ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 314

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
1 ta' Diċembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1411/2007 tat-30 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1412/2007 tat-30 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2007

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1413/2007 tat-30 ta' Novembru 2007 li jiddefinixxi koeffiċjent tat-tnaqqis rigward il-medda għall-kull bidwi li għaliha tintalab l-għajnuna għall-għelejjel ta' l-enerġija għall-2007

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1414/2007 tat-30 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-zona Kattegat ta' l-ICES (lejn in-Nofsinhar minn III a) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

7

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/779/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (imfassla mill-ġdid) ( 1 )

9

 

 

2007/780/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/17/KE dwar l-ekwivalenza ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuħ tar-raba’ li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi ( 1 )

20

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/781/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Awwissu 2007 li tiddikjara li konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni u mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.4523 – Travelport/Worldspan) (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3938)  ( 1 )

21

 

 

2007/782/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2007 li tapprova programmi nazzjonali annwali u multi-annwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda, kontroll u sorveljanza ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali, ippreżentati mill-Istati Membri għall-2008 u snin ta’ wara. (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5776)

29

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 314/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1411/2007

tat-30 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

114,0

MA

70,5

TR

86,7

ZZ

90,4

0707 00 05

JO

196,3

MA

51,7

TR

103,2

ZZ

117,1

0709 90 70

MA

46,7

TR

127,3

ZZ

87,0

0709 90 80

EG

301,9

ZZ

301,9

0805 20 10

MA

67,0

ZZ

67,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

62,9

HR

26,3

IL

67,2

TR

90,4

UY

82,5

ZZ

65,9

0805 50 10

AR

72,2

EG

79,1

TR

107,4

ZA

59,3

ZZ

79,5

0808 10 80

AR

87,7

CA

108,3

CL

86,0

CN

87,6

MK

30,6

US

95,5

ZA

95,7

ZZ

84,5

0808 20 50

AR

49,2

CN

59,7

TR

145,7

US

109,4

ZZ

91,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 314/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1412/2007

tat-30 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mill-1 ta’ Diċembru 2007 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Diċembru 2007 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6). Ir-Regolament (KEE) Nru 1784/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2007

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

16.11.2007-29.11.2007

1.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (**)

Qamħ iebes kwalità baxxa (***)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

234,78

102,09

Prezz FOB USA

408,20

398,20

378,20

154,00

Tariffa fuq il-Golf

19,26

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

15,42

2.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

54,40  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

47,16  EUR/t


(*)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(**)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(***)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 314/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1413/2007

tat-30 ta' Novembru 2007

li jiddefinixxi koeffiċjent tat-tnaqqis rigward il-medda għall-kull bidwi li għaliha tintalab l-għajnuna għall-għelejjel ta' l-enerġija għall-2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 89(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabilixxi żona [medda] massima garantita ta' 2 000 000 ettaru eliġibbli għal għajnuna għal prodotti [għelejjel] ta' l-enerġija skond l-Artikolu 88 ta' dak ir-Regolament. L-Artikolu 89(2) jistipula li fejn iż-żona li għaliha hi mitluba l-għajnuna teċċedi ż-żona massima garantita, iż-żona għal kull bidwi li għaliha hi mitluba l-għajnuna għandha titnaqqas b’mod proporzjonali f’dik is-sena.

(2)

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta' Ottubru 2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward ta' skemi ta' appoġġ ipprovduti bit-Titoli IV u IVa ta' dak ir-Regolament u l-użu ta' artijiet imwarrba għall-produzzjoni ta' materja prima (2) [titlu mhux uffiċjali], koeffiċent ta' tnaqqis irid jiġi ffisat qabel ma l-ħlas jingħata lill-bdiewa, u l-iktar tard sal-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara, abbażi ta' l-informazzjoni kkomunikata f'konformità ma' l-Artikolu 3(1)(b) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Skond l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004, l-Istati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-medda totali li għaliha kienet iffissata l-għajnuna għall-għelejjel ta' l-enerġija skond l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għas-sena 2007. Abbażi ta' dawn il-komunikazzjonijiet, ġie stabbilit li l-medda totali għall-2007 kienet 2 843 450 ettaru.

(4)

Peress li l-ammont ta' hawn fuq ta' 2 843 450 ettaru jeċċedi l-medda massima garantita ta' 2 000 000 ettaru eliġibbli għall-għajnuna, jeħtieġ li jiġi ffissat it-tnaqqis tal-koefiċjent li għandu jiġi applikat għall-medda għal kull bidwi li għaliha tintalab l-għajnuna għall-2007.

(5)

Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-koeffiċjent tat-tnaqqis li għandu japplika għall-medda għal kull bidwi li għaliha tintalab l-għajnuna għall-għelejjel ta' l-energija skond l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-2007 għandha tkun 0,70337.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).

(2)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 993/2007 (ĠU L 222, 28.8.2007, p. 10).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 314/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1414/2007

tat-30 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-zona Kattegat ta' l-ICES (lejn in-Nofsinhar minn III a) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

75

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

COD/03AS.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

Kattegat

Data

13.11.2007


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 314/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2007

li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (imfassla mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/779/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 203 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Għadd ta’ tibdiliet sostanzjali għandhom isiru fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom tat-23 ta’ Ottubru 2001 li tistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju biex jiffaċilita l-kooperazzjoni rrinfurzata fl-interventi ta’ assistenza tal-protezzjoni ċivili (3) (minn hawn 'il quddiem “il-Mekkaniżmu”) sabiex ir-reazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea f'emerġenza issir aktar konsistenti u effiċjenti. Għall-finijiet taċ-ċarezza, dik id-Deċiżjoni għandha titfassal mill-ġdid.

(2)

F'dawn l-aħħar snin, kien hemm żieda sinifikanti fl-okkorrenza, is-severità u l-intensità tad-diżastri naturali, bir-riżultat ta’ l-imwiet ta’ nies, it-telf ta’ proprjetà, inkluż il-wirt kulturali, il-qerda ta’ l-infrastruttura ekonomika u soċjali u l-ħsara lill-ambjent.

(3)

L-azzjoni Komunitarja sabiex timplimenta r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill, fit-8 ta’ Lulju 1991 dwar it-titjib ta’ l-għajnuna reċiproka bejn l-Istati Membri fil-każ ta’ diżastru naturali jew teknoloġiku (4) għenet sabiex tipproteġi n-nies, l-ambjent u l-proprjetà. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (UN/ECE) dwar l-Effetti li Jaqsmu l-Fruntieri ta’ l-Inċidenti Industrijali, approvata mill-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/685/KE (5), għenet biex tkompli ttejjeb il-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri industrijali.

(4)

L-għan ġenerali tal-Mekkaniżmu huwa li jipprovdi, fuq talba, appoġġ fl-eventwalità ta’ emerġenzi u li jiffaċilita koordinazzjoni mtejba ta’ interventi ta’ assistenza pprovduti mill-Istati Membri u mill-Komunità, b'kont meħud ukoll tal-ħtiġijiet speċjali tar-reġjuni iżolati, l-aktar periferali u oħrajn tal-Komunità. Dawn l-aħħar snin raw żieda konsiderevoli fl-għadd ta’ pajjiżi li talbu l-assistenza mill-Mekkaniżmu għall-għajnuna tal-protezzjoni ċivili. Il-Mekkaniżmu għandu jissaħħaħ biex tiġi żgurata turija aktar effikaċi u viżibbli tas-solidarjetà Ewropea, u biex tippermetti l-iżvilupp ta’ kapaċità Ewropea tar-reazzjoni rapida abbażi tal-moduli tal-protezzjoni ċivili ta’ l-Istati Membri, kif talbu li jsir il-Kunsill Ewropew tas-16 u s-17 ta’ Ġunju 2005 u l-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Jannar 2005 dwar id-diżastru tat-tsunami.

(5)

Il-Mekkaniżmu jrid jikkunsidra kif mistħoqq leġislazzjonijiet u obbliġi internazzjonali rilevanti Komunitarji. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi reċiproċi ta’ l-Istati Membri fit-trattati bilaterali jew multilaterali, li jirreferu għall-materji koperti b’din id-Deċiżjoni.

(6)

Il-Mekkaniżmu għandu jiffaċilita r-reazzjoni tal-protezzjoni ċivili għal kull tip ta’ emerġenza kbira, inklużi d-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, atti ta’ terroriżmu u inċidenti teknoloġiċi, radjoloġiċi u ambjentali, inkluż t-tniġġis aċċidentali ta’ l-ibħra li jseħħu ġewwa jew barra l-Komunità. L-għajnuna tal-protezzjoni ċivili tista' tkun meħtieġa f'dawn l-emerġenzi kollha, biex tikkomplementa l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-pajjiż affettwat.

(7)

Il-prevenzjoni hi ta’ importanza sinifikanti għall-protezzjoni kontra d-diżastri naturali, teknoloġiċi u ambjentali u tkun teħtieġ li tiġi kkunsidrata iktar azzjoni. Billi tagħti kontribut għall-issuktar ta’ l-żvilupp ta’ sistemi ta’ individwazzjoni u ta’ twissija bikrija, il-Komunità għandha tgħin lill-Istati jnaqqsu kemm jista' jkun il-ħin meħtieġ biex jirreaġixxu għad-diżastri u jallertaw liċ-ċittadini ta’ l-UE. Dawn is-sistemi għandhom iqisu u jibnu fuq is-sorsi eżistenti ta’ l-informazzjoni.

(8)

Jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta’ tħejjija fil-livell ta’ l-Istat Membru u tal-Komunità li jippermettu li jiġu organizzati u miġbura timijiet ta’ l-intervent għall-għajnuna fl-emerġenzi bil-ħeffa u kkoordinati bil-flessibbiltà meħtieġa u li tiġi żgurata, permezz ta’ programm ta’ taħriġ, il-kapaċità għal rispons effettiv u l-kumplimentarjetà tat-timijiet ta’ l-evalwazzjoni u/jew il-koordinament, it-timijiet ta’ l-intervent u riżorsi oħra, kif xieraq.

(9)

Miżuri oħra ta’ tħejjija jinkludu l-ġbir u t-tqegħid flimkien tat-tagħrif li jkollu x'jaqsam mar-riżorsi mediċi meħtieġa u l-istimulu ta’ l-użu ta’ teknoloġiji ġodda. Dik l-informazzjoni tikkonċerna r-riżorsi mediċi li l-Istati Membrijistgħu jagħmlu disponibbli, fuq bażi volontarja, għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika wara talba għal intervent taħt il-Mekkaniżmu. Skond l-Artikolu 296 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ebda Stat Membru m'għandu jkun obbligat jipprovdi informazzjoni li hu jqis li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

(10)

L-iżvilupp ta’ moduli addizzjonali ta’ l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili, li jkunu magħmulin mir-riżorsi ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, li jimmiraw li jkunu kompletament interoperabbli, għandu jiġi kkunsidrat sabiex jingħata kontribut għall-iżvilupp ta’ kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-protezzjoni ċivili. Il-moduli jkunu organizzati fil-livell ta’ l-Istati Membri u soġġetti għad-direzzjoni u l-kmand tagħhom.

(11)

Fl-eventwalità ta’ emerġenza kbira ġewwa l-Komunità, jew ta’ periklu imminenti ta’ dan, li jikkawżaw, jew ikun kapaċi li jikkawżaw, effetti li jaqsmu l-fruntieri li jistgħu jirriżultaw f’sejħa għall-għajnuna minn Stat Membru jew aktar, ikun hemm il-ħtieġa għal notifika rilevanti li trid issir kif xieraq permezz ta’ sistema stabbilita affidabbli ta’ komunikazzjoni u ta’ tagħrif dwar l-emerġenzi.

(12)

Il-mekkaniżmu għandu jagħmilha possibbli illi jiġi organizzat u miġbur, u ffaċilitat il-koordinament ta’ l-interventi ta’ l-għajnuna sabiex tkun żgurata protezzjoni aħjar primarjament tan-nies iżda wkoll ta’ l-ambjent u tal-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali, biex b’hekk jitnaqqsu t-telf tal-ħajja umana, il-korrimenti, il-ħsarat materjali, ekonomiċi u ambjentali, u jagħmel iktar tanġibbli l-kisba tal-miri tal-koeżjoni soċjali u tas-solidarjetà. Il-kooperazzjoni msaħħa fl-interventi ta’ l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili għandha tissejjes fuq struttura Komunitarja tal-protezzjoni ċivili li tkun tikkonsisti f'ċentru tal-monitoraġġ u l-informazzjoni u sistema komuni tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni ta’ l-emerġenza, ġestita mill-Kummissjoni, u punti ta’ kuntatt fl-Istati Membri. Għandha tipprovdi qafas għall-ġbir ta’ l-informazzjoni vvalidata ta’ l-emerġenza, għat-tixrid ta’ dik l-informazzjoni fost l-Istati Membri, u għall-qsim ta’ lezzjonijiet miksuba mill-interventi.

(13)

Il-punti ta’ kuntatt fl-Istati Membri għandhom ikunu fil-qagħda li jagħtu informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili mitluba mill-pajjiż milqut, inkluża informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ assi u kapaċitajiet militari.

(14)

Id-disponibbiltà ta’ mezzi adegwati tat-trasport jeħtiġilha li tittejjeb biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ kapaċità ta’ reazzjoni rapida fuq il-livell Komunitarju. Il-Komunità għandha tappoġġa u tikkomplementa l-isforzi ta’ l-Istati Membri billi tiffaċilita t-tqegħid flimkien tar-riżorsi tat-trasport ta’ l-Istati Membri u billi tikkontribwixxi, fejn dan ikun ta’ ħtieġa, għall-finanzjament ta’ mezzi addizzjonali tat-trasport.

(15)

Rigward l-intervent ta’ għajnuna fil-protezzjoni ċivili, il-Mekkaniżmu għandu jiffaċilita u jappoġġa l-azzjonijiet meħuda mill-Komunità u l-Istati Membri. L-interventi ta’ għajnuna barra mill-Komunità jistgħu jsiru jew b’mod awtonomu jew bħala kontribut għal ħidma mmexxija minn organizzazzjoni internazzjonali, għal liema każ il-Komunità għandha tiżviluppa r-relazzjonijiet tagħha ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

(16)

In-Nazzjonijiet Uniti, fejn tkun preżenti, għandha rwol ta’ koordinament komprensiv għall-operazzjonijiet ta’ għajnuna fil-pajjiżi terzi. L-għajnuna tal-protezzjoni ċivili pprovduta taħ til-Mekkaniżmu għandha tiġi kkoordinata man-Nazzjonijiet Uniti u partijiet oħra internazzjonali rilevanti biex kemm jista' jkun tkabbar l-użu tar-riżorsi disponibbli u tevita kwalunkwe duplikazzjoni inutli ta’ l-isforzi. Il-koordinazzjoni mtejba ta’ l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili permezz tal-Mekkaniżmu hija prerekwiżit għall-appoġġ ta’ l-isforz tal-koordinazzjoni globali u l-iżgurar ta’ kontribut Ewropew komprensiv għall-isforz globali ta’ għajnuna. F'emerġenzi kbar fejn l-għajnuna tingħata sew taħt il-Mekkaniżmu kif ukoll taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 ta’ l-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (6), il-Kummissjoni għandha tiżgura l-effikaċja, il-koerenza u l-komplementarjetà tar-reazzjoni komprensiva tal-Komunità.

(17)

Il-Mekkaniżmu jista’ jkun ukoll għodda sabiex jiffaċilita u jappoġġja l-ġestjoni ta’ kriżijiet skond id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u l-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-użu tal-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili fil-ġestjoni tal-kriżijiet kif riferit fit-Titolu V tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u r-rwol tal-Presidenza fil-ġestjoni ta’ kriżijiet taħt dak it-Titolu V.

(18)

Il-Mekkaniżmu jista' jintuża wkoll għall-assistenza konsulari ta’ appoġġ liċ-ċittadini ta’ l-UE f'emerġenzi kbar f'pajjiżi terzi rigward attivitajiet tal-protezzjoni ċivili jekk mitlub mill-awtoritajiet konsulari ta’ l-Istati Membri.

(19)

Meta l-użu ta’ assi u kapaċitajiet militari jitqies xieraq, il-kooperazzjoni mal-persunal militari għandha ssegwi l-modalitajiet, il-proċeduri u l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill jew il-korpi kompetenti tiegħu biex l-assi u l-kapaċitajiet militari rilevanti għall-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili jkunu disponibbli għall-Mekkaniżmu.

(20)

L-użu ta’ l-assi militari għandu wkoll ikun konsistenti mal-prinċipji tal-linji gwida rilevanti tan-NU.

(21)

Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi kandidati u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi oħra u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali għandhom ikunu possibbli.

(22)

Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (7).

(23)

L-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa bejn il-Komunita' u l-Istati Membri fl-intervent ta’ l-assistenza tal-protezzjoni ċivili fil-każ ta’ emerġenżi maġġuri u t-theddida imminenti ta’ dawn li ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, u jistgħu għaldaqstant, fid-dawl ta’ l-iskala jew l-effetti ta’ l-azzjoni proposta, u kont meħud tal-benefiċċji ġejjin mill-operazzjoni tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis fit-telf tal-ħajja u l-ħsara tal-bniedem, jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju.

Jekk il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni ta’ Stat Membru affettwat ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma’ emerġenza kbira, dan l-Istat għandu jkun jista' jagħmel appell għall-Mekkaniżmu Komunitarju biex jissupplimenta r-riżorsi tiegħu tal-protezzjoni ċivili. Il-Komunità tista' għalhekk tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan.

(24)

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika ma jagħtux poteri għall-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għajr dawk ta’ l-Artikoli 308 u 203, rispettivament,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

Is-Suġġett u l-Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 1

1.   Huwa hawnhekk stabbilit Mekkaniżmu Komunitarju, (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Mekkaniżmu”), sabiex jiffaċilita l-kooperazzjoni rinfurzata bejn il-Komunità u l-Istati Membri rigward l-intervent ta’ għajnuna fil-protezzjoni ċivili fil-każ ta’ emerġenzi kbar, jew it-theddida imminenti tagħhom.

2.   Il-protezzjoni li għandu jiżguraha il-Mekkaniżmu għandha tkopri primarjament in-nies iżda wkoll l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali, fil-każ ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, atti ta’ terroriżmu u aċċidenti teknoloġiċi, radjoloġiċi jew ambjentali inkluż it-tniġġis aċċidentali ta’ l-ibħra, li jseħħu ġewwa jew barra l-Komunità, fil-kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtiġijiet speċjali tar-reġjuni iżolati, l-aktar periferali u oħrajn jew il-gżejjer tal-Komunità.

Il-Mekkaniżmu ma għandu jaffettwa bl-ebda mod l-obbligi taħt il-leġislazzjonijiet rilevanti eżistenti tal-Komunità Ewropea jew il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika jew il-ftehimiet internazzjonali eżistenti.

Artikolu 2

Il-Mekkaniżmu jikkonsisti f'elementi u azzjonijiet inklużi:

1)

l-identifikazzjoni ta’ timijiet ta’ l-intervent u appoġġi oħra ta’ intervent disponibbli fl-Istati Membri għall-interventi ta’ għajnuna fl-eventwalità ta’ emerġenzi;

2)

l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ taħriġ għat-timijiet ta’ l-intervent u appoġġi oħra ta’ intervent, u għal esperti għat-timijiet responsabbli għall-evalwazzjoni u/jew il-koordinament;

3)

laqgħat ta’ ħidma, seminars u proġetti pilota dwar aspetti maġġuri ta’ l-interventi;

4)

li jiġu stabbiliti u mibgħuta t-timijiet responsabbli għall-evalwazzjoni u/jew koordinament;

5)

li jiġi stabbilit u ġestit Ċentru tal-Monitoraġġ u ta’ l-Informazzjoni, (MIC), li jkun aċċessibbli u kapaċi jirreaġixxi immedjatament 24 siegħa kuljum u li jaqdi l-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-finijiet tal-Mekkaniżmu;

6)

li tiġi stabbilita u ġestita Sistema Komuni ta’ Komunikazzjoni u nformazzjoni dwar l-Emerġenzi (CECIS) biex tippermetti l-komunikazzjoni u l-qsim ta’ l-informazzjoni bejn l-MIC u l-punti ta’ kuntatt operattivi ta’ l-Istati Membri;

7)

li jsir kontribut għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ individwazzjoni u ta’ twissija bikrija, għal diżastri, li jistgħu jolqtu t-territorju ta’ l-Istati Membri, sabiex jippermettu reazzjoni rapida min-naħa ta’ l-Istati Membri u l-Komunità, kif ukoll għall-istabbilment tagħhom permezz ta’ studji u evalwazzjonijiet dwar il-ħtieġa u permezz ta’ azzjonijiet għall-promozzjoni ta’ l-interkonnessjoni tagħhom u l-konnessjoni tagħhom mal-MIC u s-CECIS; dawk is-sistemi għandhom jieħdu kont ta’ u jibnu fuq informazzjoni eżistenti, sorsi ta’ monitoraġġ u individwazzjoni;

8)

li jiġu appoġġati l-Istati Membri fil-kisba ta’ aċċess għat-tagħmir u r-riżorsi tat-trasport billi:

(a)

tiġi pprovduta u kondiviża l-informazzjoni dwar it-tagħmir u r-riżorsi tat-trasport li jistgħu jsiru disponibbli mill-Istati Membri, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-ġbir flimkien ta’ tali tagħmir jew riżorsi tat-trasport;

(b)

jiġu assistiti l-Istati membri biex jidentifikaw, u jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għal, riżorsi tat-trasport li jistgħu jkunu disponibbli minn sorsi oħra, inkluż is-suq kummerċjali;

(ċ)

jiġu assistiti l-Istati membri biex jidentifikaw it-tagħmir li jista' jkun disponibbli minn sorsi oħra, inkluż is-suq kummerċjali;

9)

jiġi kkomplementat it-trasport pprovdut mill-Istati Membri billi jiġu pprovduti riżorsi addizzjonali tat-trasport meħtieġa biex tiġi żgurata reazzjoni rapida għal emerġenzi kbar;

10)

tiġi appoġġata l-assistenza konsulari liċ-ċittadini ta’ l-UE f'emerġenzi kbar f'pajjiżi terzi rigward attivitajiet tal-protezzjoni ċivili jekk mitlub mill-awtoritajiet konsulari ta’ l-Istati Membri;

11)

azzjonijiet oħra ta’ appoġġ u komplementarji li jkunu meħtieġa fil-qafas tal-Mekkaniżmu kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (8).

Artikolu 3

Għall-iskop ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1)

“emerġenza kbira” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni li għandha jew jista' jkollha impatt negattiv fuq il-persuni, l-ambjent jew il-proprjetà u li tista' tirriżulta f'sejħa għall-assistenza taħt dan il-Mekkaniżmu;

2)

“rispons” tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda taħt il-Mekkaniżmu waqt jew wara emerġenza maġġuri sabiex jiġu indirizzati l-konsegwenzi immedjati tagħha;

3)

“tħejjija” tfisser stat ta’ tħejjija u kapaċità ta’ mezzi umani u materjali li tippermettilhom jiżguraw reazzjoni rapida u effettiva għal emerġenza, bħala riżultat ta’ l-azzjoni meħuda minn qabel;

4)

“twissija bikrija” tfisser il-provvista ta’ informazzjoni fil-ħin u effettiva li tippermetti li tittieħed azzjoni biex tevita jew tirriduċi riskji u tiżgura preparatezza għal rispons effettiv;

5)

“modulu” tfisser aranġament awto-suffiċjenti u awtonomu tal-kapaċitajiet ta’ l-Istati Membri mmexxi mill-ħidma u l-ħtiġijiet jew tim mobbli operattiv ta’ l-Istati Membri li jirrappreżenta kombinazzjoni ta’ mezzi umani u materjali, li jista' jkun deskritt f'termini tal-kapaċità għal intervent jew permezz ta’ ħidma(iet) li huwa kapaċi jwettaq.

KAPITOLU II

L-istat ta’ preparament

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw bil-quddiem timijiet jew moduli ta’ l-intervent fi ħdan servizzi kompetenti tagħhom, b'mod partikolari s-servizzi tagħhom tal-protezzjoni ċivili jew servizzi oħra ta’ emerġenza, li jistgħu jkunu disponibbli għall-intervent jew li jistgħu jkunu stabbiliti f'qasir żmien u jintbagħtu, ġeneralment fi żmien 12-il siegħa wara t-talba għall-għajnuna. Għandhom iqisu li l-kompożizzjoni tat-tim jew tal-modulu tiddependi fuq it-tip ta’ l-emerġenza kbira u fuq il-ħtiġijiet partikolari ta’ dik l-emerġenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu esperti li jistgħu jiġu msejħa sabiex iservu fuq il-post ta’ l-emerġenza tim responsabbli għall-evalwazzjoni u/jew koordinament.

3.   L-Istati Membri għandhom jaħdmu fuq bażi volontarja biex jiżviluppaw moduli, b'mod partikolari biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ intervent jew ta’ appoġġ taħt il-Mekkaniżmu, li:

(a)

huma magħmula mir-riżorsi ta’ Stat wieħed jew aktar li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu;

(b)

huma kapaċi jwettqu ħidmiet fl-oqsma ta’ rispons;

(ċ)

huma kapaċi jwettqu l-ħidma tagħhom skond il-linji gwida internazzjonali rikonoxxuti u, għaldaqstant kapaċi:

(i)

jintbagħtu b'avviż ferm qasir wara talba għal assistenza,

(ii)

jaħdmu b'mod awto-suffiċjenti u awtonomu għal perijodu determinat ta’ żmien jekk iċ-ċirostanzi fil-post hekk jeħtieġu;

d)

huma interoperabbli ma’ moduli oħra;

e)

ikunu ħadu taħriġ u eżerċizzji biex jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ interoperabilita' taħt a) u d);

f)

tqiegħdu taħt l-awtorità ta’ persuna li hija responsabbli għall-funzjonament tagħhom;

g)

huma kapaċi jipprovdu assistenza lil korpi oħra ta’ l-UE u/jew istituzzjonijiet internazzjonali, speċjalment in-NU.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li jipprovdu, skond ma jkun meħtieġ, appoġġ ieħor ta’ l-intervent li jista' jkun disponibbli mingħand is-servizzi kompetenti, bħalma huma staff speċjalizzat u tagħmir biex jittrattaw emerġenza partikolari, u li jsejħu għall-użu ta’ riżorsi li jistgħu jiġu pprovduti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u entitajiet rilevanti oħra.

5.   L-Istati Membri li jixtiequ, jistgu, soett gar-restrizzjonijiet tas-sigurta' xierqa, jipprovdu l-informazzjoni dwar l-assi u l-kapaitajiet militari relevanti li jistgu jintu¿aw bala l-aar ga¿la bala parti minn assistenza tal-protezzjoni ivili permezz tal-Mekkani¿mu, bal appo ta' trasport jew loistiku jew mediku.

6.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif ġenerali rilevanti dwar it-timijiet, l-esperti, il-moduli u appoġġ ieħor ta’ l-intervent li jissemmew fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u minnufih jaġġornaw dan it-tagħrif meta meħtieġ, kif ukoll dwar ir-riżorsi mediċi msemmija f' punt (6) ta’ l-Artikolu 5.

7.   L-Istati Membri, appoġġati mill-Kummissjoni jekk jitolbu dan, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw it-trasport f'waqtu ta’ l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili offerta.

8.   L-Istati Membri għandhom jiddenominaw il-punti ta’ kuntatt u jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan kollu.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan li ġej:

1)

tistabbilixxi u tmexxi l-MIC;

2)

tistabbilixxi u tmexxi s-CECIS;

3)

tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ individwazzjoni u ta’ twissija bikrija għad-diżastri kif previst fil-punt (7) ta’ l-Artikolu 2;

4)

tistabbilixxi l-kapaċità li torganizza u tiġbor u tibgħat kemm jista' jkun malajr, timijiet żgħar ta’ esperti li jkunu responsabbli:

(a)

mill-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni ċivili ta’ l-Istat li jkun qed jitlob l-assistenza bil-ħsieb ta’ l-għajnuna disponibbli min-naħa ta’ l-Istati Membri u tal-Mekkaniżmu;

(b)

li jiffaċilitaw, meta jkun meħtieġ, il-koordinament tal-ħidmiet ta’ l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili fuq il-post u jikkoordinaw, meta jkun meħtieġ u xieraq, ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat li jitlob l-għajnuna;

5)

tistabilixxi programm ta’ taħriġ, bil-għan li jitjieb il-kordinament ta’ l-assistenza permezz ta’ intervent fil-protezzjoni ċivili billi jiġu żgurati l-kompatibbiltà u l-kumplimenarjetà bejn it-timijiet ta’ l-intervent u moduli msemmija fl-Artikolu 4(1) jew, kif xieraq, appoġġi oħra ta’ intervent kif stabbilit fl-Artikolu 4(4), u billi jtejbu l-kompetenza ta’ l-esperti li jagħmlu l-istima msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-programm għandu jinkludi korsijiet u eżerċizzi konġunti u sistema ta’ skambju li biha individwi jistgħu jiġu ssekondati mat-timijiet fi Stati Membri oħra;

6)

tiġbor flimkien u tikkompila fl-eventwalità ta’ emerġenza kbira, it-tagħrif dwar il-kapaċitajiet ta’ l-Istati Membri li jissoktaw il-produzzjoni tas-sera u tat-tilqim jew ta’ riżorsi oħra mediċi meħtieġa u jżommu ħażniet ta’ dawn li jistgħu jsiru disponibbli għall-intervent;

7)

tistabbilixxi programm ta’ tagħlimiet meħuda mill-interventi li jkunu saru fil-qafas tal-Mekkaniżmu u xxerred dawn it-tagħlimiet permezz tas-sistema ta’ l-informazzjoni;

8)

tistimula u tinkoraġġixxi l-introduzzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda għall-fini tal-Mekkaniżmu;

9)

tieħu l-miżuri elenkati fil-punti (8) u (9) ta’ l-Artikolu 2;

10)

tistabbilixxi l-kapaċità li tipprovdi l-appoġġ loġistiku tal-bażi għall-evalwazzjoni u/jew il-koordinament ta’ l-esperti;

11)

tieħu kwalunkwe azzjoni ta’ appoġġ u komplementari li tkun meħtieġa fil-qafas tal-Mekkaniżmu kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/162/KE, Euratom.

KAPITOLU III

Ir-Reazzjoni

Artikolu 6

1.   Fl-eventwalità ta’ emerġenza kbira ġewwa l-Komunità, jew it-theddida imminenti tagħha, li tikkawża jew tkun kapaċi tikkawża effetti li jaqsmu l-fruntieri, l-Istat Membru li fih tkun ġrat l-emerġenza għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li għandhom mnejn jiġu affettwati mill-emerġenza.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-obbligu tan-notifika jkun diġà ġie indirizzat taħt il-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità Ewropea jew tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika jew ftehim internazzjonali eżistenti.

2.   Fl-eventwalità ta’ emerġenza kbira ġewwa l-Komunità, jew it-theddida imminenti tagħha, li jista' jkollha l-konsegwenza li wieħed jew aktar mill-Istati Membri jsejjaħ/jsejħu għall-għajnuna, l-Istat Membru li fih tkun ġrat l-emerġenza għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika b'dan lill-Kummissjoni, meta tkun tista' tiġi antiċipata talba għall-għajnuna permezz ta’ l-MIC, biex il-Kummissjoni, kif ikun f'loku, tkun tista' tinforma lill-Istati Membri l-oħra u tħaddem is-servizzi kompetenti tagħha.

3.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandhom isiru permezz tas-CECIS, kif ikun f'loku.

Artikolu 7

1.   Meta tinqala’ emerġenza kbira ġewwa l-Komunità, l-Istat Membru jista’ jitlob l-għajnuna permezz ta’ l-MIC jew inkella direttament mill-Istati Membri l-oħra. It-talba għandha tkun speċifika kemm jista’ jkun.

2.   Fil-każ ta’ talba għall-għajnuna permezz ta’ l-MIC, il-Kummissjoni għandha, mal-wasla ta’ talba bħal din, kif xieraq u mingħajr dewmien:

(a)

tibgħat it-talba lill-punti tal-kuntatt ta’ l-Istati Membri l-oħra,

(b)

tiffaċilita l-mobilizzazzjoni tat-timijiet, ta’ l-esperti, tal-moduli u ta’ l-appoġġi l-oħra għall-intervent,

(ċ)

tiġbor it-tagħrif ivvalidat dwar l-emerġenza u xxerrdu ma’ l-Istati Membri.

3.   Kull Stat Membru li lilu tkun indirizzata talba għall-għajnuna għandu minnufih jistabbilixxi jekk ikunx f’pożizzjoni li jagħti l-għajnuna mitluba, u jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qiegħed jitlobha b’dan, jew permezz tal-MIC jew direttament, filwaqt li jindika l-ambitu u l-kondizzjonijiet dwar kull għajnuna li jkun jista’ jagħti. Jekk Stat Membru jinforma direttament lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba, għandu jgħarraf ukoll lill-MIC b'dan kollu. Il-MIC għandu jżomm lill-Istati Membri infurmati.

4.   L-Istat Membru li jkun qiegħed jagħmel it-talba għandu jkun responsabbli li jidderieġi l-interventi ta’ għajnuna. L-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandhom jistabbilixxu linji ta’ gwida u, jekk meħtieġ, jiddefinixxu l-limiti tal-kompiti fdati f'idejn it-timijiet ta’ l-intervent jew moduli. Id-dettalji tat-twettiq ta’ dawk il-ħidmiet għandhom jitħallew għall-persuna inkarigata maħtura mill-Istat Membru li jkun qiegħed jagħti l-għajnuna.

5.   Meta l-Istat Membru li jagħmel it-talba jitlob lit-timijiet ta’ l-intervent sabiex jidderieġu l-intervent f'ismu, it-timijiet ipprovvduti mill-Istati Membri u mill-Komunità għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkoordinaw l-operazzjonijiet tagħhom.

6.   Meta jintbagħtu timijiet responsabbli għall-evalwazzjoni u/jew il-koordinament, għandhom jiffaċilitaw il-koordinament bejn it-timijiet ta’ l-intervent u jikkoordinaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba.

Artikolu 8

1.   Fl-eventwalità tas-seħħ ta’ emerġenza kbira barra l-Komunità, l-Artikolu 7 jista’ wkoll, fuq talba, jiġi applikat rigward interventi tal-protezzjoni ċivili barra mill-Komunità.

Dawn l-interventi jistgħu jew jiġu kondotti bħala intervent awtonomu ta’ għajnuna jew bħala kontribut għall-intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali.

L-ambitu ta’ l-arranġamenti ta’ koordinament li jinsabu f'dan l-Artikolu għandu jinkludi biss assistenza li tgħaddi mill-Mekkaniżmu.

Il-miżuri meħuda skond dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2.   Meta l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili kif imsemmi fil-paragrafu 1 tingħata b'reazzjoni għal talba mqassma permezz ta’ l-MIC, l-Istat Membru li jkollu f'idejh il-Presidenza tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea (il-Presidenza) għandu jiżgura l-koordinament ġenerali ta’ l-interventi ta’ l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili filwaqt li jirrispetta r-rwol ta’ koordinament operattiv tal-Kummissjoni kif imniżżel fil-paragrafu 4.

3.   Rigward il-koordinament politiku u strateġiku, il-Presidenza għandha b'mod partikolari:

(a)

tevalwa l-adegwatezza ta’ l-użu possibbli tal-Mekkaniżmu bħala għodda biex jiffaċilita u jappoġġa l-ġestjoni ta’ kriżi;

(b)

fejn iqis dan meħtieġ, jistabbilixxi relazzjonijiet mal-pajjiż terz milqut fil-livell politiku u jikkoordina ma’ dak il-pajjiż fl-istadji kollha ta’ l-emerġenza rigward il-qafas politiku u strateġiku ġenerali ta’ l-intervent ta’ għajnuna.

Fejn dan ikun f'loku, il-Presidenza tista' titlob lil Stat Membru ieħor biex jieħu f'idejh ir-responsabbiltà, għal kollox jew parzjalment, għall-koordinament politiku u strateġiku, jew jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġa dak il-koordinament.

4.   Il-koordinament operattiv għandu jitwettaq mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Presidenza fil-qafas tal-koordinament politiku u strateġiku msemmi fil-paragrafu 3. Il-koordinament operattiv għandu jkun magħmul mill-attivitajiet li ġejjin kif xieraq:

(a)

iż-żamma ta’ djalogu kontinwu mal-punti ta’ kuntatt ta’ l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat kontribut Ewropew għall-protezzjoni ċivili effettiv u koerenti permezz tal-Mekkaniżmu għall-isforz globali ta’ għajnuna, b'mod partikolari:

(i)

li l-Istati Membri jiġu infurmati mingħajr dewmien bit-talbiet intieri għall-għajnuna,

(ii)

li jintbagħtu fil-post timijiet ta’ evalwazzjoni u/jew koordinament biex iwettqu evalwazzjoni tas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet u/jew jiffaċilitaw il-koordinament operattiv fil-post ta’ l-għajnuna li tgħaddi mill-Mekkaniżmu,

(iii)

li jiġu stabbiliti evalwazzjonijiet tal-ħtiġijiet f'kooperazzjoni ma’ timijiet ta’ evalwazzjoni u/jew koordinament u atturi oħra, inklużi servizzi oħra ta’ l-UE,

(iv)

li jiġu kondiviżi evalwazzjonijiet u analiżi rilevanti ma’ l-atturi kollha rilevanti,

(v)

li tiġi pprovduta deskrizzjoni ġenerali ta’ l-għajnuna li qed tiġi offruta mill-Istati Membri u permezz ta’ sorsi oħra,

(vi)

li jingħata parir dwar it-tip ta’ għajnuna meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili pprovduta tkun konsistenti ma’ l-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet,

(vii)

li tingħata għajnuna biex tingħeleb kull diffikultà prattika fl-għoti ta’ għajnuna f'żoni bħat-transitu u d-dwana;

(b)

il-koordinament mal-pajjiż terz milqut dwar dettalji tekniċi bħall-ħtiġijiet preċiżi għall-għajnuna, l-aċċettazzjoni ta’ offerti u l-arranġamenti prattiċi biex tiġi rċevuta u distribwita lokalment l-għajnuna;

(ċ)

il-koordinament u l-kooperazzjoni ma’ l-Uffiċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinament ta’ l-Affarijiet Umanitarji (UNOCHA) meta din tkun preżenti u ma’ atturi rilevanti oħra li jikkontribwixxu għall-isforz globali ta’ għajnuna sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, jitfittxu l-komplementarjetajiet u jiġu evitati duplikazzjoni u vojt;

(d)

il-koordinament ma’ l-atturi rilevanti kollha, b'mod partikolari fil-fażi ta’ għeluq ta’ l-intervent ta’ għajnuna taħt il-Mekkaniżmu, biex tiġi ffaċilitata konsenja bla xkiel.

5.   Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista', fuq bażi ta’ każ b'każ, twettaq kompiti operattivi addizzjonali bil-qbil tal-Presidenza.

6.   Il-Kummissjoni tista', f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Presidenza, taħtar it-timijiet ta’ evalwazzjoni u/jew ta’ koordinament msemmija fil-paragrafu 4 (a) (ii). It-timijiet għandhom ikunu magħmula minn esperti u mexxej tat-tim pprovdut mill-Istati Membri fuq bażi ta’ każ b'każ. Il-Kummissjoni għandha tagħżel l-esperti u l-mexxej għal dan it-tim abbażi tal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom, inkluż il-livell tat-taħriġ dwar il-Mekkaniżmu mwettaq, l-esperjenza preċedenti ta’ missjonijiet taħt il-Mekkaniżmu u ħidma oħra ta’ għajnuna internazzjonali. L-għażla għandha tkun ibbażata wkoll fuq kriterji oħra, inklużi l-kapaċitajiet lingwistiċi, sabiex tiżgura li t-tim fl-intier tiegħu jkollu disponibbli l-kapaċitajiet meħtieġa għas-sitwazzjoni speċifika.

Il-MIC għandu jżomm kuntatt mill-qrib mat-timijiet ta’ evalwazzjoni u/jew ta’ koordinament u jipprovdilhom appoġġ u gwida.

7.   Il-Presidenza u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib u jżommu djalogu kontinwu fl-istadji kollha ta’ l-emerġenza dwar l-intervent.

Il-koordinament operattiv għandu jkun integrat bis-sħiħ mal-koordinament globali pprovdut mill-UNOCHA, meta dawn ikunu preżenti, u għandu jirrispetta r-rwol ta’ mexxej tagħhom.

Il-koordinament permezz tal-Mekkaniżmu ma jaffettwax la l-kuntatti bilaterali bejn l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiż milqut, u lanqas il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u n-Nazzjonijiet Uniti. Tali kuntatti bilaterali jistgħu wkoll jintużaw biex isir kontribut għall-koordinament permezz tal-Mekkaniżmu.

Għandhom jitfittxu sinerġiji u komplementarjetajiet ma’ strumenti oħra ta’ l-Unjoni jew tal-Komunità. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà u l-koerenza ta’ l-azzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu u l-azzjonijiet iffinanzjati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/96.

Fl-eventwalità ta’ emerġenza kbira barra mill-Komunità, l-użu possibbli ta’ assi u kapaċitajiet militari disponibbli biex jappoġġaw il-protezzjoni ċivili għandu jkun konsistenti mal-prinċipji tal-Linji Gwida rilevanti tan-NU.

8.   Ir-rwoli ta’ koordinament tal-Presidenza u tal-Kummissjoni msemmija f'dan l-Artikolu m'għandhomx jaffettwaw il-kompetenzi u r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri għat-timijiet, il-moduli u appoġġ ieħor tagħhom, inklużi assi u kapaċitajiet militari. B'mod partikolari, il-koordinament mill-Presidenza u l-Kummissjoni m'għandhomx jinvolvu l-għoti ta’ ordnijiet lit-timijiet, il-moduli u assi u kapaċitajiet oħra ta’ l-Istati Membri, li għandhom jiġu insedjati fuq bażi volontarja skond il-koordinament fil-livell ta’ kwartieri ġenerali u fil-post.

9.   Sabiex ikun jista' jseħħ il-koordinament imsemmi hawn fuq u biex jiġi żgurat kontribut komprensiv għall-isforz globali ta’ għajnuna:

(a)

l-Istati Membri kollha li jipprovdu l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili kif imsemmi fil-paragrafu 1 b'reazzjoni għal talba mqassma permezz ta’ l-MIC għandhom iżommu lill-MIC infurmat bis-sħiħ bl-attivitajiet tagħhom, u

(b)

it-timijiet u l-moduli ta’ Istati Membri fil-post li qed jipparteċipaw fl-intervent permezz tal-Mekkaniżmu għandhom jikkoordinaw mill-qrib mat-timijiet ta’ koordinament u/jew ta’ evalwazzjoni tal-MIC fil-post.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni tista' tappoġġa u tikkomplementa l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili mogħtija mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Mekkaniżmu billi jieħdu l-miżuri elenkati fl-punti (8) u (9) ta’ l-Artikolu 2.

KAPITOLU IV

Id-Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 10

Il-parteċipazzjoni fil-Mekkaniżmu għandha tkun miftuħa għall-pajjiżi kandidati.

Pajjiżi terzi oħra, kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali jistgħu jikkooperaw f'attivitajiet taħt dan il-Mekkaniżmu, meta l-ftehim bejn dawn il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet u l-Komunità jkunu jippermettu dan.

Artikolu 11

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti u jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 12

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 13 (2), tistabbilixxi regoli ta’ l-implimentazzjoni b'mod partikolari rigward il-materji li ġejjin:

1)

ir-riżorsi disponibbli għall-intervent ta’ għajnuna, kif jipprovdi l-Artikolu 3;

2)

l-MIC, kif jipprovdi l-punt (5) ta’ l-Artikolu 2;

3)

is-CECIS, kif previst fil-punt (6) ta’ l-Artikolu 2;

4)

it-timijiet responsabbli għall-evalwazzjoni u/jew il-koordinament, kif previst fil-punt (4) ta’ l-Artikolu 2 inklużi l-kriterji għall-għażla ta’ l-esperti;

5)

il-programm tat-taħriġ, kif jipprovdi l-punt (2) ta’ l-Artikolu 2;

6)

il-moduli kif previst fl-Artikolu 4 (3),

7)

is-sistemi ta’ individwazzjoni u ta’ twissija bikrija kif previst fil-punt (3) ta’ l-Artikolu 5,

8)

it-tagħrif dwar ir-riżorsi mediċi, kif jipprovdi il-punt (6) ta’ l-Artikolu 5;

9)

l-interventi ġewwa l-Komunità, kif jipprovdi l-Artikolu 7 kif ukoll l-interventi barra mill-Komunità jipprovdi l-Artikolu 8.

Artikolu 13

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2007/162/KE, Euratom.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

Artikolu 14

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni kull tliet snin mid-data tan-notifika tagħha u tibgħat il-konklużjonijiet ta’ din il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Mal-konklużjonjiet għandhom jintbagħtu, jekk dan ikun f'loku, proposti għal emendi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 15

Id-Deċiżjoni 2001/792/KE, Euratom għandha tkun imħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 16

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PEREIRA


(1)  Opinjoni ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU).

(2)  ĠU C 195, 18.8.2006, p. 40.

(3)  ĠU L 297, 15.11.2001, p. 7.

(4)  ĠU C 198, 27.7.1991, p. 1.

(5)  ĠU L 326, 3.12.1998, p. 1.

(6)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p.23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(8)  ĠU L 71, 10.3.2007, p. 9.


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1 (1)

Artikolu 1 (1)

Artikolu 1.2, l-ewwel sentenza

Artikolu 1 (2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 1 (2), it-tielet subparagrafu

Premessa 4, it-tieni sentenza

Artikolu 1 (3), is-sentenza introduttorja

Artikolu 2, is-sentenza introduttorja

Artikolu 1 (3), l-ewwel inċiż

Artikolu 2 punt (1)

Artikolu 1 (3), it-tieni inċiż

Artikolu 2 punt (2)

Artikolu 1 (3), it-tielet inċiż

Artikolu 2 punt (3)

Artikolu 1 (3), ir-raba' inċiż

Artikolu 2 punt (4)

Artikolu 1 (3), il-ħames inċiż

Artikolu 2 punt (5)

Artikolu 1 (3), is-sitt inċiż

Artikolu 2 punt (6)

Artikolu 2 punt (7)

Artikolu 2 punt (8)

Artikolu 2 punt (9)

Artikolu 2 punt (10)

Artikolu 1 (3), is-seba' inċiż

Artikolu 2 punt (11)

Artikolu 3

Artikolu 2 (1)

Artikolu 6 (1) u (2)

Artikolu 2 (2)

Artikolu 6 (3)

Artikolu 3, frażi introduttorja

Artikolu 3, punt (a)

Artikolu 4 (1)

Artikolu 3 punt (b)

Artikolu 4 (2)

Artikolu 4 (3)

Artikolu 3 punt (c)

Artikolu 4 (4)

Artikolu 3 punt (d)

Artikolu 4 (5)

Artikolu 4 (6)

Artikolu 4 (7)

Artikolu 3 punt (e)

Artikolu 4 (8) u Artikolu 11

Artikolu 4 punt (a)

Artikolu 5 punt (1)

Artikolu 4 punt (b)

Artikolu 5 punt (2)

Artikolu 5 punt (3)

Artikolu 4 punt (c)

Artikolu 5 punt (4)

Artikolu 4 punt (d)

Artikolu 5 punt (5)

Artikolu 4 punt (e)

Artikolu 5 punt (6)

Artikolu 4 punt (f)

Artikolu 5 punt (7)

Artikolu 4 punt (g)

Artikolu 5 punt (8)

Artikolu 4 punt (h)

Artikolu 5 punt (9)

Artikolu 5 punt (10)

Artikolu 5 punt (11)

Artikolu 5 (1)

Artikolu 7 (1) u (2)

Artikolu 5 (2)

Artikolu 7.1

Artikolu 5 (3)

Artikolu 7.2

Artikolu 5 (4)

Artikolu 7.3

Artikolu 5 (5)

Artikolu 7.4

Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8.1

Artikolu 6, it-tieni subparagrafu

Artikoli 8.2, sa 8.9

Artikolu 9

Artikolu 7

Artikolu 10, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10, it-tieni subparagrafu

Artikolu 8 (1)

Artikolu 8 (2), sentenza tal-bidu

Artikolu 12, sentenza tal-bidu

Artikolu 8 (2)(a)

Artikolu 12 punt (1)

Artikolu 8 (2)(b)

Artikolu 12 punt (2)

Artikolu 8 (2)(c)

Artikolu 12 punt (3)

Artikolu 8 (2)(d)

Artikolu 12 punt (4)

Artikolu 8 (2)(e)

Artikolu 12 punt (5)

Artikolu 12 punt (6)

Artikolu 12 punt (7)

Artikolu 8 (2)(f)

Artikolu 12 punt (8)

Artikolu 8 (2)(g)

Artikolu 12 punt (9)

Artikolu 9 (1)

Artikolu 13 (1)

Artikolu 9 (2)

Artikolu 9 (3)

Artikolu 13 (2)

Artikolu 9 (4)

 

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 16


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 314/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2003/17/KE dwar l-ekwivalenza ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuħ tar-raba’ li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/780/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikolu (16)1 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 (5) tipprovdi li għal perjodu limitat taż-żmien, l-ispezzjonijiet imwettqa f’ċerti pajjiżi terzi fuq uċuħ tar-raba’ għall-produzzjoni taż-żerriegħa ta’ ċerti speċijiet jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għall-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja u li ż-żerriegħa ta’ ċerti speċijiet prodotti f’dawn il-pajjiżi tiġi kkunsidrata bħala ekwivalenti għaż-żerriegħa prodotta skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(2)

Jidher li dawk l-ispezzjonijiet fuq il-post għadhom jagħtu l-istess garanziji bħal dawk imwettqa mill-Istati Membri. Dawn l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom għalhekk ikomplu jitqiesu bħala ekwivalenti.

(3)

Billi d-Deċiżjoni 2003/17/KE tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2007, il-perjodu li għalih hija rikonoxxuta l-ekwivalenza skond dik id-Deċiżjoni għandu jiġi estiż. Jidher mixtieq li dan il-perjodu jiġi limitat għal ħames snin.

(4)

Id-Deċiżjoni 2003/17/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2003/17/KE, “il-31 ta’ Diċembru 2007” hija sostitwita bi “il-31 ta’ Diċembru 2012”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, 18.1.2005, p. 18).

(2)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/55/KE (ĠU L 159, 13.6.2006, p. 13).

(3)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/117/KE.

(4)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/117/KE.

(5)  ĠU L 8, 14.1.2003, p. 10. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


Kummissjoni

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 314/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Awwissu 2007

li tiddikjara li konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni u mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/M.4523 – Travelport/Worldspan)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3938)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/781/KE)

Fil-21 ta’ Awwissu 2007, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ amalgamazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi, u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament (1). Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni sħiħa tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ u fil-lingwi ta’ ħidma tal-Kummissjoni fuq is-sit web tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_mt.html

I.   SOMMARJU

(1)

Travelport LLC, kumpanija sussidjarja tal-Grupp Blackstone (“Blackstone”, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika), topera lil Galileo – sistema globali ta’ distribuzzjoni (“GDS”) u lil Gulliver’s Travel Associates. Barra minn hekk, Travelport topera numru ta’ aġenziji ta’ l-ivvjaġġar online u ta’ websites dwar il-vjaġġi, li jinkludu lil ebookers, Orbitz, Cheaptickets, Octopus Travel, HotelClub u RatesToGo.

(2)

Worldspan Technologies Inc. (“Worldspan”) tipprovdi servizzi ta’ distribuzzjoni ta’ l-ivvjaġġar permezz ta’ Worldspan GDS. Il-kumpanija tiffoka fuq l-għoti ta’ servizzi GDS lil aġenziji ta’ l-ivvjaġġar online u dan l-aħħar anki lil aġenziji ta’ l-ivvjaġġar tradizzjonali, primarjament fis-settur tad-divertiment. Barra minn hekk, Worldspan tipprovdi servizzi ta’ l-IT lil-linji ta’ l-ajru (eż. sistemi interni ta’ prenotazzjoni u servizzi ta’ teknoloġija ta’ l-operazzjonijiet tat-titjiriet).

(3)

Skond l-operazzjoni, ibbażata fuq referenza skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) Travelport qed takkwista, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ fuq Worldspan permezz tax-xiri ta’ l-ishma.

(4)

L-investigazzjoni tas-suq li għamlet il-Kummissjoni żvelat li l-konċentrazzjoni proposta mhu se tagħti lok għall-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni li minħabba fiha l-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Komuni jew f’parti sostanzjali minnu tkun imfixkla b’mod sinfikanti.

II.   MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

II.1.   Is-Suq tal-Prodotti Rilevanti u d-Definizzjonijiet Possibbli ta’ Suq Alternattiv

(5)

F’każi preċedenti, il-Kummissjoni ddefiniet GDS bħala għodda pprovduta lill-aġenziji ta’ l-ivvjaġġar (“TAs”) sabiex ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni u jagħmlu prenotazzjonijiet relatati mal-fornituri tas-servizzi ta’ l-ivvjaġġar (“TSPs”), jiġifieri, il-linji ta’ l-ajru, il-lukandi u d-ditti tal-kiri tal-karozzi, li min-naħa tagħhom jipprovdu lill-GDS b’data dwar il-prodotti li jipprovdu.

(6)

Is-suq tal-prodotti li ġie affetwat minn din it-tranżazzjoni ġie definit fid-Deċiżjoni bħala s-suq għas-servizzi elettroniċi tad-distribuzzjoni ta’ l-ivvjaġġar permezz ta’ GDS. Dan is-suq għandu żewġ lati, b’żewġ kategoriji separati ta’ klijenti. Il-fornituri tal-GDSs jagħmluha ta’ intermedjarji, fejn fuq in-naħa l-waħda jħallu lit-TSPs (eqreb tal-punt ta’ produzzjoni mill-fornitur tal-GDSs) iqassmu l-kontenut tal-vjaġġi tagħhom lit-TAs u fl-aħħar mill-aħħar lill-konsumaturi aħħarija u fuq in-naħa l-oħra, it-TAs (eqreb tal-punt ta’ bejgħ mill-fornitur tal-GDSs) li jkollhom aċċess u jipprenotaw il-kontenut tal-vjaġġi għall-konsumaturi aħħarija. L-investigazzjoni approfondita kkonfermat dawn il-karatteristiċi tas-suq tal-prodotti.

(7)

Il-Kummissjoni vvalutat jekk – kif iddikjarat il-parti li għamlet in-notifika – is-suq rilevanti tal-prodotti jikkonsistix mhux biss mill-fornituri tal-GDSs infushom imma anki minn teknoloġiji alternattivi li permezz tagħhom il-fornituri tal-GDSs jistgħu jinqabżu u l-użu tagħhom jiġi evitat. Dawn l-alternattivi huma (i.) magni tar-riċerka dwar magni tar-riċerka (meta search engines), (ii.) links diretti, (iii.) dawk li jissejħu “Operaturi Ġodda tal-GDSs” (“GDS New Entrants” – “GNEs”) u (iv.) s-“supplier.com” (is-siti tal-fornituri).

(8)

L-inklużjoni ta’ l-ewwel tlieta fis-suq rilevanti tal-prodotti mhux qed jiġi diskuss f’din id-Deċiżjoni, peress li l-investigazzjoni approfondita wriet biċ-ċar li dawn jew mhumiex sostituti reali tal-GDSs, jew li l-preżenza u/jew l-impatt tagħhom fiż-ŻEE huma ferm limitati. Sabiex ikun iddeterminat jekk is-servizzi pprovduti permezz tas-“supplier.com” humiex sostitwibbli għas-servizzi tal-GDSs u humiex parti mill-istess suq tal-prodotti, twettqet valutazzjoni kumplessa li tkopri ż-żewġ lati tas-suq.

(9)

Fuq in-naħa eqreb tal-punt ta’ produzzjoni tas-suq, is-“supplier.com” jippermettu li t-TSPs inaqqsu b’mod sinifikanti l-ispejjeż ta’ distribuzzjoni medji u marġinali tagħhom, peress li fl-aħħar mill-aħħar jiffrankaw il-ħlas tal-prenotazzjoni mitluba mill-GDS kif ukoll il-kummissjoni possibbli fuq il-prenotazzjoni li titħallas mit-TA li tkun qed tagħmel il-prenotazzjoni tal-GDS.

(10)

B’hekk, il-linji ta’ l-ajru konvenzjonali jkunu jistgħu jikkompetu aħjar mat-Trasportaturi Low Cost (“LCCs”), li l-kanal ewlieni tagħhom huwa s-“supplier.com”. Inċentiv addizzjonali għat-TSPs sabiex jippromwovu s-“supplier.com” huwa l-fatt li x-xiri b’paragun bejn it-TSPs mill-utent aħħari isir aktar diffiċli peress li jkollhom jiġu konsultati siti web individwali. Dan jispjega parzjalment it-tkabbir tas-“supplier.com” f’dawn l-aħħar snin. Skond id-data ta’ l-IATA, fl-2005, bejn wieħed u ieħor 25 % tal-prenotazzjonijiet kollha ta’ l-akbar 20 linja ta’ l-ajru fiż-ŻEE kienu prenotazzjonijiet diretti (meta pparagunati ma’ l-20 % ta’ l-2004 u mas-16 % ta’ l-2003).

(11)

L-investigazzjoni approfondita wriet li l-firxa sakemm it-TSPs ikunu jistgħu jċaqilqu l-prenotazzjonijiet ‘il bogħod mill-fornituri tal-GDSs lejn is-“supplier.com” tagħhom tvarja b’mod konsiderevoli, skond il-mudell kummerċjali magħżul mit-TSP. Hija wkoll dipendenti mid-daqs u mill-profil ta’ mġiba tal-bażi tal-konsumatur aħħari, li sa ċertu punt hija “dipendenti” (captive) mid-distribuzzjoni tal-kontenut tal-vjaġġi permezz ta’ GDS.

(12)

Fuq in-naħa eqreb tal-punt ta’ bejgħ, meta jipprenotaw permezz ta’ GDS, it-TAs jirċievu pagamenti ta’ inċentiv sostanzjali mill-fornituri tal-GDSs imma anki kummissjonijiet fuq il-prenotazzjonijiet possibbli mħallsa mit-TSPs. Dan id-dħul se jintilef jekk it-TAs jipprenotaw permezz ta’ “supplier.com”. Sabiex ikun hemm kumpens għal dan it-telf ta’ dħul, ikun meħtieġ li t-TAs jitolbu l-ħlas ta’ servizz mingħand l-utent aħħari (li min-naħa tiegħu jagħti lill-utent aħħari l-inċentiv li jipprenota l-biljetti tiegħu permezz ta’ “supplier.com” minflok permezz tat-TA, biex b’hekk jitnaqqas aktar id-dħul tat-TA). Għalhekk, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-TAs għandhom inċentivi qawwija sabiex ikomplu jużaw GDS u ma jissostitwux il-prenotazzjonijiet permezz ta’ GDS bi prenotazzjonijiet permezz tas-“supplier.coms”. L-investigazzjoni approfondita tal-Kummissjoni kkonfermat ukoll li t-TAs iqisu li l-użu tas-“supplier.com” huwa diffiċli u m’għandux il-versatilità ta’ paragunabbiltà ta’ l-inventarji u tal-prezzijiet li joffru l-GDSs.

(13)

Meta jitqies li s-sostituzzjoni eqreb tal-punt ta’ produzzjoni hija biss waħda parzjali, fejn tħalli volumi sostanzjali ta’ prenotazzjonijiet ta’ TSPs “dipendenti” fuq il-fornituri tal-GDSs u l-fatt li s-sostituzzjoni eqreb tal-punt ta’ bejgħ hija ferm limitata, id-Deċiżjoni tikkonkludi li s-“supplier.com” m’għandhomx ikunu inklużi fis-suq rilevanti tal-prodotti fejn il-fornituri tal-GDSs ikunu attivi.

(14)

Id-Deċiżjoni madankollu tirrikonoxxi li l-assorbiment rapidu tas-“supplier.com” għandu impatt fuq il-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq għas-servizzi tal-GDSs u tillimita l-imġiba fis-suq tad-ditti amalgamati.

II.2.   Is-Swieq Ġeografiċi Rilevanti

(15)

Id-Deċiżjoni tiddefinixxi d-delineazzjoni tas-swieq ġeografiċi tan-naħa eqreb tal-punt ta’ produzzjoni bħala li hija mifruxa maż-ŻEE kollha. Il-ftehimiet globali bejn it-TSPs u l-GDSs normalment jinkludu skemi separati ta’ pprezzar reġjonali għaż-ŻEE, għall-Istati Uniti u għal partijiet oħra tad-dinja. Il-ħlasijiet ta’ prenotazzjoni li joħorġu t-TSPs għal prenotazzjoni magħmula f’GDS huma sostanzjalment ogħla fiż-ŻEE milli fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, is-suq taż-ŻEE huwa regolat mill-Kodiċi ta’ Kondotta ta’ l-UE, filwaqt li s-suq ta’ l-Istati Uniti kien deregolat fl-2006. Fl-aħħarnett, l-ishma tas-suq tal-fornituri tal-GDSs ivarjaw sostanzjalment skond ir-reġjun u l-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet kompetittivi fiż-ŻEE u fl-Istati Uniti huma ferm differenti.

(16)

Id-Deċiżjoni tiddefinixxi n-naħa eqreb tal-punt ta’ bejgħ tas-suq bħala ta’ ambitu nazzjonali, peress li l-ishma tas-suq tal-fornituri tal-GDSs ivarjaw b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri. Dan huwa skond id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni u jiġi kkonfermat mill-investigazzjoni tas-suq. Kważi t-TAs kollha – ħafna drabi anki t-TAs online – għadhom attivi f’pajjiż wieħed biss, bl-eċċezzjoni ta’ ftit TAs li għandhom attivitajiet pan-Ewropej (jew dinjija). Il-ħlasijiet ta’ abbonament li jħallsu t-TAs sabiex jużaw GDS u l-ħlasijiet ta’ inċentiv li jirċievu jvarjaw ukoll minn pajjiż għall-ieħor fiż-ŻEE. Barra minn hekk, Amadeus u Galileo stabbilew punti nazzjonali ta’ bejgħ u ta’ servizz fi kważi l-Istati Membri taż-ŻEE kollha, sabiex is-swieq speċifiċi nazzjonali jinqdew aħjar.

II.3.   Il-Valutazzjoni Kompetittiva tat-teoriji ta’ dannu

II.3.1.   It-teoriji ta’ dannu

(17)

Fid-deċiżjoni tagħha tat-3 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjoni sabet li l-konċentrazzjoni notifikata qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tat bidu għal proċeduri skond l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(18)

Fid-Deċiżjoni ta’ l-Artikolu 6(1)(c) tressaq l-argument li l-amalgamazzjoni, teoretikament, setgħet twassal għal effetti mhux ikkoordinati kif ukoll għal effetti ikkoordinati. Rigward l-effetti mhux ikkoordinati, il-Kummissjoni identifikat tliet teoriji ta’ dannu li qieset bħala prima facie plawsibbli. Barra milli ġie vvalutat ir-riskju għall-effetti koordinati, il-Kummissjoni ffokat l-investigazzjoni approfondita tagħha ta’ l-effetti mhux ikkoordinati fuq il-valutazzjoni ta’ jekk:

(i)

l-amalgamazzjoni tħallix li l-partijiet jużaw il-pożizzjoni qawwija tagħhom fis-suq eqreb tal-punt ta’ bejgħ fil-konfront tat-TAs sabiex iżidu l-prezzijiet meta pparagunati mat-TSPs li jinsabu eqreb tal-punt ta’ produzzjoni (“effetti vertikali minn suq għall-ieħor”);

(ii)

l-amalgamazzjoni teliminax lil Worldspan bħala l-allegat “pricing Maverick” u għalhekk twassal għal żjidiet fil-prezzijiet wara l-amalgamazzjoni;

(iii)

l-amalgamazzjoni tħallix lill-partijiet jesplojtjaw is-setgħa tas-suq ta’ wara l-amalgamazzjoni tagħhom fil-konfront tat-TAs fl-Istati Membri fejn Galileo/Worldspan għandhom ħafna ishma tas-suq.

II.3.2.   L-effetti vertikali minn suq għall-ieħor (“multi-homing” vs “single-homing”)

(19)

Matul l-istadju inizjali ta’ l-investigazzjoni, kien hemm tħassib li Galileo/Worldspan tkun tista’ tagħmel lieva fuq is-setgħa tas-suq ta’ wara l-amalgamazzjoni tagħha fil-konfront tat-TAs f’numru ta’ swieq nazzjonali eqreb tal-punt ta’ bejgħ sabiex issaħħaħ is-setgħa ta’ negozjar tagħha b’relazzjoni għat-TSPs li joperaw fis-suq taż-ŻEE eqreb tal-punt ta’ produzzjoni. Din il-possibbiltà li ssir lieva fuq is-setgħa tas-suq tista’ tissejjaħ “effett vertikali minn suq għall-ieħor”. Effett ta’ din ix-xorta jista’ jiġi deskritt kif ġej.

(20)

Wara l-amalgamazzjoni, Galileo/Worldspan għandha tikseb ishma kbar tas-suq b’żjidiet sinfikanti fuq in-naħa eqreb tal-punt ta’ bejgħ tas-suq fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fl-Italja, fl-Olanda u fil-Belġju (ara t-taqsima dwar in-naħa eqreb tal-punt ta’ bejgħ tas-suq t’aktar ‘l isfel).

(21)

Jekk TSP ikollu interess partikolari biex ikollu netwerk ta’ distribuzzjoni estensiv fi Stat Membru fejn id-ditta amalgamata jkollha netwerk wiesa’ ta’ TAs, Galileo/Worldspan possibbilment jistgħu jagħmlu lieva fuq is-sehem tas-suq eqreb tal-punt ta’ bejgħ f’dak l-Istat Membru sabiex jinkisbu konċessjonijiet mingħand it-TSP meta jinnegozjaw ftehim dinji. Fi kliem ieħor, il-pożizzjoni ta’ negozjar tad-ditta amalgamata fil-konfornt tat-TSPs tista’ tirriżulta f’setgħa tas-suq akbar milli s-sehem tas-suq eqreb tal-punt ta’ produzzjoni ta’ Galileo/Worldspan [20-30 %] fiż-ŻEE jissuġġerixxi. Din is-setgħa ta’ negozjar possibbilment tista’ tħalli li l-entità kombinata żżid il-prezzijiet b’mod unilaterali wara l-amalgamazzjoni.

(22)

Is-suq għas-servizzi tal-GDSs huwa karatterizzat minn pjattaforma li tiffaċċja l-“multi-homing” fuq in-naħa l-waħda u s-“single-homing” fuq in-naħa l-oħra. It-TSPs ġeneralment jużaw il-“multi-homing”, peress li jkollhom iqassmu l-kontenut tagħhom permezz ta’ l-erba’ GDSs kollha sabiex jiksbu l-kopertura mixtieqa tas-suq, billi l-parti l-kbira tat-TAs jużaw is-“single-homing”, peress li GDS wieħed huwa biżżejjed fil-parti l-kbira tal-każi biex jipprovdihom bil-kontenut tat-TSPs meħtieġ.

(23)

Sakemm it-TAs jużaw is-“single-homing”, il-fornituri tal-GDSs ikollhom aċċess esklussiv għat-TAs li jappartjenu lin-netwerks tat-TAs rispettivi tagħhom. Kull fornitur tal-GDSs għalhekk għandu ċertu grad ta’ setgħa ta’ monopolju b’relazzjoni għat-TSPs li jeħtieġ li jilħqu t-TAs esklussivament konnessi ma’ GDS waħda. Din is-setgħa ta’ monopolju tippermetti li l-fornitur tal-GDSs jitlob prezzijiet ogħla mingħand it-TSPs. Dawn il-“kirjiet ta’ monopolju” estratti mit-TSPs sa ċertu punt jintużaw sabiex ikunu koperti l-inċentivi finanzjarji mogħtija lit-TAs.

(24)

Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-interazzjoni ta’ negozjar bejn il-fornituri u l-klijenti tal-GDSs fuq iż-żewġ naħat tas-suq bdiet tinbidel. Dan l-aħħar, it-TSPs u t-TAs żiedu s-saħħa ta’ negozjar relattivament għall-fornituri tal-GDSs. Dawn il-bidliet fis-setgħa relattiva ta’ negozjar jirriżultaw minn (i.) konsolidament fost it-TAs, (ii.) l-introduzzjoni ta’ prenotazzjonijiet diretti permezz tas-“supplier.com”, u (iii.) ħlasijiet żejda imposti mit-TSPs.

(25)

Minbarra t-theddida sabiex jinżamm lura l-kontenut ta’ l-ivvjaġġar permezz tas-“supplier.com”, it-TSPs żvilppaw għodda addizzjonali sabiex jagħmlu pressjoni fuq il-GDSs. Billi japplikaw, jew jheddu li japplikaw, ħlasijiet żejda fuq it-TAs, it-TSPs jistgħu jinfluwenzaw l-użu ta’ GDS speċifika u jġiegħluha titlef volumi favur jew is-“supplier.com” jew GDS oħra.

L-impatt ta’ l-amalgamazzjoni

(26)

It-tnaqqis fin-numru ta’ fornituri tal-GDSs mhux probbabli li se jwassal għal żjidiet fil-prezzijiet minħabba l-“effetti vertikali minn suq għall-ieħor” tas-suq għar-raġunijiet li ġejjin.

(27)

Fuq in-naħa tat-TSPs, l-investigazzjoni approfondita tikkonferma li t-TSPs kapaċi jġiegħlu lill-fornituri tal-GDSs ibaxxu l-prezzijiet tagħhom jekk dawn jagħtuhom il-kontenut sħiħ, jew alternattivament, sabiex jevitaw il-ħlasijiet żejda li jiġu applikati fuq it-TAs b’kuntratt magħhom. B’mod partikolari l-linji ta’ l-ajru żviluppaw numru ta’ għodod ta’ negozjar (speċjalment, imma mhux biss, is-“supplier.com”) fejn dawn ikunu jistgħu jżommu parti miż-żejjed tagħhom fin-negozjati mal-fornituri tal-GDSs. Anki f’sitwazzjoni fejn ikun hemm biss tliet fornituri tal-GDSs, l-ebda wieħed minnhom mhu se jkun jista’ jżid il-prezzijiet għaliex it-TSPs se jżommu setgħa ta’ negozjar b’saħħitha biżżejjed, ibbażata fuq (i.) il-kapaċità li jidderieġu l-prenotazzjonijiet lejn is-siti web tas-“supplier.com”, (ii.) il-ħlasijiet żejda imposti fuq it-TAs, (iii.) ir-rikonoxximent tal-marka fis-suq/swieq domestiku/domestiċi, u (iv.) il-possibbiltà li jkunu żviluppati għodod ġodda ta’ negozjar fil-ġejjieni. Għalhekk, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li tnaqqis fin-numru ta’ fornituri tal-GDSs minn erbgħa għal tlieta ma jżidx il-probbabiltà ta’ żjidiet unilaterali fil-prezzijiet minħabba “effetti vertikali minn suq għall-ieħor”.

(28)

Din il-konklużjoni tapplika wkoll għat-TSPs l-oħra, bħall kumpaniji tal-kiri tal-karozzi u d-ditti tal-lukandi.

(29)

Fuq in-naħa tat-TAs, numru biżżejjed ta’ pjattaformi tal-GDSs se jibqgħu għad-dispożizzjoni tat-TAs u l-ispejjeż tal-bidla mhumiex ostaklu insormontabbli sabiex jintgħażel fornitur tal-GDSs ieħor. Il-fatt li l-fornituri tal-GDSs jeħtieġ li joħolqu u jżommu netwerk biżżejjed wiesa’ ta’ TAs sabiex jiġġeneraw domanda fuq in-naħa tat-TSPs, tħalli lit-TAs f’pożizzjoni ta’ negozjar favorevoli fil-konfront tal-fornituri tal-GDS anki wara l-eliminazzjoni ta’ wieħed minnhom.

(30)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn l-elementi (is-setgħa effettiva ta’ negozjar tat-TSPs u l-iżvilupp li għaddej jew possibbli ta’ għodod addizzjonali ta’ negozjar) huma biżżejjed sabiex jopponu l-effett potenzjalment detrimentali ta’ l-amalgamazzjoni f’termini tat-tnaqqis minn erbgħa għal tliet fornituri tal-GDSs kif ukoll l-okkorrenza potenzjali ta’ l-effetti vertikali minn suq għall-ieħor.

II.3.3.   It-telf ta’ Worldspan bħala “entità indipendenti ta’ l-ipprezzar”

(31)

Teorija oħra ta’ dannu li ġiet investigata mill-Kummissjoni għandha x’taqsam ma’ Worldspan li tagħmilha ta’ “entità indipendenti ta’ l-ipprezzar” fiż-ŻEE, billi titlob prezzijiet aktar baxxi mill-kompetituri tagħha (Galileo, Sabre u Amadeus). Matul l-investigazzjoni tas-suq, intwera tħassib li, wara t-telf ta’ kompetizzjoni bejn id-ditti li qed jamalgamaw, il-prezzijiet ta’ Worldspan għandhom jiżdiedu u jiġu allinjati ma’ dawk mitluba minn Galileo.

(32)

L-investigazzjoni approfondita tal-Kummissjoni, madankollu, turi li din it-teorija ta’ dannu ma tistax tiġi sostnuta. Sabiex ikun konkluż li l-amalgamazzjoni probabbilment twassal għal żjidiet sinifikanti fil-prezzijiet ta’ wara l-amalgamazzjoni min-naħa ta’ Worldspan, ikollu jintwera li l-prezzijiet ta’ Worldspan qabel l-amalgamazzjoni huma ferm aktar baxxi minn dawk tal-kompetituri tagħha, b’mod partikolari Galileo, u li l-partijiet li qed jamalgawmaw ikollhom l-inċentivi u l-ħila li jżidu l-prezzijiet ta’ Worldspan ta’ wara l-amalgamazzjoni.

II.3.3.1.   Worldspan mhix qed titlob prezzijiet aktar baxxi

(33)

Il-parti li għamlet in-notifika ressqet paragun tat-tipi l-aktar bażiċi ta’ prenotazzjoni għall-2006 tal-partijiet li qed jamalgamaw: l-“Active Net Segment” ta’ Galileo mal-“Full Service” ta’ Worldspan. Dan juri li l-prezz elenkat ta’ Worldspan huwa effettivament […] mill-prezz elenkat ta’ Galileo għal […] tipi ta’ alternattivi ta’ prenotazzjoni għall-“Full Service”. Barra minn hekk, jekk il-prezzijiet ta’ Worldspan għal kull kategorija ta’ prenotazzjoni jiġu mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) bħala medja tul il-prenotazzjonijiet kollha skond il-piż relattiv ta’ kull waħda mill-erba’ kateogriji ta’ pprezzar ta’ Worldspan taħt il-livell ta’ funzjonalità tal-“Full Service” tagħha, bir-riżultat ikun ta’ USD […], filwaqt li l-prezz ta’ l-Active Net Segment ta’ Galileo għall-2006 huwa ta’ USD […].

(34)

Għalhekk, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li fil-parti l-kbira tal-każi Worldspan mhix il-GDS bl-inqas prezzijiet għat-TSPs. Ġeneralment, dejjem hemm alternattiva orħos minn Worldspan preżenti fis-suq.

II.3.3.2.   Worldspan tilfet sehem tas-suq

(35)

Raġuni oħra, għaliex, skond il-parti li għamlet in-notifika, Worldspan ma tikkwalifikax bħala entità indipendenti ta’ l-ipprezzar, hija minħabba li l-politika ta’ pprezzar allegatament baxx tagħha ma ppermettietx li Worldspan tespandi b’mod aggressiv il-preżenza tagħha fis-suq. Il-parti li għamlet in-notifika qed targumenta li, anzi, bħala l-iżgħar GDS fiż-ŻEE għal aktar minn ħames snin, is-sehem tas-suq ta’ Worldspan fiż-ŻEE ma wera l-ebda sinjal ta’ tkabbir.

(36)

L-evoluzzjoni tas-sehem tas-suq ta’ Worldspan bejn l-2003 u l-2006 turi tnaqqis b’[0-5 %] fis-suq eqreb tal-punt ta’ produzzjoni (iż-ŻEE). B’relazzjoni għas-suq eqreb tal-punt ta’ bejgħ, l-ishma tas-suq ta’ Worldspan baqgħu relattivmanet stabbli, b’żjidiet/tnaqqis medji annwali ta’ bejn wieħed u ieħor [0-5 %] jew inqas, bl-eċċezzjoni ta’ l-Ungerija, fejn it-tkabbir sar bejn l-2004 u l-2005. Bil-kontra ta’ dak li wieħed jistenna minn kumpanija li qed jiġi allegat li hija entità indipendenti, l-ishma tas-suq ta’ Worldspan ma jurux sinjali ġenerali ta’ tkabbir.

(37)

Fl-aħħarnett, skond il-parti li għamlet in-notifika, Worldspan ma tistax titqies bħala entità indipendenti ta’ l-ipprezzar fiż-ŻEE, peress li hija tieħu l-prezzijiet u mhux tiffissa l-prezzijiet. Il-parti li għamlet in-notifika tirreferi, fost l-oħrajn, għall-fatt li l-GDSs l-oħra kienu l-ewwel fiż-ŻEE li kkonkludew ftehimiet ta’ kontenut sħiħ ma’ ħamsa mill-linji ta’ l-ajru ewlenin taż-ŻEE. Dan ġie kkonfermat mill-investigazzjoni approfondita.

II.3.3.3.   Galileo/Worldspan mhumiex l-eqreb kompetituri ta’ xulxin

(38)

Il-parti li għamlet in-notifika tqis li l-ambitu għal żjidiet fil-prezzijiet mill-prezzijiet ta’ Worldspan ta’ wara l-amalgamazzjoni tnaqqas aktar mill-fatt li Galileo u Worldspan mhumiex l-eqreb kompetituri ta’ xulxin fis-suq taż-ŻEE.

(39)

L-investigazzjoni approfondita kkonfermat li Galileo ġeneralment titqies mit-TSPs bħala aktar b’saħħitha fil-vjaġġi korporattivi, filwaqt li Worldspan titqies li hija aktar b’saħħitha fil-vjaġġi ta’ divertimenti u fit-TAs online. Eqreb tal-punt ta’ bejgħ, il-maġġoranza kbira tat-TAs iqisu lil Amadeus bħala l-eqreb kompetitriċi kemm ta’ Galileo kif ukoll ta’ Worldspan.

II.3.3.4.   Mhemm l-ebda inċentiv biex Worldspan iżżid il-prezzijiet tagħha wara l-amalgamazzjoni u tallinjahom mal-prezzijiet ta’ Galileo

(40)

Il-fatt li l-partijiet li qed jamalgamaw mhumiex l-eqreb kompetituri ta’ xulxin inaqqas l-inċentivi biex il-partijiet iżidu l-prezzijiet ta’ Worldspan ta’ wara l-amalgamazzjoni. Barra minn hekk, il-marġnijiet li qed jonqsu ta’ qabel l-amalgamazzjoni tal-partijiet jindikaw li l-ambitu għal prezzijiet ogħla ta’ wara l-amalgamazzjoni huwa limitat.

(41)

Il-probabbiltà ta’ prezzijiet ogħla ta’ wara l-amalgamazzjoni eqreb tal-punt ta’ produzzjoni hija mnaqqsa ulterjorment mill-fatt li żjieda fil-prezzijiet ta’ din ix-xorta iġġiegħel lit-TSPs biex potenzjalment jirtiraw il-kontenut mill-GDS ta’ Worldspan jew it-TSPs jimponu ħlasijiet żejda fuq it-TAs li jużaw lil Worldspan.

(42)

Fil-qosor, l-investigazzjoni approfondita tal-Kummissjoni turi li mhemmx biżżejjed evidenza sabiex jiġi konkluż li Worldspan titlob prezzijiet aktar baxxi mill-kompetituri tagħha u li tagħmilha ta’ entità indipendenti ta’ l-ipprezzar (“price Maverick”). Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tikkonkludi li mhux probabbli li t-tranżazzjoni twassal għal żjieda fil-prezzijiet ta’ Worldspan.

II.3.4.   Ishma tas-suq ferm kbar tal-partijiet fuq in-naħa eqreb tal-punt ta’ bejgħ tas-suq

(43)

Rigward in-naħa eqreb tal-punt ta’ bejgħ tas-suq, it-tranżazzjoni għandha twassal għal livell għoli ta’ sehem fis-suq (aktar minn 40 %) f’sitt Stati Membri, b’żjidiet sinifikanti. F’dawn is-sitt Stati Membri, s-sehem fis-suq fl-2006 ivarja minn [40-50 %] sa [70-80 %].

Stat Membru

Galileo

Worldspan

Sehem ikkombinat fis-suq ikkombinat

Il-Belġju

[20-30]

[10-20]

[40-50]

L-Ungerija

[20-30]

[20-30]

[50-60]

L-Irlanda

[50-60]

[10-20]

[70-80]

L-Italja

[40-50]

[0-10]

[40-50]

L-Olanda

[30-40]

[20-30]

[50-60]

Ir-Renju Unit

[40-50]

[10-20]

[50-60]

(44)

Id-daqs tal-livell għoli ta’ ishma tas-suq ikkombinati f’dawn is-sitt Stati Membri potenzjalment jista’ jippermetti li l-partijiet iġibu rwieħhom b’mod indipendenti mill-kompetituri u mill-klijenti tagħhom wara l-amalgamazzjoni u jesplojtjaw ir-relazzjoni kummerċjali li għandhom mat-TAs.

(45)

Madankollu, l-investigazzjoni approfondita turi li l-amalgamazzjoni mhux se tippermetti li d-ditti amalgamati jeżerċitaw setgħa tas-suq fuq it-TAs f’dawk is-swieq nazzjonali fejn it-tranżazzjoni se twassal għal livell għoli ta’ ishma tas-suq konġunti.

II.3.4.1.   It-tendenza ‘l isfel tas-sehem tas-suq ta’ Galileo

(46)

Il-parti li għamlet in-notifika qed targumenta li Galileo tilfet sehem sinfikanti tas-suq f’kull wieħed mill-Istati Membri fejn tradizzjonalment kellha sehem importanti, minħabba rabtiet storiċi mat-trasportaturi nazzjonali.

(47)

It-tnaqqis fl-ishma tas-suq ta’ Galileo, skond il-parti li għamlet in-notifika, turi li s-sehem tas-suq ‘il fuq mill-medja ta’ Galileo ma jirriflettix is-setgħa fis-suq. Mhux probabbli li t-tranżazzjoni se ddawwar it-tendenza ‘l isfel fis-sehem tas-suq ta’ Galileo, speċjalment meta jitqies ir-rwol marġinali ta’ Worldspan fuq il-livell taż-ŻEE u n-nuqqas ta’ ħila dokumentata tagħha biex, matul is-snin, ittejjeb il-pożizzjoni tas-suq tagħha fuq is-suq taż-ŻEE.

(48)

It-tendenza fl-ishma tas-suq ta’ Galileo kif ukoll ir-rwol marġinali li għandha Worldspan fuq il-livell taż-ŻEE ġew ikkonfermati mill-investigazzjoni approfondita.

(49)

Ġeneralment, it-TAs huma riċeventi netti peress li jirċievu aktar inċentivi finanzjarji mill-GDSs milli jħallsu fi ħlasijiet ta’ abbonament lill-GDSs. Il-ħlasijiet ta’ inċentiv żdiedu b’mod konsistenti tul l-aħħar ħames snin, inkluż f’dawk l-Istati Membri fejn il-partijiet għandhom livell għoli ta’ ishma tas-suq (aktar minn 40 %). L-investigazzjoni approfondita wriet li matul il-perjodu 2003/2006, id-dħul tat-TAs ġeneralment żdied filwaqt li l-evoluzzjoni tal-marġnijiet grossi tagħhom kienet pożittiva.

(50)

Dan l-iżvilupp juri l-importanza tat-TAs għall-GDSs u jirrifletti l-fehma ġenerali fost il-parteċipanti fl-investigazzjoni approfondita li l-kompetizzjoni bejn il-GDSs fis-suq eqreb tal-punt ta’ bejgħ hija b’saħħitha.

II.3.4.2.   L-ispejjeż tal-bidla

(51)

Raġuni addizzjonali għaliex mhux probabbli li t-tranżazzjoni tirriżulta f’żjidiet fil-prezzijiet fis-suq eqreb tal-punt ta’ bejgħ hija relatata mal-fatt, kif ġie kkonfermat mill-investigazzjoni approfondita, li l-ispejjeż tal-bidla mhumiex ostakli insormontabbli għall-bidla.

(52)

Għalkemm il-kwantifikazzjoni ta’ l-ispejjeż tal-bidla hi diffiċli, kemm f’termini ta’ żmien kif ukoll ta’ taħriġ meħtieġa, kif ukoll f’termini finanzjarji, mill-investigazzjoni approfondita wieħed jista’ jasal għal xi konklużjonijiet ġenerali. It-TAs żgħar jeħtieġu ġimgħa waħda jew diversi ġimgħat biex jaqilbu minn GDS għal oħra; il-ħtiġiet tat-taħriġ mhumiex sinifikanti u l-produttività tagħhom ma tiġix affetwata negattivament mill-bidla. Madankollu, it-TAs il-kbar jikkalkulaw li ż-żmien meħtieġ sabiex jagħmlu l-bidla huwa bejn wieħed u ieħor ta’ 12-il xahar bi spiża finanzjarja sinfikanti (aktar minn EUR 1 miljun). Barra minn hekk, il-ħtiġiet f’termini ta’ taħriġ huma akbar. F’każi partikolari (eż. minħabba l-aspetti tekniċi tal-bidla), l-ispiża finanzjarja kif ukoll iż-żmien meħtieġa jistgħu jkunu saħansitra akbar.

(53)

Filwaqt l-investigazzjoni approfondita kkonfermat li jeżistu fil-fatt spejjeż minħabba l-bidla, uriet ukoll li, fl-imgħoddi, dawn ma tellfux milli jkun hemm bidla sinifikanti. Fil-perjodu bejn l-2003 u l-2006, diversi TAs qalbu minn Galileo għal Amadeus. Minbarra dan, Worldspan tilfet tnejn mill-klijenti ewlenin tagħha f’dan il-perjodu, […] u […].

(54)

Anki jekk hemm spiża tal-bidla, jidher li mhux probabbli li t-tranżazzjoni għandha twassal għal preokkupazzjonijiet dwar il-kompetizzjoni minħabba l-livell għoli ta’ sehem kombinat tas-suq, eqreb tal-punt ta’ bejgħ tal-partijiet. Dan huwa minħabba (i.) l-evoluzzjoni negattiva ta’ l-ishma konġunti tas-suq tal-partijiet, (ii.) il-kompetizzjoni qawwija bejn il-GDSs, anki fuq is-swieq nazzjonali fejn għandhom livell għoli ta’ ishma tas-suq eqreb tal-punt ta’ bejgħ, kif intwera miż-żjieda tul iż-żmien f’inċentivi mħallsa lit-TAs fi swieq nazzjonali ta’ din ix-xorta, u (iii.) il-fehmiet ġeneralment pożittivi tat-TAs dwar l-amalgamazzjoni li huma bbażati fuq il-konvinzjoni tagħhom li l-amalgamazzjoni se toħloq alternattiva b’saħħitha għal Amadeus.

(55)

Għalhekk, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li mhux probabbli li jinħolqu effetti mhux ikkoordinati minħabba l-amalgamazzjoni fejn għandhom x’jaqsmu s-swieq eqreb tal-punt ta’ bejgħ.

II.3.5.   L-effetti ikkoordinati

(56)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni approfondita analizzat ulterjorment il-possibbiltà ta’ effetti ikkoordinati kemm fuq in-naħa eqreb tal-punt ta’ produzzjoni kif ukoll fuq in-naħa eqreb tal-punt ta’ bejgħ tas-suq tal-GDSs.

II.3.5.1.   Eqreb tal-punt ta’ produzzjoni

Jintlaħqu t-termini ta’ koordinazzjoni

(57)

Ġeneralment, anqas ma l-ambjent ekonomiku ikun kumpless, u aktar ma jkun stabbli, aktar ikun faċli biex il-kumpaniji jilħqu fehim komuni dwar it-termini ta’ koordinazzjoni. F’dan il-kuntest, domanda volatili, tkabbir intern sostanzjali minn uħud mid-ditti fis-suq jew dħul frekwenti minn ditti ġodda jista’ jindika li s-sitwazzjoni mhix biżżejjed stabbli biex ikun hemm probabbiltà ta’ koordinazzjoni.

(58)

Għalkemm matul l-aħħar ħames snin ma kien hemm l-ebda dħul sinfikanti fis-suq tal-GDSs, l-evoluzzjoni fl-ishma tas-suq ta’ l-aħħar ħames snin tikkonferma li l-ambjent ekonomiku fejn jikkompetu l-GDSs fiż-ŻEE kien suġġett għal bidla konsiderevoli.

(59)

Barra minn hekk, it-tkabbir tas-“supplier.coms” matul l-aħħar ħames snin għandha titqies bħala fattur destabilizzanti sabiex jintlaħqu termini ta’ koordinazzjoni fis-suq tal-GDSs. L-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat ukoll li l-parti l-kbira tal-linji ta’ l-ajru jipprevedu aktar tkabbir fil-bejgħ dirett tagħhom permezz tas-“supplier.com”. Għall-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi u għal-lukandi, id-distribuzzjoni tal-kontenut ta’ l-ivvjaġġar permezz ta’ GDS jirrappreżenta parti relattivament żgħira mill-prenotazzjonijiet tagħhom.

(60)

Anki jekk iċ-ċirkostanzi msemmija aktar ‘il fuq ma jeskludux għal kollox il-possibbiltà li jintlaħqu termini ta’ koordinazzjoni bejn it-tliet GDSs li jifdal fis-suq eqreb tal-punt ta’ produzzjoni, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jagħmlu koordinazzjoni ta’ din ix-xorta aktar diffiċli u b’hekk improbabbli.

Il-monitoraġġ tad-devjazzjonijiet

(61)

L-unika theddida kredibbli ta’ ritaljazzjoni f’waqtha u biżżejjed iżżomm lill-kumpaniji lura milli jiddevjaw mit-termini ta’ koordinazzjoni. Dan jeħtieġ li s-swieq ikunu biżżejjed trasparenti sabiex il-kumpaniji li jkunu qed jikkoordinaw jkunu jistgħu jimmonitorjaw biżżejjed biex jaraw jekk il-kumpaniji jkunux qed jiddevjaw.

(62)

Għalkemm is-servizzi offruti minn GDS huma ta’ natura pjuttost omoġenea, l-istruttura ta’ l-ipprezzar u l-offerti tal-prodotti tal-GDSs kollha huma kumplessi. Bħalissa, fiż-ŻEE, il-GDSs japplikaw tipi differenti ta’ ftehimiet b’mod parallel, jiġifieri Ftehmiet Parteċipattivi tat-Trasportaturi (“PCAs”) standard u ftehimiet ta’ kontenut sħiħ, xi drabi komplementati minn ftehimiet “opt-in” (ta’ għażla). Id-differenzi fi u l-varjetà kemm ta’ l-istrutturi ta’ l-ipprezzar kif ukoll ta’ l-offerti tal-prodotti f’dawn il-ftehimiet jagħmlu koordinazzjoni sostnuta imprattikabbli. It-trasparenza fis-suq li fadal titnaqqas aktar mill-fatt li l-GDSs jimmodifikaw l-offerti tal-prodotti u l-istrutturi tal-prezzijiet fuq bażi regolari.

(63)

Għalkemm mill-investigazzjoni tas-suq jidher li l-kuntratti bejn il-GDSs u l-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi u l-lukandi jidhru li għandhom struttura inqas kumplessa, xorta ma jipprovdux il-livell ta’ trasparenza li jagħmel il-koordinazzjoni fattibbli.

(64)

Numru ta’ parteċipanti fl-investigazzjoni tas-suq ġibdu l-attenzjoni għall-eżistenza ta’ dawk li jissejħu l-klawżoli ta’ “In-Nazzjon l-Aktar Iffavorit” (“MFN”) fil-ftehimiet tagħhom mal-GDSs. L-użu ta’ dawn il-klawsoli jista’ jżid it-trasparenza fil-prezzijiet. Madankollu, kien ikkonfermat mill-investigazzjoni tas-suq, li fil-parti l-kbira tal-każi, il-klawsoli ta’ MFN ikunu relatati ma’ l-obbligu fuq it-TSPs li jipprovdu l-ugwaljanza fil-kontenut tal-GDSs, u għalhekk huma sempliċement rilfess ta’ l-obbligi stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Kondotta.

(65)

Meta jitqiesu l-karatteristiċi tas-swieq rilevanti, u b’mod partikolari, il-grad limitat ta’ trasparenza, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li jkun diffiċli biex it-tliet GDSs li fadal jimmonitorjaw b’mod effettiv id-devjazzjonijiet mill-imġiba kkoordinata.

Il-mekkaniżmi ta’ deterrent

(66)

Il-koordinazzjoni mhix sostenibbli sakemm il-konsegwenzi tad-devjazzjoni ma jkunux biżżejjed gravi li jikkonvinċu lill-kumpaniji ta’ koordinazzjoni li huwa fl-aħjar interess tagħhom li jaderixxu mat-termini tal-koordinazzjoni.

(67)

Ir-ritaljazzjoni immedjata permezz tat-tnaqqis mill-GDSs ta’ koordinazzjoni tal-ħlasijiet mitluba mingħand it-TSPs tkun ineffettiva bħala ritaljazzjoni kontra l-GDS li qed tiddevja, peress li ma tipprovokax lit-TSPs biex ibiddlu imġibithom, meta jitqies li dawn jeħtieġu s-servizzi ta’ l-erba’ GDSs kollha.

(68)

Miżura ta’ ritaljazzjoni aktar realistika tkun dik li GDS toffri lil ċerti TAs importanti li jużaw is-servizzi tal-GDS li tkun iddevjat inċentivi akbar jew pagamenti diretti f’somom f’daqqa sabiex tipprovoka bidla mill-GDS li ddevjat għal GDS differenti. Għalkemm miżuri ta’ din ix-xorta jkunu possibbli, tkun strateġija li ġġib magħha spejjeż għolja peress li l-pagamenti ta’ inċentiv offruti lit-TAs iridu jkunu biżżejjed kbar biex jipprovokaw lit-TAs ħalli jbiddlu l-GDSs.

(69)

Għalhekk fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-ritaljazzjoni permezz ta’ żjieda fil-pagamenti ta’ inċentiv lit-TAs waħidha ma tistax tiġi eskluża.

Ir-reazzjonijiet tal-barranin

(70)

Biex il-koordinazzjoni tirnexxi, l-azzjonijiet tal-kumpaniji li ma jkunux qed jikkoordinaw u tal-kompetituri potenzjali, kif ukoll tal-klijenti, m’għandhomx ikunu jistgħu jipperikolaw ir-riżultat mistenni mill-koordinazzjoni.

(71)

F’dan il-każ, jidher li hemm limiti kompetittivi sinifikanti fis-suq li għandhom jiddestabilizzaw kwalunkwe tentattiv għal koordinazzjoni. Dawn il-limiti, b’mod partikolari, ġejjin mill-possibbiltà li t-TSPs iżommu lura xi kontenut u jagħmlu dan il-kontenut disponibbli biss permezz ta’ kanal ta’ distribuzzjoni diretta bħas-“supplier.com”. Barra minn hekk, il-koordinazzjoni li twassal għal żjidiet fil-prezzijiet tista’ tipprovoka lit-TSPs fiż-ŻEE biex jinvestu aktar fl-iżvilupp ta’ alternattivi għall-GDSs bħal GNEs u links diretti.

(72)

Meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi li ġew deskritti aktar ‘il fuq u l-fatt li l-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti sabiex jintwerew effetti kkoordinati huma kumulattivi, mhux probabbli li l-amalgamazzjoni tirriżulta f’effetti kkoordinati fis-suq ta’ l-UE għall-provvista tas-servizzi tal-GDSs lit-TSPs.

II.3.5.2.   Eqreb tal-punt ta’ bejgħ

Jintlaħqu t-termini ta’ koordinazzjoni

(73)

Fil-prinċipju, il-kwistjoni tal-koordinazzjoni tista’ tinqala’ fis-suq eqreb tal-punt ta’ bejgħ li jkopri r-relazzjoni bejn il-GDSs u t-TAs. Is-swieq eqreb tal-punt ta’ bejgħ fiż-ŻEE huma kkaratterizzati minn differenzi sinfikanti fl-ishma tas-suq bejn l-erba’ GDSs fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż.

(74)

Il-kompetizzjoni bejn il-GDSs fis-suq eqreb tal-punt ta’ bejgħ hija b’saħħtiha u ma turix sinjali ta’ mġiba kkoordinata. Matul l-aħħar […] snin, Galileo u Worldspan tilfu […] ishma tas-suq lil Amadeus. Barra minn hekk, l-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li l-kompetizzjoni bejn il-GDSs għal kuntratti mat-TAs bħalissa hija qawwija, fatt li huwa rifless miż-żjieda fil-pagamenti ta’ inċentiv mill-GDSs lit-TAs tul l-aħħar ħames snin.

(75)

Dak li ntqal aktar ‘il fuq jindika li l-pożizzjonijiet fis-suq tad-ditti li qed jamalgamaw fil-parti l-kbira tas-swieq eqreb tal-punt ta’ bejgħ huma relattivament instabbli, ċirkostanza li għandha tikkumplika s-sitwazzjoni biex jintlaħaq ftehim skond termini ta’ koordinazzjoni.

Il-monitoraġġ tad-devjazzjonijiet

(76)

It-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti tat-TAs ġeneralment mhumiex trasparenti peress li jiġu nnegozjati individwalment bejn it-TAs u l-GDSs. Il-GDSs m’għandhom l-ebda viżibbiltà fit-termini u fil-kundizzjonijiet kumplessi offruti minn GDSs li qed jikkompetu ma’ xulxin. Għalkemm jista’ jkun hemm xi trasparenza fil-prezzijiet minħabba skambju possibbli ta’ informazzjoni bejn it-TAs u l-GDSs fil-kuntest tan-negozjati tal-kuntratti, il-fatt li l-parti l-kbira tal-kuntratti jiġu nnegozjati individwalment jillimita b’mod sinifikanti l-grad ta’ trasparenza li jista’ jirriżulta minn dan. Għalhekk, il-possibbiltajiet li l-imġiba kkoordinata tkun immonitorjata b’suċċess jidhru ferm limitati, minħabba li jkun meħtieġ monitoraġġ tal-livell ta’ kontenut, tal-funzjonalitajiet, tas-servizzi, ta’ l-għajnuna finanzjarja, tal-bonuses u ta’ termini u kundizzjonijiet oħra li kull GDS toffri lill-aġenziji ta’ l-ivvjaġġar individwali.

(77)

Meta jitqies il-grad limitat ta’ trasparenza fuq in-naħa eqreb tal-punt ta’ bejgħ tas-suq, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li jkun diffiċli biex it-tliet GDSs li fadal jimmonitorjaw id-devjazjonijiet mill-imġiba kkoordinata.

Il-mekkaniżmi ta’ deterrent

(78)

Il-mekkaniżmi ta’ deterrenti li jistgħu jiġu applikati huma essenzjalment l-istess bħal dawk li ġew diskussi b’relazzjoni għas-suq eqreb tal-punt ta’ produzzjoni.

Ir-reazzjonijiet tal-barranin

(79)

Fil-każ ta’ mġiba kkoordinata, mhemmx wisq alternattivi immedjatament disponibbli li t-TAs jistgħu jduru għalihom. L-użu ta’ “supplier.com” huwa wisq problematiku għat-TAs u l-alternattivi l-oħra għall-GDSs bħalissa mhumiex żviluppati biżżejjed fiż-ŻEE biex jikkostitwixxu alternattivi adegwati.

(80)

Meta jitqies il-fatt li l-kriterji li jridu jiġu sodisfatti sabiex jintwerew effetti kkoordinati huma kumulattivi, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li anki fin-naħa eqreb tal-punt ta’ bejgħ tas-suq mhux probabbli li l-amalgamazzjoni tirriżulta f’effetti kkoordinati.

III.   KONKLUŻJONI

(81)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta mhu se tagħti lok għall-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni li minħabba fih il-kompetizzjoni effettiva tkun imfixkla b’mod sinifikanti fis-Suq Komuni jew f’parti sostanzjali minnu. Konsegwentement, il-Kummissjoni biħsiebha tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-Suq Komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE, skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 314/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2007

li tapprova programmi nazzjonali annwali u multi-annwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda, kontroll u sorveljanza ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali, ippreżentati mill-Istati Membri għall-2008 u snin ta’ wara.

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5776)

(2007/782/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 24(5) tagħha

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn il-programmi għall-qerda, kontroll u monitoraġġ ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistipula li miżura finanzjarja tal-Komunità trid tiġi introdotta għar-rimborż tan-nefqa mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard fl-annimali u taż-żoonożi elenkati f'din id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/965/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (2) ssostitwit l-Artikolu 24 ta’ din id-Deċiżjoni b'dispożizzjoni ġdida. Bħala miżura ta’ tranżizzjoni, id-Deċiżjoni 2006/965/KE stipulat li l-programmi għall-lewkożi bovina enzootika u għall-marda ta’ Aujeszky jistgħu jibqgħu jiġu ffinanzjati sal-31 ta’ Diċembru 2010.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza ta’ ċertu mard fl-annimali (3) tistipula li biex jiġu approvati taħt il-miżuri stipulati fl-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-programmi mibgħuta mill-Istati Membri jridu jissodisfaw l-kriterji stabbiliti fl-Annessi tad-Deċiżjoni 90/638/KEE.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (4), jistipula programmi annwali għall-qerda u s-sorveljanza ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs, transmissible spongiform encephalopathies) fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (5) dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta’ l-influwenza fit-tjur tistipula wkoll għall-programmi ta’ sorveljanza mill-Istati Membri li jridu jitwettqu fir-rigward tat-tjur u l-għasafar salvaġġi biex isir kontribut, fost l-oħrajn, fuq il-bażi ta’ stimi tar-riskju aġġornati b'mod regolari, għall-għarfien dwar it-theddida li ġejja mill-għasafar salvaġġi fir-rigward ta’ xi virus ta’ l-influwenza li ġej mit-tjur fl-għasafar. Dawn il-programmi annwali għas-sorveljanza, u l-finanzjament tagħhom, għandhom jiġu approvati wkoll.

(7)

Ċerti Stati Membri ressqu programmi annwali lill-Kummissjoni għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard fl-annimali, programmi ta’ kontroll li huma mmirati lejn il-prevenzjoni taż-żoonożi, u programmi annwali ta’ monitoraġġ għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ ċerti TSEs li għalihom jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

(8)

Ċerti Stati Membri ssottomettew ukoll programmi multi-annwali lill-Kummissjoni għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard fl-annimali, li għalihom jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità. L-Impenn tan-nefqa għall-programmi multi-annwali għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea (6). Għall-programmi multi-annwali l-ewwel impenn baġitarju għandu jsir wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 24(5) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(9)

Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi annwali u multi-annwali mibgħuta mill-Istati Membri kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Dawn il-programmi nstabu konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Komunità, u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 90/638/KEE.

(10)

Fid-dawl ta’ l-importanza ta’ dawn il-programmi għall-ksib ta’ l-objettivi Komunitarji fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u tal-pubbliku, kif ukoll l-applikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha fil-każ tal-programmi TSE u ta’ l-influwenza tat-tjur, huwa xieraq li tiġi ffissata r-rata ta’ kontribuzzjoni finanzjarja xierqa tal-Komunità biex tagħti rimborż għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri kkonċernati għall-miżuri li ssemmew f’din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm.

(11)

Għall-finijiet ta’ maniġġjar tajjeb, użu iktar effiċjenti tal-fondi Komunitarji u t-trasparenza mtejba, huma meħtieġa wkoll li jiġu ffissati għal kull programm, fejn huwa xieraq, ammonti massimi li għandhom jingħataw bħala rimborż lill-Istati Membri għal ċerti spejjeż, bħalma huma t-testijiet użati fl-Istati Membri u kumpens lis-sidien minħabba xi telf mit-tbiċċir jew il-qatla ta’ l-annimali tagħhom.

(12)

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (7), il-programmi għall-qerda u l-kontroll tal-mard ta’ l-annimali jridu jiġu ffinanzjati taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata soġġetta għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati jitwettqu b'mod effiċjenti u li l-awtoritajiet kompetenti jfornu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. B'mod partikolari, jidher xieraq li jintalab rapportar tekniku intermedju aktar ta’ sikwit sabiex issir stima ta’ l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni tal-programmi approvati.

(14)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva l-infiq kollu ppreżentat għal kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun f’euro. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, ir-rata ta’ kambju għall-infiq f’munita għajr l-euro għandha tkun l-aħħar rata ta’ kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih titressaq l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

PROGRAMMI ANNWALI

Artikolu 1

Bruċellożi bovina

1.   Il-programmi għall-qerda tal-bruċellosi bovina ppreżentati mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Portugall u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju, il-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi u x-xiri ta’ dożi ta’ vaċċini, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 1 200 000 għall-Irlanda

(b)

EUR 4 400 000 għal Spanja;

(ċ)

EUR 2 100 000 għall-Italja;

(d)

EUR 153 000 għaċ-Ċipru;

(e)

EUR 1 900 000 għall-Portugall;

(f)

EUR 1 200 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)

għat-test rose bengal

EUR 0,2 għal kull test;

(b)

għat-test SAT

EUR 0,2 għal kull test;

(ċ)

għat-test compliment fixation

EUR 0,4 għal kull test;

(d)

għal test ELISA

EUR 1 għal kull test.

Artikolu 2

It-tuberkulożi bovina

1.   Il-programmi għall-qerda tat-tuberkolożi bovina ppreżentati mill-Estonja, Spanja, l-Italja, il-Polonja u l-Portugall huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispejjeż tat-twettiq tat-testijiet tuberculin, testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 24 000 għall-Estonja;

(b)

EUR 6 100 000 għal Spanja;

(ċ)

EUR 2 700 000 għall-Italja;

(d)

EUR 1 100 000 għall-Polonja;

(e)

EUR 347 000 għall-Portugall.

3.   L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)

għat-test tuberkulin

EUR 1 għal kull test;

(b)

għat-test gamma-interferon

EUR 5 għal kull test.

Artikolu 3

Bruċellożi ovina u kaprina

1.   Il-programmi għall-qerda tal-bruċellosi ovina u kaprina ppreżentati minn Spanja, l-Italja, Ċipru u l-Portugall huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għax-xiri ta’ vaċċini, l-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 5 600 000 għal Spanja;

(b)

EUR 2 800 000 għall-Italja;

(ċ)

EUR 93 000 għaċ-Ċipru;

(d)

EUR 1 100 000 għall-Portugall.

3.   L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)

għat-test rose bengal

EUR 0,2 għal kull test;

(b)

għat-test compliment fixation

EUR 0,4 għal kull test;

Artikolu 4

Bluetongue f'żoni endemiċi jew ta’ riskju kbir

1.   Il-programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-bluetongue ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għas-sorveljanza viroloġika, seroloġika u entomoloġika u x-xiri ta’ nases u vaċċini, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 377 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 5 400 għall-Bulgarija;

(ċ)

EUR 3 100 000 għall-Ġermanja;

(d)

EUR 100 000 għall-Greċja;

(e)

EUR 4 100 000 għal Spanja;

(f)

EUR 351 000 għal Franza;

(g)

EUR 1 300 000 għall-Italja;

(h)

EUR 70 000 għal-Lussemburgu;

(i)

EUR 527 000 għall-Olanda;

(j)

EUR 245 000 għall-Awstrija;

(k)

EUR 1 004 000 għall-Portugall;

(l)

l-EUR 43 000 għar-Rumanija;

(m)

EUR 61 000 għas-Slovenja

3.   L-ammont massimu ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn EUR 2,5 għal kull test ELISA.

Artikolu 5

Salmonellożi (salmonella zoonotika) fil-qatgħat tat-tgħammir ta’ Gallus gallus

1.   Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella zoonotika fil-qatgħat tat-tagħmir ta’ Gallus gallus ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi u ta’ serotipi fil-qafas tat-teħid ta’ kampjuni uffiċjali, il-kumpens għas-sidien għall-valur tat-tjur maqtula, il-qerda tal-bajd u x-xiri ta’ dożi ta’ vaċċin u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 550 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 10 000 għall-Bulgarija;

(ċ)

EUR 200 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 75 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 600 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 120 000 għall-Irlanda;

(g)

EUR 150 000 għall-Greċja;

(h)

EUR 800 000 għal Spanja;

(i)

EUR 500 000 għal Franza;

(j)

EUR 470 000 għall-Italja;

(k)

EUR 45 000 għalċ-Ċipru;

(l)

EUR 60 000 għal-Latvja;

(m)

EUR 400 000 għall-Ungerija;

(n)

EUR 1 300 000 għall-Olanda;

(o)

EUR 50 000 għall-Awstrija;

(p)

EUR 2 000 000 għall-Polonja;

(q)

EUR 600 000 għall-Portugall;

(r)

EUR 400 000 għar-Rumanija;

(s)

EUR 275 000 għas-Slovakkja.

3.   L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)

għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni)

EUR 5,0 għal kull test;

(b)

għax-xiri ta’ doża waħda ta’ vaċċin

EUR 0,05 għal kull doża;

(ċ)

għas-serotipar ta’ l-iżolati rilevanti tas-Salmonella spp.

EUR 20,0 għal kull test.

Artikolu 6

Salmonellożi (salmonella zoonotika) fil-qatgħat li jbidu ta’ Gallus gallus

1.   Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella zoonotika fil-qatgħat li jbidu ta’ Gallus gallus ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi u ta’ serotipi fil-qafas tat-teħid ta’ kampjuni uffiċjali, il-kumpens għas-sidien għall-valur tat-tjur maqtula, il-qerda tal-bajd u x-xiri ta’ dożi ta’ vaċċin, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 750 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 20 000 għall-Bulgarija;

(ċ)

EUR 1 000 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 2 000 000 għall-Ġermanja;

(e)

EUR 20 000 għall-Estonja;

(f)

EUR 500 000 għall-Greċja;

(g)

EUR 3 500 000 għal Spanja;

(h)

EUR 2 500 000 għal Franza;

(i)

EUR 1 000 000 għall-Italja;

(j)

EUR 80 000 għaċ-Ċipru;

(k)

EUR 300 000 għal-Latvja;

(l)

EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

(m)

EUR 2 000 000 għall-Ungerija;

(n)

EUR 2 000 000 għall-Olanda;

(o)

EUR 1 000 000 għall-Awstrija;

(p)

EUR 2 000 000 għall-Polonja;

(q)

EUR 1 000 000 għall-Portugall;

(r)

EUR 500 000 għar-Rumanija;

(s)

EUR 1 000 000 għas-Slovakkja.

(t)

EUR 80 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)

għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni)

EUR 5,0 għal kull test;

(b)

għax-xiri ta’ doża waħda ta’ vaċċin

EUR 0,05 għal kull doża

(ċ)

għas-serotipar ta’ l-iżolati rilevanti tas-salmonella spp.

EUR 20,0 għal kull test.

Artikolu 7

Deni klassiku tal-majjali u deni Afrikan tal-majjali

1.   Il-programmi għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’:

(a)

Deni klassiku tal-majjali ppreżentat mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja huma b'dan approvati għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

(b)

Deni klassiku tal-majjali u deni Afrikan tal-majjali ppreżentati mill-Italja huma b'dan approvati għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 ta’ l-ispiża tat-twettiq tat-testijiet viroloġiċi u seroloġiċi ta’ majjali domestiċi u taċ-ċingjali u għall-programmi mibgħuta mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, ir-Rumanija u s-Slovakkja ukoll bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba fix-xiri u t-tqassim tal-vaċċini u l-lixki għall-vaċċinazzjoni taċ-ċingjali, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 400 000 għall-Bulgarija;

(b)

EUR 1 000 000 għall-Ġermanja;

(ċ)

EUR 650 000 għal Franza;

(d)

EUR 100 000 għall-Italja;

(e)

EUR 15 000 għal-Lussemburgu;

(f)

EUR 2 500 000 għar-Rumanija;

(g)

EUR 40 000 għas-Slovenja;

(h)

EUR 525 000 għas-Slovakkja.

3.   L-ammont massimu ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn EUR 2,5 għal kull test ELISA.

Artikolu 8

Il-marda vexxikolari tal-ħnieżer

1.   Il-programm għall-qerda tal-marda ta’ l-infafet (veżikulari) tal-majjali ppreżentat mill-Italja huwa b'dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża tat-testijiet tal-laboratorju u ma għandhiex tkun ogħla minn EUR 300 000.

Artikolu 9

Influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u salvaġġ

1.   Il-programmi ta’ stħarriġ għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur salvaġġ ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru għall-ispejjeż ta’ twettiq ta’ testijiet fil-laboratorju u ammont wieħed għat-teħid ta’ kampjuni ta’ tjur salvaġġ, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 127 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 76 000 għall-Bulgarija;

(ċ)

EUR 65 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 202 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 580 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 8 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 58 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 72 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 306 000 għal Spanja;

(j)

EUR 155 000 għal Franza;

(k)

EUR 380 000 għall-Italja;

(l)

EUR 15 000 għaċ-Ċipru;

(m)

EUR 33 000 għal-Latvja;

(n)

EUR 43 000 għal-Litwanja;

(o)

EUR 12 000 għal-Lussemburgu;

(p)

EUR 184 000 għall-Ungerija;

(q)

EUR 444 000 għall-Olanda;

(r)

EUR 55 000 għall-Awstrija;

(s)

EUR 81 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 165 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 465 000 għar-Rumanija;

(v)

EUR 43 000 għas-Slovenja;

(w)

EUR 50 000 għas-Slovakkja;

(x)

EUR 35 000 għall-Finlandja;

(y)

EUR 290 000 għall-Iżvezja;

(z)

EUR 400 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi ma għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)

għat-test ELISA:

EUR 1 għal kull test;

(b)

għall-agar gel immune diffusion test:

EUR 1,2 għal kull test;

(ċ)

għat-test HI għall-H5/H7:

EUR 12 għal kull test;

(d)

għat-test ta’ l-iżolament tal-virus:

EUR 30 għal kull test;

(e)

għat-test PCR:

EUR 15 għal kull test;

(f)

teħid ta’ kampjuni tat-tjur salvaġġ

EUR 20 għal kull tajra.

Artikolu 10

Enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE)

1.   Il-programmi għall-monitoraġġ ta’ l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż li mġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 1 950 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 850 000 għall-Bulgarija;

(ċ)

EUR 950 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 1 600 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 9 500 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 250 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 5 000 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 950 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 4 700 000 għal Spanja;

(j)

EUR 14 750 000 għal Franza;

(k)

EUR 3 050 000 għall-Italja;

(l)

EUR 250 000 għaċ-Ċipru;

(m)

EUR 300 000 għal-Latvja;

(n)

EUR 550 000 għal-Litwanja;

(o)

EUR 150 000 għal-Lussemburgu;

(p)

EUR 700 000 għall-Ungerija;

(q)

EUR 37 000 għal Malta;

(r)

EUR 3 150 000 għall-Olanda;

(s)

EUR 1 250 000 għall-Awstrija;

(t)

EUR 3 250 000 għall-Polonja;

(u)

EUR 1 250 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 7 500 għar-Rumanija;

(w)

EUR 200 000 għas-Slovenja;

(x)

EUR 750 000 għas-Slovakkja.

(y)

EUR 650 000 għall-Finlandja;

(z)

EUR 1 150 000 għall-Iżvezja;

(za)

EUR 5 300 000 għar-Renju Unit.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tal-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun għat-testijiet imwettqa u l-ammont massimu ma għandux ikun ogħla minn:

(a)

EUR 5 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fl-annimali bovini msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b)

EUR 30 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fl-annimali ovini u kaprini msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(ċ)

EUR 50 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fiċ-ċriev imsemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(d)

EUR 175 għal kull test, għat-testijiet diskriminatorji molekolari primarji mwettqa kif jissemma fil-punt 3.2(ċ)(i) tal-Kapitolu Ċ ta’ l-Anness X, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

Artikolu 11

Enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE)

1.   Il-programmi għall-qerda ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja il-Finlandja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża mġarrba minn kull Stat Membru bħala kumpens lis-sidien għall-valur tal-bhejjem tagħhom maqtula jew meqruda bi qbil mal-programm tagħhom għall-qerda, sa massimu ta’ EUR 500 għal kull annimal, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 50 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 50 000 għall-Bulgarija;

(ċ)

EUR 150 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 50 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 145 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 50 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 430 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 50 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 500 000 għal Spanja;

(j)

EUR 100 000 għal Franza;

(k)

EUR 150 000 għall-Italja;

(l)

EUR 50 000 għal-Lussemburgu;

(m)

EUR 50 000 għall-Olanda;

(n)

EUR 50 000 għall-Awstrija;

(o)

EUR 100 000 għall-Polonja;

(p)

EUR 232 000 għall-Portugall;

(q)

EUR 10 000 għas-Slovenja;

(r)

EUR 125 000 għas-Slovakkja;

(s)

EUR 25 000 għall-Finlandja;

(t)

EUR 176 000 għar-Renju Unit.

Artikolu 12

Scrapie

1.   Il-programmi għall-qerda ta’ l-iscrapie ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża mħallsa mill-Istati Membri kkonċernati bħala kumpens lis-sidien għall-valur tal-bhejjem tagħhom maqtula jew meqruda bi qbil mal-programm tagħhom għall-qerda, sa massimu ta’ EUR 100 għal kull annimal u bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża ta’ l-analiżi tal-kampjuni għall-ġenotipar, sa massimu ta’ EUR 10 għal kull test tal-ġenotipar, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 66 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 26 000 għall-Bulgarija;

(ċ)

EUR 88 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 204 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 1 000 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 12 100 għall-Estonja;

(g)

EUR 550 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 700 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 3 800 000 għal Spanja;

(j)

EUR 3 000 000 għal Franza;

(k)

EUR 1 500 000 għall-Italja;

(l)

EUR 1 100 000 għaċ-Ċipru;

(m)

EUR 1 100 għal-Latvja;

(n)

EUR 3 000 għal-Litwanja;

(o)

EUR 27 000 għal-Lussemburgu;

(p)

EUR 343 000 għall-Ungerija;

(q)

EUR 258 000 għall-Olanda;

(r)

EUR 26 000 għall-Awstrija;

(s)

EUR 35 000 għall-Portugall;

(t)

EUR 881 000 għar-Rumanija;

(u)

EUR 61 000 għas-Slovenja;

(v)

EUR 302 000 għas-Slovakkja.

(w)

EUR 201 000 għall-Finlandja;

(x)

EUR 4 000 000 għar-Renju Unit.

Artikolu 13

Ir-Rabja

1.   Il-programmi għall-qerda tar-rabja ppreżentati mill-Bulgarija, il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet tal-laboratorju u għax-xiri u t-tqassim tal-vaċċin u lixki għall-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 700 000 għall-Bulgarija;

(b)

EUR 700 000 għal-Litwanja;

(ċ)

EUR 1 500 000 għall-Ungerija;

(d)

EUR 290 000 għall-Awstrija;

(e)

EUR 3 900 000 għall-Polonja;

(f)

EUR 2 500 000 għar-Rumanija;

(g)

EUR 575 000 għas-Slovakkja.

3.   L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)

għal test ELISA

EUR 8 għal kull test;

(b)

għal test biex tinstab it-tetraċiklina fl-għadam

EUR 8 għal kull test.

Artikolu 14

Lewkożi enzootika bovina

1.   Il-programm għall-qerda tal-Lewkożi enzootika bovina ppreżentat mill-Estonja, il-Litwanja u l-Polonja għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 huwa b'dan approvat.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 15 000 għall-Estonja;

(b)

EUR 200 000 għal-Litwanja;

(ċ)

EUR 800 000 għall-Polonja;

3.   L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li jridu jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)

għal test ELISA

EUR 0,5 għal kull test;

(b)

it-test ta’ agar gel immune diffusion

EUR 0,5 għal kull test.

Artikolu 15

Il-marda ta’ Aujeszky

1.   Il-programmi għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky ppreżentati minn Spanja, l-Ungerija u l-Polonja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tal-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba mill-Istat Membru kkonċernat għall-ispiża tat-testijiet tal-laboratorju, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 450 000 għal Spanja;

(b)

EUR 60 000 għall-Ungerija;

(ċ)

EUR 5 000 000 għall-Polonja;

3.   L-ammont massimu ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn EUR 1 għal kull test ELISA.

KAPITOLU II

PROGRAMMI MULTI-ANNWALI

Artikolu 16

Ir-Rabja

1.   Il-programmi multi-annwali għall-qerda tar-rabja ppreżentati mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, is-Slovenja, u l-Finlandja huma b'dan approvati għall-perjodu minn:

(a)

1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2009 għar-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja;

(b)

1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010 għal-Latvja u l-Finlandja;

(ċ)

1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2011 għall-Estonja;

(d)

1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012 għas-Slovenja.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet tal-laboratorju u għax-xiri u t-tqassim tal-vaċċin u lixki għall-programmi.

3.   L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istat Membru kkonċernat għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)

għal test ELISA

EUR 8 għal kull test;

(b)

għal test biex tinstab it-tetraċiklina fl-għadam

EUR 8 għal kull test.

4.   Il-kontribuzzjoni li tkopri l-perjodu għall-implimentazzjoni tal-programmi multi-annwali ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 1 000 000 għar-Repubblika Ċeka;

(b)

EUR 800 000 għall-Ġermanja;

(ċ)

EUR 4 750 000 għall-Estonja;

(d)

EUR 3 700 000 għal-Latvja;

(e)

EUR 1 750 000 għas-Slovenja;

(f)

EUR 300 000 għall-Finlandja.

5.   L-ammonti impenjati għall-2008 għandhom ikunu:

(a)

EUR 500 000 għar-Repubblika Ċeka;

(b)

EUR 475 000 għall-Ġermanja;

(ċ)

EUR 1 000 000 għall-Estonja;

(d)

EUR 1 200 000 għal-Latvja;

(e)

EUR 350 000 għas-Slovenja;

(f)

EUR 100 000 għall-Finlandja.

6.   L-ammonti impenjati għas-snin li ġejjin għandhom jiġu deċiżi bħala parti mit-twettiq tal-programm fl-2008. Indikazzjoni ta’ dawn l-ammonti (f'ewro) tidher hawn taħt:

Stat Membru

2009

2010

2011

2012

Ir-Repubblika Ċeka

500 000

 

 

 

Il-Ġermanja

325 000

 

 

 

Il-Latvja

1 250 000

1 250 000

 

 

Il-Finlandja

100 000

100 000

 

 

L-Estonja

1 250 000

1 250 000

1 250 000

 

Is-Slovenja

350 000

350 000

350 000

350 000

Artikolu 17

Il-marda ta’ Aujeszky

1.   Il-programm multi-annwali għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky ippreżentat mill-Belġju huwa b'dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża mġarrba mill-Belġju għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju.

3.   L-ammont massimu ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Belġju għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux ikun ogħla minn EUR 1 għal kull test ELISA.

4.   Il-kontribuzzjoni biex jiġi kopert il-perjodu għall-implimentazzjoni tal-programm multi-annwali li jrid jitwettaq mill-Belġju msemmi fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun ogħla minn EUR 720 000.

5.   L-ammont impenjat għall-2008 għandu jkun ta’ EUR 360 000.

6.   L-ammont impenjat għas-sena ta’ wara għandu jiġi deċiż bħala parti mit-twettiq tal-programm fl-2008. EUR 350 000 hija indikazzjoni ta’ dan.

Artikolu 18

Lewkożi enzootika bovina

1.   Il-programmi multi-annwali għall-qerda tal-lewkożi enzotika bovina ppreżentati mill-Italja, il-Latvja, u l-Portugall huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi.

3.   L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)

għal test ELISA

EUR 0,5 għal kull test;

(b)

it-test ta’ diffużjoni immuni ta’ agar gel

EUR 0,5 għal kull test.

4.   Il-kontribuzzjoni li tkopri l-perjodu għall-implimentazzjoni tal-programmi multi-annwali ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 2 000 000 għall-Italja;

(b)

EUR 170 000 għal-Latvja;

(ċ)

EUR 1 000 000 għall-Portugall.

5.   L-ammonti impenjati għall-2008 għandhom ikunu:

(a)

EUR 400 000 għall-Italja;

(b)

EUR 60 000 għal-Latvja;

(ċ)

EUR 300 000 għall-Portugall.

6.   L-ammonti impenjati għas-snin li ġejjin għandhom jiġu deċiżi bħala parti mit-twettiq tal-programm fl-2008. Indikazzjoni ta’ dawn l-ammonti (f'euro) tidher hawn taħt:

Stat Membru

2009

2010

2011

2012

L-Italja

800 000

800 000

 

 

Il-Latvja

55 000

55 000

 

 

Il-Portugall

350 000

350 000

 

 

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 19

1.   Għall-programmi li jissemmew fl-Artikoli 1, 2, 3, 5, 6, 14 u 18, l-ispejjeż eliġibbli għall-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali minħabba tbiċċir jew qtil ta’ l-annimali tagħhom għandhom ikunu limitati kif inhu previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-medja tal-kumpens li għandu jiġi rrimborżat lill-Istati Membri għandu jiġi kkalkolat skond in-numru ta’ l-annimali li ġew imbiċċra jew maqtula fl-Istat Membru u:

(a)

għall-annimali bovini, sa massimu ta’

EUR 375 kull annimal;

(b)

għan-ngħaġ u l-mogħoż, sa massimu ta’

EUR 50 kull annimal;

(ċ)

għat-tajra tat-tgħammir Gallus gallus, sa massimu ta’

EUR 3,5 għal kull tajra;

(d)

għat-tajra li tbid Gallus gallus, sa massimu ta’

EUR 1,5 għal kull tajra.

3.   L-ammont massimu ta’ kumpens li għandu jiġi rimbursat lill-Istati Membri għal kull annimal singolu ma għandux ikun ogħla minn EUR 1 000 għal kull annimali bovin u ta’ EUR 100 għal kull nagħġa jew mogħża.

Artikolu 20

1.   In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarju mill-Komunità għandha għandha tiġi espressa f'euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

2.   Fejn in-nefqa ta’ Stat Membru hija f'munita li mhijiex l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandhu jaqlibha għall-euro billi japplika l-aktar rata ta’ skambju riċenti mfassla mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mill-Istat Membru.

Artikolu 21

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18 għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati:

(a)

jimplimentaw il-programmi skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità, inklużi regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi;

(b)

iġibu fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008 il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18;

(ċ)

jibagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2008 ir-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18, skond l-Artikolu 24(7)(a) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE;

(d)

għall-programmi msemmija fl-Artikolu 9, jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati pożittivi u negattivi ta’ l-investigazzjonijiet li jinstabu matul is-sorveljanza tat-tjur domestiku u salvaġġ permezz tas-sistema onlajn tal-Kummissjoni kull tliet xhur billi jibagħtu fi żmien perjodu ta’ erba' ġimgħat wara li jintemm ix-xahar kopert mir-rapport;

(e)

għall-programmi msemmija fl-Artikoli 10 sa 12, jibagħtu rapport lill-Kummissjoni kull xahar dwar ir-riżultati tal-programm ta’ sorveljanza tat-TSE billi jibagħtu fi żmien perjodu ta’ erba' ġimgħat wara li jintemm ix-xahar kopert mir-rapport;

(f)

għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18 jibagħtu rapport finali lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 24(7)(b) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE mhux aktar tard mit-30 ta’ April dwar it-twettiq tekniku tal-programm flimkien ma’ xhieda ta’ ġustifikazzjoni għal dawk li huma spejjeż imħallsa mill-Istat Membru u r-riżultati miksuba matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008;

(g)

għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18, jimplimentaw il-programm b'mod effiċjenti;

(h)

għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18, ma jibagħtux aktar talbiet għal kontribuzzjonijiet oħra mill-Komunità għal dawn il-miżuri, u li ma jkunux bagħtu talbiet bħal dawn qabel.

2.   Meta Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kummissjoi għandha tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità wara li tikkunsidra n-natura u l-gravità ta’ l-infrazzjoni, u t-telf finanzjarju għall-Komunità.

Artikolu 22

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 23

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22.

(3)  ĠU L 347, 12.12.1990, p. 27. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 92/65/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(4)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).

(5)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 12.

(7)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007(ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).