ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
16 ta' Novembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1335/2007 tal-15 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1336/2007 tal-15 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 557/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1337/2007 tal-15 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1338/2007 tal-15 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-kwoti tariffarji tal-Komunità għal-larinġ li joriġina fl-Eġittu u għal prodott agrikolu pproċessat li joriġina fl-Iżrael

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1339/2007 tal-15 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta' Novembru 2007

14

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1340/2007 tal-15 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

17

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1341/2007 tal-15 ta’ Novembru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

20

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2007/737/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPOL COPPS/1/2007 tat-30 ta’ Ottubru 2007 rigward l-estensjoni tal-mandat tal-Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

22

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jemenda u jaġġorna ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju ( ĠU L 278, 22.10.2007 )

23

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1335/2007

tal-15 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

62,0

MK

38,2

TR

81,4

ZZ

60,5

0707 00 05

JO

196,3

MA

68,0

TR

102,8

ZZ

122,4

0709 90 70

MA

64,1

TR

83,0

ZZ

73,6

0805 20 10

MA

73,5

ZZ

73,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

39,6

IL

68,7

TR

77,0

UY

98,5

ZZ

71,0

0805 50 10

AR

73,7

TR

91,6

ZA

100,0

ZZ

88,4

0806 10 10

BR

238,0

TR

119,3

US

285,7

ZZ

214,3

0808 10 80

AR

83,4

BR

82,0

CA

95,9

CL

33,5

MK

31,5

US

104,1

ZA

87,4

ZZ

74,0

0808 20 50

AR

49,3

CN

47,5

TR

129,4

ZZ

75,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1336/2007

tal-15 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 557/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 tad-19 ta’ Ġunju 2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2007 (2) turi li għandhom isiru aġġustamenti f'ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Għandu jiġi kkjarifikat li r-rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tintwera fl-ippakkjar tat-trasport japplikaw ukoll għall-ippakkjar tat-trasport tal-bajd għal aktar ipproċessar.

(3)

Skond l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd (3), id-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ma kinux japplikaw għall-bajd li jitwassal direttament għand l-industrija ta’ l-ikel kif ukoll dik mhux ta’ l-ikel għall-ipproċessar. Din id-dispożizzjoni ma ġietx inkluża fir-Regolament (KE) Nru 1028/2006, sabiex l-Istati Membri jitħallew il-possibilità li jistabbilixxu dawn il-miżuri fil-livell nazzjonali. Madankollu, biex l-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri jitħallew jimplimentaw ir-regoli ġodda, ġie stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni, mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008, permezz tar-Regolament (KE) Nru 557/2007 għall-immarkar tal-bajd għall-ipproċessar prodott fil-Komunità. Miżuri simili ta’ tranżizzjoni ma ġewx previsti għall-prodott importat minn pajjiżi terzi. Sabiex jiġi evitat trattament inġust, għandu għalhekk jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2008 għad-dispożizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ dak il-bajd prodott fil-pajjiżi terzi u importat fil-Komunità għall-ipproċessar.

(4)

Il-bajd importat minn pajjiżi terzi għandu jiġi mmarkat fil-pajjiż ta’ oriġini bil-kodiċi tal-pajjiż, skond l-istandards internazzjonali “ISO 3166 Kodiċijiet tal-Pajjiżi”.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 557/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-Laħam tat-Tiġieġ u l-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 557/2007 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7(3) huwa ssostitwit b’li ġej:

“3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 applikata għall-ippakkjar tat-trasport m'għandhiex tinbidel u għandha tibqa' fuq l-ippakkjar għat-trasport sa ma jitneħħa l-bajd sabiex immedjatament ikun ikklassifikat, immarkat u ippakkjat jew ipproċessat aktar.”

(2)

L-Artikolu 11(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Sat-30 ta’ Ġunju 2008, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-obbligazzjonijiet għall-immarkar stabbiliti fl-Artikolu 4, paragrafu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 ma għandhomx japplikaw għall-bajd prodott fil-Komunità, miġbur mill-operatur ta’ l-industrija ta’ l-ikel innifisha approvat skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, direttament mill-fornituri regolari tagħha; f'dak il-każ, il-konsenja għandha tiġi taħt ir-responsabbiltà sħiħa ta’ l-operatur ta’ l-industrija ta’ l-ikel, li skond dan jaċċetta li juża l-bajd għall-ipproċessar biss.

(b)

Għal bajd, minbarra l-bajd tal-grad A, importat minn pajjiżi terzi, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-operaturi ta’ l-industrija ta’ l-ikel, fuq talba tagħhom mill-obbligi ta’ l-immarkar stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, jekk il-prodotti jiġu importati mill-pajjiżi elenkati u minn operaturi awtorizzati skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; madankollu, dan il-bajd għandu jitwassal għand l-industrija biss sakemm id-destinazzjoni finali tagħhom bil-għan li jiġi pproċessat tiġi kkontrollata skond il-proċedura mogħtija fl-Artikolu 296 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2545/93 (*); f'dawn il-każijiet, il-kaxxa 104 tal-kopja ta’ kontroll T5 għandu jkun fiha waħda mill-entrati stabbiliti fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

(*)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.”"

(3)

L-Artikolu 30(2) huwa ssostitwit b'li ġej:

“2.   Bajd importat minn pajjiżi terzi għandu jkun immarkat b'mod ċar u li jista' jinqara fil-pajjiż ta’ l-oriġini flimkien mal-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166.”

(4)

It-test fl-Anness għal dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness V.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 186, 7.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 132, 24.5.2007, p. 5.

(3)  ĠU L 173, 6.7.1990, p. 5. Ir-Regolament imħassar bir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 (ĠU L 186, 7.7.2006, p. 1).


ANNESS

“ANNESS V

L-entrati msemmija fl-Artikolu 11(1)(b)

:

bil-Bulgaru

:

яйца, предназначени изключително за преработка, съгласно член 11 от Регламент (ЕО) № 557/2007.

:

bl-Ispanjol

:

huevos destinados exclusivamente a la transformación, de conformidad con lo dispuesto en el artículo 11 del Reglamento (CE) no 557/2007.

:

biċ-Ċek

:

vejce určená výhradně ke zpracování v souladu s čl. 11 nařízení (ES) č. 557/2007.

:

bid-Daniż

:

æg, der udelukkende er bestemt til forarbejdning, jf. artikel 11 i forordning (EF) nr. 557/2007.

:

bil-Ġermaniż

:

Eier ausschließlich bestimmt zur Verarbeitung gemäß Artikel 11 der Verordnung (EG) Nr. 557/2007.

:

bl-Estonjan

:

eranditult ümbertöötlemisele kuuluvad munad, vastavalt määruse (EÜ) nr 557/2007 artikli 11.

:

bil-Grieg

:

αυγά που προορίζονται αποκλειστικά για μεταποίηση, σύμφωνα με το άρθρο 11 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 557/2007.

:

bl-Ingliż

:

eggs intended exclusively for processing in accordance with Article 11 of Regulation (EC) No 557/2007.

:

bil-Franċiż

:

oeufs destinés exclusivement à la transformation, conformément à l’article 11 du règlement (CE) no 557/2007.

:

bit-Taljan

:

uova destinate esclusivamente alla trasformazione, in conformità dell’articolo 11 del regolamento (CE) n. 557/2007.

:

bil-Latvjan

:

olas, kas paredzētas tikai pārstrādei, saskaņā ar regulas (EK) Nr. 557/2007 11. pantu.

:

bil-Litwan

:

tik perdirbti skirti kiaušiniai, atitinkantys Reglamento (EB) Nr. 557/2007 11 straipsnio reikalavimus.

:

bl-Ungeriż

:

A 557/2007/EK rendelet 11. bekezdésének megfelelően kizárólag feldolgozásra szánt tojás.

:

bil-Malti

:

bajd destinat esklussivament għall-ipproċessar, f’konformità ma’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru. 557/2007.

:

bl-Olandiż

:

eieren die uitsluitend bestemd zijn voor verwerking, overeenkomstig artikel 11 van Verordening (EG) nr. 557/2007.

:

bil-Pollakk

:

jaja przeznaczone wyłącznie dla przetwórstwa, zgodnie z artykułem 11 rozporządzenia (WE) nr 557/2007.

:

bil-Portugiż

:

ovos destinados exclusivamente à transformação, em conformidade com o artigo 11.o do Regulamento (CE) n.o 557/2007.

:

bir-Rumen

:

ouă destinate exclusiv procesării, conform articolului 11 din Regulamentul (CE) nr. 557/2007.

:

bl-Islovakk

:

vajcia určené výhradne na spracovanie podľa článku 11 nariadenia (ES) č. 557/2007.

:

bl-Isloven

:

jajca, namenjena izključno predelavi, v skladu s členom 11 Uredbe (ES) št. 557/2007.

:

bil-Finlandiż

:

Yksinomaan jalostettaviksi tarkoitettuja munia asetuksen (EY) N:o 557/2007 11 artiklan mukaisesti.

:

bl-Isvediż

:

Ägg uteslutande avsedda för bearbetning, i enlighet med artikel 11 i förordning (EG) nr 557/2007.”


16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1337/2007

tal-15 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 ta' l-10 ta’ April 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5 (1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Kien hemm qbil dwar il-parteċipazzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea permezz tal-Ftehim tal-25 ta’ Lulju 2007 dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, iffirmat bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda, Lichtenstein, in-Norveġja u l-Pajjiżi Applikanti taż-ŻEE.

(2)

Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-adozzjoni tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE ta' l-2007, intlaħaq qbil dwar Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri, li jipprovdi għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE. Dak il-Ftehim ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/566/KE tat-23 ta’ Lulju 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u f'erba' ftehimiet relatati (2).

(3)

Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE jipprovdi għal Protokoll addizzjonali għat-Trattat KE-Norveġja dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-1973. Dan il-Protokoll addizzjonali jipprovdi għal kwoti ġodda tariffarji annwali bla dazju u għal tibdiliet fil-kwoti annwali tariffarji bla dazju eżistenti ma' l-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti prodotti ta' ħut u ta' sajd li joriġinaw fin-Norveġja.

(4)

Biex jiġu implimentati l-kwoti tariffarji ġodda u dawk mibdulin kif ipprovduti fil-Protokoll addizzjonali, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 992/95.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3) jipprovdi għal sistema ta' amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji ddisinjati biex jintużaw wara l-ordni kronoloġika tad-dati ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali. Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni għandha tapplika l-istess sistema għall-kwoti tariffarji pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 992/95.

(6)

Ċerti kwoti tariffarji pprovduti fil-Protokoll addizzjonali għandhom jinftiehmu inizjalment li mhumiex kritiċi fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Għaldaqstant, l-Artikoli 308(ċ)(2) u (3) ta' dak ir-Regolament m'għandhomx japplikaw għal dawk il-kwoti tariffarji.

(7)

Skond il-Protokoll addizzjonali il-volumi tal-kwoti tariffarji għas-sena 2007 m'għandhomx jitnaqqsu fi proporzjon ma' dik il-parti tas-sena li tkun għaddiet qabel ma japplikaw il-kwoti tariffarji, filwaqt li min-naħa l-oħra il-volumi tal-kwoti tariffarji għas-sena 2009 ma għandhomx jitnaqqsu fi proporzjon ma' dik il-parti tas-sena 2009 li matulha l-ebda kwota tariffarja ma tkun tapplika.

(8)

F'konformità mad-Deċiżjoni 2007/566/KE il-kwoti tariffarji ġodda u t-tibdiliet għall-kwoti tariffarji eżistenti għandhom japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2007. Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ minnufih.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 992/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji bin-numbri ta' l-ordni 09.0745 u 09.0758 elenkati fl-Anness I ma għandhomx japplikaw għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008.”

(2)

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kwoti tariffarji deskritti f'dan ir-Regolament għandhom jitmexxew skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Madankollu, l-Artikolu 308ċ(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma għandux japplika għall-kwoti tariffarji bin-numri ta' l-ordni 09.0850, 09.0851, 09.0852, 09.0854, 09.0855 u 09.0856.”

(3)

L-Annessi I u II huma emendati kif deskritti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 101, 4.5.1995, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1920/2004 (ĠU L 331, 5.11.2004, p. 1).

(2)  ĠU L 221, 25.8.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 992/95 huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu:

Nru ta’ l-Ordni.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Volum tal-kwota

Il-kwota tad-dazji

(%)

“09.0850 (*)

0303 74 30

Kavalli ta' l-ispeċi Scomber scombrus jew Scomber japonicus, iffriżati

 

 

Mill-1.9. sal-31.12.2007: 9 300 tunnellata

0

Mill-1.1. sal-31.12.2008: 9 300 tunnellata

0

Mill-1.1. sat-30.4.2009: 3 100 tunnellata

0

09.0851 (*)

0303 51 00

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

 

 

Mill-1.9. sal-31.12.2007: 1 800 tunnellata

0

Mill-1.1. sal-31.12.2008: 1 800 tunnellata

0

Mill-1.1. sat-30.4.2009: 600 tunnellata

0

09.0852 (**)

0304 29 75

ex 0304 99 23

Aringi u ġnub ta' l-aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

 

 

Mill-1.9. sal-31.12.2007: 600 tunnellata

0

Mill-1.1. sal-31.12.2008: 600 tunnellata

0

Mill-1.1. sat-30.4.2009: 200 tunnellata

0

09.0853

0303 79 98

Ħut ieħor, iffriżat

 

 

Mill-1.9. sal-31.12.2007: 2 200 tunnellata

0

Mill-1.1. sal-31.12.2008: 2 200 tunnellata

0

Mill-1.1. sat-30.4.2009: 734 tunnellata

0

09.0854

0303 29 00

Salmonidae ieħor, iffriżat

 

 

Mill-1.9. sal-31.12.2007: 2 000 tunnellata

0

Mill-1.1. sal-31.12.2008: 2 000 tunnellata

0

Mill-1.1. sat-30.4.2009: 667 tunnellata

0

09.0855

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

Gambli u gambli kbar, imqaxxra u ffriżati, ippreparati jew ippreservati

Mill-1.9. sal-31.12.2007: 2 000 tunnellata

0

09.0856

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

Gambli u gambli kbar, imqaxxra u ffriżati, ippreparati jew ippreservati

Mill-1.1. sal-31.12.2008: 10 000 tunnellata

0

09.0858

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

Gambli u gambli kbar, imqaxxra u ffriżati, ippreparati jew ippreservati

Mill-1.1. sat-30.4.2009: 667 tunnellata

0

(b)

Ir-ringiela għan-numru ta' l-ordni 09.0758 tinbidel b'dan li ġej:

“09.0758

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

Gambli u gambli kbar, imqaxxra u ffriżati, ippreparati jew ippreservati

2 500 tunnellata

0 ”

(c)

Ir-ringieli għall-kodiċi NM ex 0303 74 30 bin-numri ta' l-ordni 09.0754, 09.0760, 09.0763 u 09.0778 jinbidlu b'dan li ġej:

 

 

Kavalli ta' l-ispeċi Scomber scombrus jew Scomber japonicus, iffriżati

 

 

 

 

 

Mis-16.6.2007 sal-15.6.2008:

 

“09.0763

0303 74 30

 

16.6.-30.9.2007: 7 500

0

09.0778

0303 74 30

 

1.10.-31.12.2007: 15 500

0

09.0760

0303 74 30

 

1.1.-14.2.2008: 7 500

0

 

 

 

Mis-16.6.2008 'l quddiem:

 

09.0857

0303 74 30

 

16.6.2008-14.2.2009: 30 500

0 ”

(d)

Ir-ringieli għan-numri ta' l-ordni 09.0758 u 09.0756 jinbidlu b'dan li ġej:

“09.0752

0303 51 00

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati (***)

44 000 tunnellata

0

09.0756

0304 29 75

Flettijiet ta' Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

67 000 tunnellata

0

ex 0304 99 23

Ġnub ta' Aringi (friefet) (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati (****)

(e)

Titħassar in-nota (a) ta' qiegħ il-paġna.

(2)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 992/95 huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-ringieli tan-numri ta' l-ordni 09.0745, 09.0756 u 09.0758 jinbidlu b'dan li ġej:

Nru ta’ l-Ordni.

Kodiċijiet tan-NM

Kodiċijiet tat-TARIC

“09.0756

ex 0304 99 23

0304992310

0304992320

0304992330

09.0745

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

1605201020

1605201040

1605201091

1605209120

1605209140

1605209191

1605209920

1605209940

1605209991

09.0758

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

1605201020

1605201040

1605201091

1605209120

1605209140

1605209191

1605209920

1605209940

1605209991 ”

(b)

Jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin:

Nru ta’ l-Ordni.

Kodiċijiet tan-NM

Kodiċijiet tat-TARIC

“09.0852

ex 0304 99 23

0304992310

0304992320

0304992330

09.0855

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

1605201020

1605201040

1605201091

1605209120

1605209140

1605209191

1605209920

1605209940

1605209991

09.0856

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

1605201020

1605201040

1605201091

1605209120

1605209140

1605209191

1605209920

1605209940

1605209991

09.0858

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

1605201020

1605201040

1605201091

1605209120

1605209140

1605209191

1605209920

1605209940

1605209991 ”

(c)

Ir-ringieli tan-numri ta' l-ordni 09.0752, 09.0754, 09.0760, 09.0763 u 09.0778 jitħassru.


(*)  Peressli mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju d-dazju ta' l-MFN ikun xejn, il-benefiċċju ta' din il-kwota tariffarja ma għandux jingħata għall-oġġetti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul dan il-perjodu.

(**)  Bħall-oġġetti bil-kodiċi NM 0304 99 23, mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju d-dazju ta' l-MFN ikun xejn, il-benefiċċju ta' din il-kwota tariffarja ma għandux jingħata għal dawn l-oġġetti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul dan il-perjodu.”

(***)  Peressli mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju d-dazju ta' l-MFN ikun xejn, il-benefiċċju ta' din il-kwota tariffarja ma għandux jingħata għall-oġġetti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul dan il-perjodu.

(****)  Bħall-oġġetti bil-kodiċi NM 0304 99 23, mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju d-dazju ta' l-MFN ikun xejn, il-benefiċċju ta' din il-kwota tariffarja ma għandux jingħata għal dawn l-oġġetti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul dan il-perjodu.”


16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1338/2007

tal-15 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-kwoti tariffarji tal-Komunità għal-larinġ li joriġina fl-Eġittu u għal prodott agrikolu pproċessat li joriġina fl-Iżrael

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta’ April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffa ta' kwoti [kwota tariffarja] tal-Komunità u ta' kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta' ftehim ma ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), u partikolarment l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-30 ta’ Ottubru 2007 (2), il-Kunsill awtorizza li jiġi ffirmat, u pprovda li jiġi applikat proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2007, Protokoll għall-Ftehim Ewromediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Istat ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

(2)

Dan il-Protokoll jipprovdi għal żieda fil-volum tal-kwoti tariffarji applikabbli fl-importazzjoni fil-Komunità ta' larinġ li joriġina fl-Eġittu. Iż-żieda fil-volum għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

(3)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2007 (3), il-Kunsill awtorizza li jiġi ffirmat, u pprovda li jiġi applikat proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2007, Protokoll għall-Ftehim Ewromediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

(4)

Dan il-Protokoll jipprovdi għal kwota tariffarja annwali ġdida applikabbli fl-importazzjoni fil-Komunità ta' prodott agrikolu pproċessat speċifiku li joriġina fl-Iżrael. Il-kwota tariffarja l-ġdida għandha tapplika mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data ta' l-iffirmar tal-Protokoll.

(5)

Sabiex jiġu implimentati l-konċessjonijiet tariffarji pprovduti b'dawn il-Protokolli, jeħtieġ li tiġi aġġustata l-lista tal-kwoti tariffarji għall-Eġittu u għall-Iżrael stipulata bir-Regolament (KE) Nru 747/2001.

(6)

Ġaladarba l-kwota tariffarja għall-Iżrael għall-2007 ma tapplikax mill-1 ta’ Jannar 2007, il-volum tal-kwota tariffarja għal din is-sena għandu jkun definit fi kwantità iċken mill-volum tal-kwota tariffarja annwali.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għar-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

Madankollu, il-punt 2 ta' l-Anness għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1712/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 7).

(2)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Tabella li tidher fl-Anness IV, ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tas-serje 09.1707 u 09.1711 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:

“09.1707

0805 10

Larinġ, frisk jew imnixxef

Mill-1.7.2007 sat-30.6.2008 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.7 sat-30.6

70 320

Eżenzjoni (2)

 

 

li minnhom:

 

li minnhom:

 

09.1711

0805 10 20

Larinġ ħelu, frisk

Mill-1.12.2007 sal-31.5.2008 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.12 sal-31.5

36 300  (5)

Eżenzjoni (6)”

(2)

Fit-Tabella li tidher fil-Parti A ta' l-Anness VII, għandha tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

Nru tas-Serje

Kodiċi NM

Subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota

(f’tunnellati ta’ piż nett)

Dazju fuq il-kwota

“09.1367

ex 2106 90 98

44

Bażijiet taċ-ċitru għall-preparazzjoni tax-xarbiet mhux alkoħoliċi li fihom, bil-piż, talanqas 30 % għasir konċentrat tal-frott u mhux aktar minn 50 % sukrożju, u li ma fihomx ħalib jew prodotti tal-ħalib

Mill-1.11 sal-31.12.2007

3 240

67 % tal-komponent agrikolu”

Mill-1.1 sal-31.12.2008 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

5 550


16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1339/2007

tal-15 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta' Novembru 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mis-16 ta’ Novembru 2007 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Novembru 2007 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mis-16 ta’ Novembru 2007

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

2.11.2007-14.11.2007

1.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (**)

Qamħ iebes kwalità baxxa (***)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

221,29

102,87

Prezz FOB USA

379,34

369,34

349,34

154,28

Tariffa fuq il-Golf

19,83

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

18,95

2.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

54,61  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

48,66  EUR/t


(*)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(**)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(***)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1340/2007

tal-15 ta’ Novembru 2007

li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi li d-differenza bejn prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti mniżżlin fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (d), (e), u (g) ta’ dak ir-Regolament u prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema ta’ l-għoti tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għall-istipular ta’ ammonti ta’ rifużjonijiet (2) bħal dawn, tispeċifika l-prodotti li għalihom ir-rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita, li tapplika fejn dawn il-prodotti huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

(3)

Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull prodott bażiku msemmi hawnhekk għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

Minkejja dan, fil-każ ta’ ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, hemm periklu li, jekk rati ta’ rifużjoni għolja jkunu stabbiliti minn qabel, l-impenji li ġew meħuda minħabba dawn ir-rifużjonijiet jistgħu jidħlu fil-periklu li ma jitwettqux. Sabiex jiġi evitat dan il-periklu, huwa għalhekk importanti li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni xierqa, però mingħajr ma jiġi konkluż minn qabel l-ebda kuntratt għal żmien twil. L-istipular ta’ rati ta’ rifużjoni speċifiċi għall-istipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem għal dawk il-prodotti, għandu jwassal għat-twettiq ta’ dawn iż-żewġ għanjiet.

(5)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jipprovdi li, meta r-rata tar-rifużjoni qiegħda tiġi stipulata, għandha tiġi kkunsidrata, fejn xieraq, il-produzzjoni ta’ rifużjonijiet, għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli f'kull Stat Membru bi qbil mar-Regolament fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodott imsemmi għall-prodotti bażiċi mniżżlin fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew ta’ prodotti assimilati.

(6)

L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għall-ħlas ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat magħmul fil-Komunità li hu pproċessat f’kaseina jekk ħalib bħal dan u l-kaseina prodotta minnu tkun konformi ma’ ċerti kondizzjonijiet.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-impimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (3), jistipula li butir u krema bi prezzijiet imraħħsa għandhom ikunu disponibbli għall-industriji li jipproduċu ċerti prodotti.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonijiet li japplikaw għall-prodotti bażiċi li huma mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, u li huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha, tiġi stipulata kif imniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(3)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 96/2007 (ĠU L 25, 1.2.2007, p. 6).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mis-16 ta’ Novembru 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-trattat (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

 

 

(a)

Fejn merkanzija mħallta, bħala prodotti assimilati għal PG 3, butir bi prezz imraħħas jew krema miksuba insegwitu għar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fejn prodotti li jkollhom butir bi prezz imraħħas jew krema li ġiet prodotta bi qbil mal-kondizzjonijiet ipprovduti għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skond il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

0,00

0,00

(c)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

0,00

0,00


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijet lejn

a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, l-Istati Uniti ta’ l-Amerka u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione fl-Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.


16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1341/2007

tal-15 ta’ Novembru 2007

li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin  (3), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (4) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ, għalhekk, li prezzijiet rappreżentattivi jiġu ppublikati.

(3)

Meta wieħed iqis s-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li tiġi applikata din l-emenda malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006.

(3)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49)

(4)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1222/2007 (ĠU L 275, 19.10.2007, p. 30).


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodici NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Prezz rappreżentattiv

(EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ 70 %, iffriżati

104,2

0

01

102,1

0

02

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ 65 %, iffriżati

118,1

0

01

107,1

3

02

131,6

0

03

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ), iffriżati

234,6

20

01

250,1

15

02

335,4

0

03

0207 14 60

Koxxox tat-tiġieġ, iffriżati

118,6

7

01

149,0

0

03

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani 80 %, iffriżati

133,4

8

01

0207 27 10

Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

338,3

0

01

391,0

0

03

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ)

228,0

18

01


(1)  Oriġini ta' l-importazzjonijiet:

01

Il-Brażil

02

L-Arġentina

03

Iċ-Ċilì.”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPOL COPPS/1/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

rigward l-estensjoni tal-mandat tal-Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

(2007/737/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK ta’ l-14 ta’ Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 (2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(2) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK jipprevedi li l-Kunsill jawtorizza l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluża d-deċiżjoni li jibdel il-katina tal-kmand, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli.

(2)

Fil-21 ta’ Novembru 2006, wara proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, il-KPS ħatar bid-Deċiżjoni tiegħu 2006/853/PESK (2) lis-Sur Colin SMITH bħala Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPOL COPPS sal-31 ta’ Diċembru 2007.

(3)

Fit-18 ta’ Ottubru 2007, is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona lill-KPS li jestendi l-mandat tas-Sur Colin SMITH għal sena oħra, sal-31 ta’ Diċembru 2008,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Colin SMITH bħala Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), huwa permezz ta’ dan estiż sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. DURRANT PAIS


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.

(2)  ĠU L 331, 29.11.2006, p. 21.


Corrigendum

16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/23


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jemenda u jaġġorna ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 278, tat-22 ta' Ottubru 2007 )

F'paġna 12, taħt id-definizzjoni “L-Ogħla Rendiment Aġġustat”

minflok:

“1 012”,

aqra:

“1012”.

F'paġna 140, it-tieni paragrafu:

minflok:

“1 012”,

aqra:

“1012