ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
24 ta' Novembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1373/2007 tat-23 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1374/2007 tat-23 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet għall-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1375/2007 tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (Verżjoni kodifikata)

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1376/2007 tat-23 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi ( 1 )

14

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/763/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, stabbilita mill-Kunsill skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

18

 

 

2007/764/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, ibbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali

20

 

 

2007/765/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, ibbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-iskwalifiki tas-sewqan

22

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1110/2003 tas-26 ta’ Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli dwar l-applikazzjoni (dazji ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 ( ĠU L 158, 27.6.2003 )

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1373/2007

tat-23 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

125,5

MA

57,0

MK

46,0

TR

82,9

ZZ

77,9

0707 00 05

JO

196,3

MA

46,9

TR

109,8

ZZ

117,7

0709 90 70

MA

68,7

TR

111,5

ZZ

90,1

0709 90 80

EG

342,2

ZZ

342,2

0805 20 10

MA

64,1

ZZ

64,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

63,0

HR

55,3

IL

67,9

TR

73,8

UY

83,0

ZZ

68,6

0805 50 10

AR

63,7

TR

104,5

ZA

54,7

ZZ

74,3

0808 10 80

AR

87,7

CA

107,4

CL

86,0

CN

68,7

MK

30,6

US

102,8

ZA

86,7

ZZ

81,4

0808 20 50

AR

48,6

CN

40,0

TR

65,0

ZZ

51,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1374/2007

tat-23 ta’ Novembru 2007

li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet għall-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2681/74 tal-21 ta' Ottubru 1974 dwar il-finanzjament tal-Komunità tan-nefqa magħmula fir-rigward tal-provvista ta' prodotti agrikoli bħala għajnuna ta' l-ikel (3), jistipula l-proporzjon mill-Fondi Ewropej għall-Gwida u Garanzija Agrikola, sezzjoni “Garanzija”, il-parti tan-nefqiet li tikkorrispondi mar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, determinati skond ir-regoli Komunitarji fir-rigward.

(2)

Biex it-tlestija u l-amministrazzjoni tal-baġit għall-azzjonijiet Komunitarji relatati ma' l-għajnuniet alimentari jkunu ffaċilitati, u biex l-Istati Membri jkunu jafu l-livell tal-parteċipazzjoni Komunitarja fil-finanzjament ta' l-azzjonijiet nazzjonali għall-għajnuniet alimentari, huwa meħtieġ li jiġi determinat il-livell tar-rifużjonijiet mogħtija għal dawn l-azzjonijiet.

(3)

Ir-regoli ġenerali u dawk dettaljati dwar l-applikazzjoni, stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 għar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, japplikaw mutatis mutandis għall-azzjonijiet hawn fuq imsemmija.

(4)

Il-kriterji speċifiċi li għandhom jitqiesu fil-kalkolu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni tar-ross huma definiti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-azzjonijiet ta' l-għajnuna alimentari Komunitarja u nazzjonali previsti fil-qafas tal-konvenzjonijiet internazzjonali jew programmi oħra komplimentari, kif ukoll azzjonijiet oħra komunitarji tal-provvista bla ħlas, ir-rifużjonijiet applikabbli gћall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross huma stipulati fl-anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 288, 25.10.1974, p. 1.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni fit-23 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet ta' l-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali

(EUR/t)

Il-kodiċi tal-prodott

L-ammont tar-rifużjonijiet

1001 10 00 9400

0,00

1001 90 99 9000

0,00

1002 00 00 9000

0,00

1003 00 90 9000

0,00

1005 90 00 9000

0,00

1006 30 92 9100

0,00

1006 30 92 9900

0,00

1006 30 94 9100

0,00

1006 30 94 9900

0,00

1006 30 96 9100

0,00

1006 30 96 9900

0,00

1006 30 98 9100

0,00

1006 30 98 9900

0,00

1006 30 65 9900

0,00

1007 00 90 9000

0,00

1101 00 15 9100

0,00

1101 00 15 9130

0,00

1102 10 00 9500

0,00

1102 20 10 9200

0,00

1102 20 10 9400

0,00

1103 11 10 9200

0,00

1103 13 10 9100

0,00

1104 12 90 9100

0,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.


24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1375/2007

tat-23 ta’ Novembru 2007

dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/94 tat-2 ta’ Awwissu 1994, dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Fil-qafas tal-GATT, il-Komunità u l-USA ftiehmu li jiċċaraw id-definizzjoni tat-tariffa dwar ir-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum. L-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità huma suġġetti għall-analiżi tal-laboratorju sabiex tkun ivverifikata l-konformità tagħhom mad-definizzjoni tat-tariffa. The Federal Grain Inspection Service (FGIS) tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-industrija tat-tħin bit-tixrib ta’ l-USA, taħt reviżjoni regolari mill-awtoritajiet ta’ l-USA, għandhom jiċċertifikaw li l-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti mill-USA lejn il-Komunità huma konformi mad-definizzjoni miftiehma.

(3)

Fuq il-bażi ta’ l-istabbiliment ta’ sistema li takkumpanja ċ-ċertfikati għall-verifikar mal-konformità ta’ l-importazzjoni mill-USA huwa xieraq li l-miżuri tas-soltu tal-verifika għandhom jissoktaw li jkunu applikati għall-importazzjoni mill-USA akkumpanjati b’dawn iċ-ċertifikati.

(4)

Komunikazzjoni regolari mill-Istati Membri lejn il-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet u l-valur tal-prodotti permezz tal-kopertura ta’ dawn iċ-ċertifikati hija waħda mill-elementi miftiehma mal-USA sabiex tgħin il-monitoraġġ aktar effettiv ta’ l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ hawn fuq.

(5)

Id-dispożizzjonijiet msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għandha ssir analiżi tal-laboratorju sabiex tikkontrolla l-konformità tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum importat fil-Komunità mill-USA permezz tal-kodiċi tan-NM 2309 90 20 bid-definizzjoni ta’ din il-kodiċi għat-tagħbijiet kollha bil-baħar mhux akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-Federal Grain Inspection Service (FGIS) u ċertifikat maħruġ mill-industrija Amerikana tat-tħin bit-tixrib kif iddikjarat fl-Anness I.

2.   It-tagħbijiet bil-baħar mill-USA li jkunu akkumpanjati biż- żewġ ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 huma soġġetti għall-miżuri doganali tas-soltu dwar il-verifika ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni qabel l-aħħar ta’ kull xahar il-kwantitajiet u l-valur tal-prodotti importati permezz tal-kodiċi tan-NM 2309 90 20 matul ix-xahar ta’ qabel u akkumpanjati biċ-ċertifikat ta’ konformità msemmi fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 2019/94 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolamemt (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 203, 6.8.1994, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2060/2002 (ĠU L 317, 21.11.2002, p. 20).

(3)  Ara l-Anness II.


ANNESS I

Image

Image

Image

Image


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/94

(ĠU L 203, 6.8.1994, p. 5)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 396/96

(ĠU L 54, 5.3.1996, p. 22)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2060/2002 (1)

(ĠU L 317, 21.11.2002, p. 20).


(1)  Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2060/2002: “Ċertifikati maħruġin skond ir-Regolament (KE) Nru 2019/94 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi”.


ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2019/94

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1376/2007

tat-23 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi (1), u partikolarment l-Artikolu 22(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel (proċedura KIQ) għal Ċerti Kimiċi Perikolużi u pestiċidi fil-Kummerċ Internazzjonali, iffirmata fil-11 ta’ Settembru 1998 u approvata, f'isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2).

(2)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 304/2003 għandu jiġi emendat biex iqis l-azzjoni regolatorja li tittieħed fir-rigward ta' ċerti kimiċi skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimizzazzjoni tal-liġijiet, regolazzjonijiet u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet u t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (3), id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (4), id-Direttiva 98/8/KE tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (5) u ta' leġiżlazzjoni Komunitarja oħra. F'dawk il-każijiet fejn ir-restrizzjonijiet imposti permezz ta' dawn l-atti ma għandhomx jiġu implimentati sa data stabbilita aktar tard, sabiex jippermettu l-implimentazzjoni l-obbligi imposti bir-Regolament (KE) Nru 304/2003 ma għandhomx jibdew japplikaw qabel dawk id-dati.

(3)

Skond id-Direttiva 76/769/KEE, sulfonati tal-perfluworooktan (perfluorooctane sulfonates) huma ristretti ħafna għall-użu industrijali u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-listi ta' kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 304/2003.

(4)

Ġie deċiż li ma jiddaħħlux is-sustanzi dimethenamid, phosalone, alachlor, thiodicarb, oxydemethon-methyl, cadusafos, carbofuran, carbosulfan, haloxyfop-R bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, sabiex dawk is-sustanzi attivi jiġi pprojbiti għal użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiddaħħlu mal-listi ta' kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 304/2003.

(5)

Ġie deċiż li ma jiddaħħlux carbaryl u trichlorfon bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiv 91/414/KEE u biex ma jiddaħħlux carbaryl u trichlorfon bħala sustanzi attivi fl-Anness I, IA jew IB għtad-Direttiva 98/8/KE bl-effett li dawk is-sustanzi attivi jiġu pprojbiti għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandhom jiddaħħlu mal-listi ta' kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 304/2003.

(6)

Ġie deċiż li ma jiddaħħalx malathion bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE sabiex din is-sustanza attiva tiġi pprojbita għall-użu fis-subkategorija ta' pestiċidi tal-grupp ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għalhekk għandha tiddaħħal mal-listi ta' kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 304/2003.

(7)

Ġie deċiż li ma jiddaħħlux fenitrothion, dichlorvos, diazinon u diuron bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE sabiex dawk is-sustanzi attivi jiġu pprojbiti għall-użu fis-subkategorija ta' pestiċidi tal-grupp ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-Parti 1 l-Anness I għar-Regolament (KE) 304/2003, minkejja l-fatt li dawk is-sustanzi ġew identifikati u notifikati għal valutazzjoni skond id-Direttiva 98/8/KE u għaldaqstant jistgħu jibqgħu jiġu awtorizzati mill-Istati Membri sakemm tittieħed deċiżjoni skond dik id-Direttiva.

(8)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi fl-Artikolu 8(2) għal terminu ta' żmien ta' 12-il sena li matulhom l-Istati Membri jitħallew jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ċerti sustanzi attivi. Dak il-perjodu ta' żmien ġie estiż bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 tal-20 ta’ Novembru 2002 li jestendi it-terminu msemmi f' l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u dwar in-nuqqas ta' inklużjoni ta' xi sustanzi attivi f'L-Anness I għal dik id-Direttiva u l-irtirar ta' awtorizzazjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (6). Madankollu, peress li ma ġiet adottata l-ebda direttiva li tinkludi s-sustanzi attivi azinphos-methyl u vinclozolin fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE qabel id-data ta' l-iskadenza tal-perjodu definit għal dawk is-sostanzi, l-Istati Membri sa mill-1 ta’ Jannar 2007 kellhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi. Bħala riżultat għaldaqstant is-sustanzi attivi azinphos-methyl u vinclozolin huma pprojbiti għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista ta' kimiċi li hemm fil-Parti 1 ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 304/2003.

(9)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 304/2003 għaldaqstant għandu jiġi emendat.

(10)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bis-saħħa ta' l-Artikolu 29 tad-Direttiva 67/548/KEE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 304/2003 huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 9).

(2)  OJ L 63, 6.3.2003, p. 27.

(3)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/51/KE (ĠU L 257, 3.10.2007, p. 13)

(4)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).

(5)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/47/KE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 21).

(6)  ĠU L 319, 23.11 2002, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1980/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 96).


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 304/2003 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

f'Parti 1, għandhom jiżdiedu dawn li ġejjin:

Kimika

Nru.CAS

Nru. Einecs

CN

Subkategorija (*)

Limitazzjoni fl-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhija m’hija l-ebda notifika

“Alachlor +

15972-60-8

240-110-8

2924 29 95

p(1)

b

 

Azinphos-methyl

86-50-0

201-676-1

2933 99 90

p(1)

b

 

Cadusafos +

95465-99-9

m.a.

2930 90 85

p(1)

b

 

Carbaryl + (*)

63-25-2

200-555-0

2924 29 95

p(1)-p(2)

b-b

 

Carbofuran +

1563-66-2

216-353-0

2932 99 85

p(1)

b

 

Carbosulfan +

55285-14-8

259-565-9

2932 99 85

p(1)

b

 

Diazinon (*)

333-41-5

206-373-8

2933 59 10

p(1)

b

 

Dichlorvos (*)

62-73-7

200-547-7

2919 90 90

p(1)

b

 

Dimethenamid +

87674-68-8

m.a.

2934 99 90

p(1)

b

 

Diuron

330-54-1

206-354-4

2924 21 90

p(1)

b

 

Fenitrothion (*)

122-14-5

204-524-2

2920 19 00

p(1)

b

 

Haloxyfop-R + (*)

95977-29-0

m.a.

2933 39 99

p(1)

b

 

(Haloxyfop-P-methyl ester)

(72619-32-0)

(406-250-0)

(2933 39 99 )

Malathion (*)

121-75-5

204-497-7

2930 90 85

p(1)

b

 

Oxydemethon-methyl +

301-12-2

206-110-7

2930 90 85

p(1)

b

 

Perfluorooctane sulfonates

(PFOS) C8F17SO2X (X = OH, mluħa tal-metall, halide, amide, u derivati oħra li jinkludu l-polimeri) + (**)

1763-23-1

217-179-8

2904 90 20

i(1)

sr

 

2795-39-3

u oħrajn.

220-527-1

2904 90 20

u oħrajn.

Phosalon +

2310-17-0

218-996-2

2934 99 90

p(1)

b

 

Thiodicarb + (*)

59669-26-0

261-848-7

2930 90 85

p(1)

b

 

Trichlorfon + (*)

52-68-6

200-149-3

2931 00 95

p(1)-p(2)

b-b

 

Vinclozolin

50471-44-8

256-599-6

2934 99 90

p(1)

b

 

(2)

fil-Parti 2, għandhom jiżdiedu dawn li ġejjin:

Kimika

Nru. CAS

Nru. Einecs

CN

Kategorija (*)

Limitazzjoni fl-użu (**)

“Alachlor

15972-60-8

240-110-8

2924 29 95

p

b

Cadusafo

95465-99-9

m.a.

2930 90 85

p

b

Carbaryl

63-25-2

200-555-0

2924 29 95

p

b

Carbofuran

1563-66-2

216-353-0

2932 99 85

p

b

Carbosulfan

55285-14-8

259-565-9

2932 99 85

p

b

Dimethenamid

87674-68-8

m.a.

2934 99 90

p

b

Haloxyfop-R

95977-29-0

m.a.

2933 39 99

p

b

(Haloxyfop-P-methyl ester)

(72619-32-0)

(406-250-0)

(2933 39 99 )

Oxydemethon-methyl

301-12-2

206-110-7

2930 90 85

p

b

Perfluorooctane sulfonates

(PFOS) C8F17SO2X (X = OH, imluħa tal-metall, halide, amide, u derivati oħra li jinkludu l-polimeri)

1763-23-1

217-179-8

2904 90 20

i

sr

2795-39-3

u oħrajn

220-527-1

2904 90 20

u oħrajn

Phosalone

2310-17-0

218-996-2

2934 99 90

p

b

Thiodicarb

59669-26-0

261-848-7

2930 90 85

p

b

Trichlorfon

52-68-6

200-149-3

2931 00 95

p

b”


(*)  Din għandha tapplika mid-19 ta’ Diċembru 2007.

(**)  Din għandha tapplika mis-27 ta’ Ġunju 2008.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2007

dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, stabbilita mill-Kunsill skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

(2007/763/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Att ta’ l-Adeżjoni”), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni mwaqqfa mill-Kunsill skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka”) ġiet iffirmata fi Brussell fid-29 ta’ Mejju 2000 u daħlet fis-seħħ fit-23 ta’ Awwissu 2005.

(2)

Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiprika ġiet komplementata mill-Protokoll iffirmat fis-16 ta’ Ottubru 2001, li daħal fis-seħħ fil-5 ta’ Ottubru 2005 (3) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll dwar l-Assistenza Reċiproka”).

(3)

L-Artikolu 3(3) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni jipprovdi li l-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jaderixxu mal-konvenzjonijiet u protokolli konklużi bejn l-Istati Membri, elenkati fl-Anness I ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, li jinkludi, inter alia, il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka u l-Protokoll dwar l-Assistenza Reċiproka. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ, fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija, fid-data determinata mill-Kunsill.

(4)

Konformement ma’ l-Artikolu 3(4) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, l-Kunsill għandu jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa, minħabba l-adeżjoni, f’dawk il-konvenzjonijiet u protokolli,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar ta’ wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Istati Membri li għalihom tkun fis-seħħ il-Konvenzjoni f’dik id-data. Għandha tidħol fis-seħħ bejn il-Bulgarija, jew ir-Rumanija u kull Stat Membru ieħor fil-jum li l-Konvenzjoni dwar l-assistenza Reċiproka tidħol fis-seħħ għall-Istati Membri l-oħra konċernati.

Il-Protokoll dwar l-Assistenza Reċiproka għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar ta’ wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Istati Membri li għalihom il-Protokoll ikun fis-seħħ f’dik id-data. Għandu jidħol fis-seħħ bejn il-Bulgarija jew ir-Rumanija u kull Stat Membru ieħor fil-jum li l-Protokoll dwar l-Assistenza Reċiproka jidħol fis-seħħ għall-Istati Membri l-oħra konċernati.

Artikolu 2

It-testi tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka u tal-Protokoll dwar l-Assistenza Reċiproka, imfassla fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena (4), għandhom ikunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet tat-testi l-oħra tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka u tal-Protokoll dwar l-Assistenza Reċiproka.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il–President

R. PEREIRA


(1)  Opinjoni ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.

(3)  Protokoll, stabbilit mill-Kunsill skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, 21.11.2001, p. 2).

(4)  Il-verżjoni Bulgara u Rumena tal-Konvenzjoni għandhom ikunu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-ĠU f’data aktard tard.


24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2007

dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, ibbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali

(2007/764/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali (2) (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali”) ġiet magħmula fi Brussell fis-26 ta’ Lulju 1995 u daħlet fis-seħħ fil-25 ta’ Diċembru 2005.

(2)

Il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali ġiet komplementata minn dawn li ġejjin-

il-Protokoll, imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, f’deċiżjonijiet preliminari, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali (3) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja”), li ġie magħmul fi Brussell fid-29 ta’ Novembru 1996 u li daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Diċembru 2005;

il-Protokoll, imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-ambitu tal-laundering tar-rikavati fil-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali u l-inklużjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-mezzi ta’ trasport fil-Konvenzjoni (4) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll dwar l-ambitu tal-laundering tar-rikavati”), li ġie magħmul fi Brussell fit-12 ta’ Marzu 1999 u li għandu jidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 3(3) tiegħu.

il-Protokoll, stabbilit skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jemenda, fir-rigward tal-ħolqien ta’ database għall-identifikazzjoni ta’ files doganali, il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija informazzjoni għal finijiet doganali (5) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll dwar il-ħolqien ta’ database għall-identifikazzjoni ta’ files doganali”), li ġie magħmul fi Brussell fit-8 ta’ Mejju 2003 u li għandu jidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 2(3) tiegħu.

(3)

Konsegwentement għall-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta’ adeżjoni mal-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija informazzjoni għal finijiet doganali. Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta’ adeżjoni mat-tliet Protokolli. Il-Latvja ddepożitat l-istrumenti tagħha ta’ adeżjoni mall-Protokoll dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(4)

L-Artikolu 3(3) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni jipprovdi li l-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu mal-konvenzjonijiet u protokolli, elenkati fl-Anness I ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, li jinkludi, inter alia, il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali u l-Protokolli għaliha. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija fid-data deċiża mill-Kunsill.

(5)

Skond l-Artikolu 3(4) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, il-Kunsill għandu jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni f’dawk il-konvenzjonijiet u protokolli,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija informazzjoni għal finijiet doganali, kif ġiet emendata mill-Protokoll dwar il-ħolqien ta’ database għall-identifikazzjoni ta’ files doganali u din id-Deċiżjoni, kif ukoll il-Protokolli dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja u dwar l-ambitu tal-laundering tar-rikavati, għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni bejn il-Bulgarija u r-Rumanija u dawk l-Istati Membri li għalihom tkun fis-seħħ il-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u kull Stat Membru ieħor fil-jum li hija tidħol fis-seħħ għall-Istat Membru l-ieħor konċernat.

Artikolu 2

Il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija informazzjoni għal finijiet doganali, il-Protokoll dwar il-ħolqien ta’ database għall-identifikazzjoni ta’ files doganali, il-Protokoll dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Protokoll dwar l-ambitu tal-laundering tar-rikavati, imfassla fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena (6), għandhom ikunu awtentiċi skond l-istess kondizzjonijiet bħat-testijiet oħra tal-Konvenzjoni u tal-Protokolli għaliha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il–President

R. PEREIRA


(1)  Opinjoni ta’ l-10 Lulju 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 34.

(3)  ĠU C 151, 20.5.1997, p. 16.

(4)  ĠU C 91, 31.3.1999, p. 2.

(5)  ĠU C 139, 13.6.2003, p. 2.

(6)  Il-verżjoni Bulgara u l-verżjoni Rumena tal-Konvenzjoni għandhom jiġu pubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali f’data aktar tard.


24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2007

dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, ibbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-iskwalifiki tas-sewqan

(2007/765/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-iskwalifiki tas-sewqan (2) (minn hawn 'il quddem imsejħa “l-Konvenzjoni dwar l-iskwalifiki tas-sewqan”) ġiet magħmula fil-Lussemburgu fis-17 ta’ Ġunju ta’ l-1998 iżda għadha ma daħlitx fis-seħħ.

(2)

L-Artikolu 3(3) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni jipprovdi li l-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu mal-konvenzjonijiet u protokolli, elenkati fl-Anness I ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, li jinkludi, inter alia, il-Konvenzjoni dwar l-Iskwalifiki tas-Sewqan. Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data deċiża mill-Kunsill.

(3)

Skond l-Artikolu 3(4) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, il-Kunsill għandu jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni ma’ dawk il-konvenzjonijiet u protokolli,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-iskwalifiki tas-sewqan għandha tidħol fis-seħħ fid-data li tidħol fis-seħħ għall-Istati Membri li oriġinarjament kienu firmatarji.

Artikolu 2

It-test tal-Konvenzjoni dwar l-iskwalifiki tas-sewqan imfassla fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena u anness ma’ din id-Deċiżjoni (3), għandu jkun awtentiku skond l-istess kundizzjonijiet bħat-testi l-oħrajn tal-Konvenzjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il–President

R. PEREIRA


(1)  Opinjoni ta’ l-10.7.2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 216, 10.7.1998, p. 1.

(3)  Il-verżjoni Bulgara u Rumena tal-Konvenzjoni għandhom ikunu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-ĠU f'data aktard tard.


Corrigendum

24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/23


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1110/2003 tas-26 ta’ Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli dwar l-applikazzjoni (dazji ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 158 tas-27 ta' Ġunju 2003 )

F'paġna 12, l-ewwel Artikolu, it-tieni punt tar-Regolament (KE) Nru 1110/2003, l-aħħar sentenza:

minflok:

“Artikolu 4

1.   Għal qamħ komuni ta' kwalità għolja, qamħ durum, qamħirrum u qamħ ieħor imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-komponenti li jiddeterminaw il-prezzijiet ta' importazzjoni rappreżentattivi imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1766/92 ser ikunu:

(a)

il-kwotazzjoni attwali ta' l-iskambju rappreżentattiv fuq is-suq ta' l-Istati Unit ta' l-Amerika;

(b)

il-prezzijiet kummerċjali magħrufa u skontijiet marbuta mal-prezz kurrenti tal-kambju fis-suq ta' l-Istati Uniti u l-prezz tal-ġurnata u b'mod partikolari, fil-każ ta' qamħ durum, imqabbel mal-kwalità ta' l-ikel;”

aqra:

“Artikolu 4

1.   Għal qamħ komuni ta' kwalità għolja, qamħ durum, qamħirrum u qamħ ieħor imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-komponenti li jiddeterminaw il-prezzijiet ta' importazzjoni rappreżentattivi imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1766/92 ser ikunu:

(a)

il-kwotazzjoni attwali ta' l-iskambju rappreżentattiv fuq is-suq ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika;

(b)

il-prezzijiet kummerċjali magħrufa u skontijiet marbuta mal-prezz kurrenti tal-kambju fis-suq ta' l-Istati Uniti u l-prezz tal-ġurnata u b'mod partikolari, fil-każ ta' qamħ durum, marbuta mal-kwalità tas-smid.”.