ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
27 ta' Novembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1377/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1378/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1379/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Annessi IA, IB, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart, sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-bidliet miftiehma skond il-Konvenzjoni ta’ Basel ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1380/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase (Natugrain Wheat TS) bħala addittiv fl-għalf ( 1 )

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1381/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2133/2001 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità u limiti tat-tariffa fis-settur taċ-ċereali [fir-rigward ta’ żieda fil-konċessjonijiet tal-kwota tat-tariffa mill-Komunità għall-għalf tal-ħut mill-Gżejjer Faroe li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM ex23099010, ex23099031 u ex23099041]

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1382/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda s-sistema ta’ l-importazzjoni għal-laħam tal-majjal

28

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1383/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fit-Turkija

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael

40

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur

47

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

27.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1377/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2007/654/CFSP tad-9 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2005/440/CFSP dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 889/2005 (2) jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“RDK”), f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2005/440/CFSP u mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1596 (2005) u r-riżoluzzjonijiet relevanti sussegwenti.

(2)

Permezz tar-Riżoluzzjoni 1771 (2007) ta’ l-10 ta’ Awwissu 2007, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda, inter alia, li l-miżuri restrittivi dwar ċerta assistenza teknika m'għandhomx japplikaw għall-għoti ta’ assistenza teknika relevanti, kif innotifikata minn qabel lill-Kumitat imwaqqaf permezz tal-paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni 1533 (2004) u li jkun qabel magħha l-Gvern tar-RDK, fejn din l-għajnuna tkun maħsuba biss bħala appoġġ għal unitajiet ta’ l-armata u l-pulizija tar-RDK li huma fil-proċess ta’ l-integrazzjoni tagħhom fil-provinċji ta’ Kivu tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar u d-distrett ta’ Ituri. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 889/2005 f'dan is-sens.

(3)

Huwa wkoll meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 889/2005 jiġi allinjat ma’ l-iżviluppi l-aktar riċenti fil-prattika tas-sanzjonijiet fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbiltà għall-ksur tal-liġijiet u l-ġuriżdizzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz huwa stabbilit, kif indikati fis-siti ta’ l-internet elenkati fl-Anness, jistgħu jawtorizzaw il-forniment ta':

(a)

assistenza teknika, finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma’ l-armi u l-materjal relatat maħsuba biss għall-appoġġ tal-Missjoni ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (‘MONUC’) u għall-użu minnha;

(b)

assistenza teknika, finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma’ l-armi u l-materjal relatat maħsuba biss għall-appoġġ ta’ unitajiet ta’ l-armata u l-pulizija tar-RDK (‘MONUC’) u għall-użu minnhom, sakemm dawn l-unitajiet:

(i)

ikunu lestew il-proċess ta’ l-integrazzjoni tagħhom, jew

(ii)

joperaw taħt il-kmand, rispettivament, ta’ l-‘état major intégré’ tal-Forzi Armati jew tal-Pulizija Nazzjonali tar-RDK, jew

(iii)

ikunu fil-proċess li jintegraw, fit-territorju tar-RDK għajr il-provinċji ta’ Kivu tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar u d-distrett ta’ Ituri;

(ċ)

assistenza teknika maqbula mill-Gvern tar-RDK u maħsuba biss għall-appoġġ ta’ unitajiet ta’ l-armata u l-pulizija tar-RDK li huma fil-proċess li jintegraw fil-provinċji ta’ Kivu tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar u d-distrett ta’ Ituri, fejn l-għoti ta’ din l-assistenza jew servizzi jkun ġie nnotifikat minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; kif ukoll

(d)

assistenza teknika, finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, fejn l-għoti ta’ din l-assistenza jew servizzi jkun ġie nnotifikat minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.   L-ebda awtorizzazzjonijiet m'għandhom jingħataw għal attivitajiet li diġà seħħew.”;

(2)

għandhom jiġu inseriti l-Artikoli li ġejjin:

(a)

“Artikolu 2a

Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(b) m'għandha tagħti lok għall-ebda obbligazzjoni ta’ l-ebda tip min-naħa ta’ persuni naturali jew ġuridiċi jew entitajiet ikkonċernati, jekk dawn ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru din il-projbizzjoni.”

(b)

“Artikolu 6a

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(1) u jidentifikawhom fis-siti ta’ l-internet elenkati fl-Anness.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.”;

(3)

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta’ l-ajru tagħha;

(b)

abbord inġenji ta’ l-ajru jew bastimenti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

(ċ)

għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Komunità jew barra minnu, li hija ċittadin ta’ Stat Membru;

(d)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e)

Għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kull xogħol li jsir kompletament jew parzjalment fil-Komunità.”;

(4)

l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 889/2005 għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 264, 10.10.2007, p. 11.

(2)  ĠU L 152, 15.6.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1)


ANNESS

“ANNESS

Websites ta' informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3 u 6a, u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

GREĊJA

http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/

SPANJA

www.mae.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones+Internacionales

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

IRLANDA

http://www.dfa.ie/un_eu_restrictive_measures_ireland/competent_authorities

ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

LITWANJA

http://www.urm.lt

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

L-OLANDA

http://www.minbuza.nl/sancties

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

SVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Commission of the European Communities

DG External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in CFSP

Unit A2. Crisis Management and Conflict Prevention

CHAR 12/108

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel. (32 2) 29 91176/55585

Fax: (32 2) 299 0873”


27.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1378/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

125,5

MA

57,7

TR

94,8

ZZ

92,7

0707 00 05

JO

196,3

MA

46,9

TR

88,0

ZZ

110,4

0709 90 70

MA

52,9

TR

180,5

ZZ

116,7

0709 90 80

EG

342,2

ZZ

342,2

0805 20 10

MA

68,2

ZZ

68,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

63,0

HR

55,3

IL

68,0

TR

74,7

UY

83,0

ZZ

68,8

0805 50 10

AR

72,2

TR

96,5

ZA

59,5

ZZ

76,1

0808 10 80

AR

87,7

CA

86,9

CL

85,6

CN

76,1

MK

31,5

US

96,5

ZA

72,5

ZZ

76,7

0808 20 50

AR

48,7

CN

43,9

TR

120,4

ZZ

71,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


27.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1379/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jemenda l-Annessi IA, IB, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart, sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-bidliet miftiehma skond il-Konvenzjoni ta’ Basel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ftehim tat-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll ta' Movimenti Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, li saret bejn is-27 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2006, jeħtieġ emendi għall-Annessi IA, IB, VII u VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjaġġi ta’ skart. L-emendi jikkonċernaw is-sostituzzjoni ta’ “kg” u “litru” b’“Tunnellati metriċi” u “m3” fil-blokk 5 tad-dokument ta’ notifika fl-Anness IA, fil-blokki 5 u 18 tad-dokument ta’ moviment fl-Anness IB u fil-blokki 3 u 14 ta’ l-informazzjoni dwar il-konsenja fl-Anness VII, l-inserzjoni ta’ blokk 17 ġdid fid-dokument ta’ moviment, emenda għan-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 ta’ l-informazzjoni dwar il-konsenja u referenzi għal linji ta’ gwida dwar immaniġġjar ambjentalment san fil-punti I.4-9 ta’ l-Anness VIII. Minħabba kwistjoni ta’ ċarezza, dawn l-Annessi għandhom jiġu sostitwiti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għalhekk għandu jiġi emendat skond dan li ntqal.

(3)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li ġie stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IA, IB, VII u VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġu sostitwiti mit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


ANNESS I

L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IA

Dokument ta’ notifika għal movimenti/vjaġġi transkonfinali ta’ skart

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

L-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IB

Dokument ta’ moviment għall-movimenti/vjaġġi traskonfinali ta’ l-iskart

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

L-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VII

L-INFORMAZZJONI LI TAKKUMPANJA L-VJAĠĠI TA’ SKART KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 3(2) U (4)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VIII

IL-LINJI TA’ GWIDA DWAR L-IMMANIĠĠJAR AMBJENTALMENT SAN (L-ARTIKOLU 49)

I.   Il-Linji ta’ Gwida adottati taħt il-Konvenzjoni ta’ Basel:

1.

Linji ta' gwidi Tekniċi dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart Bijomediku u mill-Kura tas-Saħħa (Y1; Y3) (1)

2.

Linji ta' Gwida Tekniċi dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart ta' Batteriji taċ-Ċomb u Aċidużi (1)

3.

Linji ta' Gwida Tekniċi dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' l-Iżmuntaġġ Komplet jew Parzjali ta Bastimenti (1)

4.

Linji ta' Gwida Tekniċi għar-Riċiklaġġ Ambjentalment San/Reklamazzjoni Ambjentalment Sana ta' Metalli u ta' Komposti ta' Metalli (R4) (2)

5.

Linji ta' Gwida Tekniċi Ġenerali Aġġornati għall-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat b'Sustanzi Organiċi Persistenti li Jniġġżu (POPs) (3)

6.

Linji ta' Gwida Tekniċi Aġġornati għall-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat minn Bifenili Poliklorinati (PCBs), Terfenili Poliklorinati (PCTs) jew Bifenili Polibrominati (PBBs). (3)

7.

Linji ta’ Gwidi Tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat mill-Pestiċidi Aldrin, Chlordane, Dieldrin, Endrin, Heptachlor, Eżaklorobenżin (HCB), Mirex jew Toxaphene jew mill-HCB bħala Kimika Industrijali (3)

8.

Linji ta’ Gwidi tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat mill-1,1,1-trichloro-2,2-bis (4 chlorophenyl)ethane (DDT) (3)

9.

Linji ta’ Gwidi tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat minn Dibenzo-p-diossini poliklorinati (PCDDs), Dibenżofurani Polikloronati (PCDFs), Eżaklorobenżin (HCB) jew Bifenili Poliklorinati (PCBs) li Ma Ġewx Prodotti Intenzjonalment (3)

II.   Il-linji ta’ gwida adottati mill-OECD:

Gwida teknika għall-immaniġġar ambjentalment san ta' tipi speċifiċi ta' skart:

Kompjuters personali użati u skartati (4)

III.   Linji ta' Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO):

Linji ta' Gwida dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (5)

IV.   Linji ta' Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO):

Is-sikurezza u s-saħħa fid-demolizzjoni tal-bastimenti: Linji ta' Gwida għall-pajjiżi Ażjatiċi u għat-Turkija (6)


(1)  Adottati mis-Sitt Laqgħa ta' Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, bejn id-9 u t-13 ta' Diċembru 2002.

(2)  Adottati mis-Seba' Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, bejn il-25 u d-29 ta' Ottubru 2004.

(3)  Adottati mit-Tmien Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, bejn is-27 ta’ Novembru u l-1 Diċembru 2006.

(4)  Adottati mill-Kumitat tal-Politika ta' l-Ambjent tal-OECD fi Frar 2003 (dokument ENV/EPOC/WGWPR(2001)3/FINAL).

(5)  Riżoluzzjoni A.962 adottata mill-Assemblea ta' l-IMO fit-23 sessjoni Regolari tagħha, bejn l-24 ta' Novembru u l-5 ta' Diċembru 2003.

(6)  Approvati għall-pubblikazzjoni mill-Korp Diriġenti ta' l-ILO fil-289 sessjoni tiegħu, bejn il-11 u s-26 ta' Marzu 2004.”


27.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1380/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase (Natugrain Wheat TS) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase (Natugrain Wheat TS), prodott mill-Aspergillus niger (CBS 109.713), bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Aspergillus niger (CBS 109.713) kien awtorizzat proviżorjament għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1458/2005 tat-8 ta’ Settembru 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użi ġodda ta’ ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati għall-għalf (2).

(5)

Ġiet sottomessa data ġdida bħala appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għad-dundjani tat-tismin. L-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ April 2007 li l-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase (Natugrain Wheat TS) prodott minn Aspergillus niger (CBS 109.713) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (3). Ikkonkludiet ukoll li dik it-tħejjija ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Skond dik l-opinjoni, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ma għandux effett negattiv fuq dawn il-kategoriji addizzjonali ta’ annimali. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandha tiġi awtorizzata, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 233, 9.9.2005, p. 3.

(3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-preparazzjoni ta’ enżimi Natugrain Wheat TS (endo-1,4-beta-xylanase), bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani għat-tismin skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fit-18 ta’ Ottubru 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 474, 1-11.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni ta' l-addittiv

Isem tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta' l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unità ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: Sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà.

4d62

BASF Aktiengesellschaft

Endo-1,4-beta xylanase

EC 3.2.1.8

(Natugrain Wheat TS)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 109.713) li għandha attività minima ta':

Forma solida: 5 600 TXU (1)/g

Forma likwida: 5 600 TXU/ml

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 109.713)

 

Metodi analitiċi  (2)

Metodu ta' viscosimetika bbażat fuq tnaqqis ta' viskożità prodott b'azzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase fuq is-subsrat li fih il-xylan(wheat arabinoxylan) b'pH 3.5 u 55 °C

Dundjani għat-tismin

560 TXU

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħażna, il-perjodu ta' ħażna u l-istabbilità għall-pelleting.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta' għalf sħiħ:

Dundjani għat-tismin: 560 – 840 TXU

Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans). Eż. li fihom aktar minn 40 % qamħ.

Is-17 ta’ Diċembru 2017


(1)  1 TXU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 5 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) mill-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta f' pH ta' 3.5 u 55 °C.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


27.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1381/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2133/2001 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità u limiti tat-tariffa fis-settur taċ-ċereali [fir-rigward ta’ żieda fil-konċessjonijiet tal-kwota tat-tariffa mill-Komunità għall-għalf tal-ħut mill-Gżejjer Faroe li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM ex 2309 90 10, ex 2309 90 31 u ex 2309 90 41]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Filwaqt li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’ċerti prodotti elenkati fl-Anness II għat-Trattat (1),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (97/126/KE)dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunitá Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra (2),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat Konġunt għall-KE/Danimarka-Gżejjer Faroe (titlu mhux uffiċjali) (4) emendat il-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra (5) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/126/KE, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti ta’ l-oriġini” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva.

(2)

Il-Kunsill iddeċieda dwar il-pożizzjoni tal-Komunità rigward emenda fil-Protokoll 4 tal-Ftehim fit-13 ta’ Ġunju 2007.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt għall-KE/Danimarka-Gżejjer Faroe (6) li temenda l-Protokoll 4 tal-Ftehim, b’mod partikolari temenda l-kwantità tal-kwota tariffarja annwali ta’ l-ordni tal-kwota Nru 09.0689.

(4)

Il-Punt 1 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tal-Protokoll 4 tal-Ftehim, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt għall-KE/Danimarka-Gżejjer Faroe, jipprovdi li għal din il-kwota tariffarja miftuħa għal għalf tal-ħut skond il-kodiċijiet tan-NM ex 2309 90 10, ex 2309 90 31 u ex 2309 90 41, l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe għandhom jiċċertifikaw li għalf tal-ħut esportat lill-UE skond din il-kwota preferenzjali ma fihx gluten miżjud, minbarra dak il-gluten li jinstab fiċ-ċereali b’mod naturali, li jista’ jiġi mħallat ma’ l-għalf tal-ħut.

(5)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt għall-KE/Danimarka-Gżejjer Faroe jipprovdi li ż-żieda fil-volum tal-kwota tariffarja għas-sena kalendarja 2007 għandha tiġi kkalkolata prorata temporis mill-1 ta’ Diċembru 2007. Iż-żieda fil-volum tal-kwota tariffarja għas-sena kalendarja 2007 għandha għalhekk tiġi stabbilita għal 833 tunnellata.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2133/2001 (7) għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri disposti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2133/2001 għandu b’dan jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Il-prodotti importati skond il-kwota tariffarja 09.0689 għandhom jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa hekk kif jiġu ppreżentati

(a)

prova ta’ l-oriġini kif stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Ġżejjer Faroe, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ ‘prodotti ta’ l-oriġini’ u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, u

(b)

dikjarazzjoni f’wieħed mit-testi fl-Anness V, iċċertifikata mill-Awtorità tal-Gżejjer Faroe li ġejja:

Heilsufrøðiliga starvsstovan/Aġenzija veterinarja u ambjentali ta’ l-ikel

Falkavegur 6, 2. floor.

FO-100 TÓRSHAVN

FAROE ISLANDS

Tel.. 00 298 35 64 00

Feks: 00 298 35 64 01

Tel.. għas-servizz: 00 298 55 64 03 (miftuħ sal-23.00)

E-mail: HFS@HFS.FO

Web: www.hfs.fo”

(2)

It-test fl-Anness II li jirrigwarda l-Ordni Nru 09.0689 jiġi mibdul bit-test fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament;

(3)

It-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness V.

Artikolu 2

Minkejja l-Artikolu 1(2), il-kwota tariffarja għas-sena kalendarja 2007 għandha tkun 10 833 tunnellata.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 151, 30.6.1968, p. 16. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97).

(2)  ĠU L 53, 22.2.1997, p. 1.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(4)  ĠU L 110, 24.4.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 53, 22.2.1997, p. 2.

(6)  ĠU L 275, 19.10.2007, p. 32.

(7)  ĠU L 287, 31.10.2001, p. 12. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 880/2007 (ĠU L 194, 26.7.2007, p. 3).


ANNESS I

Nru ta’ l-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwota tariffarja

(f’tunnellati)

Rata tad-dazju

Oriġini

“09.0689

ex 2309 90 10  (*)

ex 2309 90 31  (*)

ex 2309 90 41  (*)

Oġġetti ta’ l-għalf għall-ħut

20 000

0

Mill-Ġżejjer Faroe


(*)  Għalf tal-ħut li jibbenifika mir-reġim preferenzjali ta’ importazzjoni ma jistax ikun fih gluten miżjud, minbarra dak il-gluten li jinstab fiċ-ċereali b’mod naturali, li jista’ jiġi mħallat ma’ dan l-għalf.”


ANNESS II

“ANNESS V

DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITAJIET TAL-ĠŻEJJER FAROE

(BG)

„Продуктите от риба, предназначени за храна на животни, изнасяни за ЕС по преференциални квоти, не съдържат добавъчен глутен, освен глутена, който присъства естествено в зърнените храни, които могат да влязат в състава на тези продукти.“

(ES)

«Estos piensos para peces exportados a la UE al amparo del contingente preferencial no contienen gluten añadido, con excepción del presente de manera natural en los cereales que puedan intervenir en su composición.»

(CS)

„Toto rybí krmivo vyvážené do EU v rámci preferenční kvóty neobsahuje přidaný lepek, kromě lepku přirozeně přítomného v obilovinách, který se může dostat do složení rybího krmiva.“

(DA)

»Dette fiskefoder, der eksporteres til EU inden for rammerne af præferencetoldkontingentet, indeholder ikke anden gluten end den, der forekommer naturligt i det korn, der kan anvendes i fiskefodersammensætningen.«

(DE)

„Dieses im Rahmen des Präferenzzollkontingents in die EU ausgeführte Fischfutter enthält außer dem Gluten, das von Natur aus in dem im Fischfutter enthaltenen Getreide vorhanden ist, kein zugesetztes Gluten.“

(ET)

„Sooduskvootide raames ELi eksporditud kalasööt ei sisalda lisatud gluteeni peale teraviljas looduslikult esineva gluteeni, mis kokkusegamisel võib sattuda kalasööda sisse.”

(EL)

«Οι ιχθυοτροφές που εξάγονται στην ΕΕ βάσει της προτιμησιακής ποσόστωσης δεν περιέχουν πρόσθετη γλουτένη, επιπλέον της γλουτένης που απαντάται υπό φυσική μορφή στα σιτηρά τα οποία ενδέχεται να αποτελούν συστατικό στοιχείο της σύνθεσης των ιχθυοτροφών.»

(EN)

‘This fish feed exported to the EU under preferential quota does not contain added gluten, in addition to the gluten naturally present in the cereals that may enter in the compounding of the fish feed.’

(FR)

«Ces aliments pour poissons exportés vers l'Union européenne dans le cadre du contingent préférentiel ne contiennent pas de gluten autre que celui naturellement présent dans les céréales qui peuvent entrer dans la composition des aliments pour poissons.»

(IT)

«Gli alimenti per pesci esportati nell'UE nell'ambito del presente contingente preferenziale non contengono glutine aggiunto, oltre al glutine naturalmente presente nei cereali che possono entrare nella composizione degli alimenti per pesci.»

(LV)

“Šīs preferenciālās kvotas ietvaros uz ES eksportētai zivju barībai nav pievienots lipeklis papildus tam lipeklim, kas dabiski atrodams labībā un var nonākt zivju barības maisījumā.”

(LT)

„Šiame į ES pagal lengvatinę kvotą eksportuojamame žuvų pašare nėra pridėta daugiau glitimo, nei jo natūraliai yra grūduose, kurie gali būti viena iš žuvų pašaro sudėtinių dalių.“

(HU)

„A preferenciális vámkontingens keretében az EU-ba exportált haltáp nem tartalmaz az összetevői között szereplő gabonákban természetesen jelen lévő gluténon felül hozzáadott glutént.”

(MT)

“Dan l-għalf tal-ħut esportat għall-UE skond kwota preferenzjali ma fihx gluten miżjud, minbarra dak il-gluten li jinstab fiċ-ċereali b'mod naturali, li jista' jiġi mħallat ma' l-għalf tal-ħut.”

(NL)

„Dit visvoeder dat naar de EU wordt uitgevoerd in het kader van het preferentiële contingent, bevat geen toegevoegde gluten bovenop de gluten die van nature aanwezig zijn in het graan dat is gebruikt bij de samenstelling van het visvoeder.”

(PL)

„Niniejszy wywóz paszy dla ryb do UE w ramach preferencyjnego kontyngentu nie zawiera dodatku glutenu, ponad tę ilość glutenu, która występuje naturalnie w zbożach, które mogą wchodzić w skład tej paszy.”

(PT)

«Os alimentos para peixe exportados para a UE ao abrigo de contingentes preferenciais não podem conter glúten adicionado, para além do glúten naturalmente presente nos cereais que podem entrar na composição dos alimentos para peixe.»

(RO)

„Această hrană pentru pești exportată în UE în cadrul contingentului preferențial nu conține gluten ca aditiv, cu excepția celui care se găsește în mod natural în cerealele care pot intra în compoziția acestor produse.”

(SK)

„Toto krmivo pre ryby vyvážané do EÚ v rámci preferenčnej kvóty neobsahuje pridaný lepok iný ako lepok prirodzene obsiahnutý v obilninách, ktoré môžu tvoriť zložku krmiva pre ryby.“

(SL)

„Ta hrana za ribe, ki se izvaža v EU v preferencialni kvoti, ne vsebuje dodanega glutena poleg tistega, ki je naravno prisoten v žitaricah, ki se lahko nahajajo v tej hrani.“

(FI)

”Tässä etuuskiintiössä EU:hun viety kalanrehu ei sisällä lisättyä gluteenia kalanrehun valmistuksessa mahdollisesti käytettävässä viljassa luonnostaan olevan gluteenin lisäksi.”

(SV)

”Detta fiskfoder, som exporteras till EU inom ramen för en förmånskvot, innehåller inte tillsatser av gluten utöver det gluten som förekommer naturligt i den spannmål som kan ingå i fiskfodret.” ”


27.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1382/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda s-sistema ta’ l-importazzjoni għal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta’ Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta’ nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1556/2006 tat-18 ta’ Ottubru li jistabbilixxi regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda s-sistema ta’ l-importazzjoni għal-laħam tal-majjal (3) [titlu mhux uffiċjali] kien emedat sostanzjalment u jeħtieġ li jsirulu emendi ġodda. Ir-Regolament (KE) Nru 1556/2006 għandu għalhekk jitħassar u jinbidel b'Regolament ġdid.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 fetaħ, mill-1 ta’ Jannar 1994, kwoti tariffarji annwali ġodda għal ċerti prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. L-applikazzjoni tal-kwoti msemmija hija għal perjodu indefinit.

(3)

Jeħtieġ li l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tiġi żgurata permezz ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu definiti r-regoli għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u t-tagħrif li għandu jingħata fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (5) għandhom japplikaw, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

(5)

Sabiex tiġi żgurata r-regolarità ta’ l-importazzjonijiet, jeħtieġ li l-perjodu tal-kwota mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara jinqasam f'diversi subperjodi. F'kull każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita t-tul tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

(6)

Ir-riskju ta’ l-ispekulazzjoni li hemm fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tal-majjal jitlob li jiġu stabbiliti kundizzjonjiet preċiżi biex l-operaturi jingħataw aċċess għas-sistema tal-kwota tariffarja.

(7)

Biex tiġi żgurata ġestjoni adegwata tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzjia relattiva għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jiġi stabbilit fil-livell ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-laħam tal-majjal frisk, imkessaħ jew iffriżat, kopert bil-kodi tan-NM 0203 19 13 u 0203 29 15 miftuħa bl-Artikolu 2 ta-Regolament (KE) Nru 774/94.

2.   Il-kwota tariffarja hija miftuħa fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara.

3.   Il-kwantità tal-prodotti li tgawdi mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli kif ukoll in-numru tas-serje, huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ħlief fejn ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

Artikolu 3

Il-kwantità stabbilita għall-perjodu annwali tal-kwota għandha titqassam kif ġej f'erba' subperjodi:

(a)

25 % mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu,

(b)

25 % mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju,

(ċ)

25 % mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru,

(d)

25 % mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru,

Artikolu 4

1.   B'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, min japplika għal liċenzja ta’ l-importazzjoni, fil-waqt tat-tressiq ta’ l-ewwel applikazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ perjodu partikolari annwali tal-kwota, għandu jagħti prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi stipulati fl-imsemmi Artikolu 5, ikun importa jew esporta talanqas 50 tunnellata ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.

2.   L-applikazzjoni għal-liċenzja għandha ssemmi n-numru tas-serje definit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Tista' tkopri diversi prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet tan-NM differenti. F'dan il-każ, jeħtieġ li l-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deżinjazzjonijiet tagħhom jitniżżlu, rispettivament, fil-kaxex 16 u 15 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja nnifisha.

Applikazzjoni għal liċenzja jeħtiġilha tkopri minimu ta’ 20 tunnellata u massimu ta’ 20 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul is-subperjodu kkonċernat.

3.   L-applikazzjoni għal liċenzja u l-liċenzja nnifisha għandu jkun fihom:

a)

fil-kaxxa 8, indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini.

b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti A.

Il-liċenzja għandu jkun fiha, fil-kaxxa 24, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti B.

Artikolu 5

1.   Applikazzjoni għal liċenzja ma tistax titressaq ħlief matul l-ewwel seba' ġranet tax-xahar qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 3.

2.   Mat-tressiq ta’ applikazzjoni għal liċenzja, għandha tiġi ddepożitata garanzija ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

3.   B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kull applikant jista' jressaq diversi applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni għal prodotti li jaqgħu taħt l-istess numru tas-serje, jekk il-prodotti jkunu joriġinaw minn pajjiżi differenti. L-applikazzjonijiet, li kull waħda minnhom tinvolvi biss pajjiż ta’ l-oriġini wieħed, jeħtiġilhom jitressqu fl-istess waqt għand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. F'dak li jirrigwarda l-massimu msemmi fl-Artikolu 4(2), t-tieni inċiż, ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol wara dak ta’ tmiem il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali li għalhom ikunu tressqu applikazzjonijiet għal kull grupp, espressi f'kilogrammi.

5.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mis-seba' ġurnata tax-xogħol, u mhux aktar tard mill-ħdax-il ġurnata tax-xogħol, wara tmiem il-perjodu ta’ komunikazzjoni pprovdut bil-paragrafu 4.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet li għalihom ma jkunux tressqu applikazzjonijiet u li għandhom jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota ta’ wara.

l-Artikolu 6

1.   B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem l-ewwel xahar ta’ kull subperjodu tal-kwota, il-kwantitajiet totali espressi f'kilogrammi li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu tal-kwota annwali, il-kwantitajiet effettivament imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat għal kull numru tas-serje, espressi f'kilogrammi.

3.   B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, il-kwantitajiet totali, espressi f'kilogrammi, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment, l-ewwel darba fl-istess waqt tat-talba għall-aħħar subperjodu, u darba oħra qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali.

Artikolu 7

1.   B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandha tkun mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih ikunu nħarġu.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mogħtija bil-liċenzji huwa limitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament preżenti.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 1556/2006 huwa abrogat.

Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għar-Regolament preżenti, u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza li tingħata fl-Anness III.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 91, 8.4.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2198/95 (ĠU L 221, 19.9.1995, p. 3).

(3)  ĠU L 288, 19.10.2006, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1940/2006 (ĠU L 407, 30.12.2006, p. 153), ikkoreġuta bil-ĠU L 44, 15.2.2007, p. 77.

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).


ANNESS I

Numru tas-serje

Kodiċijiet tan-NM

Dazju applikabbli

Kwantitajiet f'tunnellati

(il-piż tal-prodotti)

09.4046

0203 19 13

0203 29 15

0  %

7 000


ANNESS II

PARTI A

Elementi msemmija fl-Artikolu 4(3), l-ewwel inċiż, punt b):

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 1382/2007

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 1382/2007

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 1382/2007

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 1382/2007

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 1382/2007

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 1382/2007

bil-Grieg

:

Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1382/2007

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 1382/2007

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 1382/2007

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 1382/2007

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 1382/2007

bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 1382/2007

bl-Ungeriż

:

1382/2007/EK rendelet

bil-Malti

:

Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 1382/2007

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 1382/2007

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 1382/2007

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 1382/2007

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 1382/2007

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 1382/2007

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 1382/2007

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 1382/2007

PARTI B

Elementi msemmija fl-Artikolu 4(3), it-tieni inċiż:

bil-Bulgaru

:

Мито, определено на 0 %, съгласно Регламент (ЕО) № 1382/2007

bl-Ispanjol

:

Derecho de aduana del 0 % en aplicación del Reglamento (CE) no 1382/2007

biċ-Ċek

:

Clo stanoveno na 0 % podle nařízení (ES) č. 1382/2007

bid-Daniż

:

Told fastsat til 0 % i henhold til forordning (EF) nr. 1382/2007

bil-Ġermaniż

:

Auf 0 v. H. festgesetzter Zoll gemäß der Verordnung (EG) Nr. 1382/2007

bl-Estonjan

:

Vastavalt määrusele (EÜ) nr 1382/2007 on kinnitatud 0 % tollimaks

bil-Grieg

:

Δασμός καθοριζόμενος σε 0 % κατ’ εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1382/2007

bl-Ingliż

:

Customs duty fixed at 0 % pursuant to Regulation (EC) No 1382/2007

bil-Franċiż

:

droit de douane fixé à 0 % en application du règlement (CE) no 1382/2007

bit-Taljan

:

Dazio doganale fissato allo 0 % in applicazione del regolamento (CE) n. 1382/2007

bil-Latvjan

:

Noteikts 0 % muitas nodoklis, ievērojot Regulu (EK) Nr. 1382/2007

bil-Litwan

:

0 % muitas, nustatytas pagal Reglamentą (EB) Nr. 1382/2007

bl-Ungeriż

:

0 %-os vámtétel az 1382/2007/EK rendelet alapján

bil-Malti

:

Rata ta’ dazju doganali ffissat għal 0 % skond ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007

bl-Olandiż

:

Douanerecht 0 % op grond van Verordening (EG) nr. 1382/2007

bil-Pollakk

:

Cło ustalone na poziomie 0 % na podstawie Rozporządzenia (WE) nr 1382/2007

bil-Portugiż

:

Direito aduaneiro fixado em 0 %, nos termos do Regulamento (CE) n.o 1382/2007

bir-Rumen

:

Taxe vamale fixate la 0 % în conformitate cu Regulamentul (CE) nr. 1382/2007

bis-Slovakk

:

Clo stanovené na úrovni 0 % podľa nariadenia (ES) č. 1382/2007

bis-Sloven

:

0 % dajatev v skladu z Uredbo (ES) št. 1382/2007

bil-Finlandiż

:

Tulliksi vahvistettu 0 % asetuksen (EY) N:o 1382/2007 mukaisesti

bl-Iżvediż

:

Tullsats fastställd till 0 % i enlighet med Förordning (EG) nr 1382/2007


ANNESS III

Tabella ta' korrispondenza

Ir-Regolament (KE) Nru 1556/2006

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1(1)

l-Artikolu 1(1)

l-Artikolu 1(2)

l-Artikolu 2

l-Artikolu 1(3)

l-Artikolu 1(2)

l-Artikolu 2

l-Artikolu 3

l-Artikolu 3(1)

l-Artikolu 4(1)

l-Artikolu 3(2)

l-Artikolu 4(2)

l-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 4(3)(a)

l-Artikolu 3(4)

l-Artikolu 4(3)(b)

l-Artikolu 3(5)

l-Artikolu 4(3), it-tieni inċiż

l-Artikolu 4(1), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż

l-Artikolu 4(2)

l-Artikolu 5(3)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 5(4)

l-Artikolu 4(4)

l-Artikolu 5(5)

l-Artikolu 4(5)

l-Artikolu 6(2)

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 7(1)

l-Artikolu 5(2)

l-Artikolu 7(2)

l-Artikolu 6

l-Artikolu 5(2)

l-Artikolu 8

l-Artikolu 8

l-Artikolu 9

l-Artikolu 9

Anness I

Anness I

Anness II a

Anness II, Parti A

Anness II b

Anness II, Parti B

Anness III

Anness IV

Anness V

Anness VI


27.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1383/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fit-Turkija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 tas-7 ta' April 1998 fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1396/98 tat-30 ta’ Ġunju 1998 li jippreskrivi proċeduri sabiex jiġi applikat fis-settur tal-laħam tat-tjur ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija (3) kien emendat diversi drabi b'mod sostanzjali, u jeħtieġ isirulu emendi ġodda. Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1396/98 jitħassar u jinbidel b'Regolament ġdid.

(2)

Jeħtieġ li l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tiġi żgurata permezz ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu definiti r-regoli għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u t-tagħrif li għandu jingħata fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (5), ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

(4)

Sabiex tiġi żgurata r-regolarità ta’ l-importazzjonijiet, jeħtieġ li l-perjodu tal-kwota mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru jinqasam f'diversi subperjodi. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta’ validità tal-liċenzji għall-importazzjoni għall-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

(5)

Fid-dawl tar-riskju ta’ spekulazzjoni inerenti fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tat-tjur, għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet preċiżi rigward l-aċċess ta’ l-operaturi għas-sistema tal-kwota tariffarja.

(6)

Biex tiġi żgurata ġestjoni adegwata tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzjia relattiva għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jiġi stabbilit fil-livell ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

(7)

Fl-interess ta’ l-operaturi, jeħtieġ li jkun previst li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantitajiet li għalihom ma jkunux saru applikazzjonijiet u li jiżdiedu mas-subperjodu tal-kwota skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(8)

Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwota tariffarja fl-Anness I hija miftuħa għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur koperti bil-kodiċijiet tan-NM msemmija fl-Anness I.

Il-kwota tariffarja hija miftuħa fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

2.   Il-kwantità tal-prodotti li jibbenefikaw mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1, id-dazju applikabbli, in-numri tas-serje kif ukoll in-numru tal-grupp korrispondenti huma definiti fl-Anness I.

Artikolu 2

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ħlief fejn ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

Artikolu 3

Il-kwantità stabbilita għall-perjodu annwali tal-kwota għandha titqassam kif ġej f'erba' subperjodi:

a)

25 % mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu,

b)

25 % mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju,

c)

25 % mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru,

d)

25 % mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 4

1.   Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jressaq, flimkien ma’ l-ewwel applikazzjoni għall-perjodu tal-kwota tariffarja partikolari, prova li importa jew esporta, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-imsemmi Artikolu 5, talanqas 50 tunnellata ta’ prodotti koperti bir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

2.   L-applikazzjoni għal liċenzja tista' tkopri diversi prodotti koperti b'kodiċijiet tan-NM differenti. F'dan il-każ, jeħtieġ li l-kodiċijiet kollha tan-NM u d-desinjazzjonijiet tagħhom jitniżżlu, rispettivament, fil-kaxex 16 u 15 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja nnifisha.

L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tkopri minimu ta’ 10 tunnellati u massimu ta’ 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul is-subperjodu kkonċernat.

3.   Il-liċenzji jobbligaw li l-importazzjoni ssir mit-Turkija.

L-applikazzjoni għal liċenzja u l-liċenzja nnifisha għandu jkun fihom:

a)

fil-kaxxa 8, jiġu mmarkati b'salib l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini u l-kelma “iva”

b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti A.

Il-liċenzja għandu jkun fiha, fil-kaxxa 24, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti B.

Artikolu 5

1.   Applikazzjoni għal liċenzja ma tistax titressaq ħlief matul l-ewwel seba' ġranet tax-xahar qabel kull perjodu sekondarju msemmi fl-Artikolu 3.

2.   Mat-tressiq ta’ applikazzjoni għal liċenzja, għandha tiġi ddepożitata garanzija ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-ħames jum wara dak ta’ tmiem il-perjodu tat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba għal kull grupp, espressi f'kilogrammi.

4.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mis-seba' ġurnata tax-xogħol, u mhux aktar tard mill-ħdax-il ġurnata tax-xogħol, wara tmiem il-perjodu ta’ komunikazzjoni pprovdut bil-paragrafu 3.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet li għalihom ma jkunux tressqu applikazzjonijiet u li għandhom jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota ta’ wara.

Artikolu 6

1.   B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem l-ewwel xahar ta’ kull perjodu sekondarju tal-kwota, il-kwantitajiet totali espressi f'kilogrammi li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali tal-kwota, il-kwantitajiet, espressi f'kilogrammi, li fil-fatt ikunu tqiegħdu fil-kummerċ ħieles skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat u għal kull numru tas-serje.

3.   B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-kwantitajiet totali, espressi f'kilogrammi, relattivi għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment, l-ewwel darba fl-istess waqt tat-talba għall-aħħar perjodu sekondarju, u darba oħra qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali.

Artikolu 7

1.   B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandha tkun mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih ikunu nħarġu.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mogħtija bil-liċenzji huwa limitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament preżenti.

Artikolu 8

It-tqegħid fil-kummerċ ħieles huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ prova ta’ l-oriġini, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 16 tal-Protokoll Nru 3 anness għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni KE - Turkija (6).

Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 1396/98 huwa abrogat.

Ir-referenzi li jsiru għar-regolament mħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għar-Regolament preżenti, u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza li tingħata fl-Anness III.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 113, 15.4.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 187, 1.7.1998, p. 41. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1961/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 1)

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(6)  ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1.


ANNESS I

In-numru tal-grupp

In-numru tas-serje

Kodiċi NM

Dazju doganali skond il-kwota tariffarja

(f'EUR/tunnellata)

Kwota tariffarja annwali

(f'tunnellati piż nett)

T1

09.4103

0207 25 10

170

1 000

0207 25 90

186

0207 27 30

134

0207 27 40

93

0207 27 50

339

0207 27 60

127

0207 27 70

230


ANNESS II

A.   Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tieni inċiż, il-punt (b):

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 1383/2007.

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 1383/2007.

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 1383/2007.

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 1383/2007.

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 1383/2007.

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 1383/2007.

bil-Grieg

:

Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1383/2007.

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 1383/2007.

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 1383/2007.

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 1383/2007.

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 1383/2007.

bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 1383/2007.

bl-Ungeriż

:

1383/2007/EK rendelet.

bil-Malti

:

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007.

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 1383/2007.

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 1383/2007.

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 1383/2007.

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 1383/2007.

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 1383/2007.

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 1383/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 1383/2007.

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 1383/2007.

B.   Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tielet inċiż:

bil-Bulgaru

:

намаляване на общата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 1383/2007.

bl-Ispanjol

:

reducción del arancel aduanero común prevista en el Reglamento (CE) no 1383/2007.

biċ-Ċek

:

snížení společné celní sazby tak, jak je stanoveno v nařízení (ES) č. 1383/2007.

bid-Daniż

:

toldnedsættelse som fastsat i forordning (EF) nr. 1383/2007.

bil-Ġermaniż

:

Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß der Verordnung (EG) Nr. 1383/2007.

bl-Estonjan

:

ühise tollitariifistiku maksumäära alandamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 1383/2007.

bil-Grieg

:

Μείωση του δασμού του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 1383/2007.

bl-Ingliż

:

reduction of the common customs tariff pursuant to Regulation (EC) No 1383/2007.

bil-Franċiż

:

réduction du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) no 1383/2007.

bit-Taljan

:

riduzione del dazio della tariffa doganale comune a norma del regolamento (CE) n. 1383/2007.

bil-Latvjan

:

Regulā (EK) Nr. 1383/2007 paredzētais vienotā muitas tarifa samazinājums.

bil-Litwan

:

bendrojo muito tarifo muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 1383/2007.

bl-Ungeriż

:

a közös vámtarifában szereplő vámtétel csökkentése az 1383/2007/EK rendelet szerint.

bil-Malti

:

tnaqqis tat-tariffa doganali komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 1383/2007.

bl-Olandiż

:

Verlaging van het gemeenschappelijke douanetarief overeenkomstig Verordening (EG) nr. 1383/2007.

bil-Pollakk

:

Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 1383/2007.

bil-Portugiż

:

redução da Pauta Aduaneira Comum como previsto no Regulamento (CE) n.o 1383/2007.

bir-Rumen

:

reducerea tarifului vamal comun astfel cum este prevăzut de Regulamentul (CE) nr. 1383/2007.

bis-Slovakk

:

Zníženie spoločnej colnej sadzby, ako sa ustanovuje v nariadení (ES) č. 1383/2007.

bis-Sloven

:

znižanje skupne carinske tarife v skladu z Uredbo (ES) št. 1383/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetuksessa (EY) N:o 1383/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus.

bl-Iżvediż

:

nedsättning av den gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 1383/2007.


l-ANNESS III

Tabella ta' korrispondenza

Ir-Regolament (KE) Nru 1396/98

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1

l-Artikolu 1

l-Artikolu 2

l-Artikolu 3

L-Artikolu 3(1)(a)

l-Artikolu 4(1)

l-Artikolu 3(1)(b)

l-Artikolu 4(2)

l-Artikolu 3(1)(c)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 3(1)(d)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 3(1)(e)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 4(1), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż

l-Artikolu 4(2)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 5(2)

l-Artikolu 4(4), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 5(3)

l-Artikolu 4(4), it-tieni inċiż

l-Artikolu 4(5)

l-Artikolu 4(6)

l-Artikolu 5(4)

l-Artikolu 4(7)

l-Artikolu 4(8), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 6(2)

l-Artikolu 4(8), it-tieni inċiż

l-Artikolu 5, l-ewwel inċiż

l-Artikolu 7(1)

l-Artikolu 5, it-tieni inċiż

l-Artikolu 6

l-Artikolu 7

l-Artikolu 8

l-Artikolu 8

l-Artikolu 10

l-Anness I

l-Anness I

l-Anness II

l-Anness III

l-Anness IV


27.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/40


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1384/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 tat-12 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ tariffa ta’ kwota għal-laħam tad-dundjan minn Iżrael li hemm provvediment dwarha fil-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni u l-Ftehim Tranżitorju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ Iżrael (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/917/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael illi jittratta l-miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni u r-rimpjazzar tal-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni KE-Iżrael (3), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2497/96 tat-18 ta’ Diċembru 1996 li jistabbilixxi proċeduri għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur ta’ l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u fil-Ftehim Tranżitorju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael (4) kien emendat diversi drabi b’mod sostanzjali, u jeħtieġ isirulu emendi ġodda. Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KEE) Nru 2497/96 jitħassar u jinbidel b’regolament ġdid.

(2)

Jeħtieġ li l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tiġi żgurata permezz ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni. Għal dan il-għan, huwa importanti li jiġu definiti l-arranġamenti għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u d-dettalji li għandhom jintwerew fuq l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u fuq il-liċenzji nfushom.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (6), ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

(4)

Sabiex tiġi żgurata r-regolarità ta’ l-importazzjonijiet, jeħtieġ li l-perjodu tal-kwota mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru jinqasam f’diversi perjodi sekondarji. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta’ validità tal-liċenzji għall-importazzjoni għall-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

(5)

Fid-dawl tar-riskju ta’ spekulazzjoni inerenti fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tat-tjur, għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet preċiżi rigward l-aċċess ta’ l-operaturi għas-sistema tal-kwota tariffarja.

(6)

Biex tiġi żgurata ġestjoni adegwata tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzjia relattiva għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jiġi stabbilit fil-livell ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

(7)

Fl-interess ta’ l-operaturi, jeħtieġ li jkun previst li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantitajiet li għalihom ma jkunux saru applikazzjonijiet u li jiżdiedu mas-subperjodu tal-kwota skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(8)

Il-miżuri provduti b’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I huma miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2398/96 għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li koperti bil-kodiċijiet NM imsemmija fl-Anness I.

Il-kwoti tariffarji huma miftuħin fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-31 ta’ Diċembru.

2.   Il-kwantità ta’ prodotti li jgawdu mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, in-numri tas-serje kif ukoll in-numri tal-grupp korrispondenti huma definiti fl-Anness I.

Artikolu 2

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ħlief fejn ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

Artikolu 3

Il-kwantità stabbilita għall-perjodu annwali tal-kwota, għal kull numru tas-serje, għandha titqassam kif ġej f’erba’ perjodi sekondarji:

(a)

25 % mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu,

(b)

25 % mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju,

(ċ)

25 % mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru,

(d)

25 % mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 4

1.   Għal finijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jressaq, flimkien ma’ l-ewwel applikazzjoni għall-perjodu tal-kwota tariffarja partikolari, prova li importa jew esporta, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-imsemmi Artikolu 5, talanqas 50 tunnellata ta’ prodotti koperti bir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

2.   L-applikazzjoni għal liċenzja għandha ssemmi biss numru wieħed tas-serje minn dawk definiti fl-Anness I. Tista’ tkopri diversi prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet tan-NM differenti. F’dan il-każ, jeħtieġ li l-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deżinjazzjonijiet tagħhom jitniżżlu, rispettivament, fil-kaxex 16 u 15 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja nnifisha.

L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tkopri minimu ta’ 10 tunnellata u massimu ta’ 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul is-subperjodu kkonċernat.

3.   Il-liċenzji jobbligaw li l-importazzjoni ssir mill-Iżrael.

L-applikazzjoni għal liċenzja u l-liċenzja nnifisha għandu jkun fihom:

(a)

fil-kaxxa 8, jiġu mmarkati b’salib l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini u l-kelma “iva”

(b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti A.

Il-liċenzja għandu jkun fiha, fil-kaxxa 24, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti B.

Artikolu 5

1.   Applikazzjoni għal liċenzja ma tistax titressaq ħlief matul l-ewwel seba’ ġranet tax-xahar qabel kull perjodu sekondarju msemmi fl-Artikolu 3.

2.   Mat-tressiq ta’ applikazzjoni għal liċenzja, għandha tiġi ddepożitata garanzija ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-ħames jum wara dak ta’ tmiem il-perjodu tat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba għal kull grupp, espressi f’kilogrammi.

4.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mis-seba’ ġurnata tax-xogħol, u mhux aktar tard mill-ħdax-il ġurnata tax-xogħol, wara tmiem il-perjodu ta’ komunikazzjoni pprovdut bil-paragrafu 3.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet li għalihom ma jkunux tressqu applikazzjonijiet u li għandhom jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota ta’ wara.

Artikolu 6

1.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem l-ewwel xahar ta’ kull perjodu sekondarju tal-kwota, il-kwantitajiet totali espressi f’kilogrammi li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali tal-kwota, il-kwantitajiet, espressi f’kilogrammi, li fil-fatt ikunu tqiegħdu fil-kummerċ ħieles skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat u għal kull numru tas-serje.

3.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-kwantitajiet totali, espressi f’kilogrammi, relattivi għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment, l-ewwel darba fl-istess waqt tat-talba għall-aħħar perjodu sekondarju, u darba oħra qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali.

Artikolu 7

1.   B’deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandha tkun mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih ikunu nħarġu.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mogħtija bil-liċenzji huwa llimitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament preżenti.

Artikolu 8

It-tqegħid fil-moviment ħieles tal-prodotti importati huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ prova ta’ l-oriġini, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 16 tal-Protokoll Nru 4 anness mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra.

Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 2497/96 huwa mħassar.

Ir-referenzi li jsiru għar-regolament mħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għar-Regolament preżenti, u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza li tingħata fl-Anness III.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 7.

(3)  ĠU L 346, 31.12.2003, p. 65.

(4)  ĠU L 338, 28.12.1996, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1937/2006 (ĠU L 407, 30.12.2006, p. 143).

(5)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(6)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).


ANNESS I

In-numru tal-grupp

In-numru tas-serje

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija (1)

Tnaqqis tad-dazji doganali MFN

(%)

Kwantitajiet annwali

(f’tunnellati)

IL 1

09.4092

0207 25

Dundjani, mhux imqatta’ f’biċċiet, iffriżati

100

1 568

0207 27 10

Laħam tad-dundjani, diżussat, friżat

0207 27 30

0207 27 40

0207 27 50

0207 27 60

0207 27 70

Laħam tad-dundjani, mhux diżussat, friżat

IL 2

09.4091

ex 0207 32

Laħam tal-papri u tal-wiżż, mhux imqatta’ f’biċċiet, frisk jew imkessaħ

100

560

ex 0207 33

Laħam tal-papri u tal-wiżż, mhux imqatta’ f’biċċiet, friżat

ex 0207 35

Laħam ieħor u ġewwieni tal-laħam li jittiekel tal-papri u l-wiżż, frisk jew imkessaħ

ex 0207 36

Laħam ieħor u ġewwieni tal-laħam li jittiekel tal-papri u l-wiżż, friżat


(1)  Minkejja r-regoli ta’ l-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu meqjusa li jkollhom mhux aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenżjali tkun iddeterminata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi tan-NM. Meta huma indikati l-kodiċi “ex” tan-NM, l-iskema prefenzjali għandha tiġi ddeterminata l-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.


ANNESS II

A.   Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tieni inċiż, il-punt (b):

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 1384/2007.

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 1384/2007.

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 1384/2007.

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 1384/2007.

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 1384/2007.

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 1384/2007.

bil-Grieg

:

Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1384/2007.

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 1384/2007.

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 1384/2007.

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 1384/2007.

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 1384/2007.

bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 1384/2007.

bl-Ungeriż

:

1384/2007/EK rendelet.

bil-Malti

:

Ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007.

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 1384/2007.

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 1384/2007.

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 1384/2007.

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 1384/2007.

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 1384/2007.

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 1384/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 1384/2007.

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 1384/2007.

B.   Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tielet inċiż:

bil-Bulgaru

:

намаляване на общата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 1384/2007.

bl-Ispanjol

:

reducción del arancel aduanero común prevista en el Reglamento (CE) no 1384/2007.

biċ-Ċek

:

snížení společné celní sazby tak, jak je stanoveno v nařízení (ES) č. 1384/2007.

bid-Daniż

:

toldnedsættelse som fastsat i forordning (EF) nr. 1384/2007.

bil-Ġermaniż

:

Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß Verordnung (EG) Nr. 1384/2007.

bl-Estonjan

:

ühise tollitariifistiku maksumäära alandamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 1384/2007.

bil-Grieg

:

Μείωση του δασμού του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 1384/2007.

bl-Ingliż

:

reduction of the common customs tariff pursuant to Regulation (EC) No 1384/2007.

bil-Franċiż

:

réduction du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) no 1384/2007.

bit-Taljan

:

riduzione del dazio della tariffa doganale comune a norma del regolamento (CE) n. 1384/2007.

bil-Latvjan

:

Regulā (EK) Nr. 1384/2007 paredzētais vienotā muitas tarifa samazinājums.

bil-Litwan

:

bendrojo muito tarifo muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 1384/2007.

bl-Ungeriż

:

a közös vámtarifában szereplő vámtétel csökkentése az 1384/2007/EK rendelet szerint.

bil-Malti

:

tnaqqis tat-tariffa doganali komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 1384/2007.

bl-Olandiż

:

Verlaging van het gemeenschappelijke douanetarief overeenkomstig Verordening (EG) nr. 1384/2007.

bil-Pollakk

:

Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 1384/2007.

bil-Portugiż

:

redução da Pauta Aduaneira Comum como previsto no Regulamento (CE) n.o 1384/2007.

bir-Rumen

:

reducerea tarifului vamal comun astfel cum este prevăzut de Regulamentul (CE) nr. 1384/2007.

bis-Slovakk

:

Zníženie spoločnej colnej sadzby, ako sa ustanovuje v nariadení (ES) č. 1384/2007.

bis-Sloven

:

znižanje skupne carinske tarife v skladu z Uredbo (ES) št. 1384/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetuksessa (EY) N:o 1384/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus.

bl-Iżvediż

:

nedsättning av den gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 1384/2007.


ANNESS III

Tabella ta’ korrispondenza

Ir-Regolament (KE) Nru 2497/96

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1

l-Artikolu 1

l-Artikolu 2

l-Artikolu 3

l-Artikolu 3(1)(a)

l-Artikolu 4(1)

l-Artikolu 3(1)(b)

l-Artikolu 4(2)

l-Artikolu 3(1)(ċ)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 3(1)(d)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 3(1)(e)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 4(1), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż

l-Artikolu 4(2)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 5(2)

l-Artikolu 4(4), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 5(3)

l-Artikolu 4(4), it-tieni inċiż

l-Artikolu 4(5)

l-Artikolu 4(6)

l-Artikolu 5(4)

l-Artikolu 4(7)

l-Artikolu 4(8), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 6(2)

l-Artikolu 4(8), it-tieni inċiż

l-Artikolu 5, l-ewwel inċiż

l-Artikolu 7(1)

l-Artikolu 5, it-tieni inċiż

l-Artikolu 6

l-Artikolu 7

l-Artikolu 8

l-Artikolu 8

l-Artikolu 10

l-Anness I

l-Anness I

l-Anness II

l-Anness III

l-Anness IV


27.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1385/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta’ Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta’ nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1431/94 tat-22 ta’ Ġunju 1994 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati, fis-settur tal-laħam tat-tjur, l-arranġamenti ta’ l-importazzjonijiet ipprovvduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal-laħam tat-tjur u ċerti prodotti oħra agrikoli (3) ġie emendat diversi drabi b'mod sostanzjali, u jeħtieġ li jsirulu emendi ġodda. Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1431/94 jitħassar u jinbidel b'Regolament ġdid.

(2)

Jeħtieġ li l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tiġi żgurata permezz ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu definiti r-regoli għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u t-tagħrif li għandu jingħata fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (5), għandhom japplikaw, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

(4)

Sabiex tiġi żgurata r-regolarità ta’ l-importazzjonijiet, jeħtieġ li l-perjodu tal-kwota mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru jinqasam f'diversi subperjodi. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta’ validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

(5)

Fid-dawl tar-riskju ta’ spekulazzjoni inerenti fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tat-tjur, għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet preċiżi rigward l-aċċess ta’ l-operaturi għall-arranġamenti tal-kwota tariffarja.

(6)

Biex tiġi żgurata ġestjoni adegwata tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzjia relattiva għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jiġi stabbilit fil-livell ta’ EUR 50 għal kull 100 kilogramma.

(7)

Fl-interess ta’ l-operaturi, jeħtieġ li jkun previst li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantitajiet li għalihom ma jkunux saru applikazzjonijiet u li jiżdiedu mas-subperjodu tal-kwota skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(8)

Il-miżuri stabbiliti b'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I huma miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 774/94 għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur koperti bil-kodiċijiet NM imsemmija fl-Anness I.

Il-kwoti tariffarji huma miftuħin fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

2.   Il-kwantità ta’ prodotti li jgawdu mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata ta’ tnaqqis tad-dazju doganali applikabbli, in-numri tas-serje kif ukoll in-numri tal-grupp korrispondenti huma definiti fl-Anness I.

Artikolu 2

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ħlief fejn ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

Artikolu 3

Il-kwantità stabbilita għall-perjodu annwali tal-kwota, għal kull numru tas-serje, għandha titqassam kif ġej f'erba' subperjodi:

a)

25 % mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu,

b)

25 % mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju,

c)

25 % mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru,

d)

25 % mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 4

1.   Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta’ l-importazzjoni, x'ħin iressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, għandu jagħti l-prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-Artikolu 5 msemmi, ikun importa jew esporta talanqas 50 tunnellata ta’ prodotti li jkunu jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

2.   L-applikazzjoni għal liċenzja ma tistax issemmi aktar minn numru wieħed tas-serje minn fost dawk definiti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Tista' tkopri diversi prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet tan-NM differenti. F'dan il-każ, jeħtieġ li l-kodiċijiet kollha tan-NM u d-desinjazzjonijiet tagħhom jitniżżlu, rispettivament, fil-kaxex 16 u 15 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja nnifisha.

L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tkopri minimu ta’ 10 tunnellati u massimu ta’ 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul is-subperjodu kkonċernat.

3.   B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, għall-gruppi numri 3, 5 u 6, kull applikant jista' jressaq diversi applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni għal prodotti li jaqgħu taħt numru ta’ grupp wieħed, jekk il-prodotti jkunu joriġinaw minn pajjiżi differenti. L-applikazzjonijiet, b'kull waħda tinvolvi biss pajjiż ta’ l-oriġini wieħed, jeħtiġilhom jitressqu fl-istess waqt għand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. F'dak li jirrigwarda l-massimu msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda.

4.   Il-liċenzji jobbligaw li l-importazzjoni ssir mill-pajjiżi msemmija, ħlief għall-gruppi 3, 5 u 6. Għall-gruppi kkonċernati minn dan l-obbligu, fil-kaxxa 8 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja, għandu jiġi indikat il-pajjiż ta’ l-oriġini u r-referenza “iva” għandha tiġi mmarkata b'salib.

5.   Fil-kaxxa 20 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja, għandha titniżżel waħda mir-referenzi li jingħataw fl-Anness II, il-parti A.

Fil-kaxxa 24 tal-liċenzja għandha titniżżel waħda mir-referenzi li jingħataw fl-Anness II, il-parti B.

Fil-kaxxa 24 tal-liċenzji għall-grupp 3, għandha titniżżel waħda mir-referenzi li jingħataw fl-Anness II, il-parti C.

Fil-kaxxa 24 tal-liċenzji għall-grupp 5, għandha titniżżel waħda mir-referenzi li jingħataw fl-Anness II, il-parti D.

Artikolu 5

1.   Applikazzjoni għal liċenzja ma tistax titressaq ħlief matul l-ewwel seba' ġranet tax-xahar qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 3.

2.   L-applikazzjoni għal liċenzja jeħtieġ li jkollha magħha kuntratt ta’ forniment li jispeċifika li l-prodott tat-tjur li għalih tkun qed issir ikun disponibbli għall-kunsinna fl-Unjoni Ewropea matul il-perjodu tal-kwota, mill-oriġini u għall-kwantità mitluba.

L-ewwel inċiż ma għandux japplika għajr għall-prodotti tan-numri tal-grupp 1, 2 u 4.

3.   Mat-tressiq ta’ applikazzjoni għal liċenzja, għandha tiġi ddepożitata garanzija ta’ EUR 50 għal kull 100 kilogramma.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-ħames jum wara dak ta’ tmiem il-perjodu tat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba għal kull grupp, espressi f'kilogrammi.

5.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mis-seba' ġurnata tax-xogħol, u mhux aktar tard mill-ħdax-il ġurnata tax-xogħol, wara tmiem il-perjodu ta’ komunikazzjoni pprovdut bil-paragrafu 4.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet li għalihom ma jkunux tressqu applikazzjonijiet u li għandhom jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota ta’ wara.

Artikolu 6

1.   B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem l-ewwel xahar ta’ kull subperjodu tal-kwota, il-kwantitajiet totali, espressi f'kilogrammi, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali tal-kwota, il-kwantitajiet, espressi f'kilogrammi, li fil-fatt ikunu tqiegħdu fil-kummerċ ħieles skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat u għal kull numru tas-serje.

3.   B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet totali, espressi f'kilogrammi, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment, l-ewwel darba fl-istess waqt tat-talba għall-aħħar subperjodu, u darba oħra qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali.

Artikolu 7

1.   B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandha tkun mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih ikunu nħarġu.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mogħtija bil-liċenzji huwa limitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 1431/94 huwa mħassar.

Ir-referenzi li jsiru għar-regolament mħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għar-Regolament preżenti, u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza li tingħata fl-Anness III.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 91, 8.4.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2198/95 (ĠU L 221, 19.9.1995, p. 3).

(3)  ĠU L 156, 23.6.1994, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 249/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 16).

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).


ANNESS I

Laħam tat-tiġieġ

Pajjiż

In-numru tal-grupp

In-numru tas-serje

Kodiċi NM

Tnaqqis tad-dazji doganali

%

Kwantitajiet annwali

(f'tunnellati)

Il-Brażil

1

09.4410

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

100

9 432

It-Tajlandja

2

09.4411

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

100

5 100

Oħrajn

3

09.4412

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

100

3 300


Laħam tad-dundjan

Pajjiż

In-numru tal-grupp

In-numru tas-serje

Kodiċi NM

Tnaqqis tad-dazji doganali

%

Kwantitajiet annwali

(f'tunnellati)

Il-Brażil

4

09.4420

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

100

1 800

Oħrajn

5

09.4421

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

100

700

Erga omnes

6

09.4422

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

100

2 485


ANNESS II

A.   Referenzi msemmija fl-Artikolu 4(5), l-ewwel inċiż:

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 1385/2007.

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 1385/2007.

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 1385/2007.

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 1385/2007.

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 1385/2007.

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 1385/2007.

bil-Grieg

:

Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1385/2007.

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 1385/2007.

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 1385/2007.

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 1385/2007.

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 1385/2007.

bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 1385/2007.

bl-Ungeriż

:

1385/2007/EK rendelet.

bil-Malti

:

Ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007.

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 1385/2007.

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 1385/2007.

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 1385/2007.

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 1385/2007.

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 1385/2007.

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 1385/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 1385/2007.

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 1385/2007.

B.   Referenzi msemmija fl-Artikolu 4(5), it-tieni inċiż:

bil-Bulgaru

:

Мито, определено на 0 %, съгласно Регламент (ЕО) № 1385/2007.

bl-Ispanjol

:

derecho del 0 % en aplicación del Reglamento (CE) no 1385/2007.

biċ-Ċek

:

Clo stanoveno na 0 % v souladu s nařízením (ES) č. 1385/2007.

bid-Daniż

:

Told fastsat til 0 % i henhold til forordning (EF) nr. 1385/2007.

bil-Ġermaniż

:

Gemäß der Verordnung (EG) Nr. 1385/2007 auf 0 v. H. festgesetzter Zoll.

bl-Estonjan

:

0 %line maks kehtestatud vastavalt määrusele (EÜ) nr 1385/2007.

bil-Grieg

:

δασμός που καθορίζεται σε 0 % κατ’ εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1385/2007.

bl-Ingliż

:

Duty fixed at 0 % pursuant to Regulation (EC) No 1385/2007.

bil-Franċiż

:

droit fixé à 0 % en application du règlement (CE) no 1385/2007.

bit-Taljan

:

Dazio fissato allo 0 % in applicazione del regolamento (CE) n. 1385/2007.

bil-Latvjan

:

piemērojot Regulu (EK) Nr. 1385/2007, ir noteikts 0 % nodoklis.

bil-Litwan

:

nulinis muitas, nustatytas pagal Reglamentą (EB) Nr. 1385/2007.

bl-Ungeriż

:

0 %-os vám az 1385/2007/EK rendelet szerint.

bil-Malti

:

ħlas stabbilit fil-livell ta’ 0 % b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1385/2007.

bl-Olandiż

:

recht 0 % op grond van Verordening (EG) nr. 1385/2007.

bil-Pollakk

:

cło według stawki 0 % zgodnie z rozporządzeniem (WE) nr 1385/2007.

bil-Portugiż

:

direito fixado em 0 %, em aplicação do Regulamento (CE) n.o 1385/2007.

bir-Rumen

:

taxă stabilită la 0 % în temeiul Regulamentului (CE) nr. 1385/2007.

bis-Slovakk

:

clo stanovené vo výške 0 % na základe nariadenia (ES) č. 1385/2007.

bis-Sloven

:

dajatev, določena na 0 % v skladu z Uredbo (ES) št. 1385/2007.

bil-Finlandiż

:

Tulli vahvistettu 0 prosentiksi asetuksen (EY) N:o 1385/2007 mukaisesti.

bl-Iżvediż

:

Tullsatsen fastställd till 0 % i enlighet med förordning (EG) nr 1385/2007.

C.   Referenzi msemmija fl-Artikolu 4(5), it-tielet inċiż:

bil-Bulgaru

:

Не следва да се използва за продукти с произход от Бразилия и Тайланд в съответствие с Регламент (ЕО) № 1385/2007.

bl-Ispanjol

:

No puede utilizarse para productos originarios de Brasil o Tailandia en aplicación del Reglamento (CE) no 1385/2007.

biċ-Ċek

:

Nepoužije se u produktů pocházejících z Brazílie a Thajska v souladu s nařízením (ES) č. 1385/2007.

bid-Daniż

:

Kan ikke anvendes for produkter med oprindelse i Brasilien og Thailand i henhold til forordning (EF) nr. 1385/2007.

bil-Ġermaniż

:

Gemäß der Verordnung (EG) Nr. 1385/2007 nicht verwendbar für Erzeugnisse mit Usprung in Brasilien und Thailand.

bl-Estonjan

:

Ei ole kasutatav Brasiilia ja Tai päritolu toodete puhul vastavalt määrusele (EÜ) nr 1385/2007.

bil-Grieg

:

Δεν μπορεί να χρησιμοποιηθεί για τα προϊόντα καταγωγής Βραζιλίας και Ταϊλάνδης κατ’ εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1385/2007.

bl-Ingliż

:

Not to be used for products originating in Brazil or Thailand pursuant to Regulation (EC) No 1385/2007.

bil-Franċiż

:

N’est pas utilisable pour des produits originaires du Brésil et de Thaïlande en application du règlement (CE) no 1385/2007.

bit-Taljan

:

da non utilizzare per prodotti originari del Brasile e della Tailandia in applicazione del regolamento (CE) n. 1385/2007.

bil-Latvjan

:

Piemērojot Regulu (EK) Nr. 1385/2007, neizmanto Brazīlijas un Taizemes izcelsmes produktiem.

bil-Litwan

:

Nenaudojama produktams, kurių kilmės šalys yra Brazilija ir Tailandas, taikant Reglamentą (EB) Nr. 1385/2007.

bl-Ungeriż

:

Nem alkalmazandó a Brazíliából és Thaiföldről származó termékekre az 1385/2007/EK rendelet alapján.

bil-Malti

:

Ma jistax jintuża għall-prodotti ta’ oriġini mill-Brażil u mit-Tajlandja, b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1385/2007.

bl-Olandiż

:

Mag niet worden gebruikt voor producten van oorspong uit Brazilië en Thailand overeenkomstig Verordening (EG) nr. 1385/2007.

bil-Pollakk

:

Nie stosuje się w przypadku produktów pochodzących z Brazylii i Tajlandii zgodnie z rozporządzeniem (WE) nr 1385/2007.

bil-Portugiż

:

Não utilizável para produtos originários do Brasil e da Tailândia, em aplicação do Regulamento (CE) n.o 1385/2007.

bir-Rumen

:

Nu se utilizează pentru produsele originare din Brazilia și Thailanda în aplicarea Regulamentului (CE) nr. 1385/2007.

bis-Slovakk

:

Podľa nariadenia (ES) č. 1385/2007 nepoužívať pre výrobky pochádzajúce z Brazílie a z Thajska.

bis-Sloven

:

V skladu z Uredbo (ES) št. 1385/2007 se ne uporablja za proizvode s poreklom iz Brazilije in Tajske.

bil-Finlandiż

:

Ei voimassa Brasiliasta ja Thaimaasta peräisin olevien tuotteiden osalta asetuksen (EY) N:o 1385/2007 mukaisesti.

bl-Iżvediż

:

Får inte användas för produkter med ursprung i Brasilien och Thailand i enlighet med förordning (EG) nr 1385/2007.

D.   Referenzi msemmija fl-Artikolu 4(5), ir-raba' inċiż:

bil-Bulgaru

:

Не следва да се използва за продукти с произход от Бразилия в съответствие с Регламент (ЕО) № 1385/2007.

bl-Ispanjol

:

No puede utilizarse para productos originarios de Brasil en aplicación del Reglamento (CE) no 1385/2007.

biċ-Ċek

:

Nepoužije se u produktů pocházejících z Brazílie v souladu s nařízením (ES) č. 1385/2007.

bid-Daniż

:

Kan ikke anvendes for produkter med oprindelse i Brasilien i henhold til forordning (EF) nr. 1385/2007.

bil-Ġermaniż

:

Gemäß der Verordnung (EG) Nr. 1385/2007 nicht verwendbar für Erzeugnisse mit Ursprung in Brasilien.

bl-Estonjan

:

Ei ole kasutatav Brasiilia päritolu toodete puhul vastavalt määrusele (EÜ) nr 1385/2007.

bil-Grieg

:

Δεν μπορεί να χρησιμοποιηθεί για τα προϊόντα καταγωγής Βραζιλίας κατ’ εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1385/2007.

bl-Ingliż

:

Not to be used for products originating in Brazil pursuant to Regulation (EC) No 1385/2007.

bil-Franċiż

:

N’est pas utilisable pour des produits originaires du Brésil en application du règlement (CE) no 1385/2007.

bit-Taljan

:

da non utilizzare per prodotti originari del Brasile in applicazione del regolamento (CE) n. 1385/2007.

bil-Latvjan

:

Piemērojot Regulu (EK) Nr. 1385/2007, neizmanto Brazīlijas izcelsmes produktiem.

bil-Litwan

:

Nenaudojama produktams, kurių kilmės šalys yra Brazilija, taikant Reglamentą (EB) Nr. 1385/2007.

bl-Ungeriż

:

Nem alkalmazandó a Brazíliából származó termékekre az 1385/2007/EK rendelet alapján.

bil-Malti

:

Ma jistax jintuża għall-prodotti ta’ oriġini mill-Brażil, b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1385/2007.

bl-Olandiż

:

Mag niet worden gebruikt voor producten van oorspong uit Brazilië overeenkomstig Verordening (EG) nr. 1385/2007.

bil-Pollakk

:

Nie stosuje się w przypadku produktów pochodzących z Brazylii zgodnie z rozporządzeniem (WE) nr 1385/2007.

bil-Portugiż

:

Não utilizável para produtos originários do Brasil, em aplicação do Regulamento (CE) n.o 1385/2007.

bir-Rumen

:

Nu se utilizează pentru produsele originare din Brazilia în aplicarea Regulamentului (CE) nr. 1385/2007.

bis-Slovakk

:

Podľa nariadenia (ES) č. 1385/2007 nepoužívať pre výrobky pochádzajúce z Brazílie.

bis-Sloven

:

V skladu z Uredbo (ES) št. 1385/2007 se ne uporablja za proizvode s poreklom iz Brazilije.

bil-Finlandiż

:

Ei voimassa Brasiliasta peräisin olevien tuotteiden osalta asetuksen (EY) N:o 1385/2007 mukaisesti.

bl-Iżvediż

:

Får inte användas för produkter med ursprung i Brasilien i enlighet med förordning (EG) nr 1385/2007.


ANNESS III

Tabella ta' korrispondenza

Ir-Regolament (KE) Nru 1431/94

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1

l-Artikolu 1

l-Artikolu 2

l-Artikolu 3

l-Artikolu 3

l-Artikolu 3(1)(a)

l-Artikolu 4(1)

l-Artikolu 3(1)(b)

l-Artikolu 4(2)

l-Artikolu 3(1)(c)

l-Artikolu 4(4)

l-Artikolu 3(1)(d)

l-Artikolu 4(5), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 3(1)(e)

l-Artikolu 4(5), it-tieni inċiż

l-Artikolu 3(1)(f)

Artikolu 4(5), it-tielet inċiż

l-Artikolu 3(1)(g)

l-Artikolu 4(5), ir-raba' inċiż

l-Artikolu 4(1), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 4(1)(a)

l-Artikolu 5(2)

l-Artikolu 4(2), l-ewwel u t-tieni inċiż

l-Artikolu 4(2), it-tielet inċiż

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 5(4)

l-Artikolu 4(4)

l-Artikolu 4(5)

l-Artikolu 5(5)

l-Artikolu 4(6)

l-Artikolu 4(7)

l-Artikolu 6(2)

l-Artikolu 5, l-ewwel inċiż

l-Artikolu 7(1)

l-Artikolu 5, it-tieni inċiż

l-Artikolu 6

l-Artikolu 5(3)

l-Artikolu 7

l-Artikolu 8

-Artikolu 9

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III

Anness IV