ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
12 ta' Diċembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan u fuq l-importazzjoni ta’ ċerti lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1459/2007 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1858/2005 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ħbula, u ċimi, ta’ l-azzar li joriġinaw, inter alia, mill-Afrika t’Isfel

18

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/2007 tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1461/2007 tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt ta' Greenland fl-ilmijiet 3LMNO tan-NAFO min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Litwanja

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1462/2007 tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

24

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/814/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2007 li tirrevoka d-Deċiżjoni 1999/572/KE li taċċetta impenji offruti f’konnessjoni mal-proċedimenti anti-dumping li jirrigwardaw l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-wajer ta’ l-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Ungerija, l-Indja, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, il-Polonja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina

25

 

 

2007/815/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2007 li timplimenta d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ linji gwida strateġiċi mill-2008 sa l-2013 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5738)

29

 

 

2007/816/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur fil-Polonja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6359)  ( 1 )

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

12.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1458/2007

ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan u fuq l-importazzjoni ta’ ċerti lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Fl-1991, il-Kunsill, bir-Regolament (KEE) Nru 3433/91 (2), impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 16.9 % fuq importazzjonijiet ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew “Ċina”)

(2)

Fl-1995, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/95 (3), id-dazju oriġinali ad valorem kien mibdul b’dazju speċifiku ta’ ECU 0 065 għal kull lighter.

(3)

Wara investigazzjoni skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku (4) il-miżuri fuq imsemmija ġew estiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/1999 (5) għal (a) importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, kunsinnati minn jew li joriġinaw mit-Tajwan u (b) importazzjoni ta’ ċerti lighters, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li joriġinaw miċ-Ċina u kunsinnati minn jew fit-Tajwan b’valur, dazju mhux imħallas u liberu fil-fruntiera Komunitarja, ta’ anqas minn EUR 0,15 kull biċċa.

(4)

Fl-2001 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1824/2001 (6), il-Kunsill ikkonferma d-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 1006/95 kif estiż bir-Regolament (KE) Nru 192/1999 (“miżuri eżistenti”) skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

2.   It-talba għal reviżjoni

(5)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri eżistenti (7), fis-16 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni rċeviet talba għal verifika tal-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(6)

Din it-talba saret minn BIC S.A, produttur Komunitarju li jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jerġgħux jimtlew. It-talba għal reviżjoni ta’ l-iskadenza kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija Komunitarja.

(7)

Meta ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza sabiex jingħata bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea bdiet din ir-reviżjoni fis-16 ta’ Settembru 2006 (8).

3.   L-investigazzjoni

3.1.   Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni

(8)

L-investigazzjoni dwar il-kontinwazzjoni u/jew ir-rikorrenza ta’ dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006 (il-“perjodu tar-reviżjoni ta’ l-investigazzjoni” jew “PRI”). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi relevanti għall-istima tal-possibbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sat-tmiem tal-PRI (“il-perjodu kkunsidrat”).

3.2.   Partijiet ikkonċernati bl-investigazzjoni

(9)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-produttur Komunitarju applikant, liż-żewġ produtturi Komunitarji l-oħra, l-esportaturi/produtturi fir-RPĊ u l-importaturi magħrufa li huma ikkonċernati, kif ukoll l-awtoritajiet fir-RPĊ u t-Tajwan bil-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ.

(10)

Il-produttur Komunitarju applikant, żewġ produtturi Komunitarji oħra li opponew iż-żamma tal-miżuri anti-dumping u assoċjazzjoni ta’ l-importaturi ppreżentaw l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw seduta.

(11)

Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat li f’dan l-istħarriġ l-esportaturi/produtturi fir-RPĊ setgћu jintużaw bћala kampjun. Madankollu, minħabba li ebda wieħed mill-produtturi/esportaturi fir-RPĊ ma identifika ruħu, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ.

(12)

Intbagħtu kwestjonarji lill-produttur Komunitarju applikant, liż-żewġ produtturi Komunitarji l-oħra, it-62 produttur/esportatur fir-RPĊ u 33 importatur u lill-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Importaturi ta’ Oġġetti Ħfief (“ELIAS”). B’żieda ma’ dan, il-produttur tal-pajjiż analogu propost, il-Brażil, kif ukoll 8 produtturi f’pajjiżi analogi oħra possibbli, ġew ikkuntattjati u ntbagħtilhom kwestjonarju. Waslu biss tweġibiet mill-produttur Komunitarju applikant u l-produttur fil-Brażil, kif ukoll kumpanija fil-Malasja, li ġiet ikkuntattjata bħala pajjiż analogu alternattiv. Ebda wieħed mill-produttur/esportaturi magħrufa fir-RPĊ ma wieġeb il-kwestjonarju. Aktar minn hekk, ebda wieħed mill-importaturi kkuntattjati ma wieġbu fil-kwestjonarju li ma jimportawx il-prodott ikkonċernat, imma biss lighters elettroniċi (piezo).

(13)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li tqies neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, u wettqet żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpanniji li ġejjin:

 

Produtturi Komunitarji:

BIC S.A. HQ – Clichy, Franza

BIC IBERIA S.A. – Tarragona, Spanja

 

Produttur u kumpannija relatata fil-pajjiż analogu:

BIC Amazonia S.A., Manaus, il-Brażil

BIC Brasil S.A., Cajamar, il-Brażil

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(14)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti, i.e. lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew. Kif deskritt fil-premessa (3), l-iskop tal-prodott ġie estiż fl-1999 sabiex jinkludi lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li jinkorporaw korp f’forma ta’ kontenitur tal-plastik (“lighters taż-żnied” jew “il-prodott ikkonċernat”). Il-prodott ikkonċernat bħalissa huwa klassifikat fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 9613 10 00 u ex 9613 20 90 (kodiċijiet TARIC 9613 10 00 11, 9613 10 00 19, 9613 20 90 21 u 9613 20 90 29).

(15)

Wieħed mill-produtturi fil-Komunità li ma lmentawx qal li l-prodott magħmul u mibjugħ fil-pajjiż analogu, il-Brażil, ma kienx bħall-prodott magħmul u esportat miċ-Ċina lejn il-Komunità. B’mod partikolari argumenta li l-lighters li jsiru fil-Brażil kienu ta’ kwalità għolja u kellhom ħajja itwal minn dawk taċ-Ċina. Id-differenzi fil-kwalità madankollu, m’humiex deċiżivi għad-determinazzjoni ta’ jekk il-prodotti humiex simili fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni żvelat li l-lighters magħmula fiċ-Ċina u dawk magħmula fil-Brażil fil-fatt kellhom l-istess karatteristiċi bażiċi tekniċi, fiżiċi u kimiċi u l-istess użu aħħari. Dan l-argument ġie għalhekk irrifjutat.

(16)

Konsegwentement, kif jidher fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessi (1) sa (4), u kif ikkonfermat bl-investigazzjoni kurrenti lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, manifatturati minn produtturi esportaturi Ċiniżi u mibjugħa fir-RPĊ u fis-suq Komunitarju u l-prodott manifatturat u mibjugħ mill-applikant li huwa produttur Komunitarju fis-suq Komunitarju huma l-istess fl-aspetti kollha u għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u m’hemmx differenza fl-użu. L-istess jgħodd għal dawk prodotti u mibjugħa fil-Brażil. Dawn il-prodotti huma għalhekk simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

1.   Rimarki preliminarji

(17)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti tar-reviżjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoperawx. Għalhekk, ma seta’ jinġabar l-ebda tagħrif disponibbli dwar l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità matul il-PRI direttament mill-produtturi esportaturi. F’dawn iċ-ċirkostanzi, u skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni rrikkorriet għall-fatti disponibbli, i.e. l-Eurostat, it-talba għall-bidu ta’ reviżjoni u d-data ppubblikata mill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (l-“OLAF”) fit-30 ta’ Jannar 2007 (OLAF/07/01) rigward skartar tad-dazju anti-dumping fis-seħħ.

2.   Dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni

2.1.   Il-pajjiż analogu

(18)

Il-miżuri eżistenti jipprovdu għal dazju wieħed għal madwar il-pajjiż kollu fuq l-importazzjoni kollha fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ. Skond l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni użat l-istess metodoloġija bħalma ntużat fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, valur normali kien iddeterminat fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miksuba fl-ekonomija tas-suq ta’ pajjiż terz (“il-pajjiż analogu”).

(19)

It-Tajlandja serviet bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. Madankollu, fir-reviżjonijiet sussegwenti, il-Filippini ntuża bħala l-pajjiż analogu minħabba li l-produtturi tat-Tajlandja rrifjutaw li jikkoperaw u minħabba li l-Filippini nstab li huwa għażla adattata ta’ pajjiż analogu, fid-dawl, inter alia, tad-daqs u l-ftuħ tas-suq domestiku.

(20)

Fin-notifika tal-bidu ta’ l-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Brażil bħala pajjiż analogu adattat għall-iskop li tistabbilixxi valur normali għar-RPĊ. Il-Brażil kien ikkunsidrat għażla adattata ta’ pajjiż analogu, fid-dawl tad-daqs u l-ftuħ tas-suq domestiku tiegħu u l-fatt li produttur wieħed Brażiljan qabel li jikkopera b’mod sħiħ fl-investigazzjoni. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkummentaw dwar dan.

(21)

Assoċjazzjoni waħda ta’ l-importaturi opponiet l-għażla tal-Brażil u argumentat li kien hemm biss produttur wieħed fil-Brażil u l-prezzijiet domestiċi kienu ferm għoljin. Wieħed mill-produtturi Komunitarji li ma lmentax qal li l-livell ta’ kompetizzjoni fil-Brażil kien aktar baxx minn dak fis-suq domestiku Ċiniż u għalhekk is-swieq ma kinux kumparabbli. Madankollu, filwaqt li n-numru ta’ produtturi fil-Brażil kien aktar baxx min-numru allegat ta’ produtturi fiċ-Ċina, l-investigazzjoni kkonfermat li kien hemm żewġ produtturi tal-prodott ikkonċernat fil-Brażil kif ukoll importazzjonijiet mill-UE u mir-RPĊ. Rigward lighters impurtati mir-RPĊ, l-invojsis miksuba matul l-investigazzjoni fil-post fil-Brażil urew li dawn daħlu fil-pajjiż bi prezz verament baxx, għalhekk kienu qed jagħmlu pressjoni ta’ tbaxxija tal-prezzijiet fuq is-suq Brażiljan. Aktar minn hekk, ebda wieħed mill-produtturi magħrufa kkuntattjati f’pajjiżi analogi oħra possibbli, inkluż il-Filippini, ma qablu li jikkoperaw. Kumpanija fil-Malasja wieġbet il-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż analogu, imma minħabba li deher li din il-kumpanija ma pproduċietx il-lighters hi nfisha, il-Malasja ma setgħetx titqies bħala pajjiż analogu.

(22)

Minћabba dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku li l-Brażil huwa l-iktar pajjiż analogu xieraq u raġonevoli.

2.2.   Il-valur normali

(23)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni vverifikata li ġiet ipprovduta mill-produttur fil-pajjiż analogu.

(24)

Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet li l-bejgħ domestiku totali tal-produttur Brażiljan sar fi kwantitajiet suffiċjenti u għalhekk kien ikkunsidrat rappreżentattiv fis-sens ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku.

(25)

Wara eżaminat jekk kull tip tal-prodott ikkonċernat li nbiegћ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu setax jitqies li kien qed jinbiegћ waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-bejgħ mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-prezz ikkalkolat tal-produzzjoni rrappreżenta 80 % jew iżjed tal-volum tal-bejgħ totali u l-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ dak it-tip kien ‘il fuq mill-ispiża tal-produzzzjoni. Dan il-prezz kien għalhekk ikkalkolat bħala l-medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip li sar matul il-PRI, rrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx profitabbli jew le.

(26)

Għalhekk il-valur normali kien determinat, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezz imħallas jew pagabbli, fil-kors ordinarju tan-negozju, minn klijenti domestiċi indipendenti tal-pajjiż analogu.

2.3.   Il-prezz ta’ esportazzjoni

(27)

Minħabba li ebda wieħed mill-produtturi Ċiniżi ma kkopera, il-prezz ta’ l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat kien ikkalkolat fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, f’dan il-każ id-data ta’ l-Eurostat.

2.4.   Paragun

(28)

Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingћataw aġġustamenti xierqa għat-trasport, l-assigurazzjoni, u l-ispejjeż tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġati b’evidenza vverifikata.

(29)

Wieħed mill-produtturi Komunitarji li ma ilmentax qal li l-lighters fil-Brażil kienu magħmula bi spejjeż ogħla minħabba l-istandards ta’ kwalità ogħla, iżda ma ppreżenta ebda prova li tikkwantifika jew tappoġġa din l-istqarrija. Minħabba li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoperawx, din l-investigazzjoni ma żvelat ebda indikazzjoni li tippermetti l-aġġustar tal-valuri normali fuq il-bażi tad-differenzi allegati tal-kwalità. Dan l-argument ġie għalhekk irrifjutat.

2.5.   Il-marġini tad-dumping

(30)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali mwieżen li kien stabbilit għall-pajjiż analogu kien ipparagunat mal-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ l-esportazzjoni fuq il-bażi tal-prezz barra l-fabbrika. Dan il-paragun wera l-eżistenza ta’ dumping sinifikanti, il-marġini ta’ dumping ammonta għal aktar minn 150 %.

3.   L-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet jekk il-miżuri jitħallew jiskadu

3.1.   Kummenti preliminari

(31)

Ta’ min ifakkar li l-miżuri ilhom fis-seħħ mill-1991. Madankollu, hemm rekord twil ta’ evażjoni tal-miżuri. Fl-1999 instabu żewġ tipi ta’ evażjoni tal-miżuri: trasbordjar mit-Tajwan u l-iffittjar ta’ valvi foloz fil-lighters sabiex jidhru li jistgħu jimtlew u għalhekk jevitaw id-dazju anti-dumping. Konsegwentement, kif iddikjarat fil-premessa (2), il-miżuri ġew estiżi fl-1999 sabiex jikkumbattu dawn il-prattiċi. Fl-2001, reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri fis-seħħ uriet li l-miżuri għandhom jiġu estiżi għal perjodu ieħor ta’ ħames snin minħabba l-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara.

3.2.   Importazzjonijiet kurrenti u konklużjonijiet riċenti rigward l-evażjoni tal-miżuri

(32)

Il-volumi ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u t-Tajwan fil-PRI ammontaw għal 11.7 miljun biċċa skond l-Eurostat. Fir-realtà, madankollu, l-importazzjonijiet fil-Komunità huma ferm ogħla minħabba li, kif ikkonfermat mill-OLAF, hemm skartar massiv tal-lighters Ċiniżi permezz tal-Malasja u l-Indonesja. Skond id-data ppubblikata mill-OLAF f’Jannar 2007 aktar minn 300 miljun lighter taż-żnied li oriġinaw fiċ-Ċina ġew mibgħuta mill-Malasja matul l-aħħar erba’ snin. L-uniku skop ta’ dan it-trasbordjar kien sabiex jaħbi l-oriġini vera Ċiniża ta’ l-oġġetti u hekk jiġi evitat il-ħlas tad-dazji anti-dumping.

(33)

L-investigazzjoni OLAF sabet ukoll li ammont kbir ta’ lighters importati mill-Indoneżja, fil-fatt ma oriġinawx f’dak il-pajjiż. L-investigazzjoni fl-oriġini vera qed tkompli. L-applikant qed jippjana li jressaq każ ta’ evażjoni kontra sitt pajjiżi fil-Lvant Imbiegħed.

(34)

Barra l-evażjoni permezz tat-trasbord, kif ippruvat mill-OLAF, l-applikant, fit-talba tiegħu għal reviżjoni, ipprovda prova ta’ dikjarazzjoni skorretta tal-lighters taż-żnied (il-prodott ikkonċernat) bħala dak hekk imsejjaħ lighters elettroniċi (piezo) (mhux il-prodott ikkonċernat) sabiex jiġi evitat il-ħlas tad-dazju anti-dumping.

(35)

L-assoċjazzjoni ta’ l-importaturi ELIAS u importatur wieħed qalu li l-Kummissjoni qed tasal għal konklużjonijiet definittivi mill-investigazzjoni kurrenti ta’ l-OLAF u qalu li ma kinux f’pożizzjoni li jeżerċitaw b’mod validu d-dritt tagħhom tad-difiża u jikkummentaw dwar il-konklużjonijiet li għalihom waslet il-Kummissjoni minn dawn l-iskoperti kunfidenzjali.

(36)

F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni użat biss informazzjoni ppubblikata li għandhom aċċess għaliha l-partijiet kollha, u li huma riżultati li jistgħu jiġu spjgeati u setgħu ġew injorati fil-kuntest ta’ dan il-proċediment.

3.3.   Evoluzzjoni tal-produzzjoni u kapaċità ta’ użu fir-RPĊ

(37)

Minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-investigazzjonijiet ta’ reviżjoni preżenti u fil-passat, m’hemmx data vverifikata dwar il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità. Skond l-estimi ta’ l-applikant il-kapaċità totali tal-produzzjoni fir-RPĊ tammonta għal madwar 3.9 biljun lighter fis-sena, il-maġġoranza tagħhom huma probabbilment lighters taż-żnied. Dawn l-estimi huwa skond id-data mogħtija mill-manifatturi ħfief Ċiniżi fil-websajts tagħhom. Per eżempju, produttur wieħed Ċiniż, Zhuoye Lighter Manufacturing Co Ltd, fil-websajt tiegħu jgħid li l-produzzjoni fit-tliet fabbriki tammonta għal 700 miljun lighter fis-sena. Il-produttur ikkonċernat madankollu, ma speċifikax it-tqassim bejn il-prodott ikkonċernat u tipi oħra ta’ lighters. Skond l-applikant, madankollu, l-produzzjoni tista’ tinqaleb faċilment bejn lighters taż-żnied u lighters elettroniċi (piezo).

(38)

Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq jista’ jiġi konkluż li, fid-dawl tal-kapaċità kbira disponibbli fir-RPĊ u l-flessibbiltà apparenti fil-proċessi ta’ produzzjoni, li jagħmilha faċli li taqleb bejn tipi differenti ta’ lighters, hemm probabbiltà qawwija ta’ żieda fl-importazzjonijiet fil-Komunità jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-prattiċi ta’ evażjoni li hemm provi tagħhom juru wkoll li l-esportaturi Ċiniżi għandhom interess qawwi fis-suq Komunitarju.

3.4.   Esportazzjonijiet Ċiniżi lil pajjiżi terzi oħra.

(39)

Minħabba li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkopera, m’hemmx informazzjoni vverifikata rigward l-esportazzjonijiet ta’ lighters taż-żnied lil pajjiżi terzi. Aktar minn hekk minħabba li l-istatistiċi disponibbli tal-pajjiżi terzi ma jiddistingwux bejn lighters (piezo) elettroniċi u taż-żnied, m’hu possibbli li jsir ebda paragun bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità u prezzijiet ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi oħra.

(40)

L-industrija Komunitarja wriet li qed tikkompeti b’suċċess ma’ l-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq ta’ l-Istati Uniti fejn iċ-Ċiniżi tilfu s-sehem mis-suq. Dan jissuġġerixxi li jkun hemm inċentiv ċar għall-produtturi Ċiniżi li jaqilbu l-esportazzjonijiet lis-suq Komunitarju jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(41)

L-importaturi rrifjutaw il-konklużjonijiet t’hawn fuq għax qalu li l-imġiba ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq ta’ l-Istati Uniti tista’ ma tkunx minħabba l-kompetittività tagħha imma minħabba deċiżjoni tan-negozju li tittrasferixxi l-profitti mill-Komunità lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. L-importaturi qalu wkoll li fuq il-bażi ta’ marġini ogħla ta’ profitt fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jkollhomx inċentiv li jaqilbu l-esportazzjonijiet lejn is-suq Komunitarju.

(42)

L-importaturi ma ppreżentaw ebda prova jew raġunament ieħor la fir-rigward tat-trasferimenti allegati fil-profitti ta’ l-industrija Komunitarja lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, u lanqas l-allegat marġini ogħla ta’ profitt tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-suq ta’ l-Istati Uniti. Dawn l-istqarrijiet lanqas ma kienu ikkonfermati mill-informazzjoni vverifikata disponibbli fil-fajl ta’ l-investigazzjoni. Kienu purament spekulattivi u għalhekk ġew irrifjutati.

(43)

Għandu jiġi nnutat li l-livell ta’ kompetizzjoni fis-suq ta’ l-Istati Uniti ma jistax jiġi meqjus bħala l-unika raġuni sabiex wieħed jikkonkludi li l-industrija Komunitarja għandha tkun qed tikseb anqas profitt. Elementi oħrajn, bħal aspettattivi tal-klijenti u l-livelli tal-prezzijiet għandu jittieħed kont tagħhom.

(44)

Addizzjonalment, l-importaturi qalu li s-swieq tal-Komunità u ta’ l-Istati Uniti huma simili fis-sens li jridu jiġu osservati l-istess kundizzjonijiet ta’ sigurtà fiż-żewġ swieq; instab li kundizzjonijiet aktar stretti instabu fis-seħħ fl-Istati Uniti mill-1994 fir-rigward tas-sigurtà tat-tfal; filwaqt li normi simili ġew introdotti biss fil-Komunità f’Marzu 2007.

4.   Konklużjoni

(45)

L-investigazzjoni wriet li, filwaqt li l-volumi ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fil-PRI kienu relattivament baxxi, il-livell tad-dumping misjub għal dawn l-importazzjonijiet kien sinifikanti.

(46)

Fid-dawl tal-kapaċità kbira disponibbli fir-RPĊ u l-attraenza apparenti tas-suq Komunitarju għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, kif muri bil-prattiċi estensivi ta’ evażjoni, jista’ jiġi konkluż li hemm probabbiltà qawwija li l-volumi ta’ importazzjonijiet dumped fil-Komunità jilħqu livelli sostanzjali jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu.

D.   DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

(47)

Fil-Komunità, il-prodott simili huwa manifatturat minn 3 produtturi li jikkostitwixxu l-produzzjoni Komunitarja totali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(48)

Għandu jiġi nnutat li kif kumparat ma’ l-investigazzjoni oriġinali kuntrarju għall-Match u Flamangas Żvediżi, il-produzzjoni ta’ min ressaq l-ilment xorta għadha bbażata fl-UE (Franza u Spanja).

(49)

Il-produttur Komunitarju applikant, BIC SA, jirrappreżenta madwar 80 % tal-produzzjoni Komunitarja ta’ lighters li ma jistgħux jerġgħu jimtlew u għalhekk jikkostitwixxi l-industrija Komunitarja fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi Komunitarji l-oħra ma kinux meqjusa li jifformaw parti mill-industrija Komunitarja minħabba li ma kkoperawx għal kollox iżda ppreżentaw biss ċertu informazzjoni relatata ma’ l-impatt tal-miżuri fuq l-attivitajiet tagħhom.

E.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ KOMUNITARJU

1.   Rimarki preliminarji

(50)

Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (16) hawn fuq, l-analiżi fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju kienet bbażata fuq data kollettiva relatata ma’ lighters tal-gass, lighters tal-gass u ż-żnied li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, lighters tal-gass li jimtlew (“lighters taż-żnied” jew “il-prodott ikkonċernat”).

(51)

Aktar minn hekk, kif imsemmi hawn fuq, ma kienx possibbli li tinkiseb data fir-rigward ta’ l-attivitajiet taż-żewġ produtturi Komunitarji li għandhom faċilitajiet ta’ manifattura fis-suq Komunitarju. Konsegwentement, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fejn aktar informazzjoni preċiża ma kinitx disponibbli mill-partijiet interessati l-oħra.

(52)

Minħabba l-fatt li d-data rigward il-bejgħ u l-produzzjoni kienet disponibbli minn parti interessata, l-applikant, huwa meqjus xieraq li ma jinkixfux ċifri assoluti. Għalhekk inbidlu bis-simbolu “—” u ġew ipprovduti indiċijiet.

2.   Il-konsum fis-suq Komunitarju

(53)

Il-konsum Komunitarju apparenti tal-lighters taż-żnied ġie evalwat fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ fil-Komunità kif ipprovdut mill-industrija Komunitarja, u importazzjonijiet minn pajjiżi mhux ta’ l-UE kif rapportat mill-Eurostat. Dawn il-figuri ma jinkludux il-bejgħ ta’ produtturi tal-KE li ma kkoperawx.

Tabella 1 –   Il-konsum Komunitarju tal-lighters taż-żnied (000)

 

2003

2004

2005

PRI

L-Unitajiet

529 550

575 394

661 378

727 715

Indiċi

100

109

125

137

Xejra Y/Y

 

+9  %

+15  %

+10  %

Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarju vverifikat u Importazzjonijiet ta’ l-UE (datavase Comext TARIC)

(54)

Il-konsum Komunitarju apparenti żdied b’37 % bejn l-2003 u l-PRI.

3.   Volum, sehem mis-suq u prezzijiet ta’ l-importazzjoni mir-RPĊ u t-Tajwan.

3.1.   Il-volum ta’ l-importazzjonijiet u s-sehem tas-suq

(55)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum ta’ importazzjoni tal-lighters taż-żnied miċ-Ċina u t-Tajwan għalkemm baqa’ f’livelli baxxi żdied b’136 % bejn l-2003 u l-PRI u laħaq aktar minn 11-il miljun unità matul il-PI. Dan issarraf f’sehem mis-suq ta’ 1.6 %. Is-sehem tas-suq żdied minn 0,9 % fl-2003 għal 1,6 % matul il-PRI.

Tabella 2 –   Importazzjonijiet tal-lighters taż-żnied miċ-Ċina u t-Tajwan u sehem tas-suq (000)

 

2003

2004

2005

PRI

Volum ta’ importazzjoni

4 949

7 902

15 452

11 657

Indiċi

100

160

312

236

Sehem mis-suq

0,9  %

1,4  %

2,3  %

1,6  %

Prezz ta’ l-unità

0,22

0,14

0,13

0,14

Indiċi

100

66

60

65

Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarju vverifikat u Importazzjonijiet ta’ l-UE (datavase Comext TARIC)

4.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

(56)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdiedu minn madwar 276 miljun għal madwar 487 miljun biċċa. Għandu jiġi nnutat madankollu li hemm indikazzjoni li parti sostanzjali minn dawn l-importazzjonijiet, fil-fatt, joriġinaw mir-RPĊ u t-Tajwan.

Tabella 3 –   Importazzjonijiet tal-lighters taż-żnied minn pajjiżi oħra u sehem mis-suq (000)

 

2003

2004

2005

PRI

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Malasja

60 596

57 717

65 729

47 162

Indiċi

100

95

108

78

Sehem mis-suq

11,4  %

10,0  %

9,9  %

6,5  %

Prezz ta’ l-unità

0,04

0,04

0,04

0,04

Indiċi

100

95

93

89

 

 

 

 

 

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Indonesja

51 968

56 907

68 524

72 012

Indiċi

100

110

132

139

Sehem mis-suq

9,8  %

9,9  %

10,4  %

9,9  %

Prezz ta’ l-unità

0,05

0,04

0,04

0,04

Indiċi

100

76

75

81

 

 

 

 

 

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Vjetnam

106 117

156 938

191 498

237 529

Indiċi

100

148

180

224

Sehem mis-suq

20,0  %

27,3  %

29,0  %

32,6  %

Prezz ta’ l-unità

0,05

0,04

0,04

0,04

Indiċi

100

92

87

91

 

 

 

 

 

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Bqija tad-Dinja

53 294

56 377

65 025

119 268

Indiċi

100

106

122

224

Sehem mis-suq

10,1  %

9,8  %

9,8  %

16,4  %

Prezz ta’ l-unità

0,08

0,09

0,07

0,07

Indiċi

100

101

81

83

5.   L-evoluzzjoni tal-prezzijiet u l-imġiba tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott interessat

(57)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (12), fin-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, ebda informazzjoni vverifikata ma kienet disponibbli fir-rigward tal-livelli tal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni tal-lighters taż-żnied. Evidenza ta’ skartar permezz ta’ l-Indonesja u l-Malasja instabet riċentement mill-OLAF u hemm xi evidenza ta’ skartar minn għadd ta’ pajjiżi oħra Asjatiċi (Laos, it-Tajlandja, il-Vjetnam u l-Filippini). Jidher li l-fabbriki ta’ l-assemblaġġ li jippermettu l-miżuri ta’ skartar jistgħu jitwaqqfu fl-Asja tal-Lvant fi żmien ftit ġimgħat. L-iskartar b’suċċess tal-miżuri jista’ jispjega għaliex l-ebda wieħed mill-esportaturi Ċiniżi ma kkopera fil-proċedimenti preżenti.

(58)

Għalhekk ma seta’ jkun hemm l-ebda konklużjoni definittiva fir-rigward ta’ l-evoluzzjoni tal-prezz u l-aġir tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

6.   Il-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

6.1.   Kummenti Ġenerali

(59)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indikaturi ekonomiċi kollha rilevanti li għandhom piż fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

6.2.   Il-volum ta’ produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(60)

Il-produzzjoni totali tal-lighters taż-żnied mill-industrija Komunitarja żdied b’rata stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, i.e. bi 22 %.

Tabella 4 –   Volum ta’ produzzjoni

 

2003

2004

2005

PRI

Produzzjoni

Indiċi

100

109

120

122

Xejra Y/Y

 

+9  %

+10  %

+1  %

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju

(61)

Hekk kif żdiedet il-produzzjoni b’rata ogħla miż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità żdied ukoll matul il-perjodu kkunsidrat. Kollox ma’ kollox, ir-rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità segwiet xejriet simili għal dawk ta’ produzzjoni b’żidiet bejn l-2003 u l-PRI bi 3 punti perċentwali.

Tabella 5 –   Kapaċità ta’ produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

 

2003

2004

2005

PRI

Kapaċità tal-produzzjoni

Indiċi

100

109

114

118

Xejra Y/Y

 

+9  %

+4  %

+4  %

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità

76  %

75  %

80  %

78  %

Indiċi

100

100

105

103

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju

6.3.   Ħażniet

(62)

Il-ħażniet baqgħu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-quċċata osservata fil-PRI hija dovuta għal ħażna intenzjonata fid-dawl tat-twaqqif tal-produzzjoni matul il-perjodu tas-sajf u għandha tiġi normalizzata wara dak il-perjodu. Dan il-fattur ma kienx għalhekk ikkunsidrat sinifikanti fid-determinazzjoni ta’ l-istampa tad-dannu.

Tabella 6 –   Volum ta’ ħażniet

 

2003

2004

2005

PRI

Ħażna

Indiċi

100

105

95

225

Xejra Y/Y

 

+5  %

–10  %

137  %

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju

6.4.   Volum tal-bejgħ, prezzijiet u sehem mis-suq

(63)

Il-volumi tal-bejgħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju bejn l-2003 u l-PRI naqas b’5 %, mingħajr, madankollu, ma jlaħħaq ma’ l-espansjoni tal-konsum Komunitarju, li żdied sostanzjalment, jiġifieri b’37 % matul l-istess perjodu. Din iż-żieda fil-konsum tfisser li t-tnaqqis ġenerali tas-sehem tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja hija aktar minn 14-il punt perċentwali (“pp”) matul il-perjodu kkunsidrat.

(64)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet tal-bejgħ bl-unità, dawn naqsu ftit bejn l-2003 u l-PRI bi tnaqqis ta’ 2 % bejn l-2005 u l-PRI.

Tabella 7 –   Volum tal-bejgħ, prezzijiet u sehem mis-suq

 

2003

2004

2005

PRI

Il-volum tal-bejgħ (unitajiet)

Indiċi

100

95

101

95

Xejra Y/Y

 

–5  %

+7  %

–6  %

Prezzijiet Medji (EUR/unità)

Indiċi

100

98

95

97

Xejra Y/Y

 

–1  %

–4  %

+3  %

Sehem tas-suq

47,7  %

41,6  %

38,6  %

33  %

Xejra Y/Y

 

–6,1 pp

–3 pp

–5,6 pp

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju

6.5.   Impjiegi, produttività u pagi

(65)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjegar żdied b’5 %, i.e. b’pass anqas mill-produzzjoni fil-volum, li rriżultat b’żieda sinifikanti ta’ produttività (15 %). Għandu jiġi nnutat li ż-żieda fl-impjiegi kienet ir-riżultat ta’ personell ġdid li qed jiġi mħarreġ, sabiex jissostitwixxi personell li se jirtira.

(66)

Fil-fatt, matul il-perjodu kkunsidrat l-ispejjeż tax-xogħol ta’ l-industrija Komunitarja (+ 7 %) żdiedu bi ftit biss. B’konsegwenza ta’ dan, parti mill-ispejjeż tax-xogħol fl-ispiża totali tal-produzzjoni baqgħet stabbli.

Tabella 8 –   Impjiegi, produttività u pagi

 

2003

2004

2005

PRI

Xogħol

816

856

856

859

Indiċi

100

105

105

106

Xejra Y/Y

 

+5  %

0  %

+0  %

Produttività (unitajiet għal kull impjegat)

Indiċi

100

104

114

115

Xejra Y/Y

 

+4  %

+10  %

+1  %

Spejjeż tax-xogħol (000 EUR)

Indiċi

100

99

104

107

Xejra Y/Y

 

–1  %

+5  %

+2  %

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju

6.6.   Profitti

(67)

Il-profitabbilità naqset b’4.6 punti perċentwali.

Tabella 9 –   Profittabilitá

 

2003

2004

2005

PRI

Profittabilità (%)

Xejra Y/Y

 

–0,2 pp

–2,0 pp

–2,4 pp

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju

6.7.   Investimenti

(68)

L-investimenti żdiedu b’mod sinifikanti bejn l-2003 u l-PRI i.e. b’60 %, u imbagħad żdiedu fl-2005, b’madwar 65 %, li kien dovut minħabba l-iżvilupp ta’ unitajiet ġodda tal-produzzjoni mill-industrija Komunitarja. Dawn l-investimenti huma relatati prinċipalment mar-riorganizzazzjoni tal-produzzjoni mill-2005 sabiex jinbdew mill-ġdid il-kapaċitajiet tal-produzzjoni. Din iż-żieda, li saret b’żieda limitata fil-forza tax-xogħol, ippermettiet lill-kumpanija li żżid il-produttività tagħha f’termini ta’ produzzjoni għal kull impjegat.

Tabella 10 –   Investimenti

 

2003

2004

2005

PRI

Investimenti

Indiċi

100

111

165

160

Xejra Y/YXejra Y/Y

 

11  %

49  %

–3  %

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju

6.8.   Il-fakultà tal-ġbir ta’ kapital

(69)

L-industrija Komunitarja ma nstabitx li kienet għaddejja minn diffikultajiet sabiex tgħaqqad il-kapital matul il-perjodu meqjus.

6.9.   Likwidtà

(70)

Il-likwidità naqset b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat (– 50 %). Din ix-xejra negattiva tindika li l-industrija qiegħda taħt pressjoni. Dan l-iżvilupp jimxi ma’ l-iżvilupp tal-profitabbiltà globali matul il-perjodu meqjus. Ta’ min jinnota li matul il-PRI, il-likwidità rrappreżentat biss madwar 1 % tal-bejgħ totali li sar fil-Komunità li ma jistax jitqies eċċessiv.

Tabella 11 –   Likwidità

 

2003

2004

2005

PRI

Il-likwidità

Indiċi

100

74

72

50

Xejra Y/Y

 

–26  %

–4  %

–30  %

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju

6.10.   Tkabbir

(71)

Bejn l-2003 u l-PRI, il-konsum Komunitarju żdied b’37 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas b’7 %. L-industrija Komunitarja tilfet madwar 14.7 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, filwaqt li importazzjonijiet li joriġinaw fil-Lvant Imbiegħed żiedu tagħhom.

(72)

Fis-snin riċenti, għalkemm huwa veru li s-sehem mis-suq bejn il-lighters taż-żnied u elettroniċi (piezo) kien ikkaratterizzat minn bidla minn Żnied għal Elettronika, l-investigazzjoni wriet li s-suq għal-lighters taż-żnied qed jikber. L-investigazzjoni wriet li l-lighters taż-żnied għadhom jirrappreżentaw madwar 70 % tas-suq Komunitarju u qed ikompli jikber, minħabba ż-żieda ġenerali fil-konsum Komunitarju. Madankollu, l-industrija Komunitarja ma kinitx kapaċi tibbenefika mit-tkabbir fis-suq, kif ġie żvelat mit-telf tagħha ta’ sehem mis-suq.

6.11.   Il-kobor tal-marġini ta’ dumping

(73)

L-analiżi fir-rigward tal-kobor tad-dumping trid tqis il-fatt li hemm miżuri fis-seħħ sabiex jiġi eliminat id-dumping li jagħmel ħsara. Kif ġie ddeterminat hawn fuq fil-premessa (32), it-tagħrif disponibbli jindika li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jkomplu jbigħu lill-Komunità bi prezzijiet iddampjati. Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali mwieżen stabbilit għall-pajjiż analogu kien ipparagunat mal-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ l-esportazzjoni. Dan il-paragun wera l-eżistenza ta’ dumping sinifikanti, il-marġini ta’ dumping ammonta għal aktar minn 150 %.

(74)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, i.e. il-marġini għoli ta’ dumping, il-kapaċità kbira disponibbli fiċ-Ċina u l-prattiċi ta’ skartar, kif muri mill-OLAF u min ressaq l-ilment, jista’ jiġi konkluż li l-importazzjonijiet dumped miċ-Ċina x’aktarx li jiżdiedu b’mod konsiderevoli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

6.12.   Irkupru mill-effetti ta’ dumping ta’ l-imgħoddi

(75)

Il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja ma tjibitx matul il-perjodu meqjus, minn mindu saret l-estensjoni tal-miżuri fl-2001 permezz tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza preċedenti. Filwaqt li tinnota li l-Industrija Komunitarja kienet qed tagħmel profitt matul il-perjodu kkunsidrat, il-profitti komplew jonqsu matul il-perjodu. Bl-istess mod, filwaqt li l-industrija żammet livell aktarx għoli tas-sehem mis-suq, dan kien qed jonqos il-ħin kollu matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-pressjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħet (minħabba l-iskartar) u l-indikaturi stabbiliti hawn fuq juru wkoll li l-industrija Komunitarja għadha fraġli u vulnerabbli.

6.13.   Attivitá ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(76)

L-investigazzjoni wriet illi l-attivitá ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żviluppat kif ġej:

Tabella 12 –   L-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

 

2003

2004

2005

PRI

Volum (unità)

Indiċi

100

113

129

135

Xejra Y/Y

 

+13  %

+14  %

+5  %

Valur (000’ EUR)

Indiċi

100

107

134

147

Xejra Y/Y

 

+7  %

+25  %

+10  %

Prezz medju (EUR/unit)

Indiċi

100

95

104

109

Xejra Y/Y

 

–5  %

+9  %

+5  %

Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju

(77)

Il-kwantitajiet esportati mill-industrija Komunitarja żdiedu b’mod sinifikanti mill-2003 sal-PRI. Din ix-xejra pożittiva ġenerali kienet konkomitanti ma’ żieda żgħira fil-prezzijiet medji, spjegati b’pożizzjoni kompetittiva aħjar fi swieq ta’ pajjiżi terzi bħall-Istati Uniti.

7.   Il-konklużjoni dwar il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja

(78)

L-istess volumi naqsu b’5 % bejn l-2003 u l-PRI li ssarraf f’telf ta’ sehem mis-suq minn 47.7 % fl-2003 għal 33 % fil-PRI. Il-prezzijiet ta’ l-unità naqsu bi ftit mill-2003 sal-PRI, i.e. bi 3 %, għalkemm il-prezzijiet tal-materja prima żdiedu. Il-profitabbilità ta’ l-industrija Komunitarja naqset matul il-PRI. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u r-rata ta’ l-użu tal-kapaċità żdiedu, li madankollu hija dovuta għal żieda fl-attivitajiet ta’ esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. Storikament, is-settur dejjem wera livell għoli ta’ profittabbiltà li huma meħtieġa għall-investiment neċessarju għall-addattar tal-produzzjoni għal kundizzjonijiet ġodda tas-sigurtà u għat-titjib tal-kompetittività ġenerali tal-kumpanija. Għandu jiġi nnutat li l-marġini tad-dannu kkalkolat għall-PRI kien aktar minn 60 %. L-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan kienu anqas mill-prezzijiet ta’ l-Industrija Komunitarja b’medja ta’ 39 %.

(79)

L-investimenti annwali fil-prodott simili żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat i.e. żdiedu b’60 %. Dawn l-investimenti huma relatati prinċipalment ma’ l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-produzzjoni mill-2005 sabiex jinbdew mill-ġdid il-kapaċitajiet tal-produzzjoni. L-impjiegi żdiedu b’5 %. Il-likwidità żdiedet bl-istess xejra bħall-profitt matul il-PRI u naqset b’50 %.

(80)

Il-premessi (69) u (70) hawn fuq juru li l-fatturi ewlenin tad-dannu (prezzijiet tal-bejgħ, volum tal-bejgħ, sehem mis-suq u profittabbiltà) naqsu matul il-perjodu kkunsidrat u li l-industrija Komunitarja xorta sofriet dannu minkejja l-miżuri fis-seħħ. Id-dannu prinċipalment jissarraf f’telf mis-sehem tas-suq minkejja żieda fil-konsum, imma wkoll fi tnaqqis fil-profittabbiltà minħabba l-pressjoni fuq il-prezz minħabba l-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan. Għalhekk, iż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima ma setgħetx twassal għal prezzijiet tal-bejgħ ogħla.

(81)

Storikament, is-settur dejjem wera livell għoli ta’ profittabbiltà. Fl-investigazzjoni orġinali, bil-għan li jkun stabbilit il-livell ta’ ħsara, kien ikkunsidrat li kull miżura għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja li tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni u tikseb qligħ raġonevoli, jiġifieri ta’ 15 % tal-valur tal-bejgħ. Dan il-perċentwali huwa meħtieġ għall-investiment neċessarju għall-addattar tal-produzzjoni għal kundizzjonijiet ġodda tas-sigurtà u għat-titjib tal-kompetittività ġenerali tal-kumpanija.

(82)

Ix-xejra kemmxejn negattiva ta’ l-Industrija Komunitarja, minkejja l-miżuri fis-seħħ, tista’ tiġi spjegata minn grad għoli ta’ skartar li jikkaratterizza s-settur, kif instab mill-OLAF.

(83)

L-importaturi kkuntestaw il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja. Il-figuri ppreżentati sabiex jissostanzjaw l-istqarrija tagħhom madankollu ma kinux relatati mas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja fl-Ewropa fir-rigward ta’ lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, iżda ma’ attivitajiet dinjija tal-produtturi Komunitarji fir-rigward tal-qasam kollu tal-lighters. Dan it-tagħrif kien irrelevanti għad-determinazzjoni ta’ l-istat ta’ l-industrija Komunitarja u l-argument kellu għalhekk jiġi rrifjutat.

(84)

L-importaturi qalu li l-produttur Komunitarju kien qaleb parti sinifikanti tal-produzzjoni Komunitarja minn lighters taż-żnied għal dawk tal-piezo. B’konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq għal-lighters taż-żnied wera xejra ta’ tnaqqis. L-investigazzjoni żvelat li din id-dikjarazzjoni hija inkorretta. Fil-fatt, is-suq Komunitarju ġenerali tal-lighters kien qed jiżdied matul l-aħħar snin u s-sehem tal-lighters taż-żnied kien qed jonqos bi ftit imma baqa’ fil-livell ta’ 70 % fl-2006. Fid-dawl ta’ dan, għandu jiġi mfakkar li l-konsum tas-suq taż-żnied żdied matul il-perjodu kkunidrat u li s-sehem tal-lighters taż-żnied mibjugħa mill-industrija Komunitarja naqas matul il-perjodu kkunsidrat. L-argumenti mressqa ġew għalhekk irrifjutati.

(85)

L-importaturi argumentaw li l-produttur Komunitarju għandu monopolju fil-Komunità u l-miżuri anti-dumping jkomplu jsaħħu aktar il-pożizzjoni tiegħu. Din id-dikjarazzjoni mhix korretta minħabba li hemm volumi ta’ importazzjoni sinifikanti li qed jidħlu fis-suq Komunitarju minn pajjiżi terzi. Aktar minn hekk, il-produttur Komunitarju kien qed jikkompeti ma’ produtturi oħra fil-Komunità. Addizzjonalment, għandu jiġi nnutat li ma tressqu ebda provi li jindikaw li l-industrija Komunitarja abbużat l-allegata pożizzjoni dominanti.

(86)

Is-sitwazzjoni ekonomika pożittiva ġenerali ta’ min ressaq l-ilment hija spjegata parzjalment bil-kapaċità tagħhom li jbiegħu l-prodott ikkonċernat, prodott fl-Istati Uniti u fl-UE, bi prezz ta’ l-unità ogħla fis-suq ta’ l-Istati Uniti minħabba li l-istandard ogħla tas-sigurtà u l-preżenza tas-sigurtà għat-tfal fuq il-prodott ikkonċernat ippermetta lil min ressaq l-ilment li jbigħ il-prodott ikkonċernat bi prezz ogħla. Finalment, għandu jiġi nnutat li l-lighters taż-żnied huma rappreżentati b’mod massiv fis-suq ta’ l-Istati Uniti u t-tkabbir relattiv tas-suq tal-lighters, minkejja tnaqqis kostanti fin-numru ta’ dawk li jpejpu, juri li l-Industrija Komunitarja kienet kapaċi tiġġenera marġini ta’ tkabbir f’suq ferm kompetittiv.

F.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU

(87)

Minkejja li t-tkomplija tad-dannu materjali, kawżat b’dikjarazzjoni qarrieqa tal-prodott ikkonċernat u bi skartar tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ minn pajjiżi oħra Asjatiċi, huwa appoġġat mill-iskoperti ta’ l-OLAF (ara l-premessa (33)), l-analiżi ffokat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu. F’dan ir-rigward ġew analizzati żewġ parametri ewlenin: (1) ixxiftjar possibbli tal-volumi ta’ l-esportazzjoni tal-prodott konċernat mill-Istati Uniti fis-suq Komunitarju, (2) l-effetti ta’ dawk il-volumi proġettati u l-prezzijiet mill-pajjiż ikkonċernat fuq l-industrija Komunitarja.

1.   Spostar ta’ volumi esportati mill-Istati Uniti għas-suq Komunitarju

(88)

It-tnaqqis mis-sehem tas-suq tal-lighters Ċiniżi fl-Istati Uniti juri li l-volumi importati jistgħu jiġu trasferiti għas-suq Komunitarju bi prezz baxx ħafna. Aktar minn hekk, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (37) hemm kapaċitajiet kbar ta’ produzzjoni tal-prodott ikkonċernat disponibbli fir-RPĊ li jista’ jiġi spostat lejn l-UE. Huwa ferm probabbli li, jekk il-miżuri jiġu revokati, l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ probabbilment jiġu preferuti mill-perspettiva ta’ livelli ta’ prezzijiet ogħla minn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

2.   L-effetti ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq il-Komunità

(89)

Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, jidher ċar li, minħabba l-prezz aktar baxx u l-kapaċitajiet eżistenti tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-maġġoranza ta’ l-indikaturi tad-dannu (prinċipalment il-volum tal-bejgħ, l-ispiża tal-produzzjoni u l-profitabbiltà) ta’ l-Industrija Komunitarja jonqsu b’mod sinifikanti.

3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-ħsara

(90)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq u minħabba li l-marġini tad-dannu għall-PRI kien aktar minn 60 % u li l-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan kienu taħt il-prezzijiet ta’ l-Industrija Komunitarja b’medja ta’ 39 % qed jiġi konkluż li r-revoka tal-miżuri wisq probabbli twassal għal rikorrenza tad-dannu materjali għall-industrija Komunitarja.

(91)

Wieħed mill-produtturi fil-Komunità li ma lmentax ikkuntesta l-konklużjonijiet t’hawn fuq billi allega li minħabba li l-lighters bi prezz baxx huma importati minn sorsi varji oħra, ir-revoka tal-miżuri kurrenti ma jkollhiex effett fuq is-sitwazzjoni proprja ta’ l-industrija Komunitarja. Sar l-argument li jekk kien hemm xi dannu, kien diġà jeżisti minħabba l-importazzjonijiet minn dawn is-sorsi l-oħra. Madankollu, dan il-produttur Komunitarju ma kkontestax id-disponibbiltà tal-kapaċitajiet żejda sinifikanti fiċ-Ċina u l-inċentiv għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li jaqilbu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq Komunitarju. Bl-istess mod, ma ppreżenta ebda informazzjoni jew evidenza li turi rabta bejn l-importazzjonijiet tal-lighters minn pajjiżi terzi oħra u l-impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja. Ebda wieħed minn dawn l-argumenti li nġiebu ma seta’ jiddevalwa l-konklużjonijiet kif spjegati hawn fuq fil-premessi (87) sa (90). Dan l-argument ġie għalhekk irrifjutat.

G.   L-INTERESS KOMUNITARJU

1.   Daħla

(92)

B’konformità ma’ l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku ġie eżaminat jekk il-prolongazzjoni tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess Komunitarju bħala entità sħiħa. Id-determinazzjoni ta’ interess Komunitarju ġiet ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni ta’ l-interessi varji kollha involuti, jiġifieri dawk ta’ l-industrija Komunitarja u produtturi Komunitarji oħra, u l-importaturi tal-prodott meqjus.

(93)

Ta’ min ifakkar li, fl-investigazzjonijiet ta’ qabel, l-adozzjoni ta’ miżuri u l-estenjsoni sussegwenti tagħhom dejjem instabet li ma tmurx kontra l-interess Komunitarju.

(94)

Abbażi ta’ dan kien mistħarreġ jekk, minkejja l-konklużjoni li teżisti l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u rikorrenza ta’ ħsara, kienx hemm raġunijiet b’saħħithom li se jwasslu għall-konklużjoni li mhijiex fl-interess Komunitarju li jibqgħu għaddejjin il-miżuri f’dan il-każ partikolari.

2.   L-interessi ta’ l-industrija Komunitarja

(95)

Jekk il-miżuri kontra x-xiri taħt il-prezz ikunu mħassra, l-importazzjoni ta’ prodotti mixtrija taħt il-prezz jew bi prezz baxx fis-suq Komunitarju tiżdied ħafna u taċċelera d-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

(96)

L-Industrija Komunitarja hija strutturalment vijabbli, kif jidher bir-riżultat pożittiv fis-swieq li mhux ta’ l-UE, bħall-Istati Uniti. Għamlet investimenti kontinwi, li kienu possibbli minħabba l-profitti għoljin. Madankollu, jista’ jkun konkluż li, mingħajr il-kontinwazzjoni ta’ miżuri kontra x-xiri taħt il-prezz, is-sitwazzjoni tagħha x’aktarx li teħżien.

3.   L-interessi tal-produtturi Komunitarji l-oħra

(97)

Wieħed mill-produtturi Komunitarji li ma ppreżentax tweġibiet għall-kwestjonarju qal li l-miżuri anti-dumping fis-seħħ bħalissa huma ta’ detriment għall-konsumatur Ewropew. B’mod partikolari, dan il-produttur qal li l-livelli tal-prezz fil-Komunità huma ogħla meta mqabbla ma’ swieq terzi minħabba l-miżuri eżistenti. Aktar minn hekk, dan il-produttur, li mexxa parti mill-produzzjoni fir-RPĊ, qal li minħabba li miżuri eżistenti huma wkoll applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu tal-prodott ikkonċernat manifatturat fiċ-Ċina lejn il-Komunità, dawn il-miżuri jkunu qed jagħmlu ħsara lill-kumpanija u għalhekk ikunu kontra l-interessi Komunitarji.

(98)

Dan il-produttur argumenta wkoll li, minħabba li l-industrija Komunitarja ma rkupratx, il-miżuri eżistenti kienu ineffiċjenti u m’għandhomx jiġġeddu. Finalment, intqal li kull dannu kien dovut għall-fatt li l-industrija Komunitarja ma adattatx għas-suq dinji ġdid.

(99)

Rigward l-impatt negattiv allegat tal-miżuri fuq il-konsumaturi, il-produttur Komunitarju konċernat ma ppreżenta ebda prova li tappoġġa din l-istqarrija.

(100)

Dan il-produttur qal li l-miżuri anti-dumping jikkostitwixxu ostakolu għall-iżvilupp ta’ l-attivitajiet tiegħu fiċ-Ċina u għandhom impatt negattiv fuq l-espansjoni tiegħu fil-Lvant Imbiegħed, kif ukoll effett sekondarju fuq is-siti ta’ produzzjoni tiegħu fl-Ewropa. Dan il-produttur argumenta li l-miżuri eżistenti kellhom impatt negattiv fuq il-profitabbiltà ġenerali tiegħu. Madankollu, il-kumpanija indikat li riċentament żiedet il-produzzjoni tagħha fil-faċilitajiet ta’ l-UE u kompliet tfittex sinerġiji mal-faċilitajiet ta’ produzzjoni fil-Lvant Imbiegħed sabiex twessa’ l-iskop tal-prodott. Għalhekk, l-allegat impatt negattiv tal-miżuri fuq il-faċilitajiet ta’ produzzjoni fl-UE ma setax jiġi vverifikat.

(101)

Il-produttur Komunitarju in kwestjoni ċaħad li irriloka l-produzzjoni tiegħu u qal minflok li sempliċiment bena linji ta’ produzzjoni addizzjonali fiċ-Ċina li jipproduċu tipi differenti ta’ prodott milli fil-Komunità, u għalhekk kabbar il-linja tal-prodott. Dan allegatament iffavorixxa l-produzzjoni fil-Komunità li żdiedet. Kif imsemmi qabel dan il-produttur ma weġibx il-kwestjonarju u għalhekk ma kkoperax biżżejjed fil-proċedimenti preżenti. L-informazzjoni ppreżentata, parti minnha wara li skada ż-żmien, ma setgħetx tiġi vverifikata. Aktar minn hekk, il-produttur ma spjegax u lanqas ma wera xi rabta bejn iż-żieda fil-produzzjoni fiċ-Ċina u t-tnaqqis tal-produzzjoni fil-Komunità. Ebda rabta ma kienet apparenti fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni inkluża fil-fajl. Lanqas ma spjega kif dawn il-fatti setgħu kellhom impatt fuq il-konklużjonijiet enfasizzati fil-premessa (99) hawn fuq jew jiddevalwaw dawn il-konklużjonijiet. Dan l-argument kellu għalhekk jiġi rrifjutat.

(102)

Bl-istess mod, l-importazzjonijiet tal-kumpanija m’għandhomx jitħallew jibbenefikaw mid-dumping b’detriment għall-industrija Komunitarja. F’kwalunkwe każ, għandu jiġi nnutat li s-sit tal-produzzjoni li fadal ta’ dan il-produttur fil-Komunità jipproduċi biss il-prodott ikkonċernat. Huma prodotti fiċ-Ċina u fl-Indja lighters ġodda taż-żnied, li huma iżgħar, li huma suġġetti wkoll għall-miżuri eżistenti.

(103)

Fir-rigward ta’ l-interessi tal-produtturi Komunitarji l-oħra, it-tnejn oġġezzjonaw għall-miżuri eżistenti u għat-tkomplija tagħhom. Madankollu, ma setgħux jissostanzjaw l-oġġezzjonijiet tagħhom b’xi evidenza ta’ effetti negattivi fuqhom minħabba l-miżuri.

(104)

Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, ġie konkluż li l-miżuri fis-seħħ ma jkollhomx impatt sinifikanti negattiv fuq il-produtturi Komunitarji l-oħra u ma jaffettwawx b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom.

4.   L-interessi ta’ importaturi u kummerċjanti

(105)

F’isem il-membri tagħhom, assoċjazzjoni ta’ l-importaturi, l-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Importaturi tal-Lighters (“ELIAS”) u Polyconcept, importatur ieħor opponew il-preservazzjoni tal-miżuri eżistenti.

(106)

Għandu jiġi nnutat li ebda wieħed mill-importaturi individwali ma wieġeb il-kwestjonarju fuq il-bażi li ma importawx il-prodott ikkonċernat. Għalhekk ma kienx hemm evidenza disponibbli għall-kalkolazzjoni ta’ l-impatt preċiż tal-miżuri fuq l-importaturi.

(107)

ELIAS u Polyconcept taw xi raġunijiet li għalihom għandhom jitħallew jiskadu l-miżuri eżistenti. Rigward il-kummenti tagħhom rigward in-nuqqas ta’ dannu u r-rendiment ekonomiku ta’ l-applikant, ġie konkluż li, mingħajr it-tkomplija tal-miżuri anti-dumping, is-sitwazzjoni x’aktarx li tkompli tmur għall-agħar.

(108)

ELIAS u Polyconcept argumentaw li d-domanda tas-suq ta’ l-UE mxiet miż-żnied għal-lighters elettroniċi (piezo) u se tkompli tagħmel dan fil-futur. Għalkemm hemm xejra ta’ tkabbir fost il-konsumaturi li jużaw il-lighters elettroniċi (piezo), il-lighters taż-żnied għadhom jirrappreżentaw 70 % tas-suq. Il-konsum tal-lighters taż-żnied fil-fatt kien qed jiżdied, kif imsemmi fil-premessa (53) hawn fuq, li juri t-tkabbir fis-suq, filwaqt li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir, minħabba li mhux biss tilfet il-bejgħ, imma wkoll is-sehem tas-suq tal-lighters taż-żnied.

(109)

ELIAS u Polyconcept qalu li wieħed mir-raġunijiet tar-rendiment dgħajjef allegat kien in-nuqqas mill-applikant li jagħraf il-bidliet fid-domanda tas-suq ta’ l-UE. Madankollu, l-industrija Komunitarja diġà qed tipproduċi lighters elettroniċi (piezo) u għalhekk qiegħda f’pożizzjoni li tlaħħaq ma’ kull domanda ġdida għal-lighters elettroniċi (piezo).

(110)

Bl-istess mod, it-tnaqqis fit-tipjip hija xejra wkoll fl-Istati Uniti, filwaqt li l-industrija Komunitarja rnexxielha żżid is-sehem tas-suq tagħha f’dak li huwa kkunsidrat bħala suq ferm kompetittiv minħabba l-preżenza ta’ ħafna produtturi oħra, kemm jekk joriġinaw fil-Lvant Imbiegħed kif ukoll fl-UE. Rigward l-ispejjeż tal-produzzjoni, l-eżempju ta’ l-Istati Uniti juri li l-industrija Komunitarja kapaċi tikkompeti ma’ produtturi oħra fil-Komunità li rrilokaw l-attivitajiet tagħhom f’pajjiżi Asjatiċi.

5.   L-interess tal-konsumaturi

(111)

Il-konsumaturi u l-organizzazzjoni tal-konsumaturi ma pparteċipawx matul l-investigazzjoni preżenti.

(112)

Madankollu, kien ikkunsidrat li l-impatt tal-miżuri, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, ma jkollux impatt sinifikanti fuq il-prezz tal-bejgħ lill-konsumatur finali.

6.   Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(113)

Fuq il-bażi ta’ li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hi illi ma hemmx raġunijiet sodi biżżejjed fuq bażi ta’ interess Komunitarju kontra l-preservazzjoni tal-miżuri anti-dumping eżistenti.

H.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(114)

Il-partijiet interessati kollha kienu informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom hemm l-intenzjoni li jiġi rrakkomandat illi l-miżuri eżistenti jinżammu għaddejjin. Huma ngħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti ta’ din l-espożizzjoni. Ma tressqet ebda evidenza li turi li l-estensjoni bir-Regolament (KE) Nru 192/1999 għandha titwaqqaf topera.

(115)

Isegwi minn dan ta’ hawn fuq li, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jibqgħu fis-seħħ, il-miżuri kontra x-xiri taħt il-prezz applikabbli għal importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, u għal ċerti lighters li jimtlew, li joriġinaw miċ-Ċina jew kunsinnati minn jew li joriġinaw mit-Tajwan, imposti bir-Regolament (KEE) Nru 3433/91 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1006/95 u r-Regolament (KE) Nru 192/1999 kif estiż bir-Regolament (KE) Nru 1824/2001 għandu jinżamm,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa b’dan impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 9613 10 00 (kodiċi TARIC 9613 10 00 19) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju, applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għandu jkun ta’ EUR 0,065 għal kull lighter.

Artikolu 2

1.   Id-dazju anti-dumping imsemmi fl-Artikolu 1 huwa b’dan estiż għal importazzjonijiet ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 9613 10 00 , kusinnati mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajawn kif ukoll jekk le (kodiċi TARIC 9613 10 00 11) u għal importazzjonijiet ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li jinkorporaw korp f’forma ta’ kontenitur tal-plastik, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 9613 20 90 (kodiċi TARIC 9613 20 90 29), li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan kif ukoll jekk le (kodiċi TARIC 9613 20 90 21).

2.   Il-lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li jinkorporaw korp f’forma ta’ kontenitur tal-plastik, b’valur, dazju mhux imħallas, liberu fil-fruntiera Komunitarja, għal kull biċċa, daqs jew akbar minn 0,15 EUR, ma għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju estiż mill-paragrafu 1, jekk dan il-prezz ikun speċifikat f’fattura maħruġa minn esportatur, li jinsab fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew fit-Tajwan, lil importatur mhux konness fil-Komunità.

Artikolu 3

1.   Fil-każijiet fejn il-merkanzija tkun sofriet danni qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz li fil-fatt tħallas jew li jkun pagabbli jiġi diviż għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (9), l-ammont tad-dazju anti-dumping, kalkolat fuq il-bażi ta’ l-ammonti stabbiliti hawn fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwali li jikkorrispondi għad-diviżjoni tal-prezz li fil-fatt tħallas jew li jkun pagabbli.

2.   Sakemm ma jiġix speċifikat diversament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar dazji doganali.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)   ĠU L 326, 28.11.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 174/2000 (ĠU L 22, 27.1.2000, p. 16).

(3)   ĠU L 101, 4.5.1995, p. 38.

(4)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(5)   ĠU L 22, 29.1.1999, p. 1.

(6)   ĠU L 248, 18.9.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 155/2003 (ĠU L 25, 30.1.2003, p. 27).

(7)   ĠU C 321, 16.12.2005, p. 4.

(8)   ĠU C 223, 16.9.2006, p. 7.

(9)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


12.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/18


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1459/2007

ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1858/2005 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ħbula, u ċimi, ta’ l-azzar li joriġinaw, inter alia, mill-Afrika t’Isfel

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, preżentati wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   L-INVESTIGAZZJONI PREĊEDENTI U MIŻURI EŻISTENTI

(1)

F’Awwissu ta’ l-1999, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1796/1999 (2), impona dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ħbula, u ċimi, ta’ l-azzar li joriġinaw, inter alia, mill-Afrika t’Isfel.

(2)

F’Novembru 2005, wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 (3) iddeċieda li għandhom jinżammu l-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina, inter alia, mill-Afrika t’Isfel.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 1999/572/KE (4), il-Kummissjoni aċċettat impenn dwar prezzijiet minn kumpanija mill-Afrika t’Isfel, Scaw Metals Group Haggie Steel Wire Rope (“il-kumpanija”).

(4)

Bħala riżultat ta’ dan, l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott konċernat li joriġina mill-Afrika t’Isfel, immanifatturat mill-kumpanija u ta’ tip ta’ prodott kopert mill-impenn (“il-prodott kopert”) kienu eżentati mid-dazji definittivi antidumping.

(5)

F’dan ir-rigward għandu jiġi notat li ċerti tipi ta’ ħbula, u ċimi, ta’ l-azzar attwalment prodotti mill-kumpanija ġew esklużi mill-ambitu ta’ l-impenn. Għalhekk, ħbula, u ċimi, ta’ l-azzar bħal dawn kienu suġġetti għall-ħlas tad-dazju antidumping meta daħlu fiċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità.

B.   NUQQAS TA’ KONFORMITÀ MA’ L-IMPENN

(6)

L-impenn offrut mill-kumpanija jobbligaha sabiex, inter alia, tesporta l-prodott kopert lejn il-Komunità Ewropea bi prezz ogħla minn ċerti prezzijiet minimi (MIPs) kif mistqarr fl-impenn.

(7)

Ġie rikonoxxut mill-kumpanija li, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-eżenzjoni mid-dazji antidumping mogħtija mill-impenn, eżenzjoni bħal din għandha tingħata bil-kundizzjoni li titressaq “fattura ta’ l-impenn” lis-servizzi doganali tal-Komunità. Barra minn hekk, il-kumpanija ntrabtet li ma toħroġx fatturi ta’ impenn għall-bejgħ ta’ dawk it-tipi ta’ prodott konċernat li mhumiex koperti mill-impenn u li huma għalhekk obbligati li jħallsu d-dazju antidumping. Il-kumpanija tagħraf ukoll li l-fatturi ta’ l-impenn maħruġa kellhom jinkludu t-tagħrif stipulat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005.

(8)

It-termini ta’ l-impenn jobbligaw ukoll lill-kumpanija sabiex tipprovdi lill-Kummissjoni b’tagħrif regolari u ddettaljat, fil-forma ta’ rapport kull tlett xhur tal-bejgħ tagħha tal-prodott konċernat lill-Komunità Ewropea. Rapporti bħal dawn kellhom jinkludu l-prodotti koperti mill-impenn li bbenefikaw mill-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju antidumping, kif ukoll dawk it-tipi ta’ ħbula, u ċimi, ta’ l-azzar li mhumiex koperti mill-impenn u li għalhekk huma suġġetti għad-dazju antidumping.

(9)

Jidher ċar li r-rapporti tal-bejgħ imsemmija hawnhekk għandhom ikunu, kif ġie mressaq, kompleti, eżawrjenti u korretti fid-dettalji kollha u li t-tranżazzjonijiet jikkonformaw bis-sħiħ mat-termini ta’ l-impenn.

(10)

Bl-għan li tiżgura konformità ma’ l-impenn, il-Kumpanija ntrabtet ukoll li tippermetti żjarat ta’ verifika fuq il-post fl-istabbiliment tagħha sabiex tiġi vverifikata l-eżattezza u l-veraċità tad-data ppreżentata fir-rapporti msemmija ta’ kull tlett xhur u sabiex tipprovdi t-tagħrif kollu meqjus bħala meħtieġ mill-Kummissjoni.

(11)

Għandu jiġi notat li l-kumpanija kienet diġà rċeviet ittra ta’ twissija mis-servizzi tal-Kummissjoni fit-28 ta’ Ottubru 2003 minħabba li kisret l-impenn billi ħarġet fatturi ta’ l-impenn għal prodotti li mhumiex koperti mill-impenn iżda minflok huma suġġetti għall-miżuri antidumping. L-ittra ta’ twissija stqarret li fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari li fihom sar dan il-ksur ma kienx hemm il-ħsieb li tkun irtirata l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn, iżda ġie enfasizzat li kull ksur sussegwenti ta’ l-impenn, anki ta’ natura żgħira, jagħmilha diffiċli għall-Kummissjoni li żżomm l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn mill-kumpanija.

(12)

Saret żjara ta’ verifika fil-5-6 ta’ Frar 2007 fl-istabbiliment tal-kumpanija fl-Afrika t’Isfel.

(13)

Iż-żjara ta’ verifika lill-kumpanija stabbilixxiet li l-kumpanija ħarġet fatturi ta’ l-impenn għal ħbula, u ċimi, ta’ l-azzar li mhumiex koperti mill-impenn iżda minflok huma suġġetti għall-miżuri antidumping. Stabbilixxiet ukoll li l-kumpanija naqset milli tissodisfa l-obbligu tagħha li tirrispetta l-MIP f’okkażjoni waħda. Barra minn hekk, il-kumpanija ħarġet fatturi ta’ l-impenn li mhumiex konformi ma’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005. Barra dan, matul iż-żjara ta’ verifika, ġie stabbilit li r-rapporti ta’ bejgħ ta’ l-impenn ta’ kull tliet xhur kif imressqa mill-kumpanija ma kinux kompleti, eżawrjenti u korretti fid-dettalji kollha.

(14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/1459/KE (5) tistipula f’aktar dettall in-natura tal-ksur li nstab,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(5), l-Artikolu 2 u l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 huma b’dan imħassra, u l-Artikolu 1(6) tiegħu huwa b’dan rinumerat bħala l-Artikolu 1(5), u l-Artikolu 3 tiegħu wkoll huwa b’dan rinumerat bħala l-Artikolu 2.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005, (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)   ĠU L 217, 17.8.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1674/2003, (ĠU L 238, 25.9.2003, p. 1).

(3)   ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 121/2006, (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 1).

(4)   ĠU L 217, 17.8.1999, p. 63. Id-Deċiżjoni kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/38/KE, (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 54).

(5)  Ara paġna 18 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


12.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1460/2007

tal-11 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

168,9

MA

86,5

SY

68,2

TR

115,4

ZZ

109,8

0707 00 05

JO

209,9

MA

52,5

TR

108,1

ZZ

123,5

0709 90 70

JO

149,8

MA

58,8

TR

110,5

ZZ

106,4

0805 10 20

AR

17,5

AU

10,4

BR

25,6

SZ

31,4

TR

71,4

ZA

39,1

ZW

26,4

ZZ

31,7

0805 20 10

MA

79,2

ZZ

79,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

61,4

HR

32,2

IL

66,9

TR

73,4

ZZ

58,5

0805 50 10

EG

80,8

IL

82,7

TR

105,5

ZA

65,9

ZZ

83,7

0808 10 80

AR

79,2

CA

93,7

CL

86,0

CN

116,6

MK

30,6

US

84,4

ZA

82,4

ZZ

81,8

0808 20 50

AR

71,4

CN

45,8

TR

145,7

US

107,8

ZZ

92,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


12.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1461/2007

tal-11 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt ta' Greenland fl-ilmijiet 3LMNO tan-NAFO min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Litwanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)   ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

85

Stat Membru

Il-Litwanja

Stokk

GHL/N3LMNO

Speċi

Ħalibatt ta' Greenland (Reinhardtius hippoglosssoides)

Żona

NAFO 3LMNO

Data

20.11.2007


12.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1462/2007

tal-11 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 dwar iktar miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-persuni naturali u legali, il-korpi u l-entitajiet li fuqhom huwa impost l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fit-28 ta' Novembru 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom għandha tapplika l-friża ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)   ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:

Għandhom jitneħħew dawn il-persuni naturali li ġejjin:

Grace Beatrice Minor. Data tat-twelid: 31.5.1942. Informazzjoni oħra: Konsulent ewlieni ta’ l-eks President Charles Taylor.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

12.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Novembru 2007

li tirrevoka d-Deċiżjoni 1999/572/KE li taċċetta impenji offruti f’konnessjoni mal-proċedimenti anti-dumping li jirrigwardaw l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-wajer ta’ l-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Ungerija, l-Indja, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, il-Polonja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina

(2007/814/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), u partikolarment l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   INVESTIGAZZJONIJIET PREĊEDENTI U MIŻURI EŻISTENTI

(1)

F’Awwissu ta’ l-1999, bir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 (2), il-Kunsill impona dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ wajer ta’ l-azzar u kejbils li joriġinaw, inter alia, mill-Afrika t’Isfel.

(2)

F’Novembru 2005, wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 (3) iddeċieda li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina, inter alia, mill-Afrika t’Isfel għandhom jinżammu.

(3)

Il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 1999/572/KE tat-13 ta’ Awwissu 1999 (4), aċċettat impenn ta’ prezz minn kumpanija ta’ l-Afrika t’Isfel, Scaw Metals Group Haggie Steel Wire Rope (“Haggie” jew “il-kumpanija”).

(4)

Bid-Deċiżjoni 1999/572/KE il-Kummissjoni aċċettat ukoll impenji ta’ prezz mill-kumpaniji li ġejjin: Usha Martin Industries & Usha Beltron Ltd, Indja; Aceros Camesa SA de CV, Messiku; u Joint Stock Company Silur, Ukraina. Il-Kummissjoni rrevokat l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn offrut minn Joint Stock Company Silur, Ukraina bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1678/2003 (5). Il-miżuri anti-dumping fuq ħbula u kejbils tal-wajer ta’ l-azzar li joriġinaw mill-Messiku skadew fit-12 ta’ Awwissu 2004 (6). Il-Kummissjoni rrevokat l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn offrut minn Usha Martin Industries & Usha Beltron Ltd bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/38/KE tat-22 ta’ Diċembru 2005.

(5)

Bħala riżultat ta’ dan l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Afrika t’Isfel, immanifatturat mill-kumpanija u ta’ tip ta’ prodott kopert mill-impenn (‘il-prodott kopert’) ġew eżentati mid-dazji anti-dumping definittivi.

(6)

F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li ċerti tipi ta’ ħbula u kejbils tal-wajer ta’ l-azzar li huma prodotti minn Haggie tħallew barra mill-ambitu ta’ l-impenn. Għalhekk, dawn il-ħbula u kejbils tal-wajer ta’ l-azzar kienu suġġetti għall-ħlas tad-dazju anti-dumping meta daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità.

B.   KSUR TA’ L-IMPENN

1.   Responsabbiltajiet tal-kumpanija skond l-impenn

(7)

L-impenn offrut mill-kumpanija jobbligaha, fost l-oħrajn, tesporta l-prodott kopert lill-Komunità Ewropea ‘l fuq minn ċerti prezzijiet minimi (MIPs) kif mistqarr fl-impenn.

(8)

Il-kumpanija fl-impenn tagħha għarfet ukoll li f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping mogħtija mill-impenn, eżenzjoni bħal din tingħata bil-kundizzjoni li titressaq “fattura ta’ l-impenn” lis-servizzi doganali tal-Komunità. Barra minn hekk, il-kumpanija ntrabtet li ma toħroġx dawn il-fatturi ta’ impenn għall-bejgħ ta’ dawk it-tipi tal-prodott ikkonċernat li mhumiex koperti mill-impenn u li huma għalhekk suġġetti għad-dazju anti-dumping. Il-kumpanija għarfet ukoll li l-fatturi ta’ impenn maħruġa kellu jkun fihom it-tagħrif l-ewwel stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1796/1999 u aktar tard fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005.

(9)

It-termini ta’ l-impenn jobbligaw ukoll lill-kumpanija tipprovdi lill-Kummissjoni b’tagħrif regolari u ddettaljat f’forma ta’ rapport kull tliet xhur tal-bejgħ tagħha tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità Ewropea. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll il-prodotti koperti mill-impenn li jkunu bbenefikaw mill-eżenzjoni tal-ħlas tad-dazju anti-dumping, kif ukoll dawk it-tipi ta’ ħbula u kejbils ta’ l-azzar li mhumiex koperti mill-impenn u li għalhekk huma soġġetti għall-ħlas tad-dazju anti-dumping fil-mument ta’ l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea.

(10)

Huwa ċar li r-rapporti tal-bejgħ hawn fuq imsemmija għandhom ikunu, meta jintbagħtu, kompluti, eżawrjenti u korretti fid-dettalji kollha u t-tranżazzjonijiet ikunu konformi fis-sħiħ mal-kondizzjonijiet ta’ l-impenn.

(11)

Bil-għan li tiżgura konformità ma’ l-impenn, il-Kumpanija ntrabtet ukoll li tippermetti żjajjar ta’ verifika fuq il-post fil-proprjetà tagħha biex tiġi vverifikata l-eżattezza u l-veraċità tad-data ppreżentata fir-rapporti msemmija ta’ kull tliet xhur u biex tipprovdi t-tagħrif kollu meqjus bħala meħtieġ mill-Kummissjoni.

(12)

Ta’ min jinnota li l-kumpanija diġà waslitilha ittra ta’ twissija mis-Servizzi tal-Kummissjoni fit-28 ta’ Ottubru 2003 minħabba ksur ta’ impenn bil-ħruġ ta’ fatturi ta’ impenn għal prodotti mhux koperti mill-impenn iżda xorta waħda suġġetti għall-miżuri anti-dumping. L-ittra ta’ twissija kienet tgħid li minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari li fihom sar dan il-ksur ma kienx hemm il-ħsieb li tiġi rrevokata l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn, iżda nġibdet l-attenzjoni li kull ksur sussegwenti ta’ l-impenn, anki ta’ natura żgħira, jagħmilha diffiċli għall-Kummissjoni li żżomm l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn mill-kumpanija.

(13)

F’dan ir-rigward, saret żjara ta’ verifika fil-post tal-Kumpanija fl-Afrika t’Isfel mill-5 ta’ Frar 2007 sas-6 ta’ Frar 2007. Iż-żjara ta’ investigazzjoni kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2006.

2.   Riżultati taż-żjara ta’ verifika fil-Kumpanija

(14)

Iż-żjara ta’ verifika kkonfermat li l-kumpanija, f’żewġ okkażjonijiet, ħarġet fatturi ta’ impenn (numri tal-fatturi ta’ impenn: 935515 u 935516) għall-prodotti soġġetti għall-miżura anti-dumping iżda mhux koperti mill-impenn. Għalhekk, dawn it-tranżazzjonijiet ibbenefikaw b’mod illegali mill-eżenzjoni ta’ ħlas tad-dazju anti-dumping fil-mument ta’ importazzjoni.

(15)

Iż-żjara ta’ verifika kkonfermat li, f’okkażjoni waħda, il-kumpanija naqset milli taġġusta l-prezz unitarju tal-bejgħ skond il-kondizzjonijiet ta’ ħlas. In-nuqqas ta’ twettiq ta’ dan l-aġġustament għall-ispiża finanzjarja marbuta maż-żmien attwali tal-ħlas ikkawża prezz unitarju ta’ bejgħ taħt l-MIP applikabbli.

(16)

Barra minn hekk, iż-żjara ta’ verifika kkonfermat li, f’diversi okkażjonijiet, il-kumpanija ħarġet fatturi ta’ impenn mhux b’konformità ma’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 billi inkludiet is-sentenza “Għall-bejgħ barra mill-pajjiż, mhux biex jinbiegħ fl-Unjoni Ewropea”.

(17)

Il-kontroll tal-fatturi ta’ impenn maħruġa għall-perjodu ta’ żmien ikkonċernat miż-żjara ta’ verifika wera li tranżazzjoni waħda ma ġietx inkluża fir-rapport tal-bejgħ ta’ l-impenn ta’ kull tliet xhur li jintbagħat lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, ġie kkonfermat ukoll li l-kumpanija rrappurtat tranżazzjonijiet mhux intiżi għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità bħalikieku kienu intiżi għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità. Iż-żjara ta’ verifika identifikat ukoll bosta tranżazzjonijiet li ġew irrappurtati bħala bejgħ ta’ tranżitu, iżda, fir-realtà, il-prodotti ġew rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni ħilesa fil-Komunità. Barra minn hekk instabu diskrepanzi bejn ir-rapporti tal-bejgħ ta’ l-impenn ta’ kull tliet xhur u l-fatturi korrispondenti.

3.   Raġunijiet għar-revoka ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn

(18)

Il-fatt li l-kumpanija ħarġet fatturi ta’ impenn għall-prodott ikkonċernat li ma kinux koperti mill-impenn u li dawn it-tranżazzjonijiet ibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju anti-dumping mogħti biss għall-prodotti koperti mill-impenn jikkostitwixxi ksur ta’ l-impenn.

(19)

L-obbligu tal-kumpanija li tirrispetta l-MIP għall-bejgħ kollu tal-prodott kopert ma tħarisx.

(20)

Il-ħruġ ta’ fatturi ta’ impenn mhux b’konformità ma’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 għall-bejgħ tal-prodott kopert jista’ jkun ta’ diżgwid għall-awtoritajiet tad-dwana u ma jippermettix aktar lill-awtoritajiet tad-dwana li jissorveljaw b’mod effettiv l-impenn u, għaldaqstant, jirrendi l-impenn mhux fattibbli.

(21)

Il-fatti stabbiliti fil-premessa (17) wasslu għall-konklużjoni li r-rapporti tal-bejgħ ta’ impenn ta’ kull tliet xhur kif mibgħuta mill-kumpanija ma kienux kompluti, eżawrjenti u korretti fid-dettalji kollha u għalhekk dawn ir-rapporti ma kinux biżżejjed affidabbli biex jintużaw għas-sorveljanza ta’ l-impenn. In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rrappurtar jikkostitwixxi ksur ta’ l-impenn.

4.   Sottomissjonijiet bil-miktub u seduti

(a)   Nuqqas ta’ ftehim dwar l-Impenn

(22)

Il-kumpanija għarfet permezz tas-sottomissjonijiet tagħha bil-miktub li saru xi żbalji fil-ħruġ tal-fatturi ta’ impenn u t-tħejjija tar-rapporti ta’ l-impenn minħabba nuqqas ta’ ftehim dwar l-impenn dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi ta’ l-impenn, minħabba li t-test inqara ħażin u/jew minħabba n-nuqqas tal-kumpanija li tikkonsultah. Fis-sottomissjoni tagħha bil-miktub u matul is-seduta fis-26 ta’ April 2007 kien ukoll mistqarr li t-tibdil fit-treġija għolja u l-istrutturar mill-ġdid ta’ l-organizzazzjoni kkontribwixxa għan-nuqqas ta’ ftehim dwar ir-rekwiżiti komplessi ta’ l-impenn.

(23)

Il-kumpanija wkoll ammettiet li rċeviet l-ittra ta’ twissija mis-Servizzi tal-Kummissjoni fit-28 ta’ Ottubru 2003. Iżda, il-kumpanija rribattiet li qatt ma waslilha rapport ta’ verifika u li assumiet li kieku kien jiddeskrivi l-iżball li fil-fatt sar. Il-kumpanija saħqet li l-fatt li ma waslilha xejn dwar l-iżbalji li fil-fatt saru kkontribwixxa wkoll għan-nuqqas tagħha li tibdel il-prassi tagħha dwar it-tħejjija tar-rapporti ta’ l-impenn jew li ttejjeb l-għarfien tagħha.

(24)

Fi tweġiba għal dawn l-argumenti wieħed irid jinnota li l-kumpanija fit-18 ta’ Settembru 2003 waslitilha ittra mill-Kummissjoni li ddeskriviet fid-dettall il-ksur identifikat. L-ittra ta’ twissija tat-28 ta’ Ottubru 2003 ma tennitx aktar il-ksur fid-dettall iżda rriferiet għall-korrispondenza ta’ qabel bejn il-Kummissjoni u l-kumpanija.

(25)

Ta’ min jinnota wkoll li l-kumpanija setgħet tfixklet meta rriferiet għal rapport ta’ verifika. Il-Kummissjoni ma wettqitx żjara ta’ verifika qabel ma ħarġet ittra ta’ twissija fit-28 ta’ Ottubru 2003 billi l-ksur li wassal għall-ħruġ ta’ l-ittra ta’ twissija ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ analiżi mill-uffiċċju tar-rapporti ta’ l-impenn. Il-Kummissjoni għamlet verifika f’Mejju 2004 iżda billi dik il-verifika ma wasslitx għal aktar azzjoni ma kien jinħtieġ li tintbagħat ebda ittra lill-kumpanija marbuta magħha.

(26)

Barra minn hekk, il-kumpanija ssottomettiet matul is-seduta li, wara ż-żjara ta’ verifika, il-kumpanija rrevediet is-sistema kompluta tagħha, fuq il-bażi tal-kummenti magħmula fil-post, biex twettaq it-tibdil meħtieġ biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-impenn.

(27)

L-argumenti ppreżentati mill-kumpanija fid-difiża tagħha nnifisha f’dak li għandu x’jaqsam man-nuqqas ta’ ftehim dwar l-impenn ma jbiddlux il-fehma tal-Kummissjoni li l-kumpanija naqset milli tkun konformi ma’ l-obbligi ta’ l-impenn. Irid jiġi nnutat ukoll li l-kumpanija diġà waslitilha ittra ta’ twissija minħabba ksur ta’ impenn fl-imgħoddi u naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa biex twaqqaf milli jseħħ aktar ksur ta’ l-impenn. In-nuqqas ta’ ftehim dwar ir-rekwiżiti ta’ l-impenn jikkostitwixxi riskju għoli għas-suffiċjenza u l-affidabilità tas-sorveljanza ta’ l-impenn.

(b)   Proporzjonalità

(28)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-vjolazzjoni tal-prezz, il-kumpanija ammettiet li sar ksur tal-prezz f’okkażjoni waħda għax naqset milli twettaq it-tibdil meħtieġ fil-prezzijiet tal-bejgħ fir-rigward ta’ ħlas wara ż-żmien. Madankollu, tressaq l-argument li l-prezzijiet tal-bejgħ tat-tranżazzjonijiet l-oħra kollha kienu strettament konformi ma’ l-MIP. Barra minn hekk, ġie sottomess li l-ħlas wara ż-żmien seħħ minħabba ċirkustanzi mhux previsti billi l-klijent ikkonċernat normalment iħallas bil-quddiem għall-prodotti qabel ma ssir il-kunsinna.

(29)

B’reazzjoni għal dawn l-argumenti għandu jiġi nnutat li b’konformità ma’ l-impenn, il-kumpanija ntrabtet li tiżgura li l-Prezz Nett tal-Bejgħ għall-bejgħ kollu kopert permezz ta’ l-impenn għandu jkun fl-MIP stipulat fl-impenn jew ogħla minnu.

(30)

Barra minn hekk, għal dak li għandu x’jaqsam mal-kwistjoni tal-proporzjonalità, ir-Regolament bażiku ma fih l-ebda rekwiżit dirett jew indirett li ksur ta’ impenn għandu jirrelata ma’ perċentwali minimu ta’ bejgħ jew għandu jirrelata ma’ perċentwali minimu ta’ MIP.

(31)

Din l-istrateġija kienet ikkonfermata wkoll permezz tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza li qatgħetha li kull ksur ta’ impenn huwa biżżejjed biex jiġġustifika l-irtirar ta’ aċċettazzjoni ta’ impenn (7).

(32)

Skond dan, l-argumenti ppreżentati mill-kumpanija fir-rigward tal-proporzjonalità ma jbiddlux il-fehma tal-Kummissjoni li seħħ ksur ta’ l-impenn u li għandha tiġi rtirata l-aċċettazzjoni l-impenn.

(ċ)   Bona fide tal-kumpanija

(33)

Il-kumpanija ressqet l-argument li fiż-żmien ta’ sottomissjoni tar-rapporti regolari tagħha lill-Kummissjoni, il-kumpanija ħasset li r-rapporti kienu kompluti, eżawrjenti u korretti fid-dettalji kollha.

(34)

Fl-ebda mument ma ppruvat tirrapporta informazzjoni mhux korretta jew ma ppruvat żżomm lura l-informazzjoni meħtieġa.

(35)

Il-kumpanija enfasizzat ukoll kemm fis-sottomissjoni tagħha bil-miktub kif ukoll matul is-seduta, li ma kisbet ebda benefiċċju mill-ksur ta’ l-impenn, f’xi każ minnhom għajr għal tnejn, u li l-iżbalji ma twettqux fi ħdan l-għan ta’ skema ta’ qerq.

(36)

B’referenza għall-premessi hawn fuq ta’ min jinnota li l-kumpanija ħadd ma raha bħala li kienet qed tipprova tibbenefika bi skop billi ma tirrispettax ir-rekwiżiti ta’ l-impenn jew li tfixkel is-sorveljanza. Iżda, li l-iżbalji jseħħu b’mod ripetut iwassal biex is-sorveljanza xierqa ta’ l-impenn ma tibqax fattibbli.;

C.   IR-REVOKA TAD-DEĊIŻJONI 1999/572/KE

(37)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn għandha tiġi rtirata u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/572/KE għandha tiġi rrevokata. Skond dan, id-dazju definittiv ta’ anti-dumping impost bl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 għandu japplika.

IDDECIEDIET:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 1999/572/KE hija permezz ta’ dan irrevokata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)   ĠU L 217, 17.8.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1674/2003 (ĠU L 238, 25.9.2003, p. 1).

(3)   ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 121/2006 (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 1).

(4)   ĠU L 217, 17.8.1999, p. 63. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/38/KE (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 54).

(5)   ĠU L 238, 25.9.2003, p. 13.

(6)   ĠU C 203, 11.8.2004, p. 4.

(7)  F’dan il-kuntest, ara l-każ T-51/96 Miwon v Kunsill (ECR 2000, p. II-1841) paragrafu 52; il-każ T-340/99 Arne Mathisen S v Kunsill (ECR 2002, p. II-2905) paragrafu 80.


12.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Novembru 2007

li timplimenta d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ linji gwida strateġiċi mill-2008 sa l-2013

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5738)

(it-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Svediż biss huma awtentiċi)

(2007/815/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu mill-2008 sa l-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji”, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 17 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida stateġiċi li jistabbilixxu qafas għall-intervent tal-Fond b’rabta mal-perjodu ta’ pprogrammar multi-annwali għall-perjodu mill-2008 sa l-2013.

(2)

Il-linji gwida għandom jiddefinixxu l-prijoritajiet u, skond l-Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni 573/2007/KE, il-prijoritajiet speċifiċi li jippermettu lill-Istati Membri li m’humiex koperti mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex iżidu l-kofinanzjament tal-kontribuzzjoni Komunitarja għal 75 % għal proġetti kofinanzjati mill-Fond.

(3)

Skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex marbuta b’din id-Deċiżjoni jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda nnotifikat, b’ittra fis-6 ta’ Settembru 2005, ix-xewqa tagħha li tipparteċipa fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE.

(5)

Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit innotifika, b’ittra fis-27 ta’ Ottubru 2005, ix-xewqa tiegħu li jipparteċipa fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE.

(6)

Il-miżuri previsti mid-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat komuni “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” stabbilit bl-Artikolu 56 tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sa l-2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida li jistabbilixxu l-prijoritajiet u l-prijoiritajiet speċifiċi għall-ipprogrammar multi-annwali għall-perjodu mill-2008 sa l-2013 għandhom jiġu ddefiniti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika ta’ l-Estonja, lill-Irlanda lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran-Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika ta’ l-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju ta’ l-Olanda, lir-Repubblika ta’ l-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju ta’ l-Iżvezja, lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Franco FRATTINI

Viċi-President


(1)   ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.


ANNESS

Il-linji gwida strateġiċi stabbiliti hawn taħt għandhom jitqiesu fil-kuntest ta’ l-iżvilupp ta’ ġestjoni iktar effiċjenti tal-flussi migratorji fl-istadji kollha tagħhom, kif mibdija mill-Kunsill Ewropew ta’ Tampere fl-1999.

Għal kull wieħed mill-għanijiet tal-Fond stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE, il-linji gwida għandhom, partikolarment, iqisu l-prijoritajiet tal-Komunità bil-għan li jippromwovu l-implimentazzjoni tas-Sistema Komuni Ewropea ta’ l-Ażil (minn issa ‘l quddiem CEAS).

L-għan aħħari ta’ CEAS huwa li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ugwali, permezz ta’ sistema li tiggarantixxi li l-persuni li ġenwinament jinsabu fil-bżonn ta’ aċċess għall-protezzjoni jingħataw livell għoli ta’ protezzjoni taħt kondizzjoni ekwivalenti fl-Istati Membri kollha waqt li fl-istess ħin dawk li jinstab li m’għandhomx bżonn protezzjoni jiġu indirizzati b’mod ġust u effikaċi. F’dan il-kuntest, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati (minn issa ‘l quddiem il-Fond) jipprovdi strument ta’ appoġġ għall-isforzi ta’ l-Istati Membri biex jimplimentaw il-politika ta’ l-ażil ta’ l-UE. B’mod iktar speċifiku, il-finanzjament tiegħu jista’ jikkumplimenta, jistimola u jaġixxi bħala katalista għat-twettiq ta’ l-għanijiet miksuba, inaqqas id-disparità u jgħolli l-istandards.

Meta jkunu qed iħejju l-abbozz tal-programmi multi-annwali, l-Istati Membri għandhom jimmiraw ir-riżorsi disponibbli taħt dan il-Fond għal mill-inqas l-ewwel żewġ prijoritajiet elenkati hawn taħt, waqt li t-tielet prijorità hija fakultattiva.

PRIJORITÀ 1:   L-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-miżuri stabbiliti fl-acquis tal-Komunità fil-qasam ta’ l-ażil, inklużi dawk relatati ma’ l-għanijiet ta’ l-integrazzjoni.

Dan għandu jgħin biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ lqugħ xierqa, proċeduri ġusti u effettivi u l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra għall-kategoriji interessati ddefiniti fil-Fond skond l-istrumenti Komunitarji li ġejjin:

(a)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ir-Regolament ta’ Dublin) (1),

(b)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (ir-Regolament EURODAC) (2),

(ċ)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2002 tat-28 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli biex jimplimetaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (3),

(d)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spustati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja) (4),

(e)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi standards minimi għall-ilqugħ ta’ dawk li jfittxu ażil (id-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet għall-Ilqugħ) (5),

(f)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (6) sa fejn huma kkonċernati dispożizzjonijiet relatati mar-refuġjati,

(g)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli minimi stabbiliti għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (id-Direttiva dwar il-Kwalifika) (7),

(h)

Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE ta’ l-1 ta’ Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar ta’ l-istatus ta’ rifuġjat (id-Direttiva dwar il-Proċeduri) (8).

F’din il-prijorità, il-kontribut Komunitarju jista’ jiżdied b’75 % għal proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:

(1)

Azzjonijiet immirati biex jieħdu in kunsiderazzjoni l-bżonnijiet speċifiċi tal-persuni vulnerabbli, speċjalment il-minuri mhux akkumpanjati, u b’mod iktar speċifiku mmirati biex itejbu d-definizzjonijiet u l-proċeduri applikati mill-Istati Membri biex jidentifikaw dawk il-persuni li qed ifittxu l-ażil li huma iktar vulnerabbli u biex jipprovdu rispons xieraq għal tali bżonnijiet;

(2)

Azzjonijiet li jtejbu l-identifikazzjoni tal-persuni li għandhom bżonn protezzjoni internazzjonali u/jew l-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet tagħhom fil-fruntieri, speċjalment bl-iżvilupp ta’ programmi ta’ taħriġ speċifiċi.

PRIJORITÀ 2:   L-iżviluppi ta’ strumenti ta’ referenza u metodoloġiji ta’ evalwazzjoni biex tiġi evalwata u mtejba l-kwalità tal-proċeduri għall-eżami ta’ talbiet għall-protezzjoni internazzjonali u biex jiġu appoġġjati l-istrutturi amministrattivi fi sforz biex jingħata rispons għall-isfidi mressqa minn kooperazzjoni prattika mtejba ma’ l-Istati Membri l-oħra.

F’din il-prijorità, il-kontribut Komunitarju jista’ jiżdied b’75 % għal proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:

(1)

Miżuri ddisinnjati biex iwettqu reviżjoni indipendenti dwar kif taħdem is-sistema nazzjonali ta’ l-ażil u kif tista’ ssir iktar effiċjenti;

(2)

L-iżvilupp ta’ strumenti biex tiżdied il-konsistenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet nazzjonali dwar l-applikazzjoni ta’ l-acquis, bħal databases tal-każistika aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(3)

Miżuri ddisinnjati biex iżidu l-kapaċità tas-servizzi ta’ l-ażil nazzjonali biex jikkooperaw mas-servizzi ta’ l-ażil ta’ l-Istati Membri l-oħra, u partikolarment biex tiġi miġbura, analizzata u evalwata l-informazzjoni dwar il-pajjiżi jew ir-reġjuni ta’ oriġini sabiex tinqasam din l-informazzjoni ma’ Stati Membri oħra.

PRIJORITÀ 3:   Azzjonijiet li jgħinu biex ikabbru t-taqsim tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi (fakultattiva).

Din tinkludi partikolarment l-appoġġ għal sforzi volontarji ta’ l-Istati Membri rigward it-trasferiment ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni bla Stat minn pajjiż terz lejn Stat Membru fejn jingħataw permess ta’ residenza bl-istatus ta’ refuġjati jew status li joffri l-istess drittijiet u benefiċċji taħt il-liġi nazzjonali u Komunitarja bħall-istatus ta’ refuġjati, u t-trasferiment ta’ dawk li jfittxu l-ażil jew il-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri.

F’din il-prijorità, il-kontribut Komunitarju jista’ jiżdied b’75 % għal proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:

(1)

Azzjonijiet relatati ma’ l-installazzjoni mill-ġdid ta’ persuni minn pajjiż jew reġjun magħżul għall-implimentazzjoni ta’ Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali;

(2)

Azzjonijiet li jaraw li jittrasferixxu lil dawk li jfittxu l-ażil jew lill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali mill-Istati Membri li jkunu qed iħabbtu wiċċhom ma’ pressjonijiet partikolari fis-sistemi ta’ l-ażil tagħhom.


(1)   ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1.

(2)   ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.

(3)   ĠU L 62, 5.3.2002, p. 1.

(4)   ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12.

(5)   ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18.

(6)   ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12.

(7)   ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.

(8)   ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13.


12.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur fil-Polonja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6359)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/816/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern rigward iċċekkjar veterinarju f'kummerċ intrakomunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb li jkun komplut is-suq intern (2) u b'mod partikulari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri ta' protezzjoni biex ikunu applikati sabiex tkun evitata l-firxa ta' dik il-marda, fosthom it-twaqqif ta' żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew konfermata tal-marda.

(2)

Wara tifqigħat ta' l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fir-Renju Unit, ir-Rumanija u l-Polonja, id-Deċiżjoni 2006/415/KE ġiet emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/785/KE tat-3 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ma' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur f'dawk l-Istati Membri.

(3)

Billi kien hemm tifqigħa oħra tal-marda fil-Polonja barra ż-żona ristretta, id-deskrizzjoni taż-żona taħt restrizzjoni u t-tul tal-miżuri għandhom jiġu emendati biex iqisu l-qagħda edipemoloġika.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni għandhom ikunu riveduti fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)   ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2007/785/KE (ĠU L 316, 4.12.2007, p. 62).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat kif ġej:

1.

It-test li ġej jieħu post id-daħla għall-Polonja fil-Parti A:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona A

Data sakemm applikabbli Artikolu 4(4) (b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

PL

IL-POLONJA

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PŁOCKI

01419

Żona ta' protezzjoni:

 

Muniċipalità ta' Brudzeń Duży:

 

Główina

 

Gorzechówko

 

Gorzechowo

 

Myśliborzyce

 

Rembielin

 

Rokicie

 

Siecień

 

Siecień Rumunki

 

Strupczewo Duże

 

Uniejewo

 

Więcławice

 

Muniċipalità ta' Nowy Duninów:

 

Karolewo

 

Nowa Wieś

 

Nowy Duninów

9.1.2008

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

ŻUROMIŃSKI

01437

Żona ta' protezzjoni:

Muniċipalità ta' Bieżuń:

 

Bieżuń

 

Dźwierzno

 

Karniszyn

 

Karniszyn Parcele

 

Kobyla Łąka

 

Kocewo

 

Myślin

 

Sadłowo

 

Sadłowo Parcele

 

Strzeszewo

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

WŁOCŁAWSKI

00418

Żona ta' protezzjoni:

Muniċipalità ta' Bieżuń:

 

Skoki Duże

 

Skoki Małe

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PŁOCKI

01419

Żona ta' sorveljanza

 

Muniċipalità ta' Brudzeń Duży:

 

Bądkowo

 

Bądkowo Jeziorne

 

Bądkowo Kościelne

 

Bądkowo Podlasie

 

Bądkowo Rochny

 

Biskupice

 

Brudzeń Duży

 

Brudzeń Mały

 

Cegielnia

 

Cierszewo

 

Izabelin

 

Janoszyce

 

Karwosieki Cholewice

 

Kłobukowo

 

Krzyżanowo

 

Lasotki

 

Murzynowo

 

Noskowice

 

Parzeń

 

Parzeń Janówek

 

Patrze

 

Radotki

 

Robertowo

 

Sikórz

 

Sobowo

 

Suchodół

 

Turza Mała

 

Turza Wielka

 

Wincentowo

 

Winnica

 

Zdziębórz

 

Żerniki

 

Muniċipalità ta' Stara Biała:

 

Brwilno Górne

 

Kobierniki

 

Kowalewko

 

Ludwikowo

 

Mańkowo

 

Maszewo Duże

 

Srebrna

 

Ulaszewo

 

Wyszyna

 

Muniċipalità ta' Nowy Duninów:

 

Brwilno Dolne

 

Brzezinna Góra

 

Duninów Duży

 

Grodziska

 

Jeżowo

 

Kamion

 

Kobyla Góra

 

Środoń

 

Stary Duninów

 

Studzianka

 

Wola Brwileńska

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

SIERPECKI

01427

Żona ta' sorveljanza

 

Muniċipalità ta' Mochowo:

 

Będorzyn

 

Grodnia

 

Łukoszyn

 

Łukoszyno Biki

 

Muniċipalità ta' Rościszewo:

 

Lipniki

 

Ostrów

 

Polik

 

Rzeszotary Nowe

 

Rzeszotary Zawady

 

Września

 

Muniċipalità ta' Zawidz:

 

Jaworowo Kolonia

 

Jaworowo Kłódź

 

Jaworowo Lipa

 

Jaworowo Próchniatka

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

ŻUROMIŃSKI

01437

Żona ta' sorveljanza

 

Muniċipalità ta' Bieżuń:

 

Adamowo

 

Bielawy Gołuskie

 

Dąbrówki

 

Gołuszyn

 

Mak

 

Małocin

 

Pełki

 

Pozga

 

Sławęcin

 

Stanisławowo

 

Stawiszyn Łaziska

 

Stawiszyn Zwalewo

 

Trzaski

 

Wilewo

 

Władysławowo

 

Muniċipalità ta' Żuromin:

 

Będzymin

 

Chamsk

 

Dębsk

 

Franciszkowo

 

Kruszewo

 

Młudzyno

 

Olszew

 

Poniatowo

 

Żuromin

 

Muniċipalità ta' Lutocin:

 

Chromakowo

 

Elżbiecin

 

Felcyn

 

Jonne

 

Lutocin

 

Mojnowo

 

Nowy Przeradz

 

Obręb

 

Parlin

 

Przeradz Mały

 

Przeradz Wielki

 

Seroki

 

Swojęcin

 

Zimolza

 

Muniċipalità ta' Siemiątkowo:

 

Antoniewo

 

Dzieczewo

 

Nowa Wieś

 

Nowopole

 

Siciarz

 

Sokołowy Kąt

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

MŁAWSKI

01413

Muniċipalità ta' Radzanów:

 

Zgliczyn Glinki

 

Zgliczyn Kościelny

 

Zgliczyn Witowy

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

WŁOCŁAWSKI

00418

Żona ta' sorveljanza:

Muniċipalità ta' Włocławek:

 

Dąb Mały

 

Dąb Polski

 

Dąb Wielki

 

Dobiegniewo

 

Jazy

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

LIPNOWSKI

00408

Muniċipalità ta' Dobrzyń nad Wisłą:

 

Chalin

 

Chudzewo

 

Dobrzyń Nad Wisłą

 

Kamienica

 

Łagiewniki

 

Lenie Wielkie

 

Michałkowo

 

Mokówko

 

Mokowo

 

Płomiany

 

Ruszkowo

 

Wierznica

 

Wierzniczka

Muniċipalità ta' Tłuchowo:

Trzcianka

2.

It-test li ġej jieħu post id-daħla għall-Polonja fil-Parti B:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona B

Data sakemm applikabbli Artikolu 4(4) (b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

PL

IL-POLONJA

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PŁOCKI

01419

Muniċipalitajiet ta':

 

Biels

 

Bodzanów

 

Brudzeń Duży

 

Bulkowo

 

Drobin

 

Gąbin

 

Łąck

 

Mała Wieś

 

Nowy Duninów

 

Radzanowo

 

Słubice

 

Słupno

 

Stara Biała

 

Staroźreby

 

Wyszogród

9.1.2008

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PŁOCK

01462

 

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

PLOŃSKI

01420

Muniċipalità ta' Raciąż:

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

CIECHANOWSKI

01402

Muniċipalità ta' Glinojeck:

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

MŁAWSKI

01413

Muniċipalità ta' Lipowiec Kościelny:

 

Wiśniewo

 

Strzegowo

 

Szreńsk

 

Radzanów (żoni barra dawk elenkati fiż-Żona A)

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

GOSTYNIŃSKI

01404

Muniċipalitajiet ta':

 

Gostynin

 

Pacyna

 

Sanniki

 

Szczawin Kościelny

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

SIERPECKI

01427

Muniċipalitajiet ta':

 

Gozdowo

 

Mochowo

 

Rościszewo (żoni barra dawk elenkati fiż-Żona A)

 

Sierpc

 

Sierpc city

 

Szczutowo

 

Zawidz Kościelny (żoni barra dawk elenkati fiż-Żona A)

MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

01400

ŻUROMIŃSKI

01437

Muniċipalitajiet ta':

 

Lubowidz

 

Kuczbork Osada

 

Lutocin (żoni barra dawk elenkati fiż-Żona A )

 

Siemiątkowo (żoni barra dawk elenkati fiż-Żona A)

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

WŁOCŁAWSKI

00418

Muniċipalitajiet ta':

 

Baruchowo

 

Boniewo

 

Brześć Kujawski

 

Choceń

 

Chodecz

 

Fabianki

 

Izbica Kujawska

 

Kowal

 

Lubanie

 

Lubień Kujawski

 

Lubraniec

 

Włocławek

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

LIPNOWSKI

00408

Muniċipalitajiet ta':

 

Bobrowniki

 

Chrostkowo

 

Dobrzyń nad Wisłą

 

Kikół

 

Lipno

 

Skępe

 

Tłuchowo

 

Wielgie

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

WŁOCŁAWEK

00464

 

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

BRODNICKI

00402

Muniċipalitajiet ta':

 

Górzno

 

Świedziebnia

KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

00400

RYPIŃSKI

00412

Muniċipalitajiet ta':

 

Rogowo

 

Rypin

 

Skrwilno

WARMIŃSKO-MAZURSKIE VOIVODSHIP

02800

DZIAŁDOWSKI

02803

Muniċipalitajiet ta':

 

Działdowo

 

Działdowo city

 

Iłowo - Osada

 

Lidzbark

 

Płośnica