ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
13 ta' Diċembru 2007


Werrej

 

IV   Atti oħrajn

Paġna

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 84/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness VI (Is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness VI (Is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness VI (Is-Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim taż-ŻEE

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 87/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness XXI (L-Istatistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness XXI (L-Istatistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 li jemenda l-Anness XXII (Il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

48

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/1999 tat-30 ta' Marzu 1999, li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE ( ĠU L 266, 19.10.2000 )

49

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2006 tat-2 ta' Ġunju 2006 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE ( ĠU L 245, 7.9.2006 )

49

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2006 tat-2 ta' Ġunju 2006 li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim taż-ŻEE ( ĠU L 245, 7.9.2006 )

49

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2007 tat-8 ta' Ġunju, li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE ( ĠU L 266, 11.10.2007 )

50

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 72/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/393/KE tal-31 ta' Mejju 2006 dwar id-deżinjazzjoni tal-laboratorju Komunitarju ta' referenza għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/416/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri tranżitorji b'rabta ma' influwenza tat-tjur b'livell patoġeniku għoli ħafna fit-tjur ta' l-irziezet jew għasafar oħrajn maqbudin fil-Komunità (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/427/KE ta' l-20 ta' Ġunju 2006 li tistabbilixxi metodi ta' kontroll tar-rendiment u metodi għall-istima tal-valur ġenetiku ta' annimali ta' l-ifrat ta' razza pura għat-tnissil ta' l-ispeċi tal-bovini (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/552/KE tat-3 ta' Awwissu 2006 li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tal-vaċċin (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2006/572/KE tat-18 ta' Awwissu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue fi Spanja u l-Portugall (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE ta' l-4 ta' Awwissu 2006 li tapprova Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/591/KE ta' l-1 ta' Settembru li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/633/KE tal-15 ta' Settembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/650/KE tal-25 ta' Settembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/693/KE tat-13 ta' Ottubru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti li joriġinaw jew li jgħaddu minn żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(12)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/705/KE ta' l-20 ta' Ottubru 2006 li tapprova l-pjan għat-tilqim preventiv kontra l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5 f'xi proprjetajiet fir-Rhine-Westphalia tat-Tramuntana ppreżentat mill-Ġermanja taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/761/KE tad-9 ta' Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE ta' l-14 ta' Novembru 2006 dwar rekwiżiti minimi għall-ġbir ta' informazzjoni matul l-ispezzjonijiet ta' siti ta' produzzjoni fejn jinżammu xi annimali għal għanijiet ta' biedja (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(15)

Id-Direttiva 2006/427/KE tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 86/130/KEE (15) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim,

(16)

Id-Direttiva 2006/778/KE tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/50/KEE (16) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim,

(17)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2006/393/KE, 2006/416/KE, 2006/427/KE, 2006/552/KE 2006/572/KE, 2006/437/KE 2006/591/KE, 2006/633/KE, 2006/650/KE, 2006/693/KE, 2006/705/KE, 2006/761/KE and 2006/778/KE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 152, 7.6.2006, p. 31.

(3)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 61.

(4)  ĠU L 169, 22.6.2006, p. 56.

(5)  ĠU L 217, 8.8.2006, p. 29.

(6)  ĠU L 227, 19.8.2006, p. 60.

(7)  ĠU L 237, 31.8.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 240, 2.9.2006, p. 15.

(9)  ĠU L 258, 21.9.2006, p. 7.

(10)  ĠU L 267, 27.9.2006, p. 45.

(11)  ĠU L 283, 14.10.2006, p. 52.

(12)  ĠU L 291, 21.10.2006, p. 38.

(13)  ĠU L 311, 10.11.2006, p. 51.

(14)  ĠU L 314, 15.11.2007, p. 39.

(15)  ĠU L 101, 17.4.1986, p. 37.

(16)  ĠU L 19, 25.1.2000, p. 51.

(*)  M'huma indikati ebda obbligi kostituzzjonali.


ANNESS

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 31 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/379/KE) fil-Parti 2.2:

“32.

32006 D 0427: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/427/KE ta' l-20 ta' Ġunju 2006 li tistabbilixxi metodi ta' kontroll tar-rendiment u metodi għall-istima tal-valur ġenetiku ta' annimali ta' l-ifrat ta' razza pura għat-tnissil ta' l-ispeċi tal-bovini (ĠU L 169, 22.6.2006, p. 56).”

2.

It-test tal-punt 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/130/KE) fil-Parti 2.2 għandu jitħassar.

3.

L-inċiż li ġej għandhu jiġi miżjud fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1:

“—

32006 D 0552: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/552/KE tat-3 ta' Awwissu 2006 (ĠU L 217, 8.8.2006, p. 29).”

4.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE) fil-parti 3.2:

“—

32006 D 0572: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/572/KE tat-18 ta' Awwissu 2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 60),

32006 D 0591: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/591/KE ta' l-1 ta' Settembru 2006 (ĠU L 240, 2.9.2006, p. 15),

32006 D 0633: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/633/KE tal-15 ta' Settembru 2006 (ĠU L 258, 21.9.2006, p. 7),

32006 D 0650: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/650/KE tal-25 ta' Settembru 2006 (ĠU L 267, 27.9.2006, p. 45),

32006 D 0693: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/693/KE tat-13 ta' Ottubru 2006 (ĠU L 283, 14.10.2006, p. 52),

32006 D 0761: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/761/KE tad-9 ta' Novembru 2006 (ĠU L 311, 10.11.2006, p. 51).”

5.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 34 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/724/KE) fil-Parti 3.2:

“35.

32006 D 0393: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/393/KE tal-31 ta' Mejju 2006 dwar id-deżinjazzjoni tal-laboratorju Komunitarju ta' referenza għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (ĠU L 152, 7.6.2006, p. 31).

36.

32006 D 0416: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/416/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri tranżitorji b'rabta ma' influwenza tat-tjur b'livell patoġeniku għoli ħafna fit-tjur ta' l-irziezet jew għasafar oħrajn maqbudin fil-Komunità (ĠU L 164, 16.6.2006, p. 61).

37.

32006 D 0437: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE ta' l-4 ta' Awwissu 2006 li tapprova Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (ĠU L 237, 31.8.2006, p. 1).”

6.

Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF DOVUT”, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/773/KE) fil-Parti 3.2:

“34.

32006 D 0705: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/705/KE ta' l-20 ta' Ottubru 2006 li tapprova l-pjan għat-tilqim preventiv kontra l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5 f'xi proprjetajiet fir-Rhine-Westphalia tat-Tramuntana ppreżentat mill-Ġermanja taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (ĠU L 291, 21.10.2006, p. 38).”

7.

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/433/KE) fil-Parti 9.2:

“4.

32006 D 0778: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE ta' l-14 ta' Novembru 2006 dwar rekwiżiti minimi għall-ġbir ta' informazzjoni matul l-ispezzjonijiet ta' siti ta' produzzjoni fejn jinżammu xi annimali għal għanijiet ta' biedja (ĠU L 314, 15.11.2006, p. 39).”

8.

It-test tal-punt 9 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/50/KE) tal-Parti 9.1 għandu jitħassar.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 73/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2006 tal-31 ta' Lulju 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 rigward mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas-salmonella fit-tiġieġ tal-bajd Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2005 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2006 ta' l-1 ta' Awissu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti għall-użu ta' metodi speċifiċi ta' kontroll fil-qafas tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/615/KE tat-13 ta' Settembru 2006 li tagħti approvazzjoni temporanja għas-sistemi ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini fir-Renju Unit skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1505/2006 tal-11 ta' Ottubru 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 rigward il-livell minimu ta' kontrolli li għandhom isiru dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/759/KE tat-8 ta' Novembru 2006 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fi qtajja' ta' tjur tat-trobbija Gallus gallus  (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 130 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/92/KE) fil-Parti 1.2:

“131.

32006 R 1505: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1505/2006 tal-11 ta' Ottubru 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 rigward il-livell minimu ta' kontrolli li għandhom isiru dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini (ĠU L 280, 12.10.2006, p. 3).”

2.

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI TAGĦHOM L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ”, għandu jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt 22 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/80/KE) fil-parti 1.2:

“23.

32006 D 0615: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/615/KE tat-13 ta' Settembru 2006 li tagħti approvazzjoni temporanja għas-sistemi ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini fir-Renju Unit skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 252, 15.9.2006, p. 28).”

3.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 27 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2006) fil-Parti 7.2:

“28.

32006 R 1168: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2006 tal-31 ta' Lulju 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 rigward mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas-salmonella fit-tiġieġ tal-bajd Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2005 (ĠU L 211, 1.8.2006, p. 4).

29.

32006 R 1177: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2006 ta' l-1 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti għall-użu ta' metodi speċifiċi ta' kontroll fil-qafas tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur (ĠU L 212, 2.8.2006, p. 3).”

4.

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI TAGĦHOM L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ”, għandu jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt 4c (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/738/KE) fil-parti 7.2:

“4d.

32006 D 0759: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/759/KE tat-8 ta' Novembru 2006 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fi qtajja' ta' tjur tat-trobbija Gallus gallus (ĠU L 311, 10.11.2006, p. 46).”

5.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 25 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005) fil-Parti 7.2:

“kif emendat b'li ġej:

32006 R 1168: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1168/2006 tal-31 ta' Lulju 2006 (ĠU L 211, 1.8.2006, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1168/2006, 1177/2006 u 1505/2006 u tad-Deċiżjonijiet 2006/615/KE u 2006/759/KE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 211, 1.8.2006, p. 4.

(3)  ĠU L 212, 2.8.2006, p. 3.

(4)  ĠU L 252, 15.9.2006, p. 28.

(5)  ĠU L 280, 12.10.2006, p. 3.

(6)  ĠU L 311, 10.11.2006, p. 46.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 74/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2007 tas-27 ta' April 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2028/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' l-addittiv ta' l-għalf tal-Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750, li jappartjenu għall-grupp ta' mikroorganiżmi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 108/2007 tal-5 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1356/2004 dwar il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' l-additiv ta' l-għalf Elancoban, li jappartjeni għall-grupp ta' kokkidjostati u sustanzi mediċinali oħra (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2007 tal-5 ta' Frar 2007 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monensin sodium (Coxidin) bħala addittiv ta' l-għalf (4), kif korrett mill-ĠU L 37, 9.2.2007, p. 10 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2007 ta' l-14 ta' Frar 2007 dwar l-obbligu ta' approvazzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-istabbilimenti tal-kummerċ ta' l-għalf li jimmanifatturaw jew ipoġġu fis-suq additivi ta' l-għalf tal-kategorija “kokkidjostati u ħistomonostati” (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 tat-23 ta' Frar 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv ta' l-għalf (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005):

“, kif emendat b'li ġej:

32006 R 2028: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2028/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 26).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2004):

“ kif emendat b'li ġej:

32007 R 0108: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 108/2007 tal-5 ta' Frar 2007 (ĠU L 31, 6.2.2007, p. 4).”

3.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 1zzzf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1876/2006):

“1zzzg.

32007 R 0109: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2007 tal-5 ta' Frar 2007 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monensin sodium (Coxidin) bħala additiv ta' l-għalf (ĠU L 31, 6.2.2007, p. 6), kif korrett mill-ĠU L 37, 9.2.2007, p. 10.

1zzzh.

32007 R 0141: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2007 ta' l-14 ta' Frar 2007 dwar obbligu approvazzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal stabbilimenti tal-kummerċ ta' l-għalf li jimmanifatturaw jew ipoġġu fis-suq additivi ta' l-għalf tal-kategorija ‘kokkidjostati u ħistomonostati’ (ĠU L 43, 15.2.2007, p. 9).

1zzzi.

32007 R 0188: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 tat-23 ta' Frar 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 57, 24.2.2007, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 2028/2006, 108/2007, 109/2007, kif ikkorreġuti bil-ĠU L 37, 9.2.2007, p. 10, 141/2007 u 188/2007 fl-ilsien Iżlandiz u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 209, 9.8.2007, p. 70.

(2)  ĠU L 414, 30.12.2006, p. 26.

(3)  ĠU L 31, 6.2.2007, p. 4.

(4)  ĠU L 31, 6.2.2007, p. 6.

(5)  ĠU L 43, 15.2.2007, p. 9.

(6)  ĠU L 57, 24.2.2007, p. 3.

(*)  Ebda obbligu kostituzzjonali m'hu indikat.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 75/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/335/KE tat-8 ta' Mejju 2006 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja li tipprojbixxi fit-territorju tagħha l-użu ta' sittax-il varjetà ġenetikament modifikata tal-qamħirrum bil-modifika ġenetika MON 810 mniżżla fil-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċijiet ta' pjanti agrikoli, skond id-Direttiva 2002/53/KE (2) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/338/KE tat-8 ta' Mejju 2006 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja li tipprojbixxi fuq it-territorju tagħha l-użu ta' ċerti varjetajiet ta' qamħirrum elenkati fil-Katalogu komuni ta' varjetajiet ta' l-ispeċijiet ta' pjanti agrikoli, skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (3) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE dwar it-tiswiq ta' materjal ta' tixrid u ta' tħawwil ta' ħxejjex għall-ikel barra minn żerriegħa, u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE dwar it-tiswieq ta' żerriegħa tal-ħxejjex (4) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/127/KE tas-7 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li tfassal miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fejn jidħlu l-karatteristiċi li għandhom jiġi koperti bħala minimu mill-eżaminazzjoni u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżaminazzjoni ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' ħxejjex (5) għandha tkun inkorporata fil-ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/934/KE ta' l-14 ta' Diċembru 2006 dwar il-kontinwazzjoni fis-sena 2007 ta' provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żerriegħa u materjal għat-tixrid ta' l-Asparagus officinali L. skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE u li nbdew fl-2005 (6), għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/66/KE tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar esperiment temporanju dwar iż-żieda tal-piż massimu ta' lott ta' ċerti żerriegħa tal-pjanti tal-għalf skond id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE (7) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu III ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandhu jidħol fil-punt 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KEE) fil-Parti 1:

“—

32006 L 0124: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12).”

2.

Dan li ġej għandu jidħol f'punt 15 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE) fil-Parti 1:

“, kif emendat b'li ġej:

32006 L 0124: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/127/KE tas-7 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 82).”

3.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 46 (Direttiva tal-Kummissjoni 2006/47/KE) fil-Parti 2:

“47.

32006 D 0335: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/335/KE tat-8 ta' Mejju 2006 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja li tipprojbixxi fit-territorju tagħha l-użu ta' sittax-il varjetà ġenetikament modifikata tal-qamħirrum bil-modifika ġenetika MON 810 mniżżla fil-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċijiet ta' pjanti agrikoli, skond id-Direttiva 2002/53/KE (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 26).

48.

32006 D 0338: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/338/KE tat-8 ta' Mejju 2006 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja li tipprojbixxi fuq it-territorju tagħha l-użu ta' ċerti varjetajiet ta' qamħirrum elenkati fil-Katalogu komuni ta' varjetajiet ta' l-ispeċijiet ta' pjanti agrikoli, skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (ĠU L 125, 12.5.2006, p. 31).

49.

32006 D 0934: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/934/KE ta' l-14 ta' Diċembru 2006 dwar il-kontinwazzjoni fis-sena 2007 ta' provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żerriegħa u materjal għat-tixrid ta' l-Asparagus officinali L. skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE u li nbdew fl-2005. (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 104).

50.

32007 D 0066: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/66/KE tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar esperiment temporanju dwar iż-żieda tal-piż massimu ta' lott ta' ċerti żerriegħa tal-pjanti tal-għalf sknd id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 161).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2006/124/KE u 2006/127/KE, u d-Deċiżjonijeit 2006/335/KE, 2006/338/KE, 2006/934/KE u 2007/66/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE u fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 9.

(2)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 26.

(3)  ĠU L 125, 12.5.2006, p. 31.

(4)  ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12.

(5)  ĠU L 343, 8.12.2006, p. 82.

(6)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 104.

(7)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 161.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 76/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2006 tas-27 ta' Jannar 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/95/KE tħassar id-Direttiva 73/23/KEE tal-Kunsill (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk hi mħassra skond il-Ftehim,

(4)

Numru ta' Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 73/23/KEE ukoll ma għadhomx bżonnjużi u konsegwentement għandhom jitħassru mill-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu X ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7c (id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“7d.

32006 L 0095: Id-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10).”

2.

It-test ta' punti 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE:) 8 (C/184/79/p. 1: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni), 9 (C/107/80/p. 2: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni), 10 (C/199/80/p. 2: It-Tielet Komunikazzjoni tal-Kummissjoni), 11 (C/59/82/p. 2: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni), 12 (C/235/84/p. 2: Ir-raba' Komunikazzjoni tal-Kummissjoni), 13 (C/166/85/p. 7: Il-Ħames Komunikazzjoni tal-Kummissjoni), 14 (C/168/88/p. 5: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni), 24 (C/210/92/p. 2: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni) u 25 (C/18/93/p. 2: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni) għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/95/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 92, 30.3.2006, p. 22.

(2)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 77, 26 3.1973, p. 29.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 77/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/3/KE tat-2 ta' Frar 2007 li temenda, għall-finijiet ta' l-adattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi I u II tad-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ismijiet ta' tessuti (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/4/KE tat-2 ta' Frar 2007 li temenda, għall-finijiet ta' l-adattament tiegħu għall-progress tekniku, l-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' żewġ fibri tat-tessut (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XI ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 4a (Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32007 L 0004: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/4/KE tat-2 ta' Frar 2007 (ĠU L 28, 3.2.2007, p. 14).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 4b (Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32007 L 0004: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/3/KE tat-2 ta' Frar 2007 (ĠU L 28, 3.2.2007, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2007/3/KE u 2007/4/KE fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, fis-6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 13.

(2)  ĠU L 28, 3.2.2007, p. 12.

(3)  ĠU L 28, 3.2.2007, p. 14.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 78/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2006 ta' l-14 ta' Diċembru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward tat-teħid ta' għalf konvenzjonali matul perjodi ta' tranżumanza (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II li hemm mal-Ftehim:

“—

32006 R 1851: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2006 ta' l-14 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 88).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1851/2006 fil-lingwa Iżlandiża u fil-lingwa Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 4.

(2)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 88.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 79/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1991/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fi prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II li hemm mal-Ftehim:

“—

32006 R 1991: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1991/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 18).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1991/2006, fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 4

(2)  ĠU L 411, 30.12.2006, p. 18.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 80/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2007 tas-27 ta' April 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1729/2006 tat-23 ta' Novembru 2006 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta' limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta' l-ikel ta' orġini mill-annimali, fir-rigward tal-firocoxib u t-triclabendazole  (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1805/2006 tas-7 ta' Diċembru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta' limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali, fir-rigward tat-thiamphenicol, il-fenvalerate u l-meloxicam  (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1831/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta' limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali, fir-rigward tad-Doramectin  (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 14 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II li hemm mal-Ftehim:

“—

32006 R 1729: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1729/2006 tat-23 ta' Novembru 2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 6),

32006 R 1805: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1805/2006 tas-7 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 66),

32006 R 1831: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1729/2006, 1805/2006 u 1831/2006 fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, illi għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 209, 9.8.2007, p. 20.

(2)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 6.

(3)  ĠU L 343, 8.12.2006, p. 66.

(4)  ĠU L 354, 14.12.2006, p. 5.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 81/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2007 tas-27 ta' April 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE tat-8 ta' Frar 2006 li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE ta' l-24 ta' Ottubru 2006 li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ħtiġiet tar-rintraċċabilità, in-notifika ta' reazzjonijiet u ġrajjiet kuntrarji serji u xi ħtiġiet tekniċi għall-ikkodifikar, l-ipproċessar, l-ippreservar, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta' tessuti u ċelluli tal-bniedem (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom ikunu inklużi wara l-punt 15x (ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu XIII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“15y.

32006 L 0017: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE tat-8 ta' Frar 2006 li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 40).

15z.

32006 L 0086: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE ta' l-24 ta' Ottubru 2006 li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ħtiġiet tar-rintraċċabilità, in-notifika ta' reazzjonijiet u ġrajjiet kuntrarji serji u xi ħtiġiet tekniċi għall-ikkodifikar, l-ipproċessar, l-ippreservar, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta' tessuti u ċelluli tal-bniedem (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 32).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2006/17/KE u 2006/86/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 209, 9.8.2007, p. 20.

(2)  ĠU L 38, 9.2.2006, p. 40.

(3)  ĠU L 294, 25.10.2006, p. 32.

(*)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 82/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/10/KE tas-27 ta' Jannar 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-forchlorfenuron u l-indoxacarb bħala sustanzi attivi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2005/90/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 2006 li temenda għas-sbatax-il darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet u l-marketing u l-użu ta' ċerti sostanzi u preparazzjonijiet perikolużi (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/16/KE tas-7 ta' Frar 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' l-oxamyl bħala sustanza attiva (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/19/KE ta' l-14 ta' Frar 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-1-methylcyclopropene bħala sustanza attiva (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/39/KE tat-12 ta' April 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-clodinafop, il-pirimicarb, ir-rimsulfuron, it-tolclofos-methyl u t-triticonazole bħala sustanzi attivi (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/310/KE tal-21 ta' April 2006 li temenda, għar-raġunijiet ta' adattament skond il-progress teknoloġiku, l-Anness tad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-eżenzjonijiet (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE):

“—

32005 L 0090: Id-Direttiva 2005/90/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 28).”

2.

L-inċiżi li ġejja għandhom jiżdiedu fil-punt 12a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE):

“—

32006 L 0010: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/10/KE tas-27 ta' Jannar 2006 (ĠU L 25, 28.1.2006, p. 24),

32006 L 0016: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/16/KE tas-7 ta' Frar 2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 37),

32006 L 0019: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/19/KE ta' l-14 ta' Frar 2006 (ĠU L 44, 15.2.2006, p. 15),

32006 L 0039: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/39/KE tat-12 ta' April 2006 (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 30).”

3.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 12q (id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32006 D 0310: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/310/KE tal-21 ta' April 2006 (ĠU L 115, 28.4.2006, p. 38).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttivi 2006/10/KE, 2005/90/KE, 2006/16/KE, 2006/19/KE u 2006/39/KE u tad-Deċiżjoni 2006/310/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 6.

(2)  ĠU L 25, 28.1.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 28.

(4)  ĠU L 36, 8.2.2006, p. 37.

(5)  ĠU L 44, 15.2.2006, p. 15.

(6)  ĠU L 104, 13.4.2006, p. 30.

(7)  ĠU L 115, 28.4.2006, p. 38.

(*)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 83/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/140/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tinkludi s-sulfuryl fluoride bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“—

32006 L 0140: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/140/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 78).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/140/KE fil-lingwa Iżlandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 6.

(2)  OJ L 414, 30.12.2006, p. 78.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 84/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness VI (Is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (2) huwa inkorportat fil-Ftehim.

(3)

It-titolu tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3795/81 (3) li estendih għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-familji tagħhom.

(4)

Ser isiru tibdiliet fl-Annessi 2, 3, 4 u 10 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 fil-konfront tal-Liechtenstein, minħabba bidliet organizzattivi fl-amministrazzjoni pubblika tal-Liechtenstein.

(5)

Ser isiru tibdiliet lill-Anness 5 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 fil-konfront tan-Norveġja minħabba ftehim ġdid dwar ir-rifużjoni li n-Norveġja kkonkludiet ma' l-Olanda u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007 u ftehim dwar nuqqas ta' rifużjoni li n-Norveġja kkonkludiet mal-Portugall u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2006.

(6)

Id-denominazzjonijiet Ingliżi għal “tryggingastofnun rikisins” (Iżlanda) kif ukoll għal “Amt für Volkswirtschaft” (Liechtenstein) inbidlu,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness VI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-Punt 2 (ir-Regolament (KEE) Nru 574/72) għandu jkun emendat kif ġej:

(i)

Fil-parti 1 (Mard u maternità) u l-parti 4 (Inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol) tas-sezzjoni “ZB. IL-LIECHTENSTEIN” fl-adattament (b) il-kliem “l-Amt für Volkswirtschaft (Uffiċċju ta' l-Ekonomija Nazzjonali)” għandhom jiġu sostitwiti b' “Amt für Gesundheit (Uffiċċju tas-Saħħa)”.

(ii)

Fil-parti 5 (Qgħad) tas-sezzjoni “ZB. IL-LIECHTENSTEIN” fl-adattament (b) il-kliem “Uffiċċju ta' l-Ekonomija Nazzjonali” għandhom jiġu sostitwiti b' “Uffiċċju ta' l-Affarijiet Ekonomiċi”.

(iii)

Fil-parti 1 (Mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol, qgħad) tas-sezzjoni “ZB. IL-LIECHTENSTEIN” fl-adattamenta (c) u (f), il-kelma “, qgħad” għandha titħassar.

(iv)

Fil-parti 1 (Mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol, qgħad) tas-sezzjoni “ZB. IL-LIECHTENSTEIN” fl-adattamenta (c) u (f) kif ukoll fil-partijiet 1(b), 2(b), 5, 6 u 7 tas-sezzjoni “ZB. IL-LIECHTENSTEIN” fl-adattament (m) il-kliem “Amt für Volkswirtschaft (Uffiċċju ta' l-Ekonomija Nazzjonali)” għandhom jiġu sostitwiti b' “Amt für Gesundheit (Uffiċċju tas-Saħħa)”.

(v)

Fil-parti 3 tas-sezzjoni “ZB. IL-LIECHTENSTEIN” fl-adattament (m) il-kliem “Amt für Volkswirtschaft” għandhom jiġu sostitwiti b' “Amt für Gesundheit” u l-kliem “Uffiċċju ta' l-Ekonomija Nazzjonali” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Uffiċċju tas-Saħħa”.

(vi)

Fil-parti 2(b) u l-parti 3(b) tas-sezzjoni “ZB. IL-LIECHTENSTEIN” fl-adattamenti (c) u (f) il-kliem “Amt für Volkswirtschaft (Uffiċċju ta' l-Ekonomija Nazzjonali)” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “FMA Finanzmarktaufsicht Liechtenstein (Awtorità tas-Suq Finanzjarju tal-Liechtenstein)”.

(vii)

Dan li ġej għandu jiżdied fl-aħħar tas-sezzjoni “ZB: IL-LIECHTENSTEIN” fl-adattamenti (c) u (f):

“5.

Qgħad:

Amt für Volkswirtschaft (Uffiċċju ta' l-Affarijiet Ekonomiċi).”

(viii)

It-test tal-punt 370. (IN-NORVEĠJA – L-OLANDA) fl-adattament (d) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Ftehim tat-23 ta' Jannar 2007 dwar ir-rifużjoni ta' l-ispejjeż għal benefiċċji in natura previsti fir-Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 u 574/72.”

(ix)

It-test tal-punt 373. (IN-NORVEĠJA – IL-PORTUGALL) fl-adattament (g) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Arranġament ta' l-24 ta' Novembru 2000 skond l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 dwar ir-rinunzja reċiproka tar-rifużjoni ta' spejjeż ta' benefiċċji in natura għal mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol u ta' l-ispejjeż inkorsi għal kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi previsti taħt dawn ir-Regolamenti.”

2.

Fil-punt 3.38 (Deċiżjoni Nru 151) il-kliem “Amt für Volkswirtschaft (Uffiċċju ta' l-Ekonomija Nazzjonali)” taħt is-sezzjoni “15. Il-Liechtenstein” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Amt für Gesundheit (Uffiċċju tas-Saħħa)”.

3.

Tul l-Anness kollu, il-kliem “l-Istitut tas-Sigurtà Soċjali ta' l-Istat” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Amministrazzjoni ta' l-Assigurazzjoni Soċjali”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 42.

(2)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 629/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 378, 31.12.1981, p. 1.

(*)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 85/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness VI (Is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 204 tas-6 ta' Ottubru 2005 dwar il-forom mudelli meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (serje E 200) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 206 tal-15 ta' Diċembru 2005 dwar il-metodi ta' ħidma u l-kompożizzjoni tal-Bord ta' Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva tas-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nri 184 u 188, bħalissa inkorporati fil-Ftehim, qed jiġu ssostitwiti bid-Deċiżjoni Nru 204,

(5)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nri 86 u 159, bħalissa inkorporati fil-Ftehim, qed jiġu ssostitwiti bid-Deċiżjoni Nru 206,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness VI tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

It-testi tal-punti 3.43 (id-Deċiżjoni Nru 158), 3.64 (id-Deċiżjoni Nru 188) u 3.8 (id-Deċiżjoni Nru 86) għandhom jiġu mħassra.

2.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 3.78 (id-Deċiżjoni Nru 202):

“3.79.

32006 D 0613: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 204 tas-6 ta' Ottubru 2005 dwar il-forom mudelli meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (serje E 200) (ĠU L 254, 16.9.2006, p. 1).

3.80.

32006 D 0352: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 206 tal-15 ta' Diċembru 2005 dwar il-metodi ta' ħidma u l-kompożizzjoni tal-Bord ta' Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva tas-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti (ĠU L 130, 18.5.2006, p. 39).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet Nri 204 u 206 fl-ilsien Iżlandiz u l-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 333, 30.11.2005, p. 42.

(2)  ĠU L 254, 16.9.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 130, 18.5.2006, p. 39.

(*)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 86/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness VI (Is-Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 205 tas-17 ta' Ottubru 2005 dwar l-ambitu tal-kunċett ta' “parzjalment bla xogħol” fil-konfront ta' ħaddiema bejn il-fruntieri (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 3.80 (id-Deċiżjoni Nru 206) ta' l-Anness VI tal-Ftehim:

“3.81.

32006 D 0351: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 205 tas-17 ta' Ottubru 2005 dwar l-ambitu tal-kunċett ta' ‘parzjalment bla xogħol’ fil-konfront ta' ħaddiema bejn il-fruntieri (ĠU L 130, 18.5.2006, p. 37).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 205 fl-ilsien Iżlandiż u f'dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 42.

(2)  ĠU L 130, 18.5.2006, p. 37.

(*)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 87/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2007 tat-8 ta' Ġunju 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni fuq il-pagatur li jġorr miegħu t-trasferimenti tal-fondi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006 jirreferi għal atti li mhumiex inkorporati mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 23c (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2006/891/KE) fl-Anness IX għall-Ftehim:

“23d.

32006 R 1781: Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni fuq il-pagatur li jġorr miegħu t-trasferimenti tal-fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

Fir-rigward ta' l-Istati ta' l-EFTA it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 9(1) għandha tinqara kif ġej:

‘fi kwalunkwe każ, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas ta' min għandu jitħallas għandu jkun konformi ma' kwalunkwe liġi jew dispożizzjoniiet amministattivi applikabbli marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament għat-terroriżmu, partikolarment id-Direttiva 2005/60/KE u l-miżuri kollha nazzjonali implimentattivi.’”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 9.

(2)  ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.

(*)  Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 88/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq (verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/94/KE tħassar l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1962 dwar ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri (3), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk trid titħassar skond il-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2006/94/KE hija verżjoni kkodifikata ta' l-att imħassar u għalhekk l-adattament preżenti taż-ŻEE għal din ta' l-aħħar għandu jinżamm,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 25 (L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1962) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

32006 L 0094: Id-Direttiva 2006/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq (verżjoni kodifikata) (ĠU L 374, 27.12.2006, p. 5).”

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bit-tibdil li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom japplikaw biss għat-trasport ta' operatur għal rasu.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/94/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 14.

(2)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 5.

(3)  ĠU L 70, 6.8.1962, p. 2005/62.

(*)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 89/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/137/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva 2006/87/KE li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti ta' passaġġi ta' l-ilma interni (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

(4)

Id-Direttiva 2006/87/KE tħassar, b'effett mit-30 ta' Diċembru 2008, id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (4), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha għaldaqstant tiġi mħassra taħt l-istess Ftehim b'effett mit-30 ta' Diċembru 2008,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 47 (id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE):

“47a.

32006 L 0087: Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1), kif emendata minn:

32006 L 0137: Id-Direttiva 2006/137/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 261).”

2.

It-test tal-punt 47 (id-Direttiva tal-Kunsill Nru 82/714/KEE) għandu jiġi mħassar b'effett mit-30 ta' Diċembru 2008.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2006/87/KE u 2006/137/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 14.

(2)  ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 389, 30.12.2006, p. 261.

(4)  ĠU L 301, 28.10.1982, p. 1.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 90/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea ta' Sikurezza fl-Avjazzjoni (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2004 (3) tad-9 ta' Diċembru 2004, b'adattamenti speċifiċi.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 334/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea ta' Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 fir-rigward tar-regoli implimentattivi marbuta maċ-ċertifikazzjoni ambjentali ta' ajruplani u prodotti, partijiet u apparati relatati (5) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007 tat-30 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi r-regoli implimentattivi għaċ-ċertifikazzjoni li l-ajruplan huwa ta' kundizzjoni tajba għat-titjir u għaċ-ċertifikazzjoni ambjentali ta' l-ajruplani u l-prodotti, il-partijiet u l-apparat relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni tad-disinn u l-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni (6) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007 tat-30 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kontinwità taċ-ċertifikazzjoni li l-ajruplan, u l-prodotti, il-partijiet u l-apparat ajrunawtiċi huma ta' kundizzjoni tajba għat-titjir, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u l-persunal involuti f'dawn il-kompiti (7) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 66n (ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32007 R 0334: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 334/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 39).”

2.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 66p (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003):

“—

32007 R 0335: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 (ĠU L 88, tal-29.3.2007, p. 40),

32007 R 0375: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 375/2007 tat-30 ta' Marzu 2007 (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 3).”

3.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 66q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003):

“—

32007 R 0376: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 376/2007 tat-30 ta' Marzu 2007 (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 18).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 334/2007, 335/2007, 375/2007 u 376/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u s-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 14.

(2)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 133, 26.5.2005, p. 37.

(4)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 39.

(5)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 40.

(6)  ĠU L 94, 4.4.2007, p. 3.

(7)  ĠU L 94, 4.4.2007, p. 18.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 91/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-qafas għall-ħolqien ta' l-ajru uniku Ewropew (2), ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (3), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (4) u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabblità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (5) kienu inkorporati fil-Ftehim b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2006 (6) tat-2 ta' Ġunju 2006, b' addattamenti speċifiċi għal kull pajjiż,

(3)

Ir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 1794/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta' ħlasijiet għas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 66wc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“66wd.

32006 R 1794: Ir-Regolament (KE) Nru 1794/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta' ħlasijiet għas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru (ĠU L 341, 7.12.2006, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1794/2006 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 14.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(4)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(5)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(6)  ĠU L 245, 7.9.2006, p. 18.

(7)  ĠU L 341, 7.12.2006, p. 3.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 92/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2006/402/KE tad-9 ta' Frar 2006 li tistabbilixxi il-pjan ta' ħidma ta' l-Eko-tikketta Komunitarja (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 2ae (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/731/KE) ta' l-Anness XX tal-Ftehim:

“2af.

32006 D 0402: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2006/402/KE tad-9 ta' Frar 2006 li tistabbilixxi l-pjan ta' ħidma ta' l-Eko-tikketta Komunitarja (ĠU L 162, 14.6.2006, p. 78)”.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/402/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 21.

(2)  ĠU L 162, 14.6.2006, p. 78.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 93/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness XXI (L-Istatistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 158/2007 tas-16 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 fir-rigward ta’ l-elenku ta’ l-ajruporti tal-Komunità (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Punt 7i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003) ta' l-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud:

“—

32007 R 0158: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 158/2007 tas-16 ta' Frar 2007 (ĠU L 49, 17.2.2007, p. 9).”

2.

It-test preżenti ta’ l-addattament għandu jsir l-addattament (a).

3.

L-adattament li ġej għandu jiġi inkluż wara l-adattament (a):

“(b)

Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja dan li ġej għandu jiżdied fl-Anness tar-Regolament:

L-Iżlanda: Elenku ta' l-ajruporti tal-Komunità

Il-kodiċi ta’ l-ajruport ICAO

L-isem ta’ l-ajruport

Il-kategorija ta’ l-ajruport fl-2007

BIFK

l-Ajruport ta’ Keflavik

3

BIRK

l-Ajruport ta’ Rejkjavik

2

BIAR

Akureyri

2

BIEG

Egilsstaðir

1

BIVM

Vestmannaeyjar

1

BIIS

Ísafjörður

1

BIBA

Bakki

1

In-Norveġja Elenku ta' l-ajruporti tal-Komunità

Il-kodiċi ICAO ta’ l-ajruport

L-isem ta’ l-ajruport

Il-kategorija ta’ l-ajruport fl-2007

ENAL

Ålesund Vigra

2

ENAN

Andenes Andøya

1

ENAT

Alta

2

ENBL

Førde Bringeland

1

ENBN

Brønnøysund Brønnøy

1

ENBO

Bodø

2

ENBR

Bergen Flesland

3

ENBS

Båtsfjord

0

ENCN

Kristiansand Kjevik

2

ENDU

Bardufoss

2

ENEV

Harstad/Narvik Evenes

2

ENFL

Florø

1

ENGM

Oslo Gardermoen

3

ENHD

Haugesund Karmøy

2

ENHF

Hammerfest

1

ENHV

Honningsvåg

0

ENKB

Kristiansund Kvernberget

2

ENKR

Kirkenes Høybuktmoen

2

ENLK

Leknes

1

ENMH

Mehamn

0

ENML

Molde Årø

2

ENMS

Mosjøen Kjærstad

1

ENNA

Lakselv Banak

1

ENNK

Narvik Framnes

1

ENNM

Namsos

1

ENRA

Mo i Rana Røssvold

1

ENRM

Rørvik Ryum

1

ENSB

Svalbard Longyear

1

ENSD

Sandane Anda

1

ENSG

Sogndal Haukåsen

1

ENSH

Svolvær Helle

1

ENSK

Stokmarknes Skagen

1

ENSN

Skien Geitryggen

1

ENSO

Stord Sørstokken

1

ENSR

Sørkjosen

0

ENSS

Vardø Svartnes

0

ENST

Sandnessjøen

1

ENTC

Tromsø Langnes

2

ENTO

Sandefjord Torp

2

ENVA

Trondheim Værnes

3

ENVD

Vadsø

1

ENZV

Stavanger Sola

3”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 158/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 27.

(2)  ĠU L 49, 17.2.2007, p. 9.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 94/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness XXI (L-Istatistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 224/2007 ta’ l-1 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1216/2003 fir-rigward ta’ l-attivitajiet ekonomiċi koperti mill-indiċi dwar l-ispiża tax-xogħol (2) għandu jkun inkorporat mal-ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 294/2007 ta’ l-20 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi għall-2006 il-“lista Prodcom” ta' prodotti industrijali prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (3) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 18h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003):

“ kif emendat b'li ġej:

32007 R 0224: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 224/2007 ta’ l-1 ta' Marzu 2007 (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 23).”

2.

It-test ta’ addattament preżenti fil-punt 18h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003) għandu jsir l-addattament (a).

3.

It-test ta’ l-addattament li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-addattament (a) fil-punt 18h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003):

“(b)

Fl-Artikolu 4(2) il-kliem ‘u n-Norveġja’ għandhom jiżdiedu wara l-kelma ‘l-Iżvezja’.”

4.

Il-punt li għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 4ad (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 317/2006):

“4ae.

32007 R 0294: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 294/2007 ta’ l-20 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi għall-2006 il-‘lista Prodcom’ ta' prodotti industrijali prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (ĠU L 83, 23.3.2007, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 224/2007 u 294/2007 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 27.

(2)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 23.

(3)  ĠU L 83, 23.3.2007, p. 1.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 95/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li jemenda l-Anness XXII (Il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2007 tat-27 ta' April 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, fir-rigward tal-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom (2) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 2 (it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE) ta' l-Anness XXII tal-Ftehim.

“—

32006 L 0068: Id-Direttiva 2006/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 32).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/68/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L .209, 9.8.2007, p. 82.

(2)  ĠU L 264, 25.9.2006, p. 32.

(*)  L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali mhuma indikati.


Rettifika

13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/49


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/1999 tat-30 ta' Marzu 1999, li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 266 tad-19 ta' Ottubru 2000 )

F'paġna 27, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/1999 għandu jiġi sostitwit b'li ġej:

 

“1.   Fl-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim, ‘APPENDIĊI 1’ jinbidlilha isimha għal ‘APPENDIĊI 2’, ‘APPENDIĊI 2’ jinbidlilha isimha għal ‘APPENDIĊI 3’, ‘APPENDIĊI 3’ jinbidlilha isimha għal ‘APPENDIĊI 4’ u ‘APPENDIĊI 4’ jinbidlilha isimha għal ‘APPENDIĊI 5’.

2.   Fl-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim, fl-adattamenti (d) u (e) tal-punt 26a (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92) l-kliem ‘Appendiċi 1’ għandu jiġi sostitwit b'‘Appendiċi 2’.

3.   L-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jsir l-‘APPENDIĊI 1’ ta' l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim.”


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/49


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2006 tat-2 ta' Ġunju 2006 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 245 tas-7 ta' Settembru 2006 )

F'paġna 13, Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2006 in-numru tal-punt introdott (“37”) għandu jiġi sostitwit bin-numru “36a”.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/49


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2006 tat-2 ta' Ġunju 2006 li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim taż-ŻEE

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 245 tas-7 ta' Settembru 2006 )

L-Artikolu 7 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fl-Appendiċi 4, taħt it-titolu “L-IŻLANDA”, il-kliem “entitajiet oħra li jipproduċu, jittrasportaw jew jiddistribwixxu l-elettriku skond Orkulög nru. 58/1967” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Entitajiet oħra li jipproduċu, jittrasportaw, jiddistribwixxu jew ifornu l-ilma sħun jew il-fwar skond Orkulög nru 58/1967”.

2.

Fl-Appendiċi 5, taħt it-titolu “L-IŻLANDA”, il-kliem “Orkulög nru. 58/1967” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Raforkulög nru. 65/2003”.

3.

Fl-Appendiċi 12, taħt it-titolu “L-IŻLANDA”, il-kliem “Hafnalög nr. 23/1994” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Hafnalög nr. 61/2003”.


13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/50


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2007 tat-8 ta' Ġunju, li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 266 tal-11 ta' Ottubru 2007 )

Fl-ewwel premessa tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2007, it-test tan-nota 1 f'qiegħ il-paġna għandu jsir: “ĠU L 209, 9.8.2007, p. 38.”