ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
30 ta' Novembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1404/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2008

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1405/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1406/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jniedi reviżjoni ta’ esportatur ġdid tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 130/2006 li jimponi dazju definittiv ta’ l-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ aċtu tartariku li joriġina, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jirrevoka d-dazju fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1407/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Třeboňský kapr (IĠP))

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1408/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun fiż-żona IV ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' II a min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1409/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tal-Faroes taż-żona V b ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

19

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1410/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

21

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/69/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-difethialone bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha ( 1 )

23

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/70/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-dijossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva fl-Anness IA għaliha ( 1 )

26

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/773/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2007 dwar estensjoni ta’ sena għall-programm supplimentari ta’ riċerka li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika

29

 

 

2007/774/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

32

Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

33

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/775/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2007 li tirrevoka d-Deċiżjoni 1999/572/KE li taċċetta impenji offruti f’konnessjoni mal-proċedimenti anti-dumping li jirrigwardaw l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-wajer ta’ l-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Ungerija, l-Indja, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, il-Polonja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina

44

 

 

2007/776/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE biex testendi d-deroga dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott minn pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5693)

48

 

 

2007/777/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777)  ( 1 )

49

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/778/PESK tad-29 ta’ Novembru 2007 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ppjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni, eventwalment possibbli, ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u possibbilment f'oqsma oħra fil-Kosovo

68

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1404/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2008

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 8(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jesiġi li l-Kunsill jadotta l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u sabiex l-attivitajiet tas-sajd jibqgħu jsiru b’mod sostenibbli, billi jitqies il-parir xjentifiku disponibbli u, b’mod partikulari, ir-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.

(2)

Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, huwa obbligu tal-Kunsill li jistabbilixxi l-limiti dwar l-opportunitajiet ta’ sajd skond it-tip ta’ sajd jew gruppi ta’ tipi ta’ sajd u l-allokazzjoni ta’ dawn l-opportunitajiet lill-Istati Membri.

(3)

Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet ta’ sajd.

(4)

Il-prinċipji u ċerti proċeduri għall-ġestjoni tas-sajd iridu jiġu stipulati fil-livell Komunitarju, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.

(5)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistipula d-definizzjonijiet ta’ rilevanza għall-allokazzjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd.

(6)

Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96, l-istokkijiet li huma suġġetti għad-diversi miżuri msemmija għandhom ikunu identifikati.

(7)

L-opportunitajiet ta’ sajd għandhom jintużaw skond il-leġislazzjoni tal-Komunità dwar is-suġġett, u b’mod partikolari skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 ta’ l-20 ta’ Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljali dwar l-immarkar u d-dokumentazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut ta’ l-Istati Membri (5), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (6), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta’ sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita (7), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta’ Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tad-dgħajjes tas-sajd (8), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta’ statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal ta’ l-Atlantiku (9), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound  (10) u r-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

(8)

Huwa xieraq, konformement mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-laqgħa tal-Kunsill fil-11 u t-12 ta’ Ġunju 2007, li jitqiesu l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jaġġustaw il-kapaċitajiet tal-flotot fil-Baħar Baltiku fl-aħħar snin, mingħajr ma jiġi kompromess l-objettiv ġenerali ta’ l-iskema ta’ l-isforzi fir-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

(9)

Biex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni ta’ l-istokkijiet tal-ħut, diversi miżuri supplimentari dwar kondizzjonijiet tekniċi għas-sajd għandhom jiġu implimentati fl-2008.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet ta’ sajd għas-sena 2008 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar Baltiku u l-kundizzjonijiet assoċjati li taħthom jistgħu jintużaw dawn l-opportunitajiet ta’ sajd.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji (“bastimenti Komunitarji”) u bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi terzi li joperaw fil-Baħar Baltiku u li jkunu reġistrati fihom.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m’għandux japplika għal operazzjonijiet ta’ sajd imwettqa biss bl-iskop ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi li jsiru bil-permess u taħt l-awtorità ta’ l-Istat Membru kkonċernat u li dwarhom il-Kummissjoni u l-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu tkun qed issir ir-riċerka kienu infurmati bil-quddiem.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma kif definiti fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91;

(b)

“Baħar Baltiku” tfisser id-Diviżjonijiet IIIb, IIIċ u IIId ta’ l-ICES;

(ċ)

“qabda totali permissibli (TAC – Total Allowable Catch)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(d)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Komunità, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(e)

“jum nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perijodu kontinwu ta’ 24 siegħa jew parti minnu li fih il-bastiment ikun nieqes mill-port.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TA’ SAJD U KONDIZZJONIJIET ASSOĊJATI

Artikolu 4

Limiti tal-qbid u allokazzjonijiet

Il-limiti tal-qbid, l-allokazzjoni ta’ tali limiti fost l-Istati Membri, u kondizzjonijiet addizzjonali skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stipulati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

1.   L-allokazzjoni tal-limiti tal-qbid fost l-Istati Membri, kif stipulati fl-Anness I, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula skond l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b)

l-allokazzjonijiet mill-ġdid li jsiru skond Artikoli 21(4), 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93;

(ċ)

ħatt l-art addizzjonali permess skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d)

kwantitajiet miżmuma bi qbil ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e)

riduzzjonijiet magħmula skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

2.   Għall-fini taż-żamma tal-kwoti li jkunu se jiġu ttrasferiti għall-2009, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jista’ japplika, b’deroga minn dak ir-Regolament, għall-istokkijiet kollha suġġetti għal TAC analitiku.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-qabdiet u għall-qabdiet sekondarji

1.   Ħut minn stokkijiet li fuqhom hemm imposti l-limiti tal-qbid għandhom jinżammu abbord jew jinħattu biss jekk:

(a)

il-qabdiet ittieħdu minn bastimenti ta’ Stat Membru bi kwota u dik il-kwota ma tkunx ġiet użata kollha jew;

(b)

speċi oħra barra l-aringi u s-sardin ikunu mħallta ma’ speċi oħra, il-qabdiet ikunu saru bit-tkarkir, it-tartaruni Daniżi jew apparat simili li d-daqs tal-malji tiegħu huwa inqas minn 32 mm, u l-qabdiet ma jkunux ġew magħżula abbord jew meta nħattu.

2.   Il-ħatt l-art kollu għandu jgħodd kontra l-kwota jew kontra l-parti tal-Komunità, ħlief għal qabdiet magħmula taħt il-paragrafu 1(b).

3.   Meta l-kwota għall-aringi allokata lil Stat Membru tintuża kollha, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru, reġistrati fil-Komunità u li joperaw fl-industrija tas-sajd li għaliha tapplika l-kwota rilevanti m’għandhomx iħottu l-art qabdiet li mhumiex magħżula u li fihom l-aringi.

4.   Fejn il-kwota għas-sardin allokata għal Stat Membru tintuża kollha, bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru, reġistrat fil-Komunità, u li joperaw fl-industrija tas-sajd li għalih tapplika l-kwota rilevanti m’għandhomx iħottu l-art qabdiet li mhumiex imqasma u li jkun fihom is-sardin.

Artikolu 7

Limiti fuq l-isforzi tas-sajd

Il-limiti fuq l-isforzi tas-sajd huma stipulati fl-Anness II.

Artikolu 8

Miżuri tekniċi tranżitorji

Miżuri tekniċi tranżitorji huma mniżżla fl-Anness III.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Trasmissjoni ta’ data

Meta l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda skond Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, huma għandhom jużaw il-kodiċi ta’ l-istokkijiet stipulati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(3)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1

(4)  ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.

(5)  ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1804/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 10).

(6)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(7)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(8)  ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3259/94 (ĠU L 339, 29.12.1994, p. 11).

(9)  ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2005 (ĠU L 74, 19.3.2005, p. 5).

(10)  ĠU L 349, 3112.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 809/2007 (ĠU L 182, 12.7.2007, p. 1).


ANNESS I

Il-limiti fuq il-ħatt l-art u l-kundizzjonijiet assoċjati mal-ġestjoni minn sena għal sena tal-limiti fuq il-qabdiet applikabbli għall-bastimenti Komunitarji f’żoni fejn jeżistu limiti fuq il-qabdiet skond l-ispeċi u skond iż-żona

It-tabelli li ġejjin jistipulaw it-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) skond l-istokk, l-allokazzjoni lill-Istati Membri u l-kondizzjonijiet assoċjati għall-ġestjoni tal-kwoti minn sena għal sena.

F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetiku li ġej ta’ l-ismijiet ta’ l-ispeċi bil-Latin. Għall-finijiet ta’ dawn it-tabelli il-kodiċi użati għall-ispeċi differenti huma kif ġej:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alpha-3

Isem komuni

Clupea harengus

HER

Aringi

Gadus morhua

COD

Merluzz

Platichthys flesus

FLE

Barbun

Pleuronectes platessa

PLE

Barbun tat-tbajja’

Psetta maxima

TUR

Barbun imperjali

Salmo salar

SAL

Salamun ta’ l- Atlantiku

Sprattus sprattus

SPR

Laċċ ikħal


Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjonijiet 22-24

HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24.

Danimarka

6 245

 

Ġermanja

24 579

 

Finlandja

3

 

Polonja

5 797

 

Żvezja

7 926

 

KE

44 550

 

TAC

44 550

TAC Analitiku.
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Finlandja

71 344

 

Żvezja

15 676

 

KE

87 020

 

TAC

87 020

TAC Analitiku.
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32.

Danimarka

3 358

 

Ġermanja

890

 

Estonja

17 148

 

Finlandja

33 472

 

Latvja

4 232

 

Litwanja

4 456

 

Polonja

38 027

 

Żvezja

51 047

 

KE

152 630

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96


Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjoni 28.1

HER/03D.RG

Estonja

16 668

 

Latvja

19 426

 

KE

36 094

 

TAC

36 094

TAC Analitiku.
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 25-32

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32.

Danimarka

8 905

 

Ġermanja

3 542

 

Estonja

868

 

Finlandja

681

 

Latvja

3 311

 

Litwanja

2 181

 

Polonja

10 255

 

Żvezja

9 022

 

KE

38 765

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-24

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Danimarka

8 390

 

Ġermanja

4 102

 

Estonja

186

 

Finlandja

165

 

Latvja

694

 

Litwanja

450

 

Polonja

2 245

 

Żvezja

2 989

 

KE

19 221

 

TAC

19 221

TAC Analitiku.
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

Żona

:

L-ilmijiet tal-KE ta’ IIIbcd

PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Danimarka

2 293

 

Ġermanja

255

 

Polonja

480

 

Żvezja

173

 

KE

3 201

 

TAC

3 201

TAC prekawzjonarju.
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Salamun ta’ l- Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

Ilmijiet tal-KE ta’ IIIbcd għajr is-Subdiviżjoni 32

SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31.

Danimarka

75 511  (1)

 

Ġermanja

8 401  (1)

 

Estonja

7 674  (1)

 

Finlandja

94 157  (1)

 

Latvja

48 028  (1)

 

Litwanja

5 646  (1)

 

Polonja

22 907  (1)

 

Żvezja

102 068  (1)

 

KE

364 392  (1)

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Salamun ta’ l- Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

Subdiviżjoni 32

SAL/3D32.

Estonja

1 581  (2)

 

Finlandja

13 838  (2)

 

KE

15 419  (2)

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Laċċ ikħal

Sprattus sprattus

Żona

:

L-ilmijiet tal-KE ta’ IIIbcd

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Danimarka

44 833

 

Ġermanja

28 403

 

Estonja

52 060

 

Finlandja

23 469

 

Latvja

62 877

 

Litwanja

22 745

 

Polonja

133 435

 

Żvezja

86 670

 

KE

454 492

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(1)  Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.

(2)  Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.


ANNESS II

1.   Limiti ta’ l-isforz tas-sajd

1.1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, is-sajd b’tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b’malji ta’ daqs 90 mm jew akbar, b’għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil jew pariti li għandhom malji ta’ daqs 90 mm jew akbar, jew bil-konzijiet tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa ta’ l-idejn u rkaptu tat-trejjix għandhom ikunu permessi għal numru massimu ta’

(a)

223 jum neqsin mill-port fis-subdiviżjonijiet 22-24 bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 sat-30 ta’ April meta japplika l-Artikolu 8 (1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007, u

(b)

178 jum neqsin mill-port fis-subdiviżjonijiet 25-27,28.2 bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8 (1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

1.2.

In-numru massimu ta’ jiem assenti mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni definiti fil-punt 1.1 (a) u (b) u jistad bl-irkaptu msemmi fil-punt 1.1. ma jistax jeċċedi n-numru massimu ta’ jiem allokati għal żona waħda mit-tnejn.

1.3.

Sa erbat ijiem addizzjonali neqsin mill-port jistgħu jkunu allokati lil Stati Membri mill-Kummissjoni abbażi tal-waqfien permanenti ta’ l-attivitjiaet tas-sajd bi kwalunkwe irkaptu definit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li jkunu seħħew mill-1 ta’ Jannar 2005 fiż-żoni kkonċernati skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati u l-arranġamenti dwar l-għajnuna strutturali Komunitarja fil-qasam tas-sajd (1).

1.4.

L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw mill-allokazzjonijiet deskritti fil-punt 1.3. għandhom jippreżentaw talba lill-Kummissjoni flimkien ma’ rapporti li fihom id-dettalji tal-waqfien permanenti ta’ l-attivitajiet tas-sajd in kwistjoni sat-30 ta’ Jannar 2008. Abbażi ta’ tali talba l-Kummissjoni tista’ temenda n-numru ta’ jiem neqsin mill-port kif definit fil-punt 1.1 għal dak l-Istat Membru skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.


(1)  ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10. Ir-Regolament imħassar bir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).


ANNESS III

MIŻURI TEKNIĊI TRANSITORJI

1.   Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun ta’ l-għajn u għall-barbun imperjali

1.1.

Iż-żamma abbord ta’ l-ispeċi ta’ ħut li ġejjin li huma maqbuda fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodi msemmija hawn taħt għandha tiġi pprojbita:

Speċi

Żona Ġeografika

Perijodu

Barbun ta’ l-Għajn (Platichthys flesus)

Subdiviżjonijiet 26 sa 28, 29 nofs-in-nhar ta’ 59°30′N

Subdiviżjoni 32

15 ta’ Frar sal-31 ta’ Mejju

15 ta’ Frar sal-31 ta’ Mejju

Barbun Imperjali (Psetta maxima)

Subdiviżjonijiet 25 sa 26, 28 nofs-in-nhar ta’ 56°50′N

1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

2.   B’deroga mill-punt 1, meta jkun qed isir sajd bix-xbiek tat-tkarkir, b’tartaruni Daniżi u b’tagħmir simili bid-daqs ta’ malji daqs jew akbar minn 105 mm jew b’għeżul mitfugħa fil-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti ta’ malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 100 mm, qabdiet sekondarji ta’ barbun u merluzz jistgħu jinżammu abbord jew jinħattu f’limitu ta’ 10 % tal-piż ħaj tal-qabda sħiħa miżmuma abbord jew jinħattu matul il-perijodi ta’ projbizzjoni msemmija f’dak il-punt.


30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1405/2007

tad-29 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

114,0

MA

71,3

TR

84,2

ZZ

89,8

0707 00 05

JO

196,3

MA

51,7

TR

85,6

ZZ

111,2

0709 90 70

MA

44,1

TR

98,9

ZZ

71,5

0709 90 80

EG

301,9

ZZ

301,9

0805 20 10

MA

64,9

ZZ

64,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

63,1

HR

26,3

IL

67,3

TR

102,5

UY

82,5

ZZ

68,3

0805 50 10

AR

72,2

EG

78,5

TR

108,6

ZA

59,3

ZZ

79,7

0808 10 80

AR

87,7

CA

86,9

CL

86,0

CN

72,1

MK

27,8

US

97,1

ZA

78,3

ZZ

76,6

0808 20 50

AR

48,8

CN

46,0

TR

145,7

US

109,4

ZZ

87,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1406/2007

tad-29 ta’ Novembru 2007

li jniedi reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 130/2006 li jimponi dazju definittiv ta’ l-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ aċtu tartariku li joriġina, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jirrevoka d-dazju fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

A.   TALBA GHAL REVIŻJONI

(1)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni tressqet minn Fuyang Genebest Chemical Industry Co. Ltd. (“l-applikant”) produttur esportatur fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”).

B.   IL-PRODOTT

(2)

Il-prodott taħt reviżjoni huwa aċtu tartariku, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM 2918 12 00. Dan il-kodiċi NM qed jingħata biss bħala tagħrif.

Ċ.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(3)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 130/2006 (2) li skond dan l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u inkluż il-prodott ikkonċernat prodott mill-applikant, huma suġġetti għal dazju definittiv anti-dumping ta’ 34,9 % bl-eċċezzjoni ta’ bosta kumpaniji msemmija b'mod speċjali li huma suġġetti għal rati ta’ dazju individwali.

D.   IL-BAŻIJIET GHAR-REVIŻJONI

(4)

L-applikant qiegħed jallega li l-kumpanija topera taħt il-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq kif definit fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, jew bħala alternattiva jiddikjara trattament individwali skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità tul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li l-miżuri anti-dumping kienu bbażati fuqu, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2003 sat-30 ta’ Ġunju 2004 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”) u li dan ma huwa relatat ma' l-ebda produttur esportatur tal-prodott suġġett għall-miżuri anti-dumping imsemmija hawn fuq.

(5)

L-applikant barra minn hekk jallega li beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità wara tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali.

E.   IL-PROĊEDURA

(6)

Il-produtturi tal-Komunità magħrufa li huma ikkonċernati kienu infurmati bl-applikazzjoni ta' hawn fuq u ngħataw l-opportunità li jikkumentaw. ma wasal l-ebda kumment.

(7)

Wara li eżaminat l-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni ta’ “esportatur ġdid”, skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, bil-ħsieb li jiġi ddeterminat jekk l-applikant joperax taħt kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kif definit fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku jew inkella jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti li jkollu dazju individwali stabbilit skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u, jekk ikun hekk, il-marġini individwali ta' dumping ta' l-applikant u, jekk jinstab li kien hemm dumping, il-livell ta’ dazju li għandhom ikunu suġġetti għalih l-importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat tagħhom lejn il-Komunità.

(8)

Jekk jiġi deċiż li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi stabbilit dazju individwali, jista’ jkun hemm bżonn li ssir emenda fuq ir-rata ta’ dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji mhux imsemmija individwalment fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 130/2006.

(a)

Kwestjonarji

Sabiex tkun tista' tikseb it-tagħrif neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant.

(b)

Il-ġbir ta’ tagħrif u s-smigħ ta’ seduti

Il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna biex jgħarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jipprovdu evidenza ta' sostenn.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, dejjem jekk jagħmlu talba bil-miktub li turi li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependu minn jekk il-parti tippreżentax ruħha matul il-perjodu stipulat mir-Regolament attwali.

(ċ)

Stat ta' ekonomija tas-suq

Fl-eventwalità li l-applikant jipprovdi biżżejjed evidenza li turi li huwa jopera taħt kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq, jiġifieri li jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jkun iddeterminat skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, għandhom jintbagħtu talbiet ssostanzjati kif xieraq fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni se tibgħat formoli ta’ talba lill-applikant, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(d)

L-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Fl-eventwalità li l-applikant ma jingħatax trattament ta' ekonomija tas-suq imma jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu dazju individwali stabbilit skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, jintuża pajjiż addattat b'ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tipprevedi li terġa' tuża l-Arġentina għal dan il-għan kif sar fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna biex jikkummentaw dwar kemm din l-għażla hija xierqa, fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament.

Barra minn hekk, fl-eventwalità li l-applikant jingħata trattament ta' ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tista', jekk ikun hemm bżonn, tuża' wkoll sejbiet li jikkonċernaw il-valur normali stabbilit f'pajjiż addattat b'ekonomija tas-suq, eż. għall-fini li jinbidlu kull elementi ta' spiża jew prezz li mhux affidabbli fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma meħtieġa biex jiġi stabbilit il-valur normali, jekk ma tkunx disponibbli d-data affidabbli meħtieġa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tipprevedi li tuża wkoll lill-Arġentina għal din il-fini.

F.   IR-REVOKA TAD-DAZJU FIS-SEĦĦ U R-REĠISTRAZZJONI TA' L-IMPORTAZZJONIJIET.

(9)

Skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju ta’ l-anti-dumping fis-seħħ għandu jiġi revokat fir-rigward ta' l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li huma prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-applikant. Fl-istess ħin, dawn l-importazzjonijiet għandhom isiru bil-kundizzjoni ta' reġistrazzjoni b'konformità ma' l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi żgurat li jekk fir-riżultat tar-reviżjoni jinstab dumping fir-rigward ta' l-applikanti, id-dazji anti-dumping jistgħu jiġu intaxxati retroattivament mid-data tal-bidu ta' din ir-reviżjoni. L-ammont li għalih huwa responsabbli l-applikant ma jistax jiġi stmat f'dan l-istadju tal-proċediment.

Ġ.   IL-LIMITI TA' ŻMIEN

(10)

Fl-interess ta' amministrazzjoni sana, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta' żmien li matulhom:

(a)

il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw ruħhom lilll-Kummissjoni, iressqu fehmiethom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju msemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament jew jipprovdu kwalunkwe tagħrif ieħor li għandu jitqies waqt l-investigazzjoni,

(b)

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni,

(ċ)

il-partijiet interessati fl-investigazzjoni jistgħu jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta’ l-Arġentina li, fl-eventwalità li l-applikant ma jingħatax stat ta’ ekonomija tas-suq, tkun meqjusa bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina,

(d)

l-applikant jista' jressaq talba sostanzjata kif xieraq għal stat ta' ekonomija tas-suq.

G.   NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI

(11)

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b’mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

GĦ.   L-IPPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

(12)

Ta' min jinnota li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun trattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (3).

Ħ.   L-UFFIĊJAL TAS-SMIGĦ

(13)

Ta' min jinnota li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, ikunu jistgħu jitolbu l-intervent ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ tad-DĠ Trade. Huwa jagħmilha ta' medjatur bejn il-pertijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limitu taż-żmien u t-trattament ta' preżentazzjonijiet tal-fehmiet oralment u/jew bil-miktub. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fuq il-websjat tad-DĠ Trade (http://ec.europa.eu/trade),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan qed titnieda reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 130/2006 skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 biex jiġi ddetermiat jekk u sa liema punt l-importazzjonijiet ta’ aċtu tartariku li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 2918 12 00 li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn Fuyang Genebest Chemical Industry Co. Ltd. (Kodiċi addizzjonali TARIC A851) għandhom ikunu suġġetti għad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 130/2006.

Artikolu 2

Id-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 130/2006 huwa b'dan imħassar fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti.

Artikolu 3

L-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri huma b'dan ordnati, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Il-partijiet interessati, biex jitqiesu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom matul l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw ruħhom lill-Kumissjoni, iressqu fehmiethom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju msemmi fil-premessa 10(a) ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe informazzjoni oħra, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, fi żmien 40 ġurnata mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta' 40 jum.

2.   Il-partijiet involuti fl-investigazzjoni li jkunu jridu jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta' l-Arġentina bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandhom iressqu l-kummenti tagħhom fi żmien 10 ijiem mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Talbiet issostanzjati kif xieraq għal Trattament ta' Ekonomija tas-Suq għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

4.   Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Kull sottomissjoni bil-miktub, li tinkludi l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Limitati” (4) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 384/96, għandha tkun akkumpanjata b’verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”.

Kull informazzjoni li għandha x’taqsam mal-kwistjoni u/jew kwalunkwe talba għal seduta għandha tintbagħat f’l-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Fax (32 2) 295 65 05

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 23, 27.1.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Dan huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artiklu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).


30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1407/2007

tad-29 ta’ Novembru 2007

li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Třeboňský kapr (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, it-talba li ressqet ir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Třeboňský kapr” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba lill-Kummissjoni ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għaldaqstant għandha tiġi rreġistrata.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12. 2006, p. 1).

(2)  ĠU C 66, 22.3.2007, p. 1.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.7

Ħut, molluski, krostaċji friski u prodotti magħmulin minnhom

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Třeboňský kapr (IĠP).


30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1408/2007

tat-28 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun fiż-żona IV ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' II a min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

77

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

PLE/2AC4.

Speċi

Barbun (Pleuronectes platessa)

Żona

IV; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa

Data

15.11.2007


30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1409/2007

tad-29 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tal-Faroes taż-żona V b ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġut fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

76

Stat Membru

Franza

Stokk

RED/05B-F.

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Faroes ta' V b

Data

13.11.2007


30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1410/2007

tad-29 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b’mod partikolari Artikolu 13(3), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-laħam tal-majjal, kif osservata fil-preżent, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni f’konformità mar-regoli u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.

(3)

Skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet meta l-qagħda tas-suq dinji, jew l-esiġenzi speċifiċi ta’ ċerti swieq, jagħmluha neċessarja li jinbidlu r-rifużjonjiet fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, skond id-destinazzjoni.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr fuq il-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom il-marka ta’ sanità pprovduta fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-laħam tal-majjal ma ħariġx opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet ta’ l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, b’riserva tal-kundizzjoni magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skond il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka tas-sanità definiti fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Corrigendum fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Corrigendum fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Corrigendum fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.


ANNESS

Rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal, applikabbli mit-30 ta’ Novembru 2007

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

0203 11 10 9000

A00

EUR/100 kg

31,10

0203 21 10 9000

A00

EUR/100 kg

31,10

0203 12 11 9100

A00

EUR/100 kg

31,10

0203 12 19 9100

A00

EUR/100 kg

31,10

0203 19 11 9100

A00

EUR/100 kg

31,10

0203 19 13 9100

A00

EUR/100 kg

31,10

0203 19 55 9110

A00

EUR/100 kg

31,10

0203 22 11 9100

A00

EUR/100 kg

31,10

0203 22 19 9100

A00

EUR/100 kg

31,10

0203 29 11 9100

A00

EUR/100 kg

31,10

0203 29 13 9100

A00

EUR/100 kg

31,10

0203 29 55 9110

A00

EUR/100 kg

31,10

0203 19 15 9100

A00

EUR/100 kg

19,40

0203 19 55 9310

A00

EUR/100 kg

19,40

0203 29 15 9100

A00

EUR/100 kg

19,40

0210 11 31 9110

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 11 31 9910

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 19 81 9100

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 19 81 9300

A00

EUR/100 kg

54,20

1601 00 91 9120

A00

EUR/100 kg

19,50

1601 00 99 9110

A00

EUR/100 kg

15,20

1602 41 10 9110

A00

EUR/100 kg

29,00

1602 41 10 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

1602 42 10 9110

A00

EUR/100 kg

22,80

1602 42 10 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

1602 49 19 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje «A » huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.


DIRETTIVI

30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/23


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/69/KE

tad-29 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-difethialone bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidali fis-suq, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li jkunu possibbilment inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. Din il-lista tinkludi d-difethialone.

(2)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 2032/2003, id-difethialone ġie evalwat skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodott tat-tip 14, rodentiċidi, kif iddefinit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

In-Norveġja ġiet innominata bħala Rapporteur u ressqet ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fid-11 ta’ Ottubru 2005 skond l-Artikoli 10(5) u (7) tar-Regolament (EC) Nru 2032/2003.

(4)

Ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fil-21 ta’ Ġunju 2007, f’rapport ta’ evalwazzjoni.

(5)

L-analiżi tad-difethialone ma kixfet l-ebda kwistjoni jew tħassib mhux solvuti li għandhom jiġu ttrattati mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent.

(6)

Mill-eżaminazzjonijiet li saru jidher li prodotti bijoċidjali li jintużaw bħala rodentiċidi u jkun fihom id-difethialone jistgħu jitqiesu li ma jippreżentawx riskju għall-bnedmin ħlief għal inċidenti aċċidentali tat-tfal. Ġie identifikat riskju għall-annimali li mhumiex fil-mira u l-ambjent. Madankollu, id-difethialone għal issa qed jitqies bħala essenzjali għal raġunijiet tas-saħħa pubblika u ta’ l-iġjene. Għalhekk huwa xieraq li d-difethialone jiġi inkluż fl-Anness I sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala rodentiċidi u li fihom id-difethialone jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttivi 98/8/KE.

(7)

Fid-dawl tas-sejbiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni, huwa xieraq li jkun rikjest li fil-livell ta’ l-awtorizzazzjoni tal-prodotti jiġu applikati miżuri speċifiċi għat-taffija tar-riskju fuq prodotti li jkun fihom id-difethialone u li jintużaw bħala rodentiċidi. Miżuri tali għandhom jiġu mmirati biex ikun limitat ir-riskju primarju u sekondarju ta’ l-esponiment tal-bnedmin u annimali li mhumiex fil-mira kif ukoll l-effetti għal tul ta’ żmien fuq l-ambjent.

(8)

Minħabba r-riskji identifikati u l-karatteristiċi tiegħu, li jagħmluh potenzjalment persistenti, suxxettibbli għall-bijoakkumulazzjoni u tossiku, jew persistenti ħafna u suxxettibbli ħafna għall-bijoakkumulazzjoni, id-difethialone għandu jiġi nkluż fl-Anness I għal ħames snin biss u għandu jkun soġġett għal stima ta’ riskju komparabbli skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(5)(i) tad-Direttiva 98/8/KE qabel ma tiġġedded l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I.

(9)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu applikati fl-istess ħin fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat li jkun hemm trattament ugwali għal prodotti bijoċidjali li jkun fihom is-sustanza attiva difethialone u anke biex jiġi ffaċilitat t-tħaddim tajjeb tas-suq tal-prodotti bijoċjali ġenerali.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-data, li skond l-Artikolu 12(1)(ċ)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data ta’ l-inklużjoni.

(11)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE u b’mod partikolari biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fil-prodotti tat-tip 14 li fihom id-difethialone biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif jixraq.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat kif stipolat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/47/KE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 21).

(2)  ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1849/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 63).


ANNESS

L-entrata li ġejja bir-reġistrazzjoni “Nru. 4” hija mdaħħla fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE:

Nru

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta ’ identifikazzjoni

Purità minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqieħed fis-suq

Data ta ’ inklużjoni

Skadenza sa meta għandha tiġi ddeterminata l-konformità ma ’ l-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw ma ’ l-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipolata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Skadenza ta l-inklużjoni

Tip ta ’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“4

Difethialone

3-[3-(4′-bromo[1,1′ biphenyl]-4-yl)-1,2,3,4-tetrahydronaphth-1-yl]-4-hydroxy-2H-1-benzothiopyran-2-one

Nru tal-KE: n/a

Nru tal-CAS: 104653-34-1

976  g/kg

1 ta’ Novembru 2009

31 ta’ Ottubru 2011

31 ta’ Ottubru 2014

14

Fid-dawl tal-fatt li l-karatteristiċi tas-sustanza attiva jagħmluha potenzjalment persistenti, suxxettibbli għall-bijoakkumulazzjoni u tossiku, jew persistenti ħafna u suxxettibbli ħafna għall-bijoakkumulazzjoni, is-sustanza attiva għandha tiġi soġġetta għal stima ta' riskju komparabbli skond tieni subparagrau ta' l-Artikolu 10(5)(i) tad-Direttiva 98/8/KE qabel ma tiġġedded l-inklużjoni tagħha f'dan l-Anness.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Il-konċentrazzjoni nominali tas-sustanza attiva fil-prodotti m'għandhiex taqbeż iż-0.0025 % w/w u se jkunu awtorizzati biss il-lixki lesti biex jintużaw.

(2)

Il-prodotti għandu jkun fihom aġent li jbiegħed u, fejn xieraq, żebgħa

(3)

Il-prodotti m'għandhomx jintużaw bħala trab għat-traċċar.

(4)

L-esponiment primarju kif ukoll sekondarju tal-bnedmin, ta' l-annimali li mhumiex fil-mira u ta' l-ambjent, jiġu l-miżuri kollha disponibbli għat-taffija tar-riskju. Dawn jinkludu, fost oħrajn, ir-restrizzjoni ta' l-użu għal użu professjonali biss, it-twaqqif ta' l-ogħla limitu għad-daqs tal-pakkett u t-twaqqif ta' l-obbligi biex jintużaw kaxex tal-lixka li jifilħu għat-tbagħbis u li jkunu sikuri.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni ta’ l-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ evalwazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/26


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/70/KE

tad-29 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-dijossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva fl-Anness IA għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidali fis-suq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li jkunu possibbilment inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Din il-lista tinkludi d-dijossidu tal-karbonju.

(2)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 2032/2003, id-dijossidu tal-karbonju ġie evalwat skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodott tat-tip 14, rodentiċidi, kif iddefinit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

Franza nħatret bħala l-Istat Membru Referent u ressqet ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Mejju 2006 skond l-Artikoli 10(5) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003.

(4)

Ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fil-21 ta’ Ġunju 2007, f’rapport ta’ evalwazzjoni.

(5)

L-eżami tad-dijossidu tal-karbonju ma kixef l-ebda kwistjoni jew tħassib mhux solvuti li għandhom jiġu ttrattati mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent.

(6)

Mill-eżamijiet varji li twettqu jidher li wieħed jista’ jistenna li l-prodotti bijoċidali użati bħala rodentiċidi u li fihom id-dijossidu tal-karbonju jippreżentaw biss riskji żgħar għall-bniedem, l-annimali u l-ambjent, u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użi li kienu eżaminati u ddetaljati fir-rapport ta’ evalwazzjoni. Għalhekk huwa xieraq li d-dijossidu tal-karbonju jiġi inkluż fl-Anness IA sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala rodentiċidi u li fihom id-dijossidu tal-karbonju jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(7)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva dijossidu tal-karbonju u wkoll biex ikun iffaċilitat l-operat kif suppost tas-suq ġenerali tal-prodotti bijoċidali.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness IA sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżguraw li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-data, li skond l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda’ mid-data ta’ l-inklużjoni.

(9)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE u b’mod partikolari biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fil-prodotti tat-tip 14 li fihom id-dijossidu tal-karbonju biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(10)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IA għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/47/KE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 21).

(2)  ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1849/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 63).


ANNESS

It-tabella li ġejja bl-entrata “Nru 1” għandha tiddaħħal fl-ANNESS IA tad-Direttiva 98/8/KE

“Nru

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta’ l-identifikazzjoni

Purità minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqieħed fis-suq

Data ta’ l-inklużjoni

Skadenza sa meta għandha tiġi ddeterminata l-konformità ma’ l-Artikolu 16(3)

(ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Skadenza ta’ l-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1

dijossidu tal-karbonju

Dijossidu tal-karbonju

Nru tal-KE: 204-696-9

Nru tal-CAS: 124-38-9

990 ml/l

1 ta’ Novembru 2009

31 ta’ Ottubru 2011

31 ta’ Ottubru 2019

14

jiġi utilizzat biss f’ċilindri tal-gass lesti għall-użu li jaħdmu flimkien ma’ tagħmir għall-qbid tal-gass.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni ta’ l-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ evalwazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Novembru 2007

dwar estensjoni ta’ sena għall-programm supplimentari ta’ riċerka li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika

(2007/773/Euratom)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, preżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (ĊKR),

Billi:

(1)

L-iżvilupp tal-mediċina nukleari fi ħdan l-Unjoni Ewropea jikkontribwixxi għall-objettiv li tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa umana. Dan jeħtieġ l-użu akbar ta’ reatturi għall-ittestjar għal skopijiet mediċi.

(2)

Fid-19 ta’ Frar 2004, il-Kunsill adotta Deċiżjoni dwar l-adozzjoni ta’ programm supplimentari ta’ riċerka li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (1). Dan il-programm ġie adottat għal perijodu ta’ tliet snin, sa l-1 ta’ Jannar 2007.

(3)

Fi ħdan il-qafas taż-Żona Ewropea ta’ Riċerka, il-programm supplimentari ta’ riċerka li jinvolvi r-reattur ta’ fluss għoli (HFR – high flux reactor) f’Petten hu wieħed mill-mezzi ewlenin li għandha l-Unjoni sabiex tikkontribwixxi għall-appoġġ u l-ittestjar ta’ metodi mediċi ta’ dijanjożi u terapija, għall-iżvilupp tax-xjenzi tal-materjali u għas-soluzzjoni ta’ problemi fil-qasam ta’ l-enerġija nukleari.

(4)

L-HFR jinsab f’kundizzjoni operabbli sa l-2015 mill-inqas, u fi Frar ta’ l-2005 nħarġet liċenzja operattiva ġdida lill-operatur tar-reattur. Huwa meħtieġ, għalhekk, li dan il-programm supplimentari ta’ riċerka jiġi estiż b’sena oħra sabiex isir użu mill-faċilitajiet tekniċi li hemm disponibbli. Jinħtieġ li l-estensjoni jkollha effett retroattiv, sabiex tkopri l-attivitajiet kurrenti tal-programm fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007.

(5)

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa għal din l-estensjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka jiġu mogħtija direttament mill-Olanda u minn Franza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programm supplimentari ta’ riċerka dwar l-operazzjoni tal-HFR (il-Programm), li l-objettivi tiegħu huma esposti fl-Anness I, huwa b’dan estiż b’perijodu ta’ sena, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji stmati għall-eżekuzzjoni tal-Programm għandhom jammontaw għal madwar EUR 8 500 000. It-taqsim tal-kontribuzzjonijiet hu mgħoti fl-Anness II.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm, u għal dan il-għan, għandha tagħmel użu mis-servizzi taċ-ĊKR. Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-ĊKR għandu jinżamm infurmat dwar l-implimentazzjoni tal-Programm.

Artikolu 4

Qabel il-15 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/185/Euratom tad-19 ta’ Frar 2004 (ĠU L 57, 25.2.2004, p. 25).


ANNESS I

OBJETTIVI XJENTIFIĊI U TEKNIĊI TAL-PROGRAMM

L-objettivi tal-Programm huma primarjament:

1.

L-operazzjoni bla periklu u affidabbli tar-reattur ta’ fluss għoli (HFR) li jinsab Petten; din l-attività tinvolvi l-użu normali ta’ l-installazzjoni għal aktar minn 250 jum fis-sena u l-ġestjoni taċ-ċiklu tal-kombustibbli taħt il-kontrolli relevanti ta’ sikurezza u kwalità.

2.

L-użu razzjonali tal-HFR se jiġi żviluppat f’firxa wiesgħa ta’ dixxiplini. It-temi prinċipali ta’ riċerka u żvilupp li jinvolvu l-użu tal-HFR jinkludu: it-titjib fis-sikurezza ta’ reatturi nukleari eżistenti; is-saħħa, inkluż l-iżvilupp ta’ isotopi mediċi sabiex iwieġbu għal mistoqsijiet li joħorġu mir-riċerka medika, u l-ittestjar ta’ teknika medika terapewtika; il-fużjoni, ir-riċerka u t-taħriġ fundamentali; u l-immaniġġar ta’ l-iskart, inkluża l-possibbiltà li jiġu żviluppati kombustibbli nukleari permezz ta’ l-eliminazzjoni tal-plutonju tal-grad adatt għall-armamenti.


ANNESS II

TAQSIM TAL-KONTRIBUZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

Il-kontribuzzjonijiet għall-Programm għandhom jiġu mill-Olanda u minn Franza.

It-taqsim ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet hu kif ġej:

Olanda

:

EUR 8 200 000

Franza

:

EUR 300 000

Total

:

EUR 8 500 000


30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Ottubru 2007

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

(2007/774/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310 tiegħu, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel inċiż, l-ewwel sentenza tiegħu,

Wara li kkunsidra l-att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ma’ l-Eġittu, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha sabiex taddatta l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra (1) minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ewro-Mediterranju”, sabiex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

(2)

Dawn in-negozjati intemmu għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni.

(3)

L-Artikolu 9(2) tal-Protokoll innegozjat ma’ l-Eġittu jipprovdi għall-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

(4)

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju għandu jigi ffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard, u jiġi applikat b’mod proviżorju,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jagħżel il-persuna(i) awtorizzata/i biex tiffirma/jiffirmaw, għan-nom tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (2).

Artikolu 2

Il-Protokoll huwa applikat b’mod proviżorju mill-ewwel 1 ta’ Jannar 2007, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

Magħmula fil-Luxembourg, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


(1)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.

(2)  Ara paġna 33 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


PROTOKOLL

għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

minn hawn ’il quddiem msejħa “l-Istati Membri tal-KE” rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea,

u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità” rappreżentata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea

fuq naħa, u

R-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Eġittu”

min-naħa l-oħra

BILLI l-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, fuq in-naħa l-oħra, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ewro-Mediterranju”, kien iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004.

BILLI t-Trattat li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u l-Att ta’ dan kien iffirmat fil-Lussemburgu f’April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007;

BILLI, skond l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, l-adeżjoni tal-Partijiet l-ġodda fil-Ftehim Ewro-Mediterranju jrid ikun hemm qbil dwarha bil-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju;

BILLI saru konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 21 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju biex jiġi żgurat li kienu tqiesu l-interessi reċiproċi tal-Komunità u ta’ l-Eġittu;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jsiru Partijiet fil-Ftehim Ewro-Mediterranju u jieħdu nota u jadottaw rispettivament, bl-istess mod kif għamlu l-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Komuni, Dikjarazzjonijiet u Skambji ta’ Ittri.

KAPITOLU 1

EMENDI GĦAT-TEST TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU, INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

Artikolu 2

Prodotti agrikoli

Protokoll 1 għandu jkun emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan il-Protokoll

Artikolu 3

Regoli ta’ oriġini

Il-Protokoll 4 għandu jkun emendat kif ġej:

1.

fl-Artikoli 3(1) u 4(1), ir-referenza għall-Istati Membri l-ġodda tħassret.

2.

L-Anness IVa huwa mibdul b’dan li ġej:

“ANNESS IV A

Verżjoni bil-Bulgaru

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен кьдето ясно е посочено друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

Verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no … (1)] declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2).

Verżjoni biċ-Ċek

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

Verżjoni bid-Daniż

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

Verżjoni bil-Ġermaniż

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungsnr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni bl-Estonjan

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolli kinnitus nr … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti.

Verżjoni bil-Grieg

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο [άδεια τελωνείου υπ' αριθ. … (1)] δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

Verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

Verżjoni bil-Franċiż

L’exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no … (1)] déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l’origine préférentielle … (2).

Verżjoni bit-Taljan

L’esportatore delle merci contemplate nel presente documento [autorizzazione doganale n. … (1)] dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

Verżjoni bil-Latvjan

To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (2).

Verżjoni bil-Litwan

Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės prekės.

Verżjoni bl-Ungeriż

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő egyértelmű jelzés hiányában az áruk preferenciális … (2) származásúak.

Verżjoni bil-Malti

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali … (2).

Verżjoni bl-Olandiż

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2).

Verżjoni bil-Pollakk

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że – z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone – produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie.

Verżjoni bil-Portugiż

O abaixo-assinado, exportador dos produtos abrangidos pelo presente documento [autorização aduaneira n.o … (1)], declara que, salvo indicação expressa em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

Verżjoni bir-Rumen

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document [autorizația vamală nr. … (1)] declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2).

Verżjoni bis-Sloven

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

Verżjoni bis-Slovakk

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente [číslo povolenia … (1)] vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2).

Verżjoni bil-Finlandiż

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2).

Verżjoni bl-Isvediż

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2).

Verżjoni bl-Għarbi

Image

3.

L-Anness IVb għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“ANNESS IV B

Verżjoni bil-Bulgaru

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен кьдето ясно е посочено друго, тези продукти са с … преференциален произход (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no … (1)] declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni biċ-Ċek

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bid-Daniż

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bil-Ġermaniż

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungsnr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind:

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bl-Estonjan

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolli kinnitus nr … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti:

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bil-Grieg

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο [άδεια τελωνείου υπ' αριθ. … (1)] δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin:

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bil-Franċiż

L’exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no … (1)] déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l’origine préférentielle … (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bit-Taljan

L’esportatore delle merci contemplate nel presente documento [autorizzazione doganale n. … (1)] dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bil-Latvjan

To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bil-Litwan

Šiame dokumente išvardytų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės prekės:

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bl-Ungeriż

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő egyértelmű jelzés hiányában az áruk preferenciális … (2) származásúak:

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bil-Malti

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali … (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bl-Olandiż

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bil-Pollakk

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że – z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone – produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie:

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bil-Portugiż

O abaixo-assinado, exportador dos produtos abrangidos pelo presente documento [autorização aduaneira n.o … (1)], declara que, salvo indicação expressa em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bir-Rumen

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document [autorizația vamală nr. … (1)] declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bis-Sloven

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo:

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bis-Slovakk

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente [číslo povolenia … (1)] vyhlasuje, že, okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bil-Finlandiż

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bl-Isvediż

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2):

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).

Verżjoni bl-Għarbi

Image

cumulation applied with … (isem il-pajjiż/i)

no cumulation applied (3).”

KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Artikolu 4

Provi ta’ l-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva

1.   Il-provi ta’ oriġini maħruġa kif suppost mill-Eġittu jew minn Stat Membru ġdid skond ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom għandhom ikunu aċċettati fil-pajjiżi rispettivi taħt dan il-Protokoll, sakemm:

(a)

l-akkwist ta’ tali oriġini jagħti trattament ta’ tariffa preferenzjali fuq il-bażi ta’ miżuri ta’ tariffi preferenzjali li jinsabu fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE-Eġittu jew fis-Sistema Komunitarja ta’ Preferenzi Ġeneralizzati;

(b)

il-prova ta’ l-oriġini u d-dokumenti tat-trasport inħarġu mhux aktar tard mill-jum ta’ qabel id-data ta’ l-adeżjoni;

(ċ)

il-prova ta’ l-oriġini tiġi preżentata lill-awtoritajiet doganali matul il-perjodu ta’ erba’ xhur mid-data ta’ l-adeżjoni.

Meta prodotti ġew dikjarati għall-importazzjoni fl-Eġittu jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data ta’ adeżjoni, skond ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejn l-Eġittu u dak l-Istat Membru ġdid f’kull żmien, il-prova ta’ oriġini maħruġa retrospettivament skond dawn il-ftehimiet jew arranġamenti tista’ wkoll tkun aċċettata sakemm tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali f’perjodu ta’ erba’ xhur mid-data ta’ adeżjoni.

2.   L-Eġittu u l-Istati Membri l-ġodda huma awtorizzati li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li bihom ingħata l-istatus ta’ “esportaturi approvati” fil-qafas ta’ ftehimiet preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom sakemm:

(a)

tali dispożizzjoni tkun stipulata wkoll fil-ftehim konkluż qabel id-data ta’ l-adeżjoni bejn l-Eġittu u l-Komunità; kif ukoll

(b)

l-esportatur approvat japplika r-regoli ta’ l-oriġini fis-seħħ f’dak il-ftehim

Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jinbidlu, sa mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ l-adeżjoni, b’awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa skond il-kundizzjonijiet tal-Ftehim.

3.   It-talbiet ta’ verifika sussegwenti tal-provi ta’ oriġini maħruġa taħt il-ftehimiet preferenzjali dwar il-kummerċ ħieles jew arranġamenti awtonomi imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ hawn fuq jistgħu jitressqu mill-awtoritajiet doganali kompetenti ta’ l-Eġittu jew ta’ l-Istati Membri l-ġodda u għandhom ikunu aċċettati minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta’ tliet snin wara li tintbagħat il-prova ta’ oriġini in kwistjoni.

Artikolu 5

Prodotti fi tranżitu

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu japplikaw għal prodotti esportati mill-Eġittu lejn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew minn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda lejn l-Eġittu, li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll [4] u li fid-data ta’ l-adeżjoni huma fi triqithom jew qed jinħażnu temporanjament, f’maħżen fid-dwana jew f’żona ħielsa fl-Eġittu jew f’dak l-Istat Membru ġdid.

2.   Trattament preferenzjali jista’ jingħata f’każijiet bħal dawn, suġġett għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jimporta, fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ adeżjoni, tal-prova ta’ oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jesporta.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 6

Ir-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu timpenja ruħha li la tagħmel xi pretensjoni, talba jew referenza u lanqas tibdel jew tirtira xi konċessjoni skond GATT 1994 l-Artikoli XXIV.6 u XXVIII dwar dan it-tkabbir tal-Komunità.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju.

L-Anness għal dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali minnu.

Artikolu 8

1.   Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunità, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea għan-nom ta’ l-Istati Membri, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu skond il-proċeduri tagħhom stess.

2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti li jirreferi għalihom il-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

2.   Dan il-Protokoll għandu japplika proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2007.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, iż-żieda fil-volum tal-kwota tat-tariffa għal-larinġ li għaliha hemm dispożizzjoni fl-Anness għal dan il-Protokoll għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

Artikolu 10

Dan il-Protokoll inkiteb f’żewġ kopji f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-partijiet kontraenti u kull test huwa ugwalment awtentiku.

Artikolu 11

It-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, inklużi l-Annessi u l-Protokolli li huma parti integrali minnu, kif ukoll it-test ta’ l-Att Finali flimkien mad-dikjarazzjonijiet annessi miegħu tfasslu bil-Bulgaru u r-Rumen u huma t-tnejn awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu japprova dawn it-testi (1).

Съставено в Брюксел на двадесет и шести ноември две хиляди и седма година.

Hecho en Bruselas, el veintiseis de noviembre de dos mil siete.

V Bruselu dne dvacátého šestého listopadu dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Bruxelles den seksogtyvende november to tusind og syv.

Geschehen zu Brüssel am sechsundzwanzigsten November zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta novembrikuu kahekümne kuuendal päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι έξι Νοεμβρίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Brussels on the twenty sixth day of November in the year two thousand and seven.

Fait à Bruxelles, le vingt-six novembre deux mille sept.

Fatto a Bruxelles, addì ventisei novembre duemilasette.

Briselē, divtūkstoš septītā gada divdesmit sestajā novembrī.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų lapkričio dvidešimt šeštą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-hetedik év november huszonhatodik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sitta u għoxrin jum ta’ Novembru tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Brussel, de zesentwintigste november tweeduizend zeven.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego szóstego listopada roku dwa tysiące siódmego.

Feito em Bruxelas, em vinte e seis de Novembro de dois mil e sete.

Întocmit la Bruxelles, la douăzecișișase noiembrie două mii șapte.

V Bruseli dvadsiateho šiesteho novembra dvetisícsedem.

V Bruslju, dne šestindvajsetega novembra leta dva tisoč sedem.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkuudentena päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Bryssel den tjugosjätte november tjugohundrasju.

Image

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

Image

Image

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

Image

Image

За Арабска република Египет

Por la República Arabe de Egipto

Za Egyptskou arabskou republiku

For Den Arabiske Republik Egypten

Für die Arabische Republik Ägypten

Egiptuse Araabia Vabariigi nimel

Για την Αραβική Δημοκρατία της Αιγύπτου

For the Arab Republic of Egypt

Pour la République arabe d'Égypte

Per la Repubblica araba d'Egitto

Eğiptes Arābu Republikas vārdā

Egipto Arabų Respublikos vardu

Az Egyiptomi Arab Köztársaság részéről

Għar-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu

Voor de Arabische Republiek Egypte

W imieniu Arabskiej Republiki Egiptu

Pela República Árabe do Egipto

Pentru Republica Arabă Egipt

Za Egyptskú arabskú republiku

Za Arabsko republiko Egipt

Egyptin arabitasavallan puolesta

På Arabrepubliken Egyptens vägnar

Image

Image


(1)  Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru u bir-Rumen tal-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali f’data aktar tard.

ANNESS

MODIFIKI GĦALL-PROTOKOLL 1 RIGWARD L-ARRANĠAMENTI APPLIKABBLI GĦAL IMPORTAZZJONI FIL-KOMUNITÀ TA’ PRODOTTI AGRIKOLI LI JORIĠINAW FL-EĠITTU

1.

Il-konċessjonijiet imsemmija f’dan l-Anness ser jieħdu post, għall-prodotti tas-sub-intestatura 0805 10 u l-intestatura 1006, il-konċessjonijiet applikati bħalissa fil-qafas ta’ l-Artikoli tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (Protokoll 1). Għall-prodotti kollha mhux imsemmija f’dan l-Anness il-konċessjonijiet applikati bħalissa ma jinbidlux.

Kodiċi CN (*)

Deskrizzjoni (**)

a

b

c

d

Tnaqqis fid-dazju tal-MFN (1) % jew dazju speċifiku

Kwota tat-tariffa

(piż nett f’tunnellati)

Tnaqqis fid-dazju lilhinn mill-kwota tat-tariffa (1) %

Dispożizzjonijiet speċifiċi

0805 10

Larinġ, frisk jew imnixxef

100

70 320  (2)

60

Suġġett għal dispożizzjonijiet speċifiċi fil-protokoll 1 paragrafu 5

1006

Ross

25

32 000

 

100

5 605

 

1006 20

Ross (ismar) imnaddaf

11 €/t

57 600

 

1006 30

Ross mitħun jew nofsu mitħun

33 €/t

19 600

 

1006 40 00

Ross miksur

13 €/t

5 000

 

2.

Il-kwantitajiet imsemmija fil-Paragrafu 5 tal-Protokoll 1 (34 000 tunnellata) għandhom jinbidlu bil-kwantitajiet ta’ 36 300 tunnellata.


(*)  Kodiċi CN li jaqblu mar-Regolament (KE) Nru 1549/2006 (ĠU L 301, 31 ta’ Ottubru 2006).

(**)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, l-għażla tal-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tiġi kkunsidrata li għandha mhux iktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzali ddeterminata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi CN. Fejn huma indikati l-kodiċi CN “ex”, l-iskema preferenzjali għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi CN u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

(1)  Tnaqqis fid-dazju japplika biss għal dazji ad valorem. Madankollu għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi 0703 20 00, 0709 90 39, 0709 90 60, 0711 20 90, 0712 90 19, 0714 20 90, 1006, 1212 91, 1212 99 20, 1703 u 2302, il-konċessjoni mogħtija għandha tapplika wkoll għal dazji speċifiċi.

(2)  Kwota tat-tariffa applikabbli mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju. Minn dan il-volum 36 200 tunnellata għal-larinġ ħelu, frisk, li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 0805 10 20, matul il-perjodu mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju.


Kummissjoni

30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Novembru 2007

li tirrevoka d-Deċiżjoni 1999/572/KE li taċċetta impenji offruti f’konnessjoni mal-proċedimenti anti-dumping li jirrigwardaw l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-wajer ta’ l-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Ungerija, l-Indja, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, il-Polonja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina

(2007/775/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), u partikolarment l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   INVESTIGAZZJONIJIET PREĊEDENTI U MIŻURI EŻISTENTI

(1)

F’Awwissu ta’ l-1999, bir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 (2), il-Kunsill impona dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ wajer ta’ l-azzar u kejbils li joriġinaw, inter alia, mill-Afrika t’Isfel.

(2)

F’Novembru 2005, wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 (3) iddeċieda li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina, inter alia, mill-Afrika t’Isfel għandhom jinżammu.

(3)

Il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 1999/572/KE tat-13 ta’ Awwissu 1999 (4), aċċettat impenn ta’ prezz minn kumpanija ta’ l-Afrika t’Isfel, Scaw Metals Group Haggie Steel Wire Rope (“Haggie” jew “il-kumpanija”).

(4)

Bid-Deċiżjoni 1999/572/KE il-Kummissjoni aċċettat ukoll impenji ta’ prezz mill-kumpaniji li ġejjin: Usha Martin Industries & Usha Beltron Ltd, Indja; Aceros Camesa SA de CV, Messiku; u Joint Stock Company Silur, Ukraina. Il-Kummissjoni rrevokat l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn offrut minn Joint Stock Company Silur, Ukraina bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1678/2003 (5). Il-miżuri anti-dumping fuq ħbula u kejbils tal-wajer ta’ l-azzar li joriġinaw mill-Messiku skadew fit-12 ta’ Awwissu 2004 (6). Il-Kummissjoni rrevokat l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn offrut minn Usha Martin Industries & Usha Beltron Ltd bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/38/KE tat-22 ta’ Diċembru 2005.

(5)

Bħala riżultat ta’ dan l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Afrika t’Isfel, immanifatturat mill-kumpanija u ta’ tip ta’ prodott kopert mill-impenn (‘il-prodott kopert’) ġew eżentati mid-dazji anti-dumping definittivi.

(6)

F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li ċerti tipi ta’ ħbula u kejbils tal-wajer ta’ l-azzar li huma prodotti minn Haggie tħallew barra mill-ambitu ta’ l-impenn. Għalhekk, dawn il-ħbula u kejbils tal-wajer ta’ l-azzar kienu suġġetti għall-ħlas tad-dazju anti-dumping meta daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità.

B.   KSUR TA’ L-IMPENN

1.   Responsabbiltajiet tal-kumpanija skond l-impenn

(7)

L-impenn offrut mill-kumpanija jobbligaha, fost l-oħrajn, tesporta l-prodott kopert lill-Komunità Ewropea ‘l fuq minn ċerti prezzijiet minimi (MIPs) kif mistqarr fl-impenn.

(8)

Il-kumpanija fl-impenn tagħha għarfet ukoll li f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping mogħtija mill-impenn, eżenzjoni bħal din tingħata bil-kundizzjoni li titressaq “fattura ta’ l-impenn” lis-servizzi doganali tal-Komunità. Barra minn hekk, il-kumpanija ntrabtet li ma toħroġx dawn il-fatturi ta’ impenn għall-bejgħ ta’ dawk it-tipi tal-prodott ikkonċernat li mhumiex koperti mill-impenn u li huma għalhekk suġġetti għad-dazju anti-dumping. Il-kumpanija għarfet ukoll li l-fatturi ta’ impenn maħruġa kellu jkun fihom it-tagħrif l-ewwel stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1796/1999 u aktar tard fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005.

(9)

It-termini ta’ l-impenn jobbligaw ukoll lill-kumpanija tipprovdi lill-Kummissjoni b’tagħrif regolari u ddettaljat f’forma ta’ rapport kull tliet xhur tal-bejgħ tagħha tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità Ewropea. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll il-prodotti koperti mill-impenn li jkunu bbenefikaw mill-eżenzjoni tal-ħlas tad-dazju anti-dumping, kif ukoll dawk it-tipi ta’ ħbula u kejbils ta’ l-azzar li mhumiex koperti mill-impenn u li għalhekk huma soġġetti għall-ħlas tad-dazju anti-dumping fil-mument ta’ l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea.

(10)

Huwa ċar li r-rapporti tal-bejgħ hawn fuq imsemmija għandhom ikunu, meta jintbagħtu, kompluti, eżawrjenti u korretti fid-dettalji kollha u t-tranżazzjonijiet ikunu konformi fis-sħiħ mal-kondizzjonijiet ta’ l-impenn.

(11)

Bil-għan li tiżgura konformità ma’ l-impenn, il-Kumpanija ntrabtet ukoll li tippermetti żjajjar ta’ verifika fuq il-post fil-proprjetà tagħha biex tiġi vverifikata l-eżattezza u l-veraċità tad-data ppreżentata fir-rapporti msemmija ta’ kull tliet xhur u biex tipprovdi t-tagħrif kollu meqjus bħala meħtieġ mill-Kummissjoni.

(12)

Ta’ min jinnota li l-kumpanija diġà waslitilha ittra ta’ twissija mis-Servizzi tal-Kummissjoni fit-28 ta’ Ottubru 2003 minħabba ksur ta’ impenn bil-ħruġ ta’ fatturi ta’ impenn għal prodotti mhux koperti mill-impenn iżda xorta waħda suġġetti għall-miżuri anti-dumping. L-ittra ta’ twissija kienet tgħid li minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari li fihom sar dan il-ksur ma kienx hemm il-ħsieb li tiġi rrevokata l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn, iżda nġibdet l-attenzjoni li kull ksur sussegwenti ta’ l-impenn, anki ta’ natura żgħira, jagħmilha diffiċli għall-Kummissjoni li żżomm l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn mill-kumpanija.

(13)

F’dan ir-rigward, saret żjara ta’ verifika fil-post tal-Kumpanija fl-Afrika t’Isfel mill-5 ta’ Frar 2007 sas-6 ta’ Frar 2007. Iż-żjara ta’ investigazzjoni kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2006.

2.   Riżultati taż-żjara ta’ verifika fil-Kumpanija

(14)

Iż-żjara ta’ verifika kkonfermat li l-kumpanija, f’żewġ okkażjonijiet, ħarġet fatturi ta’ impenn (numri tal-fatturi ta’ impenn: 935515 u 935516) għall-prodotti soġġetti għall-miżura anti-dumping iżda mhux koperti mill-impenn. Għalhekk, dawn it-tranżazzjonijiet ibbenefikaw b’mod illegali mill-eżenzjoni ta’ ħlas tad-dazju anti-dumping fil-mument ta’ importazzjoni.

(15)

Iż-żjara ta’ verifika kkonfermat li, f’okkażjoni waħda, il-kumpanija naqset milli taġġusta l-prezz unitarju tal-bejgħ skond il-kondizzjonijiet ta’ ħlas. In-nuqqas ta’ twettiq ta’ dan l-aġġustament għall-ispiża finanzjarja marbuta maż-żmien attwali tal-ħlas ikkawża prezz unitarju ta’ bejgħ taħt l-MIP applikabbli.

(16)

Barra minn hekk, iż-żjara ta’ verifika kkonfermat li, f’diversi okkażjonijiet, il-kumpanija ħarġet fatturi ta’ impenn mhux b’konformità ma’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 billi inkludiet is-sentenza “Għall-bejgħ barra mill-pajjiż, mhux biex jinbiegħ fl-Unjoni Ewropea”.

(17)

Il-kontroll tal-fatturi ta’ impenn maħruġa għall-perjodu ta’ żmien ikkonċernat miż-żjara ta’ verifika wera li tranżazzjoni waħda ma ġietx inkluża fir-rapport tal-bejgħ ta’ l-impenn ta’ kull tliet xhur li jintbagħat lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, ġie kkonfermat ukoll li l-kumpanija rrappurtat tranżazzjonijiet mhux intiżi għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità bħalikieku kienu intiżi għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità. Iż-żjara ta’ verifika identifikat ukoll bosta tranżazzjonijiet li ġew irrappurtati bħala bejgħ ta’ tranżitu, iżda, fir-realtà, il-prodotti ġew rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni ħilesa fil-Komunità. Barra minn hekk instabu diskrepanzi bejn ir-rapporti tal-bejgħ ta’ l-impenn ta’ kull tliet xhur u l-fatturi korrispondenti.

3.   Raġunijiet għar-revoka ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn

(18)

Il-fatt li l-kumpanija ħarġet fatturi ta’ impenn għall-prodott ikkonċernat li ma kinux koperti mill-impenn u li dawn it-tranżazzjonijiet ibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju anti-dumping mogħti biss għall-prodotti koperti mill-impenn jikkostitwixxi ksur ta’ l-impenn.

(19)

L-obbligu tal-kumpanija li tirrispetta l-MIP għall-bejgħ kollu tal-prodott kopert ma tħarisx.

(20)

Il-ħruġ ta’ fatturi ta’ impenn mhux b’konformità ma’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 għall-bejgħ tal-prodott kopert jista’ jkun ta’ diżgwid għall-awtoritajiet tad-dwana u ma jippermettix aktar lill-awtoritajiet tad-dwana li jissorveljaw b’mod effettiv l-impenn u, għaldaqstant, jirrendi l-impenn mhux fattibbli.

(21)

Il-fatti stabbiliti fil-premessa (17) wasslu għall-konklużjoni li r-rapporti tal-bejgħ ta’ impenn ta’ kull tliet xhur kif mibgħuta mill-kumpanija ma kienux kompluti, eżawrjenti u korretti fid-dettalji kollha u għalhekk dawn ir-rapporti ma kinux biżżejjed affidabbli biex jintużaw għas-sorveljanza ta’ l-impenn. In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rrappurtar jikkostitwixxi ksur ta’ l-impenn.

4.   Sottomissjonijiet bil-miktub u seduti

(a)   Nuqqas ta’ ftehim dwar l-Impenn

(22)

Il-kumpanija għarfet permezz tas-sottomissjonijiet tagħha bil-miktub li saru xi żbalji fil-ħruġ tal-fatturi ta’ impenn u t-tħejjija tar-rapporti ta’ l-impenn minħabba nuqqas ta’ ftehim dwar l-impenn dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi ta’ l-impenn, minħabba li t-test inqara ħażin u/jew minħabba n-nuqqas tal-kumpanija li tikkonsultah. Fis-sottomissjoni tagħha bil-miktub u matul is-seduta fis-26 ta’ April 2007 kien ukoll mistqarr li t-tibdil fit-treġija għolja u l-istrutturar mill-ġdid ta’ l-organizzazzjoni kkontribwixxa għan-nuqqas ta’ ftehim dwar ir-rekwiżiti komplessi ta’ l-impenn.

(23)

Il-kumpanija wkoll ammettiet li rċeviet l-ittra ta’ twissija mis-Servizzi tal-Kummissjoni fit-28 ta’ Ottubru 2003. Iżda, il-kumpanija rribattiet li qatt ma waslilha rapport ta’ verifika u li assumiet li kieku kien jiddeskrivi l-iżball li fil-fatt sar. Il-kumpanija saħqet li l-fatt li ma waslilha xejn dwar l-iżbalji li fil-fatt saru kkontribwixxa wkoll għan-nuqqas tagħha li tibdel il-prassi tagħha dwar it-tħejjija tar-rapporti ta’ l-impenn jew li ttejjeb l-għarfien tagħha.

(24)

Fi tweġiba għal dawn l-argumenti wieħed irid jinnota li l-kumpanija fit-18 ta’ Settembru 2003 waslitilha ittra mill-Kummissjoni li ddeskriviet fid-dettall il-ksur identifikat. L-ittra ta’ twissija tat-28 ta’ Ottubru 2003 ma tennitx aktar il-ksur fid-dettall iżda rriferiet għall-korrispondenza ta’ qabel bejn il-Kummissjoni u l-kumpanija.

(25)

Ta’ min jinnota wkoll li l-kumpanija setgħet tfixklet meta rriferiet għal rapport ta’ verifika. Il-Kummissjoni ma wettqitx żjara ta’ verifika qabel ma ħarġet ittra ta’ twissija fit-28 ta’ Ottubru 2003 billi l-ksur li wassal għall-ħruġ ta’ l-ittra ta’ twissija ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ analiżi mill-uffiċċju tar-rapporti ta’ l-impenn. Il-Kummissjoni għamlet verifika f’Mejju 2004 iżda billi dik il-verifika ma wasslitx għal aktar azzjoni ma kien jinħtieġ li tintbagħat ebda ittra lill-kumpanija marbuta magħha.

(26)

Barra minn hekk, il-kumpanija ssottomettiet matul is-seduta li, wara ż-żjara ta’ verifika, il-kumpanija rrevediet is-sistema kompluta tagħha, fuq il-bażi tal-kummenti magħmula fil-post, biex twettaq it-tibdil meħtieġ biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-impenn.

(27)

L-argumenti ppreżentati mill-kumpanija fid-difiża tagħha nnifisha f’dak li għandu x’jaqsam man-nuqqas ta’ ftehim dwar l-impenn ma jbiddlux il-fehma tal-Kummissjoni li l-kumpanija naqset milli tkun konformi ma’ l-obbligi ta’ l-impenn. Irid jiġi nnutat ukoll li l-kumpanija diġà waslitilha ittra ta’ twissija minħabba ksur ta’ impenn fl-imgħoddi u naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa biex twaqqaf milli jseħħ aktar ksur ta’ l-impenn. In-nuqqas ta’ ftehim dwar ir-rekwiżiti ta’ l-impenn jikkostitwixxi riskju għoli għas-suffiċjenza u l-affidabilità tas-sorveljanza ta’ l-impenn.

(b)   Proporzjonalità

(28)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-vjolazzjoni tal-prezz, il-kumpanija ammettiet li sar ksur tal-prezz f’okkażjoni waħda għax naqset milli twettaq it-tibdil meħtieġ fil-prezzijiet tal-bejgħ fir-rigward ta’ ħlas wara ż-żmien. Madankollu, tressaq l-argument li l-prezzijiet tal-bejgħ tat-tranżazzjonijiet l-oħra kollha kienu strettament konformi ma’ l-MIP. Barra minn hekk, ġie sottomess li l-ħlas wara ż-żmien seħħ minħabba ċirkustanzi mhux previsti billi l-klijent ikkonċernat normalment iħallas bil-quddiem għall-prodotti qabel ma ssir il-kunsinna.

(29)

B’reazzjoni għal dawn l-argumenti għandu jiġi nnutat li b’konformità ma’ l-impenn, il-kumpanija ntrabtet li tiżgura li l-Prezz Nett tal-Bejgħ għall-bejgħ kollu kopert permezz ta’ l-impenn għandu jkun fl-MIP stipulat fl-impenn jew ogħla minnu.

(30)

Barra minn hekk, għal dak li għandu x’jaqsam mal-kwistjoni tal-proporzjonalità, ir-Regolament bażiku ma fih l-ebda rekwiżit dirett jew indirett li ksur ta’ impenn għandu jirrelata ma’ perċentwali minimu ta’ bejgħ jew għandu jirrelata ma’ perċentwali minimu ta’ MIP.

(31)

Din l-istrateġija kienet ikkonfermata wkoll permezz tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza li qatgħetha li kull ksur ta’ impenn huwa biżżejjed biex jiġġustifika l-irtirar ta’ aċċettazzjoni ta’ impenn (7).

(32)

Skond dan, l-argumenti ppreżentati mill-kumpanija fir-rigward tal-proporzjonalità ma jbiddlux il-fehma tal-Kummissjoni li seħħ ksur ta’ l-impenn u li għandha tiġi rtirata l-aċċettazzjoni l-impenn.

(ċ)   Bona fide tal-kumpanija

(33)

Il-kumpanija ressqet l-argument li fiż-żmien ta’ sottomissjoni tar-rapporti regolari tagħha lill-Kummissjoni, il-kumpanija ħasset li r-rapporti kienu kompluti, eżawrjenti u korretti fid-dettalji kollha.

(34)

Fl-ebda mument ma ppruvat tirrapporta informazzjoni mhux korretta jew ma ppruvat żżomm lura l-informazzjoni meħtieġa.

(35)

Il-kumpanija enfasizzat ukoll kemm fis-sottomissjoni tagħha bil-miktub kif ukoll matul is-seduta, li ma kisbet ebda benefiċċju mill-ksur ta’ l-impenn, f’xi każ minnhom għajr għal tnejn, u li l-iżbalji ma twettqux fi ħdan l-għan ta’ skema ta’ qerq.

(36)

B’referenza għall-premessi hawn fuq ta’ min jinnota li l-kumpanija ħadd ma raha bħala li kienet qed tipprova tibbenefika bi skop billi ma tirrispettax ir-rekwiżiti ta’ l-impenn jew li tfixkel is-sorveljanza. Iżda, li l-iżbalji jseħħu b’mod ripetut iwassal biex is-sorveljanza xierqa ta’ l-impenn ma tibqax fattibbli.;

C.   IR-REVOKA TAD-DEĊIŻJONI 1999/572/KE

(37)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn għandha tiġi rtirata u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/572/KE għandha tiġi rrevokata. Skond dan, id-dazju definittiv ta’ anti-dumping impost bl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 għandu japplika.

IDDECIEDIET:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 1999/572/KE hija permezz ta’ dan irrevokata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 217, 17.8.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1674/2003 (ĠU L 238, 25.9.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 121/2006 (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 217, 17.8.1999, p. 63. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/38/KE (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 54).

(5)  ĠU L 238, 25.9.2003, p. 13.

(6)  ĠU C 203, 11.8.2004, p. 4.

(7)  F’dan il-kuntest, ara l-każ T-51/96 Miwon v Kunsill (ECR 2000, p. II-1841) paragrafu 52; il-każ T-340/99 Arne Mathisen S v Kunsill (ECR 2002, p. II-2905) paragrafu 80.


30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE biex testendi d-deroga dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott minn pajjiżi terzi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5693)

(2007/776/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott, maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni hija obbligata skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/34/KEE tiddeċiedi jekk il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti f’pajjiż terz u li joffru l-istess garanziji rigward l-obbligi dwar il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz ta’ tkabbir, il-pakkettjar, l-arranġamenti ta’ l-ispezzjoni, il-marka u s-siġill, humiex ekwivalenti f’dawn ir-rigwardi kollha għall-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti fil-Komunità u li jħarsu l-ħtiġiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(2)

Minkejja dan, l-informazzjoni disponibbli attwalment dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw f’pajjiżi terzi għadha mhix biżżejjed biex tħalli lill-Kummissjoni tadotta xi deċiżjoni bħal din dwar xi pajjiż terz f’dan l-istadju.

(3)

Sabiex ikun hemm inibizzjoni li jitħarbtu xejriet kummerċjali, l-Istati Membri li jimportaw il-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott minn pajjiżi terzi għandhom jitħallew ikomplu japplikaw kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għal prodotti simili tal-Komunità skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE. Il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-deroga stipulat fid-Direttiva 92/34/KEE għal importazzjonijiet bħal dawn għandu għalhekk jiġi estiż għal wara l-31 ta’ Diċembru 2007.

(4)

Id-Direttiva 92/34/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Materjal tal-Propagazzjoni u l-Ġeneri u l-Ispeċji tal-Pjanti tal-Frott,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, id-data “31 ta’ Diċembru 2007” tinbidel b’ “31 ta’ Diċembru 2010”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/54/KE (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 16).


30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Novembru 2007

li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/777/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistipula r-rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti msemmija stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (1) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, id-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (2), u b’mod partikolari l-fażi introduttorja ta’ l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 ta’ l-Artikolu 8, l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(b) u (c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/432/KE tat-3 ta’ Ġunju 2005 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE u 97/222/KE (3) tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tal-laħam, inklużi l-listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom li minnhom l-importazzjonijiet ta’ prodotti bħal dawn huma awtorizzati.

(2)

Id-Deċiżjoni 2005/432/KE, kif emendata bid-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2006/801/KE (4), tqis ir-rekwiżiti tas-saħħa u d-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (5), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene għall-ikel ta’ oriġini mill-annimali (6) u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar l-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali ta’ prodotti ġejjin mill-annimali u maħsuba għall-konsum mill-bniedem (7).

(3)

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula definizzjonijiet separati għal prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati.

(4)

It-trattamenti speċifiċi stipulati għal kull pajjiż terz bid-Deċiżjoni 2005/432/KE huma stabbiliti u jibbażaw fuq it-trattamenti stipulati bid-Direttiva 2002/99/KE biex ineħħu r-riskju potenzjali għas-saħħa ta’ l-annimali li jeżisti minħabba fil-laħam frisk użat fit-tħejjija tal-prodotti tal-laħam. Mill-aspett tas-saħħa ta’ l-annimali, l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati jippreżentaw l-istess riskju għas-saħħa ta’ l-annimali li jippreżentaw il-prodotti tal-laħam. Għalhekk, għandhom jiġu ttrattati bl-istess trattamenti speċifiċi kif stipulat fid-Deċiżjoni 2005/432/KE u konsegwentement imressqa għaċ-ċertifikazzjoni armonizzata veterinarja għall-importazzjoni tagħhom fil-Komunità.

(5)

Ir-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni fl-UE ta’ imsaren huma stipulati fid-Deċiżjoni 2003/779/KE (8). Għalhekk, il-prodotti koperti mid-Deċiżjoni 2003/779/KE għandhom ikunu esklużi bid-definizzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati stipulata f’din id-Deċiżjoni.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet għall-monitoraġġ tal-fdalijiet imressqa minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (9) telenka l-pajjiżi terzi awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità fuq il-bażi tal-pjanijiet approvati għall-monitoraġġ tal-fdalijiet.

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (10) tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw il-verifiki veterinarji fuq prodotti mill-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi għall-importazzjoni u t-tranżitu ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn il-Komunità, inklużi ċerti rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni.

(8)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu permezz tal-Komunità ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam lejn u mir-Russja minħabba l-qagħda ġeografika ta’ Kaliningrad u wara li jitqiesu l-problemi klimatiċi li jimpedixxu l-użu ta’ xi portijiet f'ċerti żminijiet tas-sena.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE (11) tas-7 ta’ Diċembru 2001 li tagħmel lista ta’ postijiet fil-fruntiera għall-ispezzjonijiet miftiehma għall-verifiki veterinarji fuq l-annimali u prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi u l-aġġornament ta’ regoli dettaljati dwar il-verifiki li għandhom isiru mill-esperti tal-Kummissjoni tispeċifika l-Postijiet fil-Fruntieri ta’ Spezzjoni awtorizzati għall-kontroll tat-tranżitu ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam lejn u mir-Russja permezz tal-Komunità.

(10)

L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika u dik veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (12), jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ ċerti annimali. L-Iżlanda hija mniżżla fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni bħala pajjiż awtorizzat biex jesporta laħam frisk ta’ ċerti annimali. Għalhekk, l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ dawk l-annimali mill-Iżlanda għandhom jitħallew mingħajr l-applikazzjoni ta’ ebda trattament speċifiku.

(11)

L-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti ta’ l-agrikoltura (13) jistabbilixxi l-miżuri ta’ saħħa ta’ l-annimali, tas-saħħa pubblika u dawk żootekniċi applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali. It-trattamenti applikabbli mill-Konfederazzjoni Żvizzera għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u għall-imsaren ittrattati għandhom ikunu skond dan il-ftehim. Għalhekk,mhuwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dawn it-trattamenti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(12)

L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (14) ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 722/2007 tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi II, V, VI, VIII, IX, u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (15) u bir-Regolament (KE) Nru 1275/2007 (16) li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija li tinxtered. Rekwiżiti ġodda li jikkonċernaw l-istatus ta’ l-ESB ta’ pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u msaren ittrattati lejn il-Komunità għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus ta’ l-ESB ta’ l-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew ta’ reġjuni tagħhom skond ir-riskju ta’ ESB tagħhom (17) tikklassifika l-pajjiżi jew ir-reġjuni fi tliet gruppi: riskju ta’ ESB negliġibbli, riskju ta’ ESB kkontrollat u riskju ta’ ESB mhux stabbilit. Għandha ssir referenza għal din il-lista fiċ-ċertifikat.

(14)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2005/432/KE titħassar u tinbidel b'din id-Deċiżjoni.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-għan

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità u t-tranżitu u l-ħażna fil-Komunità, ta’ kunsinni ta’:

(a)

prodotti tal-laħam kif definiti fil-punt 7.1 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; kif ukoll

(b)

l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, kif definit fil-punt 7.9 ta’ dan l-Anness, li jkunu għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fl-Anness II Parti 4 ta’ din id-Deċiżjoni.

Dawn ir-regoli għandhom jinkudu l-listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom li minnhom għandhom jiġu awtorizzati importazzjonijiet bħal dawn kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati u r-regoli tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali dwar l-oriġini u t-trattamenti meħtieġa għal dawn l-importazzjonijiet.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għad-Deċiżjoni 2004/432/KE u d-Deċiżjoni 2003/779/KE.

Artikolu 2

Kunidizzjonijiet li jikkonċernaw l-ispeċi u l-annimali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni tal-prodotti tal-laħam u dawk ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, ġejjin minn laħam jew minn prodotti tal-laħam mill-ispeċijiet jew mill-annimali li ġejjin:

(a)

tjur inklużi l-pollam, dundjani, fargħuni, papri, wiżż, summien, ħamiem, faġani u perniċi mkabbra jew miżmuma f'kaptività għal tkabbir, il-produzzjoni tal-laħam u l-bajd għal konsum, jew biex iżidu l-provvista tat-tjur;

(b)

annimali domestiċi ta’ l-ispeċijiet li ġejjin: annimali bovini, inklużi l-Bubalus bubalis u l-Bison bison, il-ħnieżer, in-nagħaġ, il-mogħoż u s-solipedi;

(c)

fniek u liebri, u annimali tal-kaċċa mrobbija, kif definit fil-punt 1.6 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(d)

annimali tal-kaċċa selvaġġi, kif definit fil-punt 1.5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 3

Rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li:

(a)

huma konformi mal-kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament stipulati fl-Anness I(1) u (2); u li

(b)

joriġinaw fil-pajjiżi terzi u partijiet minnhom kif ġej:

(i)

fil-każ tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li mhumiex soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 1(b) ta’ l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 2 ta’ l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 1 ta’ dak l-Anness;

(ii)

fil-każ tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren li huma soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 2(a)(ii) ta’ l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness.

Artikolu 4

Rekwiżiti dwar is-saħħa pubblika li jikkonċernaw il-laħam frisk użat fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li għandhom jiġu importati fil-Komunità u ċ-ċertifikati dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati u li huma miksuba minn laħam frisk, kif definit fil-punt 1.10 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li huwa konformi mar-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika;

(b)

fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li huma konformi mar-rekwiżiti tal-mudell taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika kif stipulat fl-Anness III;

(c)

dan iċ-ċertifikat jakkumpanja kunsinni bħal dawn u jkun komplut u ffirmat kif xieraq mill-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ta’ esportazzjoni.

Artikolu 5

Kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati fi tranżitu jew maħżuna fil-Komunità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kunsinni tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, introdotti ġewwa l-Komunità u li huma maħsuba għall-pajjiż terz jew bi transitu minnufih jew wara l-ħażna skond l-Artikolu 12(4) jew l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, u li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

li huma ġejjin mit-territorju ta’ pajjiż terz jew parti minnu mniżżel fl-Anness II u li għaddew mit-trattament minimu għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ l-ispeċi msemmija fih;

(b)

li huma konformi mal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali għall-ispeċi kkonċernata stipulata fil-mudell taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika fl-Anness III;

(c)

li huma akkumpanjati minn ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali magħmul skond il-mudell imfassal fl-Anness IV, iffirmat kif xieraq minn veterinarju uffiċjali ta’ pajjiż terz ikkonċernat;

(d)

li huma ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-transitu u għall-ħażna, kif xieraq, fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni ġewwa l-Komunità.

Artikolu 6

Deroga għal ċerti destinazzjonijiet fir-Russja

1.   B'deroga mill-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu fit-triq jew bil-ferrovija madwar il-Komunità, bejn postijiet magħrufa ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE, tal-kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li ġejjin minn u li huma ddestinati għar-Russja direttament jew permezz ta’ pajjiż terz ieħor sakemm dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-kunsinna għandha tiġi ssiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità;

(b)

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna u msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ttimbrati “GĦAT-TRANSITU BISS LEJN IR-RUSSJA VIA L-KE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità;

(ċ)

ir-rekwiżiti proċedurali mogħtija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom jitħarsu;

(d)

il-kunsinna għandha tiġi ċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni fil-Komunità.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw il-ħatt jew il-ħażna, kif definit fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-Komunità ta’ kunsinni bħal dawn.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tagħmel verifiki regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ kunsinni u ta’ kwantitajiet ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, li ġejjin jew li huma ddestinati għar-Russja, u li qed jitilqu mill-Komunità jaqbel ma’ l-għadd u l-kwantitajiet li deħlin fil-Komunità.

Artikolu 7

Dispożizzjoni tranżitorja

Kunsinni li għalihom inħarġu ċertifikati veterinarji qabel l-1.5.2008 skond il-mudelli stabbiliti bid-Deċiżjoni 2005/432/KE għandhom jiġu aċċettati għall-importazzjoni lejn il-Komunità sa l-1.6.2008.

Artikolu 8

Revoka

Id-Deċiżjoni 2005/432/KE hija rrevokata.

Artikolu 9

Data ta’ l-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 10

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2004 (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 60).

(2)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(3)  ĠU L 151, 14.6.2005, p. 3. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 26.

(5)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006.

(8)  ĠU L 285, 1.11.2003, p. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/414/KE (ĠU L 151, 30.4.2004, p. 56).

(9)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/362/KE (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 18).

(10)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(11)  ĠU L 326, 11.12.2006, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/276/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 34).

(12)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(13)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(14)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 727/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).

(15)  ĠU L 164, 26.6.2007, p. 7.

(16)  ĠU L 284, 30.10.2007, p. 8.

(17)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.


ANNESS I

1.

Prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsarem ttrattati li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom imsemmija fl-Artikolu 3(b)(i) ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

irid ikun fihom laħam eliġibbli għall-importazzjoni fil-Komunità bħala laħam frisk, kif definit fil-punt 1.10 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; kif ukoll

(b)

għandhom ikunu ġejjin minn speċi wieħed jew iżjed ta’ annimali li jkunu għaddew minn trattament mhux speċifiku kif stipulat fil-punt A Parti 4 ta’ l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

2.

Prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsarem ttrattati li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom, kif imsemmija fl-Artikolu 3(b)(ii) għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati f’(a), (b) jew (c) ta’ dan il-punt:

(a)

il-prodotti tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:

(i)

irid ikun fihom laħam u/jew prodotti tal-laħam li ġejjin minn speċi waħda jew minn annimal wieħed kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II li tindika l-ispeċi jew l-annimal ikkonċernat; kif ukoll

(ii)

iridu jkunu għaddew għall-inqas mit-trattament speċifiku meħtieġ għal-laħam ta’ dik l-ispeċi jew ta’ dak l-annimal kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II;

(b)

il-prodotti tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:

(i)

irid ikun fihom laħam frisk, ipproċessat jew parzjalment ipproċessat ta’ aktar minn speċi waħda jew ta’ aktar minn annimal wieħed, kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti tal-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II li jitħalltu flimkien qabel ma jgħaddu mit-trattament finali tagħhom, kif stipulat fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness II; kif ukoll

(ii)

iridu jkunu għaddew mit-trattament finali li jissemma f’(i) li jrid ikun iebes għall-inqas daqs l-aktar trattament iebes kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għal-laħam ta’ l-ispeċijiet jew ta’ l-annimali kkonċernati, kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness II;

(c)

il-prodotti finali tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:

(i)

iridu jitħejjew billi jitħallat il-laħam li ġie ttrattat qabel jew l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ aktar minn speċi waħda jew ta’ aktar minn annimal wieħed; kif ukoll

(ii)

iridu jkunu għaddew mit-trattament ta’ qabel li jissemma f'(i) li jrid ikun iebes għall-anqas daqs l-aktar trattament rilevanti stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għall-ispeċi jew għall-annimal ikkonċernat kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II għal kull komponent tal-laħam tal-prodott tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati.

3.

It-trattamenti deskritti fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għandhom jikkostitwixxu l-kundizzjonijiet ta’ l-ipproċessar li huma l-inqas aċċettabbli għall-finijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ġejjin mill-ispeċi jew mill-annimal rilevanti li toriġina/joriġina fil-pajjiżi terzi jew fil-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II.

Madankollu, fil-każijiet fejn l-importazzjoni ta’ ġewwieni mhuwiex awtorizzat skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE minħabba fir-restrizzjonijiet Komunitarji dwar is-saħħa ta’ l-annimali, dan jista’ jiġi importat bħala prodott tal-laħam jew stonku, bużżieqa ta’ l-awrina jew imsaren ittrattati jew użat fi prodott tal-laħam sakemm it-trattament rilevanti msemmi fil-Parti 2 ta’ l-Anness II jitwettaq u r-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jkunu ntlaħqu.

Barra minn hekk, stabbiliment minn pajjiż imniżżel fl-Anness II jista' jiġi awtorizzat li jipproduċi prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li għaddew mit-trattamenti B, C jew D, kif jissemma fil-Parti 4 ta’ l-Anness II, anke fejn dak l-istabbiliment jinsab f'pajjiż terz jew f'parti minn pajjiż terz li mhuwiex awtorizzat għall-importazzjonijiet ta’ laħam frisk fil-Komunità bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jkunu ntlaħqu.


ANNESS II

PARTI 1

It-territorji reġjonalizzati għall-pajjiżi li huma elenkati fil-partijiet2 u 3

Il-pajjiż

It-territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Kodiċi ISO

Il-verżjoni

L-Arġentina

AR

01/2004

Il-pajjiż kollu

AR-1

01/2004

Il-pajjiż kollu, ħlief għall-Provinċji ta' Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego għall-ispeċi koperti mid-Deċiżjoni 79/542/KEE (kif emendata l-aħħar)

AR-2

01/2004

Il-Provinċji ta' Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego għall-ispeċi koperti mid-Deċiżjoni 79/542/KEE (kif emendata l-aħħar)

Il-Brażil

BR

01/2004

Il-pajjiż kollu

BR-1

01/2005

L-Istati ta’ Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

BR-2

01/2005

Parti mill-Istat ta' Mato Grosso do Sul (ħlief għall-muniċipalitajiet ta' Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde ta’ Mato Grosso u Corumbá);

L-Istat ta' Paraná;

L-Istat ta' Sao Paulo;

Parti mill-Istat ta' Minas Gerais (ħlief għad-delegazzjonijiet reġjonali ta' Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí);

L-Istat ta' Espíritu Santo;

L-Istat ta' Rio Grande do Sul;

L-Istat ta' Santa Catarina;

L-Istat ta' Goias;

Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso li jinkludi:

l-unità reġjonali ta' Cuiaba (ħlief għall-muniċipalitajiet ta' San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço); l-unità reġjonali ta' Caceres (ħlief għall-muniċipalità ta' Caceres); l-unità reġjonali ta' Lucas do Rio Verde; l-unità reġjonali ta' Rondonopolis (ħlief għall-muniċipalità ta' Itiquiora); l-unità reġjonali ta’ Barra do Garça u l-unità reġjonali ta’ Barra do Burgres.

BR-3

01/2005

L-Istati ta' Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

Il-Malażja

MY

01/2004

Il-pajjiż kollu

MY-1

01/2004

Il-Malażja peniżolari (tal-Punent) biss

In-Namibja

NA

01/2005

Il-pajjiż kollu

NA-1

01/2005

Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi mill-Punt ta' Palgrave fil-Punent sa Gam fil-Lvant

L-Afrika t’Isfel

ZA

01/2005

Il-pajjiż kollu

ZA-1

01/2005

Il-pajjiż kollu ħlief:

għall-parti taż-żona ta’ kontroll minħabba l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, id-distrett ta’ Ingwavuma fir-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona tal-fruntiera mal-Botswana, il-lvant tal-lonġitudini 28°, u d-distrett ta’ Camperdown fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal.

PARTI 2

Pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li minnhom l-importazzjonijiet lejn l-UE ta’ prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ stonku, bżieżaq ta' l-awrina u ta’ imsaren ittrattati huma awtorizzati (Ara Parti 4 ta' dan l-Anness għall-interpretazzjoni tal-kodiċijiet użati f'din it-tabella)

Kodiċi ISO

Il-pajjiż ta' l-oriġini jew parti minnu

1.

Annimal bovin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija għal skopijiet kummerċjali

(ħlief għall-ħnieżer)

Annimal ovin/ kaprin domestiku

1.

Annimal porċin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija

(ħnieżer)

Annimal b'difru sod domestiku

1.

Tjur

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija għal skopijiet kummer-ċjali

(ħlief għall-għasafar li ma jtirux)

Għasafar li ma jtirux imrobbija

Il-fenek domestiku u l-leporidae mrobbija

Annimali slavaġ tal-kaċċa bid-difer mifruq

(ħlief għall-ħnieżer)

Ħnieżer slavaġ

Annimal salvaġġ b'difru sod

Leporidae slavaġ

(fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa slavaġ

Mammali ta’ l-art slavaġ tal-kaċċa

(ħlief għall-mammali bid-difer mgħawweġ, għal dawk bid-difer sod u għal-leporidae)

AR

L-Arġentina AR

C

C

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

L-Arġentina AR-1 (1)

C

C

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

L-Arġentina AR-2 (1)

A (2)

A (2)

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

AU

L-Awstralja

A

A

A

A

D

D

A

A

A

XXX

A

D

A

BH

Il-Baħrajn

B

B

B

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

BR

Il-Brażil

XXX

XXX

XXX

A

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

Il-Brażil BR-1

XXX

XXX

XXX

A

XXX

A

A

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX

Il-Brażil BR-2

C

C

C

A

D

D

A

C

XXX

XXX

A

D

XXX

Il-Brażil BR-3

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

BW

Il-Botswana

B

B

B

B

XXX

A

A

B

B

A

A

XXX

XXX

BY

Il-Belarus

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

CA

Il-Kanada

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

A

CH

L-Iżvizzera (*)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CL

Iċ-Ċili

A

A

A

A

A

A

A

B

B

XXX

A

A

XXX

CN

Iċ-Ċina

B

B

B

B

B

B

A

B

B

XXX

A

B

XXX

CO

Il-Kolombja

B

B

B

B

XXX

A

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

ET

L-Etjopja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

GL

Greenland

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

A

A

HK

Ħong Kong

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

HR

Il-Kroazja

A

A

D

A

A

A

A

A

D

XXX

A

A

XXX

IL

L-Iżrael

B

B

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

A

XXX

IN

L-Indja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

IS

L-Iżlanda

A

A

B

A

A

A

A

A

B

XXX

A

A

XXX

KE

Il-Kenja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

KR

Il-Korea t’Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

MA

Il-Marokk

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

ME

Montenegro

A

A

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

XXX

XXX

MG

Il-Madagaskar

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

D

XXX

MK

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (**)

A

A

B

A

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

MU

Il-Mawrizju

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

MX

Il-Messiku

A

D

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

D

XXX

MY

Il-Malażja MY

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

Il-Malażja MY-1

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

NA

In-Namibja (1)

B

B

B

B

D

A

A

B

B

A

A

D

XXX

NZ

New Zealand

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

A

PY

Il-Paragwaj

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

RS

Serbia (***)

A

A

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

XXX

XXX

RU

Ir-Russja

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

A

SG

Singapor

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

SZ

Is-Sważiland

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

A

A

XXX

XXX

TH

It-Tajlandja

B

B

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

TN

It-Tuniżija

C

C

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

TR

It-Turkija

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

UA

L-Ukraina

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

US

L-Istati Uniti

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

XXX

UY

L-Urugwaj

C

C

B

A

D

A

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

ZA

L-Afrika t’Isfel (1)

C

C

C

A

D

A

A

C

C

A

A

D

XXX

ZW

Iż-Żimbabwe (1)

C

C

B

A

D

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

PART 3

Il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mhumiex awtorizzati taħt ir-reġim ta' trattament mhux speċifiku (A) iżda minn fejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzati

Kodiċi ISO

Il-pajjiż ta' l-oriġini jew parti minnu

1.

Annimal bovin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq

(ħlief għall-ħnieżer)

Annimal ovin/ kaprin domestiku

1.

Annimal porċin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija

(ħnieżer)

Annimal b'difru sod domestiku

1.

Tjur

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija għal skopijiet kummer-ċjali

Għasafar li ma jtirux

Il-fenek domestiku u l-leporidae mrobbija

Annimali slavaġ tal-kaċċa bid-difer mifruq

(ħlief għall-ħnieżer)

Ħnieżer slavaġ

Annimal salvaġġ b'difru sod

Leporidae slavaġ

(fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa slavaġ

Mammali ta' l-art slavaġ tal-kaċċa

(ħlief għall-mammali bid-difer mgħawweġ, għal dawk bid-difer sod u għal-leporidae)

AR

L-Arġentina-AR

F

F

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

NA

In-Namibja

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

XXX

In-Namibja NA-1

E

E

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

ZA

L-Afrika t’Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

XXX

L-Afrika t’Isfel ZA-1

E

E

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

 

ZW

Iż-Żimbabwe

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

E

A

E

XXX

PARTI 4

L-INTERPRETAZZJONI TAL-KODIĊIJIET LI NTUŻAW FIT-TABELLI FIL-PARTIIET 2 U 3

IT-TRATTAMENTI LI JISSEMMEW FL-ANNESS I

It-trattament mhux speċifiku:

A

=

L-ebda temperatura minima speċifikata jew trattament ieħor ma huma stabbiliti għall-finijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bużżieqa ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati. Madankollu, il-laħam ta’ prodotti tal-laħam bħal dawn kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u ta’ l-imsaren ittrattati jrid ikun għadda minn trattament tali li l-wiċċ maqtugħ tiegħu juri li m’għadx għandu l-karatteristiċi ta’ laħam frisk u l-laħam frisk użat irid jissodisfa wkoll ir-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-esportazzjonijiet tal-laħam frisk fil-Komunità.

It-trattamenti speċifiċi elenkati bl-aktar trattament iebes jissemma l-ewwel:

B

=

Trattament f'kontenitur issiġillat ermetikament għal valur ta' Fo ta' tlieta jew aktar.

C

=

Temperatura minima ta’ 80 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu kif ukoll/jew fl-istonku, il-bżieżaq ta' l-awrina u fl-imsaren matul l-ipproċessar tal-prodott tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati.

D

=

Temperatura minima ta' 70 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu kif ukoll/jew fl-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u fl-imsaren matul l-ipproċessar tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u ta’ l-imsarem ttrattati, jew għal laħam mhux ipproċessat, trattament li jikkonsisti minn fermentazzjoni naturali u maturazzjoni ta' mhux inqas minn disa' xhur u li jirriżulta f'dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0.93,

Valur pH ta’ mhux aktar minn 6.0.

E

=

Fil-każ ta’ prodotti tat-tip biltong, trattament biex jinkisbu:

Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0.93,

Valur pH ta’ mhux aktar minn 6.0.

F

=

Trattament bis-sħana li jiżgura li tintlaħaq temperatura tal-qalba ta’ mill-inqas 65 °C għal perjodu ta’ żmien kif ikun meħtieġ biex jintlaħaq valur tal-pasturizzazzjoni (pv) daqs jew akbar minn 40.


(1)  Ara l-Parti 3 ta' dan l-Anness għar-rekwiżiti minimi ta' trattament li japplikaw għall-prodotti tal-laħam u għall-biltong pasturizzati.

(2)  Għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati imħejjija minn laħam frisk minn annimali li tbiċċru wara l-1 ta' Marzu 2002.

(*)  Skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli.

(**)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-kodiċi proviżorju li ma jippreġudikax bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun miftiehem wara l-konklużjoni ta’ negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(***)  Ma jinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

XXX

L-ebda ċertifikat ma hu stabbilit, u l-prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li fihom il-laħam ta' din l-ispeċi mhumiex awtorizzati.


ANNESS III

Iċ-ċertifikat mudell dwar saħħet l-annimali pubblika għal ċerti prodotti tal-laħam u għall-istonku, bżieżaq ta’ l-awrina maħsuba għall-kunsinna lill-Komunità Ewropea minn pajjiżi terzi

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

(Transitu u/jew ħażna)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/68


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/778/PESK

tad-29 ta’ Novembru 2007

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ppjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni, eventwalment possibbli, ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u possibbilment f'oqsma oħra fil-Kosovo

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ April 2006 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK (1).

(2)

Fis-16 ta’ Ottubru 2007, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (minn hawn 'il quddiem “PS” qabel li l-EUPT Kosovo għandu jiġi estiż b'perijodu ta’ erba' xhur wara l-iskadenza tal-mandat eżistenti fit-30 ta’ Novembru 2007, sal-31 ta’ Marzu 2008.

(3)

Il-Kapaċità Ċivili ta’ l-Ippjanar u t-Tmexxija fis-Segretarjat tal-Kunsill u l-EUPT Kosovo ser ikomplu t-tħejjijiet tekniċi għal Missjoni tal-PESD futura fil-Kosovo, inkluż għall-ġenerazzjoni ta’ forza informali u indikattiva, għall-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi u għall-akkwist.

(4)

Saret stima tar-riskju operattiv tal-varar ta’ Missjoni PESD eventwalment possibbli fil-futur li wriet li sabiex jiġi żgurat li l-Missjoni tkun mgħammra skond il-proċess ta’ ġenerazzjoni tal-forza ppjanat sal-jum tat-trasferiment ta’ l-awtorità, huwa meħtieġ li jsir akkwist sinifikanti minn qabel ta’ tagħmir għall-Missjoni.

(5)

L-akkwist minn qabel ta’ tagħmir huwa kkunsidrat li jinvolvi riskji finanzjarji sinifikanti.

(6)

L-akkwist minn qabel ta’ tagħmir huwa separat minn, u mingħajr preġudizzju għal, kwalunkwe deċiżjoni politika sussegwenti dwar jekk għandhiex tiġi skjerata l-Missjoni.

(7)

Fit-18 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill approva Linji Gwida għall-Istruttura ta’ Kmand u Kontroll għall-Operazzjonijiet Ċivili ta’ l-UE fl-Immaniġġar ta’ Krizijiet. Dawn il-Linji Gwida jipprevedu, partikolarment, li l-Kmandant ta’ Operazzjoni Ċivili għandu jeżerċita kmand u kontroll f'livell strateġiku għall-ippjanar u t-tmexxija ta’ l-operazzjonijiet ċivili kollha għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli tal-PESK (minn hawn 'il quddiem “SĠ/RGħ”. Dawn il-Linji Gwida jipprevedu wkoll li d-Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta’ l-Ippjanar u t-Tmexxija (KĊPT) stabbilit fi ħdan is-Segretarjat tal-Kunsill ser ikun il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għal kull operazzjoni ċivili għall-immaniġġar ta’ kriżijiet.

(8)

L-Istruttura ta’ Kmand u Kontroll imsemmija hawn fuq hija mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet kontrattwali tal-Kap ta’ l-EUPT Kosovo lejn il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-EUPT Kosovo.

(9)

Il-kapaċità ta’ l-għassa stabbilita fi ħdan is-Segretarjat tal-Kunsill għandha tiġi attivata għall-EUPT Kosovo.

(10)

L-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK għandha tiġi estiża u emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK hija b'dan emendata kif ġej.

1)

L-Artikolu 2(5) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ l-operazzjoni ta’ l-UE ta’ immaniġġar ta’ kriżijiet futura possibbli fir-rigward tal-mezzi meħtieġa minnha ta’ appoġġ, inkluż it-tagħmir kollu, is-servizzi u l-post u t-tfassil ta’ termini ta’ referenza relatati jew speċifikazzjonijiet tekniċi. Il-proposta ta’ azzjonijiet biex jiġu akkwistati t-tagħmir, is-servizzi u l-post meħtieġa, b'kont meħud tal-possibbiltà li t-tagħmir, il-post u l-materjali adatti jittieħdu minn sorsi disponibbli, inkluż l-UNMIK, fejn dan ikun rilevanti, fattibbli u kost-effiċjenti. It-tnedija ta’ proċeduri għal sejħa għal offerti u l-għotja ta’ kuntratti li jippermettu t-twassil fil-ħin ta’ tagħmir, servizzi u post biex jiġi żgurat li l-missjoni tkun mgħammra b'mod adegwat mill-jum tat-trasferiment ta’ awtorità. Dan għandu jsir f'żewġ stadji. L-ewwel stadju għandu jibda ma’ l-adozzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u għandu jipprovdi għall-akkwist, notevolment ta’ vetturi, tagħmir ta’ l-IT, tagħmir ta’ komunikazzjonijiet, postijiet (tagħmir u xogħol ta’ titjib), tagħmir ta’ sigurtà, u uniformijiet, sa 75 % tal-baġit allokat għan-nefqa kapitali. It-tieni stadju, li jkopri l-ħtiġijiet ta’ akkwist li jibqa' tal-missjoni, għandu jibda wara l-qbil tal-Kunsill biex tiġi stabbilita operazzjoni ta’ l-UE ta’ immaniġġar ta’ kriżijiet.”

2)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu ġdid li ġej:

“Artikolu 3 a

Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili

1.   Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta’ l-Ippjanar u t-Tmexxija (KĊPT) għandu jkun il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għall-EUPT Kosovo.

2.   Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu jeżerċita kmand u kontroll ta’ l-EUPT Kosovo f'livell strateġiku, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tas-SĠ/RGħ.

3.   Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura l-implimentazzjoni xierqa u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, inkluż bil-ħruġ ta’ istruzzjonijiet f'livell strateġiku kif meħtieġ mill-Kap ta’ l-EUPT Kosovo.

4.   Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istat emittenti jew istituzzjoni ta’ l-UE. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, it-timijiet u l-unitajiet tagħhom lill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili.

5.   Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali biex jiżgura li jiġi mwettaq korrettament id-dmir ta’ diliġenza ta’ l-Unjoni Ewropea.”

3)

L-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo u l-persunal

1.   Il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll ta’ l-EUPT Kosovo f'livell ta’ teatru.

2.   Il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, it-timijiet u l-unitajiet minn Stati kontribwenti kif inkarigat mill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika, anke fuq l-assi, ir-riżorsi u l-informazzjoni li jiġu mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ l-EUPT Kosovo.

3.   Il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu ta’ l-EUPT Kosovo, inkluż f'dan il-każ l-element ta’ appoġġ fi Brussell, għat-twettiq effettiv ta’ l-EUPT Kosovo f'teatru, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tiegħu, billi jimxi fuq l-istruzzjonijiet f'livell strateġiku tal-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili.

4.   Il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-EUPT Kosovo. Għal dan il-għan, il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.

5.   Il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali jew ta’ l-UE konċernata.

6.   Il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu jirrappreżenta lill-EUPT Kosovo fiż-żona ta’ l-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata ta’ l-EUPT Kosovo.

7.   Il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu jikkoordina, kif xieraq, ma’ atturi oħrajn ta’ l-UE fl-art.

8.   L-EUPT Kosovo għandha primarjament tikkonsisti f'persunal ċivili sekondat mill-Istati Membri jew mill-Istituzzjonijiet ta’ l-UE. Kull Stat Membru jew istituzzjoni ta’ l-UE għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż relatati għal kwalunkwe mill-persunal sekondat bl-inklużjoni tas-salarji, il-koperta medika, l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar lejn u mill-Kosovo, u l-allowances minbarra dawk per diems.

9.   L-EUPT Kosovo jista' jirrekluta wkoll perunal internazzjonali u persunal lokali fuq bażi kuntrattwali, jekk dan ikun meħtieġ.

10.   Il-persunal kollu għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jaġixxi fl-interess uniku ta’ l-EUPT Kosovo. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 bl-adozzjoni tar-regolamenti tal-Kunsill dwar is-sigurtà (minn hawn 'l quddiem imsemmija ‘r-regolamenti tal-Kunsill dwar is-sigurtà’ (2)”.

4)

L-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Katina ta’ Kmand

1.   L-EUPT Kosovo għandu jkollu linja unifikata ta’ kmand.

2.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ l-EUPT Kosovo.

3.   Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu jeżerċita kmand ta’ l-EUPT Kosovo f'livell strateġiku, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tas-SĠ/RGħ u, għaldaqstant, għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-Kap ta’ l-EUPT Kosovo u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku. Wara l-istabbiliment ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-immaniġġar ta’ krizijiet fil-Kosovo u qabel it-tnedija tal-fażi operattiva tal-missjoni, il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-Kap ta’ l-EUPT Kosovo permezz tal-Kap ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet fil-Kosovo ladarba dan ta’ l-aħħar jiġi maħtur.

4.   Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tas-SĠ/RGħ.

5.   Il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu jeżerċita kmand u kontroll ta’ l-EUPT Kosovo f'livell ta’ teatru u għandu jkun direttament responsabbli għall-kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili. Wara l-istabbiliment ta’ l-operazzjoni ta’ l-UE għall-immaniġġar ta’ krizijiet fil-Kosovo u qabel it-tnedija tal-fażi operattiva, il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu jaġixxi taħt id-direzzjoni tal-Kap ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet fil-Kosovo ladarba dan ta’ l-aħħar jiġi maħtur.

6.   Il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu jirrapporta lill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili. Wara l-istabbiliment ta’ l-operazzjoni ta’ l-UE għall-immaniġġar ta’ krizijiet fil-Kosovo u qabel it-tnedija tal-fażi operattiva, il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu jirrapporta lill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili permezz tal-Kap ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet fil-Kosovo ladarba dan ta’ l-aħħar jiġi maħtur.

7.   Ladarba l-KPS jilħaq qbil fil-prinċipju dwar il-ħatra tal-Kap ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, għandhom jiġu żgurati koordinament u koordinazzjoni xierqa mill-Kap ta’ l-EUPT Kosovo.”

5)

L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ l-EUPT Kosovo. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-għan skond l-Artikolu 25 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat biex jittieħdu deċiżjonijiet sussegwenti dwar il-ħatra tal-Kap ta’ l-EUPT Kosovo. Is-setgħat ta’ deċiżjoni fir-rigward ta’ l-objettivi u t-terminu ta’ l-EUPT Kosovo għandhom jibqgħu kompitu tal-Kunsill.

2.   Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f'intervalli regolari.

3.   Il-KPS għandu jirċievi, regolarment u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili u l-Kap ta’ l-EUPT Kosovo dwar kwistjonijiet fl-oqsma tagħhom ta’ responsabbiltà.”

6)

L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Sigurtà

1.   Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu jiggwida l-ippjanar tal-miżuri ta’ sigurtà tal-Kap l-EUPT u jiżgura l-implimentazzjoni xierqa u effettiva tagħhom għall-EUPT Kosovo skond l-Artikoli 3 a u 5 u f'koordinazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (minn hawn 'il quddiem ‘l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-SĠK’).

2.   Il-Kap ta’ l-EUPT Kosovo għandu jkun responsabbli għas-sigurtà ta’ l-EUPT Kosovo u sabiex jiżgura konformità ma’ rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-EUPT Kosovo skond il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-UE f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u d-dokumenti ta’ appoġġ tiegħu.

3.   L-EUPT Kosovo għandu jkollu Uffiċjal tas-Sigurtà ddedikat li jirrapporta lill-Kap ta’ l-EUPT Kosovo.

4.   Il-persunal ta’ l-EUPT għandu jkollu taħriġ obbligatorju dwar is-sigurtà qabel ma jibda l-kariga tiegħu.”

7)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu ġdid li ġej:

“Artikolu 13a

L-għassa

Il-kapaċità ta’ l-għassa għandha tiġi attivata għall-EUPT Kosovo.”

8)

L-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Reviżjoni

Il-Kunsill għandu, sal-31 ta’ Jannar 2008, jevalwa jekk l-EUPT Kosovo għandhiex tkompli wara l-31 ta’ Marzu 2008, b'kont meħud tal-ħtieġa ta’ transizzjoni bla xkiel għal operazzjoni, eventwalment possibbli, ta’ l-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi fil-Kosovo.”

9)

L-Artikolu 15(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għandu jiskadi fil-31 ta’ Marzu 2008.”

Artikolu 2

L-ammont finanzjarju ta’ referenza kif stabbilit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK għandu jiżdied b'EUR 22 000 000, għal total ta’ EUR 76 500 000, sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat ta’ l-EUPT Kosovo għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINO


(1)  ĠU L 112, 26.4.2006, p. 19. Azzjoni Konġunta kif emendata l-aħħar mill-Azzjoni Konġunta 2007/520/PESK (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 28).

(2)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/438/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24).