipali oħra.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

Sabiex jittejbu s-sinerġiji, l-ippjanar u l-implimentazzjoni relatati ma’ l-istatistika ambjentali, il-ħidma bejn l-2008 u l-2012 se tkun ikkoordinata mil-“Laqgħa tad-Diretturi dwar l-Istatistika u l-Kontijiet Ambjentali” (DIMESA), li tkopri ż-żewġ networks tal-Go4 u l-Istati Membri.

Iċ-ċentri tad-data għall-Iskart, ir-Riżorsi u l-Prodotti Naturali u r-regolamenti dwar l-Istatistika dwar l-Iskart u dwar il-Pestiċidi (ippjanati) ser jipprovdu data ta’ kwalità għolja biex b’hekk jiġu sodisfati r-rikjesti għal data ta’ l-Istrateġiji Tematiċi.

L-indikaturi ambjentali eżistenti ser ikunu simplifikati, ser jiġu żviluppati indikaturi ġodda u ser ikun ipprovdut appoġġ tekniku għall-kalkolu ta’ l-indikaturi fil-livell ta’ l-UE, u għar-reviżjoni ta’ l-obbligi ta’ rappurtar biex il-ġbir ta’ data ambjentali jkun iffokat aħjar u aktar effittiv f’sens ta’ nfiq.

Għandha ssir promozzjoni ulterjuri ta’ l-iżvilupp u r-riċerka metodoloġiċi dwar kontijiet ambjentali-ekonomiċi u ser jiġu implimentati l-moduli tal-kontijiet ambjentali prinċipali.

Il-metodi ta’ stima u ta’ tbassir għall-mument biex jitnaqqas il-vojt fid-data u tiżdied il-prontezza ta’ l-istatistika u l-kontijiet ambjentali ser ikunu mtejba aktar.

Ser ikunu żviluppati bażijiet legali fejn ikun il-każ għall-oqsma ċentrali tal-ġbir ta’ data ambjentali li preżentement mhumiex koperti mill-atti legali.

TITOLU XX

KOPERAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP

Statistika tajba hija essenzjali għall-ivvalutar tas-suċċess tal-politika dwar l-iżvilupp. Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom bżonnha għal tfassil ta’ politika bbażat fuq il-provi. Barra dan, fil-kuntest tal-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u dak tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istatistika hija eżempju ta’ governanza tajba u tista’ tgħin fil-promozzjoni ta’ governanza tajba u trasparenza dment li jiġu osservati standards ta’ kwalità adatti fil-produzzjoni ta’ l-istatistika, u jkunu żgurati l-aċċessibbiltà għall-istatistika uffiċjali u t-tixrid tagħha.

Il-qafas legali

Artikolu 180 tat-Trattat.

Is-sitwazzjoni attwali

Hemm ħafna xi jsir fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex tiżdied il-kapaċità statistika. L-objettiv ġenerali huwa li tkun appoġġjata l-politika ta’ l-UE fir-rigward tar-relazzjonijiet esterni billi tiġi pprovduta assistenza statistika teknika adatta u ffukata sabiex tissaħħaħ il-kapaċità statistika f’pajjiżi li qed jibbenefikaw mill-għajnuna ta’ l-UE. Dan l-appoġġ għandu jkun dewwiem. F’dan ir-rigward, għandhom isiru sforzi biex ikun żgurat li l-istatistika tifforma parti integrali mill-pjanijiet nazzjonali u reġjonali għall-iżvilupp.

L-aktar element politiku sinifikanti huwa l-fokus akbar u espliċitu fuq it-tnaqqis tal-faqar fil-politika tal-KE għall-iżvilupp, b’mod partikolari fejn jidħlu l-pajjiżi ta’ l-ACP, u speċjalment fl-Afrika. Bħala riżultat ta’ dan, il-koperazzjoni fl-statistika qed tiffoka dejjem aktar fuq it-tisħiħ tal-kejl u l-monitoraġġ tal-faqar, b’enfasi partikolari fuq l-indikaturi ta’ l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju (MDGs).

Pariri u appoġġ tekniċi huma pprovduti fil-qasam tal-kejl ta’ l-impatt tal-programmi ta’ l-UE għall-iżvilupp u fir-rigward ta’ l-element statistiku tal-programmi għall-iżvilupp reġjonali ta’ l-UE.

L-integrazzjoni reġjonali hija enfasi kontinwa tal-programm u tirrifletti l-movimenti akbar fost il-pajjiżi nfushom biex isaħħu l-istrutturi reġjonali tagħhom. Oqsma li jinħtieġu l-appoġġ jinkludu s-sorveljanza multilaterali, it-titjib fil-kontijiet nazzjonali, l-istatistika dwar il-prezzijiet, l-istatistika agrikola, l-istatistika dwar ir-riżorsi naturali u l-pressjonijiet fuq l-ambjent, il-kummerċ barrani, l-istatistika dwar in-negozju u t-taħriġ fl-istatistika.

L-SSE tkompli u ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex ittejjeb il-koordinazzjoni fost il-komunità tad-donaturi (jiġifieri, donaturi bilaterali u multilaterali). Għalhekk, l-Eurostat u l-Istati Membri jappoġġaw il-ħidma, b’mod partikolari fil-kuntesti ta’ l-OECD/DAC, in-NU u l-Bank Dinji, biex ikun valutat l-impatt tal-koperazzjoni għall-iżvilupp biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju. Fil-fatt, hi għandha sehem attiv fl-inizjattiva PARIS 21. B’mod partikolari, l-attivitajiet ta’ koperazzjoni teknika jenfasizzaw l-importanza ta’ l-iffukar fuq l-utent, u jippromwovu l-valur ta’ pprogrammar multi-annwali.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

Għandha tiżdied il-viżibiltà ta’ l-istatistika fil-pjanijiet nazzjonali u reġjonali għall-iżvilupp;

Għandhom jiġu pprovduti konsulenza teknika u appoġġ xjentifiku, fejn ikun possibbli, għat-twettiq ta’ programmi statistiċi għall-iżvilupp, b’mod partikulari fil-livell reġjonali; biex ikunu appoġġjati proġetti b’implikazzjonijiet statistiċi u l-armonizzazzjoni ta’ l-istatistika f’pajjiżi li jibbenefikaw mill-għajnuna ta’ l-UE; u bħala kontribut għall-valutazzjoni tal-prijoritajiet statistiċi għall-ippjanar u l-ipprogrammar ta’ attivitajiet ta’ koperazzjoni ta’ l-UE fir-rigward ta’ l-istatistika;

Filwaqt li titqies id-dimensjoni tas-sessi, għandha titqiegħed enfasi partikolari fil-kejl u l-monitoraġġ tal-faqar, tal-progress dwar l-koeżjoni soċjali, tas-sostenibbiltà ambjentali u ta’ l-Indikaturi ta’ l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju.

TITOLU XXI

KOPERAZZJONI EKONOMIKA, FINANZJARJA U TEKNIKA MA’ PAJJIŻI TERZI

Il-qafas legali

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 1279/96, tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar l-għoti ta’ assistenza għar-riforma ekonomika u l-irkupru fl-Istati Indipendenti Ġodda u fil-Mongolja (35); il-Komunikazzjoni tad-9 ta’ Diċembru 2004 mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-proposti mill-Kummissjoni għal pjanijiet ta’ azzjoni fl-ambitu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP).

Is-sitwazzjoni attwali

Il-mira tal-koperazzjoni statistika mal-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) hija li jingħata appoġġ lill-iżvilupp tas-sistemi statistiċi ta’ dawn il-pajjiżi bil-ħsieb li jkun ipprovdut sett bażiku ta’ data armonizzata li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-UE fl-oqsma li fihom il-politika ta’ l-UE tkun titlobhom. L-assistenza statistika għal dawn il-pajjiżi hija implimentata permezz ta’ l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u ta’ Sħubija.

Inizjattivi ewlenin 2008-2012:

Jiġu żviluppati l-oqsma prinċipali ta’ l-istatistika ekonomika, tal-kontijiet nazzjonali u ta’ l-istatistika dwar il-prezzijiet, tal-kummerċ estern, ta’ l-istatistika fuq il-migrazzjoni u ta’ l-istatistika soċjali. Barra dan, għandhom progressivament jemerġu setturi oħra bħall-istatistika dwar l-enerġija u dik ambjentali – u, f’sens aktar wiesa’, l-indikaturi ta’ l-iżvilupp sostenibbli – bħala elementi produttivi ewlenin fit-tfassil tal-politika.

Il-koperazzjoni se timmira wkoll għall-bini u t-titjib tal-kapaċitajiet istituzzjonali ta’ l-uffiċċji statistiċi nazzjonali u tal-koperazzjoni interistituzzjonali.


(1)   ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

(2)   ĠU L 102, 7.4.2004, p. 1.

(3)   ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 602/2006 tal-Kummissjoni (ĠU L 106, 19.4.2006, p. 10).

(4)  Il-moviment liberu tal-persuni huwa indirizzat fit-Titolu IV.

(5)   ĠU L 230, 16.9.2003, p. 1.

(6)   ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17.

(7)  L-adozzjoni ta’ miżuri fil-qasam tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali mhijiex prevista fit-Titolu IV tat-Trattat KE imma hija parti mit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dawn il-miżuri huma inklużi taħt it-Titolu VI ta’ dan id-dokument għaliex kemm il-politika dwar il-migrazzjoni kif ukoll il-koperazzjoni bejn il-pulizija jew dik ġudizzjarja huma koperti mis-settur tal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja.

(8)   ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

(9)   ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1.

(10)   ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(11)   ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2103/2005, (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).

(12)   ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(13)   ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(14)   ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1.

(15)   ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(16)   ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).

(17)   ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 7).

(18)   ĠU L 374, 31.12.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

(19)   ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

(20)   ĠU L 7, 13.1.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

(21)   ĠU L 267, 14.8.2004, p. 32. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal–Kummissjoni (KE) Nru 973/2007/KE (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 10).

(22)   ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

(23)   ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/110/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 418).

(24)   ĠU L 185, 17.7.1990, p. 16. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/394/KE (ĠU L 148, 9.6.2007, p. 11).

(25)   ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

(26)   ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 105/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 39, 10.2.2007, p. 1).

(27)   ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(28)   ĠU L 230, 16.9.2003, p. 1.

(29)   ĠU L 118, 23.4.2004, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 973/2007.

(30)   ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(31)   ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(32)  Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-Istatistika fuq l-Iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006).

(33)  Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97.

(34)  L-Arranġament Tekniku ta’ l-14 ta’ Novembru 2005 dwar il-ħolqien taċ-Ċentri tad-Data Ambjentali, miftiehem bejn l-erba’ entitajiet Komunitarji involuti fl-irrappurtar dwar l-ambjent u t-tixrid tad-data.

(35)   ĠU L 165, 4.7.1996, p. 1.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

28.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Diċembru 2007

dwar l-issoktar fis-sena 2008 ta’ provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq materjal ta’ propagazzjoni u ta’ tħawwil tal-Malus Mill. skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE mibdija fl-2004

(2007/872/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (1),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/894/KE tal-11 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità fuq il-materjal ta’ propagazzjoni u ta’ tħawwil tal-Prunus persica (L.) Batsch, Malus Mill. u Rubus idaeus L. skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi,

(1)

Id-Deċiżjoni 2003/894/KE tistabbilixxi l-arranġamenti għall-provi u t-testijiet komparattivi li għandhom jitwettqu skond id-Direttiva 92/34/KEE fir-rigward tal-Malus Mill. mill-2004 sa l-2008.

(2)

It-testijiet u l-provi mwettqa fl-2004 sa l-2007 għandhom jissoktaw fl-2008,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu

Il-provi u t-testijiet komparattivi Komunitarji mibdija fl-2004 fuq materjal ta’ propagazzjoni u taħwil tal-Malus Mill. għandhom jissoktaw fl-2008 skond id-Deċiżjoni 2003/894/KE.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 157, 10.6.1992, p. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/776/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 48)

(2)   ĠU L 333, 20.12.2003, p. 88.


28.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2007

li tapprova l-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus imressaq mill-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6353)

(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(2007/873/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifikati li jinġarru fl-ikel (1) u, b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu;

Billi:

(1)

L-għan tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa li jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għall-iżvelar u l-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra fl-istadji rilevanti kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, b’mod partikolari fil-livell ta’ produzzjoni primarja, sabiex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju li dawn jippreżentaw għas-saħħa pubblika.

(2)

Il-mira tal-Komunità ġiet stabbilita għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ kull serotip tas-salmonella ta’ sinifikat għas-saħħa pubblika f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus fil-livell ta’ produzzjoni primarja permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005 tat-30 ta’ Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 (2).

(3)

Sabiex l-Istati Membri jiksbu l-mira tal-Komunità huma għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus u jippreżentawhom lill-Kummissjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

(4)

Il-Bulgarija ressqet il-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus.

(5)

Il-programm imressaq mill-Bulgarija nstab li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni veterinarja relevanti tal-Komunità u b’mod partikolari mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

(6)

Għalhekk il-programm nazzjonali ta’ kontroll imressaq mill-Bulgarija għandu jiġi approvat.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Il-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus imressaq mill-Bulgarija huwa approvat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bulgarija.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1237/2007 (ĠU L 280, 24.10.2007, p. 5).

(2)   ĠU L 170, 1.7.2005, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir–Regolament (KE) Nru 1168/2006 (ĠU L 211, 1.8.2006, p. 4).


28.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2007

li tapprova l-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus ippreżentat mir-Rumanija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6354)

(It-test bir-Rumen biss huwa awtentiku)

(2007/874/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifikati li jinġarru fl-ikel (1) u, partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu;

Billi:

(1)

L-għan tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa li jassigura li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għall-individwazzjoni u l-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra fl-istadji rilevanti kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, partikolarment fil-livell ta’ produzzjoni primarja, sabiex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju li dawn ifissru għas-saħħa pubblika.

(2)

Il-mira tal-Komunità ġiet stabbilità għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ kull serotip tas-salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus fil-livell ta’ produzzjoni primarja bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005 tat-30 ta’ Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 fir-rigward ta’ mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 (2).

(3)

Sabiex il-Komunità tikseb il-mira tagħha l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus u jissottomettuhom lill-Kummissjoni b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

(4)

Ir-Rumanija ppreżentat il-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus.

(5)

Il-programm ppreżentat mir-Rumanija nstab li hu konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti Veterinarja tal-Komunità u b’mod partikolari mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

(6)

Il-programm nazzjonali ta’ kontroll ippreżentat mir-Rumanija għandu għalhekk jiġi approvat.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Il-programmi nazzjonali għall-kontroll ta’ salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus ippreżentat mir-Rumanija hu approvat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1237/2007 (ĠU L 280, 24.10.2007, p. 5).

(2)   ĠU L 170, 1.7.2005, p. 12. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1168/2006 (ĠU L 211, 1.8.2006, p. 4).


28.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 2000/96/KE fir-rigward tal-mard li jittieħed elenkat f’dawk id-deċiżjonijiet

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6355)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/875/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 1998 l-istabbiliment ta’ netwerk għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 3(a) tiegħu.

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tipprovdi għat-twaqqif ta’ netwerk fil-livell Komunitarju sabiex jippromwovi l-kooperazzjoni u l-koordinament li jirrigwardaw il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard li jittieħed isemmi f’dik id-Deċiżjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar mard li jittieħed li għandu jiġi kopert b’mod progressiv fin-netwerk tal-Komunità skond id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), telenka ċertu mard li jittieħed li għandu jiġi kopert minn sorveljanza epidemjoloġika fin-netwerk Komunitarju stabbilit bid-Deċiżjoni 2119/98/KE.

(3)

Dan l-aħħar tfaċċa mard li jittieħed ġdid u ġew identifikati mikroorganiżmi ġodda li kapaċi jipperikolaw is-saħħa tal-pubbliku. Is-Sindromu Respiratorju Akut Gravi (SARS - Severe Acute Respiratory Syndrome) tfaċċa fl-2003 u minn dak iż-żmien jitqies bħala theddida potenzjali serja għas-saħħa pubblika. L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja u dik b’patoġeniċità baxxa huma riskju serju għall-individwi u l-evoluzzjoni potenzjali lejn influwenza pandemika. L-infezzjoni virali tal-Punent tan-Nil fil-bniedem dan l-aħħar ġiet irrappurtata f’għadd dejjem ikbar ta’ Stati Membri fl-UE u Pajjiżi barra mill-UE u b’hekk hija risjku serju għas-saħħa pubblika. Il-bnedmin jiġu infettati primarjament mill-gdim tan-nemus, għalkemm l-infezzjonijiet mit-trasfużjonijiet tad-demm u t-trapjanti ta’ l-organi ġew dokumentati, kif ukoll it-trażmissjoni mill-plaċenta ta’ l-omm.

(4)

L-annessi tad-Deċiżjonijiet Nru 2119/98/KE u Nru 2000/96/KE għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex ikopru s-Sindromu Respiratorju Akut Gravi (SARS), l-influwenza avjarja fil-bniedem u l-infezzjoni virali tal-Punent tan-Nil.

(5)

Ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) daħlu fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2007 u m’ għadhomx ristretti għal mard speċifiku iżda jkopru l-emerġenzi tas-saħħa pubblika ta’ importanza internazzjonali li jkunu identifikati bħala tali skond l-istrument ipprovdut fl-Anness 2 tar-Regolamenti. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Anness mad-Direttiva 2119/98/KE jiġi emendat.

(6)

Il-miżuri pprovvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE huwa emendat skond l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 2000/96/KE huwa emendat skond l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1. Id-Deċiżjoni emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)   ĠU L 28, 3.2.2000, p. 50. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2003/542/KE (ĠU L 185, 24.7.2003, p. 55).


ANNESS I

L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE hu emendat kif ġej:

1.

It-tmien inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

Mard li jittieħed li potenzjalment jista’ jwassal għal emerġenzi ta’ importanza internazzjonali identifikat skond l-Anness 2 tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa.”

2.

L-aħħar inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

Mard li jinġarr minn organiżmu ieħor

Mard żoonotiku

Mard ieħor li jittieħed ta’ importanza għas-saħħa pubblika inkluż mard ikkawżat minn rilaxx intenzjonat.”


ANNESS II

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/96/KE huwa emendat kif ġej:

1.

fil-punt 2.5.2 jiżdiedu t-termini li ġejjin:

“Sindromu Respiratorju Akut Gravi (SARS)”;

2.

fil-punt 2.5.3 jiżdiedu t-termini li ġejjin:

“Influwenza Avjarja fil-bniedem”;

“Infezzjoni virali tal-Punent tan-Nil”


28.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2007/25/KE fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tagħha

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6395)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/876/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 998/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/25/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 fir-rigward ta’ ċertu miżuri ta’ protezzjoni f’relazzjoni ma’ l-influwenza avjarja ferm patoġenika u l-moviment ta’ l-għasafar domestiċi li jakkompanjaw is-sidien tagħhom fil-Komunità (2) tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2007.

(2)

Madankollu, tifqigħat ta’ l-influenza tat-tjur ikkawżati mill-influenza tat-tjur mir-razza H5N1 b’patoġeniċità għolja għadhom iseħħu fuq bażi regolari f’ċerti pajjiżi membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE). Il-marda għalhekk għadha ma ġietx ikkontrollata. Barra minn hekk, f’pajjiżi madwar id-dinja għadhom jinstabu każijiet ta’ infezzjoni fil-bnedmin u anki mwiet b’riżultat ta’ kuntatt mill-qrib ma’ għasafar infettati.

(3)

Sabiex tevita l-firxa tal-vajrus ta’ l-influwenza avjarja kkawżat mill-għasafar domestiċi li jiddaħħlu fit-territorju tal-Komunità minn pajjiż terz, huwa għalhekk adatt li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/25/KE sal-31 ta’ Diċembru 2008.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/25/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2007/25/KE, id-data tal-“31 ta’ Diċembru 2007” tinbidel bil-“31 ta’ Diċembru 2008”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 245/2007(ĠU L 73, tal-13.3.2007, p. 9).

(2)   ĠU L 8, 13.1.2007, p. 29.


28.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2007

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2007 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja u l-Olanda għall-iskop li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti u lill-prodotti tal-pjanti

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6405)

(It-testi bl-Olandiż, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u ż-Żvediż biss huma awtentiċi)

(2007/877/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 2000/29/KE, kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tingħata lill-Istati Membri biex ikopru n-nefqa relatata direttament mal-miżuri meħtieġa li jkunu ttieħdu, jew huma ppjanati li jittieħdu, bl-iskop li jiġġieldu kontra organiżmi ta’ ħsara introdotti minn pajjiżi terzi jew minn żoni oħra fil-Komunità, biex jinqerdu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jiġu ristretti.

(2)

Il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja u l-Olanda lkoll stabbilew programm ta’ azzjonijiet biex jinqerdu organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti li jkunu ġew introdotti fit-territorji tagħhom. Dawn il-programmi jispeċifikaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri mwettqa, it-tul tagħhom u kemm jiswew. Il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja u l-Olanda applikaw għall-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal dawn il-programmi fil-limitu taż-żmien stabbilit fid-Direttiva 2000/29/KE u skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2002 tal-14 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ l-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll fuq is-saħħa tal-pjanti u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97 (2).

(3)

It-tagħrif tekniku pprovdut mill-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja u l-Olanda ppermetta lill-Kummissjoni biex tanalizza s-sitwazzjoni b’mod akkurat u komprensiv u biex tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, intlaħqu. Għalhekk, huwa xieraq li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità biex tkopri n-nefqa ta’ dawn il-programmi.

(4)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tkopri sa 50 % tan-nefqa eliġibbli. Madankollu, skond l-Artikolu 23(5), it-tielet paragrafu, tad-Direttiva, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programm imressaq mill-Ġermanja u parti mill-programm ta’ l-Olanda għandha titnaqqas ladarba l-programmi nnotifikati minn dawn l-Istati Membri diġà kienu suġġett ta’ finanzjament mill-Komunità taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/885/KE (3) għall-Ġermanja u d-Deċiżjoni 2005/789/KE (4) għall-Olanda.

(5)

Skond l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE, il-Kummissjoni għandha taċċerta ruħha jekk l-introduzzjoni ta’ l-organiżmu ta’ ħsara rilevanti ġiex kkawżat minn eżaminazzjonijiet jew spezzjonijiet inadegwati u tadotta l-miżuri meħtieġa mis-sejbiet tal-verifika tagħha.

(6)

Skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 (5) dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni, il-miżuri tas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Garanzija u l-Gwida Agrikola. Għall-finijiet tal-kontroll finanzjarju ta’ dawn il-miżuri għandhom japplikaw il-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2007 biex tkopri n-nefqa mġarrba mill-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja u l-Olanda relatata mal-miżuri meħtieġa kif speċifikat fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2000/29/KE u li ttieħdet għall-iskop li jiġu miġġielda l-organiżmi kkonċernati bil-programmi ta’ eradikazzjoni elenkat fl-Anness hija b’dan approvata.

Artikolu 2

1.   Is-somma totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1 hija ta’ EUR 694 273.

2.   Is-somma massima tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal kull programm għandha tkun kif indikata fl-Anness.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità kif stabbilit fl-Anness għandha titħallas skond il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

evidenza tal-miżuri meħuda tkun ingħatat skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) 1040/2002.

(b)

talba għall-ħlas tkun tressqet mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) 1040/2002.

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja hija mingħajr preġudizzju għall-verifiki mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Renju ta’ l-Olanda.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).

(2)   ĠU L 157, 15.6.2002, p. 38, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 738/2005 (ĠU L 122, 14.5.2005, p. 17).

(3)   ĠU L 341, 7.12.2006, p. 43.

(4)   ĠU L 296, 12.11.2005, p. 42.

(5)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1, kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1.).


ANNESS

PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI

Kodiċi:

a= Is-sena ta’ l-implimentazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni.

TAQSIMA I

Programmi li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità hija ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli.

Stat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara

Il-pjanti milquta

Sena

Infiq eleġibbli

(EUR)

Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (EUR)

Għal kull programm

Il-Belġju

Diabrotica virgifera

Qamħirrum

2005 u 2006

67 331

33 665

Il-Finlandja

Bemisia tabaci

Euphorbia pulcherrima

2006 u 2007

109 262

54 631

Franza

Diabrotica virgifera

Qamħirrum

2005 u 2006

871 548

435 774

L-Olanda

Diabrotica virgifera

Qamħirrum

2005

282 557

141 278


TAQSIMA II

Programmi li għalihom ir-rati tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità jvarjaw, bl-applikazzjoni tad-digressivita'.

Stat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara

Il-pjanti milquta

Sena

a

Infiq eleġibbli

(EUR)

Ir-rata

(%)

Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità

(EUR)

Il-Ġermanja

Anoplophora glabripennis

Siġar varji

2006

3

26 950

45

12 127

L-Olanda

Diabrotica virgifera

Qamħirrum

2005 (iż-żona ta’ Alsmeer)

3

37 330

45

16 798


Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (EUR)

694 273


28.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2007

dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur fil-Ġermanja, fil-Polonja u fir-Renju Unit

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6802)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/878/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsindrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3) tagħha,

Billi,

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (4) tistipula ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom jiġu applikati biex jipprevjenu t-tifrix ta' dik il-marda, inkluż il-ħolqien ta' żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew ikkonfermata tal-marda.

(2)

Wara tifqigħat ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fil-Polonja u l-Ġermanja, ġiet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/785/KE (5), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/816/KE (6), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/838/KE (7) u 2007/844/KE.

(3)

Il-miżuri ta’ protezzjoni meħuda mill-Polonja u l-Ġermanja skond id-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif taż-żoni A u B, kif stipulat fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni, issa ġew riveduti fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(4)

Il-miżuri ta' protezzjoni li jikkonċernaw il-Ġermanja jistgħu jiġu kkonfermati.

(5)

Minħabba tifqigħa oħra tal-marda fil-Polonja, il-fruntieri taż-żona A u d-dewmien tal-miżuri għandhom jiġu modifikati biex iqisu l-qagħda epidemjoloġika.

(6)

Ir-Renju Unit għarraf lill-Kummissjoni li minħabba l-qagħda favorevoli tal-marda f'dak l-Istat Membru, il-miżuri kollha ta' kontroll relatati mat-tifqigħat ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fit-territroju tagħhom tneħħew sad-19 ta’ Diċembru 2007 u għalhekk it-twaqqif ta' żoni A u B f'dak l-Istat Membru huwa konformi ma' l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2006/415/KE m'għadx hemm bżonnu.

(7)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE għandu jiġi sostitwit kollu kemm hu.

(8)

Id-Deċiżjoni 2006/415/KE għalhekk għandha tkun emendata kif jixraq.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)   ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(4)   ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/844/KE (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 101).

(5)   ĠU L 316, 4.12.2007, p. 62.

(6)   ĠU L 326, 12.12.2007, p. 32.

(7)   ĠU L 330, 15.12.2007, p. 51.


ANNESS

“ANNESS

PARTI A

Iż-Żona A kif stabbilita skond l-Artikolu 4(2):

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona A

Data sa meta jibqa’ applikabbli l-Artikolu 4(4)(b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

DE

IL-ĠERMANJA

 

Iż-żona ta' 10 km stabbilita madwar it-tifqigħa fil-komun ta' Großwoltersdorf li tinkludi l-komuni kollha jew partijiet minn:

15.1.2008

Landkreis Oberhavel: Fürstenberg/Havel, Gransee, Großwoltersdorf, Sonnenberg, Stechlin

Landkreis Ostprignitz-Ruppin: Lindow (Mark), Rheinsberg

Landkreis Mecklenburg-Strelitz: Priepert, Wesenberg

Iż-żona ta' 10 km stabbilita madwar it-tifqigħa fil-komun ta' Bensdorf li tinkludi l-komuni kollha jew partijiet minn:

21.1.2008

Kreisfreie Stadt Brandenburg an der Havel

Landkreis Havelland: Milower Land

Landkreis Potsdam-Mittelmark: Bensdorf, Havelsee, Rosenau, Wusterwitz

Landkreis Jerichower Land: Brettin, Demsin, Genthin, Kade, Karow, Klitsche, Roßdorf, Schlagenthin, Zabakuck

PL

IL-POLONJA

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PŁOCKI

01419

Żona ta' protezzjoni:

 

Il-Muniċipalità ta' Brudzeń Duży:

 

Główina

 

Gorzechówko

 

Gorzechowo

 

Myśliborzyce

 

Rembielin

 

Rokicie

 

Siecień

 

Siecień Rumunki

 

Strupczewo Duże

 

Uniejewo

 

Więcławice

 

Il-Muniċipalità ta' Nowy Duninów:

 

Karolewo

 

Nowa Wieś

 

Nowy Duninów

16.1.2008

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

ŻUROMIŃSKI

01437

Żona ta' protezzjoni:

Il-Muniċipalità ta' Bieżuń:

 

Bieżuń

 

Dźwierzno

 

Karniszyn

 

Karniszyn Parcele

 

Kobyla Łąka

 

Kocewo

 

Myślin

 

Sadłowo

 

Sadłowo Parcele

 

Strzeszewo

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

WŁOCŁAWSKI

00418

Żona ta' protezzjoni:

il-Muniċipalità ta' Włocławek:

 

Skoki Duże

 

Skoki Małe

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

ELBLĄSKI

02804

Żona ta' protezzjoni:

Il-Muniċipalità ta' Godkowo:

 

Dąbkowo

 

Krykajny

 

Łępno

 

Łukoszyno Biki

 

Łukoszyno Biki

 

Piskajny

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

OSTRÓDZKI

02815

Żona ta' protezzjoni:

Il-Muniċipalità ta' Miłakowo:

 

Głodówko

 

Pawełki

 

Biernatki

 

Rycerzewo

 

Polkajny

 

Stolno

 

Klugajny

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PŁOCKI

01419

Żona ta' sorveljanza:

 

Il-Muniċipalità ta' Brudzeń Duży:

 

Bądkowo

 

Bądkowo Jeziorne

 

Bądkowo Kościelne

 

Bądkowo Podlasie

 

Bądkowo Rochny

 

Biskupice

 

Brudzeń Duży

 

Brudzeń Mały

 

Cegielnia

 

Cierszewo

 

Izabelin

 

Janoszyce

 

Karwosieki Cholewice

 

Kłobukowo

 

Krzyżanowo

 

Lasotki

 

Murzynowo

 

Noskowice

 

Parzeń

 

Parzeń Janówek

 

Patrze

 

Radotki

 

Robertowo

 

Sikórz

 

Sobowo

 

Suchodół

 

Turza Mała

 

Turza Wielka

 

Wincentowo

 

Winnica

 

Zdziębórz

 

Żerniki

 

Il-Muniċipalità ta' Stara Biała:

 

Brwilno Górne

 

Kobierniki

 

Kowalewko

 

Ludwikowo

 

Mańkowo

 

Maszewo Duże

 

Srebrna

 

Ulaszewo

 

Wyszyna

 

Il-Muniċipalità ta' Nowy Duninów:

 

Brwilno Dolne

 

Brzezinna Góra

 

Duninów Duży

 

Grodziska

 

Jeżowo

 

Kamion

 

Kobyla Góra

 

Środoń

 

Stary Duninów

 

Studzianka

 

Wola Brwileńska

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

SIERPECKI

01427

Żona ta' sorveljanza:

 

Il-Muniċipalità ta' Mochowo:

 

Będorzyn.

 

Grodnia

 

Łukoszyn

 

Łukoszyno Biki

 

Il-Muniċipalità ta' Rościszewo:

 

Lipniki

 

Ostrów

 

Polik

 

Rzeszotary Nowe

 

Rzeszotary Zawady

 

Września

 

Il-Muniċipalità ta' Zawidz:

 

Jaworowo Kolonia

 

Jaworowo Kłódź

 

Jaworowo Lipa Jaworowo

 

Próchniatka

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

ŻUROMIŃSKI

01437

Żona ta' sorveljanza:

 

Il-Muniċipalità ta' Bieżuń:

 

Adamowo

 

Bielawy Gołuskie

 

Dąbrówki

 

Gołuszyn

 

Mak

 

Małocin

 

Pełki

 

Pozga

 

Sławęcin

 

Stanisławowo

 

Stawiszyn Łaziska

 

Stawiszyn Zwalewo

 

Trzaski

 

Wilewo

 

Władysławowo

 

Il-Muniċipalità ta' Żuromin:

 

Będzymin

 

Chamsk

 

Dębsk

 

Franciszkowo

 

Kruszewo

 

Młudzyno

 

Olszew

 

Poniatowo

 

Żuromin

 

Il-Muniċipalità ta' Lutocin:

 

Chromakowo

 

Elżbiecin

 

Felcyn

 

Jonne

 

Lutocin

 

Mojnowo

 

Nowy Przeradz

 

Obręb

 

Parlin

 

Przeradz Mały

 

Przeradz Wielki

 

Seroki

 

Swojęcin

 

Zimolza

 

Il-Muniċipalità ta' Siemiątkowo:

 

Antoniewo

 

Dzieczewo

 

Nowa Wieś

 

Nowopole

 

Siciarz

 

Sokołowy Kąt

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

MŁAWSKI

01413

Żona ta' sorveljanza:

Il-Muniċipalità ta' Radzanów:

 

Zgliczyn Glinki

 

Zgliczyn Kościelny

 

Zgliczyn Witowy

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

WŁOCŁAWSKI

00418

Żona ta' sorveljanza:

Il-Muniċipalità ta' Włocławek:

 

Dąb Mały

 

Dąb Polski

 

Dąb Wielki

 

Dobiegniewo

 

Jazy

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

LIPNOWSKI

00408

Żona ta' sorveljanza:

 

Il-Muniċipalità ta' Dobrzyń nad Wisłą:

 

Chalin

 

Chudzewo

 

Dobrzyń Nad Wisłą

 

Kamienica

 

Łagiewniki

 

Lenie Wielkie

 

Michałkowo

 

Mokówko

 

Mokowo

 

Płomiany

 

Ruszkowo

 

Wierznica

 

Wierzniczka

 

Il-Muniċipalità ta' Tłuchowo:

Trzcianka

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

ELBLĄSKI

02804

Żona ta' sorveljanza:

Il-Muniċipalità ta' Godkowo:

 

Burdajny

 

Dobry

 

Godkowo

 

Gwiździny

 

Klekotki

 

Kwitajny Wielkie

 

Lesiska

 

Nawty

 

Osiek

 

Plajny

 

Podągi

 

Skowrony

 

Swędkowo

 

Szymbory

 

Ząbrowiec

 

Zimnochy

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

LIDZBARSKI

02809

Żona ta' sorveljanza:

 

Il-Muniċipalità ta' Orneta:

 

Augustyny

 

Bażyny

 

Biały Dwór

 

Bogatyńskie

 

Chwalęcin

 

Dąbrówka

 

Drwęczno

 

Gieduty

 

Karbowo

 

Karbówka

 

Karkajny

 

Klusajny

 

Krzykały

 

Lejławki Małe

 

Lejławki Wielkie

 

Orneta

 

Osetnik

 

Ostry Kamień

 

Wojciechowo

 

Il-Muniċipalità ta' Lubomino:

 

Biała Wola

 

Ełdyty Małe

 

Ełdyty Wielkie

 

Lubomino

 

Piotrowo

 

Świękity

 

Wapnik

 

Wójtowo

 

Zajączki

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

OSTRÓDZKI

02815

Żona ta' sorveljanza:

Il-Muniċipalità ta' Miłakowo:

 

Bieniasze

 

Gilginie

 

Gudniki

 

Henrykowo

 

Książnic

 

Miejski Dwór

 

Miłakowo

 

Mysłaki

 

Niegładki

 

Naryjski Młyn

 

Nowe Mieczysławy

 

Pityny

 

Rożnowo

 

Raciszewo

 

Wojciechy

 

Stare Bolity

 

Nowe Bolity

 

Trokajny

 

Warkałki

 

Warkały

 

Warny

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

BRANIEWSKI

02802

Żona ta' sorveljanza:

 

Il-Muniċipalità ta' Wilczęta:

 

Bardyny

 

Gładysze

 

Jankówko

 

Kolonia Wilczęta

 

Spędy

 

Tatarki

 

Il-Muniċipalità ta' Płoskinia:

Stygajny

RO

IR-RUMANIJA

 

 

31.12.2007

Żona ta’ protezzjoni

00038

1.

Murighiol

Żona ta’ protezzjoni

00038

1.

Dunavatu de Jos

2.

Dunavatu de Sus

3.

Colina

4.

Plopu

5.

Sarinasuf

6.

Mahmudia

PARTI B

Iż-Żona B kif stabbilita skond l-Artikolu 4(2):

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Iż-Żona B

Data sa meta jibqa’ applikabbli l-Artikolu 4(4)(b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

DE

IL-ĠERMANJA

 

Il-komuni ta':

15.1.2008

Landkreis Oberhavel: Fürstenberg/Havel, Gransee, Großwoltersdorf, Schönermark, Sonnenberg, Stechlin, Zehdenick

Landkreis Ostprignitz-Ruppin: Lindow (Mark), Rheinsberg

Landkreis Uckermark: Lychen, Templin

Landkreis Mecklenburg-Strelitz: Godendorf, Priepert, Wesenberg, Wokuhl-Dabenow, Wustrow

Il-komuni ta':

21.1.2008

Kreisfreie Stadt Brandenburg an der Havel

Landkreis Havelland: Milower Land, Premnitz

Landkreis Potsdam-Mittelmark: Beetzsee, Bensdorf, Havelsee, Rosenau, Wenzlow, Wusterwitz, Ziesar

Landkreis Jerichower Land: Brettin, Demsin, Genthin, Kade, Karow, Klitsche, Mützel, Paplitz, Parchen, Roßdorf, Schlagenthin, Wulkow, Zabakuck

PL

IL-POLONJA

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PŁOCKI

01419

Iż-żoni kollha li mhumiex elenkati fiż-Żona A

16.1.2008

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PŁOCK

01462

 

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PLOŃSKI

01420

 

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

CIECHANOWSKI

01402

 

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

MŁAWSKI

01413

Iż-żoni kollha li mhumiex elenkati fiż-Żona A

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

GOSTYNIŃSKI

01404

 

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

SIERPECKI

01427

Iż-żoni kollha li mhumiex elenkati fiż-Żona A

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

ŻUROMIŃSKI

01437

Iż-żoni kollha li mhumiex elenkati fiż-Żona A

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

WŁOCŁAWSKI

00418

 

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

LIPNOWSKI

00408

 

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

WŁOCŁAWEK

00464

 

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

BRODNICKI

00402

Il-Muniċipalità ta':

 

Górzno

 

Świedziebnia

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

RYPIŃSKI

00412

Il-Muniċipalitajiet ta':

 

Rogowo

 

Rypin

 

Skrwilno

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

DZIAŁDOWSKI

02803

Il-Muniċipalitajiet ta':

 

Działdowo

 

Działdowo city

 

Iłowo - Osada

 

Lidzbark

 

Płośnica

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

ELBLĄSKI

02804

Il-Muniċipalitajiet ta':

 

Godkowo (iż-żoni kollha li mhumiex elenkati fiż-Żona A)

 

Młynary

 

Pasłęk

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

BRANIEWSKI

02802

Il-Muniċipalitajiet ta':

 

Pieniężno

 

Płoskinia (iż-żoni kollha li mhumiex elenkati fiż-Żona A)

 

Wilczęta (iż-żoni kollha li mhumiex elenkati fiż-Żona A)

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

LIDZBARSKI

02809

Il-Muniċipalitajiet ta':

 

Lidzbark Warmiński

 

Lubomino (iż-żoni kollha li mhumiex elenkati fiż-Żona A)

 

Orneta (iż-żoni kollha li mhumiex elenkati fiż-Żona A)

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

OLSZTYŃSKI

02814

Il-Muniċipalitajiet ta':

 

Barczewo

 

Dobre Miasto

 

Dywity

 

Gierzwałt

 

Jonkowo

 

Olsztynek

 

Purda

 

Stawiguda

 

Świątki

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

OLSZTYN

02862

 

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

OSTRÓDZKI

02815

Il-Muniċipalitajiet ta':

 

Dąbrówno

 

Gietrzwałd

 

Małdyty

 

Miłakowo (iż-żoni kollha li mhumiex elenkati fiż-Żona A)

 

Morąg

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

NIDZICKI

02811

 

RO

IR-RUMANIJA

00038

Il-Kontea ta’ Tulcea

31.12.2007”


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kummissjoni

28.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/65


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2007

dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma suxxettibli għal regolazzjoni ex ante skond id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5406)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/879/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/21/KE tistabbilixxi qafas legali għas-settur ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jfittex li jwieġeb għal xejriet fil-konverġenza billi jkopri fl-ambitu tiegħu n-netwerks kollha ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi. L-għan tal-qafas regolatorju huwa li jitnaqqsu progressivament r-regoli speċifiċi tas-settur ex ante hekk kif il-kompetizzjoni fis-suq tiżviluppa.

(2)

L-iskop ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa biex jiġu identifikati dawk is-swieq tal-prodotti u s-servizzi li fihom ir-regolazzjoni ex ante tista’ tiġi ġustifikata skond l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/21/KE. L-għan ta’ kwalunkwe intervent regolatorju ex ante huwa fl-aħħar mill-aħħar li jipproduċi benefiċċji għall-utenti aħħarija billi s-swieq bl-imnut isiru kompetittivi fuq bażi sostenibbli. Id-definizzjoni ta’ swieq rilevanti tista’ u fil-fatt tinbidel biż-żmien minħabba li jevolvu l-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi u jinbidlu l-possibilitajiet għas-sostituzzjoni tad-domanda u tal-provvista. Billi r-Rakkomandazzjoni 2003/311/KE ilha fis-seħħ għal aktar minn erba’ snin, issa jixraq li tiġi riveduta l-edizzjoni inizjali fuq il-bażi ta’ żviluppi tas-suq. Għaldaqstant, din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/311/KE (2).

(3)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/21/KE jirrikjedi li l-Kummissjoni tiddefinixxi s-swieq skond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. Għalhekk il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni jintużaw f’din ir-Rakkomandazzjoni biex jiġu stabbiliti l-limiti għas-swieq tal-prodotti fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, fil-waqt li l-identifikazzjoni jew l-għażla tas-swieq definiti għal regolazzjoni ex ante tiddependi fuq dawk is-swieq li għandhom il-karatteristiċi li jistgħu jkunu tali li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ obbligazzjonijiet regolatorji ex ante. It-terminoloġija użata f’din ir-Rakkomandazzjoni hija bbażata fuq it-terminoloġija użata fid-Direttiva 2002/21/KE u d-Direttiva 2002/22/KE; in-Nota ta’ Spjegazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni tiddeskrivi t-teknoloġiji li qed jevolvu fir-rigward ta’ dawn is-swieq. Skond id-Direttiva 2002/21/KE, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jiddefinixxu s-swieq rilevanti adattati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari s-swieq ġeografiċi rilevanti fit-territorju tagħhom.

(4)

Il-punt ta’ tluq għall-identifikazzjoni tas-swieq f’din ir-Rakkomandazzjoni hija d-definizzjoni tas-swieq bl-imnut minn perspettiva li tħares ’l quddiem, waqt li tiġi kkunsidrata l-kapaċità ta’ sostituzzjoni min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista. Wara li ġew iddefiniti s-swieq bl-imnut, huwa imbagħad xieraq li jiġu identifikati s-swieq bl-ingrossa rilevanti. Jekk is-suq ’l isfel fil-katina tal-provvista (downstream) jiġi fornut minn impriża jew impriżi integrata(i) vertikalment, ma jista’ jkun hemm ebda suq bl-ingrossa (kummerċjali) fin-nuqqas ta’ regolazzjoni. Konsegwentement, jekk is-suq jiġġustifika l-identifikazzjoni, jista’ jkun li jinħtieġ li jinbena suq bl-ingrossa nozzjonali ’l fuq fil-katina tal-provvista (upstream). Is-swieq fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ħafna drabi għandhom żewġt uċuħ, fis-sens li jinkludu s-servizzi provduti fuq netwerks jew pjattaformi li jiġbru flimkien utenti miż-żewġ naħat tas-suq; per eżempju l-utenti aħħarija li jiskambjaw komunikazzjonijiet, jew il-persuni li jibagħtu u jirċievu l-informazzjoni jew il-kontenut. Jeħtieġ li jitqiesu dawn l-aspetti meta jiġu kkunsidrati l-identifikazzjoni u d-definizzjoni tas-swieq, minħabba li dawn jistgħu jaffettwaw kemm il-mod li bih jiġu definiti s-swieq kif ukoll jekk għandhomx il-karatteristiċi li jistgħu jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ obbligazzjonijiet regolatorji ex ante.

(5)

Sabiex jiġu identifikati s-swieq li huma suxxettibli ghal regolazzjoni ex ante, huwa xieraq li jiġu applikati l-kriterji kumulattivi li ġejjin. L-ewwel kriterju huwa l-preżenza ta’ ostakli għoljin u mhux transitorji għad-dħul. Dawn jistgħu jkunu ta’ natura strutturali, legali jew regolatorji. Madankollu, fil-kuntest tal-karattru u l-funzjonament dinamiku tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, possibilitajiet sabiex jingħelbu l-ostakli għad-dħul fil-medda taż-żmien rilevanti għandhom jitqiesu wkoll fit-twettieq ta’ analiżi prospettiva sabiex jiġu identifikati s-swieq rilevanti għar- regolazzjoni ex ante possibbli. Għalhekk it-tieni kriterju jinkludi biss dawk is-swieq li l-istruttura tagħhom ma tinklinax lejn kompetizzjoni effettiva fil-medda taż-żmien rilevanti. L-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju tinvolvi l-eżami tal-qagħda tal-kompetizzjoni wara l-ostakli għad-dħul. It-tielet kriterju huwa li l-applikazzjoni tal-liġi ta’ kompetizzjoni biss ma kinitx tindirizza b’mod adegwat in-nuqqas (jew in-nuqqasijiet) tas-suq ikkonċernat.

(6)

L-indikaturi prinċipali li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni ta’ l-ewwel u t-tieni kriterji huma simili għal dawk eżaminati bħala parti minn analiżi tas-suq li tħares ’l quddiem, b’mod partikolari, l-indikaturi ta’ ostakli għad-dħul fin-nuqqas ta’ regolazzjoni, (inkluż l-ammont ta’ spejjeż mitlufa (sunk costs)), l-istruttura tas-suq, ir-rendiment tas-suq u d-dinamiċi tas-suq, inkluż indikaturi bħall-ishma u x-xejriet tas-suq, prezzijiet u tendenzi tas-suq, u l-ammont u l-kopertura ta’ netwerks jew infrastrutturi kompetituri. Kull suq li jissodisfa t-tliet kriterji fin-nuqqas ta’ regolazzjoni ex ante huwa suxxettibbli għal regolazzjoni ex ante.

(7)

Swieq ġodda emerġenti m’għandhomx ikunu suġġetti għal obbligi mhux xierqa, ukoll jekk ikun hemm il-vantaġġ ta’ l-ewwel okkupant fis-suq, skond id-Direttiva 2002/21/KE. Swieq ġodda emerġenti huma kunsidrati li jikkonsistu mill-prodotti jew is-servizzi, fejn, minħabba fin-novità tagħhom, ikun diffiċli ħafna li wieħed jipprevedi l-kondizzjonijiet tad-domanda jew id-dħul fis-suq u l-kondizzjonijiet tal-provvista, u konsegwentement ikun diffiċli li jiġu applikati t-tliet kriterji. L-għan li s-swieq ġodda emerġenti ma jiġux suġġetti għal obbligi mhux xierqa huwa li jippromwovi l-innovazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE; fl-istess ħin, għandha tiġi evitata l-preklużjoni ta’ dawn is-swieq mill-impriża prinċipali, kif indikat ukoll fil-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas- setgħa fis-suq sinifikanti skond il-qafas regolatorju Komunitarju għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (3). L-aġġornamenti inkrementali fl-infrastruttura ta’ netwerk eżistenti rarament iwassal għal suq ġdid jew emerġenti. In-nuqqas ta’ kapaċità għal sostituzzjoni ta’ prodott għandu jiġi stabbilit kemm min-naħa tal-perspettivi tad-domanda kif ukoll min-naħa tal-perspettivi tal-provvista qabel ma jkun jista’ jiġi konkluż li ma jagħmilx parti minn suq li diġà jeżisti. L-iżvilupp ta’ servizzi ġodda ta’ bejgħ bl-imnut jista’ jagħti lok għal suq bl-ingrossa derivat ġdid sakemm u safejn dawn is-servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ma jistgħux jiġu provduti permezz ta’ prodotti bl-ingrossa eżistenti.

(8)

Safejn huma kkonċernati l-ostakli għad-dħul, żewġ tipi huma rilevanti għall-għan ta’ din ir-Rakkomandazzjoni: ostakli strutturali u ostakli legali jew regolatorji.

(9)

Ostakli strutturali għad-dħul jirriżultaw minn kondizzjonijiet oriġinali ta’ nefqa jew tad-domanda li joħolqu kondizzjonijiet asimmetriċi bejn operaturi diġà stabbiliti u operaturi ġodda li jimpedixxu jew jipprevjenu dħul fis-suq ta’ dawn ta’ l-aħħar. Per eżempju, jista’ jinstab li jeżistu ostakli strutturali għolja għad-dħul meta s-suq ikun ikkaratterizzat minn vantaġġi ta’ l-ispiża assoluta, ekonomiji skond il-kobor sostanzjali u/jew ekonomiji skond il-firxa, il-limiti tal-kapaċità u l-ispejjeż mitlufa għoljin. Sal-lum, dawn l-ostakli għadhom jistgħu jiġu identifikati fir-rigward ta’ l-użu wiesa’ u/jew il-provvista ta’ netwerks ta’ aċċess lokali f’lokazzjonijiet fissi. Ostaklu strutturali relatat jista’ jeżisti wkoll fejn il-provvista ta’ servizz teħtieġ komponent tan-netwerk li ma jistax jiġi duplikat b’mod tekniku jew jista’ jiġi duplikat biss bi spiża tali li ma tkunx ekomomika għall-kompetituri.

(10)

Ostakli legali jew regolatorji mhumiex ibbażati fuq kondizzjonijiet ekonomiċi, imma jirriżultaw minn miżuri leġiżlattivi, amministrattivi jew miżuri statali oħra li għandhom effett dirett fuq il-kondizzjonijiet għad-dħul u/jew l-ippożizzjonar ta’ operaturi fis-suq rilevanti. Eżempju ta’ ostaklu legali jew regolatorju li jipprevjeni d-dħul fis-suq huwa limitu fuq in-numru ta’ impriżi li għandhom aċċess għall-ispektrum għall-provvista tas-servizzi bażiċi. Eżempji oħra ta’ ostakli legali jew regolatorji huma l-kontrolli tal-prezzijiet jew miżuri oħra relatati mal-prezz imposti fuq l-impriżi, li jaffettwaw mhux biss id-dħul imma wkoll l-ippożizzjonar ta’ l-impriżi fis-suq. Ostakli legali jew regolatorji li jistgħu jitneħħew fil-medda taż-żmien rilevanti, m’għandhomx normalment jitqiesu bħala li jikkostitwixxu ostaklu ekonomiku għad-dħul, bħat-twettiq ta’ l-ewwel kriterju.

(11)

Ostakli għad-dħul jistgħu jsiru wkoll inqas rilevanti rigward swieq iggwidati mill-innovazzjoni kkaratterizzati minn progress teknoloġiku kontinwu. F’dawn is-swieq, il-limiti kompetittivi ta’ sikwit jiġu minn theddid innovattiv minn kompetituri potenzjali li bħalissa mhumiex fis-suq. Fis-swieq iggwidati mill-innovazzjoni, tista’ sseħħ kompetizzjoni dinamika jew fit-terminu aktar twil fost ditti li mhumiex neċessarjament kompetituri f’suq “statiku” eżistenti. Din ir-Rakkomandazzjoni ma tidentifikax swieq fejn ostakli għad-dħul mhumiex mistennija li jibqgħu matul il-perjodu previst. Fil-valutazzjoni ta’ jekk hemmx il-possibbiltà li l-ostakli għad-dħul jippersistu fin-nuqqas ta’ regolazzjoni, jinħtieġ li jiġi eżaminat jekk l-industrija tkunx esperjenzat dħul frekwenti u b’suċċess u jekk id-dħul kienx jew hemmx il-possibbiltà li jkun fil-futur immedjat biżżejjed u persistenti li jillimita s-saħħa fis-suq. Ir-rilevanza ta’ ostakli għad-dħul se jiddependi inter alia fuq l-iskala effiċjenti minima tal-produzzjoni u l-ispejjeż mitlufa.

(12)

Ukoll meta suq ikun ikkaratterizzat minn ostakli għolja għad-dħul, fatturi strutturali oħra f’dak is-suq jistgħu jfissru li s-suq għandu tendenza lejn riżultat kompetittiv b’mod effettiv fil-medda taż-żmien rilevanti. Id-dinamiċi tas-suq jistgħu per eżempju jiġu kkawżati minn żviluppi teknoloġiċi, jew mill-konverġenza tal-prodotti u s-swieq li jistgħu jagħtu lok għall-limitazzjonijiet kompetittivi li qed jiġu eżerċitati wkoll bejn l-operaturi li huma attivi fi swieq distinti ta’ prodotti. Dan jista’ jkun il-każ ukoll fi swieq b’numru limitat - imma biżżejjed – ta’ impriżi li għandhom strutturi ta’ l-ispejjeż diverġenti u li qed jiffaċċjaw domanda tas-suq b’elastiċità fil-prezzijiet. Jista’ jkun hemm ukoll eċċess ta’ kapaċità fis-suq li normalment tippermetti li ditti rivali jespandu l-produzzjoni tagħhom b’mod mgħaġġel ħafna bħala risposta għal kwalunkwe żieda fil-prezz. F’dawn is-swieq, l-ishma tas-suq jistgħu jinbidlu matul iż-żmien u/jew jista’ jiġi osservat nuqqas fil-prezzijiet. Fejn id-dinamiċi tas-suq qed jinbidlu b’mod mgħaġġel, għandha tingħata attenzjoni għall-għażla tal-medda taż-żmien rilevanti sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi pertinenti tas-suq.

(13)

Id-deċiżjoni li suq jiġi identifikat bħala suxxettibbli għal regolazzjoni ex ante għandha tiddependi wkoll fuq evalwazzjoni ta’ kemm hija suffiċjenti l-liġi ta’ kompetizzjoni biex tindirizza n-nuqqasijiet tas-suq li jirriżultaw meta jiġu sodisafatti l-ewwel żewġ kriterji. Hemm possibbiltà li l-interventi tal-liġi ta’ kompetizzjoni ma jkunux biżżejjed fejn ir-rekwiżiti tal-konformità ta’ intervent sabiex jiġi kumpensat nuqqas tas-suq ikunu estensivi jew fejn l-intervent frekwenti u/jew fil-ħin ikun indispensabbli.

(14)

L-applikazzjoni tat-tliet kriterji għandha tillimita n-numru tas-swieq fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fejn jiġu mposti obbligi regolatorji ex ante u b’hekk tikkontribbwixxi għall-għan tal-qafas regolatorju biex jitnaqqsu r-regoli speċifiċi tas-settur ex ante progressivament hekk kif il-kompetizzjoni fis-suq tiżviluppa. Dawn il-kriterji għandhom jiġu applikati b’mod kumulattiv, sabiex jekk wieħed minnhom ma jiġix sodisfatt dan ikun jindika li suq m’għandux jiġi identifikat bħala suxxettibbli għal regolazzjoni ex ante.

(15)

Il-kontrolli regolatorji fuq il-bejgħ ta’ servizzi bl-imnut għandhom jiġu imposti biss fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li l-miżuri rilevanti ta’ bejgħ bl-ingrossa jew il-miżuri fir-rigward ta’ l-għażla jew l-għażla minn qabel ta’ carrier jonqsu li jilħqu l-mira ta’ l-assigurazzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva u t-twettiq ta’ miri ta’ interess pubbliku. Billi jintervjenu fuq livell ta’ bejgħ bl-ingrossa, inkluż permezz ta’ rimedji li jistgħu jaffettwaw is-swieq bl-imnut, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li kemm jista’ jkun mill-katina ta’ valur tkun miftuħa għal proċessi ta’ kompetizzjoni normali, biex b’hekk jitwasslu l-aħjar riżultati lill-utenti aħħarija. Għalhekk din ir-Rakkomandazzjoni tidentifika prinċipalment is-swieq bl-ingrossa, li r-regolazzjoni xierqa tagħhom hija maħsuba biex tindirizza n-nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva li hija evidenti fi swieq ta’ l-utent aħħari. Jekk awtorità regolatorja nazzjonali turi li l-interventi bl-ingrossa jkunu fallew, is-suq bl-imnut rilevanti jista’ jkun suxxettibbli għal regolazzjoni ex ante bil-kundizzjoni li jkunu ġew sodisfatti t-tliet kriterji stabbiliti hawn fuq.

(16)

Il-proċess ta’ l-identifikazzjoni tas-swieq f’din ir-Rakkomandazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għas-swieq li jistgħu jiġu definiti f’każi speċifiċi taħt il-liġi tal-kompetizzijoni. Barra minn hekk, l-iskop tar-regolazzjoni ex ante huwa mingħajr preġudizzju għall-iskop ta’ l-attivitajiet li jistgħu jiġu analizzati taħt il-liġi tal-kompetizzjoni.

(17)

Is-swieq elenkati fl-Anness ġew identifikati abbażi ta’ dawn it-tliet kriterji kumulattivi. Għas-swieq li mhumiex elenkati f’din ir-Rakkomandazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom japplikaw it-test tat-tliet kriterji lis-suq ikkonċernat. Għas-swieq fl-anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/311/KE tal-11 ta’ Frar 2003, li mhumiex elenkati fl-anness għal din ir-Rakkomandazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li japplikaw it-test tat-tliet kriterji biex jevalwaw jekk, abbażi taċ- ċirkustanzi nazzjonali, suq ikunx għadu suxxettibbli għal regolazzjoni ex ante. Għas-swieq elenkati f’din ir-Rakkomandazzjoni, awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tagħżel li ma twettaqx proċedura ta’ analiżi tas-suq jekk tistabbilixxi, li t-tliet kriterji mhumiex sodisfatti għas-suq partikolari. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jidentifikaw swieq li huma differenti minn dawk elenkati f’din ir-Rakkomandazzjoni, bil-kundizzjoni li jaġixxu skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE. In-nuqqas li jiġi nnotifikat abbozz ta’ miżura li jaffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri kif deskritt fil-Premessa 38 tad-Direttiva 2002/21/KE jista’ jirriżulta fi proċedimenti ta’ ksur. Swieq oħra għajr dawk elenkati f’din ir-Rakkomandazzjoni għandhom jiġu definiti abbażi tal-prinċipji tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni Komunitarja (4) u jkunu konsistenti mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni ta’ setgħa tas-suq sinifikanti (5) filwaqt li jissodisfaw it-tliet kriterji stabbiliti hawn fuq.

(18)

Il-fatt li din ir-Rakkomandazzjoni tidentifika dawk is-swieq tal-prodotti u tas-servizzi li fihom ir-regolazzjoni ex ante tista’ tiġi ġustifikata ma jfissirx li r-regolazzjoni hija dejjem iġġustifikata jew li dawn is-swieq se jiġu suġġetti għall-impożizzjoni ta’ l-obbligazzjonijiet regolatorji stipulati fid-Direttivi speċifiċi. B’mod partikolari, regolazzjoni ma tistax tiġi imposta jew trid tiġi irtirata jekk hemm kompetizzjoni effettiva fuq dawn is-swieq fin-nuqqas ta’ regolazzjoni, jiġifieri, jekk l-ebda operatur ma jkollu s-setgħa tas-suq sinifikanti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/21/KE. L-obbligazzjonijiet regolatorji jridu jkunu xierqa u jkunu bbażati fuq in-natura tal-problema li tkun ġiet identifikata, ipproporzjonati u ġġustifkati fid-dawl ta’ l-għanijiet stabbiliti fid-Direttiva 2002/21/KE, b’mod partikolari jimmassimizzaw il-benefiċċji għall-utenti, jassiguraw li ma jkun hemm ebda tgħawwiġ jew restrizzjoni fil-kompetizzjoni, jinkoraġġixxu l-investiment effiċjenti fl-infrastruttura u jippromwovu l-inovazzjoni, u jinkoraġġixxu l-użu u l-amministrazzjoni effiċjenti tal-frekwenzi tar-radju u r-riżorsi tan-numerazzjoni.

(19)

Din ir-Rakkomandazzjoni kienet suġġetta għal konsultazzjoni pubblika u għal konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali għall-kompetizzjoni,

B’DAN TIRRAKKOMANDA:

1.

Fid-definizzjoni tas-swieq rilevanti xierqa għaċ-ċirkostanzi nazzjonali skond l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2002/21/KE, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom janalizzaw is-swieq tal-prodotti u s-servizzi identifikati fl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni.

2.

Għall-finijiet ta’ l-identifikazzjoni ta’ swieq oħra għajr dawk stipulati fl-Anness, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jassiguraw li dawn it-tliet kriterji li ġejjin jiġi sodisfatti b’mod kumulattiv:

(a)

Il-presenza ta’ ostakli għolja u mhux transitorji għad-dħul. Dawn jistgħu jkunu ta’ natura strutturali, legali jew regolatorji;

(b)

Struttura tas-suq li ma tinklinax lejn kompetizzjoni effettiva fil-medda taż-żmien rilevanti. L-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju tinvolvi l-eżami tal-qagħda tal-kompetizzjoni wara l-ostakli għad-dħul;

(ċ)

L-insuffiċjenza tal-liġi tal-kompetizzjoni waħidha biex tindirizza b’mod adegwat in-nuqqas (jew in-nuqqasijiet) tas-suq ikkonċernat.

3.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-definizzjonijiet tas-suq, ir-riżultati ta’ l-analiżi tas-suq u l-obbligazzjonijiet regolatorji adottati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skond l-Artikoli 15(3) u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE qabel id-data ta’ l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

4.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32).

(2)   ĠU L 114, 8.5.2003, p. 45.

(3)   ĠU C 165, 11.7.2002, p. 6.

(4)   ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5.

(5)   ĠU C 165, 11.7.2002, p. 6.


ANNESS

Il-livell tal-bejgħ bl-imnut

1.

Aċċess għan-netwerk pubbliku tat-telefon f’lokazzjoni fissa għall-klijenti residenzjali u mhux residenzjali.

Il-livell tal-bejgħ bl-ingrossa

2.

Bidu tas-sejħa fuq in-netwerk pubbliku tat-telefon provvdut f’lokazzjoni fissa.

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-bidu tas-sejħa jinkludi t-trasferiment tas-sejħa, ddelineat b’tali mod li tkun konsistenti, f’kuntest nazzjonali, mal-konfini delineati għas-suq tat-tranżitu tas-sejħa u tat-terminazzjoni tas-sejħa fuq netwerk publiku tat-telefon provvdut f’lokazzjoni fissa.

3.

It-terminazzjoni tas-sejħa fuq networks pubbliċi tat-telefon individwali provvdut f’lokazzjoni pubblika.

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, it-terminazzjoni tas-sejħa tinkludi t-trasferiment tas-sejħa ddelineat b’tali mod li tkun konsistenti, f’kuntest nazzjonali, mal-konfini delineati għas-suq tal-bidu tas-sejħa u s-suq tat-tranżitu tas-sejħa fuq in-netwerk pubbliku tat-telefon provvdut f’lokazzjoni fissa.

4.

Aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk (fiżiku) bl-ingrossa (inkluż aċċess maqsum jew kompletament unbundled) f’lokazzjoni fissa.

5.

Aċċess għall-broadband bl-ingrossa.

Dan is-suq huwa magħmul minn aċċess għan-netwerk mhux fiżiku jew virtwali inkluż aċċess għas-sekwenza ta’ bit f’lokazzjoni fissa. Dan is-suq jinsab “l isfel fil-katina tal-provvista (downstream) mill-aċċess fiżiku kopert minn suq Nru 4 elenkat hawn fuq, fejn aċċess għall-broadband bl-ingrossa jista” jiġi ffurmat permezz ta’ dan id-dħul flimkien ma’ elementi oħra.

6.

Il-bejgħ bl-ingrossa ta’ segmenti terminali ta’ linji mikrija, irrispettivament mit-tekonolġija użata biex tipprovdi kapaċità mikrija jew dedikata.

7.

It-terminazzjoni ta’ sejħa vokali fuq netwerks individwali ċellulari.

Corrigendum

28.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/70


Corrigendum għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1941/2006, (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007 fir-rigward ta’ l-opportunitajiet u l-kondizzjonijiet assoċjati tas-sajd għal ċerti ħażniet ta’ ħut

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 172, tat-30 ta' Ġunju 2007 )

Paġna 29, Anness I (emenda ta' l-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1941/2006, numru 2 (emenda ta' l-Anness II), punt (ċ)

Flok:

“(ċ)

Għandu jiżdied il-punt li ġej:

“1.3.

Meta jsir sajd bil-linji tal-mitlaq fil-perijodi u fil-jiem imniżżlin fil-punti 1.1 u 1.2, m'għandu jinżamm l-ebda merluzz abbord.”.”

Aqra:

“(ċ)

Għandu jiżdied il-punt li ġej:

“1.5.

Meta jsir sajd bil-linji tal-mitlaq fil-perijodi u fil-jiem imniżżlin fil-punti 1.1 u 1.2, m'għandu jinżamm l-ebda merluzz abbord.”.”