ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
6 ta' Diċembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1429/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Annessi II u III tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Huile d'olive de Nyons (DPO)

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq u t-trasport ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1433/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1434/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' evażjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2074/2004 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki (ring binder) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina minn importazzjonijiet ta' ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki mibgħuta mit-Tajlandja, kemm jekk modifikati ftit kemm jekk le u kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kemm jekk le, u minn importazzjonijiet ta' ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki modifikati ftit li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1435/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jerġa' jiftaħ is-sajd għall-aringi fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tal-KE u Internazzjnali fiż-żona V ta' l-ICES; l-ilmijiet Internazzjonali taż-żoni XII u XIV ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Estonja

29

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri

 

 

2007/792/KE

 

*

Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, Imlaqqgħin fil-Kunsill, tas-26 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2005/446/KE li tistabbilixxi terminu perentorju għall-impenn tal-fondi tad-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF)

31

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/793/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar il-ħatra tal-membri tal-grupp ta’ djalogu għall-partijiet interessati fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tal-protezzjoni tal-konsumaturi stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2007/602/KE

33

 

 

2007/794/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5751)  ( 1 )

35

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1429/2007

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-6 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

114,0

MA

61,5

SY

68,2

TR

100,8

ZZ

86,1

0707 00 05

JO

196,3

MA

52,5

TR

99,6

ZZ

116,1

0709 90 70

MA

58,5

TR

122,0

ZZ

90,3

0709 90 80

EG

301,9

ZZ

301,9

0805 10 20

AR

20,7

AU

15,0

BR

12,7

SZ

41,9

TR

60,4

ZA

41,5

ZW

17,0

ZZ

29,9

0805 20 10

MA

67,3

ZZ

67,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

61,4

HR

21,2

IL

66,8

TR

77,8

UY

95,3

ZZ

64,5

0805 50 10

EG

95,3

TR

112,1

ZA

62,3

ZZ

89,9

0808 10 80

AR

87,7

CA

87,3

CL

86,0

CN

69,1

MK

31,5

US

80,6

ZA

95,7

ZZ

76,8

0808 20 50

AR

71,0

CN

47,9

TR

145,7

ZZ

88,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1430/2007

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li jemenda l-Annessi II u III tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 ċ) ii) u l-Artikolu 13(2), it-tielet inċiż, tagħha,

Billi:

(1)

Il-Ġermanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija u l-Italja kkomunikaw talbiet motivati biex l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KEE jiġi modifikat. L-Olanda ressqet talba motivata biex jiġi modifikat l-Anness III għad-Direttiva 2005/36/KE.

(2)

Il-Ġermanja talbet li jiżdied it-terminu “saħħa” (“Gesundheit”) mad-denominazzjoni ta’ infermier(a), tat-tfal (“Kinderkrankenschwester/Kinderkrankenpfleger”). Il-liġi tas-16 ta’ Lulju 2003 dwar il-kura min-naħa ta’ l-infermiera daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004 u fil-fatt bidlet il-kontenut ta’ din il-formazzjoni kif ukoll l-isem, għal infermier(a), tas-saħħa u tat-tfal (“Gesundheits- und Kinderkrankenpfleger(in)”). L-istruttura u l-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess għall-formazzjoni baqgħu ma nbidlux.

(3)

Il-Ġermanja talbet li mill-Anness II titneħħa l-professjoni ta’ infermier(a) psikjatriku/a (“Psychiatrische(r) Krankenschwester/Krankenpfleger”), minħabba li din tissupplimenta dik ta’ infermier(a) responsabbli mill-kura ġenerali, u b'hekk hija koperta mid-definizzjoni tal-kwalifika.

(4)

Il-Ġermanja talbet li tiżdied il-professjoni ta’ assistent(a) ġerjatriku/a (“Altenpflegerin und Altenpfleger”) li taqdi l-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 11 ċ) ii) tad-Direttiva 2005/36/KE, kif ukoll dawk li jirriżultaw mil-liġi dwar il-kura ġerjatrika tas-17 ta’ Novembru 2000 u l-ordinanza dwar il-formazzjoni u l-eżamijiet għall-professjoni ta’ infermier(a) ġerjatriku/a tas-26 ta’ Novembru 2002.

(5)

Fl-aħħarnett, il-Ġermanja talbet li l-professjonijiet ta’ infaxxatur/riċi (produttur ta’ ċinturini kirurġiċi) (“Bandagist”) u ta’ mekkaniku/a ortopediku/a (“Orthopädiemechaniker”) jinġiebu ħaġa waħda fil-professjoni ta’ tekniku/a ortopediku/a (“Orthopädietechniker”), f'konformità mal-Kodiċi ta’ l-Artiġanat (Handwerksordnung in der Fassung der Bekanntmachung vom 24. September 1998 (BGBl. I S. 3074; 2006 I S. 2095), zuletzt geändert durch Artikel 146 der Verordnung vom 31. Oktober 2006 (BGBl. I S. 2407)).

(6)

Il-Lussemburgu talab li l-isem “infermir(a) pedjatriku/a” (infirmier puériculteur) jinbidel f'“infirmier en pédiatrie” (l-ebda bidla fl-isem bil-Malti) L-arranġamenti tal-formazzjoni ma tbiddlux.

(7)

L-Awstrija talbet li tippreċiża d-deskrizzjoni tal-formazzjoni applikabbli għall-professjonijiet ta’ infermiera psikjatriċi u ta’ infermiera pedjatriċi, hekk kif tingħata fil-liġi dwar il-kura mill-infermiera (BGBI I Nru 108/1997).

(8)

L-Italja talbet li jitneħħew mill-Anness II il-professjonijiet ta’ ġeometra “geometra” u perit (tekniku) agrarju (“perito agrario”) minħabba li l-formazzjoni li twassal għalihom tikkonforma mad-definizzjoni tad-diploma skond l-Artikolu 55 tad-Digriet Presidenzjali Nru 328, tal-5 ta’ Ġunju 2001, u l-Anness I tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 227 tat-8 ta’ Lulju 2003.

(9)

Il-Ġermanja, il-Lussemburgu u l-Awstrija talbu li fl-Anness II tiddaħħal sensiela sħiħa ta’ korsijiet ta’ formazzjoni li jwasslu għall-kwalifika ta’ Meister/Mgħallem. Dawn il-korsijiet ta’ formazzjoni jirriżultaw prinċipalment mil-liġijiet li ġejjin: għall-Ġermanja: Il-Kodiċi ta’ l-Artiġanat (Gesetz zur Ordnung des Handwerks – Handwerksordnung in der Fassung der Bekanntmachung vom 24. September 1998 (BGBl. I S. 3074; 2006 I S. 2095), zuletzt geändert durch Artikel 146 der Verordnung vom 31. Oktober 2006 (BGBl. I S. 2407). Għall-Lussemburgu: il-liġi tat-28 ta’ Diċembru 1988 (ĠU tat-28 ta’ Diċembru 1988 A Nru 72) u r-Regolament Gran Dukali ta’ l-4 ta’ Frar 2005 (ĠU ta’ l-10 ta’ Marzu 2005 A – Nru 29); għall-Awstrija: il-Kodiċi ta’ leġiżlazzjoni industrijali u tax-xogħol (Gewerbeordnung 1994 (BGBl. Nr. 194/1994 idgF BGBl. I Nr. 15/2006). Dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet provduti fl-Artikolu 11 ċ) ii) tad-Direttiva 2005/36/KE.

(10)

L-Olanda talbet li fl-Anness III tinbidel id-deskrizzjoni tal-korsijiet ta’ formazzjoni rregolati biex jitqiesu l-emendi miġjuba mil-liġi dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim professjonali (il-liġi WEB ta’ l-1996). Dawn il-korsijiet ta’ formazzjoni jaqdu l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13(2), it-tielet inċiż, tad-Direttiva 2005/36/KE.

(11)

Jeħtieġ għalhekk li d-Direttiva 2005/36/KE tiġi emendata skond dan.

(12)

Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Direttiva 2005/36/KE huma emendati skond l-Anness għar-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 141).


ANNESS

L-Annessi II u III għad-Direttiva 2005/36/KE huma emendati kif ġej:

I.

L-Anness II huwa emendat hekk:

(1)

L-intestatura 1, “Korsijiet ta' taħriġ paramediku u dwar il-kura tat-tfal”, hija emendata hekk:

(a)

fit-taqsima “fil-Ġermanja”,

(i)

l-ewwel punt jinbidel bit-test li ġej:

“—

infermier fil-pedjatrija u tas-saħħa (‘Gesundheits- und Kinderkrankenpfleger(in)’),”;

(ii)

ir-raba punt jitħassar;

(iii)

jiddaħħal dan it-test:

“—

carer ta' l-anzjani (‘Altenpflegerin und Altenpfleger’);”

(b)

fit-taqsima “fil-Lussemburgu” il-ħames, is-sitt u s-seba' punti jinbidlu bit-test li ġej:

“—

‘infermier fil-pedjatrija’ (‘infirmier(ère) en pédiatrie’),

‘infermier(a) fl-anesteżija u r-rijanimazzjoni’ (‘infirmier(ère) en anesthésie et en réanimation’)

‘massaġġatur’ (‘masseur’);”

(ċ)

fit-taqsima “fl-Awstrija”,

(i)

wara l-ewwel punt marbut mal-formazzjoni ta' bażi speċifika fil-kura tat-tfal (“spezielle Grundausbildung in der Kinder- und Jugendlichenpflege”) għandu jiddaħħal it-test li ġej:

“li jirrappreżenta kors ta' studju u ta' formazzjoni ta' mhux inqas minn 13-il sena, li minnhom 10 snin ta' tagħlim l-iskola u tliet snin ta' tagħlim professjonali fi skola tal-kura infermiera, mitmuma b'suċċess fl-eżami biex tinkiseb id-diploma”;

(ii)

wara t-tieni punt marbut mal-formazzjoni ta' bażi speċifika fil-kura psikjatrika (“spezielle Grundausbildung in der psychiatrischen Gesundheits- und Krankenpflege”) jiddaħħal it-test li ġej:

“li jirrappreżenta ċiklu ta' studju u ta' formazzjoni ta' tul totali ta' mhux inqas minn tlettax-il sena, li minnhom għaxar snin ta' skola ġenerali u tliet snin ta' tagħlim professjonali fi skola tal-kura ta' l-infermiera, kkonfermati mis-seċċess fl-eżami għall-kisba tad-diploma”;

(2)

Fl-intestatura 2, it-taqsima “fil-Ġermanja”, hija emendata hekk:

(i)

it-tielet punt jinbidel bit-test li ġej:

“—

‘tekniku ortopedista’ (‘Orthopädietechniker’),”;

(ii)

il-ħames punt jitħassar.

(3)

It-test li ġej hu miżjud wara l-Artikolu 2:

“2a.

Meister/Mgħallem (formazzjoni skolari u professjonali li twassal għall-kwalifika Meister/Mgħallem) fis-snajja' li ġejjin:

 

Fil-Ġermanja:

ħaddied (‘Metallbauer’),

tekniku fl-istrumenti kirurġiċi (‘Chirurgiemechaniker’),

karrozzier u bennej tal-karozzi (‘Karosserie- und Fahrzeugbauer’),

mekkanik tal-karozzi (‘Kraftfahrzeugtechniker’),

mekkanik tar-roti u tal-muturi (‘Zweiradmechaniker’),

tekniku tas-sistemi tat-tkessiħ (‘Kälteanlagenbauer’),

tekniku ta' l-informatika (‘Informationstechniker’),

mekkanik ta' l-għodda tal-biedja (‘Landmaschinenmechaniker’),

armier (‘Büchsenmacher’),

landier (‘Klempner’),

plumber - tekniku tat-tisħin (‘Installateur und Heizungsbauer’,)

eletriċista (‘Elektrotechniker’),

bennej tal-magni ta' l-elettriku (‘Elektromaschinenbauer’),

bennej tad-dgħajjes u l-bastimenti (‘Boots- und Schiffbauer’),

bennej bil-ġebel u bis-siment (‘Maurer und Betonbauer’,)

fabbrikant u stallatur tal-bojlers u tagħmir tat-tisħin bl-arja sħuna (‘Ofen- und Luftheizungsbauer’),

mastrudaxxa (‘Zimmerer’),

ħaddiem tas-soqfa u l-bjut (‘Dachdecker’),

bennej tat-toroq (‘Straßenbauer’),

speċjalista fl-iżolazzjoni termika u akustika (‘Wärme-, Kälte- und Schallschutzisolierer’),

ħaddiem fit-tħaffir tal-bjar (‘Brunnenbauer’),

naġġar u skultur fil-ġebel (‘Steinmetz und Steinbildhauer’),

kaħħal (‘Stuckateur’),

bajjad u żebbiegħ (‘Maler und Lackierer’),

stallatur tas-sistemi ta' l-iskafolding (‘Gerüstbauer’),

ħaddiem fit-tindif taċ-ċmieni (‘Schornsteinfeger’),

tekniku fix-xogħol mekkaniku fin (‘Feinwerkmechaniker’),

ħaddiem ta' l-injam (‘Tischler’),

ħabbiel (‘Seiler’),

furnar tal-ħobż (‘Bäcker’),

dulċier (‘Konditor’),

biċċier (‘Fleischer’),

parrukkier (‘Frisör’),

bejjiegħ tal-ħġieġ (‘Glaser’),

min jonfoħ il-ħġieġ u fabbrikanti ta' tagħmir tal-ħġieġ (‘Glasbläser und Glasapparatebauer’),

fabbrikant tat-tajers u min isewwihom (‘Vulkaniseur und Reifenmechaniker’);

 

fil-Lussemburgu

tal-ħobż – dulċier (‘boulanger-pâtissier’),

dulċier – taċ-ċikkulata – confectioner – tal-ġelati (‘pâtissier-chocolatier-confiseur-glacier’),

biċċier – tal-laħam (‘boucher-charcutier’),

biċċier – tal-laħam taż-żiemel (‘boucher-charcutier-chevalin’),

caterer (‘traiteur’),

taħħan (‘meunier’),

ħajjat (‘tailleur-couturier’),

modista – kappellier (‘modiste-chapelier’),

ħajjat tal-fer (‘fourreur’),

skarpan – ħaddiem taċ-ċinturini (‘bottier-cordonnier’),

arluġġar (‘horloger’),

ġojjellier – tad-deheb (‘bijoutier-orfèvre’),

parrukkier (‘coiffeur’),

estetiċista (‘esthéticien’),

tekniku fil-mekkanika ġenerali (‘mécanicien en mécanique générale’),

stallatur tal-liftijiet tan-nies, tal-liftijiet tat-tagħbija, ta' l-eskalejters u tal-materjal ta' manutenzjoni (‘installateur d'ascenseurs, de monte-charges, d'escaliers mécaniques et de matériel de manutention’),

armier (‘armurier’),

ħaddied (‘forgeron’),

mekkanik tal-magni tat-tagħmir industrijali u tal-bini (‘mécanicien de machines et de matériels industriels et de la construction’),

mekkanik – elektrixin tal-karozzi u tal-muturi (‘mécanicien-électronicien d'autos et de motos’),

bennej tal-karozzi/panel beater (‘constructeur réparateur de carosseries’),

panel beater – sprejer tal-karozzi (‘débosseleur-peintre de véhicules automoteurs’),

rukkellier (‘bobineur’),

inġinier fl-installazzjonijiet u fl-apparat awdjoviżiv (‘électronicien d'installations et d'appareils audiovisuels’),

min jibni/isewwi n-netwerks telefoniċi (‘constructeur réparateur de réseaux de télédistribution’),

inġinier fl-elettronika ta' l-uffiċċju u ta' l-informatika (‘électronicien en bureautique et en informatique’),

mekkanik tal-magni u tat-tagħmir agrikolu u ta' l-inbid (‘mécanicien de machines et de matériel agricoles et viticoles’),

landier (‘chaudronnier’),

galvanizzatur (‘galvaniseur’),

espert tal-karozzi (‘expert en automobiles’),

kuntrattur tal-bini (‘entrepreneur de construction’),

kuntrattur tat-toroq u l-bankini (‘entrepreneur de voirie et de pavage’),

produttur tal-briks (‘confectionneur de chapes’),

kuntrattur ta' l-iżolazzjoni termika, akustika u ta' l-umdità (‘entrepreneur d'isolations thermiques, acoustiques et d'étanchéité’),

stallatur tas-sistemi tat-tisħin, tas-sistemi ta' l-ilma u d-dranaġġ (‘installateur de chauffage-sanitaire’),

Stallatur tas-sistemi tat-tkessiħ (‘installateur frigoriste’),

elettriċista (‘électricien’),

stallatur tas-sinjali tad-dwal (‘installateur d'enseignes lumineuses’),

inġinier fl-elettronika tal-komunikazzjoni u ta' l-informatika (‘électronicien en communication et en informatique’),

stallatur ta' sistemi ta' allarm u tas-sigurtà (‘installateur de systèmes d'alarmes et de sécurité’),

mastrudaxxa ta' l-għamara (‘menuisier-ébéniste’),

ħaddiem tal-parquet (‘parqueteur’),

bennej bl-elementi prefabrikati (‘poseur d'éléments préfabriqués’),

fabbrikant/ħaddiem fix-shutters persjani, tined u purtieri (‘fabricant poseur de volets, de jalousies, de marquises et de store’),

kuntrattur ta' bini tal-metall (‘entrepreneur de constructions métalliques’),

bennej tal-fran (‘constructeur de fours’),

bennej tas-soqfa u l-bjut - landier (‘couvreur-ferblantier’),

mastrudaxxa tal-bini (‘charpentier’),

ħaddiem fl-irħam – naġġar tal-ġebel (‘marbrier-tailleur de pierres’),

tal-madum (‘carreleur’),

tat-tikħil/invjar tas-soqfa/faċċati (‘plafonneur-façadier’),

bajjad-dekoratur (‘peintre-décorateur’),

tal-ħġieġ – tal-mirja (‘vitrier-miroitier’),

tapizzar-dekoratur (‘tapissier-décorateur’),

bennej taċ-ċmieni u kenuri taċ-ċaqquf (‘constructeur poseur de cheminées et de poêles en faïence’),

stampatur (‘imprimeur’),

operatur tal-midja (‘opérateur média’),

stampatur fuq il-ħarir (‘sérigraphe’),

ħaddiem fil-kisi/qxur tal-kotba (‘relieur’),

tekniku fil-materjal mediko-kirurġiku (‘mécanicien de matériel médico-chirurgical’),

għalliem tas-sewqan tal-karozzi (‘instructeur de conducteurs de véhicules automoteurs’),

ħaddiem fit-tqegħid tal-madum ta' barra u tal-bjut tal-ħadid (‘fabricant poseur de bardages et toitures métalliques’),

fotografu (‘photographe’),

manifattur ta' strumenti mużikali/min isewwihom (‘fabricant réparateur d'instruments de musique’),

għalliem ta' l-għawm (‘instructeur de natation’);

 

Fl-Awstrija:

mgħallem f'dak li jirrigwarda t-tlestija tax-xogħlijiet tal-bini (‘Baumeister hinsichtl. der ausführenden Tätigkeiten’),

furnar tal-ħobż (‘Bäcker’),

plumber (‘Brunnenmeister’),

bennej tas-soqfa u l-bjut (‘Dachdecker’),

eletriċista (‘Elektrotechniker’),

biċċier (‘Fleischer’),

tax-xahar u parrukkier (stylist), (‘Friseur und Perückenmacher (Stylist)’) ,

tekniku ta' l-installazzjonijiet ta' l-ilma, dranaġġ u gass (‘Gas- und Sanitärtechnik’),

bejjiegħ tal-ħġieġ (‘Glaser’),

ħaddiem fit-tqegħid tal-ħġieġ u l-illustrar tal-ħġieġ ċatt (‘Glasbeleger und Flachglasschleifer’),

infiħ tal-ħġieġ u fabbrikazzjoni ta' strumenti tal-ħġieġ (‘Glasbläser und Glasapparatebauer’),

illustrar u ffurmar ta' oġġetti tal-ħġieġ vojta minn ġewwa (attivitajiet artiġjanali marbuta magħhom) (‘Hohlglasschleifer und Hohlglasveredler (verbundenes Handwerk)’),

ħaddiem fil-fuklari – fiċ-ċmieni (‘Hafner’),

tekniku fit-tisħin (‘Heizungstechnik’),

tekniku fil-ventilazzjoni (attivitajiet artiġjanali marbuta magħhom), (‘Lüftungstechnik (verbundenes Handwerk)’),

tekniku tat-tkessiħ u ta' l-arja kkundizzjonata (‘Kälte- und Klimatechnik’),

tekniku fl-elettronika tal-komunikazzjoni (‘Kommunikationselektronik’),

dulċier, inklużi fabbrikanti tal-ħobż imħawwar u tal-ħelu, tal-ġelati u ta' oġġetti taċ-ċikkulata (‘Konditor (Zuckerbäcker) einschl. der Lebzelter und der Kanditen- Gefrorenes- und -Schokoladewarenerzeugung’),

mekkanik tal-karozzi (‘Kraftfahrzeugtechnik’),

karruzzier, panel beater u sprejer tal-karrozzerija (attivitajiet artiġjanali marbuta magħhom) (‘Karosseriebauer einschl. Karosseriespengler u. -lackierer (verbundenes Handwerk)’),

ħaddiem fl-ipproċessar tal-plastik (‘Kunststoffverarbeitung’),

bajjad (‘Maler und Anstreicher’),

żebbiegħ (‘Lackierer’),

induratur u ħaddiem fil-ġibs (‘Vergolder und Staffierer’),

fabbrikant tal-plakki u s-sinjali (attivitajiet artiġjanali marbuta magħhom), (‘Schilderherstellung (verbundenes Handwerk)’),

tekniku fil-mekkanika u l-elettronika fil-qasam tal-bini tal-magni elettriċi u ta' l-awtomatizzazzjoni (‘Mechatroniker f. Elektromaschinenbau u. Automatisierung’),

mekkaniku fl-elettronika (‘Mechatroniker f. Elektronik’),

tekniku fit-tagħmir ta' l-uffiċċju fis-sistemi ta' l-informatika (‘Büro- und EDV-Systemtechnik’),

mekkaniku fit-tekniki tal-magni u fit-tekniki tal-produzzjoni (‘Mechatroniker f. Maschinen- und Fertigungstechnik’),

tekniku fit-tagħmir mediku (attivitajiet artiġjanali marbuta magħhom), (‘Mechatroniker f. Medizingerätetechnik (verbundenes Handwerk)’),

inġinier fl-installazzjonijiet fuq l-art (‘Oberflächentechnik’),

ħaddiem fil-metall (attivitajiet artiġjanali marbuta miegħu) (‘Metalldesign (verbundenes Handwerk)’),

ħaddiem fis-serraturi (‘Schlosser’),

ħaddied (‘Schmied’),

mekkanik ta' l-għodda tal-biedja (‘Landmaschinentechnik’),

plumber (‘Spengler’),

ħaddiem fir-ram/landier (attivitajiet artiġjanali marbuta miegħu), ‘Kupferschmied (verbundenes Handwerk)’),

mgħallem fl-irħam, inklużi manifatturi tal-ġebel artifiċiali u tal-mużajk (‘Steinmetzmeister einschl. Kunststeinerzeugung und Terrazzomacher’),

stokkjatur u kaħħal (‘Stukkateur und Trockenausbauer’),

ħaddiem fl-injam (‘Tischler’),

ħaddiem fil-mudelli (‘Modellbauer’),

buttar (‘Binder’),

mastrudaxxa tat-torn (‘Drechsler’),

bennej tad-dgħajjes (‘Bootsbauer’),

skultur (attivitajiet artiġjanali marbuta miegħu) (‘Bildhauer (verbundenes Handwerk)’),

tat-tajers (‘Vulkaniseur’),

armier (inkluż il-kummerċ fl-armi), (‘Waffengewerbe (Büchsenmacher) einschl. des Waffenhandels’),

ħaddiem fl-iżolazzjoni termika, akustika u kontra n-nirien (‘Wärme- Kälte- Schall- und Branddämmer’),

mastrudaxxa f'dak li jirrigwarda t-tlestija tax-xogħlijiet (‘Baumeister hinsichtl. der ausführenden Tätigkeiten’),

li jirrappreżenta kors ta' studju u ta' formazzjoni li kumplessivament idum talanqas tlettax-il sena, li minnhom għallinqas tliet snin f'qafas ta' formazzjoni strutturat, parzjalment fix-xogħol prattiku, u parzjalment mogħtija mill-istabbiliment ta' tagħlim professjonali, mitmum b'eżami kif ukoll formazzjoni teoretika u prattika ta' artiġġjan-mgħallem ta' mhux anqas minn sena. Is-suċċess fl-eżami ta' mgħallem f'sengħa jagħti d-dritt li l-individwu jeżerċita l-professjoni bħala ħaddiem indipendenti, li jgħallem l-apprendisti u li juża t-titlu ‘Meister/Maître’).”;

(4)

Fl-intestatura 4 “Settur tekniku”, titħassar it-taqsima “fl-Italja”.

II.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

Il-kontenut tat-taqsima “fl-Olanda” jinbidel bit-test li ġej:

“Il-formazzjonijiet regolati li jikkorrispondu għal-livell ta' kwalifiki 3 jew 4 tar-reġistru ċentrali nazzjonali tal-formazzjonijiet professjonali stabbilit permezz tal-liġi dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim professjonali jew il-formazzjonijiet l-aktar stabbiliti li l-livell tagħhom huwa assimilat f'dawn il-livelli ta' kwalifiki.

Il-livelli 3 u 4 ta' l-istruttura ta' kwalifika jikkorrispondu għad-deskrizzjonijiet li ġejjin:

Livell 3: Responsabbiltà għall-applikazzjoni u għall-ikkombinar ta' proċeduri standard. Ikkombinar jew diżinjar ta' proċeduri skond l-attivitajiet ta' organizzazzjoni jew tat-tħejjija tax-xogħol. Il-kapaċità li dawn l-attivitajiet ikunu ġustifikati lill-kollegi (mingħajr rabta ta' ġerarkija). Responsabbiltà ġerarkika tal-kontroll u ta' l-akkumpanjament ta' l-applikazzjoni minn oħrajn tal-proċeduri ta' rutina standard jew awtomatizzati. Dan il-livell huwa marbut l-aktar mal-kompetenza u l-għarfien professjonali.

Livell 4: Responsabbiltà għat-twettiq tal-kompiti assenjati, kif ukoll l-ikkombinar jew l-iddisinjar ta' proċeduri ġodda. Il-kapaċità li dawn l-attivitajiet ikunu ġustifikati quddiem il-kollegi (mingħajr rabta ta' ġerarkija). Responsabbiltà ġerarkika espliċita li tirrigwarda l-ippjanar u/jew l-amministrazzjoni u.jew l-organizzazzjoni u/jew l-iżvilupp taċ-ċiklu ta' produzzjoni kollu kemm hu. Dan il-livell huwa marbut l-aktar mal-kompetenza u l-għarfien speċjalizzat u/jew indipendenti tal-professjoni.

Iż-żewġ livelli jikkorrispondu għal korsijiet ta' taħriġ regolat ta' mhux anqas minn 15-il sena, li prerekwiżit tagħhom huwa t-tlestija ta' tmien snin ta' edukazzjoni primarja flimkien ma' erba' snin ta' Edukazzjoni Professjonali Preparatorja (VMBO), li magħhom iridu jiżdiedu għallinqas tliet snin ta' formazzjoni tal-livell 3 jew 4 fi stabbiliment ta' tagħlim professjonali intermedjarju (MBO), li jintemmu b'eżami. (Il-formazzjoni professjonali intermedjarja tista' titnaqqas minn tliet snin għal sentejn jekk il-persuna kkonċernata għandha kwalifika li tippermetti d-dħul fl-università (14-il sena ta' formazzjoni minn qabel) jew għall-edukazzjoni professjonali ogħla (13-il sena ta' formazzjoni minn qabel).

L-awtoritajiet Olandizi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista tal-formazzjonijiet koperti minn dan l-Anness.”


6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1431/2007

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Huile d'olive de Nyons (DPO)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini “Huile d'olive de Nyons”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Peress li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (3), skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ l-istess Regolament. Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Membru tal-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2156/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 54).

(3)  ĠU C 73, 30.3.2007, p. 4.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.5

Żjut u sustanzi xaħmin (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

FRANZA

Huile d'olive de Nyons (DPO)


6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1432/2007

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li jemenda l-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq u t-trasport ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum uman (1), u partikolarment l-Artikolu 32(1) u l-punt 8 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness VI tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula rekwiżiti speċifiċi għal regoli li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman.

(2)

L-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipulaw li l-materjali tal-Kategorija 1, 2 u 3 għandhom jinġabru, jiġu trasportati u identifikati mingħajr telf ta’ żmien skond l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-Artikolu 7 u l-Anness II jistipulaw ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni, il-ġabra u t-trasport tal-kategoriji differenti tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u tal-prodotti proċessati. Sabiex jitjieb il-kontroll u t-traċċabbiltà, għandhom jintużaw kuluri standardizzati biex jiġi identifikat l-imballaġġ, il-kontenituri u l-vetturi użati għall-kummerċ ta’ dawn il-prodotti sekondarji u proċessati. Il-kuluri għandhom jintagħżlu b’tali mod li jiżguraw li jistgħu jiġu ddistingwiti faċilment, kif ukoll mill-individwi li għandhom vista tal-kuluri mgħarrqa.

(4)

Għall-iskop ta’ ċarezza, għandha tiżdied definizzjoni ta’ “l-għoti tal-kuluri għall-identifikazzjoni” mad-definizzjonijiet speċifiċi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(5)

L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistabbilixxu sistemi jew jistipulaw regoli supplimentari b’rigward għall-użu ta’ l-għoti ta’ kuluri biex jiġi identifikat l-imballaġġ, il-kontenituri u l-vetturi użati għat-trasport tal-kategoriji differenti tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u l-prodotti proċessati fi ħdan it-territorju tagħhom. Sistemi jew regoli bħal dawn ma għandhomx iħawwdu s-sistema ta’ l-użu tal-kuluri għall-identifikazzjoni standardizzata għall-kummerċ.

(6)

L-Istati Membri għandhom ukoll ikollhom il-possibbiltà li jeħtieġu l-immarkar tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali li joriġinaw fi u li jibqgħu fit-territorju tagħhom, minn barra l-immarkar tal-materjali ta’ riskju speċifikati meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (2). Madankollu, immarkar bħal dan ma għandux joħloq xkiel għall-kummerċ jew għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(7)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula r-regoli għall-mudell tad-dokument kummerċjali li għandu jakkumpanja l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u l-prodotti proċessati tul it-trasport. Regoli supplimentari għal dokumenti bħal dawn għandhom jiġu stipulati sabiex itejbu l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali.

(8)

L-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipulaw li ċerti prodotti sekondarji proċessati ta’ l-annimali għandhom jiġi mmarkati b’mod permanenti, fejn teknikament possibbli bir-riħa, skond il-Kapitlu I ta’ l-Anness VI ta’ dak ir-Regolament.

(9)

Il-Kapitlu I ta’ l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula l-prodotti pproċessati derivati minn materjali ta’ Kategorija 1 jew 2, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti likwidi maħsuba għall-impjanti bijogass jew fejn isir il-kompost, iridu jiġu mmarkati b’mod permanenti, fejn teknikament possibbli bir-riħa, permezz ta’ sistema approvata mill-awtorità kompetenti. S’issa, minħabba nuqqas ta’ data xjentifika fuq l-immarkar, l-ebda regoli dettaljati għal mmarkar bħal dan ma ġew stabbiliti.

(10)

Fis-17 ta’ Ottubru 2006, iċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni ħareġ studju ta’ implimentazzjoni biex jevalwa l-Glyceroltriheptanoate (GTH) bħala l-għodda li timmarka xierqa għall-prodotti sekondarji ta’ l-annimali fis-sistemi tal-biċċerija. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, għandhom jiġu stipulati rekwiżiti dettaljati għall-immarkar ta’ prodotti sekondarji proċessati ta’ l-annimali.

(11)

Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx jagħmlu ħsara lill-immarkar tal-prodotti proċessati użati fil-fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejbu l-ħamrija sabiex jissodisfaw l-obbligu li ma jiġux applikati direttament lill-art li l-annimali tar-razzett jista' jkollhom aċċess għaliha skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 181/2006 ta’ l-1 ta’ Frar 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 fir-rigward tal-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija li mhumiex demel u li jemenda lil dak ir-Regolament (3).

(12)

Ċerti eċċezzjonijiet mir-rekwiżit biex jiġu mmarkati l-prodotti pproċessati bil-GTH għandhom jiġu stipulati, b’mod partikolari b’rigward għall-prodotti mmexxija għall-użu jew rimi b’metodu skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005 tad-19 ta’ Jannar 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mezzi ta’ rimi jew użi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u li jemenda l-Anness VI tiegħu dwar it-trasformazzjoni tal-bijogass u l-ipproċessar tax-xaħmijiet li jirriżultaw (4).

(13)

Għalhekk, l-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(14)

Sabiex l-Istati Membri u l-industrija jkollhom il-ħin jaddattaw ir-regoli l-ġodda stipulati minn dan ir-Regolament, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2008.

(15)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2007 (ĠU L 191, 21.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 8).

(3)  ĠU L 29, 2.2.2006, p. 31.

(4)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1678/2006 (ĠU L 314, 15.11.2006, p. 4).


ANNESS

L-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness 1, dan il-punt li ġej huwa miżjud:

“65.

‘l-għoti ta’ kuluri għall-identifikazzjoni’ tfisser l-użu sistematiku ta’ kuluri kif iddefinit fil-Kapitolu I ta’ l-Anness II biex jintwera t-tagħrif kif stipulat f’dan ir-Regolament fuq is-superfiċi jew fuq il-parti tas-superfiċi ta’ l-imballaġġ, il-kontenitur jew vettura, jew fuq tabella jew simbolu applikat għalihom.”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Kapitolu I qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

“KAPITOLU I

Identifikazzjoni

1.

Il-miżuri kollha meħtieġa jridu jittieħdu biex jiġi żgurat li:

(a)

Il-materjali tal-Kategorija 1, il-Kategorija 2 u l-Kategorija 3 huma identifikabbli u miżmuma separatament u huma identifikabbli matul il-ġbir u t-trasport;

(b)

il-prodotti proċessati huma identifikabbli u miżmuma separatament u huma identifikabbli matul it-trasport;

(ċ)

sustanza li timmarka għall-identifikazzjoni ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali jew prodotti proċesati ta’ kategorija speċifika li hi użata biss għall-kategorija li l-użu tagħha hu meħtieġ skond dan ir-Regolament, jew hu stabbilit jew stipulat skond il-punt 4; kif ukoll

(d)

prodotti sekondarji ta’ l-annimali jew prodotti proċessati huma mibgħuta minn Stat Membru għall-ieħor f’imballaġġi, kontenituri jew vetturi li huma, għallinqas tul il-perjodu tat-trasport, immarkati bil-kulur prominenti li ma jitħassarx kif ġej:

(i)

fil-każ tal-materjali tal-Kategorija 1, l-użu tal-kulur iswed;

(ii)

fil-każ tal-materjali tal-Kategorija 2 (għajr demel u kontenut tas-sistema diġestiva), l-użu tal-kulur isfar;

(iii)

fil-każ tal-materjali tal-Kategorija 3, l-użu tal-kulur aħdar b’kontenut għoli ta’ blu biex jiġi żgurat li hu distingwibbli b’mod ċar mill-kuluri l-oħra.

2.

Tul it-trasport, tabella mehmuża ma’ l-imballaġġ, il-kontenitur jew il-vettura għandha:

(a)

tindika b’mod ċar il-kategorija tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali jew, fil-każ ta’ prodotti proċessati, il-kategorija ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali minn liema ġew derivati l-prodotti proċessati; kif ukoll

(b)

ikollha fuqha l-kliem li ġejjin:

(i)

fil-każ tal-materjal tal-Kategorija 3, il-kliem ‘mhux għall-konsum uman’;

(ii)

fil-każ tal-materjal tal-Kategorija 2 (għajr demel u kontenut tas-sistema diġestiva) u l-prodotti proċessati derivati minnhom, ‘mhux għall-konsum ta’ l-annimali’; madankollu, meta l-materjal tal-Kategorija 2 hu maħsub biex jintemgħu l-annimali msemmi fil-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 23(2) skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Artikolu, it-tabella għandha minflokk tindika ‘biex jingħata biex jintemgħu l- …’ komplut bl-isem ta’ l-ispeċi speċifika ta’ dawn l-annimali li għalihom l-materjal hu maħsub li jingħata għall-għalf;

(iii)

fil-każ tal-materjal tal-Kategorija 1 u prodotti proċessati derivati minnu, l-kliem ‘għar-rimi biss’;

(iv)

fil-każ ta’ demel u kontenut tas-sistema diġestiva, il-kelma ‘demel’.

3.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi jew jistipulaw regoli għall-għoti ta’ kuluri għall-identifikazzjoni ta’ l-imballaġġ, il-kontenituri jew il-vetturi użati għat-trasport tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u l-prodotti proċessati li joriġinaw minn jew li jibqgħu fit-territorju tagħhom, dment li dawn is-sistemi jew regoli ma jfixxklux is-sistema ta’ l-għoti tal-kuluri għall-identifikazzjoni stipulata fil-punt 1(d).

4.

Mingħajr ħsara għall-punt 3 ta’ l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi jew jistipulaw regoli għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali li joriġinaw minn jew li jibqgħu fit-territorju tagħhom dment li dawn is-sistemi jew regoli ma jkunu f’kunflitt mar-rekwiżiti tat-tqegħid fis-suq stipulati għall-prodotti proċessati fil-Kapitolu I ta’ l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

5.

B’deroga mill-punti 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi jew regoli msemmija f’dawk il-punti għall-prodotti sekondarji ta’ l-annimali li joriġinaw minn iżda mhux maħsuba li jibqgħu fit-territorju jekk l-Istat Membru jew pajjiż terz ta’ destinazzjoni kkomunika l-ftehim tiegħu.”

(b)

Fil-Kapitolu X, il-punt 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1.

Dokument kummerċjali skond il-mudell stipulat f’dan il-Kapitolu se jakkumpanja l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u l-prodotti proċessati tul it-trasport. Madankollu, għat-trasport tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u l-prodotti proċessati fit-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu:

(a)

jużaw dokument kummerċjali differenti, bil-miktub fuq karta jew f’forma elettronika, dment li tali dokument kummerċjali jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2 tal-Kapitolu III;

(b)

li l-kwantità tal-materjal imsemmi fil-punt 2(ċ) tal-Kapitolu III hu espress fil-piż tal-materjal fid-dokument kummerċjali;

(ċ)

li tinbagħat lura kopja tad-dokument kummerċjali mid-destinatarju lill-prodottur biex tinżamm minn dak il-produttur skond il-Kapitolu V bħala xhieda tal-wasla tal-kunsinna.”

(3)

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“ĦTIĠIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IPPROĊESSAR TAL-MATERJAL TAL-KATEGORIJA 1 U 2 U GĦALL-IMPJANTI ta’ BIJOGASS U FEJN ISIR IL-KOMPOST U GĦALL-IMMARKAR ta’ ĊERTI PRODOTTI PROĊESSATI”

(b)

Il-Kapitolu I qed jiġi emendat kif ġej:

(i)

it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

 

“Rekwiżiti speċifiċi għall-ipproċessar tal-materjali tal-Kategorija 1 u 2 u għall-immarkar ta’ ċerti prodotti proċessati”

(ii)

fil-parti C, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“10.

Fl-impjanti ta’ proċessar approvati skond l-Artikolu 13, il-prodotti proċessati kif imsemmija fl-Artikolu 4(2)(b) u (ċ) u l-Artikolu 5(2)(b) u (ċ) għandhom jiġu mmarkati b’mod permanenti b’:

(a)

riħa, fejn hu teknikament possibbli; kif ukoll

(b)

glyceroltriheptanoate (GTH) b’tali mod li:

(i)

il-GTH jiżdied mal-prodotti proċessati li għaddew minn trattament terminali preċedenti li jżid l-iġjene b’temperatura fil-qalba ta’ mill-inqas 80 °C u jibqgħu għaldaqstant imħarsa minn kontaminazzjoni mill-ġdid. kif ukoll

(ii)

il-prodotti proċessati kollha fihom b’mod omoġenju mas-sustanza kollha konċentrazzjoni minima ta’ mill-inqas 250 mg GTH għal kull kilo xaħam.

11.

L-operaturi ta’ l-impjanti għall-ipproċessar approvati skond l-Artikolu 13 se jkollhom sistema ta’ monitoraġġ u reġistrazzjoni kontinwa tal-parametri xierqa biex juru lill-awtorità kompetenti li l-konċentrazzjoni omoġenja minima meħtieġa ta’ GTH kif imsemmija fil-punt 10(b) hi miksuba fil-prodotti proċessati msemmija fil-punt 10.

Dik is-sistema ta’ monitoraġġ u reġistrazzjoni se tinkludi d-determinazzjoni tal-kontenut intatt ta’ GTH bħala triglyceride f’estratt ta’ petroleum-ether 40–70 imnaddaf tal-GTH minn kampjuni meħuda tul intervalli regolari.

12.

L-awtorità kompetenti tista’ twettaq verifika ta’ eżekuzzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u reġistrazzjoni msemmija fil-punt 11 biex tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament u tista’, fejn meħtieġ, teħtieġ l-ittestjar tal-kampjuni supplimentari skond il-metodu msemmi fit-tieni paragrafu tal-punt 11.

13.

L-immarkar bil-GTH mhux se jintħieġ għall-prodotti proċessati kif imsemmija fl-Artikolu 4(2)(b) u (ċ) u l-Artikolu 5(2)(b) u (ċ), fejn prodotti bħal dawn huma:

(a)

mressqa minn sistema ta’ trasportatur magħluqa, fejn sistema bħal din ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti, mill-impjant għall-ipproċessar għal:

(i)

inċinerazzjoni diretta immedjata jew ko-inċinerazzjoni; jew

(ii)

użu immedjat skond metodu approvat għall-prodotti sekondarji ta’ l-annimali tal-Kategorija 1 u 2 skond l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 92/2005; jew

(b)

maħsub għal riċerka jew għal użu xjentifiku awtorizzat mill-awtorità kompetenti.”


6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1433/2007

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jipprovdi li l-alkoħol li jittieħed mill-aġenzija ta’ intervent jinbiegħ jew b'irkant pubbliku jew bi proċedura ta’ offerti.

(2)

Il-proċeduri ta’ offerti għall-alkoħol huma l-uniku bejgħ ex-intervent fis-settur agrikolu li fil-rigward tagħhom il-Kummissjoni tmexxi d-deċiżjoni u l-ftuħ ta’ kull bejgħa tal-prodott imsemmi. Għal finijiet ta’ simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u fid-dawl ta’ l-armonizzazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni tas-swieq agrikoli fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni komuni tas-Suq Uniku, jeħtieġ li tiġi introdotta, għall-bejgħ ta’ alkoħol ukoll, sejħa permanenti għall-offerti miftuħa mill-Kummissjoni u sejħiet parzjali għall-offerti miftuħa mill-Istati Membri.

(3)

Bil-għan li jiġi ggarantit li t-tagħrif dwar is-sejħiet parzjali għall-offerti fl-Istati Membri jkunu aċċessibbli minn kull impriża approvata fil-Komunità, jeħtieġ li dan it-tagħrif jiġi ppubblikat elettronikament.

(4)

Bil-għan li jiġi evitat li l-alkoħol maħżun kollu jinbiegħ f'daqqa jew għall-vantaġġ ta’ impriża waħda biss, jeħtieġ li l-kwantità massima li tista' tinbiegħ waqt kull sejħa parzjali għall-offerti tiġi llimitata.

(5)

Bil-ħsieb li jiġi żgurat bejgħ regoli u ottimu ta’ l-alkoħol, fil-qies tal-perjodu ta’ konsum baxx tas-Sajf u tal-Milied, jeħtieġ li tiġi ffissata data ta’ skadenza għas-sejħiet parzjali għall-offerti darba fix-xahar, għajr f'Lulju u f'Diċembru.

(6)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-istadji u l-karatteristiċi tas-sejħiet parzjali għall-offerti.

(7)

L-esperjenza ta’ dan l-aħħar uriet li l-pjanijiet ta’ l-impjanti fejn l-alkoħol jiġi pproċessat f'alkoħol assolut mhumiex dokumenti indispensabbli għall-approvazzjoni ta’ l-impriżi li jistgħu jipparteċipaw għall-bejgħ ta’ alkoħol bil-ħsieb li jintuża f'forma ta’ bijoetanol fil-Komunità. Għaldaqstant, jeħtieġ li dan ir-rekwiżit jiġi rtirat mil-lista tad-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni.

(8)

Bil-għan li jitħarsu l-interessi ta’ l-impriżi offerenti matul il-perjodu tas-sejħa għall-offerti parzjali, jeħtieġ li jiġu pprovduti dispożizzjonijiet biex jiġu limitati l-movimenti fiżiċi ta’ l-alkoħol imqiegħed għall-bejgħ bejn il-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tas-sejħa parzjali għall-offerti u t-tneħħija tiegħu mill-impriża li tkun intgħażlet.

(9)

Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 (2) jiġi emendat skond dan.

(10)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni ta’ l-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Titolu III, il-Kapitolu IV huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-sottotaqsima III, l-Artikoli 92 sa 94 d għandhom jinbidlu bit-test li ġej:

“Artikolu 92

Sejħa permanenti għall-offerti

1.   Għandha tinfetaħ sejħa permanenti għall-offerti ta’ l-alkoħol bil-għan li jintuża esklussivament, f'forma ta’ bijoetanol, fis-settur tal-karburanti fil-Komunità.

2.   Għal dan il-għan, avviż li jgħarraf bil-ftuħ tas-sejħa permanenti għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 92 a

Sejħiet parzjali għall-offerti

1.   L-aġenzija ta’ intervent għandha tiftaħ, matul il-perjodu ta’ validità tas-sejħa permanenti għall-offerti, sejħiet parzjali għall-offerti. Għal dan il-għan, l-aġenzija ta’ intervent għandha tippubblika avviż tas-sejħa għall-offerti u tiggarantixxi pubbliċità xierqa, partikolarment billi jintwera pubblikament fis-sede tagħha u billi jixxandar fuq is-sit ta’ l-internet tagħha jew fuq dak tal-ministeru kompetenti.

2.   L-avviż tas-sejħa għandu b'mod partikolari jindika l-iskadenza u l-post fejn għandhom jitressqu l-offerti. Kull sejħa parzjali tirrigwarda kwantità massima ta’ 100 000 ettolitru.

3.   It-terminu ta’ żmien għat-tressiq ta’ l-offerti ta’ kull waħda mis-sejħiet parzjali jiskadi fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) ta’ l-aħħar ġurnata tax-xogħol ta’ kull xahar. L-ebda offerta ma għandha titressaq f'Lulju u f'Diċembru.

4.   L-ewwel sejħa parzjali għandha ssir fix-xahar wara dak tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tas-sejħa permanenti għall-offerti.

5.   Kull Stat Membru li l-ħażniet ta’ alkoħol ta’ l-inbid Komunitarju tiegħu jilħqu jew jaqbżu 100 000 ettolitru għandu jiftaħ sejħa parzjali skond dan l-Artikolu.

Artikolu 93

Avviż tas-sejħa parzjali għall-offerti

Għall-kwantitajiet ta’ alkoħol tagħha, barra mit-tagħrif provdut fl-Artikolu 92a(2), l-aġenzija ta’ intervent għandha tindika:

(a)

il-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sejħa għall-offerti kif ukoll il-post ta’ l-imħażen fejn l-alkoħol maħsub għall-bejgħ jinħażen;

(b)

il-kwantità ta’ alkoħol, espressa f'ettolitri ta’ alkoħol b'100 % vol., kopert mis-sejħa parzjali għall-offerti;

(ċ)

il-lottijiet;

(d)

il-kundizzjonijiet tal-ħlas;

(e)

il-formalitajiet għat-teħid ta’ kampjuni;

(f)

l-ammont tal-garanzija għas-sejħa għall-offerti meħtieġ skond l-Artikolu 94(1), l-ewwel subparagrafu, u l-garanzija għal eżekuzzjoni korretta meħtieġa skond l-Artikolu 94 ċ(3).

Artikolu 93 a

Approvazzjoni ta’ l-impriżi

1.   L-alkoħol għandu jingħata lill-impriżi stabbiliti fil-Komunità u għandu jintuża skond il-finijiet previsti fl-Artikolu 92.

2.   Għall-finijiet ta’ l-għoti previst fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japprovaw l-impriżi li jidhrilhom eliġibbli u li ressqu applikazzjoni bid-dokumenti li ġejjin:

(a)

stqarrija mill-impriża fejn tistqarr illi tista' tuża talanqas 50 000 ettolitru alkoħol fis-sena;

(b)

il-post tas-sede amministrattiva ta’ l-impriżi;

(ċ)

l-isem u l-indirizz ta’ l-impjanti fejn l-alkoħol jiġi pproċessat f'alkoħol assolut bl-indikazzjoni tal-kapaċità annwali ta’ l-ipproċessar;

(d)

kopja tal-permess mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istat Membru kkonċernat għat-tħaddim ta’ l-impjanti;

(e)

l-impenn ta’ l-impriża li tiżgura li kull xerrej finali ta’ l-alkoħol juża dan għall-produzzoni ta’ karburant fil-Komunità biss, f'forma ta’ bijoetanol.

3.   L-approvazzjoni ta’ Stat Membru hija valida għall-Komunità kollha.

4.   L-impriżi approvati fid-data tad-9 ta’ Diċembru 2007 jitqiesu bħala approvati għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu l-Kummissjoni minnufih b'kull approvazzjoni ġdida jew irtirar ta’ l-approvazzjoni billi jindikaw id-data eżatta tad-deċiżjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista aġġornata ta’ l-impriżi approvati aċċessibbli lill-Istati Membri mingħajr dewmien wara kull modifika.

Artikolu 93 b

Kundizzjoni ta’ l-alkoħol

L-aġenzija ta’ intervent għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-alkoħol tat-tankijiet ikkonċernati mill-bejgħ ma jibqax suġġett għal moviment fiżiku sakemm ma tinħareġ ordni ta’ tneħħija għalih, għajr f'każ ta’ sostituzzjoni deċiża mill-aġenzija ta’ intervent minħabba raġunijiet loġistiċi, li l-kundizzjonijiet tagħha għandhom ikunu definiti biċ-ċar fl-avviż tas-sejħa parzjali.

Artikolu 93 ċ

Tressiq ta’ l-offerti

1.   L-impriżi approvati fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tas-sejħa parzjali u kkonċernati għandhom jipparteċipaw fis-sejħa parzjali billi jressqu offerta bil-miktub lill-aġenzija ta’ intervent li żżomm l-alkoħol u jingħatalhom irċevuta, jew b'kull mezz ta’ telekomunikazzjoni ieħor bil-miktub lill-aġenzija ta’ intervent u tingħatalhom irċevuta.

2.   Kull offerent jista' jressaq offerta waħda biss għal kull lott. Jekk offerent iressaq aktar minn offerta waħda għal kull lott, l-ebda waħda minn dawn l-offerti ma tkun ammessa.

Artikolu 94

Kundizzjoni ta’ l-offerti

1.   Biex tintlaqa', l-offerta għandha titressaq lill-aġenzija ta’ intervent li għandha l-alkoħol ikkonċernat flimkien mal-prova ta’ preżentazzjoni tal-garanzija għas-sejħa ta’ EUR 4 għal kull ettolitru ta’ alkoħol b'100 % vol.

Għal dan il-għan, l-aġenziji ta’ intervent ikkonċernati għandhom joħorġu minnufih attestat ta’ preżentazzjoni tal-garanzija lill-offerenti għall-kwantitajiet li għalihom hija responsabbli kull aġenzija kkonċernata.

2.   Iż-żamma ta’ l-offerta wara li jagħlaq iż-żmien għat-tressiq ta’ l-offerti, il-garanzija għax-xogħol u l-ħlas tal-prezz jikkostitwixxu rekwiżiti ewlenin skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 94 a

Komunikazzjonijiet dwar l-offerti

1.   L-aġenziji ta’ intervent għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-jum wara d-data ta’ skadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 92a(3), il-lottijiet u l-prezzijiet proposti mill-offerenti kif ukoll il-kwantità ta’ alkoħol ta’ kull lott. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jindikaw ukoll jekk l-offerta ġietx irrifjutat u, jekk ikun il-każ, il-motivazzjoni għal dan ir-rifjut.

2.   L-aġenziji ta’ l-intevent għandhom jibagħtu dawn l-indikazzjonijiet lis-servizzi tal-Kummissjoni f'forma ta’ lista anonima.

3.   F'każ li ebda offerta ma tkun tressqet, l-aġenziji ta’ intervent għandhom jgħarrfu l-Kummissjoni fl-istess perjodu ta’ żmien.

Artikolu 94 b

L-għoti tal-kuntratti

1.   Abbażi ta’ l-offerti mressqa, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, jekk għandhiex tbigħ permezz ta’ sejħa għall-offerti.

2.   Jekk jingħata kuntratt, il-Kummissjoni għandha taċċetta l-offerta l-aktar vantaġġuża skond il-lott, u tiffissa l-prezz tal-bejgħ ta’ kull lott. Jekk għal lott wieħed, bosta offerti tressqu b'dan il-prezz, l-aġenzija ta’ intervent għandha tagħti l-kwantità kkonċernata billi tqassam l-kwantità msemmija bil-polza bejn dawn l-offerenti bi qbil magħhom.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjonijiet meħuda skond dan l-Artikolu lill-Istati Membri u lill-aġenziji ta’ intervent li għandhom l-alkoħol li għalihom tressqu l-offerti.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'forma simplifikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea r-riżultati tas-sejħa għall-offerti.

Artikolu 94 ċ

Stqarrija ta’ l-għoti

1.   L-aġenzija ta’ intervent għandha tinnotifika lill-offerenti bil-miktub, mingħajr dewmien u bi rċevuta, dwar id-deċiżjoni meħuda fir-rigward ta’ l-offerti tagħhom.

2.   Fil-ġimagħtejn ta’ wara id-data li fiha wasslet in-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-aġenzija ta’ intervent għandha toħroġ, lil kull offerent, stqarrija ta’ l-għoti li tiċċertifika li l-offerta tagħhom ġiet aċċettata.

3.   Fil-ġimagħtejn ta’ wara id-data li fiha wasslet in-notifika msemmija fil-paragrafu 1, kull offerent li ntgħażel għandu jippreżenta l-prova ta’ garanzija għal eżekuzzjoni korretta ta’ EUR 40 għal kull ettolitru ta’ alkoħol b'100 % vol. lill-aġenzija ta’ intervent ikkonċernata, bil-għan li jiggarantixxi l-użu tat-totalità ta’ l-alkoħol mogħti skond il-finijiet previsti fl-Artikolu 92.

Artikolu 94 ċ a

Notifika lill-Kummissjoni

L-aġenżija ta’ intervent għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, fil-ħamest ijiem tax-xogħol wara li tasal id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 94b(3), l-isem u l-indirizz ta’ l-offerent korrispondenti għal kull offerta mressqa.

Artikolu 94 d

Tneħħija ta’ l-alkoħol

1.   L-aġenzija ta’ intervent li għandha l-alkoħol u l-offerent li ntgħażel għandhom jistabbilixxu bi qbil komuni kalendarju provviżorju għat-tneħħija ta’ l-alkoħol.

2.   L-alkoħol jista' jitneħħa permezz tal-preżentazzjoni ta’ ordni għat-tneħħija maħruġa mill-aġenzija ta’ intervent malli l-ammont dovut għall-kwantità li għandha titneħħa jiġi mħallas. Dik il-kwantità għandha tiġi stabbilita sa l-eqreb ettolitru ta’ alkoħol b'100 % vol.

Kull ordni għat-tneħħija għandha tkopri ammont ta’ mill-inqas 1 500 ettolitru, minbarra fil-każ ta’ l-aħħar tneħħija f'kull Stat Membru.

L-ordni għat-tneħħija għandha tindika d-data sa meta l-alkoħol għandu jitneħħa fiżikament mill-maħżen ta’ l-aġenzija ta’ intervent involuta. Il-limitu ta’ żmien għat-tneħħija ma jistax ikun aktar minn tmint ijiem mill-jum wara d-data tal-ħruġ ta’ l-ordni tat-tneħħija. Madankollu, fejn l-ordni tat-tneħħija tkopri aktar minn 25 000 ettolitru, il-limitu ta’ żmien jista' jkun ta’ aktar minn tmint ijiem, iżda mhux aktar minn ħmistax-il jum.

3.   Il-proprjetà ta’ l-alkoħol involut kopert minn ordni għat-tneħħija għandha tiġi ttrasferita fid-data indikata fl-ordni, li ma tistax tkun wara d-data ta’ validità ta’ l-ordni, u l-kwantitajiet involuti jitqiesu li tneħħew f'dik id-data. Minn hemm 'il quddiem, ix-xerrej huwa responsabbli għal kull serq, telf jew qerda u għall-ispejjeż ta’ ħżin ta’ kull alkoħol li ma jkunx għadu tneħħa.

4.   L-alkoħol kollu għandu jitneħħa fiżikament fi żmien sitt xhur wara d-data ta’ l-irċevuta tan-notifika ta’ l-għoti msemmija fl-Artikolu 94ċ(1).

5.   L-alkoħol għandu jintuża kompletament fi żmien sentejn mid-data ta’ l-ewwel tneħħija.

Artikolu 94e

Rilaxx tal-garanzija

Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 94(1) għandha tiġi rilaxxata mingħajr dewmien għall-offerti li ma ġewx aċċettati.”

(b)

fis-sottotaqsima IV, l-Artikoli 95 sa 96 huma sostitwiti mit-test li ġej:

“Artikolu 95

Dispożizzjoni dwar il-bejgħ pubbliku ta’ l-alkoħol

1.   Bl-iskop li jsiru regolamenti ta’ ftuħ tal-bejgħ pubbliku, il-Kummissjoni għandha titlob lil kull Stat Membru involut sabiex javżawha dwar:

(a)

il-kwantità ta’ alkoħol, espressa f'ettolitri ta’ alkoħol b'100 % vol., li jista jitqiegħed għall-bejgħ,

(b)

it-tip ta’ alkoħol involut,

(ċ)

il-kwalità tal-lottijiet ta’ alkoħol, li għandha tistabbilixxi l-valuri massimi u minimi għall-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 96(4)(d)(i) u (ii) ta’ dan ir-Regolament.

Sa mhux aktar tard minn 12-il jum wara li jirċievu din it-talba, l-Istati Membri involuti jridu javżaw lill-Kummissjoni dwar il-post eżatt u r-referenzi tad-diversi btieti ta’ alkoħol li jissodisfaw ir-rkwiżiti ta’ kwalità u li għandhom ammont ta’ alkoħol ta’ mhux anqas minn dak imsemmi f’(a) fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Malli n-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tintbagħat lill-Kummissjoni, l-alkoħol fit-tankijiet ikkonċernati ma jistgħux jiġu mċaqalqa fiżikament qabel ma titħarġilhom ordni għat-tneħħija.

Din il-projbizzjoni ma taffettwax it-tankijiet ta’ l-alkoħol mhux koperti mill-avviżi għall-bejgħ pubbliku u mhux speċifikati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 83 sa 93 ta’ dan ir-Regolament.

Partikolarment minħabba raġunijiet loġistiċi, l-aġenziji ta’ intervent li jżommu t-tankijiet ta’ alkoħol speċifikati fin-notifika mill-Istati Membri, kif imsemmi fil-paragrafu 1, jistgħu jissostitwixxu l-alkoħol ikkonċernat ma’ alkoħol ta’ l-istess xorta, jew iħalltuh ma’ alkoħol ieħor ikkonsenjat lill-aġenzija ta’ intervent, sakemm tinħareġ ordni biex l-alkoħol ikkonċernat jitneħħa. L-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bis-sostituzzjoni ta’ l-alkoħol.

Artikolu 96

Regoli li japplikaw għal-lottijiet

1.   L-alkoħol għandu jinbiegħ bil-lottijiet.

2.   Lott għandu jikkonsisti fi kwantità ta’ alkoħol ta’ kwalità omoġenja biżżejjed, li jista' jitqassam f'tankijiet u jinżamm f'bosta postijiet.

3.   Kull lot għandu jkun numerat. L-ittri ‘KE’ għandhom jiġu qabel in-numri tal-lottijiet.

4.   Kull lott għandu jkun spjegat. Għandha tingħata ta’ mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-post tal-lott, inkluża referenza li tidentifika kull tank bl-alkoħol, u l-ammont ta’ alkoħol f'kull tank;

(b)

il-kwantità totali espressa f'ettolitri ta’ alkoħol b'100 % vol.; din il-kwantità għandha tinftiehem sa madwar l-eqreb 1 % u ma għandhiex taqbeż il-50 000 ettolitru;

(ċ)

il-qawwa alkoħolika minima f'kull tank, espressa bħala % vol.;

(d)

jekk ikun possibbli, il-kwalità tal-lott, bi speċifikazzjonijiet għal-limitu għoli u baxx għal dawn li ġejjin:

(i)

l-aċidità, espressa fi grammi ta’ aċidu aċetiku għal kull ettolitru ta’ alkoħol b'100 % vol.;

(ii)

il-kontenut ta’ metanol, espress fi grammi għal kull ettolitru ta’ alkoħol b'100 % vol.;

(e)

ir-referenza għall-miżura ta’ intervent li wasslet għall-produzzjoni ta’ l-alkoħol, billi speċifikat l-Artikolu kkonċernat tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.”

(2)

Fl-Artikolu 101, il-paragrafu 4 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“4.   Mingħajr preġudizzjoni għall-paragrafu 1, meta l-alkoħol jinbiegħ għall-użu f'pajjiżi terzi fis-settur tal-karburanti biss, il-verifki dwar l-użu effettiv tiegħu jsiru sa meta dan l-alkoħol jitħallat ma’ alkolħol żnaturat fil-pajjiż tad-destinazzjoni.

Sabiex l-alkoħol jintuża bħala bijoetanol fil-Komunità, dawn il-verifiki għandhom isiru sa meta impriża approvata msemmija fl-Artikolu 93a tirċievi dan l-alkoħol.

Fil-każijiet previsti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu, l-alkoħol ikkonċernat għandu jibqa' taħt sorveljanza ta’ organu uffiċjali li jiggarantixxi l-użu tiegħu fis-settur tal-karburanti, bl-applikazzjoni ta’ reġim fiskali speċjali li jimponi dan l-użu aħħari.”

(3)

L-Artikolu 102 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Artikolu 102

L-użu ta’ ditta tas-sorveljanza

L-avviż tas-sejħa parzjali għall-offerti msemmija fl-Artikolu 92a(1) jista' jistabbilixxi li għandha tintuża ditta internazzjonali indipendenti tas-sorveljanza għall-kontrolli dwar it-twettiq xieraq tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, b'mod partikolari dwar id-destinazzjoni aħħari u/jew l-użu aħħari ta’ l-alkoħol. L-ispiża ta’ dan is-servizz għandha titħallas mill-offerent rebbieħ, bħall-ispiża ta’ l-analiżi u l-verifika skond l-Artikolu 99 ta’ dan ir-Regolament.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 923/2007 (ĠU L 201, 2.8.2007, p. 9).


6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1434/2007

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' evażjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2074/2004 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki (ring binder) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina minn importazzjonijiet ta' ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki mibgħuta mit-Tajlandja, kemm jekk modifikati ftit kemm jekk le u kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kemm jekk le, u minn importazzjonijiet ta' ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki modifikati ftit li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b' mod partikolari l-Artikoli 13(3), 14(3) u 14(5) tiegħu,

Billi:

A.   TALBA

(1)

Il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 13 (3) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta’ evażjoni tal-miżuri antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(2)

It-talba tressqet fit-22 ta’ Ottubru 2007 minn Ring Alliance Ringbuchtechnik GmbH, produttur Komunitarju ta’ ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki.

B.   PRODOTT

(3)

Il-prodott ikkonċernat mill-possibbiltà ta’ evażjoni huwa ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li normalment jiġi ddikjarat taħt il-kodiċi NM ex 8305 10 00 (“il-prodott ikkonċernat”). Għall-għan ta' dan ir-Regolament, ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki għandhom jikkonsistu f'żewġ pjanċi ta’ l-azzar rettangolari jew wajers b'għallinqas erba' nofs ċrieki magħmula minn wajer ta' l-azzar imwaħħlin fuqu u li huma miżmuma flimkien permezz ta' għata ta’ l-azzar. Jistgħu jinfetħu jew billi jinġibdu n-nofs ċrieki jew b'mekkaniżmu ta’ l-azzar li jaħdem b'reazzjoni mwaħħal mal-mekkaniżmu ta' legaturi biċ-ċrieki.

(4)

Il-prodotti li qed jiġu investigati huma ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki li huma modifikati ftit u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, normalment iddikjarati taħt il-kodiċi NM ex 8305 10 00 (ikklassifikati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament taħt il-kodiċi TARIC 8305100090), u ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki, kemm jekk immodifikati ftit kemm jekk le, mibgħuta mit-Tajlandja, li normalment huma ddikjarati taħt il-kodiċi NM ex 8305 10 00 (ikklassifikati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament taħt il-kodiċijiet TARIC 8305100019, 8305100029 u 8305100090) (“il-prodotti li qed jiġu investigati”).

Ċ.   MIŻURI EŻISTENTI

(5)

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa u li possibilment qegħdin jiġu evażi huma l-miżuri antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2074/2004 (2) kif estiż għall-importazzjonijiet ta' l-istess prodott mibgħut mill-Vjetnam (3) u mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos (4).

D.   RAĠUNIJIET

(6)

It-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qegħdin jiġu evażi permezz ta’ modifika żgħira tal-prodott ikkonċernat biex b’hekk jaqa’ taħt il-kodiċijiet doganali li normalment mhumiex suġġetti għall-miżuri, b’mod partikolari l-kodiċi NM ex 8305 10 00 (ikklassifikati qbael id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolanent taħt il-kodiċi TARIC 8305100090), u li l-modifika ma tbiddilx il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott ikkonċernat. Eżempji ta’ dawn it-tipi modifikati ftit huma l-mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki b'aktar minn żewġ pjanċi rettangolari ta' l-azzar jew wajers u/jew bi pjanċi ċċanfrinati, il-mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki b'żewġ pjanċi ta’ l-azzar li t-truf tagħhom ikunu ġew maqtugħa u/jew li jkollhom forom ta’ snien b’mod li l-forma tagħhom ma tibqax rettangolari. Barra minn hekk, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qegħdin jiġu evażi permezz ta' trasbord mit-Tajlandja tal-prodott ikkonċernat, kemm jekk modifikat ftit (bil-mod kif deskritt hawn fuq) kemm jekk le.

(7)

L-evidenza mressqa hija kif ġejja:

It-talba turi li seħħet bidla sinifikanti fit-tendenzi tal-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjoni mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja lejn il-Komunità, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq il-prodott ikkonċernat u li ma hemmx raġuni jew ġustifikazzjoni biżżejjed għajr l-impożizzjoni tad-dazju għal bidla bħal din.

Din il-bidla fit-tendenza tal-kummerċ tidher li toriġina mill-modifika żgħira tal-prodott ikkonċernat u mit-trasbord mit-Tajlandja ta' ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kemm jekk modifikati ftit kemm jekk le.

Barra minn hekk, it-talba għandha biżżejjed evidenza prima facie li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri antidumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qegħdin jiddgħajfu f’termini kemm ta’ kwalità kif ukoll ta’ prezz. Volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet tal-prodotti li qed jiġu investigati jidhru li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza li din iż-żieda fl-importazzjonijiet qiegħda ssir bi prezzijiet ferm taħt il-prezz ta' bla danni stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

Fl-aħħarnett, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-prezzijiet tal-prodotti li qed jiġu investigati huma l-oġġett ta' dumping fir-rigward tal-valur normali preċedentement stabbilit għall-prodott ikkonċernat.

Jekk il-prassi ta' evażjoni li hija koperta bl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr dik imsemmija hawn fuq, tiġi identifikata fl-andament ta' l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista' tkopri din il-prassi wkoll.

E.   PROĊEDURA

(8)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti evidenza biżżejjed biex tiġġustifika l-ftuħ ta' investigazzjoni skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjoni ta' ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki mibgħuta mit-Tajlandja, kemm jekk modifikati ftit kemm jekk le u kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u kemm jekk le, u l-importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, suġġetti għal reġistrazzjoni, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(a)

Kwestjonarji

Biex tikseb it-tagħrif li tqis neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ esportaturi/produtturi fit-Tajlandja, lill-esportaturi/produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-importaturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ l-importaturi fil-Komunintà li kkooperaw fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja. Tagħrif, kif xieraq, jista' jintalab ukoll mill-industrija Komunitarja.

Ikun xi jkun il-każ, il-partijiet kollha interessati għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, iżda mhux aktar tard mil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament biex ikunu jafu jekk humiex elenkati fit-talba, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, billi l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja se jkunu nnotifikati bil-ftuħ ta' l-investigazzjoni.

(b)

Il-ġbir tat-tagħrif u ż-żamma tas-seduti

Il-partijiet interessati kollha huma permezz ta' dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm ikunu għamlu talba bil-miktub u wrew li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

(ċ)

L-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta' l-importazzjonijiet jew mill-miżuri

Skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodotti li qed jiġu investigati jistgħu jkunu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tkunx tikkostitwixxi evażjoni.

Peress li l-possibbiltà ta' evażjoni ssir barra mill-Komunità, eżenzjonijiet jistgħu jingħataw, skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lill-produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat li jistgħu juru li m'huma relatati ma' l-ebda produttur suġġett għall-miżuri u li jinstabu li mhumiex involuti fi prassi ta' evażjoni kif definita fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom jibagħtu talba appoġġjata sewwa mill-evidenza fil-limitu taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament.

F.   REĠISTRAZZJONI

(9)

Skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodotti li qed jiġu investigati għandhom ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni biex jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'sejbiet ta’ evażjoni, dazji ta' l-antidumping ta' ammont xieraq jistgħu jiġu intaxxati b’mod retroattiv mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet.

Ġ.   LIMITI TAŻ-ŻMIEN

(10)

Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, għandhom jiġu ddikjarati l-limiti taż-żmien biex:

il-partijiet interessati jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni, iressqu fehmiethom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju tagħhom jew kull tagħrif ieħor li jrid jitqies fl-investigazzjoni,

il-produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Tajlandja jistgħu jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta' l-importazzjonijiet jew tal-miżuri,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju ta’ ħafna mid-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi fuq il-fatt li l-partijiet jippreżentaw lilhom infushom fil-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

H.   NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI

(11)

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għat-tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdihx fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(12)

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, dak it-tagħrif għandu jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk ibbażati fuq fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

I.   L-IPPROĊESSAR TA' DATA PERSONALI

(13)

Ta' min jinnota li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-ħarsien ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' dik id-data  (5).

J.   L-UFFIĊJAL TAS-SMIGĦ

(14)

Ta' min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, ikunu jistgħu jitolbu l-intervent ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ tad-DĠ Kummerċ. Huwa jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien ta’ l-interessi tagħhom f’din l-investigazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament ta' preżentazzjonijiet tal-fehmiet orali u/jew bil-miktub. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fuq il-websjat tad-DĠ Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' dan qed tinfetaħ investigazzjoni skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, biex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki (li jikkonsistu f'żewġ folji rettangoli ta' l-azzar jew wajers b'mill-inqas erba' nofs ċrieki magħmula minn wajer ta' l-azzar imwaħħal magħhom u li jinżammu flimkien b'koperta ta' l-azzar u jistgħu jinfetħu billi jinġibdu n-nofs ċrieki jew b'mekkaniżmu żgħir ta' l-azzar li jaħdem b'reazzjoni mwaħħal mal-mekkaniżmu ta' legaturi biċ-ċrieki), li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8305 10 00 (il-kodiċijiet TARIC 8305100012, 8305100022 u 8305100032) konsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk modifikati ftit kemm jekk le u kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kemm jekk le, u ta’ ċerti mekkaniżmi ta’ legaturi biċ-ċrieki modifikati ftit li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8305 10 00 (il-kodiċijiet TARIC 8305100032 u 8305100039) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, hux qegħdin jevadu l-miżuri imposti mir-Regolament (KE) Nru 2074/2004.

Artikolu 2

L-awtoritajiet tad-Dwana huma b'dan mitluba, skond l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, li jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw i) il-mekkaniżmi kollha ta' legaturi biċ-ċrieki barra dawk identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2074/2004 u li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8305 10 00 (il-kodiċijiet TARIC 8305100032 u 8305100039) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u ii) il-mekkaniżmi kollha ta' legaturi biċ-ċrieki li jaqgħtu taħt il-kodiċi NM ex 8305 10 00 (il-kodiċijiet TARIC 8305100012, 8305100022 u 8305100032) konsenjati mit-Tajlandja, sew jekk huma dikjarati li oriġinaw mit-Tajlandja se jekk le.

Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' Regolament, titlob lill-awtoritajiet tad-Dwana jieqfu mir-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' prodotti manifatturati mill-produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li ma jkunux qegħdin jevadu d-dazji ta' l-antidumping.

Artikolu 3

1.   Il-kwestjonarji għandhom jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2.   Il-partijiet interessati, jekk iridu li r-rappreżentazzjonijiet tagħhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għajr jekk speċifikat mod ieħor.

3.   Il-produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Tajlandja li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta' l-importazzjonijiet jew mill-miżuri għandhom jibagħtu talba appoġġjata sewwa mill-evidenza fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

4.   Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

5.   Kull tagħrif marbut mal-kwistjoni, kull talba għal seduta jew għal kwestjonarju kif ukoll kull talba għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjonijiet jew mill-miżuri trid issir bil-miktub (mhux f’format elettroniku, sakemm mhux speċifikat mod ieħor) u trid tindika l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Kull preżentazzjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Limitata (6) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Fax (+32 2) 295 65 05

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 359, 4.12.2004, p. 11.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1208/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 33/2006 (ĠU L 7, 12.1.2006, p. 1).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(6)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa mħares skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping).


6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1435/2007

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li jerġa' jiftaħ is-sajd għall-aringi fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku [titlu mhux uffiċjali] (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Fid-19 ta’ April 2007, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, li kienet se tagħlaq is-sajd għall-aringi fl-ilmijiet taż-żona III d ta' l-ICES fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku mill-20 ta’ April 2007.

(3)

Fil-16 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, u l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, adottat ir-Regolament (KE) Nru 546/2007 (4) li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fiż-żona III d ta' l-ICES fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja jew li huma rreġistrati fil-Ġermanja, b'effett mill-istess data.

(4)

Skond l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni mill-awtoritajiet Ġermaniżi, għad hemm disponibbli kwantità ta' aringi fil-kwota Ġermaniża fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku. Għalhekk, għandu jiġu awtorizzat is-sajd għall-aringi f'dawn l-ilmijiet minn bastimenti jtajru l-bandiera tal-Ġermanja jew li huma rreġistrati fil-Ġermanja.

(5)

Din l-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-19 ta’ Novembru 2007, biex il-kwantità ta' aringi kkonċernata tkun tista' tinqabad sa tmiem din is-sena.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2007 għandu jiġi revokat b'effett mit-19 ta’ Novembru 2007.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 546/2007 huwa b'dan irrevokat.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-19 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).

(4)  ĠU L 129, 17.5.2007, p. 23.


ANNESS

Nru

83 – Ftuħ mill-ġdid

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

HER/3D-R31

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku

Data

19.11.2007


6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1436/2007

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tal-KE u Internazzjnali fiż-żona V ta' l-ICES; l-ilmijiet Internazzjonali taż-żoni XII u XIV ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Estonja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

82

Stat Membru

L-Estonja

Stokk

RED/51214.

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-KE u internazzjonali ta' V; l-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV

Data

12.11.2007


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri

6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/31


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,

tas-26 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni Nru 2005/446/KE li tistabbilixxi terminu perentorju għall-impenn tal-fondi tad-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF)

(2007/792/KE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ l-Istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou, fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE”),

Wara li kkunsidraw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar”) (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 33a tagħha,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Finanzjament u l-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (4), (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Intern tad-disa' EDF”, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Finanzjament ta’ l-Għajnuna Komunitarja fil-Qafas Finanzjarju Multi-annwali għall-perjodu 2008 sa l-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat tal-KE (5) (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim Intern ta’ l-għaxar EDF”),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2005/446/KE tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2005 (6) tistabbilixxi l-31 ta’ Diċembru 2007 bħala d-data li warajha l-fondi tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem indikat bħala “l-EDF”) ġestit mill-Kummissjoni, is-sussidji ta’ l-imgħax ġestiti mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (minn hawn 'il quddiem “BEI”) u d-dħul mill-imgħax fuq dawn l-approprjazzjonjiet m'għandhomx ikunu impenjati aktar.

(2)

Il-punt 4 ta’ l-Anness Ib (7) (il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perjodu 2008 sa l-2013) mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE jipprevedi eċċezzjoni għal dik ir-regola ġenerali għal bilanċi u fondi diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2007 li jirriżultaw mis-sistema li tiggarantixxi l-istabbilizzazzjoni tad-dħul mill-esportazzjoni minn prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt l-EDFs qabel id-disa' EDF u għall-bilanċi li jifdal u r-rimborżi ta’ l-ammonti allokati għall-finanzjament tal-Faċilità ta’ Investiment, bl-esklużjoni tas-sussidji ta’ l-imgħax relatati.

(3)

Dak l-istess punt jipprevedi wkoll li jistgħu jibqgħu jiġu impenjati fondi wara l-31 ta’ Diċembru 2007 sabiex tiġi żgurata l-kapaċità operattiva ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-UE u sabiex jiġu koperti l-ispejjeż rikorrenti għas-sostenn tal-proġetti li jkunu għaddejjin sakemm jidħol fis-seħħ l-għaxar EDF.

(4)

Id-dħul fis-seħħ ta’ l-għaxar EDF jista' jiġi estiż għal wara l-1 ta’ Jannar 2008.

(5)

Id-Deċiżjoni 2005/446/KE u l-punt 4 ta’ l-Anness Ib mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE jeħtieġu li jiġu rikonċiljati.

(6)

Minħabba ċirkostanzi ta’ natura ta’ force majeure, l-istabbiliment tal-proġetti u l-programmi, finanzjati minn allokazzjonijiet finanzjarji disponibbli taħt id-disa' EDF wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2007) 3856, tas-16 ta’ Awissu 2007, ta’ ri-allokazzjoni wara r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu, ġiet posposta b'sitt xhur fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej Franċiżi (minn hawn 'il quddiem indikati bħala “OCTs”) fir-Reġjun tal-Paċifiku li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni 2005/446/KE huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Id-data li warajha l-fondi tad-disa' EDF ġestiti mill-Kummissjoni, ma jkunux impenjati, għandha tiġi stabbilita bħala l-31 ta’ Diċembru 2007, minbarra l-bilanċi u l-fondi mneħħija milli jkunu impenjati li jirriżultaw mis-sistema li tiggarantixxi l-istabbilizzazzjoni tad-dħul mill-esportazzjoni minn prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt l-EDFs ta’ qabel id-disa' EDF u għall-bilanċi ta’ l-allokazzjonijiet tad-disa' EDF għall-finanzjament ta’ l-inizjattivi msemmija fid-Dokumenti ta’ Programmazzjoni Unika ta’ l-OCTs Franċiżi fir-Reġjun tal-Paċifiku. Din id-data tista' tiġi riveduta jekk dan ikun meħtieġ.

2.   Il-bilanċi u l-fondi diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2007 li jirriżultaw mis-sistema li tiggarantixxi l-istabbilizzazzjoni tad-dħul mill-esportazzjoni minn prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt l-EDFs qabel id-disa' EDF għandhom jiġu ttrasferiti għall-għaxar EDF u għandhom jiġu allokati għall-programm indikattiv ta’ l-Istati AKP u l-OCTs rispettivi. Id-data li warajha l-fondi tad-disa' EDF ġestiti mill-Kummissjoni għall-finanzjament ta’ l-inizjattivi msemmija fid-Dokumenti ta’ l-Ipprogrammar Uniku ta’ l-OCTs Franċiżi fir-Reġjun tal-Paċifiku ma jkunux aktar impenjati, għandha tiġi stabbilita bħala t-30 ta’ Ġunju 2008.

3.   Meta d-dħul fis-seħħ ta’ l-għaxar EDF jaqa' wara l-31 ta’ Diċembru 2007, il-bilanċi mid-disa' EDF jew minn EDFs preċedenti u l-fondi diżimpenjati minn proġetti taħt dawn l-EDFs jistgħu jiġu impenjati matul il-perjodu bejn il-31 ta’ Diċembru 2007 u d-dħul fis-seħħ ta’ l-għaxar EDF, f'liema każ għandhom jintużaw biss sabiex tiġi żgurata l-abbilta' tax-xogħol ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-UE u sabiex tkopri l-ispejjeż rikorrenti għas-sostenn tal-proġetti li jkunu għaddejjin sakemm jidħol fis-seħħ l-għaxar EDF.

4.   Id-dħul mill-imgħax fuq l-approprjazzjonijiet ta’ l-EDF għandu jintuża sabiex ikopri l-ispejjeż marbuta ma’ l-implimentazzjoni tar-riżorsi tad-disa' EDF skond l-Artikolu 9 tal-Ftehim Intern tad-disa' EDF sakemm jidħol fis-seħħ l-għaxar EDF, wara liema data dan id-dħul għandu jkun riżervat għal spejjeż ta’ sostenn marbuta ma’ l-EDF kif deskritt fl-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern ta’ l-għaxar EDF.

Artikolu 2

1.   Id-data li warajha s-sussidji tar-rata ta’ l-imgħax ġestiti mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (BEI) ma jkunux impenjati għandha tiġi stabbilita bħala l-31 ta’ Diċembru 2007 jew id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ l-għaxar EDF, skond liema minnhom tkun l-aktar tard. Din id-data tista' tiġi riveduta jekk dan ikun meħtieġ.

2.   Il-bilanċi li jifdal u l-ispejjeż ta’ l-ammonti allokati għall-finanzjament tal-Faċilità ta’ Investiment ġestita mill-BEI, esklużi s-sussidji ta’ l-imgħax relatati, għandhom jiġu ttrasferiti għall-għaxar EDF u għandhom jibqgħu allokati għall-Faċilità ta’ Investiment.”

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

F'isem il-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(3)  ĠU L 314, 30.11.2001 p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/249/KE (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33).

(4)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(5)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(6)  ĠU L 156, 18.6.2005, p. 19.

(7)  L-Anness Ib kif inkluż fl-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE (ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22).


Kummissjoni

6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Novembru 2007

dwar il-ħatra tal-membri tal-grupp ta’ djalogu għall-partijiet interessati fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tal-protezzjoni tal-konsumaturi stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2007/602/KE

(2007/793/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/602/KE tal-5 ta’ Settembru 2007 li twaqqaf il-grupp ta’ djalogu għall-partijiet interessati fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tal-protezzjoni tal-konsumaturi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-grupp ta’ djalogu tal-partijiet interessati fl-oqsma tas-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumaturi twaqqaf permezz tad-Deċiżjoni 2007/602/KE b'effett mill-10 ta’ Ottubru 2007 sabiex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-aħjar prassi fil-proċess ta’ konsultazzjoni u jgħinha wkoll biex tadatta aħjar il-proċessi tagħha li jinvolvu l-partijiet interessati għall-ħtiġijiet tagħhom fl-oqsma msemmija hawn fuq.

(2)

Skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2007/602/KE, il-membri tal-grupp għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn fost speċjalisti b'kompetenzi fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dik id-Deċiżjoni u li wieġbu għas-sejħa ta’ espressjoni ta’ interess.

(3)

Sejħa għall-espressjoni ta’ interess kienet ippubblikata fit-12 ta’ Ġunju 2007 u għalqet fis-27 ta’ Lulju 2007. Waslu madwar 127 applikazzjoni.

(4)

Dsatax-il speċjalista ġew identifikati mill-applikazzjonijiet li waslu bħala reazzjoni għas-sejħa ta’ espressjoni ta’ interess. Il-grupp jirrifletti rappreżentazzjoni bbilanċjata ta’ partijiet interessati kkonċernati mill-oqsma differenti ta’ politika koperti mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi Il-ħatriet isiru fuq il-bażi ta’ l-ogħla standards ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ ħila esperta rilevanti u, konsistenti ma’ dawn il-kriterji, l-usa' tqassim ġeografiku possibbli fi ħdan il-Komunità, kif ukoll bilanċ bejn is-sessi.

(5)

Għandha tiġi adottata Deċiżjoni ulterjuri mill-Kummissjoni li tistipula liema membri għandhom jinħatru għal terminu ta’ erba' snin ta’ kariga u liema membri għandhom jinħatru għal terminu ta’ sentejn ta’ kariga skond l-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2007/602/KE,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni taħtar permezz ta’ dan il-persuni li ġejjin bħala membri tal-grupp ta’ djalogu tal-partijiet interessati:

 

BAX Willemien

 

BERTELETTI KEMP Florence

 

CZIMBALMOS Ágnes

 

DAVCHEVA Yanka

 

DI PUPPO Roshan

 

FEDERSPIEL Benedicte

 

FELLER Roxane

 

GALLANI Barbara

 

GOUVEIA Rodrigo

 

JONNAERT Erik

 

KETTLITZ Beate

 

KNABE Agnese

 

MACCHIA BANGSGAARD Flaminia

 

PELLEGRINO Patrice

 

ORTEGA PECINA David Miguel

 

RAWLING Ruth

 

ROSS Melody

 

SHEPPARD Philip

 

TIDDENS-ENGWIRDA Lisette

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ghandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Novembru 2007.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 234, 6.9.2007, p 13.


6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Novembru 2007

li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5751)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/794/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 ta' l-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidali fis-suq, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000, u b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2032/2003 jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(2)

Għal għadd ta’ sustanzi/tlaqqigħat ta’ tipi ta’ prodotti inklużi f’dik il-lista, jew kienu rtiraw il-parteċipanti kollha inkella sa d-dati ta’ skadenza speċifikati fl-Annessi V u VIII għar-Regolament (KE) Nru 2032/2003 ma kien għadu ġie rċevut l-ebda dossier min-naħa ta’ l-Istat Membru Rapporteur li kien inkarigat biex jagħmel l-evalwazzjoni.

(3)

Minħabba f”hekk, u skond l-Artikoli 8(3) u (4) u 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri b’dan. Fl-14 ta’ Ġunju 2006 l-informazzjoni ġiet ukoll ippubblika elettronikament.

(4)

Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ din l-informazzjoni, xi kumpaniji indikaw l-interess tagħhom li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għal xi wħud mis-sustanzi u tipi ta’ prodotti kkonċernati, f’konformità ma’ l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2032/2003.

(5)

Għaldaqstant, għandha tiġi stabbilita data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal dawn is-sustanzi u tipi ta’ prodott.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għas-sustanzi u tipi ta’ prodotti stipulati f’dan l-Anness għandha tkun it-30 ta’ April 2008.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1849/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 63).


ANNESS

SUSTANZI U TIPI TA’ PRODOTTI LI D-DATA TA’ SKADENZA ĠDIDA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAD-DOSSIERS TAGĦHOM HIJA T-30 TA’ APRIL 2008.

Isem

Numru EC

Numru CAS

Tip ta’ prodott

Linalool

201-134-4

78-70-6

19

Geraniol

203-377-1

106-24-1

18

Geraniol

203-377-1

106-24-1

19

Propoxur

204-043-8

114-26-1

18

Fenitrothion

204-524-2

122-14-5

18

Dijossidu tal-karbonju

204-696-9

124-38-9

19

Antranilat tal-metil

205-132-4

134-20-3

19

Diazinon

206-373-8

333-41-5

18

Oct-1-ene-3-ol

222-226-0

3391-86-4

19

Piretrini u Piretrojdi

232-319-8

8003-34-7

19

S-[(6-chloro-2-oxooxazolo[4,5-b]pyridin-3(2H)-yl)methyl] O,O-dimethyl thiophosphate/Azamethiphos

252-626-0

35575-96-3

18

5,5-dimethyl-perhydro-pyrimidin-2-one.alpha.-(4-trifluoromethylstyryl)-.alpha.-(4-trifluoromethyl)cinnamylidenehydrazone/Hydramethylnon

405-090-9

67485-29-4

18