ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
17 ta' Novembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Federazzjoni Russa

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1343/2007 tat-13 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta meħtieġa għat-twettiq tal-Politika Komuni tas-Sajd.

24

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1344/2007 tas-16 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2007 tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċertu merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1346/2007 tas-16 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt ta' Greenland fl-ilmijiet 3LMNO tan-NAFO min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

30

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1347/2007 tas-16 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 ( 1 )

32

 

*

Regolament (KE) Nru 1348/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Novembru 2007 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għall-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni ta’ l-ewro f’Ċipru u Malta (BĊE/2007/11)

44

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata

47

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/738/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2007 li tħassar id-Deċiżjoni 2006/125/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit

49

 

 

2007/739/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2007 li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar

51

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar

52

 

 

2007/740/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 li tawtorizza lir-Renju ta’ l-Olanda biex japplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

71

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/741/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/102/KE li tadotta l-pjan ta’ ħidma għall-2007 għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), inkluż il-programm annwali ta’ ħidma għall-għotjiet ( 1 )

73

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

17.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1342/2007

tat-22 ta’ Ottubru 2007

dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Federazzjoni Russa

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Federazzjoni Russa (1), minn hawn ’il quddiem “il-PCA”, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1997.

(2)

L-Artikolu 21(1) tal-PCA jipprevedi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar għandu jiġi rregolat mit-Titolu III ta’ dak il-Ftehim, għajr għall-Artikolu 15 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim dwar arranġamenti kwantitattivi.

(3)

Fis-26 ta’ Ottubru 2007, il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa ffinalizzaw, f’dak ir-rigward, Ftehim dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar (2), minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”.

(4)

Huwa meħtieġ li jingħataw il-mezzi sabiex jiġu amministrati t-termini tal-Ftehim fi ħdan il-Komunità, filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba minn Ftehimiet preċedenti dwar termini simili.

(5)

Huwa xieraq li l-prodotti kkonċernati jiġu kklassifikati fuq il-bażi tan-nomenklatura magħquda (NM) stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffi Doganali Komuni (3).

(6)

Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-oriġini tal-prodotti kkonċernati tkun ikkontrollata u li jiġu stabbiliti metodi adattati ta’ koperazzjoni amministrattiva għal dak l-għan.

(7)

L-applikazzjoni effettiva tal-Ftehim teħtieġ l-introduzzjoni ta’ rekwiżit ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni tal-Komunità għad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti kkonċernati flimkien ma’ sistema għall-amministrazzjoni ta’ l-għoti ta’ dawn il-liċenzji ta’ l-importazzjoni tal-Komunità.

(8)

Il-prodotti mqiegħda f’żona ħielsa jew importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen doganali, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar attiv (sistema ta’ sospensjoni) ma għandhomx jingħaddu mal-limiti stabbiliti għall-prodotti kkonċernati.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ tmexxija li biha l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ma joħorġux liċenzji ta’ l-importazzjoni qabel ma tinkiseb konferma minn qabel mill-Kummissjoni li l-ammonti adattati jibqgħu disponibbli fi ħdan il-limitu kwantitattiv ikkonċernat.

(10)

Il-ftehim jipprovdi għal sistema ta’ koperazzjoni bejn il-Federazzjoni Russa u l-Komunità bl-għan li tiġi evitata l-evażjoni permezz ta’ trażbord, tibdil fir-rotta jew mezzi oħra. Għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ konsultazzjoni li taħtha jkun jista’ jintlaħaq ftehim mal-pajjiż ikkonċernat dwar aġġustament ekwivalenti għal-limitu kwantitattiv rilevanti meta jidher li kien hemm evażjoni tal-Ftehim. Il-Federazzjoni Russa qablet li tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li kull aġġustament jista’ jiġi applikat malajr. Fin-nuqqas ta’ ftehim fil-limitu ta’ żmien previst, il-Komunità għandha, fejn ikun hemm prova ċara ta’ evażjoni, ikollha l-possibbiltà li tapplika l-aġġustament ekwivalenti.

(11)

Mill-1 ta’ Jannar 2007 l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament ġew soġġetti għal liċenzja skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1872/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa (4). Il-Ftehim jistipula li dawk l-importazzjonijiet għandhom jingħaddu mal-limiti stabbiliti għall-2007 f’dan ir-Regolament.

(12)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza huwa għalhekk meħtieġ li r-Regolament (KE) 1872/2006 jinbidel b’dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament japplika għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti ta’ l-azzar elenkati fl-Anness I, li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa.

2.   Il-prodotti ta’ l-azzar għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi ta’ prodotti kif stipulat fl-Anness I.

3.   L-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata skond ir-regoli fis-seħħ fil-Komunità.

4.   Il-proċeduri għall-verifika ta’ l-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 huma stipulati fil-Kapitoli II u III.

Artikolu 2

1.   L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa għandha tkun soġġetta għal limiti kwantitattivi annwali stipulati fl-Anness V. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-oriġini, stipulat fl-Anness II, u ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.

L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom jingħaddu mal-limiti kwantitattivi stipulati għas-sena li fiha l-prodotti jintbagħtu mill-pajjiż esportatur.

2.   Sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet li għalihom jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni, f’ebda mument ma jaqbżu l-limiti kwantitattivi totali għal kull grupp ta’ prodotti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni biss wara li l-Kummissjoni tikkonferma li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi għall-grupp rilevanti ta’ prodotti ta’ l-azzar fir-rigward tal-pajjiż fornitur, li għalih importatur jew importaturi ppreżentaw applikazzjonijiet lil dawk l-awtoritajiet. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma elenkati fl-Anness IV.

3.   Sa mill-1 ta’ Jannar 2007 l-importazzjonijiet ta’ prodotti, li għalihom kienet meħtieġa liċenzja skond ir-Regolament (KE) 1872/2006 għandhom jingħaddu mal-limiti rilevanti għall-2007 kif stipulati fl-Anness V.

4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u mid-data ta’ l-applikazzjoni tiegħu, il-kunsinna tal-prodotti għandha titqies li seħħet fid-data li fiha jkunu tgħabbew fuq il-mezz ta’ trasport għall-esportazzjoni.

Artikolu 3

1.   Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness V m’għandhomx japplikaw għall-prodotti mqiegħda fiż-żona ħielsa jew fl-imħażen ħielsa jew importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen doganali, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar attiv (sistema ta’ sospensjoni).

2.   Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 jiġu sussegwentement rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa, kemm fl-istat mhux mibdul kif ukoll wara li jkunu nħadmu jew ipproċessati, għandu japplika l-Artikolu 2(2) u l-prodotti hekk rilaxxati għandhom jingħaddu mal-limitu kwantitattiv rilevanti stipulat fl-Anness V.

Artikolu 4

1.   Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(2), qabel ma joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ talbiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni li jkunu rċevew, bl-appoġġ tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni oriġinali. Immedjatament, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-konferma tagħha li l-ammont(i) ta’ kwantitajiet mitlub(a) huma disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha jkunu waslu n-notifiki ta’ l-Istati Membri.

2.   It-talbiet inklużi fin-notifiki lill-Kummissjoni se jkunu validi jekk f’kull każ jistabbilixxu b’mod ċar il-pajjiż esportatur, il-grupp ta’ prodotti kkonċernat, l-ammonti li jridu jiġu importati, in-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, is-sena ta’ kwota u l-Istat Membru li fih huwa maħsub li l-prodotti jitqiegħdu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

3.   Safejn ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-ammont sħiħ indikat fit-talbiet innotifikati għal kull grupp ta’ prodotti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkuntattja minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa fil-każijiet fejn it-talbiet innotifikati jaqbżu l-limiti sabiex tinkiseb kjarifika u tinstab soluzzjoni malajr.

4.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni wara li jkunu informati b’kull kwantità li mhijiex użata matul iż-żmien li fih l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni tkun valida. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom jiġu awtomatikament trasferiti fil-kwantitajiet li jkun fadal tal-limiti kwantitattivi totali tal-Komunità għal kull grupp ta’ prodotti.

5.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu kkomunikati elettronikament fi ħdan in-netwerk integrat maħluq għal dan l-iskop, sakemm ma jkunx meħtieġ li temporanjament, għal raġunijiet tekniċi imperattivi, jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.

6.   L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni jew id-dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu skond il-Kapitolu II.

7.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni kkanċellata jew dokumenti ekwivalenti li diġà nħarġu f’każijiet fejn il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni korrispondenti jkunu ġew irtirati jew ikkanċellati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu ġew informati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa bl-irtirar jew il-kanċellazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkunu ġew importati fil-Komunità, il-kwantitajiet ikkonċernati għandhom jingħaddu mal-limitu kwantitattiv għas-sena li matulha tkun seħħet il-kunsinna tal-prodotti.

Artikolu 5

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3(3), 3(4) u 10(1) tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija hawnhekk awtorizzata li twettaq l-aġġustamenti meħtieġa.

Artikolu 6

1.   Fejn, wara l-inkjesti mwettqa skond il-proċeduri stipulati fil-Kapitolu III, il-Kummissjoni tinnota li l-informazzjoni fil-pussess tagħha tikkostitwixxi prova li l-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa jkunu ġew trażbordati, inbidlitilhom ir-rotta jew inkella importati fil-Komunità b’evażjoni tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li jkun hemm il-bżonn li jseħħu l-aġġustamenti meħtieġa, għandha titlob li jinfetħu konsultazzjonijiet sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim dwar l-aġġustament ekwivalenti tal-limiti kwantitattivi korrispondenti.

2.   Fl-istennija ta’ l-eżitu tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Federazzjoni Russa sabiex tieħu l-passi prekawzjonarji meħtieġa sabiex tiżgura li jkunu jistgħu jitwettqu l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi miftiehma wara dawn il-konsultazzjonijiet għas-sena li fiha ġiet ippreżentata t-talba għal konsultazzjonijiet jew għas-sena ta’ wara, jekk il-limiti kwantitattivi għas-sena kurrenti jkunu spiċċaw, fejn ikun hemm prova ċara ta’ evażjoni.

3.   Jekk il-Komunità u l-Federazzjoni Russa ma jirnexxilhomx jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li hemm prova ċara ta’ evażjoni, il-Kummissjoni għandha tnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta’ prodotti li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa.

KAPITOLU II

MODALITAJIET APPLIKABBLI GĦALL-ĠESTJONI TAL-LIMITI KWANTITATTIVI

TAQSIMA 1

Klassifikazzjoni

Artikolu 7

Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament hija msejsa fuq in-nomenklatura magħquda (NM) stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

Artikolu 8

Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, it-Taqsima tan-Nomenklatura Tariffarja u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, li ġiet stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 se teżamina b’urġenza, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, kull mistoqsija dwar il-klassifikazzjoni ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament fi ħdan in-nomenklatura magħquda sabiex tikklassifikahom fil-gruppi ta’ prodotti adattati.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Federazzjoni Russa b’kull tibdil fin-nomenklatura magħquda (NM) u l-kodiċi TARIC li jaffettwaw il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għall-anqas xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom fil-Komunità.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa b’kull deċiżjoni adottata skond il-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard minn xahar wara li tiġi adottata. Din il-komunikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

deskrizzjoni tal-prodotti kkonċernati;

(b)

il-grupp ta’ prodotti rilevanti, il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda (kodiċi NM) u l-kodiċi TARIC;

(ċ)

ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni.

Artikolu 11

1.   Fejn id-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni adottata skond il-proċeduri Komunitarji fis-seħħ tirriżulta f’bidla tal-prassi ta’ klassifikazzjoni jew f’bidla fil-grupp ta’ prodotti ta’ kull prodott kopert minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu avviż ta’ 30 jum, mid-data tan-notifika tal-Kummissjoni, qabel ma tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni.

2.   Il-prodotti kkunsinjati qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tad-deċiżjoni għandhom jibqgħu soġġetti għall-prassi ta’ klassifikazzjoni preċedenti, dejjem jekk il-prodotti kkonċernati jiddaħħlu għall-importazzjoni fi żmien 60 jum minn din id-data.

Artikolu 12

Fejn id-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni adottata skond il-proċeduri Komunitarji fis-seħħ imsemmija fl-Artikolu 11 tinvolvi grupp ta’ prodotti soġġett għal limitu kwantitattiv, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tibda konsultazzjonijiet mingħajr ebda telf ta’ żmien skond l-Artikolu 9, sabiex jintlaħaq ftehim dwar kull aġġustament meħtieġ għal-limiti kwantitattivi korrispondenti previsti fl-Anness V.

Artikolu 13

1.   Mingħajr preġudizzju għall-ebda dispożizzjoni oħra dwar dan is-suġġett, fejn il-klassifikazzjoni indikata fid-dokumentazzjoni meħtieġa għall-importazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament ma taqbilx mal-klassifikazzjoni stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih se jiġu importati, il-prodotti kkonċernati għandhom jiġu proviżorjament soġġetti għall-arranġamenti ta’ importazzjoni li, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, huma applikabbli għalihom fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni ddeterminata mill-awtoritajiet imsemmija qabel.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u b’mod partikolari jindikaw:

(a)

il-kwantitajiet ta’ prodotti involuti;

(b)

il-grupp ta’ prodotti muri fuq id-dokumentazzjoni ta’ importazzjoni u dak miżmum mill-awtoritajiet kompetenti;

(ċ)

in-numru tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-kategorija murija.

3.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri m’għandhomx joħorġu awtorizzazzjoni ġdida ta’ l-importazzjoni għall-prodotti ta’ l-azzar soġġetti għal-limiti kwantitattivi tal-Komunità stipulati fl-Anness V wara l-klassifikazzjoni mill-ġdid sakemm ikollhom konferma mill-Kummissjoni skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4 li l-ammonti li għandhom jiġu importati huma disponibbli.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi esportaturi kkonċernati bil-każijiet imsemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 13, kif ukoll f’dawk il-każijiet ta’ natura simili mqajma mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa, il-Kummissjoni, jekk ikun meħtieġ, għandha tibda konsultazzjonijiet mal-Federazzjoni Russa, sabiex jintlaħaq ftehim dwar il-klassifikazzjoni li tkun applikabbli definittivament għall-prodotti involuti fid-diżgwid.

Artikolu 15

Il-Kummissjoni, bi qbil ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru jew l-Istati Membri importatur/i u tal-Federazzjoni Russa, tista’, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14, tiddetermina l-klassifikazzjoni li tkun applikabbli definittivament għall-prodotti involuti fid-diżgwid.

Artikolu 16

Meta każ ta’ diverġenza msemmi fl-Artikolu 13 ma jkunx jista’ jissolva skond l-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, miżura li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-nomenklatura magħquda.

TAQSIMA 2

Sistema ta’ kontroll doppju għall-amministrazzjoni ta’ limiti kwantitattivi

Artikolu 17

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għandhom joħorġu liċenzja ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-kunsinni kollha ta’ prodotti ta’ l-azzar soġġetti għal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness V sal-livell ta’ dawk il-limiti.

2.   L-importatur għandu jippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni bl-iskop li tinħareġ l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 20.

Artikolu 18

1.   Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tikkonforma mal-mudell stipulat fl-Anness II u għandha tiċċertifika, inter alia, li l-kwantità ta’ prodotti kkonċernati ġiet magħduda mal-limitu kwantitattiv stabbilit għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat.

2.   Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tkopri biss wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fl-Anness I.

Artikolu 19

L-esportazzjonijiet għandhom jingħaddu mal-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti koperti mil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jkunu kkunsinjati fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(4).

Artikolu 20

1.   Safejn il-Kummissjoni skond l-Artikolu 4 tkun ikkonfermat li l-ammont mitlub huwa disponibbli fi ħdan il-limitu kwantitattiv ikkonċernat, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni, sa massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-importatur jippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni korrispondenti. Din il-preżentazzjoni trid isseħħ sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena li fiha l-prodotti koperti mil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jkunu ġew ikkunsinjati. L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru irrispettivament mill-Istat Membru indikat fil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, safejn il-Kummissjoni tkun ikkonfermat, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4, li l-ammont mitlub huwa disponibbli fi ħdan il-limitu kwantitattiv ikkonċernat.

2.   L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data li fiha jinħarġu. Fuq talba motivata minn importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jestendu t-tul ta’ żmien tal-validità għal perjodu ulterjuri li ma jaqbiżx l-erba’ xhur.

3.   L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jitfasslu skond il-mudell stipulat fl-Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

4.   Id-dikjarazzjoni jew it-talba magħmula mill-importatur sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni għandu jkollha:

(a)

l-isem sħiħ u l-indirizz ta’ l-esportatur;

(b)

l-isem sħiħ u l-indirizz ta’ l-importatur;

(ċ)

id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti u l-kodiċi TARIC tagħhom;

(d)

il-pajjiż ta’ oriġini tal-prodotti;

(e)

il-pajjiż tal-kunsinna;

(f)

il-grupp ta’ prodotti adattat u l-kwantità għall-prodotti kkonċernati;

(g)

il-piż nett skond l-intestatura NM;

(h)

il-valur cif tal-prodotti fil-fruntiera tal-Komunità skond l-intestatura NM;

(i)

fejn xieraq, id-dati tal-ħlas u tal-kunsinna u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt tax-xiri;

(j)

id-data u n-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni;

(k)

kull kodiċi intern użat għal finijiet amministrattivi;

(l)

id-data u l-firma ta’ l-importatur.

5.   L-importaturi m’għandhomx ikunu obbligati li jimportaw il-kwantità kollha koperta b’awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni f’kunsinna waħda.

6.   L-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni tista’ tinħareġ b’mezzi elettroniċi sakemm l-uffiċċji doganali involuti jkollhom aċċess għad-dokument permezz ta’ netwerk tal-kompjuter.

Artikolu 21

Il-validità ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għandha tkun soġġetta għall-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-kwantitajiet indikati fil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa li abbażi tagħhom inħarġu l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 22

L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni jew id-dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 2(2) u mingħajr diskriminazzjoni għal kwalunkwe importatur fil-Komunità, ikun fejn ikun il-post ta’ l-istabbiliment fil-Komunità, mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet oħra meħtieġa skond ir-regoli attwali.

Artikolu 23

1.   Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti mil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-Federazzjoni Russa għal grupp ta’ prodotti partikolari matul kwalunkwe sena jaqbżu l-limitu kwantitattiv stabbilit għal dak il-grupp ta’ prodotti, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jiġu informati minnufih sabiex jissospendu l-ħruġ ulterjuri ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni. F’dan il-każ, għandhom minnufih jinbdew konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jirrifjutaw li joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għal prodotti li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa li mhumiex koperti mil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

TAQSIMA 3

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 24

1.   Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini msemmi fl-Artikolu 2 jistgħu jinkludu kopji addizzjonali indikati kif xieraq bħala tali. L-oriġinal u l-kopji ta’ dawn id-dokumenti għandhom jinkitbu bl-Ingliż.

2.   Jekk id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 jimtlew bl-id, l-entrati jeħtiġilhom isiru bil-linka u b’ittri kbar.

3.   Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jew id-dokumenti ekwivalenti u ċ-ċertifikati ta’ l-oriġini għandu jkollhom daqs ta’ 210 × 297 mm. Il-karta li tintuża għandha tkun bajda u tal-kitba, skond il-qies imsemmi, ma jkollhiex polpożità mekkanika, u ma tkunx tiżen inqas minn 25 g/m2. Kull parti għandu jkollha disinn guilloche ipprintjat fl-isfond li jagħmel kull falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi tidher fl-għajn.

4.   L-oriġinal biss għandu jkun aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri bħala validu għal raġunijiet ta’ importazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.   Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew dokument ekwivalenti u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini għandu jkollhom numru tas-serje standardizzat, kemm jekk huwa stampat u kemm jekk mhuwiex, li bih ikun jistgħu jiġu identifikati.

6.   Dan in-numru għandu jkun kompost mill-elementi li ġejjin:

żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż esportatur kif ġej:

RU

=

il-Federazzjoni Russa

żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru destinatarju kif ġej:

BE

=

Il-Belġju

BG

=

Il-Bulgarija

CZ

=

Ir-Repubblika Ċeka

DK

=

Id-Danimarka

DE

=

Il-Ġermanja

EE

=

L-Estonja

EL

=

Il-Greċja

ES

=

Spanja

FR

=

Franza

IE

=

L-Irlanda

IT

=

L-Italja

CY

=

Ċipru

LV

=

Il-Latvja

LT

=

Il-Litwanja

LU

=

Il-Lussemburgu

HU

=

L-Ungerija

MT

=

Malta

NL

=

L-Olanda

AT

=

L-Awstrija

PL

=

Il-Polonja

PT

=

Il-Portugall

RO

=

Ir-Rumanija

SI

=

Is-Slovenja

SK

=

Is-Slovakkja

FI

=

Il-Finlandja

SE

=

L-Iżvezja

GB

=

Ir-Renju Unit,

numru ta’ ċifra waħda li jidentifika s-sena ta’ kwota korrispondenti ma’ l-aħħar ċifra fis-sena kkonċernata, pereżempju “7” għas-sena 2007;

numru b’żewġ ċifri li jidentifika l-uffiċċju tal-ħruġ tal-liċenzji fil-pajjiż esportatur;

numru b’ħames ċifri li jsegwi b’mod konsekuttiv minn 00001 sa 99999 li jkun allokat lill-Istat Membru speċifiku ta’ destinazzjoni.

Artikolu 25

Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jistgħu jinħarġu wara l-kunsinna tal-prodotti li jirreferu għalihom. F’dawn il-każijiet għandu jkollhom fuqhom il-kliem “maħruġ/a retrospettivament”.

Artikolu 26

Fil-każ ta’ serq, telf jew qerda ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew ċertifikat ta’ l-oriġini, l-esportatur jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dokument sabiex toħroġ kopja abbażi tad-dokumenti ta’ l-esportazzjoni fil-pussess tiegħu. Il-liċenzja jew ċertifikat duplikat maħruġ b’dan il-mod għandu juri l-kliem “duplikat”.

Id-duplikat għandu juri d-data tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat oriġinali.

TAQSIMA 4

Liċenzja għall-importazzjoni fil-komunità – formola komuni

Artikolu 27

1.   Il-formoli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 iridu jikkonformaw mal-mudell tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni stipulat fl-Anness III.

2.   Il-formoli għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u estratti minnhom għandhom isiru f’żewġ kopji, waħda, immarkata “Kopja tad-detentur” u ġġib in-numru 1 maħruġa lill-applikant, u l-oħra, immarkata “Kopja ta’ l-awtorità ta’ ħruġ” u ġġib in-numru 2, sabiex tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal finijiet ta’ amministrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali mal-formola 2.

3.   Il-formoli għandhom jiġu stampati fuq karta bajda mingħajr polpa mekkanika, mħejjija għall-kitba u li tiżen bejn 55 u 65 g/m2. Id-daqs tagħhom għandu jkun ta’ 210 × 297 mm; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun ta’ 4.24 mm (wieħed minn sitta ta’ pulzier); il-format tal-formoli għandu jiġi segwit eżatt. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-liċenzja nnifisha, apparti dan għandu jkollhom disinn guilloche stampat bl-aħmar fl-isfond sabiex jikxef kull falsifikazzjoni b’mezzi kimiċi u mekkaniċi.

4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu jiġu stampati wkoll minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru li fih huma stabbiliti. F’dan il-każ, ir-referenza għall-ħatra mill-Istat Membru trid tidher fuq kull formula. Kull formola għandha ġġib fuqha l-isem u l-indirizz ta’ l-istampatur jew marka li biha l-istampatur ikun identifikat.

5.   Mal-ħruġ, il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jew l-estratti għandhom jingħataw numru tal-ħruġ stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru. In-numru tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jiġi nnotifikat elettronikament lill-Kummissjoni fi ħdan in-netwerk integrat stabbilit skond l-Artikolu 4.

6.   Il-liċenzji u l-estratti għandhom jitlestew bil-lingwa uffiċjali, jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ l-Istat Membru li jkun ħariġhom.

7.   Fil-kaxxa 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw il-grupp xieraq tal-prodotti ta’ l-azzar.

8.   Il-marki ta’ l-aġenziji li joħorġu l-liċenzji u ta’ l-awtoritajiet debitanti għandhom jiġu applikati permezz ta’ timbru. Madankollu, stampa b’tipa mbuzzata flimkien ma’ ittri jew figuri miksuba permezz ta’ perforazzjoni, jew stampar fuq il-liċenzja jistgħu jintużaw minflok it-timbru ta’ l-awtorità tal-ħruġ. L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji għandhom jużaw kull metodu mhux falsifikabbli sabiex jirrekordjaw il-kwantità allokata b’tali mod li jagħmluha impossibbli li jiżdiedu ċifri jew referenzi.

9.   In-naħa ta’ wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha jistgħu jitniżżlu l-kwantitajiet, sew mill-awtoritajiet doganali meta jimtlew il-formalitajiet ta’ importazzjoni, kif ukoll mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju maħsub għad-debiti fuq liċenzja jew estratt minnha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu paġna jew aktar li fuqha jkun hemm kaxex bħal dawk li hemm fuq wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 tal-liċenzja jew ta’ l-estratt. L-awtoritajiet debitanti għandhom jagħmlu t-timbru tagħhom sabiex nofsu jkun fuq il-liċenzja jew estratt minnha u n-nofs l-ieħor ikun fuq il-paġna miżjuda. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda, għandu jsir timbru ieħor bl-istess mod fuq kull paġna u l-paġna ta’ qabilha.

10.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-estratti maħruġa, u l-entrati u l-approvazzjonijiet magħmula, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru wieħed għandu jkollhom l-istess effett legali f’kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra bħad-dokumenti maħruġa, u l-entrati u l-approvazzjonijiet magħmula, mill-awtoritajiet ta’ dawn l-Istati Membri.

11.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn indispensabbli, jeħtieġu li l-kontenut tal-liċenzji jew l-estratti jkun tradott fil-lingwa uffiċjali jew f’wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru.

KAPITOLU III

KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 28

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri bl-ismijiet u bl-indirizzi ta’ l-awtoritajiet fil-Federazzjoni Russa li huma kompetenti għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ l-oriġini u l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni, flimkien ma’ kampjuni tat-timbri użati minn dawn l-awtoritajiet.

Artikolu 29

1.   Verifiki sussegwenti ta’ ċertifikati ta’ l-oriġini jew ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandhom isiru b’għażla każwali, jew kull meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jkollhom dubju raġjonevoli rigward l-awtentiċità taċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, jew inkella rigward il-korrettezza ta’ l-informazzjoni dwar l-oriġini vera tal-prodotti kkonċernati.

F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jibagħtu lura lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew kopja ta’ dawn, filwaqt li, fejn xieraq, jagħtu r-raġunijiet ta’ forma jew sustanza għall-inkjesta. Jekk il-fattura tkun intbagħtet, tali fattura jew kopja tagħha għandha tinhemeż maċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew mal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew kopja tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iressqu wkoll kull informazzjoni li tkun ingħatat li tagħti x’tifhem li l-partikolaritajiet mogħtija fuq iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew fuq il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni huma żbaljati.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għal verifiki sussegwenti ta’ dikjarazzjonijiet ta’ l-oriġini.

3.   Ir-riżultati tal-verifiki sussegwenti li jitwettqu skond il-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità sa mhux aktar tard minn tliet xhur. L-informazzjoni kkomunikata għandha tindika jekk iċ-ċertifikat, il-liċenzja jew id-dikjarazzjoni li dwaru/ha jkun hemm dubju japplikax/tapplikax għall-prodotti li jkunu ġew esportati tassew, u jekk il-prodotti jistgħux jiġu esportati fil-Komunità taħt dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jistgħu jitolbu wkoll kopji tad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa sabiex il-fatti jiġu ddeterminati bis-sħiħ, inkluża, b’mod partikolari, l-oriġini tal-prodotti.

4.   Jekk dawn il-verifiki jikxfu xi abbuż jew irregolaritajiet kbar fl-użu li jkun sar minn dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ l-oriġini, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan il-fatt. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

5.   Ir-rikors b’mod kawżali għall-proċedura speċifikata f’dan l-Artikolu ma għandux ikun ta’ ostaklu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti kkonċernati.

Artikolu 30

1.   F’każijiet fejn il-proċedura ta’ verifika msemmija fl-Artikolu 29 jew fejn l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità, tindika li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jkunu qed jinkisru, l-awtoritajiet imsemmija għandhom jitolbu lill-Federazzjoni Russa twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa, jew tagħmel arranġamenti sabiex jitwettqu dawn l-investigazzjonijiet rigward operati li jkunu jew jidhru li jkunu qed jiksru d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Ir-riżultati ta’ dawn l-inkjesti għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità flimkien ma’ kull informazzjoni oħra rilevanti li tippermetti li tiġi stabbilita l-oriġini vera tal-prodotti.

2.   Skond l-azzjoni meħuda bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jistgħu jaqsmu kull informazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa li titqies utli fil-prevenzjoni tal-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

3.   Fejn jiġi stabbilit li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jkunu nkisru, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tevita li jerġa’ jseħħ dan il-ksur.

Artikolu 31

Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-azzjoni li jkunu ħadu u bir-riżultati miksuba.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 32

Ir-Regolament (KE) Nru 1872/2006 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 33

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il–President

J. SILVA


(1)   ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.

(2)  Ara paġna 52 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)   ĠU L 256, 7.9.1987 p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).

(4)   ĠU L 360, 19.12.2006, p. 41.


ANNESS I

SA Prodotti rrumblati ċatt (flat-rolled)

SA1. Koljaturi

 

7208 10 00 00

 

7208 25 00 00

 

7208 26 00 00

 

7208 27 00 00

 

7208 36 00 00

 

7208 37 00 10

 

7208 37 00 90

 

7208 38 00 10

 

7208 38 00 90

 

7208 39 00 10

 

7208 39 00 90

 

7211 14 00 10

 

7211 19 00 10

 

7219 11 00 00

 

7219 12 10 00

 

7219 12 90 00

 

7219 13 10 00

 

7219 13 90 00

 

7219 14 10 00

 

7219 14 90 00

 

7225 30 30 10

 

7225 40 15 10

 

7225 50 20 10

 

7225 30 10 00

 

7225 30 90 00

SA2. Pjanċi Tqal

 

7208 40 00 10

 

7208 51 20 10

 

7208 51 20 91

 

7208 51 20 93

 

7208 51 20 97

 

7208 51 20 98

 

7208 51 91 00

 

7208 51 98 10

 

7208 51 98 91

 

7208 51 98 99

 

7208 52 91 00

 

7208 52 10 00

 

7208 52 99 00

 

7208 53 10 00

 

7211 13 00 00

SA3. Prodotti oħra rrumblati ċatt

 

7208 40 00 90

 

7208 53 90 00

 

7208 54 00 00

 

7208 90 80 10

 

7209 15 00 00

 

7209 16 10 00

 

7209 16 90 00

 

7209 17 10 00

 

7209 17 90 00

 

7209 18 10 00

 

7209 18 91 00

 

7209 18 99 00

 

7209 25 00 00

 

7209 26 10 00

 

7209 26 90 00

 

7209 27 10 00

 

7209 27 90 00

 

7209 28 10 00

 

7209 28 90 00

 

7209 90 80 10

 

7210 11 00 10

 

7210 12 20 10

 

7210 12 80 10

 

7210 20 00 10

 

7210 30 00 10

 

7210 41 00 10

 

7210 49 00 10

 

7210 50 00 10

 

7210 61 00 10

 

7210 69 00 10

 

7210 70 10 10

 

7210 70 80 10

 

7210 90 30 10

 

7210 90 40 10

 

7210 90 80 91

 

7211 14 00 90

 

7211 19 00 90

 

7211 23 30 91

 

7211 23 80 91

 

7211 29 00 10

 

7211 90 80 10

 

7212 10 10 00

 

7212 10 90 11

 

7212 20 00 11

 

7212 30 00 11

 

7212 40 20 10

 

7212 40 20 91

 

7212 40 80 11

 

7212 50 20 11

 

7212 50 30 11

 

7212 50 40 11

 

7212 50 61 11

 

7212 50 69 11

 

7212 50 90 13

 

7212 60 00 11

 

7212 60 00 91

 

7219 21 10 00

 

7219 21 90 00

 

7219 22 10 00

 

7219 22 90 00

 

7219 23 00 00

 

7219 24 00 00

 

7219 31 00 00

 

7219 32 10 00

 

7219 32 90 00

 

7219 33 10 00

 

7219 33 90 00

 

7219 34 10 00

 

7219 34 90 00

 

7219 35 10 00

 

7219 35 90 00

 

7225 40 12 90

 

7225 40 90 00

SA4. Prodotti llegati

 

7226 20 00 10

 

7226 91 20 00

 

7226 91 91 00

 

7226 91 99 00

 

7226 99 70 10

SA5. Folji quarto llegati

 

7225 40 12 30

 

7225 40 40 00

 

7225 40 60 00

 

7225 99 00 10

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin

 

7225 50 80 00

 

7225 91 00 10

 

7225 92 00 10

 

7226 92 00 10

Prodotti twal SB

SB1. Travi

 

7207 19 80 10

 

7207 20 80 10

 

7216 31 10 00

 

7216 31 90 00

 

7216 32 11 00

 

7216 32 19 00

 

7216 32 91 00

 

7216 32 99 00

 

7216 33 10 00

 

7216 33 90 00

SB2. Vireg tal-wajer

 

7213 10 00 00

 

7213 20 00 00

 

7213 91 10 00

 

7213 91 20 00

 

7213 91 41 00

 

7213 91 49 00

 

7213 91 70 00

 

7213 91 90 00

 

7213 99 10 00

 

7213 99 90 00

 

7221 00 10 00

 

7221 00 90 00

 

7227 10 00 00

 

7227 20 00 00

 

7227 90 10 00

 

7227 90 50 00

 

7227 90 95 00

SB3. Oħrajn twal

 

7207 19 12 10

 

7207 19 12 91

 

7207 19 12 99

 

7207 20 52 00

 

7214 20 00 00

 

7214 30 00 00

 

7214 91 10 00

 

7214 91 90 00

 

7214 99 10 00

 

7214 99 31 00

 

7214 99 39 00

 

7214 99 50 00

 

7214 99 71 00

 

7214 99 79 00

 

7214 99 95 00

 

7215 90 00 10

 

7216 10 00 00

 

7216 21 00 00

 

7216 22 00 00

 

7216 40 10 00

 

7216 40 90 00

 

7216 50 10 00

 

7216 50 91 00

 

7216 50 99 00

 

7216 99 00 10

 

7218 99 20 00

 

7222 11 11 00

 

7222 11 19 00

 

7222 11 81 00

 

7222 11 89 00

 

7222 19 10 00

 

7222 19 90 00

 

7222 30 97 10

 

7222 40 10 00

 

7222 40 90 10

 

7224 90 02 89

 

7224 90 31 00

 

7224 90 38 00

 

7228 10 20 00

 

7228 20 10 10

 

7228 20 10 91

 

7228 20 91 10

 

7228 20 91 90

 

7228 30 20 00

 

7228 30 41 00

 

7228 30 49 00

 

7228 30 61 00

 

7228 30 69 00

 

7228 30 70 00

 

7228 30 89 00

 

7228 60 20 10

 

7228 60 80 10

 

7228 70 10 00

 

7228 70 90 10

 

7228 80 00 10

 

7228 80 00 90

 

7301 10 00 00


ANNESS II

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

Image 8

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

СПИСЪК НА КОМПЕТЕНТНИТЕ НАЦИОНАЛНИ ВЛАСТИ

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITA NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

LISTA WŁAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

LISTA AUTORITĂȚILOR NAȚIONALE COMPETENTE

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

 

BELGIQUE/BELGIË

Service public fédéral économie, PME, Classes Moyennes & Énergie

Direction générale du potentiel économique

Service licences

Rue de Louvain 44

B-1000 Bruxelles

Fax 32-2 548 65 70

Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand en Energie

Algemene Directie Economisch Potentieel

Dienst Vergunningen

Leuvenseweg 44

B-1000 Brussel

Fax +32-2-5486570

 

БЪЛГАРИЯ

Министерство на икономиката и енергетиката

Дирекция “Регистриране, лицензиране и контрол”

ул. “Славянска” № 8

1052 София

Факс: +35929815041

(Fax)

+35929804710

+35929883654

 

ČESKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

Fax: +420-22421 21 33

 

DANMARK

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Langelinie Allé 17

DK-2100 København Ø

Fax (45) 35 46 60 01

 

DEUTSCHLAND

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle

(BAFA)

Frankfurter Straße 29—35

D-65760 Eschborn 1

Fax + 49-6196-90 88 00

 

EESTI

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Faks: +372 6313 660

 

IRELAND

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

Dublin 2

Ireland

Fax (353-1) 631 25 62

 

ΕΛΛΑΔΑ

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών,

Εμπορικής Άμυνας

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Φαξ (30) 210-328 60 94

 

ESPAÑA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana, 162

E-28046 Madrid

Fax (34) 913 49 38 31

 

FRANCE

Ministère de l'Économie, des Finances et de l'Emploi

Direction générale des entreprises

Sous-direction des biens de consommation

Bureau textile-importations

Le Bervil, 12 rue Villiot

F-75572 Paris Cedex 12

Fax + 33-1 53 44 91 81

 

ITALIA

Ministero del Commercio internazionale

Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi

Viale America 341

I-00144 Roma

Fax + 39-6-59 93 22 35/59 93 26 36

 

KYΠPOΣ

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Οδός Ανδρέα Αραούζου αρ. 6

CY-1421 Λευκωσία

Φαξ (357) 22-37 51 20

 

LATVIJA

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV-1519 Rīga

Fax: +371-728 08 82

 

LIETUVA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Prekybos departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

Faksas +370-5 262 39 74

 

LUXEMBOURG

Ministère de l'Économie et du Commerce extérieur

Office des licences

BP 113

L-2011 Luxembourg

Fax +352 46 61 38

 

MAGYARORSZÁG

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

HU-1024 Budapest

Fax: + 36-1-336 73 02

 

MALTA

Diviżjoni għall-Kummerċ

Servizzi Kummerċjali

Lascaris

MT-Valletta CMR02

Fax + 356-25-69 02 99

 

NEDERLAND

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Postbus 30003, Engelse Kamp 2

NL-9700 RD Groningen

Fax + 31-50-523 23 41

 

ÖSTERREICH

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Außenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A-1011 Wien

Fax +43-1-7 11 00/83 86

 

POLSKA

Ministerstwo Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

PL-00-507 Warszawa

Faks: (48-22) 693 40 21/693 40 22

 

PORTUGAL

Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo, Edifício da Alfândega de Lisboa

PT-1140-060 Lisboa

Fax: + 351-218 814 261

 

ROMÂNIA

Ministerul pentru Întreprinderi Mici și Mijlocii, Comerț, Turism și Profesii Liberale

Direcția Generală Politici Comerciale

Str. Ion Câmpineanu, nr. 16

București, sector 1

Cod poștal 010036

Tel.: (40-21) 315 00 81,

Fax: (40-21) 315 04 54,

e-mail: clc@dce.gov.ro

 

SLOVENIJA

Ministrstvo za finance

Carinska uprava Republike Slovenije

Carinski urad Jesenice

Spodnji plavž 6C

SI-4270 Jesenice

Fax + 386-4-297 44 56

 

SLOVENSKO

Odbor obchodnej politiky

Ministerstvo hospodárstva

Mierová 19

SK-827 15 Bratislava 212

Fax + 421-2-48 54 31 16

 

SUOMI/FINLAND

Tullihallitus

PL 512

FI-00101 Helsinki

Faksi (+ 358-20) 492 28 52

Tullstyrelsen

PB 512

FI-00101 Helsingfors

Fax (+ 358-20) 492 28 52

 

SVERIGE

Kommerskollegium

Box 6803

S-113 86 Stockholm

Fax (46-8) 30 67 59

 

UNITED KINGDOM

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House — West Precinct

Billingham

UK-TS23 2NF

Fax: + 44-1642-36 42 69


ANNESS V

LIMITI KWANTITATTIVI

(tunnellati)

Prodotti

Is-Sena 2007

Is-Sena 2008

SA. Prodotti ċatti

SA1. Koljaturi

1 042 090

1 035 000

SA2. Pjanċi tqal

270 820

275 000

SA3. Prodotti ċatti oħra

565 770

595 000

SA4. Prodotti llegati

94 860

105 000

SA5. Folji quarto llegati

20 460

25 000

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin

105 000

110 000

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

55 800

55 000

SB2. Vireg tal-wajer

275 000

324 000

SB3. Prodotti oħra twal

474 200

507 000

Nota: SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti

SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti


17.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/24


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1343/2007

tat-13 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta meħtieġa għat-twettiq tal-Politika Komuni tas-Sajd.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 (2) jistabbilixxi li l-ewwel Programm Komunitarju u l-ewwel perjodu ta’ programmar għandhom ikopru l-perjodu mill-2002 sa l-2006.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 għandu jinbidel b’Regolament ġdid sabiex jiġu implimentati approċċi ġodda għall-ġestjoni tas-sajdiet. Tali approċċi jinkludu t-transizzjoni minn ġestjoni bbażata fuq l-istokkijiet tal-ħut għal ġestjoni bbażata fuq il-flotta u ż-żona tas-sajd, kif ukoll l-approċċ ta’ l-ekosistema. Sakemm jiġi adottat dak ir-Regolament il-ġdid, jeħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ieħor ta’ programmar li jkopri s-snin 2007 u 2008 sabiex jiġi żgurat programmar konsistenti u sinkronizzat fil-livell Komunitarju u l-livell nazzjonali.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1543/2000 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif jixraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

Artikolu 5(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, skond l-istruttura definita fl-Anness I, programm Komunitarju minimu li jkopri l-informazzjoni li hi meħtieġa assolutament għall-evalwazzjonijiet xjentifiċi, u programm Komunitarju estiż li għandu jinkludi, flimkien ma’ l-informazzjoni li tinsab fil-programm minimu, informazzjoni li x’aktarx ittejjeb sostanzjalment l-evalwazzjonijiet xjentifiċi. L-ewwel programm Komunitarju għandu jkopri s-snin 2002 sa l-2006 kollha u t-tieni programm Komunitarju għandu jkopri s-snin 2007 u 2008.”;

2.

Artikolu 6(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Kull Stat Membru għandu jfassal programm nazzjonali ta’ ġbir u ġestjoni tad-dejta. L-ewwel perjodu ta’ programmar għandu jkopri s-snin 2002 sa 2006 kollha. It-tieni perjodu ta’ programmar għandu jkopri s-snin 2007 u 2008. Il-programm għandu jiddeskrivi l-ġbir tad-dejta dettaljata u l-ipproċessar meħtieġ għall-produzzjoni tad-dejta aggregata konformi mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3. Għandu jispeċifika r-rabtiet bejnu u l-programmi Komunitarji mfassla taħt l-Artikolu 5.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ottubru 2007 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)   ĠU L 176, 15.7.2000, p. 1.


17.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1344/2007

tas-16 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

62,4

MK

38,2

TR

85,6

ZZ

62,1

0707 00 05

JO

196,3

MA

68,0

TR

99,7

ZZ

121,3

0709 90 70

MA

63,5

TR

89,0

ZZ

76,3

0805 20 10

MA

72,8

ZZ

72,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

39,6

IL

68,7

TR

77,2

UY

98,5

ZZ

71,0

0805 50 10

AR

73,2

TR

102,3

ZA

55,0

ZZ

76,8

0806 10 10

BR

228,7

TR

124,9

US

285,7

ZZ

213,1

0808 10 80

AR

91,9

BR

82,0

CA

95,9

CL

86,0

CN

97,1

MK

33,9

US

102,7

ZA

81,3

ZZ

83,9

0808 20 50

AR

49,3

CN

56,8

TR

105,2

ZZ

70,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1345/2007

tal-15 ta’ Novembru 2007

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċertu merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u partikolarment l-Artiklu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni tal-merkanziji li jissemmew fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu wkoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdivizjoni addizzjonali magħha u li hija mwaqqfa permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni tat-tariffi u miżuri oħra dwar il-kummerċ fil-merkanzija.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda.

(4)

Hu xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik l-iskeda.

Artikolu 2

Informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi invokata għal perijodu ta' tliet xhur skond Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 (ĠU L 286, 31.10.2007, p. 1)

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Klassifkazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Iż-żejt tal-ġoġoba li kien modifikat b’mod kimiku permezz ta' l-idroġenizazzjoni iżda li ma kienx maħdum iktar (taħlita ta' esteri saturati). Iż-żejt fih inqas minn 50 % tal-piż aċidi xaħmin ħielsa.

Il-prodott huwa ppreżentat f'forma ta' trab jew ħbub.

Il-prodott huwa intenzjonat għall-użu bħala ingredjent għall-manifattura ta' prodotti kosmetiċi.

Il-prodott huwa ppreżentat f’pakki diretti ta’ piż nett ta’ aktar minn 1 kg.

1516 20 96

Il-klassifikazzjoni hija determinata skond ir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, Nota 5 (a) għal Kapitlu 34 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 1516 , 1516 20 u 1516 20 96 .

Titlu 1515 dwar xaħmijiet u żjut vegetali fissi oħrajn jinkludi speċifikament żejt tal-ġoġoba u għalhekk dan ta’ l-aħħar għandu jitqies bħala żejt veġetali (ara wkoll in-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għal titlu 1515 , paragrafu 6).

Madanakollu, billi ż-żejt tal-ġoġoba kien modifikat b’mod kimiku, ma jistax ikun ikklassifikat f’titlu 1515 .

Għalkemm il-prodott min-natura tiegħu għandu mix-xema', huwa eskluż minn titlu 3404 (ara n-Nota 5 għal Kapitlu 34, esklużjonijiet (a), u n-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għal titlu 3404 , esklużjonijiet paragrafu (b)).

Il-prodott għandu jkun ikklassifikat f’titlu 1516 , li jinkludi żjut veġetali idroġenizzati.

2.

Żejt tal-ġoġoba li kien modifikat b’mod kimiku permezz ta' l-idroġenizazzjoni maħdum aktar permezz tat-testurizzazzjoni (texturation).

Dan il-prodott, ġeneralment magħruf bħala “esteri taż-żejt tal-ġoġoba” huwa ppreżentat f'forma ta' trab, ħbub jew pejst jixbaħ lix-xema'.

Il-prodott huwa intenzjonat għall-użu bħala ingredjent għall-manifattura ta' prodotti kosmetiċi.

Il-prodott mhux tajjeb għall-ikel u mhux intenzjonat għall-użu fi prodotti ta' l-ikel.

1518 00 99

Il-klassifikazzjoni hija determinata skond ir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, Nota 5 (a) għal Kapitlu 34 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 1518 00 u 1518 00 99 .

Titlu 1515 dwar xaħmijiet u żjut oħrajn fissi veġetali jinkludi speċifikament iż-żejt tal-ġoġoba u għalhekk għandu jitqies bħala żejt veġetali (ara wkoll in-Noti ta' Spjega għas-Sistema Armonizzata ta' titlu 1515 , paragrafu (6)).

Madanakollu, billi ż-żejt tal-ġoġoba kien modifikat b’mod kimiku, dan il-prodott ma jistax ikun ikklassifikat f’titlu 1515 .

Billi l-prodott saritlu aktar preparazzjoni (testurizzazzjoni (texturation)), ma jistax ikun ikklassifikat f’titlu 1516 .

Billi l-prodott mhux tajjeb għall-ikel u mhux użat fi preparazzjonijiet ta' l-ikel, ma jistax ikun ikklassifikat f’titlu 1517 .

Għalkemm il-prodott min-natura tiegħu jixbaħ lix-xema', mhux inkluż f’titlu 3404 (ara n-Nota 5 (a) għal Kapitlu 34).

Għalhekk jaqa' f’titlu 1518 , li jkopri l-preparazzjonijiet ta' żjut differenti ta’ Kapitlu 15, li mhumiex tajbin għall-ikel u li mhumiex speċifikati jew imsemmija x'imkien ieħor.

3.

Prodott magħmul minn interesterifikazzjoni/transesterifikazzjoni ta' taħlita ta' żejt tal-ġoġoba mhux ittrattat ma' żejt tal-ġoġoba idroġenizzat, li mbagħad jgħaddi minn testurizzazzjoni (texturation).

Il-prodott jista' jkun ippreżentat f'forma ta' trab jew ħbub.

Il-prodott huwa intenzjonat għall-użu bħala ingredjent għall-manifattura ta' prodotti kosmetiċi.

Il-prodott mhux tajjeb għall-ikel u mhux intenzjonat għall-użu fi prodotti ta' l-ikel.

1518 00 99

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, Nota 5 (a) għal Kapitlu 34 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 1518 00 u 1518 00 99 .

Titlu 1515 dwar xaħmijiet u żjut oħrajn fissi veġetali jinkludi speċifikament iż-żejt tal-ġoġoba u għalhekk għandu jitqies bħala żejt veġetali (ara wkoll in-Noti ta' Spjega għas-Sistema Armonizzata ta' titlu 1515 , paragrafu (6)).

Madanakollu, billi ż-żejt tal-ġoġoba kien modifikat b’mod kimiku, dan il-prodott ma jistax ikun ikklassifikat f’titlu 1515 .

Billi l-prodott saritlu aktar preparazzjoni (testurizzazzjoni (texturation)), ma jistax ikun ikklassifikat f’titlu 1516 .

Billi l-prodott mhux tajjeb għall-ikel u mhux użat fi preparazzjonijiet ta' l-ikel, ma jistax ikun ikklassifikat f’titlu 1517 .

Għalkemm il-prodott jixbaħ lix-xema', il-prodott mhux inkluż f’titlu 3404 (ara Nota 5 (a) għal Kapitlu 34).

Għalhekk jaqa' f’titlu 1518 , li jinkludi taħlitiet ta' żjut differenti ta’ Kapitlu 15, li mhumiex tajbin għall-ikel u li mhumiex speċifikati jew imsemmija x'imkien ieħor.


17.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1346/2007

tas-16 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt ta' Greenland fl-ilmijiet 3LMNO tan-NAFO min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għal politika komuni dwar is-sajd [Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)   ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

71

Stat Membru

Spanja

Stokk

GHL/N3LMNO

Speċi

Ħalibatt ta' Greenland (Reinhardtius hippoglosssoides)

Żona

NAFO 3LMNO

Data

26.10.2007


17.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1347/2007

tas-16 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS) 8

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1725/2003 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2002.

(2)

Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Standard Internazzjonali ta’ Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 Operating Segments (Segmenti Operattivi) (traduzzjoni mhux uffiċjali), minn issa 'l quddiem imsejjaħ “IFRS 8”. L-IFRS 8 jistipula r-rekwiżiti għall-iżvelar ta’ tagħrif dwar is-segmenti operattivi ta’ entità. L-IFRS 8 jissostitwixxi l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 14 dwar ir-rapportaġġ Segmentali.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) tikkonferma li l-IFRS 8 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1725/2003

“l-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 Segmenti Operattivi ”, jiddaħħal kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRS 8 kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard mid-data tal-bidu tas-sena finanzjarja 2009 tagħha.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 611/2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 49).


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TA’ RAPPORTAĠĠ FINANZJARJU

IFRS 8

IFRS 8 — SegmentI Operattivi

“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org”

STANDARD INTERNAZZJONALI TA’ RAPPORTAĠĠ FINANZJARJU 8

Segmenti operattivi

PRINĊIPJI ĊENTRALI

1

Entità għandha tiżvela informazzjoni biex tippermetti lil dawk li jagħmlu użu mir-rapporti finanzjarji tagħha biex jevalwaw in-natura u l-effetti finanzjarji ta’ l-attivitajiet tan-negozju li tidħol fihom u l-kuntesti ekonomiċi li fih topera.

FIRXA TA’ L-APPLIKAZZJONI

2

Dan l-IFRS għandu japplika:

(a)

għar-rapporti finanzjarji separati jew individwali ta’ entità:

(i)

li l-istrumenti ta’ debitu jew kapital tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża (OTC), inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii)

li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma’ kummissjoni tat-titoli finanzjarji jew organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li jinħarġu kwalunkwe sett ta’ strumenti f'suq pubbliku; kif ukoll

(b)

għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ grupp b'entità prinċipali:

(i)

li l-istrumenti ta’ debitu jew ta’ ekwità tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża (OTC), inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii)

li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha ma’ kummissjoni tat-titoli finanzjarji jew organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li jinħarġu kwalunkwe sett ta’ strumenti f'suq pubbliku.

3

Jekk entità li mhix meħtieġa biex tapplika dan l-IFRS tagħżel li tiżvela informazzjoni dwar segmenti li ma jikkonformawx ma’ dan l-IFRS, m'għandhiex tiddeskrivi l-informazzjoni bħala informazzjoni segmentali.

4

Jekk rapport finanzjarju ikun fih kemm ir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ entità prinċipali li taqa' fl-ambitu ta’ dan l-IFRS kif ukoll bħala r-rapporti finanzjarji separati ta’ l-entità prinċipali, informazzjoni segmentali tkun meħtieġa biss fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

SEGMENTI OPERATTIVI

5

Segment operattiv huwa sezzjoni minn entità:

(a)

li jidħol f'attivitajiet tan-negozju li minnhom jista’ jaqla’ u jonfoq (inkluż dħul u nfiq b'rabta ma’ transazzjonijiet ma’ sezzjonijiet oħra ta’ l-istess entità);

(b)

li r-riżultati tal-ħidma tiegħu huma regolarment analizzati mill-kap operattiv ta’ l-entità li jieħu d-deċiżjonijiet, biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati lis-segment u biex jivvaluta r-rendiment tiegħu; u

(ċ)

li għalih hija disponibbli biżżejjed informazzjoni diskreta finanzjarja.

Segment operattiv jista’ jidħol f'attivitajiet tan-negozju li minnhom għad irid ikollu dħul, pereżempju, operazzjonijiet ġodda jistgħu jkunu segmenti operattivi qabel ma jibda jkollhom dħul.

6

Mhux kull parti ta’ entità hija neċessarjament segment operattiv jew parti minn segment operattiv. Pereżempju, kwartieri tal-kumpanija jew xi dipartimenti funzjonali jistgħu ma jkunux qed idaħħlu flus jew jistgħu jdaħħlu flus li huma biss inċidentali għall-attivitajiet ta’ l-entità u ma jkunux segmenti operattivi. Għall-finijiet ta’ l-IFRS, il-pjanijiet tal-benefiċċji ta’ l-irtirar mill-impieg ta’ entità mhumiex segmenti operattivi.

7

It-term “kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet” jidentifika funzjoni, mhux neċessarjament maniġer b'titlu speċifiku. Dik il-funzjoni hija li talloka r-riżorsi lil, u tanalizza r-rendiment tas-segment operattiv ta’ entità. Spiss il-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet ta’ entità huwa l-uffiċjal kap eżekuttiv jew l-uffiċjal kap operattiv imma, pereżempju, jista’ jkun grupp ta’ diretturi eżekuttivi jew oħrajn.

8

Għal bosta entitajiet, it-tliet karatteristiċi ta’ segmenti operattivi deskritti fil-paragrafu 5, kjarament jidentifikaw is-segmenti operattivi tagħhom. Madankollu, entità tista’ tipproduċi rapporti fejn l-attivitajiet tan-negozju ġew ippreżentati b'modi diversi. Jekk il-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet juża aktar minn ġabra waħda ta’ informazzjoni segmentali, fatturi oħrajn jistgħu jidentifikaw sett singolu ta’ sezzjonijiet li jikkositwixxu s-segmenti operattivi ta’ entità, inkluż in-natura ta’ l-attivitajiet tan-negozju ta’ kull sezzjoni, l-eżistenza ta’ maniġers responsabbli għalihom, u informazzjoni ppreżentata lill-bord tad-diretturi.

9

Ġeneralment, segment operattiv ikollu maniġer tas-segment, li jkun iwieġeb direttament lil u jżomm kuntatt regolari mal-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet, li jiddiskuti attivitajiet operattivi, riżultati finanzjarji, previżjonijiet jew pjanijiet għas-segment. It-terminu “maniġer tas-segment” jidentifika funzjoni, mhux neċessarjament maniġer b'titlu speċifiku. Il-kap operattiv li jieħu d-deċizjonijiet jista’ wkoll ikun il-maniġer tas-segment għal xi segmenti operattivi. Maniġer wieħed jista’ jkun maniġer tas-segment għal aktar minn segment operattiv wieħed. Jekk il-karatteristiċi f'paragrafu 5 japplikaw għal aktar minn sett wieħed ta’ sezzjonijiet f'organizzazzjoni imma jkun hemm biss sett wieħed li għalihom il-maniġers tas-segmenti jridu jwieġbu, dan is-sett ta’ sezzjonijiet jikkostitwixxi s-segmenti operattivi.

10

Il-karatteristiċi fil-paragrafu 5 jistgħu japplikaw għal tnejn jew aktar settijiet ta’ sezzjonijiet li jikkoinċidu, li għalihom il-maniġers jinżammu responsabbli. Din l-istruttura xi drabi tissejjaħ bħala forma ta’ organizzazzjoni matriċi. Pereżempju, f'ċerti entitajiet, xi maniġers ikunu responsabbli għal linji ta’ prodotti u servizzi differenti madwar id-dinja, filwaqt li maniġers oħra jkunu responsabbli għal żoni ġeografiċi speċifiċi oħra. Il-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet regolarment janalizza r-riżultati operattivi taż-żewġ settijiet ta’ sezzjonijiet, u l-informazzjoni finanzjarja hija disponibbli dwar it-tnejn. F'dik is-sitwazzjoni, l-entità għandha tiddetermina liema sett ta’ sezzjonijiet jikkostitwixxi s-segmenti operattivi b'riferenza għall-prinċipji ta’ qofol.

SEGMENTI RAPPORTABBLI

11

Entità għandha tirrapporta separatament l-informazzjoni dwar kull segment operattiv li:

(a)

ġie identifikat skond il-paragrafi 5-10 jew jirriżulta minn aggregazzjoni ta’ tnejn jew aktar ta’ dawk is-segmenti skond il-paragrafu 12; u

(b)

jeċċedi l-limiti kwantitattivi tal-paragrafu 13.

Il-paragrafi 14-19 jispeċifikaw sitwazzjonijiet oħra li fihom għandha tiġi rrapportata informazzjoni separata dwar segment operattiv.

Kriterji ta’ l-aggregazzjoni

12

Segmenti operattivi bosta drabi juru rendiment finanzjarju fit-tul simili jekk dawn ikollhom karatteristiċi ekonomiċi simili. Pereżempju, marġni grossi medji simili għal żewġ segmenti operattivi jkunu mistennija jekk il-karatteristiċi ekonomiċi tagħhom kienu simili. Tnejn jew aktar segmenti operattivi jistgħu jiġu aggregati f'segment operattiv wieħed jekk l-aggregazzjoni tkun konsistenti mal-prinċipji ta’ qofol ta’ din l-IFRS, is-segmenti għandhom karatteristiċi simili u s-segmenti huma simili f'dan li ġej:

(a)

in-natura tal-prodotti u s-servizzi;

(b)

in-natura tal-proċessi tal-produzzjoni;

(ċ)

it-tip jew klassi ta’ klijenti għal prodotti jew servizzi tagħhom;

(d)

il-metodi użati biex jitqassmu għall-prodotti tagħhom jew biex jiġu pprovduti s-servizzi; kif ukoll

(e)

jekk applikabbli, in-natura ta’ l-ambjent regolatorju, pereżempju, l-operazzjonijiet bankarji, l-assigurazzjoni jew l-utilitajiet pubbliċi.

Limiti kwantitattivi

13

Entità għandha tirrapporta separatament l-informazzjoni dwar segment operattiv li jilħaq kwalunkwe wieħed mil-limiti kwantitattivi li ġejjin:

(a)

id-dħul irrapportat tiegħu, inkluż kemm il-bejgħ lill-klijenti esterni kif ukoll bejgħ jew trasferimenti lill-segmenti oħra, huwa 10 fil-mija jew aktar mid-dħul konsolidat, intern u estern, tas-segmenti kollha operattivi;

(b)

l-ammont assolut tal-profitt jew telf irrapportat huwa anqas minn 10 fil-mija jew aktar mill-akbar ammont, f'ammont assolut, (i) mill-profitt konsolidat irrapportat tas-segmenti operattivi kollha li ma rrapportawx telf, u (ii) mit-telf konsolidat irrapurtat tas-segmenti operattivi kollha li rrapportaw telf;

(ċ)

l-assi tiegħu huma 10 fil-mija jew aktar mill-assi kollha tas-segmenti operattivi kollha.

Segmenti operattivi li ma jilħqu l-ebda wieħed mil-limiti kwantitattivi jistgħu jitqiesu rapportabbli, u jiġu rrapportati separatament, jekk il-maniġment jemmen li l-informazzjoni dwar is-segment tista’ tkun utli għal dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji.

14

Entità tista’ tikkumbina informazzjoni dwar segmenti operattivi li ma jkunux jilħqu l-limiti kwantitattivi ma’ l-informazzjoni dwar segmenti operattivi oħra li ma jilħqux il-limiti kwantitattivi biex jirriżultaw f'segment rapportabbli, jekk biss is-segmenti operattivi jkollhom karatteristiċi ekonomiċi simili u għandhom komuni l-biċċa l-kbira tal-kriterji ta’ l-aggregazzjoni mniżżla fil-paragrafu 12.

15

Jekk it-total tad-dħul estern irrapportat mis-segmenti operattivi huwa anqas minn 75 fil-mija tad-dħul ta’ l-entità, segmenti operattivi oħra għandhom jiġu identifikati wkoll bħala segmenti rapportabbli (anki jekk dawn ma jilħqux il-kriterji fil-paragrafu 13) sakemm ta’ lanqas 75 fil-mija tad-dħul ta’ l-entità jiġi inkluż fis-segmenti rapportabbli.

16

Informazzjoni dwar attivitajiet tan-negozju oħrajn u segmenti operattivi li mhumiex rapportabbli għandha tiġi kkumbinata u żvelata f'kategorija dwar “is-segmenti l-oħra kollha” separatament mill-elementi rinkonċiljabbli l-oħra fir-rikonċiljazzjonijiet rekwiżiti mill-paragrafu 28. Is-sorsi tad-dħul inklużi fil-kategorija dwar “is-segmenti l-oħra kollha” għandhom jiġu deskritti.

17

Jekk il-maniġment jiddeċiedi li segment operattiv identifikat bħala rapportabbli fil-perjodu immedjatament preċedenti huwa ta’ importanza kontinwa, l-informazzjoni dwar dak is-segment għandha tibga’ tiġi rrapportata separatament fil-perjodu attwali ukoll jekk m'għadhiex tilħaq il-kriterji tar-rapportabbiltà fil-paragrafu 13.

18

Jekk segment operattiv jiġi identifikat bħala segment rapportabbli fil-perjodu attwali skond il-limiti kwantitattivi, data dwar is-segment għal perjodu preċedenti ppreżentat għall-skopijiet komparattivi, għandha tiġi riformulaa biex turi s-segment rapportabbli l-ġdid bħala segment separat, ukoll jekk dak is-segment ma jissodisfax il-kriterji tar-rapportabbiltà, stipulati fil-paragrafu 13, tul il-perjodu preċedenti, sakemm l-informazzjoni rekwiżita ma tkunx disponibbli u l-kost biex tiġi prodotta ma jkunx għoli żżejjed.

19

Jista’ jkun hemm limitu prattiku għall-għadd ta’ segmenti rapportabbli li entità tiżvela separatament, li meta jinqabeż l-informazzjoni dwar is-segment tista’ tkun dettaljata żżejjed. Minkejja li ma ġie deċiż l-ebda limitu preċiż, meta l-għadd ta’ segmenti rapportabbli skond il-paragrafi 13-18 jaqbeż l-għaxra, l-entità għandha tikkunsidra jekk intlaħaqx limitu prattiku.

ŻVELAR

20

Entità għandha tiżvela informazzjoni biex tippermetti lil dawk li jagħmlu użu mir-rapporti finanzjarji tagħha biex jevalwaw in-natura u l-effetti finanzjarji ta’ l-attivitajiet tan-negozju li tidħol fihom u l-kuntest ekonomiku li fih topera.

21

Biex jitwettaq il-prinċipju tal-paragrafu 20, entità għandha tiżvela li ġej għal kull perjodu li għalih ikun ippreżentat rapport finanzjarju:

(a)

informazzjoni ġenerali kif deskritt fil-paragrafu 22;

(b)

informazzjoni dwar il-profitt jew telf irrapportat tas-segment, inkluż id-dħul u l-infiq speċifikati inklużi fil-profitt jew telf irrapportati tas-segment, l-assi tas-segment, l-obbligazzjonijiet tas-segment u l-bażi tal-kalkolu, kif deskritt fil-paragrafi 23-27; kif ukoll

(ċ)

ir-rikonċiljazzjonijiet tat-totali tad-dħul tas-segment, il-profitt jew telf irrapportat tas-segment, l-assi tas-segment, l-obbligi tas-segment u elementi sostanzjali oħra tas-segment ma’ ammonti korrispondenti ta’ l-entità kif deskritt fil-paragrafu 28.

Ir-rikonċiljazzjonijiet ta’ l-ammonti fil-karta tal-bilanċi tas-segmenti rapportabbli ma’ l-ammonti fil-karta tal-bilanċi ta’ l-entità huma meħtieġa għal kull data li fiha ġiet ippreżentata karta tal-bilanċ. Informazzjoni għall-perjodi preċedenti għandha tiġi riformulata kif deskritt fil-paragrafi 29 u 30.

Informazzjoni ġenerali

22

Entità għandha tiżvela l-informazzjoni ġenerali li ġejja:

(a)

fatturi użati biex jiġu identifikati s-segmenti rapportabbli ta’ l-entità, inkluż il-bażi organizzattiva (pereżempju, jekk il-maniġment għażilx li jorganizza l-entità skond id-differenzi bejn il-prodotti u is-servizzi, skond iż-żoni ġeografiċi, il-kuntesti regolatorji, jew skond taħlita ta’ fatturi u jekk s-segmenti operattivi ġewx aggregati); u

(b)

tipi ta’ prodotti u servizzi li minnhom kull segment rapportabbli jkollu dħul.

Informazzjoni dwar profitt jew telf, assi u obbligazzjonijiet

23

Entità għandha tirrapporta kalkolu ta’ profitt jew telf u l-assi totali ta’ kull segment rapportabbli. Entità għandha tirrapporta kalkolu ta’ obbligazzjonijiet għal kull segment rapportabbli jekk tali ammont ikun regolarment ipprovdut lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet. Entità għandha wkoll tiżvela li ġej dwar kull segment rapportabbli jekk l-ammonti speċifikati jkunu inklużi fil-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment analizzat mill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet, jew xorta oħra jkunu regolarment ipprovduti lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet, anki jekk mhux inklużi f'dak il-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment:

(a)

id-dħul minn klijenti esterni;

(b)

id-dħul minn transazzjonijiet ma’ segmenti operattivi oħrajn fi-ħdan l-istess entità;

(ċ)

id-dħul mill-interessi;

(d)

l-ispiża fuq l-interessi;

(e)

id-deprezzament u l-ammortizzament;

(f)

l-elementi sostanzjali ta’ dħul u infiq żvelat skond il-paragrafu 86 u l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanazjarji [traduzzjoni mhux uffiċjali];

(g)

l-interess ta’ l-entità fil-profitt jew it-telf ta’ assoċjati jew proġetti konġunti rrappreżentati bil-metodu ta’ l-ekwità;

(h)

l-ispiża jew id-dħul mit-taxxa fuq id-dħul; kif ukoll

(i)

l-elementi sostanzjali mhux f'kontanti minbarra d-deprezzament u l-ammortizzament.

Entità għandha tirrapporta d-dħul mill-interessi separatament mill-ispiża fuq l-interessi għal kull segment rapportabbli ħlief jekk il-parti l-kbira tad-dħul tas-segment ikun mill-interessi u l-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet primarjament joqgħod fuq id-dħul nett mill-interessi biex jevalwa r-rendiment tas-segment u jieħu d-deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati lis-segment. F'dik is-sitwazzjoni, entità tista’ tirrapporta d-dħul mill-interessi ta’ dak is-segment nett mill-ispiża fuq l-interessi u tiddikjara li qed tagħmel dan.

24

Entità għandha wkoll tiżvela dan li ġej dwar kull segment rapportabbli jekk l-ammonti speċifikati jkunu inklużi fil-kalkolu ta’ l-assi tas-segment analizzat mill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet, jew xorta oħra jkunu regolarment ipprovduti lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet, ukoll jekk mhux inklużi f'dak il-kalkolu ta’ l-assi tas-segment:

(a)

l-ammont ta’ investiment f’ assoċjati jew proġetti konġunti rrappreżentati bil-metodu ta’ l-ekwità; u

(b)

l-ammonti ta’ żidiet għall-assi mhux kurrenti (1) apparti mill-istrumenti finanzjarji, assi ta’ taxxa differita, assi ta’ benefiċċji ta’ l-irtirar mill-impieg (ara l-IAS 19 Il-Benefiċċji ta’ l-Impjegat (traduzzjoni mhux uffiċjali) il-paragrafi 54-58) u drittijiet li joriġinaw minn kuntratti ta’ l-assigurazzjoni.

KALKOLU

25

L-ammont għal kull element ta’ segment irrapportat għandu jkun il-kalkolu rrapportat lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet bl-iskop li jieħu d-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi lis-segment u jevalwa r-rendiment tiegħu. Tibdil u tħassir li jsiru fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji ta’ entità u l-allokazzjoni ta’ dħul, spejjeż, u qliegħ jew telf għandhom jiġu inklużi biex jiġi determinat il-profitt jew telf irrapportat tas-segment biss fil-każ li dawn ikunu inklużi fil-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment użat mill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet. Bl-istess mod, dawk l-assi u obbligazzjonijiet biss li huma inklużi fil-kalkoli ta’ l-assi u obbligazzjonijiet tas-segment użati mill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjoni għandhom jiġu rrapportati għal dak is-segment. Jekk ammonti jiġu allokati fil-profitt jew it-telf, l-assi jew l-obbligazzjonijiet irrapportati tas-segment, dawn l-ammonti għandhom jiġu allokati b'mod raġonevoli.

26

Jekk il-kap operattiv li jieħu d-deċiżjoni juża biss kalkolu wieħed ta’ profitt jew telf ta’ segment operattiv, u ta’ l-assi jew obbligazzjonijiet tas-segment fl-evalwazzjoni tar-rendiment tas-segment u fid-deċiżjoni dwar kif jiġu allokati r-riżorsi, il-profitt jew telf, l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-segment għandhom jiġu rrapportati skond dawk il-kalkoli. Jekk il-kap operattiv li jieħu d-deċiżjoni juża aktar minn kalkolu wieħed ta’ profitt jew telf ta’ segment operattiv, u ta’ l-assi jew obbligazzjonijiet tas-segment, il-kalkoli rrapportati għandhom jkunu dawk li l-maniġment jemmen li ntgħażlu skond il-prinċipji tal-kalkolazzjoni l-aktar konsistenti ma’ dawk użati fil-kalkolu ta’ l-ammonti korrispondenti fir-rapporti finanzjarji ta’ l-entità.

27

Entità għandha tagħti spjegazzjoni tal-kalkoli ta’ profitt jew telf, l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-segment għal kull segment rapportabbli. Ta’ lanqas, entità għandha tiżvela dan li ġej:

(a)

il-bażi tal-kontabbiltà ta’ kwalunkwe transazzjonijiet bejn segmenti rapportabbli;

(b)

it-tip ta’ kwalunkwe differenzi bejn il-kalkoli tal-profitti jew telf tas-segmenti rapportabbli u l-profitt jew telf ta’ l-entità qabel l-ispiża jew dħul mit-taxxa tad-dħul u l-operazzjonijiet li ma tkomplewx (sakemm ma jkunux jidhru mir-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 28). Dawk id-differenzi jistgħu jinkludu politiki ta’ kontabbiltà u politiki ta’ allokazzjoni ta’ spejjeż minfuqa fiċ-ċentru li jkunu meħtieġa biex tinftiehem l-informazzjoni tas-segment irrapportata;

(ċ)

it-tip ta’ kwalunkwe differenzi bejn il-kalkoli ta’ l-assi tas-segmenti rapportabbli u l-assi ta’ l-entità (sakemm ma jkunux jidhru mir-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 28). Dawk id-differenzi jistgħu jinkludu politiki ta’ kontabbiltà u politiki ta’ allokazzjoni ta’ assi ta’ użu konġunt meħtieġa biex tinftiehem l-informazzjoni tas-segment irrapportata;

(d)

it-tip ta’ kwalunkwe differenzi bejn il-kalkoli ta’ l-obbligazzjonijiet tas-segmenti rapportabbli u l-obbligazzjonijiet ta’ l-entità (sakemm ma jkunux jidhru mir-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 28). Dawk id-differenzi jistgħu jinkludi politiki ta’ kontabbiltà u politiki ta’ allokazzjoni ta’ obbligazzjonijiet ta’ użu konġunt meħtieġa biex tinftiehem l-informazzjoni tas-segment irrapportata;

(e)

it-tip ta’ kwalunkwe bidliet minn perjodu preċedenti fil-metodi tal-kalkolu użati biex jiddeterminaw il-profitt jew telf irrapportat tas-segment u l-effett, fejn applikabbli, ta’ dawn il-bidliet fuq il-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment;

(f)

it-tip u l-effett ta’ kwalunkwe allokazzjonijiet asimetriċi għas-segmenti rapportabbli. Pereżempju, entità tista’ talloka spiża ta’ deprezzament lil segment mingħajr ma talloka l-assi deprezzabbli relatati lill-istess segment.

Rikonċiljazzjonijiet

28

Entità għandha tipprovdi rikonċiljazzjonijiet għal dan kollu li ġej:

(a)

it-total tad-dħul tas-segmenti rapportabbli fid-dħul ta’ l-entità;

(b)

it-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti rapportabbli fil-profitt jew telf ta’ l-entità qabel l-ispiża tat-taxxa (jew id-dħul tat-taxxa) u l-operazzjonijiet li ma jitkomplewx. Madankollu, jekk entità talloka lis-segmenti rapportabbli elementi bħal spiża tat-taxxa (jew dħul tat-taxxa), l-entità tista’ tirrikonċilja t-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti mal-profitt jew telf ta’ l-entità wara li jkunu ddaħħlu dawk l-elementi;

(ċ)

it-total ta’ l-assi tas-segmenti rapportabbli fl-assi ta’ l-entità;

(d)

it-total ta’ l-obbligazzjonijiet tas-segmenti rapportabbli mill-obbligazzjonijiet ta’ l-entità jekk l-obbligazzjonijiet tas-segment ikunu rrapportati skond il-paragrafu 23;

(e)

it-total ta’ l-ammonti tas-segmenti rapportabbli għal kull element sostanzjali informattiv ieħor żvelat fl-ammonti korrispondenti għall-entità.

L-elementi sostanzjali kollha ta’ rikonċiljazzjoni għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament. Pereżempju, l-ammont għal kull aġġustament sostanzjali meħtieġ għar-rikonċiljazzjoni tal-profitt jew telf ta’ segment rapportabbli mal-profitt jew telf ta’ entità li joriġina minn politiki differenti ta’ kontabbiltà għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament.

Dikjarar mill-ġdid ta’ informazzjoni diġà rrapportata

29

Jekk entità tbiddel l-istruttura interna ta’ l-organizzazzjoni b'mod li tikkawża bidla fil-kompożizzjoni tas-segmenti rapportabbli, l-informazzjoni korrispondenti għall-perjodi preċedenti, inkluż għall-perjodi interim, għandhom ikunu ddikjarati mill-ġdid sakemm l-informazzjoni ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv. Id-deċiżjoni dwar jekk l-informazzjoni hijiex disponibbli u jekk il-kost biex tinġabar huwiex eċċessiv tittieħed għal kull element individwali li jiġi żvelat. Wara bidla fil-kompożizzoni tas-segmenti rapportabbli tagħha, entità għandha tiżvela jekk hi ddikjaratx mill-ġdid l-elementi korrispondenti ta’ l-informazzjoni segmentali għall-perjodi preċedenti.

30

Jekk entità tbiddel l-istruttura interna ta’ l-organizzazzjoni b'mod li tikkawża bidla fil-kompożizzjoni tas-segmenti rapportabbli u jekk l-informazzjoni segmentali għall-perjodi preċedenti, inkluż il-perjodi interim, ma tkunx ġiet iddikjarata mill-ġdid biex tirrifletti l-bidla, l-entità għandha tiżvela fis-sena li fiha seħħet il-bidla l-informazzjoni segmentali għall-perjodu attwali kemm dwar il-bażi l-antika kif ukoll dwar il-bażi l-ġdida ta’ segmentazzjoni, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv.

ŻVELAR FL-ENTITÀ KOLLHA

31

Il-paragrafi 32-34 japplikaw għall-entitajiet kollha soġġetti għal din l-IFRS inkluż dawk l-entitajiet li għandhom segment rapportabbli wieħed. Xi attivitajiet ta’ negozju ta’ entitajiet mhumiex organizzati abbażi tad-differenzi fi prodotti u servizzi relatati jew tad-differenzi fiż-żoni ġeografiċi ta’ l-operazzjonijiet. Tali segmenti rapportabbli ta’ entità jistgħu jirrapportaw dħul minn firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi essenzjalment differenti, jew aktar minn segment rapportabbli wieħed tagħha jista’ jipprovdi essenzjalment l-istess prodotti u servizzi. Bl-istess mod, segmenti rapportabbli ta’ entità jistgħu jżommu assi differenti f’żoni ġeografiċi differenti u jirrapportaw dħul minn klijenti f’żoni ġeografiċi differenti, jew aktar minn segment rapportabbli wieħed tagħha jista’ jopera fl-istess żona ġeografika. L-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 32-34 għandha tingħata biss jekk ma tkunx ingħatat bħala parti mill-informazzjoni tas-segment rapportabbli kif meħtieġa minn dan l-IFRS.

Informazzjoni dwar prodotti u servizzi

32

Entità għandha tirrapporta dħul minn klijenti esterni għal kull prodott u servizz, jew kull grupp ta’ prodotti u servizzi simili, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv, u f'dan il-każ dan il-fatt għandu jiġi ddikjarat. L-ammonti ta’ dħul irrapportati għandhom ikunu ibbażati fuq l-informazzjoni finanzjarja użata biex jitħejjew ir-rapporti finanzjarji ta’ l-entità.

Informazzjoni dwar żoni ġeografiċi

33

Entità għandha tirrapporta l-informazzjoni ġeografika li ġejja, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv:

(a)

id-dħul mill-klijenti esterni (i) imqassma skond il-pajjiż fejn l-entità hija rreġistrata, u (ii) imqassma f'total skond il-pajjiżi barranin kollha li minnhom l-entità jkollha dħul. Jekk id-dħul mill-klijenti esterni mqassam skond pajjiż barrani wieħed huwa sostanzjali, dan id-dħul għandu jiġi ddikjarat separatament. Entità għandha tiżvela l-bażi tat-tqassim tad-dħul minn klijenti esterni lill-pajjiżi individwali;

(b)

assi mhux kurrenti (2) barra l-istrumenti finanzjarji, assi ta’ taxxa differita, assi tal-benefiċċji ta’ l-irtirar mill-impieg, jeddijiet li joriġinaw mill-kuntratti ta’ l-assigurazzjoni (i) li jinsabu fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni ta’ l-entità u (ii) li jinsabu fil-pajjiżi barranin kollha bħala total fejn l-entità għandha l-assi. Jekk l-assi minn pajjiż barrani wieħed ikunu sostanzjali, dawn l-assi għandhom ikunu ddikjarati separatament.

L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ibbażati fuq l-informazzjoni finanzjarja użata biex jitħejjew ir-rapporti finanzjarji ta’ l-entità. Jekk l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv, dan il-fatt għandu jiġi żvelat. Entità tista’ tipprovdi, barra l-informazzjoni meħtieġa f'dan il-paragrafu, is-subtotali ta’ l-informazzjoni ġeografika dwar gruppi ta’ pajjiżi.

Informazzjoni dwar klijenti prinċipali

34

Entità għandha tagħti informazzjoni dwar sa fejn tasal id-dipendenza tagħha fuq il-klijenti prinċipali tagħha. Jekk id-dħul minn transazzjonijiet minn klijent estern wieħed jammontaw għal 10 fil-mija jew aktar tad-dħul ta’ l-entità, l-entità għandha tiddikjara dan il-fatt, l-ammont totali tad-dħul minn kull klijent bħal dan, u l-identità tas-segment jew segmenti li qed jirrapportaw dan id-dħul. L-entità ma tinħtieġx li tiżvela l-identità ta’ klijent prinċipali jew l-ammont tad-dħul li kull segment jirrapporta minn dak il-klijent. Għall-finijiet ta’ dan l-IFRS, grupp ta’ entitajiet magħruf għall-entità li qed tirrapporta li jkun taħt kontroll komuni għandu jiġi meqjus bħala klijent wieħed, u gvern (nazzjonali, stat, provinċjali, territorjali, lokali jew barrani) u entitajiet magħrufa għall-entità li qed tirrapporta li jkunu taħt il-kontroll ta’ dak il-gvern għandhom jitqiesu bħala klijent wieħed.

DATA TA’ TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

35

Entità għandha tapplika dan l-IFRS għar-rapporti finanzjarji annwali tagħha għall-perjodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. L-applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-IFRS għar-rapporti finanzjarji għal perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2009, għandha tiżvela dan il-fatt.

36

Informazzjoni segmentali għal snin preċedenti li tkun irrapportata bħala informazzjoni komparattiva għas-sena inizjali ta’ l-applikazzjoni għandha tiġi riformulata biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din l-IFRS, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost li tinġabar ma jkunx eċċessiv.

REVOKA TA’ L-IAS 14

37

Din l-IFRS tidħol minflok l-IAS 14 Rapportar Segmentali.

(1)  Għal assi kklassifikati skond preżentazzjoni tal-likwidità, l-assi mhux kurrenti huma assi li jinkludu ammonti mistennija li jiġu rkuprati aktar minn tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ.

(2)  Għal assi kklassifikati skond preżentazzjoni tal-likwidità, l-assi mhux kurrenti huma assi li jinkudu ammonti mistennija li jiġu rkuprati aktar minn tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ.

Appendiċi A

Termini mfissra

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS.

Segmenti operattivi

Segment operattiv huwa parti minn entità:

(a)

li jidħol f'attivitajiet tan-negozju li minnhom jista' jaqla' u jonfoq (inkluż dħul u nfiq b'rabta ma’ transazzjonijiet ma’ partijiet oħra ta’ l-istess entità);

(b)

li r-riżultati tal-ħidma tiegħu huma regolarment analizzati mill-kap operattiv ta’ l-entità li jieħu d-deċiżjonijiet, biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati lis-segment u biex jivvaluta r-rendiment tiegħu; u

(ċ)

li għalih hemm disponibbli informazzjoni diskreta finanzjarja.

Appendiċi B

Emendi għal IFRSs oħra

L-emendi għal dan l-appendiċi għandhom jiġu applikati għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika dan l-IFRS għal xi perjodu aktar bikri, dawn l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu ta' qabel. Fil-paragrafi emendati, it-test il-ġdid qed ikun sottolineat u t-test imħassar maqtugħ b'linja minn nofsu.

B1

Referenzi għal IAS 14 Rapportar Segmentali ġew emendati għal IFRS 8 Segmenti Operattivi fil-paragrafi li ġejjin:

il-paragrafu 20 ta' l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati

paragrafu 130(d)(i) ta' l-IAS 36 Deterjorazzjoni ta’ l-Assi.

B2

Fl-IFRS 5 Assi mhux kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Jitkomplewx, il-paragrafu 41 huwa emendat kif ġej:

“41.

Kull entità għandha tiżvela l-informazzjoni li ġejja fin-noti għall-perjodi li fihom ass mhux kurrenti (jew grupp ta' bejgħ) kien ikklassifikat jew bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala mibjugħ:

(d)

fejn applikabbli, is-segment rapportabbli li fih l-assi mhux kurrenti (jew il-grupp ta' bejgħ) hija ppreżentata skond l-IAS 14 Rapportar Segmentali IFRS 8 Segmenti Operattivi.

B3

Fl-IFRS 6 It-Tfittxija u l-Evalwazzjoni tar-Riżorsi Minerali, il-paragrafu 21 jiġi emendat kif ġej:

21.

Entità għandha tagħżel politika ta' kontabbiltà għall-allokazzjoni ta' assi ta' tfittix u evalwazzjoni lill-unitajiet li jiġġeneraw l-flus jew kategoriji ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus għall-fini ta' l-ivvalutar ta' tali assi fir-rigward tad-deterjorazzjoni. Kull unità jew grupp ta' unitajiet li tiġġenera l-flus li għaliha ass ta' tfittix jew evalwazzjoni ġie allokat m'għandhiex tkun akbar minn segment ibbażat fuq jew il-format tar-rapportar primarju jew sekondarju ta' l-entità segment operattiv magħżul skond l-IAS 14 Rapportar Segmentali l-IFRS 8 Segmenti Operattivi .

B4

Fl-IAS 2 Inventarji, il-paragrafi 26 u 29 qed jiġu emendati kif ġej:

“26.

Pereżempju, inventarji użati f'segment tan negożju operattiv wieħed jistgħu jkollhom użu differenti għall-entità mill-istess tip ta' inventarji użati f'segment tan negożju operattiv ieħor. Madankollu, differenza fil-pożizzjoni ġeografika ta' l-inventarji (jew fir-regoli rispettivi tat-taxxa), weħida, mhix biżżejjed biex tiġġustifika l-użu ta' formuli ta' l-ikkostjar differenti.”

“29.

L-inventarji huma normalment reġistrati bil-valur nett realizzabli oġġett b'oġġett. F'ċerti ċirkostanzi, madankollu, jista' jixraq li oġġetti simili jew relatati jitgħaqdu fi grupp wieħed. Dan jista' jkun il-każ ma' oġġetti fl-inventarju relatati ma' l-istess linja tal-prodotti li jkollha miri jew użi finali simili, li jkunu prodotti u kummerċjalizzati fl-istess żona ġeografika, u li ma jistgħux jiġu valutati b'mod prattiku separatament mill-oġġetti l-oħra f'dik il-linja tal-prodotti. Mhux sewwa li l-inventarji jitqiesu abbażi ta' klassifika ta' inventarju, pereżempju, prodotti lesti, jew l-inventarji kollha f'segment industrijali jew ġeografiku operattiv partikolari. Fornituri tas-servizzi ġeneralment jakkumulaw l-ispejjeż fir-rigward ta' kull serviżż li għalih jintalab prezz tal-bejgħ separat. Għalhekk, kull tali servizz qed jiġi ttrattat bħala element separat.”

B5

Fl-IAS 7 Dikjarazzjonijiet tal-Likwidità, il-paragrafu 50 qed jiġi emendat kif ġej:

“50.

Informazzjoni addizzjonali tista' tkun rilevanti biex tinftiehem il-pożizzjoni finanzjarja u l-likwidità ta' entità. Żvelar ta' din l-informazzjoni, flimkien ma' kummentarju mill-maniġment, huma mħeġġa li jsiru u jistgħu jiġu inklużi:

(d)

l-ammont ta' ċaqliq tal-kontanti li joriġinaw mill-attivitajiet operattivi, ta' investiment jew finanzjament ta' kull segment industrijali jew ġeografiku rrapportat rapportabbli (ara IAS 14 Rapportar Segmentali IFRS 8 Segmenti Operattivi ).”

B6

Fl-IAS 19 Benefiċċji għall-Impjegati, l-eżempju mogħti biex jispjega l-paragrafu 115 qed jiġi emendat kif ġej:

“Eżempju biex jispjega l-paragrafu 115

Entità ma tkomplix b'segment tan-negozju operattiv u l-impjegati tas-segment li ma jitkompliex ma jigwadanjaw ebda benefiċċju ieħor …”

B7

Fl-IAS 33 Qliegħ kull Sehem, il-paragrafu 2 jinbidel kif ġej:

2.

Dan l-Istandard għandu japplika:

(a)

għar-rapporti finanzjarji separati jew individwali ta' entità:

(i)

li l-ishma ordinarji jew l-ishma ordinarji potenzjali tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża (OTC), inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii)

li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma' kummissjoni tat-titoli finanzjarji jew organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li jinħarġu ishma ordinarji f'suq pubbliku; kif ukoll

(b)

għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta' grupp b'entità prinċipali:

(i)

li l-ishma ordinarji jew l-ishma ordinarji potenzjali tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża (OTC), inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii)

li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma' kummissjoni tat-titoli finanzjarji jew organizzazzjoni regolatorja oħra bl-għan li jinħarġu ishma ordinanrji f'suq pubbliku.

B8

Fl-IAS 34 Rapportar Interim Finanzjarju, il-paragrafu 16 qed jiġi emendat kif ġej:

16.

Entità għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja, bħala minimu, fin-noti għar-rapporti interim finanzjarji, jekk tkun ta' importanza jew jekk ma tkunx żvelata x'imkien ieħor fir-rapport interim finanzjarju. L-informazzjoni għandha normalment tiġi rrapportata abbażi tas-sena finanzjarja sal-lum. Iżda, l-entità għandha wkoll tiżvella kwalunkwe avvenimenti jew transazzjonijiet li huma essenzjali biex jinftiehem il-perjodu interim attwali:

(g)

l-informazzjoni segmentali li ġejja dħul tas-segment u riżultati tas-segment tas-segmenti tan-negozju jew segmenti ġeografiċi, hi x'inhi l-bażi primarja ta' l-entità għar-rapportar segmentali (żvelar ta' informazzjoni data segmentali hija rekwiżita fir-rapport interim finanzjarju ta' entità jekk biss l-IAS 14 Rapportar Segmentali l-IFRS 8 Segmenti Operattivi jkunu jeħtieġu li l-entità tiżvela informazzjoni data segmentali fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha); :

(i)

dħul minn klijenti esterni, jekk mhux inkluż fil-kalkolu tal-profitt jew telf segmentali analizzat mill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet jew xorta oħra pprovdut regolarment lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet;

(ii)

dħul ġenerat bejn is-segmenti, jekk inkluż fil-kalkolu tal-profitt jew telf segmentali analizzat mill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet jew xorta oħra pprovdut regolarment lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet;

(iii)

kalkolu ta' profitt jew telf tas-segment;

(iv)

assi totali li għalihom kien hemm bidla sostanzjali mill-ammont żvelat fl-aħħar rapporti finanzjarji annwali;

(v)

deskrizzjoni tad-differenzi mill-aħħar rapporti finanzjarji annwali abbażi tas-segmentazzjoni jew abbażi tal-kalkolu tal-profitt jew telf segmentali;

(vi)

rikonċiljazzjoni tat-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti rapportabbli fil-profitt jew telf ta' l-entità qabel l-ispiża tat-taxxa (jew id-dħul tat-taxxa) u l-operazzjonijiet li ma jitkomplewx. Madankollu, jekk entità talloka lis-segmenti rapportabbli elementi bħal spiża tat-taxxa (jew dħul tat-taxxa), l-entità tista' tirrikonċilja t-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti mal-profitt jew telf wara li jkunu ddaħħlu dawk l-elementi. L-elementi sostanzjali ta' rikonċiljazzjoni għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament f'dik ir-rikonċiljazzjoni;

…”

B9

IAS 36 Deterjorazzjoni ta’ l-Assi qed tiġi emendata kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafu 80 huwa emendat kif ġej:

80.

Għall-fini ta' l-ittestjar tad-deterjorazzjoni, il-valur tat-twillija miksub f'kombinament tan-negożju għandu, mid-data ta' l-akkwist, jiġi allokat lil kull unità ta' l-akkwirent li tiġġenera l-flus, jew gruppi ta' unitajiet li jiġġeneraw l-flus, li huma mistennija jibbenefikaw mis-sinerġiji tal-kombinament, irrispettivament jekk l-assi jew l-obbligazzjonijiet l-oħra tan-negozju li qed jinbiegħ jiġux assenjati lil dawk l-unitajiet jew gruppi ta' unitajiet. Kull unità jew grupp ta' unitajiet li għalihom il-valur tat-twillija ġie allokat b'dan il-mod għandha:

(b)

ma tkunx akbar minn segment operattiv bbażati fuq jew il-format tar-rapportar primarju jew sekondarju ta' l-entità magħżul skond l-IAS 14 Rapportar Segmentali l-IFRS 8 Segmenti Operattivi .

Il-paragrafu 129 huwa emendat kif ġej:

129.

Entità li tirrapporta informazzjoni segmentali skond l-IAS 14 Rapportar Segmentali l-IFRS 8 Segmenti Operattivi għandha tiżvela li ġej għal kull segment rapportabbli bbażat fuq il-format tar-rapportar primarju ta' l-entità:

Fil-paragrafu 130, is-subparagrafi (ċ)(ii) u (d)(ii) qed jiġu emendati kif ġej:

130.

(c) (ii)

jekk l-entità tirrapporta informazzjoni segmentali skond l-IAS 14 l-IFRS 8, is-segment rapportabbli li għalih jappartjeni l-ass, ibbażat fuq il-format tar-rapportar primarju ta' l-entità.

130.

(d) (ii)

l-ammont tat-telf mid-deterjorazzjoni rikonoxxut jew miġjub lura skond il-klassi ta' l-assi u, jekk l-entità tirrapporta informazzjoni segmentali skond l-IAS 14 l-IFRS 8, skond is-segment rapportabbli bbażat fuq il-format tar-rapportar primarju ta' l-entità; kif ukoll


17.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/44


REGOLAMENT (KE) Nru 1348/2007 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta’ Novembru 2007

dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għall-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni ta’ l-ewro f’Ċipru u Malta

(BĊE/2007/11)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 19.1 u l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 47.2,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (BĊE/2003/9) (2),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew biex jimponi sanzjonijiet (3),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2001 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2001/13) (5),

Billi:

(1)

L-adozzjoni ta’ l-ewro minn Ċipru u Malta fl-1 ta’ Jannar 2008 tfisser li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fergħat ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu f’Ċipru jew Malta se jkunu suġġetti għall-obbligi tar-riżerva minn dik id-data.

(2)

L-integrazzjoni ta’ dawn l-entitajiet fis-sistema tar-riżervi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) teħtieġ l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni bla xkiel mingħajr ma jinħoloq piż sproporzjonat għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi Stati Membri parteċipanti, inklużi Ċipru u Malta.

(3)

L-Artikolu 5 ta’ l-Istatut flimkien ma’ l-Artikolu 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea jimplika obbligu għall-Istati Membri biex jiddisinjaw u jimplimentaw fil-livell nazzjonali l-miżuri kollha xierqa biex jiġbru l-informazzjoni statistika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-BĊE u biex jiżguraw il-preparazzjoni fil-ħin fil-qasam ta’ l-istatistika biex jadottaw l-ewro.

(4)

Minħabba l-Artikoli 3.5 u 4.7 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Gvernaturi tas-Central Bank of Cyprus u tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ġew mistiedna jipparteċipaw fil-proċedimenti li jwasslu għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-termini “istituzzjoni”, “obbligu tar-riżerva”, “perijodu ta’ manteniment”, “bażi tar-riżerva”, u “Stat Membru parteċipanti” għandhom l-istess tifsira bħal fir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji għal istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru jew Malta

1.   B’deroga mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), għandu jibda jiddekorri perijodu ta’ manteniment tranżitorju mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-15 ta’ Jannar 2008 għal istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru jew Malta.

2.   Il-bażi tar-riżerva għal kull istituzzjoni li tinsab f’Ċipru jew Malta għall-perijodu ta’ manteniment tranżitorju għandha tkun iddefinita fir-rigward ta’ l-elementi tal-karta tal-bilanċ tagħha skond kif din tkun fil-31 ta’ Ottubru 2007. L-istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru jew Malta għandhom jirrappurtaw il-bażi tar-riżerva tagħhom lis-Central Bank of Cyprus jew lill-Bank Ċentrali ta’ Malta rispettivament skond il-qafas tar-rappurtar tal-BĊE għall-istatistika monetarja u finanzjarja, kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13). L-istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru jew Malta li jibbenefikaw mid-deroga skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) għandhom jikkalkulaw bażi tar-riżerva għall-perijodu ta’ manteniment tranżitorju skond il-karta tal-bilanċ tagħhom skond kif din tkun fit-30 Settembru 2007.

3.   Fir-rigward tal-perijodu ta’ manteniment tranżitorju, jew l-istituzzjoni li tinsab f’Ċipru jew Malta jew il-bank ċentrali nazzjonali rispettiv tagħha għandhom jikkalkulaw ir-riżervi minimi ta’ dik l-istituzzjoni. Il-parti li tikkalkula r-riżervi minimi għandha tippreżenta l-kalkoli tagħha lill-parti l-oħra u tħalli żmien biżżejjed biex din ta’ l-aħħar tkun tista’ tivverifikahom u tippreżenta reviżjonijiet. Ir-riżervi minimi kkalkulati, inklużi kull reviżjonijiet, jekk applikabbli, għandhom ikunu kkonfermati miż-żewġ partijiet mhux aktar tard mill-11 ta’ Diċembru 2007. Jekk il-parti nnotifikata ma tikkonfermax l-ammont tar-riżervi minimi sal-11 ta’ Diċembru 2007, hija għandha titqies li tkun ikkonfermat li l-ammont ikkalkulat japplika għall-perijodu ta’ manteniment tranżitorju.

4.   L-Artikolu 3(2) sa (4) għandu japplika mutatis mutandis għal istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru sabiex dawn l-istituzzjonijiet jistgħu, għall-perijodi inizjali tagħhom ta’ manteniment, inaqqsu mill-bażi tar-riżerva tagħhom kull passiv dovut lil istituzzjonijiet f’Ċipru jew Malta, minkejja li fiż-żmien li r-riżervi minimi huma kkalkulati dawn l-istituzzjonijiet ma jidhrux fuq il-lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għall-obbligi tar-riżerva fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

L-Artikolu 3(2) sa (4) għandu japplika mutatis mutandis għal istituzzjonijiet li jinsabu f’Malta sabiex dawn l-istituzzjonijiet jistgħu, għall-perijodi inizjali tagħhom ta’ manteniment, inaqqsu mill-bażi tar-riżerva tagħhom kull passiv dovut lil istituzzjonijiet f’Ċipru jew Malta, minkejja li fiż-żmien li r-riżervi minimi huma kkalkulati dawn l-istituzzjonijiet ma jidhrux fuq il-lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għall-obbligi tar-riżerva fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet tranżitorji għal istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti oħra

1.   Il-perijodu ta’ manteniment li japplika għal istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti oħra skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) għandu jibqa mhux affettwat bl-eżistenza ta’ perijodu ta’ manteniment tranżitorju għall-istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru jew Malta.

2.   L-istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti oħra jistgħu jiddeċiedu jnaqqsu mill-bażi tar-riżerva tagħhom għall-perijodi ta’ manteniment mit-12 ta’ Diċembru 2007 sal-15 ta’ Jannar 2008 u mis-16 ta’ Jannar sat-12 ta’ Frar 2008 kull passiv dovut lil istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru jew Malta, minkejja li fiż-żmien li r-riżervi minimi huma kkalkulati dawn l-istituzzjonijiet ma jidhrux fil-lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għall-obbligi tar-riżerva fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

3.   L-istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti oħra li jixtiequ jnaqqsu l-passivi dovuti lil istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru jew Malta għandhom, għall-perijodi ta’ manteniment mit-12 ta’ Diċembru 2007 sal-15 ta’ Jannar 2008 u mis-16 ta’ Jannar sat-12 ta’ Frar 2008, jikkalkulaw ir-riżervi minimi tagħhom skond kif tkun il-karta tal-bilanċ tagħhom fil-31 ta’ Ottubru u t-30 ta’ Novembru 2007 rispettivament u jirrappurtaw tabella skond in-nota f’qiegħ il-paġna 5 tat-Tabella 1 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) li turi l-istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru jew Malta bħala li huma suġġetti diġa' tas-sistema tar-riżervi minimi tal-BĊE.

Dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ l-istituzzjonijiet biex jirrappurtaw informazzjoni statistika għall-perijodi rispettivi skond it-Tabella 1 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13), li għadha turi l-istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru jew Malta bħala banek li jinsabu f’“Il-Bqija tad-Dinja”.

It-tabelli għandhom jiġu rrappurtati skond il-limiti taż-żmien u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13).

4.   Għall-perijodi ta’ manteniment li jibdew jiddekorru f’Diċembru 2007, Jannar u Frar 2008, l-istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti oħra li jibbenefikaw mid-deroga skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) u jixtiequ jnaqqsu l-passivi dovuti lil istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru jew Malta, għandhom jikkalkulaw ir-riżervi minimi tagħhom skond kif tkun il-karta tal-bilanċ tagħhom fit-30 ta’ Settembru 2007 u jirrappurtaw tabella skond in-nota f’qiegħ il-paġna 5 tat-Tabella 1 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) li turi l-istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru jew Malta bħala li huma suġġetti diġa' tas-sistema tar-riżervi minimi tal-BĊE.

Dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ l-istituzzjonijiet biex jirrappurtaw informazzjoni statistika għall-perijodi rispettivi skond it-Tabella 1 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13), li għadha turi l-istituzzjonijiet li jinsabu f’Ċipru jew Malta bħala banek li jinsabu f’“Il-Bqija tad-Dinja”.

It-tabelli għandhom jiġu rrappurtati skond il-limiti taż-żmien u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13).

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi f’dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) u (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) għandhom japplikaw.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 9 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 134/2002 (ĠU L 24, 26.1.2002, p. 1).

(2)   ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.

(3)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

(4)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(5)   ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 4/2007 (BĊE/2006/20) (ĠU L 2, 5.1.2007, p. 3).


DIRETTIVI

17.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/47


DIRETTIVA 2007/63/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(2)(g) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-linji politiċi Komunitarji dwar Regolamentazzjoni Aħjar, b’mod partikolari dawk stabbiliti fil-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolati rispettivament “Valutazzjoni strateġika għal Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea” tal-14 ta’ Novembru 2006 u “Il-Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea” ta’ l-24 ta’ Jannar 2007 jisħqu l-importanza tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi imposti fuq l-impriżi bil-leġiżlazzjoni eżistenti ta’ element kruċjali għat-titjib tal-kompetittività ta’ tali impriżi u għall-kisba ta’ l-għanijiet ta’ l-aġenda ta’ Liżbona.

(2)

Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpaniji ta’ responsabbiltà limitata (3) tipprovdi għal eżenzjoni mill-obbligu li l-abbozz tat-termini ta’ l-għaqda jiġi eżaminat minn esperti indipendenti u mit-tfassil ta’ rapport minn tali esperti għall-azzjonisti tal-kumpaniji involuti fl-għaqda, jekk l-azzjonisti kollha jaqblu li tali rapport mhuwiex meħtieġ.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE (4) dwar l-għaqda ta’ kumpaniji b’responsabbiltà pubblika limitata ma fihiex eżenzjoni simili fir-rigward tat-termini abbozzati ta’ l-għaqda, filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE (5) dwar id-diviżjoni ta’ kumpaniji b’responsabbiltà pubblika limitata tħalli f’idejn l-Istati Membri jekk jipprovdux jew le għal tali eżenzjoni fir-rigward ta’ l-abbozz tat-termini ta’ diviżjoni.

(4)

M’hemm l-ebda raġuni li jiġi rikjest tali eżami minn espert indipendenti għall-azzjonisti indipendenti jekk l-azzjonijisti kollha jaqblu li dan jista’ ma jsirx. Kwalunkwe modifika tad-Direttivi 78/855/KEE u 82/891/KEE li tippermetti tali ftehim mill-azzjonisti għandha tkun mingħajr ħsara għas-sistemi ta’ ħarsien ta’ l-interessi ta’ kredituri tal-kumpaniji involuti, li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri skond dawk id-Direttivi, kif ukoll għal kwalunkwe regoli maħsuba sabiex jiggarantixxu l-provvista ta’ l-informazzjoni lill-impjegati tal-kumpaniji involuti.

(5)

Id-Direttivi 78/855/KEE u 82/891/KEE għaldaqstant għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li temenda d-Direttivi 78/855/KEE u 82/891/KEE fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata.

Artikolu 2

Id-Direttiva 78/855/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 10, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   La eżami ta’ l-abbozz tat-termini ta’ l-għaqda u lanqas rapport ta’ espert m’għandu jkun meħtieġ jekk l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta’ titoli oħra, li jagħtuhom id-dritt li jivvutaw, ta’ kull wieħed mill-kumpaniji involuti fl-għaqda ikunu qablu hekk.”

(2)

Fl-Artikolu 11(1), il-punt (e) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(e)

fejn applikabbli, ir-rapporti previsti fl-Artikolu 10.”

Artikolu 3

Id-Direttiva 82/891/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 9(1), il-punt (e) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ (e)

fejn applikabbli, ir-rapporti previsti fl-Artikolu 8.”

2.

L-Artikolu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   La eżami ta’ l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni u lanqas rapport ta’ espert kif previst fl-Artikolu 8(1) m’għandu jkun meħtieġ jekk l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta’ titoli oħra, li jagħtuhom d-dritt li jivvutaw, ta’ kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni jkunu qablu hekk.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu n-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikoli 7 u 9(1)(ċ) u (d) jekk l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta’ titoli oħra, li jagħtuhom id-dritt li jivvutaw, ta’ kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni jkunu qablu hekk.”

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2008. Huma għandhom minnufih jikkomukaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.

Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandhom jikkontjenu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 13 ta’ Novembru 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)   ĠU C 175, 27.7.2007, p. 33.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2007.

(3)   ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1.

(4)  It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar l-għaqda ta’ kumpaniji b’responsabbiltà pubblika limitata (ĠU L 295, 20.10.1978, p. 36) Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/99/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137).

(5)  Is-sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3)(g) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta’ kumpaniji b'responsabbilta pubblika limitata (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

17.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ottubru 2007

li tħassar id-Deċiżjoni 2006/125/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit

(2007/738/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 125/2006/KE (1), fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 104(6) tat-Trattat, il-Kunsill iddeċieda li fir-Renju Unit jeżisti żbilanċ eċċessiv. Il-Kunsill osserva li fis-sena finanzjarja 2004/2005 (2) l-iżbilanċ pubbliku ġenerali kien ta’ 3,2 % tal-PGD, ogħla mill-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PGD kif stabbilit fit-Trattat, filwaqt li d-dejn pubbliku ġenerali gross kien ta’ 40,8 % tal-PGD, ferm anqas mill-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PGD skond it-Trattat.

(2)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, skond l-Artikolu 104(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (3), il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, indirizza lir-Renju Unit rakkomandazzjoni bil-għan li l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv tintemm sa mhux aktar tard mill-2006/2007. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippublikata.

(3)

Skond l-Artikolu 104(12) tat-Trattat, id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv għandha titħassar meta l-iżbilanċ eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat ikun, fil-fehma tal-Kunsill, ġie korrett.

(4)

Skond il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri darbtejn fis-sena għandhom jirrappurtaw dejta dwar l-iżbilanċi u d-dejn tal-gvern tagħhom u dwar varjabbli assoċjati, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta’ Ottubru, skond Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (4). Fid-dawl tal-fatt li d-dejta notifikata f’Marzu 2007 għas-sena baġitarja 2006/2007 kienet projezzjonijiet tal-gvern, ir-Renju Unit issottometta notifika supplimentari fil-kuntest tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv tagħha. Din, riċevuta fis-16 ta’ Lulju 2007, tirrapporta r-riżultati attwali għall-2006/2007, li ppermettew lill-Kummissjoni tivvaluta l-iżviluppi baġitarji fir-Renju Unit fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tinġieb fi tmiemha l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2006/2007.

(5)

Abbażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skond l-Artikolu 8 g(1) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93 wara n-notifika tas-16 ta’ Lulju 2007 mir-Renju Unit u tat-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-Rebbiegħa 2007, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:

l-iżbilanċ pubbliku ġenerali tnaqqas minn 3,2 % tal-PGD fl-2005/2006 għal 2,7 % fl-2006/2007, li huwa taħt il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-GDP. Dan huwa kemmxejn anqas mill-projezzjoni ta’ 2,8 % tal-PGD stabbilita fl-aġġornament ta’ Diċembru 2005 tal-programm ta’ konverġenza għar-Renju Unit.

il-konsolidament fiskali fl-2006/2007 kien dovut għaż-żieda fil-proporzjon tad-dħul ta’ 0,4 punti perċentwali tal-PGD, speċjalment permezz ta’ taxxa tad-dħul tal-kumpaniji ogħla. In-nefqa totali tal-gvern bejn l-2005/2006 u l-2006/2007 kibret b’armonija mal-PGD nominali, minkejja li l-infiq kapitali kien anqas minn dak proġettat fil-programm ta’ konverġenza ta’ Diċembru 2006 u li n-nefqa kurrenti kienet ogħla. Imqabbla ma’ l-2005/2006, li matulah l-inklużjoni ta’ transazzjoni ta’ darba naqqset l-iżbilanċ b’0,3 % tal-PGD, it-titjib fil-bilanċ strutturali (jiġifieri, il-bilanċ aġġustat ċiklikament nett minn miżuri ta’ darba u oħrajn temporanji) fl-2006/2007 kien stmat 0,7 % tal-PGD.

għall-2007/2008, f’armonija mal-projezzjoni ta’ l-iżbilanċ ippublikata fl-Estimi Finanzjarji ta’ Marzu 2007, it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-Rebbiegħa 2007 ipproġetta li l-iżbilanċ jitnaqqas aktar, għal 2,6 % tal-PGD, xprunat b’żieda fil-proporzjon tad-dħul, speċifikament fil-piż tat-taxxa, li madankollu huwa kważi kompletament ikkumpensat minn żieda fil-proporzjon tan-nefqa. Dan il-proporzjon ta’ l-iżbilanċ huwa ogħla mill-projezzjonijiet uffiċjali ta’ l-iżbilanċ ta’ 2,3 % tal-PGD stipulati fl-aġġornament ta’ Diċembru 2006 fil-programm ta’ konverġenza, minħabba reviżjoni negattiva fid-dħul mit-taxxa tal-kumpaniji. Għall-2008/2009, it-tbassir tar-Rebbiegħa jipproġetta, abbażi ta’ l-ebda bidla fil-politika, aktar tnaqqis fl-iżbilanċ għal 2,4 % tal-PGD. Dan il-profil jindika li l-iżbilanċ tnaqqas taħt il-livell massimu ta’ 3 % tal-PGD b’mod kredibbli u sostenibbli. F’termini strutturali, l-iżbilanċ pubbliku ġenerali huwa stmat li jonqos b’0,2 punti perċentwali tal-PGD fl-2007/2008 u, abbażi ta’ l-ebda bidla fil-politika, b’0,3 punti perċentwali fl-2008/2009. Dan jindika rotta pjuttost modesta għall-konsolidament futur fid-dawl ta’ tbassir ta’ kuntest ekonomiku favorevoli.

id-dejn tal-gvern żdied minn 39,6 % tal-PGD fl-2004/2005 għal 42,5 % fl-2006/2007. Skond it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-Rebbiegħa 2006, il-proporzjon tad-dejn huwa mistenni li jiżdied għal madwar 43,9 % sa tmiem Marzu 2009, imma jibqa’ sew taħt il-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PGD. Sabiex tiġi mwaggfa ż-żieda fil-proporzjon tad-dejn, huwa meħtieġ tisħiħ tal-qagħda fiskali lil hinn minn dak previst għall-2008/2009.

(6)

Fil-fehma tal-Kunsill, l-iżbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit ġie korrett u d-Deċiżjoni 2006/125/KE għandha għalhekk titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni kumplessiva jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit ġiet korretta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2006/125/KE hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fil-Lussemburgu, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)   ĠU L 51, 22.2.2006, p. 14.

(2)  Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97, id-dejta baġitarja rilevanti għar-Renju Unit hija stabbilita fit-termini ta’ sena baġitarja (jiġifieri, sena finanzjarja), mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Marzu.

(3)   ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1056/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).

(4)   ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).


17.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ottubru 2007

li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar

(2007/739/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Federazzjoni Russa (1), minn hawn ’il quddiem “il-PCA”, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1997.

(2)

L-Artikolu 21(1) tal-PCA jipprevedi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar jiġi rregolat mit-Titolu III ta’ dan il-Ftehim, għajr għall-Artikolu 15 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim dwar arranġamenti kwantitattivi.

(3)

Għas-snin 1995-2006, il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar kien is-suġġett tal-ftehimiet bejn il-Partijiet għall-PCA. Għalhekk huwa xieraq li jiġi konkluż ftehim ġdid li jqis l-iżviluppi fir-relazzjoni bejn il-Partijiet.

(4)

Il-Ftehim għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

2.   It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità.

Magħmula fil-Lussemburgu, 22 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)   ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa waħda, u

L-FEDERAZZJONI RUSSA,

min-naħa l-oħra,

li t-tnejn huma Partijiet għal dan il-Ftehim,

BILLI l-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (minn hawn ’il quddiem “il-PCA”) li jistabbilixxi partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra (1), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1997;

BILLI l-Partijiet jixtiequ jippromwovu l-iżvilupp ordnat u ekwu ta’ kummerċ ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Komunità”) u l-Federazzjoni Russa (minn hawn ’il quddiem “ir-Russja”);

BILLI l-Artikolu 21 tal-PCA jipprevedi li l-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta’ l-Azzar, minn hawn ’il quddiem “il-KEFA”, għandu jkun irregolat mit-Titolu III, minbarra l-Artikolu 15 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim.

BILLI dan il-Ftehim huwa l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 21 tal-PCA;

META wieħed jikkunsidra l-proċess ta’ adeżjoni tar-Russja ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-WTO) u l-appoġġ tal-Komunità għall-integrazzjoni tar-Russja fis-sistema internazzjonali tal-kummerċ;

BILLI għas-snin 1995-2006 il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar kien is-suġġett tal-ftehimiet; huwa xieraq li jiġi stabbilit ftehim ġdid li jqis l-iżviluppi fir-relazzjoni bejn il-Partijiet;

BILLI dan il-Ftehim għandu jkun akkumpanjat minn koperazzjoni bejn il-Partijiet fir-rigward ta’ l-industriji tagħhom ta’ l-azzar, inklużi skambji xierqa ta’ tagħrif, fi ħdan il-Grupp ta’ Kuntatt dwar il-faħam u l-azzar kif previst fil-Protokoll 1 għall-PCA,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Dan il-ftehim japplika għall-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar ta’ dik li qabel kienet il-KEFA.

2.   Il-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar stipulat fl-Anness I jista’ jkun suġġett għal limiti kwantitattivi.

3.   Il-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar li mhuwiex stipulat fl-Anness I m’għandux ikun suġġett għal limiti kwantitattivi.

4.   Fil-każ ta’ prodotti ta’ l-azzar u ta’ materji li mhumiex koperti b’dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-PCA għandhom japplikaw.

Artikolu 2

1.   Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu u jżommu għall-perjodu ta’ validità tal-Ftehim attwali għal kull sena kalendarja arranġamenti kwantitattivi li jiffissaw il-limiti stipulati fl-Anness II fuq l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità tal-prodotti stipulati fl-Anness I. Dawn l-esportazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal sistema ta’ kontroll doppju kif speċifikat fil-Protokoll A mehmuż ma’ dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet jaqblu li l-importazzjonijiet fil-Komunità mir-Russja tal-prodotti inklużi fl-Anness I mill-1 ta’ Jannar 2007 sad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandhom jitnaqqsu mil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II.

3.   L-importazzjonijiet ta’ kwantitajiet li jaqbżu dawk imsemmija fl-Anness II għandhom jiġu awtorizzati f’każ li l-industrija Komunitarja ta’ l-azzar ma tkunx tista’ tissodisfa d-domanda interna u tirriżulta f’nuqqas ta’ provvista għal wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Anness I. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru mill-ewwel fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet sabiex jiġi ddeterminat il-livell tan-nuqqas fuq il-bażi ta’ evidenza oġġettiva. Wara l-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet, il-Komunità għandha tħaddem il-proċeduri interni tagħha sabiex iżżid il-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II.

4.   Fil-każ fejn il-pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea jissieħbu qabel it-tmiem ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jiftiehmu li jikkunsidraw iż-żieda ta’ limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II.

Artikolu 3

1.   L-importazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Komunità għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti stipulati fl-Anness I għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru bbażata fuq il-produzzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tar-Russja, u għal prova ta’ l-oriġini skond id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll A mehmuż ma’ dan il-Ftehim.

2.   L-importazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Komunità tal-prodotti stipulati fl-Anness I ma għandhomx ikunu suġġetti għal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II sakemm jiġu ddikjarati li huma għal esportazzjoni mill-ġdid ’il barra mill-Komunità fl-istess stat jew wara li jkunu ġew ipproċessati, fi ħdan is-sistema amministrattiva ta’ kontroll li teżisti fi ħdan il-Komunità.

3.   Għal dawk il-limiti kwantitattivi li ma jkunux intużaw matul l-ewwel sena kalendarja, it-trasferiment għal-limiti kwantitattivi korrispondenti għas-sena kalendarja ta’ wara huwa awtorizzat sa 7 % tal-limitu kwantitattiv rilevanti kif stipulat fl-Anness II għall-grupp ta’ prodotti konċernat għal dik is-sena li fiha ma jkunx intuża. Ir-Russja għandha tinnotifika lill-Komunità sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara jekk ikollha l-intenzjoni li tagħmel użu minn din id-dispożizzjoni.

4.   Sa 7 % tal-limitu kwantitattiv għal grupp speċifiku ta’ prodotti jista’ jiġi ttrasferit lejn wieħed jew aktar gruppi oħra fl-istess kategorija ta’ prodotti, jiġifieri fil-kategoriji SA jew SB. Barra minn hekk, it-trasferimenti bejn il-kategoriji SA u SB jistgħu jsiru sa 25 000 tunnellata. Barra dan, sa massimu ta’ 25 000 tunnellata oħra jistgħu jiġu ttrasferiti bejn SA u SB wara ftehim bejn il-Partijiet. Wara t-talba tar-Russja għat-trasferiment ta’ dawn il-25 000 tunnellata addizzjonali, il-Komunità għandha tgħarraf lir-Russja bid-deċiżjoni tagħha f’perjodu raġonevoli ta’ żmien, possibbilment fi żmien 60 jum mid-data tar-riċezzjoni tat-talba. Dawn it-trasferimenti jistgħu jsiru darba matul sena kalendarja. Kull tibdil fil-limiti kwantitattivi li jirriżulta minn trasferimenti għandu jaffettwa biss is-sena kalendarja li qiegħda tiżvolġi. Ir-Russja għandha tinnotifika l-Komunità sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju jekk ikollha l-intenzjoni li tagħmel użu minn din id-dispożizzjoni.

Artikolu 4

1.   Bil-ħsieb li jrendu s-sistema ta’ kontroll doppju effettiva kemm jista’ jkun u sabiex inaqqsu kemm jistgħu l-possibbiltajiet ta’ abbuż u evażjoni:

l-awtoritajiet tal-Komunità għandhom jgħarrfu lir-Russja sat-28 ta’ kull xahar bl-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni maħruġa matul ix-xahar ta’ qabel;

l-awtoritajiet Russi għandhom jgħarrfu lill-Komunità sat-28 ta’ kull xahar bil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa matul ix-xahar ta’ qabel.

Fil-każ ta’ diskrepanza sinifikanti li tqis il-fatturi taż-żmien involuti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan it-tagħrif kull waħda miż-żewġ Partijiet tista’ titlob konsultazzjonijiet li għandhom isiru minnufih.

2.   Bla ħsara għall-paragrafu 1 u bil-ħsieb li jiżguraw it-tħaddim effettiv ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità u r-Russja jaqblu li jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jevitaw, jistħarrġu u jieħdu kull azzjoni legali u/jew amministrattiva meħtieġa kontra l-evażjoni, notevolment permezz tat-trasbord, rotta differenti, dikjarazzjoni falza li tikkonċerna l-pajjiż jew il-post ta’ oriġini, falsifikazzjoni ta’ dokumenti, dikjarazzjoni falza fir-rigward tal-kwantitajiet, id-deskrizzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-merkanzija. Għalhekk, il-Komunità u r-Russja jaqblu li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet legali u l-proċeduri amministrattivi meħtieġa li jippermettu li tittieħed azzjoni effettiva kontra din l-evażjoni, li għandhom jinkludu l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi li jorbtu legalment kontra l-esportaturi u/jew l-importaturi involuti.

3.   F’każ li l-Komunità tkun tal-fehma li fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli dan il-Ftehim ikun qiegħed jinħarab, il-Komunità tista’ titlob konsultazzjonijiet mar-Russja li għandhom isiru minnufih.

4.   Fl-istennija tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, ir-Russja għandha, bħala miżura ta’ prekawzjoni, u jekk jintalab hekk mill-Komunità, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura li, fejn ikun hemm prova suffiċjenti ta’ evażjoni, l-aġġustamenti tal-limiti kwantitattivi li jista’ jintlaħaq qbil dwarhom wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jitwettqu għas-sena kalendarja li fiha saret it-talba għall-konsultazzjonijiet taħt il-paragrafu 3, jew għas-sena ta’ wara, jekk il-limitu għal dik is-sena kalendarja jiġi eżawrit.

5.   Jekk il-Partijiet matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ma jkunux jistgħu jilħqu soluzzjoni reċiproka sodisfaċenti, il-Komunità jkollha d-dritt:

(a)

fejn ikun hemm prova suffiċjenti li l-prodotti koperti minn dan il-Ftehim li joriġinaw mir-Russja kienu importati b’evażjoni ta’ dan il-Ftehim, tattribwixxi l-kwantitajiet rilevanti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti skond il-Ftehim;

(b)

fejn ikun hemm prova suffiċjenti li turi dikjarazzjoni falza li tikkonċerna kwantitajiet, deskrizzjoni jew klassifikazzjoni, li tirrifjuta l-importazzjoni tal-prodott konċernat.

6.   Il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw bis-sħiħ sabiex iwaqqfu u jindirizzaw b’mod effettiv il-problemi kollha li jinbtu mill-evażjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 5

1.   Il-limiti kwantitattivi stabbiliti skond dan il-Ftehim fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti ta’ l-azzar stipulati fl-Anness I ma għandhomx jinqasmu mill-Komunità f’ishma reġjonali.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkoperaw sabiex iżommu milli jseħħu bidliet f’daqqa u li jkunu ta’ ħsara fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ lejn il-Komunità. F’każ li sseħħ bidla f’daqqa u li tkun ta’ ħsara fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ (inkluża konċentrazzjoni reġjonali jew it-telfa ta’ klijenti tradizzjonali), il-Komunità se tkun intitolata li titlob konsultazzjonijiet sabiex issib soluzzjoni sodisfaċenti għall-problema. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru minnufih.

3.   Ir-Russja għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ prodotti stipulati fl-Anness I jinfirxu b’mod uniformi kemm jista’ jkun matul is-sena. F’każ li sseħħ żieda qawwija f’daqqa u li tkun ta’ ħsara, il-Komunità se tkun intitolata li titlob konsultazzjonijiet sabiex issib soluzzjoni sodisfaċenti għall-problema. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru minnufih.

4.   Minbarra l-obbligu li jinsab fil-paragrafu 3, fejn il-liċenzji maħruġa mill-awtoritajiet Russi jilħqu d-90 % tal-limiti kwantitattivi għas-sena kalendarja konċernata, kull waħda mill-Partijiet tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet dwar il-limiti kwantitattivi għal dik is-sena. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru minnufih. Fl-istennija tar-riżultat ta’ dawn il-konsultazzjonijiet l-awtoritajiet Russi jistgħu jkomplu joħorġu l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti stipulati fl-Anness I sakemm ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati fl-Anness II.

Artikolu 6

1.   F’każ li kwalunkwe prodott stipulat fl-Anness I qiegħed jiġi importat fil-Komunità mir-Russja taħt dawn il-kundizzjonijiet b’tali mod li jikkawża jew jhedded li jikkawża ħsara sostanzjali lill-produtturi tal-Komunità ta’ prodotti simili, il-Komunità għandha tipprovdi lir-Russja bit-tagħrif rilevanti kollu bil-ħsieb li tfittex soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet. Il-Partijiet għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet minnufih.

2.   F’każ li l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jirnexxilhomx iwasslu għal ftehim fi żmien 30 jum mit-talba tal-Komunità għall-konsultazzjonijiet, il-Komunità tista’ tuża d-dritt li tieħu azzjoni fir-rigward tal-miżuri ta’ salvagwardja skond id-dispożizzjonijiet tal-PCA.

3.   Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 tal-PCA għandhom japplikaw.

Artikolu 7

1.   Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan il-Ftehim huwa bbażat fuq in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika tal-Komunità, minn hawn ’il quddiem “in-nomenklatura magħquda”, jew fil-forma mqassra “NM”. Kull emenda lin-nomenklatura magħquda (NM) li saret skond il-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità dwar il-prodotti stipulati fl-Anness I jew kull deċiżjoni marbuta mal-klassifikazzjoni tal-merkanzija ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-limiti kwantitattivi tal-prodotti stipulati fl-Anness II.

2.   L-oriġini tal-prodotti koperti minn dan il-Ftehim għandha tiġi ddeterminata skond ir-regoli fis-seħħ fil-Komunità. Kull emenda lil dawn ir-regoli ta’ oriġini għandha tiġi kkomunikata lir-Russja u ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-limiti kwantitattivi ta’ dan il-Ftehim. Il-proċeduri għall-kontroll ta’ l-oriġini tal-prodotti msemmija hawn fuq huma stipulati fil-Protokoll A mehmuż ma’ dan il-Ftehim.

Artikolu 8

1.   Bla ħsara għall-iskambju perjodiku ta’ tagħrif dwar liċenzji ta’ l-esportazzjoni u awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni skond l-Artikolu 4 (1), il-Partijiet jaqblu li jsir skambju tat-tagħrif disponibbli dwar l-istatistika marbuta mal-kummerċ tal-prodotti stipulati fl-Anness I f’intervalli xierqa, li jqisu l-iqsar perjodi li fihom jitħejja t-tagħrif konċernat, li għandu jkopri l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3 u l-istatistika ta’ importazzjonijiet u esportazzjonijiet fir-rigward tal-prodotti konċernati.

2.   Kull waħda mill-Partijiet tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet fil-każ ta’ xi diskrepanza sinifikanti fir-rigward tat-tagħrif skambjat.

Artikolu 9

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-konsultazzjonijiet previsti fir-rigward ta’ ċirkustanzi speċifiċi fl-Artikoli preċedenti, għandhom isiru konsultazzjonijiet dwar kull problema li tinbet mill-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim fuq talba ta’ kull waħda mill-Partijiet. Kull konsultazzjoni għandha sseħħ fi spirtu ta’ koperazzjoni u b’xewqa li jkunu rrikonċiljati d-differenzi bejn il-Partijiet.

2.   Fil-każ fejn il-Ftehim jipprovdi li l-konsultazzjonijiet għandhom isiru minnufih, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jużaw il-mezzi kollha raġjonevoli sabiex jiżguraw li dan jintlaħaq.

3.   Kull konsultazzjoni oħra għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

kull talba għall-konsultazzjonijiet għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-Parti l-oħra,

fejn xieraq, it-talba għandha tkun segwita fi żmien perjodu raġjonevoli b’rapport li jistipula r-raġunijiet għall-konsultazzjonijiet,

il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien xahar mid-data tat-talba,

l-għan tal-konsultazzjonijiet huwa li jintlaħaq riżultat li jkun aċċettabbli għaż-żewġ naħat fi żmien xahar minn meta jinbdew, sakemm il-perjodu ma jkunx estiż permezz ta’ ftehim bejn il-Partijiet.

Artikolu 10

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-iffirmar tiegħu. Għandu jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2008 u jkun suġġett għal kull modifika miftiehma mill-Partijiet u sakemm ma jiġix iddenunzjat jew itterminat skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 jew 4. Wara l-31 ta’ Diċembru 2008 dan il-Ftehim għandu jiġġedded awtomatikament sena b’sena sakemm l-ebda Parti ma tagħti lill-Parti l-oħra avviż bil-miktub tad-denunzja tal-Ftehim mill-inqas sitt xhur qabel ma jiskadi. ma’ kull tiġdid kull sena, il-kwantitajiet ta’ kull grupp ta’ prodotti għandhom jiżdiedu bi 2.5 %.

2.   Kull waħda mill-Partijiet tista’ f’kull ħin tipproponi modifiki lil dan il-Ftehim, u dawn se jkunu jeħtieġu l-kunsens reċiproku tal-Partijiet u jidħlu fis-seħħ fid-data li jaqblu dwarha.

3.   Kull waħda mill-partijiet tista’ tiddenunzja dan il-Ftehim, sakemm tingħata notifika ta’ mill-inqas sitt xhur. F’dan il-każ, il-Ftehim għandu jintemm meta jiskadi l-perjodu tan-notifika u l-limiti stabbiliti b’dan il-Ftehim għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata sad-data li fiha sseħħ id-denunzja sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor.

4.   F’każ li r-Russja tingħaqad mad-WTO qabel jiskadi dan il-Ftehim, il-Ftehim għandu jiġi tterminat mid-data ta’ adeżjoni.

5.   L-Annessi, il-minuti miftiehma, id-dikjarazzjonijiet u l-Protokoll A mehmuż ma’ dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

Dan il-Ftehim għandu jiġi mfassal f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Russa, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Изготвено в Мафра на двадесет и шести октомври, две хиляди и седма година.

Hecho en Mafra, el veintiseis de octubre de dos mil siete.

V Mafře dne dvacátého šestého října dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Mafra, den seksogtyvende oktober to tusind og syv.

Geschehen zu Mafra am sechsundzwanzigsten Oktober zweitausendsieben.

Sõlmitud Mafras kahekümne kuuendal oktoobril kahe tuhande seitsmendal aastal.

Έγινε στη Μάφρα, στις είκοσι έξι Οκτωβρίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Mafra on the twenty-sixth day of October in the year two thousand and seven.

Fait à Mafra, le vingt-six octobre deux mille sept.

Fatto a Mafra, addì ventisei ottobre duemilasette.

Mafrā, divi tūkstoši septītā gada divdesmit sestajā oktobrī.

Priimta Mafroje, du tūkstančiai septintųjų metų spalio dvidešimt šeštą dieną.

Kelt Mafrában, a kétezer-hetedik év október havának huszonhatodik napján.

Magħmul f'Mafra, fis-sitta u għoxrin jum ta' Ottubru fis-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Mafra, de zesentwintigste oktober tweeduizendzeven.

Sporządzono w Mafrze dnia dwudziestego szóstego października dwa tysiące siódmego roku.

Feito em Mafra, em vinte e seis de Outubro de dois mil e sete.

Întocmit la Mafra la douăzeci și șase octombrie două mii șapte.

V Mafre dvadsiateho šiesteho októbra dvetisícsedem.

V Mafri, šestindvajsetega oktobra leta dva tisoč sedem.

Tehty Mafrassa kahdentenakymmenentenäkuudentena päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Mafra den tjugosjätte oktober år tjugohundrasju.

Совершено в г. Мафра двадцать шестого октября 2007 г.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunitá Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

За Европейскoe coобщнeстbo

Image 9

Image 10

За Руската Федерация

Por la Federación de Rusia

Za Ruskou federaci

For Den Russiske Føderation

Für die Russische Föderation

Venemaa Föderatsiooni nimel

Για τη Ρωσική Ομοσπονδία

For the Russian Federation

Pour la Fédération de Russie

Per la Federazione russa

Krievijas Federācijas vārdā

Rusijos Federacijos vardu

Az Orosz Föderáció részéről

Għall-Federazzjoni Russa

Voor de Russische Federatie

W imieniu Federacji Rosyjskiej

Pela Federação da Rússia

Pentru Federația Rusă

Za Ruskú federáciu

Za Rusko federacijo

Venäjän federaation puolesta

På ryska federationen vägnar

За Pоссийскую Федерацико

Image 11


(1)   ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.

ANNESS I

SA Prodotti rrumblati ċatt (flat-rolled)

SA1. Koljaturi

 

7208 10 00 00

 

7208 25 00 00

 

7208 26 00 00

 

7208 27 00 00

 

7208 36 00 00

 

7208 37 00 10

 

7208 37 00 90

 

7208 38 00 10

 

7208 38 00 90

 

7208 39 00 10

 

7208 39 00 90

 

7211 14 00 10

 

7211 19 00 10

 

7219 11 00 00

 

7219 12 10 00

 

7219 12 90 00

 

7219 13 10 00

 

7219 13 90 00

 

7219 14 10 00

 

7219 14 90 00

 

7225 30 30 10

 

7225 40 15 10

 

7225 50 20 10

 

7225 30 10 00

 

7225 30 90 00

SA2. Pjonċi Tqal

 

7208 40 00 10

 

7208 51 20 10

 

7208 51 20 91

 

7208 51 20 93

 

7208 51 20 97

 

7208 51 20 98

 

7208 51 91 00

 

7208 51 98 10

 

7208 51 98 91

 

7208 51 98 99

 

7208 52 91 00

 

7208 52 10 00

 

7208 52 99 00

 

7208 53 10 00

 

7211 13 00 00

SA3. Prodotti oħra rrumblati ċatti

 

7208 40 00 90

 

7208 53 90 00

 

7208 54 00 00

 

7208 90 80 10

 

7209 15 00 00

 

7209 16 10 00

 

7209 16 90 00

 

7209 17 10 00

 

7209 17 90 00

 

7209 18 10 00

 

7209 18 91 00

 

7209 18 99 00

 

7209 25 00 00

 

7209 26 10 00

 

7209 26 90 00

 

7209 27 10 00

 

7209 27 90 00

 

7209 28 10 00

 

7209 28 90 00

 

7209 90 80 10

 

7210 11 00 10

 

7210 12 20 10

 

7210 12 80 10

 

7210 20 00 10

 

7210 30 00 10

 

7210 41 00 10

 

7210 49 00 10

 

7210 50 00 10

 

7210 61 00 10

 

7210 69 00 10

 

7210 70 10 10

 

7210 70 80 10

 

7210 90 30 10

 

7210 90 40 10

 

7210 90 80 91

 

7211 14 00 90

 

7211 19 00 90

 

7211 23 30 91

 

7211 23 80 91

 

7211 29 00 10

 

7211 90 80 10

 

7212 10 10 00

 

7212 10 90 11

 

7212 20 00 11

 

7212 30 00 11

 

7212 40 20 10

 

7212 40 20 91

 

7212 40 80 11

 

7212 50 20 11

 

7212 50 30 11

 

7212 50 40 11

 

7212 50 61 11

 

7212 50 69 11

 

7212 50 90 13

 

7212 60 00 11

 

7212 60 00 91

 

7219 21 10 00

 

7219 21 90 00

 

7219 22 10 00

 

7219 22 90 00

 

7219 23 00 00

 

7219 24 00 00

 

7219 31 00 00

 

7219 32 10 00

 

7219 32 90 00

 

7219 33 10 00

 

7219 33 90 00

 

7219 34 10 00

 

7219 34 90 00

 

7219 35 10 00

 

7219 35 90 00

 

7225 40 12 90

 

7225 40 90 00

SA4. Prodotti llegati

 

7226 20 00 10

 

7226 91 20 00

 

7226 91 91 00

 

7226 91 99 00

 

7226 99 70 10

SA5. Folji quarto llegati

 

7225 40 12 30

 

7225 40 40 00

 

7225 40 60 00

 

7225 99 00 10

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin

 

7225 50 80 00

 

7225 91 00 10

 

7225 92 00 10

 

7226 92 00 10

Prodotti twal SB

SB1. Travi

 

7207 19 80 10

 

7207 20 80 10

 

7216 31 10 00

 

7216 31 90 00

 

7216 32 11 00

 

7216 32 19 00

 

7216 32 91 00

 

7216 32 99 00

 

7216 33 10 00

 

7216 33 90 00

SB2. Vireg tal-wajer

 

7213 10 00 00

 

7213 20 00 00

 

7213 91 10 00

 

7213 91 20 00

 

7213 91 41 00

 

7213 91 49 00

 

7213 91 70 00

 

7213 91 90 00

 

7213 99 10 00

 

7213 99 90 00

 

7221 00 10 00

 

7221 00 90 00

 

7227 10 00 00

 

7227 20 00 00

 

7227 90 10 00

 

7227 90 50 00

 

7227 90 95 00

SB3. Oħrajn twal

 

7207 19 12 10

 

7207 19 12 91

 

7207 19 12 99

 

7207 20 52 00

 

7214 20 00 00

 

7214 30 00 00

 

7214 91 10 00

 

7214 91 90 00

 

7214 99 10 00

 

7214 99 31 00

 

7214 99 39 00

 

7214 99 50 00

 

7214 99 71 00

 

7214 99 79 00

 

7214 99 95 00

 

7215 90 00 10

 

7216 10 00 00

 

7216 21 00 00

 

7216 22 00 00

 

7216 40 10 00

 

7216 40 90 00

 

7216 50 10 00

 

7216 50 91 00

 

7216 50 99 00

 

7216 99 00 10

 

7218 99 20 00

 

7222 11 11 00

 

7222 11 19 00

 

7222 11 81 00

 

7222 11 89 00

 

7222 19 10 00

 

7222 19 90 00

 

7222 30 97 10

 

7222 40 10 00

 

7222 40 90 10

 

7224 90 02 89

 

7224 90 31 00

 

7224 90 38 00

 

7228 10 20 00

 

7228 20 10 10

 

7228 20 10 91

 

7228 20 91 10

 

7228 20 91 90

 

7228 30 20 00

 

7228 30 41 00

 

7228 30 49 00

 

7228 30 61 00

 

7228 30 69 00

 

7228 30 70 00

 

7228 30 89 00

 

7228 60 20 10

 

7228 60 80 10

 

7228 70 10 00

 

7228 70 90 10

 

7228 80 00 10

 

7228 80 00 90

 

7301 10 00 00

ANNESS II

LIMITI KWANTITATTIVI

(tunnellati)

Prodotti

Is-Sena 2007

Is-Sena 2008

SA. Prodotti ċatti

SA1. Koljaturi

1 042 090

1 035 000

SA2. Pjanċi tqal

270 820

275 000

SA3. Prodotti ċatti oħra

565 770

595 000

SA4. Prodotti llegati

94 860

105 000

SA5. Folji quarto llegati

20 460

25 000

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin

105 000

110 000

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

55 800

55 000

SB2. Vireg tal-wajer

275 000

324 000

SB3. Prodotti oħra twal

474 200

507 000

Nota: SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti

SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti

MINUTA MIFTIEHMA

Fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li:

skond l-iskambju tat-tagħrif previst fl-Artikolu 4(1) dwar il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni, il-Partijiet se jipprovdu dak it-tagħrif b’referenza għall-Istati Membri flimkien mal-Komunità bħala ħaġa waħda,

jekk il-Partijiet ma jirnexxilhomx jilħqu soluzzjoni sodisfaċenti matul il-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2), ir-Russja se tikkoopera, jekk jintalab hekk mill-Komunità, billi ma toħroġx liċenzji ta’ l-esportazzjoni għal destinazzjoni konkreta fejn l-importazzjonijiet relatati ma’ dawn il-liċenzji jistgħu jiggravaw il-problemi li jirriżultaw minn bidliet f’daqqa u li jkunu ta’ ħsara fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ, dejjem b’dan ikun mifhum li r-Russja tista’ tkompli toħroġ liċenzji għal destinazzjonijiet oħra fil-Komunità,

il-Partijiet se jikkoperaw mill-qrib sabiex iżommu milli jseħħu bidliet f’daqqa u li jkunu ta’ ħsara fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ fir-rigward ta’ koljaturi (grupp ta’ prodotti SA1); ir-Russja se tagħti prijorità lil kunsinni ta’ dawn il-prodotti lill-klijenti tradizzjonali tagħha sabiex tevita li tfixkel is-suq Komunitarju, u ż-żewġ Partijiet se jgħarrfu lil xulxin minnufih f’każ li jinbtu xi problemi, u

ir-Russja se tqis kif xieraq in-natura sensittiva tas-swieq reġjonali żgħar fil-Komunità kemm dwar il-ħtiġijiet tradizzjonali tagħhom għall-provvisti kif ukoll sabiex ikunu evitati konċentrazzjonijiet reġjonali.

DIKJARAZZJONI Nru 1

F’każ li l-operaturi Russi kellhom joħolqu ċentri ta’ servizz fil-Komunità li jkomplu jipproċessaw il-prodotti importati mir-Russja u koperti minn dan il-Ftehim, ir-Russja tiddikjara li tista’ titlob żieda tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness II. F’dan il-każ, il-Komunità se teżamina din it-talba għal żieda u l-Partijiet se jikkonsultaw lil xulxin jekk ikun meħtieġ.

DIKJARAZZJONI Nru 2

Il-Partijiet jiddikjaraw li l-għan tagħhom huwa l-liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar. Iż-żewġ Partijiet jagħrfu wkoll li hija kundizzjoni importanti għall-promozzjoni tal-kummerċ bejniethom, li l-kompetizzjoni, l-għajnuna statali u d-dispożizzjonijiet dwar l-ambjent applikabbli għal kull Parti għandhom ikunu kompatibbli. Għal dan il-għan, u fuq talba tar-Russja, il-Komunità għandha tipprovdi għajnuna teknika, fil-limiti baġitarji rilevanti assenjati, sabiex tgħin lir-Russja tadotta u timplimenta d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jkunu kompatibbli ma’ dawk adottati u applikati fil-Komunità. L-għajnuna teknika għandha tasal permezz ta’ proġetti dettaljati miftiehma bejn iż-żewġ Partijiet.

DIKJARAZZJONI Nru 3

Il-Partijiet jaqblu li ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-Parti l-oħra restrizzjonijiet kwantitattivi, dazji doganali, spejjeż jew xi miżuri simili fuq l-esportazzjoni ta’ skart u fdal ta’ ħadid taħt l-intestatura 7204 tan-Nomenklatura Magħquda tal-KE, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 19 tal-PCA.

Bla ħsara għall-paragrafu ta’ qabel, ir-Russja attwalment tapplika taxxa fuq esportazzjonijiet ta’ skart u fdal ta’ ħadid taħt l-intestatura 7204 tan-Nomenklatura Magħquda tal-KE. It-taxxa attwalment hija stabbilita għal 15 % iżda mhux inqas minn € 15 għal kull tunnellata għall-prodotti kollha taħt l-intestatura 7204 , għajr għall-prodott 7204 41 00 fejn it-taxxa hija stabbilita għal 5 %.

Il-Partijiet jaqblu li jkomplu d-diskussjoni sabiex isibu soluzzjoni sodisfaċenti. Barra minn hekk, huwa mifhum li l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II tal-Ftehim jiżdiedu bi 12 % jekk ir-Russja tneħħi t-taxxa kompletament jew b’perċentwali iżgħar li għandha tiġi ddeterminata jekk din it-taxxa titnaqqas, sakemm l-ebda miżuri oħra li jikkostitwixxu ostaklu għall-esportazzjoni ħielsa ma jiġu introdotti mir-Russja.

Il-prodotti ta’ interess partikolari għall-Komunità huma: 7204 10 00 , 7204 21 10 , 7204 41 10 , 7204 49 10 , 7204 49 30 , 7204 49 91 u 7204 49 99 .

PROTOKOLL A

TITOLU I

KLASSIFIKAZZJONI

Artikolu 1

L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jimpenjaw ruħhom li jgħarrfu lir-Russja b’kull tibdil fin-nomenklatura magħquda (NM) b’deskrizzjoni sħiħa tal-prodotti koperti minn dan il-Ftehim mill-inqas xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom fil-Komunità.

TITOLU II

ORIĠINI

Artikolu 2

1.   Il-prodotti koperti minn dan il-Ftehim li joriġinaw mir-Russja (oriġini kif iddefinita mir-Regolamenti Komunitarji rilevanti) u li se jiġu esportati lejn il-Komunità skond l-arranġamenti stabbiliti minn dan il-Ftehim għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat ta’ l-oriġini Russa li jikkonforma mal-mudell li jinsab anness ma’ dan il-Protokoll.

2.   Iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini għandu jiġi ċċertifikat mill-organizzazzjonijiet Russi kompetenti li jkunu awtorizzati taħt il-leġiżlazzjoni Russa dwar jekk il-prodotti konċernati jistgħux jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw minn dan il-pajjiż.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini għandu jinħareġ biss meta ssir applikazzjoni bil-miktub mill-esportatur jew, taħt ir-responsabbiltà ta’ l-esportatur, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. L-organizzazzjonijiet Russi kompetenti li jkunu awtorizzati taħt il-leġiżlazzjoni Russa għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jimtela kif suppost u għal dan il-għan huma għandhom jitolbu kull prova dokumentata meħtieġa jew iwettqu l-kontrolli kollha li jqisu xierqa.

Artikolu 4

Is-sejba ta’ diskrepanzi żgħar bejn id-dikjarazzjonijiet li jkunu saru fiċ-ċertifikat ta’ l-oriġini u dawk magħmula fid-dokumenti murija lill-uffiċċju doganali bl-għan li jitwettqu l-formalitajiet meħtieġa għall-importazzjoni ta’ prodotti m’għandhiex ipso facto titfa’ dubju fuq id-dikjarazzjonijiet fiċ-ċertifikat.

TITOLU III

IS-SISTEMA TA’ KONTROLL DOPPJU GĦAL PRODOTTI SUĠĠETTI GĦAL LIMITI KWANTITATTIVI

TAQSIMA I

Esportazzjoni

Artikolu 5

L-awtoritajiet xierqa tal-Gvern Russu għandhom joħorġu l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-kunsinni kollha ta’ prodotti ta’ l-azzar mir-Russja li jkunu koperti mill-Ftehim sal-limiti kwantitattivi rilevanti fl-Anness II tal-Ftehim.

Artikolu 6

1.   Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tkun konformi mal-mudell li jinsab anness ma’ dan il-Protokoll u għandha tkun valida għall-esportazzjonijiet fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

2.   Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tiċċertifika inter alia li l-kwantità tal-prodott konċernat ġiet attribwita għal-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit għall-prodott konċernat fl-Anness II tal-Ftehim.

Artikolu 7

L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jiġu mgħarrfa minnufih bit-tneħħija jew bil-modifika ta’ kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni li tkun diġà nħarġet.

Artikolu 8

1.   L-esportazzjonijiet għandhom jiġu attribwiti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha tkun saret il-kunsinna tal-merkanzija anke jekk il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni tkun inħarġet qabel din il-kunsinna.

2.   Sabiex jiġi applikat il-paragrafu 1, il-kunsinna tal-merkanzija titqies li tkun saret fid-data li fiha ġiet mgħobbija fuq il-mezz ta’ trasport użat għall-esportazzjoni kif jidher mill-polza tat-tagħbija tagħha jew xi dokument ieħor ta’ trasport.

TAQSIMA II

Importazzjoni

Artikolu 9

Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti koperti mill-Ftehim għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni.

Artikolu 10

1.   L-importatur għandu jippreżenta l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena li fiha tkun intbagħtet il-merkanzija koperta mill-liċenzja.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom joħorġu l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 9, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol minn meta l-importatur ikun ippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni korrispondenti.

3.   L-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom għall-importazzjoni fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jikkanċellaw l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni li diġà tkun inħarġet kull meta l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni korrispondenti tkun ġiet irtirata.

Madankollu, jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jiġu nnotifikati dwar it-tneħħija jew il-kanċellazzjoni tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni wara li jkun diġà seħħ ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti fil-Komunità, il-kwantitajiet rilevanti għandhom jiġu attribwiti għal-limiti stabbiliti għall-prodott.

Artikolu 11

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jsibu li l-kwantità totali tal-prodotti koperti mil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Russja taqbeż il-limiti stipulati fl-Anness II tal-Ftehim, l-awtoritajiet tal-Komunità għandhom jissospendu l-ħruġ ulterjuri ta’ awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tar-Russja u għandhom jinbdew minnufih konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.

TITOLU IV

FORMA U PRODUZZJONI TAL-LIĊENZJI GĦALL-ESPORTAZZJONI U ĊERTIFIKATI TA’ L-ORIĠINI, U DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI LI GĦANDHOM X’JAQSMU MA’ L-ESPORTAZZJONIJIET FIL-KOMUNITÀ

Artikolu 12

1.   Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jistgħu jinkludu kopji addizzjonali indikati kif xieraq bħala tali. Għandhom jinkitbu bl-Ingliż. Jekk isiru bl-idejn, il-kliem għandu jkun bil-linka u b’ittri stampati.

Dawn id-dokumenti għandu jkollhom daqs ta’ 210 × 297 mm. Il-karta użata għandha tkun karta bajda għall-kitba, imdaqqsa, mingħajr polpa mekkanika, u tiżen mhux inqas minn 25 g/m2. Jekk id-dokumenti jkollhom ħafna kopji, il-kopja ta’ fuq nett biss, li hi l-oriġinali, għandha tkun stampata bl-isfond b’disinn guilloche. Din il-kopja għandha tkun immarkata b’mod ċar bħala “oriġinali” u l-kopji l-oħra bħala “kopji”. L-oriġinali biss għandha tkun aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità bħala valida għall-iskop ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.

2.   Kull dokument għandu juri numru tas-serje standardizzat, kemm jekk stampat kif ukoll jekk le, li bih jista’ jiġi identifikat.

Dan in-numru għandu jkun kompost mill-elementi li ġejjin:

żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż esportatur kif ġej: RU,

żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru li fih maħsub li jsir ir-rilaxx doganali kif ġej:

BE

=

Il-Belġju

BG

=

Il-Bulgarija

CZ

=

Ir-Repubblika Ċeka

DK

=

Id-Danimarka

DE

=

Il-Ġermanja

EE

=

L-Estonja

EL

=

Il-Greċja

ES

=

Spanja

FR

=

Franza

IE

=

L-Irlanda

IT

=

L-Italja

CY

=

Ċipru

LV

=

Il-Latvja

LT

=

Il-Litwanja

LU

=

Il-Lussemburgu

HU

=

L-Ungerija

MT

=

Malta

NL

=

L-Olanda

AT

=

L-Awstrija

PL

=

Il-Polonja

PT

=

Il-Portugall

RO

=

Ir-Rumanija

SI

=

Is-Slovenja

SK

=

Is-Slovakkja

FI

=

Il-Finlandja

SE

=

L-Iżvezja

GB

=

Ir-Renju Unit,

numru b’ċifra waħda li jidentifika s-sena konċernata li turi l-aħħar ċifra fis-sena, eż għas-sena 2007,

numru b’żewġ ċifri minn 01 sa 99, li jidentifika l-uffiċċju partikolari konċernat li joħroġ il-liċenzji fil-pajjiż esportatur,

numru b’ħames ċifri li jsegwi b’mod konsekuttiv minn 00001 sa 99999 li jkun allokat lill-Istat Membru li fih maħsub li jsir ir-rilaxx doganali.

Artikolu 13

Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jistgħu jinħarġu wara l-kunsinna tal-prodotti li huma jirreferu għalihom. F’dawn il-każijiet, għandu jkollhom il-kliem “maħruġ/a retrospettivament”’.

Artikolu 14

1.   F’każ ta’ serq, telf jew qerda tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta’ l-oriġini, l-esportatur jista’ japplika għand l-awtoritajiet Russi kompetenti li jkunu ħarġu d-dokument sabiex joħorġu kopja abbażi tad-dokumenti ta’ l-esportazzjoni fil-pussess tiegħu. It-tieni kopja taċ-ċertifikat jew tal-liċenzja maħruġa b’dan il-mod għandha turi l-kelma “duplikata”.

2.   It-tieni kopja għandha turi d-data tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta’ l-oriġini oriġinali.

TITOLU V

KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 15

Il-Komunità u r-Russja għandhom jikkoperaw mill-qrib fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Għal dan il-għan, il-kuntatti u l-iskambji ta’ fehmiet, inkluż dawk dwar materji tekniċi, għandhom jiġu ffaċilitati miż-żewġ Partijiet.

Artikolu 16

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ dan il-Protokoll, il-Komunità u r-Russja qed joffru għajnuna reċiproka sabiex jiġu vverifikati l-awtentiċità u l-eżattezza tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa jew ta’ kull dikjarazzjoni li tkun saret fit-termini ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 17

Ir-Russja għandha tibgħat lill-Komunità (il-Kummissjoni Ewropea) l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Gvern Russu li huma awtorizzati li joħorġu u jivverifikaw il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u ta’ l-organizzazzjonijiet Russi kompetenti li huma awtorizzati taħt il-leġiżlazzjoni Russa li joħorġu ċ-ċertifikati ta’ l-oriġini flimkien ma’ kampjuni tat-timbri u l-firem li jużaw. Ir-Russja għandha wkoll tinnotifika lill-Komunità (il-Kummissjoni Ewropea) dwar kull tibdil f’dawn il-partikularitajiet.

Artikolu 18

1.   Għandha ssir verifika sussegwenti taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini jew tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni b’mod każwali, jew kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jkollhom dubju raġjonevoli rigward l-awtentiċità taċ-ċertifikat jew tal-liċenzja jew dwar l-eżattezza tat-tagħrif rigward l-oriġini vera tal-prodotti konċernati.

2.   F’dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità għandhom jibagħtu lura ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew kopja ta’ dawn lill-awtoritajiet Russi kompetenti, u fejn hu xieraq jagħtu r-raġunijiet tal-forma jew is-sustanza li jiġġustifikaw l-inkjesta. Jekk il-fattura ntbagħtet, it-tali fattura jew kopja tagħha għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat jew mal-liċenzja jew mal-kopji tagħhom. L-awtoritajiet għandhom ukoll jibagħtu kull tagħrif li jkun inkiseb u li jissuġġerixxi li l-partikularitajiet mogħtija fuq iċ-ċertifikat jew il-liċenzja msemmija m’humiex eżatti.

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għall-verifiki sussegwenti taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini previsti fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll.

4.   Ir-riżultati tal-verifiki sussegwenti li saru skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità sa mhux aktar tard minn tliet xhur. It-tagħrif li jiġi kkomunikat għandu jindika jekk iċ-ċertifikat jew il-liċenzja li jkun hemm dubju dwarha tapplikax għall-merkanzija li tkun ġiet esportata tassew u jekk din il-merkanzija tistax tiġi esportata skond l-arranġamenti stabbiliti mill-Ftehim. It-tagħrif għandu jinkludi wkoll, fuq talba tal-Komunità, kopji ta’ kull dokumentazzjoni meħtieġa sabiex jiddetermina bi sħiħ il-fatti, u b’mod partikolari l-oriġini vera tal-merkanzija.

5.   Għall-għan ta’ verifiki sussegwenti taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini, il-kopji taċ-ċertifikati kif ukoll kull dokument ta’ l-esportazzjoni li jirreferi għalihom għandhom jinżammu mill-organizzazzjonijiet Russi kompetenti għal mill-inqas sena wara t-tmiem tal-Ftehim.

6.   Ir-rikors għall-proċedura ta’ verifika b’mod każwali speċifikata f’dan l-Artikolu m’għandux joħloq ostaklu għar-rilaxx tal-prodotti konċernati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Artikolu 19

1.   Fejn il-proċedura ta’ verifika msemmija fl-Artikolu 18 jew fejn l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jew tar-Russja turi jew tidher li turi li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim qegħdin jinħarbu jew jinkisru, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkoperaw mill-qrib u bl-urġenza xierqa sabiex jevitaw evażjoni jew ksur ta’ dan it-tip.

2.   Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Russi kompetenti għandhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-Komunità, iwettqu l-inkjesti xierqa, jew jagħmlu arranġamenti sabiex jitwettqu dawn l-inkjesti, dwar operati li jkunu, jew lilll-Komunità jidhrilha li jkunu, qed jaħarbu jew jiksru dan il-Protokoll. Ir-Russja għandha tikkomunika r-riżultati ta’ dawn l-inkjesti lill-Komunità, inkluż kull tagħrif pertinenti ieħor li jippermetti li tiġi stabbilita l-kawża ta’ l-evażjoni jew tal-ksur, inkluża l-oriġini vera tal-merkanzija.

3.   Bi ftehim bejn il-Komunità u r-Russja, l-uffiċjali maħtura mill-Komunità jistgħu jkunu preżenti waqt l-inkjesti msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Skond il-koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità u tar-Russja għandhom jaqsmu bejniethom kull tagħrif meqjus minn kull waħda mill-Partijiet bħala bżonnjuż sabiex jiġu evitati l-evażjoni jew il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim. Dawn l-iskambji jistgħu jinkludu tagħrif dwar il-kummerċ tat-tip ta’ prodotti koperti minn dan il-Ftehim bejn ir-Russja u l-pajjiżi terzi, b’mod partikolari fejn il-Komunità jkollha bażi raġjonevoli sabiex tqis li l-prodotti konċernati jistgħu jkunu fi tranżitu fit-territorju tar-Russja qabel ma jkunu ġew importati fil-Komunità. Dan it-tagħrif jista’ jinkludi, fuq talba tal-Komunità, kopji tad-dokumenti rilevanti kollha, fejn ikunu disponibbli.

5.   Fejn ikun hemm prova suffiċjenti ta’ l-evażjoni jew tal-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, l-awtoritajiet kompetenti tar-Russja u tal-Komunità jistgħu jaqblu li jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex dan il-ksur jew din l-evażjoni ma terġax tirrepeti ruħha.

Image 12

Test ta 'immaġni

Image 13

Test ta 'immaġni

Image 14

Test ta 'immaġni

Image 15

Test ta 'immaġni

17.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/71


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Novembru 2007

li tawtorizza lir-Renju ta’ l-Olanda biex japplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(il-verżjoni Olandiża biss hija awtentika)

(2007/740/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra rreġistrata lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fl-24 ta’ Novembru 2006, ir-Renju ta’ l-Olanda talab awtorizzazzjoni biex japplika miżuri fiskali speċjali fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti kif awtorizzata qabel għal perjodu limitat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/20/KE (2).

(2)

Skond l-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Lulju 2007 bit-talba magħmula mir-Renju ta’ l-Olanda. B’ittra datata s-17 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju ta’ l-Olanda li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat li hija meħtieġa biex tikkunsidra t-talba.

(3)

L-arranġament għandu jawtorizza lir-Renju ta’ l-Olanda biex japplika skema fl-industrija ta’ ħwejjeġ lesti, biex taqleb l-obbligu tal-ħlas tal-VAT lill-awtoritajiet fiskali mis-sottokuntrattur għal fuq l-intrapriża tal-ħwejjeġ (il-kuntrattur).

(4)

Dawn l-arranġamenti wrew fil-passat li huma miżura effettiva ta’ prevenzjoni f’settur li fih il-ġbir tal-VAT huwa diffiċli minħabba l-problemi ta’ identifikar jew sorveljanza ta’ l-attivitajiet tas-sottokuntratturi. Il-miżura mitluba għalhekk għandha titqies bħala miżura biex twaqqaf ċerti tipi ta’ evażjoni u evitar tat-taxxa fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti.

(5)

Madankollu, billi l-lokalizzazzjoni għall-manifattura ta’ ħwejjeġ lesti hija influwenzata minn spejjeż baxxi ta’ xogħol u s-sottokuntratturi jirrilokaw malajr minn pajjiż għal ieħor, ir-Renju ta’ l-Olanda għandu jissorvelja u jevalwa l-impatt ta’ dawn il-fatturi fuq l-effettività tad-deroga u jinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

(6)

Huwa xieraq li l-miżura tkun limitata fiż-żmien sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tevalwaha abbażi tar-rapport mibgħut mir-Renju ta’ l-Olanda.

(7)

Id-deroga ma għandhiex effett ħażin fuq ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet li jiġu mit-taxxa tal-valur miżjud u lanqas ma teffettwa l-ammont tal-VAT impost fl-aħħar stadju tal-konsum,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Renju ta’ l-Olanda huwa hawnhekk awtorizzat li japplika skema sal-31 ta’ Diċembru 2009 fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti, biex taqleb l-obbligi tas-sottokuntratturi tal-ħlas tal-VAT lill-awtoritajiet fiskali, mis-sottokuntrattur għal fuq d-ditta tal-ħwejjeġ (il-kuntrattur).

Artikolu 2

Sal-31 ta’ Lulju 2009 ir-Renju ta’ l-Olanda għandu jissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni ġenerali ta’ l-operat tal-miżura kkonċernata, partikolarment dwar l-effettività tal-miżura u kwalunkwe prova oħra ta’ rilokalizzazzjonijiet ta’ sottokuntratturi fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti għal pajjiżi oħra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ l-Olanda.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)   ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/138/KE (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 92)

(2)   ĠU L 8, 14.1.1998, p. 16. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/516/KE (ĠU L 221, 22.6.2004, p. 17)


Kummissjoni

17.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/73


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2007/102/KE li tadotta l-pjan ta’ ħidma għall-2007 għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), inkluż il-programm annwali ta’ ħidma għall-għotjiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/741/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 110 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tadotta programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1), tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/858/KE tal-15 ta’ Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva, l-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika”, għall-ġestjoni ta’ l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika — skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-pjan ta’ ħidma għall-2007 ġie adottat fit-12 ta’ Frar 2007.

(2)

Il-baġit disponibbli għall-2007 (impenji) ġie stmat li jammonta għal EUR 40 000 000. Il-kontribuzzjoni tal-pajjiżi ŻEE/EFTA ġiet stmata għal EUR 912 000. Il-kontribuzzjoni ta’ Pajjiż Applikant (it-Turkija) ġiet stmata għal EUR 958 000. Il-baġit globali għall-2007 ġie stmat għal EUR 41 870 000. L-ammont indikattiv totali għas-sejħa għall-proposti ġie stmat għal EUR 33 888 000. L-ammont indikattiv ġenerali għas-sejħa għall-offerti ġie stmat għal EUR 4 064 000.

(3)

Il-kontribuzzjoni li waslet mill-pajjiżi ŻEE/EFTA kienet ta’ EUR 884 640. Il-kontribuzzjoni li trid tasal minn Pajjiż Applikant (it-Turkija) kienet ta’ EUR 957 697. L-ex pajjiżi kandidati li ġejjin, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Litwanja, ir-Rumanija u s-Slovenja kkontribwew għall-Programm ta’ Saħħa Pubblika fuq il-bażi tal-Protokolli ta’ Tkabbir b’ammont ta’ EUR 7 133 382,18 li minnu EUR 1 226 395,90 kienu impenjati fis-snin ta’ qabel tal-Programm imsemmi hawn fuq. L-ammont ta’ EUR 5 906 986,28 għadu għalhekk disponibbli għall-iffinanzjar ta’ azzjonijiet fl-2007.

(4)

Il-baġit totali disponibbli għall-2007 huwa għalhekk ta’ EUR 47 749 323,28. L-ammont totali għas-sejħa ta’ proposti hu ta’ EUR 37 888 963. L-ammont totali għas-sejħa ta’ offerti hu ta’ EUR 5 324 000.

(5)

L-azzjonijiet li qabel kienu mbassra għall-2007 bil-kooperazzjoni ta’ l-OECD se jiġu posposti għall-2008, għaldaqstant parti mill-baġit allokat biex jiffinanzja ftehimiet ta’ għotja diretta ma’ l-OECD issa hija disponibbli għal azzjonijiet oħra fl-2007. Hemm imbassra tliet azzjonijiet bil-kooperazzjoni tal-WHO u azzjoni ma’ l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) għal ammont totali ta’ EUR 2 550 000 minflok l-ammont inizjali stmat għal EUR 2 032 000.

(6)

Fid-dawl taż-żieda fil-baġit disponibbli huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat il-Pjan ta’ Ħidma għall-2007 biex jiġi ffinanzjat għadd ikbar ta’ offerti, proġetti taħt is-Sejħa għall-Proposti ta’ l-2207 u ftehimiet ta’ għotja diretta ma’ għaqdiet internazzjonali.

(7)

Barra minn hekk, billi fil-baġit finali ta’ l-2007, l-entratura 17 03 01 01 ma kellhiex l-allokazzjoni ta’ impenn meħtieġa, l-ammont rilevanti disponibbli taħt l-artikolu 17 03 06 tal-baġit ġie trasferit għall-entratura 17 03 01 01 fil-bidu tas-sena tal-baġit.

(8)

In-nefqa għat-treġija amministrattiva tal-programm hija koperta mill-entratura 17 01 04 02 tal-baġit (4).

(9)

Il-Kumitat għall-Programm ta’ Saħħa Pubblika ta fehma favorevoli dwar dan l-abbozz ta’ Deċiżjoni.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/102/KE (5) għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/102/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 1.2 (Ir-Riżorsi) jinbidel b’dan li ġej:

“Il-Baġit li jemenda Nru 1/2007 jammonta għal EUR 38 800 000 għall-approprjazzjonijiet operattivi taħt l-entratura 17 03 01 01 tal-baġit u għal EUR 1 200 000 għall-approprjazzjonijiet amministrattivi taħt l-entratura 17 01 04 02 tal-baġit.

Il-linja tal-baġit għall-approprjazzjonijiet amministrattivi relatati ma’ l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika hija 17 01 04 30.

Il-baġit approvat għall-2007 (impenji) jammonta għal EUR 40 000 000.

Il-baġit għall-approprjazzjonijiet operattivi huwa ta’ EUR 38 800 000. Il-baġit għall-approprjazzjonijiet amministrattivi huwa ta’ EUR 1 200 000.

Ma’ dan il-baġit iridu jiżdiedu:

Il-kontribuzzjoni li waslet mill-pajjiżi ŻEE/EFTA li kienet ta’ EUR 884 640;

il-kontribuzzjoni ta’ Pajjiż Applikant wieħed (it-Turkija), stmata li tlaħħaq EUR 957 697;

il-kontribuzzjoni ta’ pajjiżi li ġejjin li kienu kandidati, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Litwanja, ir-Rumanija u s-Slovenja, għal ammont ta’ EUR 5 906 986,28.

Il-baġit totali għall-2007 huwa għalhekk ta’ EUR 47 749 323,28. Dan jinkludi kemm ir-riżorsi għall-baġit operattiv kif ukoll riżorsi għal għajnuna teknika u amministrattiva:

it-total għall-baġit operattiv huwa stmat li jlaħħaq EUR 46 416 963,28;

it-total għall-baġit amministrattiv huwa stmat li jlaħħaq EUR 1 332 360.

Huwa propost li EUR 5 324 000 tal-baġit operattiv jintuża għas-sejħiet għall-offerti, u EUR 2 550 000 għal għotjiet diretti għal organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-ammont indikattiv totali għas-sejħa għall-proposti huwa stmat li jlaħħaq EUR 37 888 963.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-allokazzjoni ta’ għotjiet għas-sejħa għall-proposti, se jipprova jintlaħaq bilanċ bejn il-linji ta’ żvilupp differenti tal-programm, filwaqt li tkun ikkunsidrata l-kwalità u l-kwantità tal-proposti li jaslu, kemm-il darba ma jinqalgħux emerġenzi partikolari għas-saħħa pubblika (eż. influwenza pandemika) li jkunu jiġġustifikaw kwalunkwe allokazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi. Fil-każ li jibqgħu disponibbli riżorsi mill-baġit operattiv fl-aħħar ta’ l-2007, dawn se jiġu allokati mill-ġdid għall-finanzjament ta’ l-għotijiet magħżula permezz tas-Sejħa għal proposti 2007.”

(2)

Fil-punt 2.1 (Is-Sejħa għall-proposti):

ir-raba’ paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“L-ammont indikattiv totali għas-sejħa għall-proposti huwa stmat li jlaħħaq għal EUR 37 888 963 ”.

Id-disa’ paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Għandu jingħad li l-ammont indikattiv għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità fil-proġetti miżmuma matul il-ftuħ tan-negozjati jista’ jvarja minn –20 % sa + 10 % minħabba dan ta’ l-aħħar”.

(3)

Il-Punt 2.2 (Sejħa għal offerti), l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Ix-xiri tas-servizzi għandu jiġu ffinanzjat taħt l-entraturi tal-baġit 17 03 01 01 u 17 01 04 02. L-ammont indikattiv totali għas-sejħiet għal offerti jitla’ sa EUR 5 324 000 ”.

(4)

Il-punt 2.3.1 (Oqsma ta’ kooperazzjoni fl-2007) jinbidel b’dan li ġej:

“Skond l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni tal-Programm, il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika u l-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) se titfittex li tintlaħaq matul il-kors tal-programm f’koordinazzjoni ma’ servizzi tal-Kummissjoni li jitrattaw l-istess suġġetti.

Kooperazzjoni ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)

Il-kooperazzjoni mal-WHO se tiġi mwettqa b’konformità ma’:

‘Il-ftehim bejn in-Nazzjonijiet Uniti u l-Komunità Ewropea fuq il-prinċipji li japplikaw għall-finanzjament jew il-ko-finanzjament mill-Komunità tal-programmi u l-proġetti amministrati min-Nazzjonijiet Uniti’ li daħal fis-seħħ fid-9 ta’ Awwissu 1999, u l-Ftehim tal-Klawsola ta’ Verifika bejn il-Komunità Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995, kif emendat;

L-iskambju ta’ korrispondenza bejn il-WHO u l-Kummissjoni Ewropea li jikkonċerna l-konsolidazzjoni u l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni (inkluż il-memorandum dwar il-qafas u l-arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn il-WHO u l-Kummissjoni Ewropea li jifforma parti mill-iskambju ta’ ittri).

L-assistenza finanzjarja mill-Kummissjoni Ewropea għall-attivitajiet imwettqa mill-WHO għandha, kemm-il darba ma jiġix miftiehem xort’oħra f’ċirkostanzi eċċezzjonali, tingħata skond il-Ftehim tal-Qafas Finanzjarju u Amministrattiv bejn il-Komunità Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti, li daħal fis-seħħ fid-29 ta’ April 2003 (adeżjoni mill-WHO fil-11 ta’ Diċembru 2003).

Wara t-taħdita li seħħet mal-WHO, ġew identifikati l-oqsma ta’ prijorità tat-tibdil fil-klima/ambjent, in-nutrizzjoni u s-sorveljanza ta’ l-attività fiżika, u s-saħħa mentali.

It-tibdil fil-klima/l-ambjent u t-tagħrif dwar is-saħħa biex jiġi implimentat l-Istrument ta’ Appoġġ għad-Deċiżjoni dwar it-Tagħrif fuq il-Klima għas-Sħana fl-Ewropa bħala Sistema ta’ Twissija għas-Saħħa dwar is-Sħana ta’ l-UE għat-tbassir ta’ eventi ta’ sħana fl-Ewropa.

Sorveljanza dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika biex jingħaqdu flimkien id-databases, jiġi aġġornat il-kontenut tagħhom u jiġi pprovdut appoġġ lill-Istati Membri għall-istandardizzazzjoni u l-kontroll tal-kwalità tat-tagħrif miġbur mill-Kummissjoni u l-WHO.

Is-saħħa mentali. Isir rendikont tar-rikkezza ta’ esperjenza u ta’ inizjattivi fil-promozzjoni tas-saħħa mentali, il-prevenzjoni tat-taqlib mentali u l-inklużjoni soċjali ta’ nies bi problemi ta’ saħħa mentali fil-pajjiżi fuq il-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, jiġu identifikati u jingħataw appoġġ il-mexxeja kredibbli fis-settur tas-saħħa u jiġi identifikat il-vojt fl-evidenza fejn hemm ħtieġa ta’ aktar riċerka.

L-azzjonijiet meħuda se jevitaw kull xogħol żejjed jew duplikat ma’ attivitajiet oħra ffinanzjati mill-Komunità, b’mod partikolari azzjonijiet oħra ffinanzjati taħt il-programm ta’ saħħa pubblika.

Kooperazzjoni ma’ l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) affiljata mal-WHO

Hemm il-ħsieb ta’ negozjat għalih ma’ l-IARC għal proġett għall-iżvilupp ta’ l-Istudju Prospettiv tan-Nutrizzjoni u l-Kanċer Ewropew (EPIC) u n-Netwerk ta’ Reġistri dwar il-Kanċer Ewropew (ENCR), biex jiġi aġġornat il-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer u jitħejja Atlas dwar il-Mortalità mill-Kanċer fl-Unjoni Ewropea bl-użu ta’ l-aktar data reċenti dwar il-mortalità. (*1)

(*1)  http://ec.europa.eu/health/ph_international/int_organisations/who_en.htm"

(5)

Il-punt 2.3.2 (Iffinanzjar) jinbidel b’dan li ġej:

“Il-fondi għal azzjonijiet ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija hawn fuq jistgħu jiġu allokati biss permezz ta’ ftehimiet ta’ konċessjoni diretta. Il-ftehimiet għal għotjiet diretti jtejbu s-sinerġiji u s-sensibilità tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fejn l-azzjonijiet jitwettqu flimkien. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ċerti kapaċitajiet marbuta mal-missjonijiet u r-responsabilitajiet speċifiċi tagħhom, li jagħmluhom partikolarment ikkwalifikati biex iwettqu wħud mill-azzjonijiet stabbiliti f’dan il-Programm ta’ Ħidma u li għalihom ftehimiet għal għotjiet diretti huma kkunsidrati bħala l-proċedura l-aktar xierqa.

L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja jista’ jitla’ sa 60 % għal kull organizzazzjoni ta’ l-ispejjeż eleġibbli għall-proġetti kkunsidrati. Il-Kummissjoni tiddetermina f’kull każ individwali l-perċentwali massima li tingħata.

L-għotjiet Diretti għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja tal-baġit 17 03 01 01; l-ammont indikattiv għall-għotjiet diretti huwa stmat li jlaħħaq għal EUR 2 550 000. Dan l-ammont jista’ jiżdied skond l-approprjazzjonijiet mhux użati disponibbli taħt il-baġit operattiv.”

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 7).

(3)   ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.

(4)  Il-Baġit ta’ emenda Nru. 1, ĠU L 124, 15.5.2007, p. 1.

(5)   ĠU L 46, 16.2.2007, p. 27.