ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
15 ta' Diċembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex itejjeb il-ħidma tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2235/2002/KE

1

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1483/2007 ta' l-14 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/2007 ta' l-14 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2007

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1485/2007 ta’ l-14 ta' Diċembru 2007 li jirreġistra ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Carne de Bísaro Transmontano jew Carne de Porco Transmontano (DPO), Szegedi szalámi jew Szegedi téliszalámi (DPO), Pecorino di Filiano (DPO), Cereza del Jerte (DPO), Garbanzo de Fuentesaúco (IĠP), Lenteja Pardina de Tierra de Campos (IĠP), Λουκούμι Γεροσκήπου (Loukoumi Geroskipou) (IĠP), Skalický trdelník (IĠP))

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/2007 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007 li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Olives noires de Nyons (DPO)

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1487/2007 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fiż-żona IV ta' l-ICES lejn it-Tramuntana ta' 53° 30′ Tramuntana min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/2007 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007 li jerġa' jiftaħ is-sajd għall-alfonsinos fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV ta' l-ICES (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

18

 

*

Regolament (KE) Nru 1489/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2007/18)

20

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill u Kummissjoni

 

 

2007/834/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2007 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunitajiet fil-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija fir-rigward ta’ l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea

29

 

 

Kunsill

 

 

2007/835/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2007 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Alġerija tad-29 ta’ Novembru 2007 għall-istabbiliment ta’ sotto-kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u ta’ Grupp ta’ Ħidma dwar l-Affarijiet Soċjali

31

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/836/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2007 relatata ma’ proċedura skond l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/E-2/39.143 – Opel) (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4277)

44

 

 

2007/837/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2007 li timplimenta d-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ linji gwida strateġiċi mill-2008 sa l-2013 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5822)

48

 

 

2007/838/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur fil-Polonja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6597)  ( 1 )

51

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/787/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Israel, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea ( ĠU L 317, 5.12.2007 )

60

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPM/3/2007 tat-30 ta’ Novembru 2007 li dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) ( ĠU L 329, 14.12.2007 )

60

 

*

Rettifika għall-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea ( ĠU L 205, 7.8.2007 )

60

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/1


DEĊIŻJONI Nru 1482/2007/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Diċembru 2007

li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex itejjeb il-ħidma tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2235/2002/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 888/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 1998 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja biex ittejjeb is-sistemi ta’ tassazzjoni indiretta tas-suq intern (il-programm Fiscalis) (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-programm 2002”) u d-Deċiżjoni Nru 2235/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2002 li tadotta programm tal-Komunità biex tittejjeb l-operazzjoni tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (il-programm Fiscalis 2003 – 2007) (4) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-programm 2007”) ikkontribwixxew b’mod sinifikanti għall-kisba ta’ l-għanijiet tat-Trattat. Hu għalhekk meqjus bħala xieraq li l-attivitajiet mibdija taħt dawk il-programmi jitkomplew. Il-programm stabbilit b’din id-Deċiżjoni (minn hawn il-quddiem imsejjaħ ‘il-Programm’) għandu jiġi stabbilit għal perjodu ta’ sitt snin sabiex it-tul tiegħu jiġi allinjat ma’ dak tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jinsab fil-Ftehim Inter-istituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar id-dixxiplina tal-baġit u amministrazzjoni finanzjarja tajba (5).

(2)

Fis-suq intern, l-applikazzjoni effettiva, uniformi u effiċjenti tal-liġi Komunitarja hija essenzjali sabiex is-sistemi tat-taxxa jiffunzjonaw, b’mod partikolari il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji nazzjonali permezz tal-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, l-evitar ta’ distorzjonijiet fil-kompetizzjoni u t-tnaqqis ta’ piż żejjed fuq l-amministrazzjonijiet u l-persuni li jħallsu t-taxxa. Il-kisba ta’ tali applikazzjoni effettiva, uniformi u effiċjenti tal-liġi Komunitarja hija kwistjoni għall-Komunità, fi sħubija ma’ l-Istati Membri. Il-kooperazzjoni effiċjenti u effettiva fost l-Istati Membri attwali u dawk possibilment futuri, u bejniethom u l-Kummissjoni hija l-element ewlieni fit-tħaddim tas-sistemi tat-tassazzjoni u fil-ġlieda kontra l-frodi. Il-Programm għandu wkoll jgħin sabiex jiġu identifikati prattiċi leġislattivi u amministrattivi li jistgħu jfixklu l-kooperazzjoni u rimedji possibbli għal ostakli lil tali kooperazzjoni.

(3)

Sabiex jiġi appoġġjat il-proċess ta’ adeżjoni minn pajjiżi kandidati, għandhom ikunu pprovduti mezzi prattiċi li permezz tagħhom l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta’ dawk il-pajjiżi jkunu jistgħu jidħlu għas-sensiela sħiħa ta’ ħidmiet meħtieġa taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità sa mid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom. Għalhekk il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi kandidati. Strateġija simili għandha tittieħed fir-rigward ta’ pajjiżi potenzjalment kandidati.

(4)

Is-sistemi kompjuterizzati trans-Ewropej ta’ sistemi sikuri ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ l-informazzjoni ffinanzjati taħt il-programm 2007 għandhom sehem importanti ħafna fit-tisħiħ tas-sistemi ta’ tassazzjoni fil-Komunità u għalhekk għandhom ikomplu jiġu ffinanzjati. Barra minn hekk għandu jkun possibbli li fil-Programm jiġu inklużi sistemi oħra ta’ skambju ta’ informazzjoni relatati mat-taxxa bħas-Sistema ta’ Kontroll tal-Moviment tas-Sisa (EMCS) stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u s-sorveljanza ta’ prodotti suġġetti għas-sisa (6) u kull sistema meħtieġa għall-għanijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta’ dħul minn tifdil fil-forma ta’ ħlas ta’ interessi fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax (7).

(5)

L-esperjenza miksuba mill-Komunità mill-programmi ta’ l-2002 u l-2007 turi li l-ġbir flimkien ta’ uffiċjali minn amministrazzjonijiet nazzjonali differenti f’attivitajiet professjonali, bħal żjarat ta’ ħidma, seminars, gruppi tal-proġetti u kontrolli multilaterali jikkontribwixxi għall-kisba ta’ l-għanijiet ta’ tali programmi. Għalhekk dawk l-attivitajiet għandhom jitkomplew. Għandu jibqa’ possibbli li jiġu żviluppati tipi ġodda ta’ attivitajiet li jwieġbu b’mod aktar effettiv għall-bżonnijiet li jistgħu jinqalgħu.

(6)

L-esperjenza miksuba mill-programmi ta’ l-2002 u l-2007 turi li l-iżvilupp u l-implimentazzjoni koordinati ta’ programm ta’ taħriġ komuni jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-għanijiet ta’ tali programmi, b’mod partikulari għall-kisba ta’ standard għoli ta’ għarfien tal-liġi Komunitarja. L-opportunitajiet li joffri l-ambjent ta’ tagħlim elettroniku għandhom jiġu esplorati bis-sħiħ f’dan il-kuntest.

(7)

Uffiċjali attivi fil-qasam tat-tassazzjoni jeħtieġu standard suffiċjenti ta’ kompetenza lingwistika sabiex jikkooperaw u jipparteċipaw fil-Programm. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-pajjiżi parteċipanti li jipprovdu t-taħriġ fil-lingwa meħtieġ għall-uffiċjali tagħhom.

(8)

Hu xieraq li ssir proviżjoni għall-organizzazzjoni ta’ ċerti attivitajiet bil-parteċipazzjoni ta’ esperti, bħal uffiċjali, ta’ pajjiżi terzi jew rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

(9)

L-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-programm 2007 kkonfermat li informazzjoni li tirriżulta mill-attivitajiet tal-programm għandha tkun disponibbli għall-pajjiżi parteċipanti kollha u għall-Kummissjoni.

(10)

Għalkemm ir-responsabbiltà primarja sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Programm qiegħda fuq il-pajjiżi parteċipanti, azzjoni Komunitarja hija meħtieġa biex tikkoordina l-attivitajiet taħt il-Programm kif ukoll għall-provvediment ta’ l-infrastruttura u l-istimulu neċessarju.

(11)

Billi l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effett ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(12)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu tal-programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza ewlenija, fit-tifsira ta’ punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina tal-baġit u amministrazzjoni finanzjarja tajba għall-awtorità baġitarja waqt il-proċedura baġitarja annwali.

(13)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8),

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Programm Fiscalis 2013

1.   B’dan qed jiġi stabbilit programm ta’ azzjoni pluriennali Komunitarju (Fiscalis 2013) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Programm”) għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013 biex itejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern.

2.   Il-Programm għandu jikkonsisti fl-attivitajiet li ġejjin:

(a)

sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni;

(b)

kontrolli multilaterali kif definiti fl-Artikolu 2(4);

(ċ)

seminars u gruppi ta’ proġetti;

(d)

żjarat ta’ ħidma;

(e)

attivitajiet ta’ taħriġ;

(f)

attivitajiet oħrajn simili meħtieġa għall-kisba ta’ l-għanijiet tal-Programm.

Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet imsemmija fil-punti (b) sa (f) għandha tkun fuq bażi voluntarja.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“tassazzjoni” għandha tfisser it-taxxi li ġejjin applikati fil-pajjiżi parteċipanti, kif definit fl-Artikolu 3(1):

(a)

taxxa fuq il-valur miżjud;

(b)

taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u l-prodotti tat-tabakk, kif ukoll taxxi fuq prodotti ta’ l-enerġija u ta’ l-elettriku, kif previst fid-Direttivi 92/83/KEE (9), 95/59/KE (10) u 2003/96/KE (11) rispettivament;

(ċ)

taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital kif deskritt fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE (12);

(d)

taxxi fuq premiums ta’ l-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE (13);

(2)

“amministrazzjoni” għandha tfisser l-awtoritajiet pubbliċi u korpi oħra fil-pajjiżi parteċipanti li huma responsabbli għall-amministrazzjoni tat-tassazzjoni jew attivitajiet relatati mat-taxxa;

(3)

“uffiċjal” għandha tfisser uffiċjal ta’ amministrazzjoni;

(4)

“kontroll multilaterali” għandha tfisser il-kontroll koordinat tar-responsabbiltà rigward it-taxxa ta’ persuna waħda jew aktar li jkunu relatati u taxxabbli, organizzat minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew aktar b’interessi komuni jew komplimentari li jinkludu ta’ l-anqas Stat Membru wieħed.

Artikolu 3

Parteċipazzjoni fil-Programm

1.   Il-pajjiżi parteċipanti huma l-Istati Membri u l-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 2.

2.   Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

pajjiżi kandidati li jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, bi qbil mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim Qafas u fid-Deċiżjonijiet ta’ Assoċjazzjoni tal-Kunsill relevanti; u

(b)

pajjiżi kandidati potenzjali, skond id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati ma’ dawk il-pajjiżi wara l-istabbiliment ta’ ftehim qafas għall-parteċipazzjoni fi programmi tal-Komunità;

3.   Pajjiżi parteċipanti għandhom jkunu rrappreżentati minn uffiċjali.

Artikolu 4

Għanijiet

1.   L-għan ġenerali tal-Programm għandu jkun li jittejjeb it-tħaddim kif suppost tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern billi titkabbar il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-amministrazzjonijiet tagħhom u l-uffiċjali.

2.   L-għanijiet speċifiċi tal-programm għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazji tas-sisa:

(i)

li jitħarsu l-iskambju effiċjenti, effettiv u estensiv ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva;

(ii)

li jkun possibbli għall-uffiċjali li jiksbu standard għoli ta’ għarfien tal-liġi Komunitarja u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri; u

(iii)

li jkun żgurat it-titjib kontinwu tal-proċeduri amministrattivi li jqisu l-bżonnijiet ta’ l-amministrazzjonijiet u tal-persuni taxxabbli permezz ta’ l-iżvilupp u t-tixrid ta’ prattika amministrattiva tajba;

(b)

fir-rigward tat-taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital:

(i)

li jitħarsu l-iskambju effiċjenti u effettiv ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva; inkluż il-kondiviżjoni ta’ prattiċi amministrattivi tajbin; u

(ii)

li jkun possibbli għall-uffiċjali li jiksbu standard għoli ta’ għarfien tal-liġi Komunitarja u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri;

(ċ)

fir-rigward ta’ taxxi fuq premiums ta’ l-assigurazzjoni, li tittejjeb il-kooperazzjoni bejn amministrazzjonijiet, sabiex tkun żgurata applikazzjoni aħjar tar-regoli eżistenti; u

(d)

fir-rigward ta’ pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali, li jintlaħqu l-bżonnijiet speċjali ta’ dawk il-pajjiżi sabiex dawn jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-adeżjoni fil-qasam tal-leġislazzjoni tat-taxxa u l-kapaċità amministrattiva.

Artikolu 5

Programm ta’ Ħidma u indikaturi

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ ħidma annwali skond il-proċedura ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 17(2). Il-programm ta’ ħidma għandu jkun ibbażat fuq skeda ta’ attivitajiet ippjanati għas-sena baġitarja kkonċernata u t-tqassim mistenni tal-fondi. Il-programm ta’ ħidma għandu jkun ippubblikat fuq il-website tal-Kummissjoni.

Il-programm ta’ ħidma għandu jinkludi indikaturi għall-għanijiet speċifiċi tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 4(2), li għandhom jintużaw għall-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u dawk finali tal-Programm bi qbil ma’ l-Artikolu 19.

KAPITOLU II

ATTIVITAJIET TAL-PROGRAMM

Artikolu 6

Sistemi ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 2 huma operazzjonali.

2.   Is-sistemi ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

In-Netwerk ta’ Komunikazzjoni Komuni/l-Interface tas-Sistemi Komuni (CCN/CSI);

(b)

Is-Sistema ta’ l-Iskambju ta’ l-Informazzjoni fuq il-VAT (VIES);

(ċ)

Sistemi ta’ Dazju;

(d)

Sistema ta’ Kontroll tal-Moviment tas-Sisa (EMCS); u

(e)

kull sistema ġdida relatata mat-taxxa ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni, stabbilita skond il-leġislazzjoni Komunitarja u prevista fil-programm ta’ ħidma li għalih issir referenza fl-Artikolu 5.

3.   Il-komponenti Komunitarji tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni għandhom ikunu l-konnessjonijiet ta’ hardware, u tan-netwerk, li għandhom ikunu komuni għall-Istati Membri kollha.

Il-Kummissjoni għandha, f’isem il-Komunità, tikkonkludi l-kuntratti meħtieġa biex tkun żgurata n-natura operazzjonali ta’ dawk il-komponenti.

4.   Il-komponenti mhux Komunitarji tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni għandhom jinkorporaw id-databases nazzjonali li jiffurmaw parti minn dawn is-sistemi, il-konnessjonijiet tan-netwerk bejn il-komponenti Komunitarji u dawk mhux Komunitarji u dak is-software u l-hardware li kull Stat Membru iqis xieraq għat-tħaddim sħiħ ta’ dawk is-sistemi fl-amministrazzjoni tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komponenti mhux Komunitarji jibqgħu operazzjonali u li huma interoperabbli mal-komponenti Komunitarji.

5.   Il-Kummissjoni għandha tikkoordina, f’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, dawk l-aspetti ta’ l-istabbiliment u t-tħaddim tal-komponenti Komunitarji u mhux Komunitarji tas-sistemi u ta’ l-infrastruttura msemmija fil-paragrafu 2 li huma meħtieġa sabiex ikunu żgurati t-tħaddim, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu tagħhom. L-Istati Membri għandhom iżommu ma’ l-iskedi u t-termini stabbiliti għal dak il-għan.

Artikolu 7

Kontrolli Multilaterali

Minn fost il-kontrolli multilaterali li huma jorganizzaw, il-pajjiżi parteċipanti għandhom jagħżlu dawk li l-ispejjeż tagħhom jitħallsu mill-Komunità bi qbil ma’ l-Artikolu 14. Wara kull kontroll ta’ dan it-tip għandu jiġi pprezentat rapport ta’ evalwazzjoni lill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Seminars u gruppi tal-proġetti

Il-Kummissjoni u l-pajjiżi parteċipanti għandhom jorganizzaw seminars u gruppi tal-proġetti flimkien.

Artikolu 9

Żjarat ta’ Ħidma

1.   Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu jorganizzaw żjarat ta’ ħidma għall-uffiċjali. Iż-żjarat ta’ ħidma m’għandhomx ikunu ta’ aktar minn xahar. Kull żjara ta’ ħidma għandha timmira lejn attività professjonali partikulari u għandha titħejja b’mod suffiċjenti, tiġi mmonitorjata u sussegwentement tiġi evalwata mill-uffiċjali u mill-amministrazzjonijiet ikkonċernati.

2.   Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jippermettu li l-uffiċjali taż-żjara jkollhom sehem effettiv fl-attivitajiet ta’ l-amministrazzjoni ospitanti. Għal dan il-għan, l-uffiċjali taż-żjara għandhom ikunu awtorizzati li jwettqu l-ħidmiet relatati mad-dmirijiet fdati lilhom mill-amministrazzjoni ospitanti skond is-sistema legali tagħha.

3.   Matul iż-żjara ta’ ħidma, ir-responsabbiltà ċivili ta’ l-uffiċjal taż-żjara fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħal dik ta’ l-uffiċjali ta’ l-amministrazzjoni ospitanti. L-uffiċjali taż-żjara huma marbutin bl-istess regoli ta’ segretezza professjonali u trasparenza bħall-uffiċjali ta’ l-amministrazzjoni ospitanti.

Artikolu 10

Attivitajiet ta’ taħriġ

1.   Il-pajjiżi parteċipanti, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni strutturata bejn il-korpi nazzjonali ta’ taħriġ u l-uffiċjali responsabbli għat-taħriġ fl-amministrazzjonijiet tat-tassazzjoni, u b’mod partikulari permezz tal-mezzi li ġejjin:

(a)

l-iżvilupp ta’ programmi ta’ taħriġ eżistenti u, fejn meħtieġ, programmi ġodda biex jipprovdu gafas komuni ta’ taħriġ għall-uffiċjali biex ikunu jistgħu jiksbu l-ħiliet u l-għarfien professjonali komuni meħtieġ;

(b)

fejn xieraq, il-ftuħ ta’ korsijiet ta’ taħriġ fil-qasam tat-tassazzjoni lill-uffiċjali mill-pajjiżi parteċipanti kollha, fejn dawn il-korsijiet huma pprovduti minn pajjiż parteċipanti għall-uffiċjali tiegħu stess;

(ċ)

fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ l-għodda meħtieġa għal taħriġ komuni ta’ taxxa.

2.   Il-pajjiżi parteċipanti għandhom, fejn jixraq, jintegraw il-programmi ta’ taħriġ żviluppati konġuntement imsemmija fil-paragrafu 1(a) fil-programmi nazzjonali tagħhom ta’ taħriġ.

Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li l-uffiċjali tagħhom jirċievu t-taħriġ tal-bidu u dak kontinwu meħtieġ biex jiksbu l-ħiliet u l-għarfien professjonali komuni skond il-programmi ta’ taħriġ komuni, u t-taħriġ lingwistiku meħtieġ sabiex l-uffiċjali jiksbu livell suffiċjenti ta’ kompetenza lingwistika għall-parteċipazzjoni fil-Programm.

Artikolu 11

Parteċipazzjoni f’attivitajiet taħt il-Programm

Esperti, bħal rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u uffiċjali ta’ pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw f’attivitajiet organizzati fi ħdan il-Programm kull meta dan hu essenzjali sabiex jiksbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4.

Artikolu 12

Skambju ta’ informazzjoni

Informazzjoni li toħroġ mill-attivitajiet tal-programm imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandha tkun skambjata bejn il-pajjiżi parteċipanti u l-Kummissjoni dejjem jekk hija tikkontribwixxi għall-kisba ta’ l-għanijiet tal-Programm.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 13

Qafas Finanzjarju

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013 b’dan għandu jkun ta’ EUR 156 900 000.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali, bi qbil mal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba.

Artikolu 14

Infiq

1.   L-infiq meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun għall-kont tal-Komunità u l-pajjiżi parteċipanti, skond il-paragrafi 2 sa 6.

2.   L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu għall-kont tal-Komunità:

(a)

l-ispiża ta’ l-akkwist, l-iżvilupp, l-istallazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ kuljum tal-komponenti Komunitarji tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni deskritti fl-Artikolu 6(3);

(b)

l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-għajxien imġarrba mill-uffiċjali tal-pajjiżi parteċipanti relatati mal-kontrolli multilaterali, iż-żjarat ta’ ħidma, is-seminars u l-gruppi tal-proġetti;

(ċ)

l-ispejjeż ta’ l-organizzazzjoni ta’ seminars;

(d)

l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-għajxien imġarrba minn esperti li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 11;

(e)

l-ispejjeż ta’ l-akkwist, l-iżvilupp, l-istallazzjoni, il-manutenzjoni tas-sistemi ta’ taħriġ u l-moduli tat-taħriġ safejn dawn ikunu komuni għall-pajjiżi parteċipanti kollha; u

(f)

l-ispejjeż ta’ attivitàjiet oħra imsemmija fl-Artikolu 1(2)(f), sa massimu ta’ 5 % ta’ l-ispiża globali għall-programm kollu.

3.   Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw li l-approprjazzjonijiet jiġu użati skond il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda.

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-regoli relatati mal-ħlas ta’ l-ispejjeż u għandha tikkomunikahom lill-pajjiżi parteċipanti bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Kommunitajiet Ewropej (14) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”).

4.   Il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 17(2), tadotta kwalunkwe miżura neċessarja għall-ġestjoni tal-baġit tal-Programm.

5.   L-allokazzjoni finanzjarja għal dan il-Programm tista’ tkopri wkoll spejjeż relatati ma’ attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, li huma meħtieġa direttament għall-ġestjoni tal-Programm u l-kisba ta’ l-għanijiet tiegħu, u b’mod partikulari studji, laqgħat, azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubblikazzjoni, spejjeż relatati ma’ netwerks ta’ l-IT iffukati fuq skambju ta’ informazzjoni, flimkien ma’ spejjeż għal għajnuna teknika u amministrattiva oħra li l-Kummissjoni tista’ ġġarrab għall-ġestjoni tal-Programm.

Is-sehem ta’ l-infiq amministrattiv m’għandux, in ġenerali, ikun iktar minn 5 % ta’ l-ispiża globali tal-Programm, inkluż l-infiq amministrattiv allokat lill-Kummissjoni.

6.   L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu għall-kont tal-pajjiżi parteċipanti:

(a)

l-ispejjeż ta’ l-akkwist, l-iżvilupp, l-istallazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ kuljum tal-komponenti tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni li mhumiex Komunitarji msemmija fl-Artikolu 6(4); u

(b)

l-ispejjeż relatati mat-taħriġ tal-bidu u dak kontinwu, li jinkludi taħriġ lingwistiku, ta’ l-uffiċjali tagħhom.

Artikolu 15

L-applikabbiltà tar-Regolament Finanzjarju

Ir-Regolament Finanzjarju għandu japplika għal kull għotja skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 108 sa 130 li tingħata taħt din id-Deċiżjoni. B’mod partikolari ftehim bil-miktub u bil-quddiem, fis-sens ta’ l-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni dettaljati tiegħu, għandu jkun konkluż mal-benefiċjarji, li għandhom jiddikjaraw l-qbil tagħhom għall-awditjar mill-Qorti ta’ l-Awdituri ta’ l-użu li għamlu mill-iffinanzjar li ngħata lilhom. Tali awditjar jista’ jsir mingħajr avviż bil-quddiem.

Artikolu 16

Kontroll finanzjarju

Id-deċiżjonijiet fuq il-finanzjament u kull ftehim jew kuntratt li jirriżulta minn din id-Deċiżjoni għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll finanzjarju u jekk meħtieġ, għall-awditjar fuq il-post mill-Kummissjoni, b’mod partikulari mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u mill-Qorti ta’ l-Awdituri.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

Artikolu 17

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-“Kumitat Fiscalis”.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

Artikolu 18

Segwitu

Il-programm għandu jkun suġġett għal sorveljanza kontinwa konġunta mill-pajjiżi parteċipanti u mill-Kummissjoni.

Artikolu 19

Evalwazzjonijiet ta’ nofs il-perjodu u finali

1.   Evalwazzjonijiet ta’ nofs il-perjodu u finali tal-Programm għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni bl-użu tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 u ta’ kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra. Il-Programm għandu jkun evalwat f’termini ta’ l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4.

L-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu għandha tirrevedi r-riżultati miksuba f’nofs il-perjodu tal-Programm f’termini ta’ l-effikaċja u l-effiċjenza, kif ukoll l-issuktar tar-rilevanza ta’ l-għanijiet tal-Programm u l-impatt ta’ l-attivitajiet tiegħu. Għandha tevalwa wkoll l-użu ta’ l-iffinanzjar u l-progress tas-segwitu u ta’ l-implimentazzjoni.

L-evalwazzjoni finali għandha tiffoka fuq l-effikaċja u l-effiċjenza ta’ l-attivitajiet tal-Programm. L-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u finali għandhom jiġu ppubblikati fuq il-website tal-Kummissjoni.

2.   Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni r-rapporti ta’ evalwazzjoni li ġejjin:

(a)

sa l-31 ta’ Marzu 2011, rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar ir-rilevanza, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programm; u

(b)

sa l-31 ta’ Marzu 2014, rapport ta’ evalwazzjoni finali li jiffoka fuq l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programm,.

3.   Fuq il-bażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 u kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti, il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapporti li ġejjn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a)

sa l-31 ta’ Lulju 2011, rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u komunikazzjoni fuq kemm ikun tajjeb li l-Programm jitkompla, akkumpanjata, fejn xieraq, bi proposta; u

(b)

sa l-31 ta’ Lulju 2014, ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali.

Dawn ir-rapporti għandhom jintbagħtu wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-informazzjoni tagħhom.

Artikolu 20

Revoka

Id-Deċiżjoni Nru. 2235/2002/KE għandha tkun irrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

Madankollu, obbligazzjonijiet finanzjarji relatati ma’ azzjonijiet segwiti taħt dik id-Deċiżjoni għandhom ikomplu jsiru skond dik id-Deċiżjoni sakemm jitlestew.

Artikolu 21

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 22

Id-Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)  ĠU C 93, 27.4.2007, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2007.

(3)  ĠU L 126, 28.4.1998, p. 1.

(4)  ĠU L 341, 17.12.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 885/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1).

(5)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 162, 1.7.2003, p. 5.

(7)  ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2006/98/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129).

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21). Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005.

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar taxxi għajr taxxi fuq il-qligħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 40). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/10/KE (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/75/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 100).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1977 dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u t-tassazzjoni ta’ premiums ta’ l-assigurazzjoni (ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/98/KE.

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta’ Marzu 1976 dwar l-assistenza bejn xulxin għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati ma’ ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18). Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(14)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).


REGOLAMENTI

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1483/2007

ta' l-14 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-14 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

168,9

MA

95,9

TN

157,6

TR

121,3

ZZ

135,9

0707 00 05

JO

237,0

MA

47,6

TR

99,6

ZZ

128,1

0709 90 70

JO

149,8

MA

58,4

TR

105,9

ZZ

104,7

0709 90 80

EG

359,4

ZZ

359,4

0805 10 20

AR

13,6

AU

10,4

BR

25,6

TR

68,8

ZA

39,5

ZW

19,3

ZZ

29,5

0805 20 10

MA

73,0

ZZ

73,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

68,5

TR

73,7

ZZ

71,1

0805 50 10

EG

81,3

IL

82,7

MA

119,9

TR

110,8

ZZ

98,7

0808 10 80

AR

79,2

CA

97,8

CN

98,4

MK

30,1

US

92,4

ZZ

79,4

0808 20 50

AR

71,4

CN

58,9

US

109,9

ZZ

80,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1484/2007

ta' l-14 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mis-16 ta’ Diċembru 2007 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Diċembru 2007 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 14 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6). Ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2007

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

30.11.2007-13.12.2007

1.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (**)

Qamħ iebes kwalità baxxa (***)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

262,47

110,33

Prezz FOB USA

433,79

423,79

403,79

162,99

Tariffa fuq il-Golf

16,25

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

15,30

2.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

55,22  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

47,42  EUR/t


(*)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(**)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(***)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1485/2007

ta’ l-14 ta' Diċembru 2007

li jirreġistra ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Carne de Bísaro Transmontano jew Carne de Porco Transmontano (DPO), Szegedi szalámi jew Szegedi téliszalámi (DPO), Pecorino di Filiano (DPO), Cereza del Jerte (DPO), Garbanzo de Fuentesaúco (IĠP), Lenteja Pardina de Tierra de Campos (IĠP), Λουκούμι Γεροσκήπου (Loukoumi Geroskipou) (IĠP), Skalický trdelník (IĠP))

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Carne de Bísaro Transmontano” jew “Carne de Porco Transmontano” mressqa mill-Portugall, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Szegedi szalámi” jew “Szegedi téliszalámi” mressqa mill-Ungerija, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pecorino di Filiano” mressqa mill-Italja, l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Cereza del Jerte”, “Garbanzo de Fuentesaúco” u “Lenteja Pardina de Tierra de Campos” imressqin minn Spanja, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Λουκούμι Γεροσκήπου” (Loukoumi Geroskipou) imressqa minn Ċipru u l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Skalický trdelník” imressqa mis-Slovakkja ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet notifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fit-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament huma rreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU C 89, 24.4.2007, p. 23 (Carne de Bísaro Transmontano jew Carne de Porco Transmontano), ĠU C 86, 20.4.2007, p. 12 (Szegedi szalámi jew Szegedi téliszalámi), ĠU C 85, 19.4.2007, p. 9 (Pecorino di Filiano), ĠU C 85, 19.4.2007, p. 1 (Cereza del Jerte), ĠU C 86, 20.4.2007, p. 3 (Garbanzo de Fuentesaúco), ĠU C 88, 21.4.2007, p. 1 (Lenteja Pardina de Tierra de Campos), ĠU C 88, 21.4.2007, p. 10; ikkoreġut fil-ĠU C 151, 5.7.2007, p. 25 (Λουκούμι Γεροσκήπου (Loukoumi Geroskipou)), ĠU C 88, 21.4.2007, p. 7 (Skalický trdelník).


ANNESS

1.   Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.1   Laħam (u l-interjuri) frisk/i

IL-PORTUGALL

Carne de Bísaro Transmontano jew Carne de Porco Transmontano (DPO)

Klassi 1.2   Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ)

L-UNGERIJA

Szegedi szalámi jew Szegedi téliszalámi (DPO)

Klassi 1.3   Ġobon

L-ITALJA

Pecorino di Filiano (DPO)

Klassi 1.6   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

SPANJA

Cereza del Jerte (DPO)

Garbanzo de Fuentesaúco (IĠP)

Lenteja Pardina de Tierra de Campos (IĠP)

2.   Oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament

Klassi 2.4   Prodotti tal-furnara, għaġina, ħelu, gallettini u xogħol ieħor tal-furnara

ĊIPRU

Λουκούμι Γεροσκήπου (Loukoumi Geroskipou) (IĠP)

IS-SLOVAKKJA

Skalický trdelník (IĠP)


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1486/2007

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007

li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Olives noires de Nyons (DPO)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Olives noires de Nyons”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Peress li l-emendi kkonċernati ma kinux minuri fis-sens ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (3), kif rikjest mill-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) ta' l-imsemmi Regolament. Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2156/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 54).

(3)  ĠU C 89, 24.4.2007, p. 26.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.6

Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

FRANZA

Olives noires de Nyons (DPO)


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1487/2007

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fiż-żona IV ta' l-ICES lejn it-Tramuntana ta' 53° 30′ Tramuntana min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġut fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

88

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

HER/4AB.

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

IV lejn it-Tramuntana ta' 53°30′ Tramuntana

Data

27.11.2007


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1488/2007

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007

li jerġa' jiftaħ is-sajd għall-alfonsinos fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV ta' l-ICES (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-Sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond [titlu mhux uffiċjali] (3) jistabbilixi l-kwoti għall-2007 u l-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokati għall-2007 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

87

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

ALF/3X14-

Speċi

Alfonsinos (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-żoni żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Data

24.11.2007


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/20


REGOLAMENT (KE) Nru 1489/2007 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji

(BĊE/2007/18)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ l-informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2001 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji BĊE/2001/13 (2) jeħtieġ li l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) jirrappurtaw data statistika trimestrali kklassifikata pajjiż b’pajjiż. Għandu jiġi emendat biex iqis is-sħubija ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) jimponi wkoll obbligu biex jirrappurtaw data trimestrali dwar pożizzjonijiet fil-konfront tal-kontropartijiet residenti fit-territorji ta’ l-Istati Membri li adottaw l-ewro. Għandu bżonn jiġi emendat biex jikkunsidra l-adozzjoni ta’ l-ewro minn Stati Membri oħra.

(3)

Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jitħallew jagħtu, fuq bażi mhux diskriminatorja, derogi mill-obbligi ta’ rappurtar lil istituzzjonijiet individwali ta’ flus elettroniċi f’ċerti sitwazzjonijiet. F’każijiet fejn l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet, l-iskop wara l-ġbir tad-data statistika skond ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) jista’ jiġi sodisfatt mingħajr l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ statistika fuq dawn l-istituzzjonijiet. L-għan tal-Bank Ċentrali Ewropew hu li jiżgura t-trattament ugwali billi josserva l-għoti ta’ dawn id-derogi.

(4)

Il-kundizzjonijiet li skondhom għandhom jiġu kklassifikati l-ishma maħruġa mill-MFIs bħala depożiti minflok bħala kapital u riżervi, għandhom jiġu ċċarati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-aħħarnett ta’ l-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-termini ‘istituzzjoni ta’ flus elettroniċi’ u ‘flus elettroniċi’ għandhom l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-bidu, is-segwiment u s-superviżjoni prudenti tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi (*).

(*)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39.”;"

(2)

Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u s-segwiment tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (recast) (**) u l-Artikolu 2 tar-Regolament BĊE/2003/9 tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (***), il-BĊNi jistgħu, salvi l-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ l-Anness III, jagħtu derogi lil istituzzjonijiet individwali ta’ flus elettroniċi. Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw is-sodisfazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ l-Anness III kmieni biżżejjed sabiex jagħtu jew ineħħu, jekk meħtieġ, xi deroga. Kull BĊN li jagħti din id-deroga għandu jinforma lill-BĊE.

(**)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1."

(***)  ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.”"

(3)

L-Anness I huwa emendat skond l-Annessi I u II ma’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness III huwa mibdul bit-test li jinsab fl-Anness III ma’ dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness V huwa emendat skond l-Anness IV ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 4/2007 (BĊE/2006/20) (ĠU L 2, 5.1.2007, p. 3).


ANNESS I

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

Is-Sezzjoni I hija emendata kif ġej:

(i)

Qed tiżdied is-sentenza li ġejja fit-tmiem tal-paragrafu 4:

“Dawn il-kriterji ta’ kemm id-depożiti jistgħu jiġu sostitwiti huma applikati wkoll biex jiġi ddeterminat jekk il-passivi għandhomx jiġu kklassifikati bħala depożiti, sakemm ikun hemm kategorija separata għal dawk il-passivi.”

(ii)

L-ewwel sentenza tal-paragrafu 5 hija sostitwita b’li ġej:

“Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat kemm id-depożiti huma sostitwibbli skond il-paragrafu ta’ qabel u kemm biex jiġu kklassifikati l-passivi bħala depożiti:”

(b)

Is-Sezzjoni IV hija emendata kif ġej:

(i)

Il-paragrafu 6a huwa sostitwit b’li ġej:

“6a.

Fil-każ li xi pajjiż jeċċedi għall-UE wara l-31 ta’ Diċembru 2007, l-aġenti ta’ rappurtar għandhom jirrappurtaw minn hemm ’il quddiem il-pożizzjonijiet fil-konfront tal-kontropartijiet residenti f’dak l-Istat Membru ġdid skond it-Tabella 3 ta’ Parti 2.

Jekk iċ-ċifri miġbura f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni juru li l-pożizzjonijiet fil-konfront tal-kontropartijiet residenti f’xi Stat Membru li m’adottax l-ewro huma insinifikanti, BĊN jista’ jiddeċiedi li ma jitlobx rappurtar fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru. Il-BĊN għandu jinforma lill-aġenti ta’ rappurtar tiegħu b’din id-deċiżjoni.”

(ii)

Il-paragrafu 7a huwa sostitwit b’li ġej:

“7a.

Fil-każ li xi Stat Membru jadotta l-ewro wara l-31 ta’ Diċembru 2007, l-aġenti ta’ rappurtar għandhom jirrappurtaw minn hemm ’il quddiem il-pożizzjonijiet fil-konfront tal-valuta ta’ dak l-Istat Membru parteċipanti ġdid skond it-Tabella 4 ta’ Parti 2.

F’dawn il-każijiet, ma tapplikax aktar il-kolonna fit-Tabella 4 ta’ Parti 2 li tikkorrispondi mal-valuta l-qadima ta’ l-Istat Membru parteċipanti ġdid.

Fil-każ li xi pajjiż jissieħeb fl-UE wara l-31 ta’ Diċembru 2007, l-aġenti ta’ rappurtar għandhom jirrappurtaw minn hemm ’il quddiem il-pożizzjonijiet fil-konfront tal-valuta ta’ dak l-Istat Membru ġdid skond it-Tabella 4 ta’ Parti 2.

Jekk il-figuri miġbura f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni juru li l-pożizzjonijiet fil-konfront tal-valuta ta’ xi Stat Membru li m’adottax l-ewro huma insinifikanti, BĊN jista’ jiddeċiedi li ma jitlobx rappurtar fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru. Il-BĊN għandu jinforma lill-aġenti ta’ rappurtar tiegħu b’din id-deċiżjoni.”

(iii)

Il-paragrafu 9a huwa sostitwit b’li ġej:

“9a.

Fejn il-pożizzjonijiet fir-rigward ta’ ċelel li jikkorrispondu ma’ Stati Membri li m’adottawx l-ewro huma insinifikanti imma xorta waħda l-BĊNi jiġbruhom, dawn jistgħu jintbagħtu mill-BĊNi lill-BĊE b’dewmien ta’ xahar ieħor mill-għeluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih jirreferu l-pożizzjonijiet. Il-BĊNi jistgħu jiddeċiedu meta huma għandhom bżonn li jirċievu d-data mill-aġenti ta’ rappurtar sabiex jissodisfaw din l-iskadenza.”

(2)

Fil-parti 2: It-tabelli 3 u 4 qed jiġu sostitwiti bit-Tabelli stabbiliti fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

(3)

Fil-parti 3, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-kategorija ta’ l-attiv 2 (self), it-tieni inċiż wara l-ewwel paragrafu qed jiġi sostitwit b’li ġej:

“—

depożiti, kif iddefiniti skond il-kategorija tal-passivi 9 (depożiti)”.

(b)

Fil-kategoriji tal-passivi 9 (depożiti):

(i)

L-ewwel sentenza hija sostitwita b’li ġej:

“Ammonti (ishma, depożiti jew oħrajn), li huma dovuti lil kredituri minn aġenti ta’ rappurtar u li jikkonformaw mal-karatteristiċi deskritti fil-paragrafu 5 tas-Sezzjoni I ta’ Parti 1, ħlief dawk li jqumu mill-ħruġ ta' titoli negozzjabbli jew ta’ ishma/unitajiet ta’ MMF.”

(ii)

Qed jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin wara l-paragrafu finali:

“Ishma maħruġa minn MFIs huma kklassifikati bħala depożiti minflok bħala kapital u riżervi jekk: (a) hemm relazzjoni ekonomika ta’ debitur-kreditur bejn l-MFI tal-ħruġ u d-detentur (irrispettivament minn kull drittijiet ta’ proprjeta' f’dawn l-ishma); u (b) l-ishma jistgħu jiġu kkonvertiti f’valuta jew mifdija mingħajr restrizzjonijiet sinifikanti jew penali. Perijodu ta’ notifika m’huwiex ikkunsidrat li huwa restrizzjoni sinifikanti.

Barra minn dan, dawn l-ishma għandhom jikkonformaw ma’ li ġej:

id-dispożizzjonijiet regolatorji nazzjonali relevanti ma jistabbilixxu l-ebda dritt inkundizzjonali lill-MFI tal-ħruġ biex din tirrifjuta l-fidi ta’ l-ishma tagħha;

l-ishma huma ‘value certain’, jiġifieri taħt ċirkostanzi normali dawn jitħallsu skond il-valur nominali tagħhom fil-każ ta’ fidi; u

fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ l-MFI, id-detenturi ta’ l-ishma tagħha ma huma suġġetti legalment la għall-obbligu li jkopru passivi dovuti minbarra l-valur nominali ta’ l-ishma (jiġifieri l-parteċipazzjoni ta’ l-azzjonisti fil-kapital sottoskritt), u lanqas għal obbligi oħra onerużi supplimentari. Is-subordinazzjoni ta’ l-ishma għal kull strument ieħor maħruġ mill-MFI ma jikkwalifikax bħala obbligu oneruż supplimentari.

Il-perijodi ta’ notifika għall-konverżjoni ta’ dawn l-ishma f’valuta huma wżati sabiex jiġu kklassifikati dawn l-ishma skond il-klassifikazzjoni skond il-perijodu ta’ notifika ġewwa l-kategorija ta’ l-istrumenti ‘depożiti’. Dawn il-perijodi ta’ notifika japplikaw ukoll meta jiġi iddeterminat il-proporzjon ta’ riżerva skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9). Kull ishma assenjati u relatati mas-self magħmula mill-MFI għandhom ikunu kklassifikati bħala passivi ta’ depożiti, bl-istess klassifikazzjoni tal-maturita' oriġinali bħal dik tas-self, jiġifieri ‘depożiti b’maturita' miftiehma’ jew ‘depożiti li jinfdew b’notifika’, dejjem skond id-dispożizzjonijiet tal-maturita' tal-kuntratt tas-self.

Meta miżmuma minn MFIs, dawn l-ishma maħruġa mill-MFIs u kklassifikati bħala depożiti minflok bħala kapital u riżervi għandhom ikunu kklassifikati mill-holding MFI bħala self fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ tagħha.”


ANNESS II

It-tabelli 3 u 4 ta' Parti 2 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huma sostitwiti b’li ġej:

“Tabella 3

Klassifikazzjoni tal-pajjiż

Data li għandha tingħata kull trimestru

PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ

Kull Stat Membru parteċipanti ieħor (jiġifieri eskluż is-settur domestiku) u kull Stat Membru ieħor ta' l-UE

Il-bqija tad-dinja (eskluża l-UE)

Stat Membru

Stat Membru

Stat Membru

Stat Membru

PASSIVI

8.

Valuta fiċ-ċirkolazzjoni

 

9.   

Depożiti

a.

minn MFIs

 

 

 

 

 

b.

minn dawk li m'humiex MFIs

 

 

 

 

 

10.

Ishma/unitajiet ta' MMF

 

11.

Titoli ta' dejn maħruġa

 

12.

Kapital u riżervi

 

13.

Passiv li jifdal

 

ATTIV

1.

Flus kontanti

 

2.   

Self

a.

lil MFIs

 

 

 

 

 

b.

lil dawk li m'humiex MFIs

 

 

 

 

 

3.   

Titoli minbarra ishma

a.

maħruġa minn MFIs

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

aktar minn sentejn

 

 

 

 

b.

maħruġa minn dawk li m'humiex MFIs

 

 

 

 

 

4.

Ishma/unitajiet ta' MMF

 

 

 

 

 

5.

Ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra

 

 

 

 

 

6.

Attiv fiss

 

7.

Attiv li jifdal

 


Tabella 4 (1)

Klassifikazzjoni skond il-valuta

Data li għandha tingħata kull trimestru

PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ

Il-valuti kollha flimkien

Ewro

Valuta ta' kull Stat Membru ieħor ta' l-UE

Valuti minbarra dawk ta' l-Istati Membri ta' l-UE flimkien

Valuta ta' l-Istat Membru ta' l-UE

Valuta ta' l-Istat Membru ta' l-UE

Valuta ta' l-Istat Membru ta' l-UE

Valuta ta' l-Istat Membru ta' l-UE

Total

USD

JPY

CHF

Valuti li jifdal flimkien

PASSIVI

9.   

Depożiti

A.   

Domestiċi

a.

minn MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

minn dawk li m'humiex MFIs

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   

Stati Membri parteċipanti oħra

a.

minn MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

minn dawk li m'humiex MFIs

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C.   

II-bqija tad-dinja

i.

sa sena

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ii.

aktar minn sena

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

a.

minn banek

Ċifri trimestrali minn Tabella 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

minn dawk li m'humiex banek

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10.

Ishma/unitajiet ta' MMF

 

 

11.

Titoli ta' dejn maħruġa

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12.

Kapital u riżervi

M

 

 

13.

Passiv li jifdal

M

 

 

ATTIV

2.   

Self

A.   

Domestiċi

a.

lil MFIs

M

 

 

b.

lil dawk li m'humiex MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   

Stati Membri parteċipanti oħra

a.

lil MFIs

M

 

 

b.

lil dawk li m'humiex MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C.   

Il-bqija tad-dinja

i.

sa sena

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ii.

aktar minn sena

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

a.

lil banek

Ċifri trimestrali minn Tabella 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

lil dawk li m'humiex banek

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.   

Titoli minbarra ishma

A.   

Domestiċi

a.

maħruġa minn MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

maħruġa minn dawk li m'humiex MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   

Stati Membri parteċipanti oħra

a.

maħruġa minn MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

maħruġa minn dawk li m'humiex MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C.   

Il-bqija tad-dinja

a.

maħruġa minn banek

Ċifri trimestrali minn Tabella 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

maħruġa minn dawk li m'humiex banek

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   

Ishma/unitajiet ta' MMF

A.

Domestiċi

M

 

 

B.

Stati Membri parteċipanti oħra

M

 

 

C.

Il-Bqija tad-dinja

M

 

 

5.

Ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra

M

 

 

6.

Attiv fiss

M

 

 

7.

Attiv li jifdal

M

 

 


(1)  ‘M’ tfisser obbligi tad-data ta' kull xahar (ara t-Tabella 1).”


ANNESS III

“L-ANNESS III

OBBLIGI TA’ RAPPURTAR TA’ STATISTIKA GĦAL MFIs ŻGĦAR LI MHUMIEX ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU U PRINĊIPJI TA’ KLASSIFIKA GĦAL ISTITUZZJONIJIET INDIVIDWALI TA’ FLUS ELETTRONIĊI

1.

Fir-rigward ta’ MFIs żgħar li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-BĊNi li jiddeċiedu li jserrħu MFIs żgħar mill-obbligi kollha ta’ rappurtar għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet rispettivi, imma jibqgħu, ta’ lanqas, jiġbru data li għandha x’taqsam mal-karta tal-bilanċ sħiħa, ta’ lanqas kull sena, ħalli d-daqs tat-‘tail’ tar-rappurtar jkun jista’ jiġi osservat.

2.

Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2(4), il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi mill-obbligi tagħhom ta’ rappurtar ta’ statistika lil istituzzjonijiet individwali ta’ flus elettroniċi jekk ta’ lanqas tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-flus elettroniċi li huma joħorġu huma aċċettati bħala ħlas min-numru limitat ta’ impriżi, li jistgħu jiġu distinti b’mod ċar minn:

(i)

il-pożizzjoni tagħhom fl-istess bini jew żona lokali limitata oħra, u/jew

(ii)

ir-relazzjoni finanzjarja jew kummerċjali mill-qrib tagħhom ma’ l-istituzzjoni tal-ħruġ, bħal struttura ta’ proprjeta' konġunta, ta’ reklamar jew ta’ distribuzzjoni,

anke jekk l-istituzzjoni tal-ħruġ u l-impriża li taċċetta huma stabbiliti bħala entitajiet legali separati.

(b)

aktar minn tliet kwarti tal-karta tal-bilanċ totali tagħhom m’hijiex relatata mal-ħruġ jew l-amministrazzjoni tal-flus elettroniċi, u l-passivi relatati mal-flus elettroniċi dovuti ma jaqbżux il-EUR 100 miljun.

3.

Jekk xi istituzzjoni individwali tal-flus elettroniċi li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 m’hijiex eżentata mill-obbligi tar-riżervi minimi, tinħtieġ li tirrapporta, ta’ lanqas, id-data trimestrali meħtieġa biex tiġi kkalkulata l-bażi tar-riżerva, kif stabbilita fl-Anness II. L-istituzzjoni tista’ tagħżel li tirrapporta s-sett ristrett ta’ data tal-bażi tar-riżerva kull xahar.

4.

Kull meta istituzzjoni individwali ta’ flus elettroniċi tingħata deroga skond l-Artikolu 2(4), il-BĊE, għal finijiet ta’ statistika, jirreġistra l-istituzzjoni fil-lista ta’ MFIs bħala korporazzjoni mhux finanzjarja. L-istituzzjoni se tkun ittrattata wkoll bħala korporazzjoni mhux finanzjarja f’sitwazzjonijiet fejn hija l-kontroparti ta’ MFI. L-istituzzjoni se tibqa’ tiġi ttrattata bħala istituzzjoni ta’ kreditu għall-finijiet ta’ l-obbligi tar-riżervi minimi ta’ l-Eurosistema.”


ANNESS IV

L-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huwa emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu 1a huwa sostitwit b’li ġej:

“1a.

Minkejja l-paragrafu 1, l-ewwel rappurtar skond dan ir-Regolament fir-rigward taċ-ċelel li jikkorrispondu ma’ Stati Membri li m’adottawx l-ewro fit-Tabelli 3 u 4 ta’ Parti 2 ta’ l-Anness I, jibda bl-ewwel data trimestrali wara d-data tas-sħubija tagħhom fl-UE.”

2.

Il-paragrafu 1b huwa sostitwit b’li ġej:

“1b.

Jekk il-BĊN rilevanti jiddeċiedi li m’għandux bżonn l-ewwel rappurtar ta’ data insinifikanti li tibda bl-ewwel data trimestrali wara d-data tas-sħubija ta’ l-Istat Membru jew Stati Membri relevanti fl-UE, ir-rappurtar jibda 12-il xahar wara li l-BĊN jinforma lill-aġenti ta’ rappurtar li tinħtieġ id-data.”

3.

Il-paragrafu 1c huwa sostitwit b’li ġej:

“1c.

Minkejja l-paragrafu 1, l-ewwel rappurtar skond dan ir-Regolament fir-rigward taċ-ċelel li jikkorrispondu ma’ Stati Membri li adottaw l-ewro fit-Tabella 3 ta’ Parti 2 ta’ l-Anness I, jibda bl-ewwel data trimestrali wara d-data ta’ l-adozzjoni tagħhom ta’ l-ewro.”

4.

Jitħassru l-paragrafi 1d u 1e.

5.

Il-paragrafu 2a huwa sostitwit b’li ġej:

“2a.

Għall-ewwel 12-il xahar li hija rrappurtata, id-data sinifikanti fir-rigward ta’ ċelel li jikkorrispondu ma’ Stati Membri li m’adottawx l-ewro fit-Tabelli 3 u 4 ta’ Parti 2 ta’ l-Anness I tista’ tiġi rrappurtata lill-BĊE b’dewmien ta’ xahar ieħor mill-għeluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-data. Il-BĊNi jistgħu jiddeċiedu meta huma għandhom bżonn jirċievu d-data mill-aġenti ta’ rappurtar sabiex jissodisfaw din l-iskadenza.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill u Kummissjoni

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Novembru 2007

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunitajiet fil-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija fir-rigward ta’ l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea

(2007/834/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3955/92 tal-21 ta’ Diċembru 1992 li jikkonċerna l-konklużjoni għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea ta’ Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(1), (3) u (4) tiegħu, u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 3956/92 tal-21 ta’ Diċembru 1992 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika ta’ Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Diċembru 1992, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “il-Komunitajiet”) ikkonkludew il-Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”).

(2)

Fis-27 ta’ Frar 2007 il-Konfederazzjoni Żvizzera nnotifikat lill-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija (minn hawn ‘il quddiem “il-Bord Amministrattiv”) bl-intenzjoni tagħha li ssir Parti għall-Ftehim.

(3)

Skond l-Artikolu XIII tal-Ftehim, hija r-responsabbiltà tal-Bord Amministrattiv li japprova din l-adeżjoni.

(4)

Il-Komunitajiet huma rrappreżentati fuq il-Bord Amministrattiv mill-Presidenza tal-Kunsill u mill-Kummissjoni,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-Ftehim li jistabbilixxi ċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea, hija b’dan approvata għan-nom tal-Komunitajiet.

Artikolu 2

Ir-rappreżentanti tal-Presidenza tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq il-Bord Amministrattiv huma b’dan awtorizzati sabiex japprovaw l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

Għall-Kunsill

Il-President

M. PINHO


(1)  ĠU L 409, 31.12.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 409, 31.12.1992, p. 10.


Kunsill

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/31


DEĊIŻJONI Nru 3/2007 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-ALĠERIJA

tad-29 ta’ Novembru 2007

għall-istabbiliment ta’ sotto-kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u ta’ Grupp ta’ Ħidma dwar l-Affarijiet Soċjali

(2007/835/KE)

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-ALĠERIJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Popolari Demokratika ta’ l-Alġerija, min-naħa l-oħra (1),

Billi:

(1)

Żona ta’ kummerċ liberu għandha tkun stabbilita bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2017.

(2)

Ir-relazzjonijiet ta’ l-UE mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran qegħdin isiru aktar komplessi bħala riżultat ta’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranji u l-kontinwazzjoni tal-partenarjat Ewro-Mediterranju.

(3)

Sotto-kumitati tal-kumitati ta’ assoċjazzjoni tal-pajjiżi assoċjati l-oħra twaqqfu bil-għan li jivverifikaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-partenarjat u l-approssimazzjoni tal-liġijiet.

(4)

Hemm il-ħtieġa li jkun integrat l-ambjent fil-politika settorjali, bl-għan ta’ l-iżvilupp sostenibbli,

(5)

L-Artikolu 98 tal-Ftehim jaħseb għat-twaqqif ta’ gruppi ta’ ħidma jew korpi neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Ftehim, u l-Artikolu 76 tal-Ftehim jaħseb għat-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma biex jevalwa l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-affarijiet soċjali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-grupp ta’ ħidma u s-sotto-kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-ALĠERIJA elenkati fl-Anness I huma b’din stabbiliti u r-regoli ta’ proċedura rispettivi tagħhom jinsabu fl-Anness II huma b’din adottati.

Huma għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u jibagħtulu rapport wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom. Il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Affarijiet Soċjali u s-sotto-kumitati m’għandu jkollhom ebda poter ta’ deċiżjoni.

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jieħu kull azzjoni meħtieġa biex huma jaħdmu kif inhuwa xieraq u jinforma lill-Kunsill ta’ Assocjazzjoni skond kif ikun meħtieġ.

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf aktar sotto-kumitati jew gruppi jew jabolixxi sotto-kumitati jew gruppi eżistenti.

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi adottata.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

M. MEDELCI


(1)  ĠU L 265, 10.10.2005, p. 2.


ANNESS I

FTEHIM TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-ALĠERIJA

Grupp ta’ Ħidma dwar l-Affarijiet Soċjali u sotto-kumitati li għandhom x’jaqsmu mal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni

(1)

Grupp ta’ ħidma dwar l-affarijiet soċjali

(2)

Sotto-kumitat “Industrija, kummerċ u servizzi”

(3)

Sotto-kumitat “Trasport, ambjent u enerġija”

(4)

Sotto-kumitat “Soċjetà Informatika, Riċerka, Innovazzjoni, Edukazzjoni, Awdjoviżiv u Kultura”

(5)

Sotto-kumitat “Agrikoltura u industrija tas-sajd”

(6)

Sotto-kumitat “Ġustizzja u Affarijiet Interni”

(7)

Sotto-kumitat “Kooperazzjoni doganali”

Il-kwistjonijiet dwar il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem bħalissa qed jiġu diskussi fil-kuntest tad-djalogu politiku fil-qafas tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Madankollu, dawn se jkunu trattati qabel l-iskadenza fi ħdan stabbiliment speċifiku fil-forma ta’ sotto-kumitat ad hoc, u dan isir hekk kif jintlaħaq livell iktar profond fid-djalogu.


ANNESS II

REGOLI TA’ PROĊEDURA

Grupp ta’ ħidma UE-Alġerija dwar l-affarijiet soċjali

1.   Għamla u presidenza

Il-grupp ta’ ħidma huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Huwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Il-Grupp ta’ Ħidma ma għandu jkollu ebda poter ta’ deċiżjoni, iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, implimentazzjoni u infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Huwa għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

ir-rispett tal-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bbażat fuq in-nazzjonalità bejn il-ħaddiema ta’ nazzjonalità Alġerina u l-ħaddiema li huma ċittadini ta’ kull Stat Membru f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, ta’ remunerazzjoni u ta’ tkeċċija;

(b)

l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikoli 68 sa 71 tal-Ftehim;

(ċ)

id-djalogu fil-qasam soċjali skond l-Artikolu 72 tal-Ftehim, fejn hemm inkluż il-kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni tal-Komunità nazzjonali bbażata legalment fuq it-territorju ta’ l-UE u l-protezzjoni tagħha kontra l-atti ta’ diskriminazzjoni u ta’ islamofobija;

(d)

l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam soċjali msemmija fl-Artikolu 74 tal-Ftehim, b’mod partikolari t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja, tas-sistema ta’ protezzjoni soċjali u tas-settur tas-saħħa, il-ħolqien ta’ impjiegi u l-promozzjoni tar-rwol tan-nisa fil-proċess ta’ l-iżvilupp ekonomiku u soċjali.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u suġġetti oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, bħall-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Il-Grupp ta’ Ħidma jista’ jeżamina kwistjonijiet relatati ma’ wieħed jew ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u uffiċjal mill-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tal-Grupp ta’ Ħidma.

Il-komunikazzjonijiet kollha dwar il-Grupp ta’ Ħidma għandhom jintbagħtu lis-segretarji tal-Grupp ta’ Ħidma.

5.   Laqgħat

Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet u trażmessa lis-segretarju kompetenti tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Meta tasal it-talba għal-laqgħa tal-Kumitat ta’ Ħidma, is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, il-Grupp ta’ Ħidma jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma għandha ssir f’ħin u f’post miftehma bejn iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju kompetenti bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, il-grupp ta’ ħidma jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tal-Grupp ta’ Ħidma għandhom jingħataw lis-segretarji tal-Grupp ta’ Ħidma.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Hija għandha tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

L-aġenda għandha tkun adottata mill-Grupp ta’ Ħidma qabel il-ftuħ ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tal-Grupp ta’ Ħidma, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tal-Grupp ta’ Ħidma lis-segretarji u l-presidenza tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.

REGOLI TA’ PROĊEDURA

SOTTO-KUMITAT UE-ALĠERIJA

Industrija, kummerċ u servizzi

1.   Għamla u presidenza

Is-sotto-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Huwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sotto-kumitat ma għandu ebda poter ta’ deċiżjoni, iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, implimentazzjoni u infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibli li jistgħu jittieħdu:

(a)

il-kooperazzjoni industrijali, kif deskritta fl-Artikolu 53 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni;

(b)

il-kwistjonijiet kummerċjali, l-aċċess għas-swieq; il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għall-prodotti industrijali, kif ukoll għall-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli trasformati u l-prodotti tas-sajd;

(ċ)

is-servizzi, fosthom is-servizzi finanzjarji u bankarji, u d-dritt ta’ l-istabbiliment (tranżazzjonijiet bejn il-fruntieri, preżenza kummerċjali, preżenza temporanja u persuni fiżiċi);

(d)

it-turiżmu u l-artiġjanat;

(e)

il-promozzjoni u l-protezzjoni ta’ l-investimenti;

(f)

il-protezzjoni tal-konsumaturi;

(ġ)

ir-regolamenti tekniċi, il-metroloġija, l-akkreditazzjoni, l-istandardizzazzjoni, in-normalizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni, l-eżami ta’ konformità u s-sorveljanza tas-suq;

(h)

il-liġi tal-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat;

(i)

id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali;

(j)

is-swieq pubbliċi;

(k)

is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-intrapriżi;

(l)

l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-żvilupp ta’ l-imprenditorija.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u kwistjonijiet oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, eż. l-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ wieħed, ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma’ uffiċjal tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-sotto-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet, magħmula permezz tas-segretarju tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat issir fid-data u l-post li jaqblu dwarhom iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju inkarigat bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sotto-kumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tas-sotto-kumitat għandhom jingħataw lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Hija tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

Għandha tiġi adottata l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tas-sotto-kumitat, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tas-sotto-kumitat lis-segretarji u l-presidenza tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.

REGOLI TA’ PROĊEDURA

SOTTO-KUMITAT UE-ALĠERIJA

Trasport, ambjent u enerġija

1.   Għamla u presidenza

Is-sotto-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Hhuwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sotto-kumitat ma għandu ebda poter ta’ deċiżjoni, iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibli li jistgħu jittieħdu:

(a)

it-trasport: b’mod partikolari l-immodernizzar ta’ l-infrastrutturi (partikolarment l-inter-konnessjonijiet) u ż-żamma tagħhom, is-sigurtà u s-sikurezza fl-oqsma tat-trasport marittimu u bl-ajru, partikolarment il-kontroll u l-ġestjoni tal-portijiet, il-binarji tal-ferroviji, l-ajruporti u t-toroq, il-promozzjoni ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti u l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni f’kull mod ta’ trasport, l-iżvilupp ta’ konnessjonijiet bit-toroq u bil-ferrovija mal-pajjiżi ġirien, it-titjib tas-sistema intermodali, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali;

(b)

l-ambjent: B’mod partikolari l-kapaċitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-ambjent fl-oqsma prijoritarji previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (deżertifikazzjoni, ġestjoni tar-riżorsi idrawliċi u ta’ l-iskart, is-salinizzazzjoni, il-kontroll u l-prevenzjoni tat-tniġġiż industrijali, urban u marittimu, il-protezzjoni ta’ l-ambjent marittimu u l-biodiversità, eċċ.) u l-integrazzjoni tad-dimensjoni ambjentali fis-setturi prijoritarji tal-partenarjat Ewro-Mediterranju, bil-ħsieb li jkun hemm żvilupp sostenibbli. L-ilma: b’mod partikolari l-infrastrutturi, l-immodernizzar, il-ġestjoni u s-sigurtà ta’ l-aċċess għall-ilma u r-riċerka;

(ċ)

L-energija: azzjonijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-enerġija u tal-mini kif inhuma żviluppati fl-Artikolu 61 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni; l-implimentazzjoni ta’ djalogu strateġiku UE-Alġerija fil-qasam ta’ l-enerġija (partikolarment protokoll ta’ ftehim dwar it-twaqqif ta’ partenarjat strateġiku); Il-verifika ta’ l-iżvilupp ta’ l-insfrastrutturi enerġetiċi ta’ interess komuni b’kollaborazzjoni ma’ l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u privati; Is-suq Magrebin ta’ l-elettriku u l-integrazzjoni mas-suq intern ta’ l-UE.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u suġġetti oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, eż. l-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ wieħed, ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma’ uffiċjal tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-sotto-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet, magħmula permezz tas-segretarju tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat issir fid-data u l-post li jaqblu dwarhom iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju inkarigat bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sotto-kumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tas-sotto-kumitat għandhom jingħataw lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Hija tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

Għandha tiġi adottata l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tas-sotto-kumitat, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tas-sotto-kumitat lis-segretarji u l-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.

REGOLI TA’ PROĊEDURA

SOTTO-KUMITAT UE-ALĠERIJA

Soċjetà Informatika, Riċerka, Innovazzjoni, Edukazzjoni, Awdjoviżiv u Kultura

1.   Għamla u presidenza

Is-sotto-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Huwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sotto-kumitat ma għandu ebda poter ta’ deċiżjoni. iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibli li jistgħu jittieħdu:

(a)

l-iżvilupp tal-kapaċitajiet istituzzjonali u ta’ riċerka fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni inkluż l-użu tar-riżultati ta’ riċerka S&T mill-industrija u l-SMEs b’rabta mal-verifika tal-ftehim li jassoċja lir-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija mal-programm-qafas ta’ l-RTD, l-innovazzjoni teknoloġika, it-trasferiment tat-teknoloġiji l-ġodda u d-diffużjoni ta’ l-għarfien, il-ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika ma’ l-UE;

(b)

il-kooperazzjoni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni;

(ċ)

riformi fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ, fosthom it-taħriġ professjonali, u ż-żogħżija, inkluż iktar aċċess tal-popolazzjoni tan-nisa għall-edukazzjoni;

(d)

il-kooperazzjoni kulturali u fis-settur ta’ l-awdjoviżiv;

(e)

il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tar-riċerka, l-istudenti u l-organizzazzjonijiet Alġerini fil-programmi Komunitarji tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u ta’ l-innovazzjoni, kif ukoll il-programmi rilevanti fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żogħżija;

(f)

L-istrateġiji politiċi u r-regolazzjoni tan-netwerks u s-servizzi għall-komunikazzjoni elettronika.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u kwistjonijiet oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, eż. l-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ wieħed, ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma’ uffiċjal tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-sotto-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet, magħmula permezz tas-segretarju tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat issir fid-data u l-post li jaqblu dwarhom iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju inkarigat bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sotto-kumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tas-sotto-kumitat għandhom jingħataw lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-presidenza għal kull laqgħa. Hija tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

Għandha tiġi adottata l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tas-sotto-kumitat, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tas-sotto-kumitat lis-segretarji u l-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.

REGOLI TA’ PROĊEDURA

SOTTO-KUMITAT UE-ALĠERIJA

Agrikoltura u industrija tas-sajd

1.   Għamla u presidenza

Is-sotto-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Huwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sotto-kumitat ma għandu ebda poter ta’ deċiżjoni, iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibli li jistgħu jittieħdu:

(a)

l-immodernizzar u r-ristrutturar tas-setturi ta’ l-agrikoltura, is-sajd u l-foresti;

(b)

il-kummerċ tal-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli trasformati u l-prodotti tas-sajd (f’dan huwa inkluż l-adattament tal-mezzi ta’ tqegħid fis-suq/id-distribuzzjoni);

(ċ)

il-kooperazzjoni agrikola u l-iżvilupp rurali;

(d)

il-kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji, b’mod partikolari l-adattament tal-leġiżlazzjoni alimentari;

(e)

il-ħarsien u l-ġestjoni razzjonali tar-riżorsi naturali r-riżorsi tas-sajd u l-ħarsien ta’ l-ambjent speċjalment dak marittimu;

(f)

il-kooperazzjoni fil-qafas tas-sistema ta’ twissija rapida ta’ l-UE.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u suġġetti oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, eż. l-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ wieħed, ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma’ uffiċjal tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-sotto-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet, magħmula permezz tas-segretarju tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat issir fid-data u l-post li jaqblu dwarhom iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju inkarigat bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sotto-kumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tas-sotto-kumitat għandhom jingħataw lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Hija tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

Għandha tiġi adottata l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tas-sotto-kumitat, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tas-sotto-kumitat lis-segretarji u l-presidenza tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.

REGOLI TA’ PROĊEDURA

SOTTO-KUMITAT UE-ALĠERIJA

Ġustizzja u Affarijiet Interni

1.   Għamla u presidenza

Is-sotto-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Huwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sotto-kumitat ma għandu ebda poter ta’ deċiżjoni, iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibli li jistgħu jittieħdu:

(a)

iċ-ċirkolazzjoni tal-persuni:

l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 83 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-persuni, u f’dan inkluż l-eżami tal-possibbiltajiet ta’ ffaċilitar tal-proċeduri tal-ħruġ ta’ viżi għal perjodu qasir lil ċerti kategoriji ta’ persuni;

Il-kooperazzjoni skond l-Artikolu 84 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni u tal-kontroll ta’ l-immigrazzjoni illegali; Ftehimiet ta’ riammissjoni;

(b)

Il-kooperazzjoni fil-qasam legali u ġudizzjarju (ċivili u kriminali) u tal-pulizija;

(ċ)

Il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu, il-ħasil tal-flus, id-droga u d-dipendenza fuq id-drogi, ir-razziżmu, il-kżenofobija u l-islamofobija;

(d)

Il-koperazzjoni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u suġġetti oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, eż. l-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ wieħed, ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma’ uffiċjal tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-sotto-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet, magħmula permezz tas-segretarju tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat issir fid-data u l-post li jaqblu dwarhom iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju inkarigat bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sotto-kumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tas-sotto-kumitat għandhom jingħataw lis-segretarji.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Hija tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

Għandha tiġi adottata l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tas-sotto-kumitat, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tas-sotto-kumitat lis-segretarji u l-presidenza tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.

REGOLI TA’ PROĊEDURA

SOTTO-KUMITAT UE-ALĠERIJA

Kooperazzjoni doganali

1.   Għamla u presidenza

Is-sotto-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Huwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sotto-kumitat ma għandu ebda poter ta’ deċiżjoni, iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibli li jistgħu jittieħdu:

(a)

ir-regoli ta’ oriġini;

(b)

il-proċeduri ġenerali tad-dwana, in-nomenklatura tad-dwana, il-valutazzjoni tad-dwana;

(ċ)

ir-reġimi ta’ taxxi;

(d)

il-kooperazzjoni doganali.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u suġġetti oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, eż. l-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ wieħed, ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma’ uffiċjal tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-sotto-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet, magħmula permezz tas-segretarju tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat issir fid-data u l-post li jaqblu dwarhom iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju inkarigat bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sotto-kumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tas-sotto-kumitat għandhom jingħataw lis-segretarji.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Hija tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

Għandha tiġi adottata l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tas-sotto-kumitat, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tas-sotto-kumitat lis-segretarji u l-presidenza tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.


Kummissjoni

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Settembru 2007

relatata ma’ proċedura skond l-Artikolu 81 tat-Trattat KE

(Każ COMP/E-2/39.143 – Opel)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4277)

(It-Test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2007/836/KE)

(1)

Din id-deċiżjoni, li ġiet adottata skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, (1) hija indirizzata lil General Motors Europe (minn hawn ‘il quddiem: “GME”) u tikkonċerna l-provvista ta’ informazzjoni teknika għat-tiswija tal-vetturi tal-marki Opel u Vauxhall.

(2)

L-informazzjoni teknika tikkonsisti f’data, fi proċessi u fi struzzjonijiet li huma meħtieġa sabiex jiġu kontrollati, imsewwija u sostitwiti partijiet difettużi/miksura/użati ta’ vettura bil-mutur jew sabiex jissewew ħsarat fi kwalunkwe waħda mis-sistemi tal-vettura. L-informazzjoni teknika tinkludi seba’ kategoriji prinċipali:

il-parametri bażiċi (id-dokumentazzjoni tal-valuri ta’ referenzi u l-punti fissi tal-valuri kollha li jistgħu jitkejlu li jikkonċernaw il-vettura, bħas-settings tat-torque, il-qisien ta’ l-ikklerjar tal-brejkijiet (brake clearance measurements), il-pressjonijiet idrawliċi u pnewmatiċi);

id-dijagrammi u d-deskrizzjonijiet ta’ stadji f’operazzjonijiet ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni (manwali tas-servizz, dokumenti tekniċi bħala pjanijiet ta’ ħidma, deskrizzjonijiet ta’ għodod li jintużaw biex titwettaq tiswija partikolari, u dijagrammi bħall-iskematiċi tal-wajers jew l-idrawlika);

l-ittestjar u d-dijanjożi (inklużi l-kodiċijiet tal-ħsarat/tat-trouble-shooting, is-softwer u informazzjoni oħra meħtieġa sabiex jiġu dijanjostikati ħsarat fuq il-vettura) – ħafna minn din l-informazzjoni, imma mhux kollha, tinsab f’għodod elettroniċi speċjalizzati;

il-kodiċijiet, is-softwer u informazzjoni oħra meħtieġa għar-ri-programmazzjoni, għar-ri-setting jew għar-ri-inizjalizzazzjoni ta’ l-unitajiet ta’ kontroll elettroniċi (“ECUs”) li jkun hemm fuq vettura. Din il-kategorija hija marbuta ma’ dik preċedenti, billi ta’ spiss l-istess għodod elettroniċi jintużaw sabiex tkun dijanjostikata ħsara, u mbagħad isiru l-aġġustamenti meħtieġa permezz ta’ l-ECUs biex tiġi rranġata;

l-informazzjoni dwar il-partijiet ta’ bdil, inklużi l-katalogi tal-parts bil-kodiċijiet u bid-deskrizzjonijiet, u l-metodi ta’ identifikazzjoni tal-vettura (jiġifieri, id-data relatata ma’ vettura speċifika li permezz tagħha s-sewwej ikun jista’ jidentifika l-kodiċijiet individwali għall-parts imwaħħla waqt l-assemblaġġ tal-vettura, u jidentifika l-kodiċijiet korrispondenti għall-parts ta’ sostituzzjoni oriġinali u kompatibbli għal dik il-vettura speċifika);

informazzjoni speċjali (avviżi ta’ tfakkira u notifika ta’ ħsarat frekwenti);

materjali ta’ taħriġ.

(3)

F’Diċembru 2006, il-Kummissjoni bdiet proċeduri, u indirizzat valutazzjoni preliminari lil GME, li kienet tinkludi l-fehma preliminari li l-ftehimiet ta’ GME ma’ l-imsieħba fis-servizz ta’ wara l-bejgħ tagħha qajmu tħassib dwar il-kompatibbiltà tagħhom ma’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE.

(4)

Fil-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, donnu li GME naqset milli tirrilaxxa ċerti kategoriji ta’ informazzjoni teknika dwar it-tiswijiet ferm wara tmiem il-perjodu tranżitorju provdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vettur bil-mutur, (2) Barra minn hekk, fiż-żmien meta tnediet l-investigazzjoni tal-Kummissjoni, GME kienet għadha ma stabbilitx sistema effettiva sabiex is-sewwejja indipendenti jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal informazzjoni teknika dwar it-tiswijiet b’mod li jkun separat (unbundled). Għalkemm matul l-investigazzjoni tal-Kummissjoni, GME tejbet l-aċċessibilità ta’ l-informazzjoni teknika tagħha, l-informazzjoni li tqiegħdet għad-dispożizzjoni tas-sewwejja indipendenti donnha ma kinitx kompluta.

(5)

Dik il-valutazzjoni preliminari sabet li s-swieq preliminari affetwati mill-prattika in kwistjoni kienu s-suq għall-provvista tas-servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni għall-karozzi tal-passiġġieri, u s-suq għall-provvista ta’ informazzjoni teknika lis-sewwejja. In-netwerks awtorizzati ta’ l-Opel/tal-Vauxhall kellhom numru ferm kbir ta’ ishma mis-suq fl-ewwel wieħed minn dawn is-swieq, filwaqt li fit-tieni, GME kienet l-unika fornitriċi li setgħet toffri l-informazzjoni teknika kollha meħtieġa mis-sewwejja għall-vetturi Opel/Vauxhall tagħha.

(6)

Essenzjalment, il-ftehimiet ta’ servis u ta’ distribuzzjoni tal-parts ta’ GME jeħtieġu li l-membri tan-netwerks awtorizzati tagħha jwettqu firxa sħiħa ta’ servizzi ta’ tiswija speċifiċi għall-marka, u jagħmluha ta’ bejjiegħa bl-ingrossa ta’ partijiet ta’ bdil. Il-Kummissjoni hija mħassba li effetti negattivi possibbli li ġejjin minn tali ftehimiet jistgħu jissaħħu min-nuqqas ta’ GME li tipprovdi lil sewwejja indipendenti b’aċċess xieraq għall-informazzjoni teknika biex b’hekk teskludi d-ditti li jkunu lesti u jistgħu joffru servizzi ta’ tiswija permezz ta’ mudell kummerċjali differenti.

(7)

Il-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li l-arranġamenti ta’ GME sabiex tipprovdi l-informazzjoni teknika tagħha lis-sewwejja indipendenti ma kinux jikkorrispondi għall-ħtiġiet ta’ dawn ta’ l-aħħar la rigward l-ambitu ta’ l-informazzjoni disponibbli u lanqas rigward l-aċċessibbiltà għaliha, u li tali prattika, flimkien ma’ prattiki simili minn manifatturi oħra tal-karozzi, setgħu jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-pożizzjoni tas-suq tas-sewwejja indipendenti. Imbagħad, dan seta’ jikkawża dannu konsiderevoli għall-konsumaturi f’termini ta’ tnaqqis sinifikanti fl-għażla ta’ partijiet ta’ bdil, prezzijiet ogħla għal servizzi ta’ tiswija, tnaqqis fl-għażla ta’ fejn titwettaq din it-tiswija, kwistjonijiet ta’ sikurezza potenzjali, u nuqqas ta’ aċċess għal ħwienet tat-tiswija innovattivi.

(8)

Barra minn hekk, in-nuqqas apparenti min-naħa ta’ GME li tipprovdi lil sewwejja indipendenti b’aċċess xieraq għall-informazzjoni teknika jista’ jipprevjeni li l-ftehimiet ma’ l-imsieħba fis-servizz ta’ wara l-bejgħ tagħha jibbenefikaw mill-eżenzjoni mogħtija mir-Regolament (KE) Nru 1400/2002, peress li skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament, l-eżenzjoni mogħtija hemmhekk ma tapplikax fejn il-fornitur tal-vetturi bil-mutur jirrifjuta li jagħti aċċess lil operaturi indipendenti għal kwalunkwe informazzjoni teknika, tagħmir dijanjostiku u ta’ xort’oħra, għodod, inkluż kwalunkwe softwer rilevanti, jew taħriġ meħtieġ għat-tiswija u għall-manutenzjoni ta’ dawn il-vetturi bil-mutur. Kif ġie ċċarat fil-premessa 26 tar-Regolament, il-kundizzjonijiet ta’ aċċess ma jridux jiddiskriminaw bejn operaturi awtorizzati u dawk indipendenti.

(9)

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni waslet għall-fehma preliminari li fil-kuntest ta’ nuqqas ta’ aċċess għal informazzjoni teknika dwar it-tiswijiet, ma kienx probabbli li l-ftehimiet bejn GME u s-sewwejja awtorizzati tagħha se jibbenefikaw mid-dispożizzjoni ta’ l-Artikolu 81(3).

(10)

Fid-9 ta’ Frar 2007, GME offriet impenji lill-Kummissjoni sabiex tissodisfa t-tħassib rigward il-kompetizzjoni li kien indirizzat fil-valutazzjoni preliminari.

(11)

Skond dawn l-impenji, il-prinċipju li jiddetermina l-ambitu ta’ l-informazzjoni li għandha tiġi provduta huwa dak tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn is-sewwejja indipendenti u dawk awtorizzati. F’dan id-dawl, GME se tiżgura li l-informazzjoni teknika, l-għodod, it-tagħmir, is-softwer u t-taħriġ kollu meħtieġ għat-tiswija u għall-manutenzjoni tal-vetturi Opel/Vauxhall tagħha li jiġu provduti lis-sewwejja awtorizzati fi kwalunkwe Stat Membru ta’ l-UE minn jew f’isem GME jitqiegħdu wkoll għad-dispożizzjoni tas-sewwejja indipendenti.

(12)

L-impenji jispeċifikaw li “l-informazzjoni teknika”, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002, tinkludi l-informazzjoni kollha provduta lis-sewwejja awtorizzati ta’ l-Opel/tal-Vauxhall għat-tiswija jew għall-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur Opel/Vauxhall. Eżempji partikolari jinkludu softwer, kodiċijiet ta’ ħsarat u parametri kollha, flimkien ma’ aġġornamenti, li huma meħtieġa sabiex issir ħidma fuq l-unitajiet ta’ kontroll elettroniċi (ECUs) ħalli jiġu introdotti jew jergħu jiġu stabbiliti s-settings rakkomandati minn GME, metodi ta’ identifikazzjoni tal-vetturi, katalogi tal-parts, soluzzjonijiet ta’ ħidma li jirriżultaw minn esperjenza prattika u li jkunu relatati ma’ problemi li tipikament jaffetwaw mudell jew lott partikolari, u avviżi ta’ tfakkira kif ukoll avviżi oħra li jidentifikaw tiswijiet li jistgħu jitwettqu mingħajr ħlas fin-netwerk tat-tiswija awtorizzata.

(13)

L-aċċess għal għodod jinkludi aċċess għal għodod dijanjostiċi elettroniċi u għodod oħra ta’ tiswija, flimkien ma’ softwer relatat, inklużi l-aġġornamenti perjodiċi tiegħu, u servizzi ta’ wara l-bejgħ għal tali għodod.

(14)

Il-premessa 26 tar-Regolament tagħmilha ċara li l-Artikolu 4(2) ma jeħtieġx li GME tipprovdi lis-sewwejja indipendenti b’informazzjoni teknika li permezz tagħha parti terza tkun tista’ tevita jew iżżarma apparati kontra s-serq abbord il-vettura u/jew tirrikalibra (3) apparati elettroniċi, jew tbagħbas apparati li jillimitaw il-veloċità jew parametri oħra relatati mar-rendiment ta’ vettura bil-mutur. Madankollu, GME timpenja ruħha li tħalli lis-sewwejja indipendenti aċċess bla restrizzjonijiet għal informazzjoni ta’ dawn it-tipi, sakemm jiksbu ċ-Ċertifikat ta’ Taħriġ ta’ GME rilevanti. (4) Tali ċertifikazzjoni se tinħareġ mingħajr dewmien lis-sewwejja indipendenti, sakemm jikkompletaw it-taħriġ.

(15)

Jekk, fil-ġejjieni, GME kellha tinvoka l-eċċezzjoni fil-premessa 26 bħala raġuni sabiex tirrifjuta aċċess għal ċerti elementi ta’ informazzjoni teknika lis-sewwejja indipendenti, trid tkun hija li tiżgura li l-informazzjoni li ġiet irrifjutata b’dan il-mod tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ sabiex tkun provduta l-protezzjoni deskritta fil-premessa 26, u li n-nuqqas ta’ l-informazzjoni in kwistjoni ma jipprevjenix lis-sewwejja indipendenti milli jwettqu operazzjonijiet għajr dawk elenkati fil-premessa 26, inkluża ħidma fuq apparati bħall-ECU tal-ġestjoni tal-magna, l-airbags, il-pre-tensioners (it-tagħmir ta’ qabel ma tiġi miżjuda t-tensjoni) taċ-ċinturin tas-sit, jew elementi ta’ tiskir ċentrali.

(16)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002 jipprovdi li l-informazzjoni teknika trid tkun disponibbli b’mod li jkun proporzjonat għall-ħtiġiet tas-sewwejja indipendenti. Dan jimplika kemm li l-informazzjoni trid tkun isseparata (unbundled) kif ukoll ipprezzar li jqis sakemm is-sewwejja indipendenti jużaw l-informazzjoni.

(17)

Skond dan il-prinċipju, l-impenji jispeċifikaw li GME se tinkludi fuq is-sit web TI l-informazzjoni teknika kollha relatata ma’ mudelli mnedija wara l-1996, u se tiżgura li l-informazzjoni teknika aġġornata kollha tkun fuq is-sit web TI jew fuq kwalunkwe sit suċċessur il-ħin kollu. Barra minn hekk, GME se tiżgura li s-sit web jista’ jinstab faċilment il-ħin kollu u li dan jipprovdi livell ekwivalenti ta’ rendiment għall-metodi li jintużaw biex tkun provduta informazzjoni teknika lill-membri tan-netwerk awtorizzat ta’ l-Opel/tal-Vauxhall. Meta GME jew intrapriża oħra li qed taġixxi f’isem GME tagħmel biċċa informazzjoni teknika disponibbli lis-sewwejja awtorizzati f’lingwa partikolari ta’ l-UE, GME se tiżgura li din il-verżjoni lingwistika ta’ l-informazzjoni titqiegħed mingħajr dewmien fuq is-sit web TI.

(18)

Rigward il-Katalogu tal-Parts Elettroniċi, li bħalissa mhux disponibbli fuq is-sit web TI, se jitqies li GME tkun konformi ma’ l-impenji jekk tqiegħed din l-informazzjoni fuq is-sit web TI sal-31 ta’ Diċembru 2007. Bħala soluzzjoni tul perjodu qasir ta’ żmien, il-Katalogu se jkun disponibbli permezz tas-Servizzi Call Centre ta’ GME li, fuq talba u mingħajr dewmien, se jipprovdu lis-sewwejja indipendenti bil-paġni mitluba permezz tal-faks fi kwalunkwe waħda mil-lingwi li fih il-Katalogu jkun disponibbli għas-sewwejja awtorizzati. Dan is-servizz se jkun disponibbli għal €1 għal kull paġna (+ 3.9 % ħlas ta’ maniġġjar), u se japplikaw it-tariffi lokali tat-telefonati.

(19)

Rigward id-dijagrammi tal-wajers, GME se tqiegħed fuq is-sit web TI dawk kollha li ġew iġġenerati jew ikkonverititi f’format diġitali sabiex jintużaw mis-sewwejja awtorizzati ta’ l-Opel/tal-Vauxhall tagħha fl-UE. Id-dijagrammi li fadal, li huma relatati ma’ ċerti mudelli (5) li ġew imnedija wara l-1 ta’ Jannar 1997 u li ma jeżistux f’format diġitali, għandhom ikunu disponibbli għas-sewwejja indipendenti permezz tas-Servizzi Call Centre ta’ GME. Tali Servizzi Call Centre se jaħdmu bil-lingwi kollha meħtieġa sabiex tkun evitata diskriminazzjoni diretta jew indiretta bejn sewwejja indipendenti u awtorizzati ta’ l-Opel/tal-Vauxhall, fejn jitqiesu l-kundizzjonijiet li fihom tali sewwejja awtorizzati jiksbu aċċess għad-dijagrammi tal-wajers. Id-dijagrammi tal-wajers se jkunu provduti mingħajr dewmien permezz tal-faks fl-iċken pakketti li s-sewwej indipendenti medju jkun jeħtieġ sabiex iwettaq biċċa xogħol ta’ tiswija u bl-istess kundizzjonijiet kif ikunu provduti lis-sewwejja awtorizzati ta’ l-Opel/tal-Vauxhall. GME timpenja ruħha li, kemm idumu validi l-impenji, iżżomm il-kundizzjonijiet li japplikaw bħalissa għal dawn id-dijagrammi mhux diġitalizzati tal-wajers.

(20)

Rigward aċċess għas-sit web TI, GME qablet li tipprovdi għal diviżjoni pro rata f’perjodi ta’ żmien ta’ kull siegħa, kuljum, kull ġimgħa, kull xahar u kull sena bi prezz rispettivament ta’ EUR 4, EUR 30, EUR 100, EUR 300 u ta’ EUR 3 700. Għal aċċess inizjali għas-sit web TI, se jintalab ħlas ta’reġistrazzjoni ta’ darba ta’ EUR 15 + 3.9 % ħlas ta’ maniġġjar. It-Tech1/Tech2 SWDL (Downlowd ta’ Softwer Tester Dijanjostiku) se jkun disponibbli permezz ta’ l-abbonament annwali mas-sit web TI, jew billi jitħallas abbonament waħdu ta’ kull xahar ta’ EUR 100. GME se żżomm din l-istruttura ta’ ħlasijiet ta’ aċċess, u mhux se żżid il-livelli ta’ ħlasijiet ‘il fuq mir-rata medja ta’ inflazzjoni fl-UE kemm idumu validi l-impenji.

(21)

L-impenji ta’ GME huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit kurrenti jew futur stabbilit mill-Komunità jew mid-dritt nazzjonali li jista’ jestendi l-ambitu ta’ l-informazzjoni teknika li GME għandha tipprovdi lill-operaturi indipendenti u/jew jista’ jistabbilixxi modi aktar favorevoli biex tali informazzjoni tkun provduta.

(22)

Sabiex ikun indirizzat kwalunkwe ilment imqajjem minn sewwej indipendenti rigward aċċess għal informazzjoni teknika, GME se tistabbilixxi “Ombudsman” ta’ GME. Malli jirċievi ilment ta’ sewwej indipendenti, l-“Ombudsman” ta’ GME, f’massimu ta’ tliet ġimgħat minn meta jirċievi l-fajl komplut, se jipprovdi lis-sewwej indipendenti b’Risposta ta’ GME. F’każ li min qed jagħmel l-ilment ma’ jaċċettax ir-Risposta ta’ GME, GME se taċċetta mekkaniżmu ta’ arbitraġġ biex jinstab ftehim għat-tilwim relatat mal-provvista ta’ informazzjoni teknika fejn kull parti għal tali tilwima jista’ jinnomina espert wieħed, li flimkien jistgħu jiddeċiedu fuq il-ħatra ta’ ieħor. L-arbitraġġ għandu jsir fl-istat Membru fejn tinsab is-sede reġistrata tal-parti li qed tagħmel it-talba. Il-lingwa tal-proċeduri ta’ arbitraġġ se tkun il-lingwa uffiċjali tal-post ta’ arbitraġġ. L-arbitraġġ mhu se jippreġudika l-ebda dritt li tkun ippreżentata applikazzjoni quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti.

(23)

Id-deċiżjoni ssib li, minħabba l-impenji, m’għadx hemm aktar raġunijiet biex tittieħed azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni. L-impenji se jkunu vinkolanti sal-31 ta’ Mejju 2010.

(24)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiki Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fid-9 ta’ Lulju 2007.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 411/2004, (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).

(2)  ĠU L 203, 1.8.2002 p. 30.

(3)  jiġifieri timmodifika s-settings oriġinali ta’ ECU b’mod mhux irrakkomandat minn GME.

(4)  Il-ħlasijiet għaċ-Ċertifikazzjoni tat-Taħriġ se jkunu ekwivalenti għas-sewwejja awtorizzati u dawk indipendenti u GME timpenja ruħha li żżommhom fuq l-istess livell sakemm idumu validi l-impenji. It-taħriġ se jinkludi (i) jumejn ta’ taħriġ minn istruttur (spiża ta’ bejn EUR 115 u EUR 230 kuljum, jiddependi mis-suq nazzjonali), u (ii) jum ta’ taħriġ bit-Tech2 ibbażat fuq il-web (spiża ta’ bejn EUR 30 u EUR 50 kuljum, għal darb’oħra jiddependi mis-suq nazzjonali in kwistjoni). It-taħriġ se jkun ipprovdut mill-Akkademja ta’ GM.

(5)  Minn dawn il-mudelli tnejn biss (Agila u Movano) għadhom qed jiġu prodotti u għat-tnejn li huma d-dijagrammi tal-wajers relatati mal-varjanti tagħhom li ġew imnedija mill-2002 huma disponibbli fuq is-sit web TI. L-uniċi mudelli li għalihom id-dijagrammi huma disponibbli biss permezz tas-Servizzi Call Centre ta’ GME (Arena u Sintra) m’għadhomx jiġu prodotti mill-1999 u mill-2001.Għall-mudell li fadal, is-sit web TI jinkludi dijagrammi tal-wajers għall-varjanti li ġew imnedija mill-2002 (Astra-G, Frontera-B, Zafira-A) jew mill-2003 (Speedster).


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2007

li timplimenta d-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ linji gwida strateġiċi mill-2008 sa l-2013

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5822)

(it-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Germaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Svediż, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż biss huma awtentiċi)

(2007/837/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu 2008 sa 2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-flussi Migratorji” (1), u partikolarment l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida stateġiċi li jistabbilixxu qafas għall-intervent tal-fond b’rabta mal-perjodu ta’ pprogrammar multi-annwali 2008 sa 2013.

(2)

Il-linji gwida għandhom ifissru l-prijoritajiet u, skond l-Artikolu 15(4) tad-Deċiżjoni 575/2007/KE, il-prijoritajiet speċifiċi li jippermettu lill-Istati Membri li mhumiex koperti mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex iżidu l-kofinanzjament tal-kontribuzzjoni Komunitarja għal 75 % għal proġetti kofinanzjati mill-Fond.

(3)

Skond l-Artikolu 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex marbuta b’din id-Deċiżjoni jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda nnotifikat, b’ittra fis-6 ta’ Settembru 2005, ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE.

(5)

Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit innotifika, b’ittra fis-27 ta’ Ottubru 2005, ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat komuni “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” stabbilit bl-Artikolu 56 tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007 sa 2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida li jistabbilixxu l-prijoritajiet u l-prijoritajiet speċifiċi għall-ipprogrammar multi-annwali għall-perjodu 2008 sa 2013 għandhom ikunu definiti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika ta’ l-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran-Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika ta’ l-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju ta’ l-Olanda, lir-Repubblika ta’ l-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju ta’ l-Isvezja, lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Franco FRATTINI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 45.

(2)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.


ANNESS

Il-linji gwida strateġiċi stabbiliti hawn taħt għandhom jitqiesu fil-kuntest ta’ ġestjoni iktar effiċjenti tal-flussi migratorji fl-istadji kollha, kif mibdija fil-Kunsill Ewropew ta’ Tampere fl-1999, inklużi politika komuni tar-ritorn u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali.

Meta jkunu qed iħejju l-abbozz tal-programmi multi-annwali, l-Istati Membri għandhom jimmiraw ir-riżorsi disponibbli taħt dan il-Fond għal tlieta minn erbgħa minn dawn il-prijoritajiet li ġejjin, li jippermettulhom li jiddeterminaw id-distribuzzjoni l-iktar effettiva tar-riżorsi finanzjarji tagħhom allokati lilhom skond il-bżonnijiet tagħhom:

PRIJORITÀ 1:   Appoġġ għall-iżvilupp ta’ approċċ strateġiku għall-ġestjoni tar-ritorn mill-Istati Membri

Dan jinkludi l-iżvilupp ta’ ġestjoni ta’ ritorn integrata fid-dimensjonijiet kollha tagħha. Skond l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE, il-ġestjoni tar-ritorn integrata għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni ta’ dawk li potenzjalment jiġu ripatrijati fl-Istat Membru u fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u fuq l-isfidi fir-rigward ta’ l-operazzjonijiet maħsuba, għandha tistabbilixxi miri għal dawn l-operazzjonijiet u taħseb għal sett wiesa’ ta’ miżuri li jiffukaw fuq ritorn effettiv u sostenibbli, inklużi t-tħejjija, l-infurzar u s-segwitu tat-tkeċċija.

F’din il-prijorità, il-kontribut Komunitarju jista’ jiżdied b’75 % għal proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:

(1)

Programmi ta’ ritorn volontarju assistit

(2)

Inċentivi ta’ flus u miżuri biex tkun indirizzata s-sitwazzjoni speċifika ta’ dawk ir-ripatrijati vulnerabbli

(3)

Pjanijiet ta’ ritorn integrati li jappoġġjaw ir-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi jew persuni bla Stat mhux koperti bil-ftehimiet ta’ riammissjoni tal-Komunità jew il-ftehimiet nazzjonali bilaterali ta’ ammissjoni mill-ġdid lejn il-pajjiżi ta’ oriġini, ir-residenza preċedenti u ta’ tranżitu tagħhom li l-kooperazzjoni magħhom fil-qasam tar-ritorn hija partikolarment diffiċli.

PRIJORITÀ 2:   Appoġġ għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tar-ritorn

Dan jinkludi l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ritorn integrati kif ukoll il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi ta’ ġestjoni ta’ ritorn integrata, bħat-tħejjija, l-infurzar u s-segwitu ta’ titjiriet konġunti għat-tkeċċija u t-tkeċċija konġunta bl-art.

F’din il-prijorità, il-kontribut Komunitarju jista’ jiżdied b’75 % għal proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:

Pjanijiet ta’ ritorn integrati li ġew iddisinnjati u li ser ikunu implimentati wkoll b’kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra, u fejn ikun hemm bżonn, ma’ l-Aġenzija Frontex, organizzazzjonijiet mhux governattivi u/jew organizzazzjonijiet internazzjonali, bl-għan li jinġabru l-ħiliet differenti, l-esperjenzi u r-riżorsi ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri u fejn xieraq ta’ l-organizzazzjonijiet l-oħra involuti.

PRIJORITÀ 3:   Appoġġ għal strumenti innovattivi speċifiċi (inter)nazzjonali għall-ġestjoni tar-ritorn

Dan jinkludi l-istabbiliment jew it-titjib tal-miżuri ta’ parir u ta’ informazzjoni dwar ir-ritorn, miżuri ta’ integrazzjoni mill-ġdid għall-persuni ripatrijati fil-pajjiż tar-ritorn, modi ta’ kooperazzjoni mas-servizzi konsolari u/jew ta’ l-immigrazzjoni, inkluż taħriġ, u miżuri biex tinkiseb informazzjoni fuq ċittadini minn pajjiżi terzi mingħajr dokumenti jew persuni bla Stat.

F’din il-prijorità, il-kontribut Komunitarju jista’ jiżdied b’75 % għal proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:

(1)

Proġetti li jipproponu modi u mezzi partikolarment innovattivi ta’ kif dawk li potenzjalment jiġu ripatrijati jkunu informati u jingħataw parir dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiżi ta’ ritorn u/jew inċentivi innovattivi oħra biex jiżdied in-numru ta’ volontarji li jridu jirritornaw lura f’pajjiżhom ibbażati fuq ir-rispett lejn id-dinjità ta’ l-individwi kkonċernati

(2)

Proġetti li jittestjaw metodi ġodda ta’ ħidma biex jitħaffef il-proċess biex il-persuni ripatrijati jingħataw dokumenti b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet konsolari u s-servizzi ta’ l-immigrazzjoni tal-pajjiżi terzi.

PRIJORITÀ 4:   Appoġġ għal standards Komunitarji u l-aħjar prassi dwar il-ġestjoni tar-ritorn

Dan jinkludi l-applikazzjoni ta’ standards komuni eżistenti u futuri kif imsemmi fil-premessi 13 u 14 tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE u l-promozzjoni ta’ l-aħjar prassi (inter)nazzjonali u modi ta’ kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet rilevanti ta’ l-Istati Membri l-oħra, pereżempju billi jintuża l-ICONET.

F’din il-prijorità, il-kontribut Komunitarju jista’ jiżdied b’75 % għal proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:

(1)

Evalwazzjonijiet u missjonijiet biex jitkejjel il-progress tal-programmi, l-istrumenti u l-proċessi ta’ ritorn

(2)

Miżuri meħuda fuq livell nazzjonali biex tiġi żgurata implimentazzjoni ġusta u effettiva ta’ standards komuni ta’ ritorn, kif stabbiliti taħt il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar ir-ritorn, inkluż it-taħriġ ta’ tobba.


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur fil-Polonja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6597)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/838/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri ta' protezzjoni biex ikunu applikati sabiex tkun evitata l-firxa ta' dik il-marda, fosthom it-twaqqif ta' żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew konfermata tal-marda.

(2)

Wara tifqigħat ta' l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fil-Polonja, id-Deċiżjoni 2006/415/KE ġiet emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/816/KE ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur fil-Polonja.

(3)

Billi kien hemm tifqigħat oħra tal-marda fil-Polonja, id-deskrizzjoni taż-żoni ristretti u t-tul tal-miżuri għandhom jiġu emendati biex iqisu l-qagħda edipemjoloġika.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni għandhom ikunu riveduti fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); Verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/816/KE (ĠU L 326, 12.12.2007, p. 32).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

It-test li ġej jieħu post id-daħla għall-Polonja fil-Parti A:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona A

Data sakemm applikabbli

Artikolu 4(4) (b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

“PL

POLAND

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PŁOCKI

01419

Protection zone:

 

Municipality of Brudzeń Duży:

 

Główina

 

Gorzechówko

 

Gorzechowo

 

Myśliborzyce

 

Rembielin

 

Rokicie

 

Siecień

 

Siecień Rumunki

 

Strupczewo Duże

 

Uniejewo

 

Więcławice

 

Municipality of Nowy Duninów:

 

Karolewo

 

Nowa Wieś

 

Nowy Duninów

14.1.2008

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

ŻUROMIŃSKI

01437

Protection zone:

Municipality of Bieżuń:

 

Bieżuń

 

Dźwierzno

 

Karniszyn

 

Karniszyn Parcele

 

Kobyla Łąka

 

Kocewo

 

Myślin

 

Sadłowo

 

Sadłowo Parcele

 

Strzeszewo

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

WŁOCŁAWSKI

00418

Protection zone:

Municipality of Włocławek:

 

Skoki Duże

 

Skoki Małe

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

ELBLĄSKI

02804

Protection zone:

Municipality of Godkowo:

 

Dąbkowo

 

Krykajny

 

Łępno

 

Nowe Wikrowo

 

Olkowo

 

Piskajny

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PŁOCKI

01419

Surveillance zone:

 

Municipality of Brudzeń Duży:

 

Bądkowo

 

Bądkowo Jeziorne

 

Bądkowo Kościelne

 

Bądkowo Podlasie

 

Bądkowo Rochny

 

Biskupice

 

Brudzeń Duży

 

Brudzeń Mały

 

Cegielnia

 

Cierszewo

 

Izabelin

 

Janoszyce

 

Karwosieki Cholewice

 

Kłobukowo

 

Krzyżanowo

 

Lasotki

 

Murzynowo

 

Noskowice

 

Parzeń

 

Parzeń Janówek

 

Patrze

 

Radotki

 

Robertowo

 

Sikórz

 

Sobowo

 

Suchodół

 

Turza Mała

 

Turza Wielka

 

Wincentowo

 

Winnica

 

Zdziębórz

 

Żerniki

 

Municipality of Stara Biała:

 

Brwilno Górne

 

Kobierniki

 

Kowalewko

 

Ludwikowo

 

Mańkowo

 

Maszewo Duże

 

Srebrna

 

Ulaszewo

 

Wyszyna

 

Municipality of Nowy Duninów:

 

Brwilno Dolne

 

Brzezinna Góra

 

Duninów Duży

 

Grodziska

 

Jeżowo

 

Kamion

 

Kobyla Góra

 

Środoń

 

Stary Duninów

 

Studzianka

 

Wola Brwileńska

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

SIERPECKI

01427

Surveillance zone:

 

Municipality of Mochowo:

 

Będorzyn

 

Grodnia

 

Łukoszyn

 

Łukoszyno Biki

 

Municipality of Rościszewo:

 

Lipniki

 

Ostrów

 

Polik

 

Rzeszotary Nowe

 

Rzeszotary Zawady

 

Września

 

Municipality of Zawidz:

 

Jaworowo Kolonia

 

Jaworowo Kłódź

 

Jaworowo Lipa

 

Jaworowo Próchniatka

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

ŻUROMIŃSKI

01437

Surveillance zone:

 

Municipality of Bieżuń:

 

Adamowo

 

Bielawy Gołuskie

 

Dąbrówki

 

Gołuszyn

 

Mak

 

Małocin

 

Pełki

 

Pozga

 

Sławęcin

 

Stanisławowo

 

Stawiszyn Łaziska

 

Stawiszyn Zwalewo

 

Trzaski

 

Wilewo

 

Władysławowo

 

Municipality of Żuromin:

 

Będzymin

 

Chamsk

 

Dębsk

 

Franciszkowo

 

Kruszewo

 

Młudzyno

 

Olszew

 

Poniatowo

 

Żuromin

 

Municipality of Lutocin:

 

Chromakowo

 

Elżbiecin

 

Felcyn

 

Jonne

 

Lutocin

 

Mojnowo

 

Nowy Przeradz

 

Obręb

 

Parlin

 

Przeradz Mały

 

Przeradz Wielki

 

Seroki

 

Swojęcin

 

Zimolza

 

Municipality of Siemiątkowo:

 

Antoniewo

 

Dzieczewo

 

Nowa Wieś

 

Nowopole

 

Siciarz

 

Sokołowy Kąt

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

MŁAWSKI

01413

Municipality of Radzanów:

 

Zgliczyn Glinki

 

Zgliczyn Kościelny

 

Zgliczyn Witowy

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

WŁOCŁAWSKI

00418

Surveillance zone:

Municipality of Włocławek:

 

Dąb Mały

 

Dąb Polski

 

Dąb Wielki

 

Dobiegniewo

 

Jazy

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

LIPNOWSKI

00408

Municipality of Dobrzyń nad Wisłą:

 

Chalin

 

Chudzewo

 

Dobrzyń Nad Wisłą

 

Kamienica

 

Łagiewniki

 

Lenie Wielkie

 

Michałkowo

 

Mokówko

 

Mokowo

 

Płomiany

 

Ruszkowo

 

Wierznica

 

Wierzniczka

Municipality of Tłuchowo:

Trzcianka

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

ELBLĄSKI

02804

Municipality of Godkowo:

 

Burdajny

 

Dobry

 

Godkowo

 

Gwiździny

 

Klekotki

 

Kwitajny Wielkie

 

Lesiska

 

Nawty

 

Osiek

 

Plajny

 

Podągi

 

Skowrony

 

Swędkowo

 

Szymbory

 

Ząbrowiec

 

Zimnochy

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

LIDZBARSKI

02809

Municipality of Orneta:

 

Augustyny

 

Bażyny

 

Bogatyńskie

 

Chwalęcin

 

Dąbrówka

 

Drwęczno

 

Gieduty

 

Karkajny

 

Klusajny

 

Krzykały

 

Lejławki Małe

 

Lejławki Wielkie

 

Orneta

 

Osetnik

 

Ostry Kamień

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

OSTRÓDZKI

02815

Municipality of Miłakowo:

 

Głodówko

 

Gudniki

 

Rożnowo

 

Stolno

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

BRANIEWSKI

02802

Municipality of Wilczęta:

 

Bardyny

 

Gładysze

 

Jankówko

 

Kolonia Wilczęta

 

Spędy

 

Tatarki

Municipality of Płoskinia:

Stygajny”

(2)

It-test li ġej jieħu post id-daħla għall-Polonja fil-Parti B:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona B

Data sakemm applikabbli

Artikolu 4(4) (b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

“PL

POLAND

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PŁOCKI

01419

Areas others than listed in Area A

14.1.2008

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PŁOCK

01462

 

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PLOŃSKI

01420

 

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

CIECHANOWSKI

01402

 

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

MŁAWSKI

01413

Areas others than listed in Area A

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

GOSTYNIŃSKI

01404

 

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

SIERPECKI

01427

Areas others than listed in Area A

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

ŻUROMIŃSKI

01437

Areas others than listed in Area A

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

WŁOCŁAWSKI

00418

 

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

LIPNOWSKI

00408

 

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

WŁOCŁAWEK

00464

 

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

BRODNICKI

00402

Municipality of:

 

Górzno

 

Świedziebnia

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

RYPIŃSKI

00412

Municipalities of:

 

Rogowo

 

Rypin

 

Skrwilno

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

DZIAŁDOWSKI

02803

Municipalities of:

 

Działdowo

 

Działdowo city

 

Iłowo-Osada

 

Lidzbark

 

Płośnica

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

ELBLĄSKI

02804

Municipalities of:

 

Godkowo (areas other than listed in Area A)

 

Młynary

 

Pasłęk

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

BRANIEWSKI

02802

Municipalities of:

 

Pieniężno

 

Płoskinia (areas other than listed in Area A)

 

Wilczęta (areas other than listed in Area A)

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

LIDZBARSKI

02809

Municipalities of:

 

Lidzbark Warmiński

 

Lubomino

 

Orneta (areas other than listed in Area A)

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

OLSZTYŃSKI

02814

Municipalities of:

 

Barczewo

 

Dobre Miasto

 

Dywity

 

Gierzwałt

 

Jonkowo

 

Olsztynek

 

Purda

 

Stawiguda

 

Świątki

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

OLSZTYN

02862

 

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

OSTRÓDZKI

02815

Municipalities of:

 

Dąbrówno

 

Gietrzwałd

 

Małdyty

 

Miłakowo (areas other than listed in Area A)

 

Morąg

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

NIDZICKI

02811”

 


Corrigendum

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/60


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/787/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Israel, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 317, tal-5 ta’ Diċembru 2007 )

Il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/87/KE hija mħassra.


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/60


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPM/3/2007 tat-30 ta’ Novembru 2007 li dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH)

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, L 329 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007 )

Flok

:

“Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPM/3/2007 tat-30 ta’ Novembru 2007 li dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH)”,

Aqra

:

“Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPM/1/2007 tat-30 ta’ Novembru 2007 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH)”.


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/60


Rettifika għall-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, L 205 tas-7 ta' Awwissu 2007 )

F'paġna 40, Fil-Protokoll, Artikolu 2, paragrafu 1:

minflok:

“[…] minn ammont speċifiku ta’ EUR 1 105 000 fis-sena,”

aqra:

“[…] minn ammont speċifiku ta’ EUR 110 500 fis-sena,”