ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 296

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
15 ta' Novembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1331/2007 tat-13 ta’ Novembru 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ disiandiamide li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1332/2007 ta' l-14 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1333/2007 tat-13 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2007 ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1749/96 dwar miżuri inizjali ta’ implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta’ indiċijiet armonizzati ta’ prezzijiet tal-konsumatur ( 1 )

22

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/735/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta’ Ottubru 2006 dwar proċediment skond l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/C2/38.681 – Il-Ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes) (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 4350)  ( 1 )

27

 

 

2007/736/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2007 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward il-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5365)  ( 1 )

29

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 296/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1331/2007

tat-13 ta’ Novembru 2007

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ disiandiamide li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Inizjazzjoni

(1)

Fit-3 ta’ Lulju 2006 il-Kummissjoni rċeviet ilment ippreżentat skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku minn AlzChem GmbH (“il-kwerelant”) li jirrapreżenta 100 % tal-produzzjoni Komunitarja ta’ 1-ċjanogwanidin (disiandiamide) (“DCD”).

(2)

Dan l-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping ta’ DCD mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u ta’ ћsara materjali li qed tirriżulta minnu li tqieset bћala suffiċjenti biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment.

(3)

Fis-17 ta’ Awwissu 2006, il-proċediment ingћata bidu bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ bidu (2) fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment u żjarat ta’ verifika

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produttur Komunitarju kwerelant, il-produtturi esportaturi, l-importaturi, l-utenti, il-fornituri u assoċjazzjonijiet li kien magħruf li huma kkonċernati u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngћataw l-opportunità li jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u li jitolbu smigћ fiż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu.

(5)

Il-produttur Komunitarju kwerelant, il-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-utenti ressqu l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha, li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari gћaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw smigћ.

(6)

Biex il-produtturi esportaturi fil-RPĊ, jekk ikunu jixtiequ dan, jitћallew iressqu talba gћal trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”) jew għal trattament individwali (“TI”), il-Kummissjoni bagћtet formoli ta’ talba lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kien magћruf li huma kkonċernati. Tliet produtturi esportaturi fir-RPĊ talbu MET skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku u TI, f’każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet gћal MET.

(7)

Fid-dawl tan-numru għoli li deher ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni indikat fl-avviż ta’ bidu li t-teħid ta’ kampjuni jista’ jiġi applikat f’din l-investigazzjoni għad-determinazzjoni ta’ dumping skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(8)

Biex jippermettu lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ intalbu jagħmlu lilhom infushom magħrufa mal-Kummissjoni u ntalbu jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ bidu, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (l-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006).

(9)

Madankollu, minħabba li tliet produtturi esportaturi biss ikkooperaw fl-investigazzjoni, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ.

(10)

Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oћra kollha li ppreżentaw ruћhom fiż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. Intbagħtu tweġibiet minn tliet produtturi esportaturi kooperattivi fir-RPĊ u mill-uniku produttur Komunitarju, kif ukoll minn żewġ utenti u erba’ importaturi.

(11)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ gћad-determinazzjoni ta’ dumping, tal-ћsara li rriżultat kif ukoll ta’ l-interess Komunitarju u wettqet verifiki fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produttur Komunitarju

AlzChem GmbH, il-Ġermanja

(b)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Ningxia Darong Chemical & Metallurgy Co., Ltd., RPĊ

Ningxia Xingping Fine Chemical Co., Ltd., RPĊ

Ningxia Yinglite Chemicals Co., Ltd, RPĊ

(ċ)

Importaturi mhux relatati

Lanxess GmbH, il-Ġermanja

Helm AG, il-Ġermanja

(d)

Utenti fil-Komunità

Merck Santé, Franza

Lanxess GmbH, il-Ġermanja

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(12)

L-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti gћall-evalwazzjoni tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(13)

Il-prodott ikkonċernat huwa 1-ċjanogwanidin (disiandiamide) (“DCD”), li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2926 20 00. Huwa sustanza solida fil-forma ta’ trab irqiq, abjad, kristallin, normalment mingħajr riħa. Huwa prodott minn ġir verġni u karbonju iswed u joħroġ wara bosta stadji ta’ produzzjoni.

(14)

Normalment id-DCD huwa użat bħala intermedjarju biex tiġi prodotta firxa wiesgħa ta’ intermedjarji kimiċi oħrajn, bħal farmaċewtiċi, bosta applikazzjonijiet industrijali - ilma, polpa u karta, tessut, ġilda - u oqsma differenti ta’ applikazzjonijiet ta’ epoksi. Huwa element prinċipali tal-katina nitroġenu – karbonju – nitroġenu (NCN), bi prodotti finali speċjalizzati bħal nitrat guanidine u derivattivi ta’ NCN oħrajn.

(15)

Aktar minn 90 % tad-DCD mibjugħ fis-suq Komunitarju huwa standard. Il-bqija, imsejjaħ mikro DCD, huwa ta’ daqs ta’ partikula iżgħar. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi taw data dwar it-tip standard biss.

2.2.   Prodott Simili

(16)

Importatur argumenta li t-tip standard ta’ DCD prodott mill-industrija Komunitarja huwa ta’ kwalità ogħla minn dak prodott minn produtturi esportaturi Ċiniżi, minħabba li l-kontenut ta’ l-ilma tad-DCD Ċiniż huwa sinifikattivament ogħla u aktar volatili meta mqabbel mal-kontenut ta’ l-ilma tad-DCD prodott fil-Komunità. Allegatament, id-DCD Ċiniż għandu wkoll kontenut ogħla ta’ impuritajiet.

(17)

Mandankollu, l-investigazzjoni uriet li, filwaqt li jista’ jkun hemm ċerti differenzi ta’ kwalità, dawn ma jistgħux jiġu kwantifikati u barra minn dan, ma jaffettwawx il-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u tekniċi bażiċi tad-DCD prodott u mibjugħ mill-industrija Komunitarja fil-Komunità, u d-DCD importat fil-Komunità mir-RPĊ, li nstab li kienu l-istess u li għandhom l-istess użi finali.

(18)

Gћalhekk ġie konkluż li dawn il-prodotti huma simili fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   It-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”)

(19)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet anti-dumping dwar importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali gћal dawk il-produtturi li nstabu li qed jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku gћandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-imsemmi Artikolu.

(20)

Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, il-kriterji tal-MET huma stipulati hawn taћt f’forma mqassra:

1.

Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni gћall-kundizzjonijiet tas-suq u mingћajr indћil sinifikanti mill-Istat;

2.

L-intrapriżi għandhom sett wieћed ċar ta’ rekords ta’ kontabilità bażika li huma vverifikati b’mod indipendenti skond standards internazzjonali ta’ kontabilità u huma applikati gћall-gћanijiet kollha;

3.

Ma hemm l-ebda tagћwiġ sinifikanti li jinġarr mis-sistema preċedenti ta’ l-ekonomija mhux tas-suq;

4.

Il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabbiltà legali;

5.

Il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skond ir-rati tas-suq.

(21)

Tliet produtturi esportaturi fir-RPĊ talbu għal MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola tat-talba gћall-MET gћall-produtturi esportaturi fiż-żmien stabbilit. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat fil-bini ta’ dawn il-kumpaniji t-tagħrif kollu meћtieġ li ġie sottomess fl-applikazzjonijiet gћal MET skond kif kien meћtieġ.

(22)

L-investigazzjoni kixfet li t-talba gћal MET kellha tiġi miċћuda għat-tliet produtturi esportaturi kollha. Id-determinazzjoni għall-kumpaniji kontra kull wieћed mill-ћames kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku wriet li l-kumpaniji ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-kriterji wieħed, tnejn u tlieta.

(23)

Minħabba li l-parti interessata prinċipali f’każ wieħed hija intrapriża ta’ l-Istat u fl-ieħor membru tal-Kungress tal-Poplu, instab li l-Istat jista’ jeżerċita influwenza sinifikanti fuq id-deċiżjonijiet ta’ negozju tal-kumpaniji relatati ma’ deċiżjonijiet ta’ tmexxija bħal distribuzzjoni tal-profitt, il-ħruġ ta’ ishma ġodda, żieda fil-kapital u l-emendi għall-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni, għalhekk deċiżjonijiet tali ma ttieħdux bi tweġiba għal sinjali tas-suq. Instabu differenzi sinifikanti fil-konsum ta’ unità ta’ elettriċità u fil-prezz ta’ l-unità bejn it-tliet kumpaniji u l-ebda waħda minn dawn it-tliet kumpaniji ma setgħu juru li l-ispejjeż ta’ elettriċità tagħhom kienu r-riżultat ta’ forniment u domanda u li dawn sussegwentement jirriflettu l-valuri tas-suq.

(24)

B’żieda ma’ dan, fit-tliet każijiet kollha, il-kontijiet tal-kumpaniji naqsu milli jirriflettu s-sitwazzjoni finanzjarja vera. B’mod partikolari, kien hemm għadd ta’ ksur ta’ prinċipji ta’ kontabilità bażiċi li huma parti mill-Istandards ta’ Kontabilità Internazzjonali (IAS) u minħabba li dawn il-kwistjonijiet ma ssemmewx fir-rapport ta’ l-awditur, il-kumpaniji ma jistgħux jitqiesu bħala li għandhom sett wieħed ċar ta’ kontijiet b’konformità ma’ l-IAS u li se jiġi vverifikat indipendentement skond l-IAS.

(25)

Fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ l-assi inizjali, it-tliet kumpaniji ma kinux kapaċi jagħtu spjegazzjoni dwar il-bażi li fuqha saret valutazzjoni tali. Fl-aħħarnett, f’żewġ każi, il-kumpaniji ma kinux kapaċi jipprovdu evidenza tal-ħlasijiet kollha għad-drittijiet ta’ l-użu ta’ l-art. Iż-żewġ nuqqasijiet indikaw li kien hemm tagħwiġ sinifikanti li nġarr mis-sistema ta’ l-ekonomija mhux tas-suq.

(26)

Il-Kumitat Konsultattiv ġie kkonsultat u l-partijiet ikkonċernati direttament ingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar is-sejbiet imsemmija hawn fuq. L-Industrija Komunitarja u t-tliet produtturi esportaturi kollha rċevew żvelar ta’ l-evalwazzjoni MET u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-produtturi esportaturi għamlu għadd ta’ kummenti kontra s-sejbiet u l-Kummissjoni weġbithom mingħajr, madankollu, ma emendat l-evalwazzjoni ġenerali. Il-produtturi esportaturi saħqu b’mod partikolari li d-deċiżjonijiet ta’ negozju tagħhom kienu ħielsa minn interventi mill-Istat. B’żieda ma’ dan, huma oġġezzjonaw għal sejbiet speċifiċi dwar l-ispejjeż u l-valutazzjoni ta’ l-assi. Iżda ma ntbagħtet l-ebda evidenza bħala prova ta’ l-istqarrijiet, li għalhekk kellhom jiġu miċħuda.

(27)

Wara dak li ssemma hawn fuq, ġie konkluż li l-MET ma għandux jingħata lill-produtturi tar-RPĊ.

3.2.   It-trattament individwali (“TI”)

(28)

L-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku jipprevedi li, fejn japplika l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi speċifikat dazju individwali għal kumpaniji li juru li jilħqu l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku għal meta jingħata trattament individwali.

(29)

Il-produtturi tar-RPĊ li ma setax jingħatalhom il-MET talbu wkoll TI fil-każ li ma jingħatawx il-MET. Madankollu, instab li l-Istat jeżerċita influwenza sinifikanti b’tali mod li, f’żewġ każijiet, id-deċiżjonijiet tal-kumpanija ma setgħux jitqiesu bħala li ttieħdu b’mod ħieles u l-intervent ta’ l-Istat jista’ jkun tali li jkun hemm riskju għoli ta’ tgħawwiġ. Fil-każ tat-tielet kumpanija, bi sjieda kollettiva u li qabel kienet ta’ l-Istat, jeżistu indikazzjonijiet kbar li għad hemm interferenza potenzjali sostanzjali mill-Istat li twassal għal riskji possibbli ta’ tgħawwiġ.

(30)

Dan l-aħħar produttur esportatur saħaq li l-interferenza potenzjali ta’ l-Istat mhix raġuni suffiċjenti biex jiġi miċħud trattament individwali għaliex konklużjoni tali tkun imsejsa biss fuq suppożizzjonijiet.

(31)

Skond l-Artikolu 9(5)(e) tar-Regolament bażiku, fejn japplika l-Artikolu 2(7)(a), dazju individwali jista’ jiġi speċifikat biss fejn esportatur jista’ juri, fuq il-bażi ta’ stqarrijiet sostanzjati kif xieraq, li l-interferenza ta’ l-Istat ma tippermettix tgħawwiġ ta’ miżuri jekk esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju. L-ewwelnett, il-kumpanija kkonċernata ma setgħatx tiċċara r-rwol u r-responsabbiltajiet preċiżi ta’ l-Amministratur Ġenerali tagħha. Lanqas ma setgħet tiċċara jekk il-partijiet interessati attwali ħallsux għall-ishma li għandhom fil-kumpanija li qabel kienet ta’ l-Istat. Fuq din il-bażi, kienet konklużjoni raġonevoli li l-interferenza sinifikanti ta’ l-Istat ma setgħetx titneħħa b’mod suffiċjenti. Ir-riskju tat-tgħawwiġ kien għalhekk meqjus bħala għoli wisq u l-istqarrijiet tal-produttur esportatur f’dan ir-rigward kellhom jiġu miċħuda.

(32)

B’konsegwenza ta’ dan, minħabba li nstab li l-produtturi tar-RPĊ ma ssodisfawx ir-rekwiżiti kollha biex jingħataw TI skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, it-TI kellu jiġi miċħud u jiġi impost dazju wieħed għall-pajjiż kollu.

3.3.   Il-valur normali

3.3.1.   Il-pajjiż analogu

(33)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur maħdum f’pajjiż analogu jew il-prezz minn pajjiż terz tali għal pajjiżi oħrajn, inkluża l-Komunità, jew fejn dawn ma jkunux possibbli, fuq kwalunkwe bażi raġonevoli oħra, inkluż il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli fil-Komunità għall-prodott simili, irranġat kif xieraq jekk meħtieġ biex jinkludi marġni ta’ profitt raġonevoli.

(34)

Fin-nuqqas ta’ produzzjoni tal-prodott ikkonċernat barra l-Komunità u r-RPĊ, il-Kummissjoni indikat fl-avviż tal-bidu l-intenzjoni tagħha li tibbaża l-valur normali fuq il-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli fil-Komunità tal-prodott simili, skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(35)

It-tliet produtturi tar-RPĊ oġġezzjonaw għal din il-proposta, filwaqt li argumentaw li ma kienx hemm biżżejjed kompetizzjoni fil-Komunità u li l-proċess ta’ produzzjoni fil-Komunità ma kienx komparabbli ma’ dak fir-RPĊ. Huma saħqu li l-valur normali għandu jissejjes fuq il-prezz ta’ esportazzjoni tal-kwelerant lir-RPĊ jew fuq l-ispiża tal-produzzjoni ta’ DCD fir-RPĊ.

(36)

Il-prezz ta’ esportazzjoni ta’ l-Industrija Komunitarja lil pajjiżi terzi ma setax jittieħed minħabba li ma setax jiġi eskluż li dawn il-prezzijiet huma soġġetti għad-dumping b’mod ugwali. Għalhekk, il-produtturi esportaturi kkonċernati ma setgħux juru li din il-metodoloġija tkun aktar raġonevoli mill-waħda użata mill-Istituzzjonijiet Komunitarji. B’mod partikolari, ma setax jintwera u lanqas ma kien hemm evidenza oħra disponibbli, li l-kompetizzjoni fis-suq Komunitarju kienet insuffiċjenti u li, b’konsegwenza, data li għandha x’taqsam ma’ l-industrija Komunitarja ma tkunx ta’ min iserraħ fuqha. Fil-każ tad-differenzi fil-proċess tal-produzzjoni, dawn ma kinux meqjusa bħala sinifikanti.

(37)

B’żieda ma’ dan, l-ebda minn dawn it-tliet kumpaniji ma ngħataw MET u għalhekk l-ispejjeż tal-manifattura tal-produtturi esportaturi Ċiniżi ma tqisux bħala ta’ min iserraħ fuqhom.

(38)

Skond dan ġie meqjus li l-bażi l-aktar raġonevoli għad-determinazzjoni ta’ valur normali kienet li tintuza l-ispiża ta’ l-industrija Komunitarja għall-manifattura tal-prodott simili rranġat fejn meħtieġ, b’mod partikolari biex jitqiesu d-differenzi fil-proċessi ta’ produzzjoni u l-aċċess għal materjali mhux maħduma.

(39)

L-esportaturi produtturi saħqu li d-determinazzjoni tal-valur normali kien imsejjes fuq fatti disponibbli u għalhekk fuq l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Saħgu wkoll li minħabba li kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni attwali, strateġija tali ma kinitx ġustifikata.

(40)

L-allegazzjoni ta’ dawn il-produtturi esportaturi li l-valur normali ġie stabbilit skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku hija żbaljata. Kif imsemmi hawn fuq, il-valur normali ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, li jippermetti l-użu ta’ bażi oħra raġonevoli jekk ma jkunx possibbli li l-valur normali jissejjes fuq l-ispejjeż u l-prezzijiet minn pajjiż analogu jew fuq prezzijiet ta’ esportazzjoni minn pajjiż tali jew minn pajjiżi terzi oħrajn. Għalhekk din it-talba ma ġietx milqugħa.

3.3.2.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

(41)

Il-prodott simili ġie mibjugħ mill-industrija Komunitarja fi kwantitajiet rappreżentattivi. Madankollu, il-bejgħ domestiku ta’ l-industrija Komunitarja kien qed isir b’telf. Għalhekk, il-valur normali ssejjes fuq l-ispejjeż tal-manifattura ta’ l-industrija Komunitarja, flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u profitt. Saru tibdiliet fuq l-ispejjeż tal-manifattura ta’ l-industrija Komunitarja biex ipattu għall-ispejjeż ta’ trasport addizzjonali kawża tas-separazzjoni fiżika bejn l-unitajiet ta’ produzzjoni, l-ebda aċċess dirett għall-materjali mhux maħduma, li jridu jinġiebu minn siti ta’ produzzjoni remoti, u r-rimi tal-prodott sekondarju (ġir iswed). Barra minn dan, ġie miżjud profitt stmat li jikkorrispondi mal-profitt miksub mill-industrija Komunitarja fl-2001, flimkien ma’ 4.3 % għal SG&A msejjes fuq tagħrif mogħti mill-industrija Komunitarja.

3.4.   Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni

(42)

Il-bejgħ esportat kollu mill-produtturi mir-RPĊ lill-Komunità sar direttament minn konsumaturi indipendenti fil-Komunità u għalhekk il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli.

3.5.   Tqabbil

(43)

Il-valur normali medju bil-piż stabbilit hawn fuq ġie mqabbel mal-prezz ta’ esportazzjoni medju bil-piż ta’ bejgħ lill-Komunità tal-kumpaniji kooperattivi li ma ngħatawx MET, kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

3.6.   Marġni ta’ dumping

(44)

Fuq din il-bażi, il-marġni ta’ dumping fil-pajjiż, imfisser bћala perċentwali tal-prezz ta’ importazzjoni CIF fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, huwa ta’ 91.8 %.

4.   IL-ĦSARA

4.1.   Kumment preliminari

(45)

Minħabba li l-analiżi tikkonċerna biss kumpanija waħda, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità bosta indikaturi huma mogħtija f’forma jew meded ta’ indiċi.

4.2.   Produzzjoni Komunitarja

(46)

Il-produzzjoni Komunitarja totali fil-PI kien bejn 15 000 u 20 000 tunnellata.

4.3.   Tifsira ta’ l-industrija Komunitarja

(47)

Il-produzzjoni tal-produttur Komunitarju AlzChem GmbH tirrapreżenta 100 % tad-DCD prodott fil-Komunità. Gћalhekk skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku tqies li din il-kumpanija tikkostitwixxi l-industrija Komunitarja (“IK”).

4.4.   Konsum tal-Komunità

(48)

Il-konsum tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ tal-IK fis-suq Komunitarju flimkien ma’ importazzjonijiet mir-RPĊ u pajjiżi terzi oħrajn taħt il-kodiċi NM rilevanti skond l-Eurostat. Kif jidher fit-tabella hawn taħt, il-konsum tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat baqa’ stabbli (+ 1 %) matul il-perjodu meqjus. F’dan il-kuntest, ġie nnutat li d-data dwar l-2002 tinkludi wkoll importazzjonijiet mill-produttur Norveġiż, ODDA, li waqqaf l-attività fl-istess sena.

(49)

Skond importatur, l-għeluq ta’ ODDA wassal biex fl-2003 uħud mill-konsumaturi kbar tiegħu ħażnu l-istokk, li jista’ jispjega wkoll għaliex il-konsum tela’ għal livell għoli dik is-sena.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Il-konsum tal-Komunità (tunnellati)

13 258

15 594

13 119

12 469

13 417

Indiċi 2002 = 100

100

118

99

94

101

4.5.   Importazzjonijiet fil-Komunità mir-RPĊ

4.5.1.   Volum u sehem mis-suq ta’ importazzjoni mir-RPĊ

(50)

Skond l-Eurostat l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu minn 2 476 tunnellati fl-2002 għal 6 002 tunnellati fil-PI. Is-sehem tas-suq żdied minn 15-25 % għal 40-50 % matul l-istess perjodu, hekk kif il-produtturi Ċiniżi ħadu parti maġġuri mis-sehem mis-suq li qabel kien tal-produttur Norveġiż ODDA. Iż-żieda fl-importazzjonijiet kienet immarkata b’mod partikolari fl-2003.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Volumi ta’ importazzjoni (tunnellati)

2 476

6 173

4 283

5 218

6 002

Indiċi 2002 = 100

100

249

173

211

241

Sehem mis-suq

15–25 %

35–45 %

30–40 %

35–45 %

40–50 %

4.5.2.   Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet u tnaqqis sostanzjali fil-prezz (undercutting)

(51)

Skond l-Eurostat, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet naqsu bi 11 % matul il-perjodu meqjus, minn EUR 1 149/tunnellata fl-2002 għal EUR 1 022/tunnellata fil-PI.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ (EUR/tunnellata)

1 149

1 071

1 338

980

1 022

Indiċi 2002 = 100

100

93

116

85

89

(52)

Biex jiġi stabbilit it-tnaqqis sostanzjali fil-prezz, sar tqabbil bejn il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-IK fis-suq Komunitarju matul il-PI u dawk mitluba mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Minħabba li l-produtturi Ċiniżi ma esportawx l-imsejjaħ mikro DCD, dan it-tip ġie eskluż mill-kalkolu tat-tnaqqis sostanzjali fil-prezz.

(53)

Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti ta’ l-IK kienu dawk għal konsumaturi indipendenti, mibdula fejn meħtieġ għal livell eks-fabbrika. Dawn il-prezzijiet tqabblu mal-prezzijiet tal-bejgћ mitluba mill-produtturi esportaturi bl-iskonti mnaqqsa u aġġustati fejn meћtieġ gћall-prezzijiet CIF fil-fruntiera tal-Komunità, b’aġġustament xieraq gћall-ispejjeż tar-rilaxx mid-dwana u gћall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. Id-dazju applikabbli konvenzjonali ta’ pajjiż terz ta’ 6.5 % ġie miżjud mal-prezz CIF biex jinkiseb prezz ta’ unità għal ċirkolazzjoni ħielsa.

(54)

Matul il-PI il-marġni ta’ tnaqqis sostanzjali fil-prezz medju bil-piż imfisser bħala perċentwali tal-prezz tal-bejgħ eks-fabbrika medju ta’ l-IK, kien bejn 25 % u 35 % għall-produtturi Ċiniżi kooperattivi.

4.6.   Il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja

(55)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping fuq l-IK inkludiet analiżi tal-fatturi ekonomiċi kollha li huma rilevanti gћall-istat ta’ l-industija mill-2002 sal-PI.

(56)

Il-fatturi ta’ ħsara ppreżentati hawn taħt jikkonċernaw biss bejgħ fis-suq ħieles, li jirrapreżenta 85 % tal-produzzjoni ta’ DCD fl-IK. Ta’ min jinnota li l-15 % li jibqa’ tal-produzzjoni ta’ DCD jintuża internament bħala trasferiment intern. L-IK hija produttur integrat li juża d-DCD għall-ipproċessar ulterjuri u l-bidla tad-DCD għall-produzzjoni ta’ prodotti downstream, mingħajr ma’ jinħarġu rċevuti kummerċjali. Il-konsum intern jibqa’ pjuttost stabbli matul il-perjodu meqjus u għalhekk ma jistax ikun li kellu impatt fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

4.6.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(57)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 33 % bejn l-2002 u l-PI. Iż-żieda fil-kapaċità seħħet matul l-2003 u l-2004, wara l-għeluq tal-produttur Norveġiż, ODDA, tard fl-2002. Il-kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali għandha titqies fid-dawl tal-fatt li ODDA waqqfet il-produzzjoni u li din il-kumpanija diġà kellha sehem ta’ madwar 25 % mis-suq Komunitarju u biegħet ukoll lil swieq oħrajn. Iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni nkisbet permezz ta’ investimenti u titjib tekniku.

(58)

B’riżultat ta’ kapaċità u bejgħ miżjuda, il-volumi ta’ produzzjoni żdiedu b’37 % bejn l-2002 u l-PI. L-akbar żieda seħħet bejn l-2002 u l-2003. Il-volumi tal-produzzjoni laħqu livell għoli fl-2004, iżda naqsu drastikament fl-2005 segwiti b’żieda fil-PI.

(59)

L-użu tal-kapaċità żdied bi 3 punti ta’ perċentwali matul il-perjodu meqjus.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Produzzjoni (Indiċi)

100

133

143

124

137

Kapaċità tal-produzzjoni (Indiċi)

100

120

133

133

133

Użu tal-kapaċità

84  %

93  %

91  %

78  %

87  %

4.6.2.   Ħażniet

(60)

Il-ħażniet żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. Dan kien riżultat tal-fatt li, minħabba l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, l-IK ma setgħatx iżżid il-volumi ta’ bejgħ tagħha daqs kemm kienet antiċipat wara l-għeluq ta’ ODDA, kif spjegat aktar ‘il-quddiem.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Ħażniet (Indiċi)

100

151

187

91

178

4.6.3.   Il-volum tal-bejgћ, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet medji ta’ l-unità fil-Komunità

(61)

Filwaqt li l-konsum tal-Komunità baqa’ stabbli, il-bejgħ ta’ DCD mill-IK lil konsumaturi indipendenti fis-suq Komunitarju żdied b’6 % matul il-perjodu meqjus. Dan laħaq livell għoli fl-2003 u naqas b’mod stabbli fl-2004 u l-2005 biex reġa’ żdied ftit matul il-PI. Madankollu, dan il-bejgħ sar kontinwament bi prezzijiet sinifikattivament anqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni, bl-eċċezzjoni għall-bejgħ ta’ mikro DCD, li jirrappreżenta bejn 0 % u 10 % tal-bejgħ totali [ma qed tingħata l-ebda figura preċiża għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità] fis-suq Komunitarju, u li kienu profittabbli ħafna.

(62)

B’żieda ma’ dan, ta’ min ifakkar li l-IK tuża d-DCD li tipproduċi hi stess għall-produzzjoni ta’ prodotti kimiċi downstream oħrajn, pereżempju derivati tan-NCN. Dan l-użu intern jirrappreżenta madwar 15 % tal-produzzjoni ta’ l-IK ta’ DCD.

(63)

Il-volumi ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq kienu kif ġej:

 

2002

2003

2004

2005

PI

Volumi ta’ bejgħ fil-KE (Indiċi)

100

123

118

104

106

Sehem mis-suq (%)

50–60 %

50–60 %

60–70 %

50–60 %

50–60 %

(64)

Is-sehem mis-suq ta’ l-IK żdied bi 3 punti ta’ perċentwali matul il-perjodu meqjus. Dan, madankollu, għandu jitqies fid-dawl tal-vojt fis-suq riżultat ta’ l-għeluq ta’ ODDA tard fl-2002, li kellu sehem mis-suq ta’ madwar 25 % qabel l-għeluq tiegħu.

(65)

Minkejja il-kompetizzjoni minn DCD Ċiniż u ċ-ċaqliq fil-prezz bejn l-2002 u t-tmiem tal-PI, l-IK irnexxielha żżid il-prezzijiet medji ta’ bejgħ ta’ unità tagħha lil konsumaturi mhux relatati fis-suq Komunitarju bi 2 % matul il-perjodu meqjus. Ta’ min jinnota, iżda, li dawn il-prezzijiet jinkludu wkoll mikro DCD, li għalih ma hemm l-ebda kompetizzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u li għalihom jistgħu jinkisbu prezzijiet ogħla.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Prezz tal-bejgħ fil-KE (Indiċi)

100

109

105

108

102

4.6.4.   Il-profittabilità u l-fluss tal-likwidità

(66)

Matul il-perjodu meqjus il-profittabilità ta’ l-IK kienet dejjem negattiva. It-telf laħaq livell għoli fil-PI meta kien bejn – 20 % u – 30 %. Skond l-IK, is-sena ta’ referenza, 2002, għandha titqies bħala eċċezzjonali minħabba l-qagħda tas-suq partikolari wara l-għeluq ta’ ODDA. Fl-2003, l-IK irnexxielha tnaqqas it-telf tagħha minkejja l-fatt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu fl-aqwa tagħhom.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Profittabilità

– 20 % sa – 30 %

0 sa – 10 %

– 10 % sa – 20 %

– 10 % sa – 20 %

– 20 % sa – 30 %

(67)

Il-fluss tal-likwidità kien dejjem negattiv matul il-perjodu meqjus bl-eċċezzjoni ta’ l-2003, meta kien hemm tnaqqis fit-telf ta’ l-IK.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Fluss tal-likwidità (Indiċi)

– 100

82

– 136

– 208

– 244

4.6.5.   Investimenti, redditu fuq l-investimenti, u l-ħila li jinġabar il-kapital

(68)

L-IK irreġistrat livelli sinifikanti ta’ investiment b’mod partikolari fl-2003. Dawn l-investimenti kienu l-aktar marbuta maż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni, kif tniżżel hawn fuq.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Investimenti (Indiċi)

100

171

69

44

54

(69)

Ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili kien negattiv u naqas sostanzjalment matul il-perjodu meqjus, li rrifletta x-xejra negattiva għall-profittabilità msemmija hawn fuq.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Redditu fuq l-investimenti

– 10 % sa – 20 %

0 % sa – 10 %

– 20 % sa – 30 %

– 20 % sa – 30 %

– 20 % sa – 30 %

(70)

Il-ћila ta’ l-IK biex jinġabar il-kapital ma nstabitx li kienet affettwata b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus, peress li d-DCD jirrappreżenta biss porzjon żgћir min-negozju totali ta’ l-IK.

4.6.6.   Impjiegi, produttività, tkabbir ekonomiku u pagi

(71)

L-evoluzzjoni ta’ l-impjiegi, tal-produttività u ta’ l-ispejjeż tax-xogћol fl-IK kienet kif ġej:

 

2002

2003

2004

2005

PI

Għadd ta’ impjegati (Indiċi)

100

128

122

117

114

Produttività (tunnellati/impjegat) (Indiċi)

100

104

118

106

121

Spejjeż tax-xogħol għal kull impjegat (Indiċi)

100

100

103

103

106

(72)

L-IK naqqset l-għadd ta’ impjegati tagħha bejn l-2002 u l-PI b’14 %. Parallel ma’ dan, il-produttività żdiedet b’riżultat tal-proċess ta’ razzjonalizzazzjoni u produzzjoni akbar.

(73)

Il-livelli medji tal-pagi żdiedu b’6 % matul il-perjodu meqjus.

4.6.7.   L-importanza tal-marġni ta’ dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat

(74)

Fir-rigward ta’ l-impatt tad-daqs tal-marġni ta’ dumping fuq l-industrija Komunitarja, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet soġġetti għad-dumping mir-RPĊ, dan l-impatt ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

(75)

B’żieda ma’ dan, ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li l-industrija Komunitarja kienet qed tirkupra mill-effetti ta’ dumping tal-passat.

4.7.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(76)

Barra mil-livell għoli fl-2003, il-konsum baqa’ stabbli matul il-perjodu meqjus. Matul l-istess perjodu, il-volum ta’ importazzjonijiet soġġetti għad-dumping tal-prodott ikkonċernat żdied drastikament u l-istess is-sehem mis-suq tagħhom tela’ minn 15 % għal 25 % fl-2002 u bejn 40 % u 50 % fil-PI. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping kienu sinifikament anqas minn dawk ta’ l-IK matul il-perjodu meqjus. Fuq il-bażi medja bil-piż, il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu anqas minn dawk ta’ l-IK b’25-35 % fil-PI.

(77)

Matul l-istess perjodu l-industrija Komunitarja sofriet telf kbir, li laħaq l-ogħla livell tiegħu fil-PI meta kien bejn – 20 % u – 30 %. L-istess bħall-iżvilupp negattiv fil-profittabilità, l-indikaturi relatati bħal redditu fuq l-investimenti u l-fluss tal-likwidità wrew xejra negattiva.

(78)

Ċerti indikaturi ta’ ħsara, bħall-volumi ta’ produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq Komunitarju urew xejra pożittiva matul il-perjodu meqjus. F’din l-evalwazzjoni l-użu intern ma tqiesx minħabba li baqa stabbli matul il-perjodu meqjus, u għalhekk ma kellu l-ebda impatt fuq l-analiżi tal-ħsara.

(79)

Madankollu, l-iżvilupp pożittiv ta’ ċerti indikaturi ta’ ħsara għandhom jitqiesu fid-dawl ta’ l-għeluq tal-produttur Norveġiż, ODDA, tard fl-2002 u l-kompetizzjoni sussegwenti bejn l-IK u l-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jieħdu s-sehem tas-suq ta’ ODDA. Ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet Ċiniżi imlew ħafna mill-vojt li ħalla l-għeluq ta’ ODDA: inizjalment, fl-2003, l-IK irnexxielha taħtaf madwar 1/3 tas-sehem tas-suq li kien ta’ ODDA. Dan naqas b’mod konsiderevoli għal madwar 1/7 fil-PI. Għalhekk, għalkemm xi indikaturi urew xejra ftit pożittiva, fir-realtà dawn kienu mistennija li jiżviluppaw b’mod aktar favorevoli, li kieku ma kienx għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping mir-RPĊ. Fi kwalunkwe każ, l-indikaturi relatati mar-rendiment finanzjarju ta’ l-industrija Komunitarja (profitt, redditu fuq l-investiment, fluss tal-likwidità) juru xejra negattiva wisq akbar minn kull żvilupp pożittiv. Kif turi s-sitwazzjoni finanzjarja, l-industrija Komunitarja ma setgħatx tibbenefika mill-waqfien tal-produzzjoni ta’ ODDA u issa tinsab fi stat fejn il-vijabbiltà tagħha hija mhedda fin-nuqqas ta’ miżuri.

(80)

Fid-dawl ta’ dak li gћadu kif ingћad, qed jiġi konkluż li l-IK sofriet ћsara materjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Daħla

(81)

Skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u l-ћsara li sofriet l-IK. Fatturi magћrufin gћajr għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, li fl-istess ћin setgħu kienu qed jagћmlu ћsara lill-IK, ġew eżaminati wkoll biex jiġi żgurat li l-ћsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oћra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping.

5.2.   Effett ta’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping

(82)

L-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ jirreferu għat-tip standard ta’ DCD, li huwa wkoll il-maġġoranza tal-bejgħ ta’ l-IK fis-suq Komunitarju. Il-bejgħ ta’ l-IK ta’ l-imsejjaħ mikro DCD, mhux esportat mill-produtturi Ċiniżi, kellu jiġi eskluż meta ġie kkalkolat it-tnaqqis sostanzjali fil-prezz.

(83)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’141 % matul il-perjodu meqjus. B’riżultat ta’ dan, is-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 15-25 % fl-2002 għal 40-50 % matul il-PI. Ta’ min isemmi li l-volum ta’ importazzjonijiet soġġetti għad-dumping laħaq l-ogħla livell tiegħu fl-2003 b’ 6 173 tunnellati, li jirrifletti l-effetti ta’ l-għeluq tal-produttur Norveġiż, imbagħad waqa’ fl-2004 biex reġa’ beda jiżdied mill-ġdid fl-2005 u fil-PI, meta laħaq 6 002 tunnellati.

Tabella 1

Importazzjoni mir-RPĊ

Image

(84)

Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping kienu sinifikattivament anqas, bejn 25 % u 35 % fil-PI minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja. Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni Ċiniżi naqsu bi 11 % matul il-perjodu meqjus iżda ma segwewx xejra ta’ tnaqqis ċara. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi naqqsu l-prezzijiet tagħhom b’7 % fl-2003, fl-isforz tagħhom li jieħdu s-sehem mis-suq ta’ ODDA. Wara li kisbu l-maġġoranza tiegħu, dawn żiedu l-prezzijiet tagħhom b’25 % fl-2004, naqqsuhom b’27 % fl-2005 u reġgħu żiduhom b’4 % fil-PI.

(85)

Fl-istess waqt, hekk kif il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping naqsu bi 11 % matul il-perjodu meqjus, l-IK irnexxielha żżomm il-prezzijiet ġenerali tagħha relattivament stabbli (żieda ta’ 2 %). Madankollu, wieħed għandu jqis li dawn il-prezzijiet jinkludu mikro DCD li mhemmx kompetizzjoni għalih mir-RPĊ u li għandu prezz wisq ogħla. Għalhekk il-prezzijiet tal-bejgħ medji annwali ta’ l-IK huma affetwati mill-varjazzjoni fil-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet ta’ DCD standard u mikro rispettivament.

Tabella 2

Evoluzzjoni tal-prezzijiet bl-unità

Image

(86)

Fid-dawl tat-tnaqqis fil-prezz sinifikanti stabbilit għad-DCD standard, li ammonta għal 25-35 % fil-PI, huwa ċar li l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping għamlu pressjoni qawwija l’ isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-IK għal DCD standard, li kien il-maġġoranza tal-bejgħ tagħha, u għalhekk fixklu lill-IK milli tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha f’livelli li jkopru l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha. Dan min-naħa tiegħu kellu impatt negattiv fuq il-profittabilità ta’ l-IK, u kkawża parti sostanzjali mit-telf sinifikanti matul il-perjodu meqjus.

(87)

Minħabba li l-IK diġà sofriet telf fuq il-bejgħ ta’ DCD fl-2002, ġie eżaminat jekk it-telf kienx strutturali fin-natura tiegħu aktar milli kkawżat biss minn importazzjonijiet soġġetti għad-dumping. F’dan ir-rigward, tqies li l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping diġà kellhom preżenza prominenti fis-suq Komunitarju fl-2002, b’sehem mis-suq ta’ 15-25 %. Minbarra dan, l-IK tat evidenza li turi li kawża ta’ programm ta’ tnaqqis fl-ispiża, irnexxielha żżomm l-ispejjeż bl-unità tagħha stabbli matul il-perjodu meqjus, minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum. Madankollu, minħabba l-waqgħa fil-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet Ċiniżi, dan ma kellux l-impatt mixtieq li jnaqqas it-telf iżda ħarsitu biss milli jiżdied.

(88)

Kawża ta’ l-isforzi tat-tnaqqis fl-ispiża u l-ħruġ ta’ ODDA mis-suq tard fl-2002, l-IK kienet fil-proċess li tirkupra qabel ma l-importazzjonijiet Ċiniżi laħqu l-ogħla livell tagħhom fl-2003. Wara li għolew sal-quċċata tagħhom, li ppermetta liċ-Ċiniżi jieħdu l-maġġoranza tas-sehem mis-suq ta’ ODDA, it-telf tal-IK żdied bejn – 10 % u – 20 % fl-2004 u kompla jiżdied b’mod stabbli fl-2005 u fil-PI, parallel maż-żieda fil-volumi ta’ importazzjonijiet soġġetti għad-dumping u t-tnaqqis tal-prezzijiet ta’ importazzjoni medji.

Tabella 3

Profittabilità ta’ l-IK

Image

(89)

Ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping u d-deterjorament tal-qagħda ekonomika ta’ l-IK tidher li tissaħħaħ aktar bil-fatt li l-IK hija profittabbli fuq it-tip (mikro DCD) meta ma hemm l-ebda importazzjonijiet Ċiniżi filwaqt li tikkaġuna telf kbir fuq it-tip standard ta’ DCD meta tiffaċċja kompetizzjoni inġusta mir-RPĊ.

(90)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma hawn fuq, u b’mod partikolari l-iżvilupp tas-sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, kif muri hawn taħt, bi prezzijiet sinifikattivament anqas mill-prezzijiet ta’ l-IK, huwa konkluż li l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping kellhom rwol determinanti fil-qagħda ta’ ħsara ta’ l-industrija Komunitarja.

Tabella 4

L-iżvilupp tas-sehem mis-suq

 

2002

2003

2004

2005

PI

Importazzjoni soġġetti għad-dumping mir-RPĊ

15–25 %

35–45 %

30–40 %

35–45 %

40–50 %

L-industrija Komunitarja

50–60 %

50–60 %

60–70 %

50–60 %

50–60 %

5.3.   L-effett ta’ fatturi oћrajn

5.3.1.   Kumment preliminari

(91)

Fid-dawl ta’ konsum Komunitarju stabbli matul il-perjodu meqjus u n-nuqqas ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, bl-uniċi produtturi tad-DCD magħrufa jkunu l-IK u ftit produtturi Ċiniżi, ftit hemm fatturi oħrajn magħrufa li jista’ jkun li kkontribwixxew għall-qagħda ta’ ħsara ta’ l-IK.

5.3.2.   Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(92)

Ġie eżaminat ukoll jekk l-esportazzjonijiet mill-IK lejn pajjiżi mhux membri ta’ l-UE setgћux ikkontribwixxew gћall-ћsara mġarrba matul il-perjodu meqjus. L-esportazzjonijiet lejn pajjiżi mhux membri ta’ l-UE ammontaw għal porzjon sinifikanti, bejn 30 % u 50 % tal-bejgħ ta’ l-IK tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu meqjus. L-esportazzjonijiet żdiedu sostanzjalment bi 58 % fil-volum bejn l-2002 u l-PI filwaqt li l-prezz ta’ l-unità medju naqas bi 2 %. Dan juri li minkejja l-kompetizzjoni kiefra mill-esportaturi Ċiniżi fuq swieq barra mill-Komunità wkoll, teżisti talba qawwija għad-DCD prodott mill-industrija Komunitarja, anki bi prezzijiet ogħla minn dawk ta’ l-esportaturi Ċiniżi, għalkemm, kif spjegat hawn fuq, il-prezzijiet ogħla medji jistgħu jiġu spjegati mill-prezzijiet ogħla miksuba għal mikro DCD.

(93)

Biex ikunu jistgħu jikkompetu ma’ l-istandard DCD Ċiniż bi prezz baxx fi swieq mhux ta’ l-UE wkoll, il-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ l-IK sar bi prezzijiet wisq aktar baxxi mill-ispiża tal-produzzjoni, u dan għalhekk affettwa l-profittabilità ġenerali tagħha. Madankollu, dawn l-esportazzjonijiet ma affettwawx direttament il-profittabilità fis-suq Komunitarju.

5.3.3.   Allegata ħsara mill-industrija stess

(94)

Meta wieħed iqis li l-industrija Komunitarja sofriet telf fuq il-prodott ikkonċernat għal bosta snin, u madankollu ddeċidiet li tinvesti f’kapaċità addizzjonali fl-2003 u l-2004 li wasslet għal produzzjoni akbar ta’ volumi u ħażniet, ġie eżaminat jekk (i) it-telf hux strutturali fin-natura tiegħu u (ii) id-deċiżjoni li tinvesti f’kapaċità addizzjonali kkontribwietx għall-qagħda ta’ ħsara ta’ l-IK. L-argument ta’ l-aħħar tressaq ukoll minn imporatur, li saħaq li d-deċiżjoni ta’ l-IK li żżid il-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha b’terz meta kienet taf b’importazzjonijiet diġà eżistenti miċ-Ċina żiedet pressjoni sinifikanti fuq is-suq.

(95)

Fir-rigward tal-livelli ta’ telf, tagħrif miksub mill-IK juri li minħabba l-programm ta’ tnaqqis fl-ispiża tagħha, l-IK irnexxielha żżomm l-ispejjeż bl-unità stabbli matul il-perjodu meqjus, minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum. Madankollu, l-IK qed issofri minn xi żvantaġġi ta’ spiża, bħal tliet siti ta’ produzzjoni differenti, il-mini tal-faħam jinsabu ’l bogħod u proċessi ta’ produzzjoni għoljin, anke jekk mhux possibbli li l-istruttura ta’ l-ispiża ta’ l-IK titqabbel ma’ dik ta’ produttur ieħor tad-DCD, minħabba li l-ebda mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kisbu l-MET. Mandankollu, il-fatt li l-IK għamlet profitt żgħir fl-2001 kif ukoll li hija profittabbli f’tip ta’ prodott (mikro DCD) mhux esportat mill-produtturi Ċiniżi juri biċ-ċar li f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, l-IK tista’ tkun f’qagħda wisq aħjar, u għalhekk l-ammont ta’ telf mhux purament strutturat.

(96)

Fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ l-IK li żżid il-kapaċita produttiva tagħha, wieħed irid jinnota li dan seħħ wara l-għeluq ta’ ODDA, li, qabel il-ħruġ tiegħu, kellu sehem mis-suq sinifikanti fis-suq Komunitarju. Fin-nuqqas ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi, li irnexxielhom jieħdu l-maġġoranza tas-sehem mis-suq li kien ta’ ODDA minħabba prezzijiet soġġetti għad-dumping, l-IK setgħet tistenna li tikseb parti wisq akbar minnu. Min-naħa l-oħra, operatur ma jista’ qatt jistenna li ż-żieda kollha fil-konsum fil-qasam tiegħu ddur lejh għall-forniment u mhux lejn sorsi barranin.

(97)

Minn dan t’hawn fuq, jidher ċar li anke jekk is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika diffiċli ta’ l-IK ma tistax titqies li saret mill-industrija stess, in-nuqqas ta’ profittabilità fuq il-prodott ikkonċernat huwa wkoll parzjalment ir-riżultat ta’ spejjeż ta’ produzzjoni għolja u deċiżjonijiet ta’ investiment.

5.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(98)

B’konklużjoni, huwa kkonfermat li l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping Ċiniżi, li żiedu s-sehem tagħhom mis-suq b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ żmien meqjus, bi prezzijiet li kienu anqas minn dawk ta’ l-IK ikkontribwixxew b’mod sostanzjali għas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika diffiċli ta’ l-IK. Dan, meta jitqies waħdu, ħoloq ħsara materjali. Madankollu, wieħed ma jistax jiċħad li t-telf sinifikanti mġarrab matul il-perjodu meqjus irid jiġi wkoll attribwit parzjalment għall-istruttura ta’ l-ispiża ta’ l-IK.

(99)

L-investigazzjoni wriet li l-fatturi l-oħra magħrufa, bħal spejjeż, kapaċità akbar u rendiment ta’ esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja anke jekk ikkontribwew għall-ħsara ma jiksrux ir-rabta kawżali bejn il-ħsara sofferta mill-IK u l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping mir-RPĊ.

(100)

Gћalhekk ġie konkluż li fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku l-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping li joriġinaw mir-RPĊ ikkawżaw ћsara materjali għall-industrija Komunitarja.

6.   L-INTERESS KOMUNITARJU

(101)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku kien eżaminat jekk kinux jeżistu raġunijiet b’saħħithom biex jiġi konkluż li mhux fl-interess Komunitarju li jiġu imposti miżuri anti-dumping f’dan il-każ partikolari. Ġie analizzat l-impatt probabbli tal-miżuri fuq il-partijiet interessati kollha kif ukoll il-konsegwenzi jekk ma jiġux imposti l-miżuri.

6.1.   L-interess ta’ l-industrija Komunitarja

(102)

Il-qagħda ta’ ħsara ta’ l-industrija Komunitarja rriżultat mid-diffikultà tagħha li tikkompeti ma’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, li żdiedu f’daqqa matul il-perjodu meqjus u ħolqu waqgħa fil-prezz fis-suq Komunitarju, filwaqt li żammu lill-industrija Komunitarja milli tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha f’livell li kien ikopri l-ispejjeż.

(103)

Huwa meqjus li l-impożizzjoni ta’ miżuri jippermetti lill-industrija Komunitarja żżid il-prezz ta’ DCD għal livell li jippermettilha ddawwar in-negozju għal wieħed profitabbli u għalhekk iżżomm il-preżenza tagħha fis-suq Komunitarju.

(104)

Jekk ma jiġux imposti miżuri, l-industrija Komunitarja tiġi sfurzata li tibqa’ tallinja l-prezzijiet tagħha ma’ dawk ta’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping biex tibqa’ fis-suq. Dan jirriżulta f’aktar telf finanzjarju. Minħabba li l-qagħda attwali, karatterizzata b’nuqqas ta’ profitabilità tul bosta snin, mhix sostenibbli, in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri eventwalment iwassal għat-tneħħija ta’ din il-linja ta’ produzzjoni bil-konsegwenza ta’ telf ta’ impjiegi.

(105)

Huwa għaldaqstant konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping huwa fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja.

6.2.   Il-kompetizzjoni u l-effetti li jgħawġu l-kummerċ

(106)

Il-produtturi esportaturi kooperattivi, kif ukoll xi utenti u importaturi argumentaw li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping jeskludu l-importazzjonijiet Ċiniżi mis-suq Komunitarju u, fin-nuqqas ta’ dawn l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn, iwassal għall-monopolju ta’ l-industrija Komunitarja. Il-produtturi esportaturi u importatur wieħed semmew ukoll ir-riskju ta’ qagħda ta’ forniment kritika fis-suq Komunitarju jekk il-miżuri jiġu imposti f’livell li jipprojbixxi l-importazzjonijiet mir-RPĊ.

(107)

Qed jitqies, madankollu, li fid-dawl tal-pożizzjoni b’saħħitha fis-suq li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kisbu minħabba l-prassi ta’ dumping u prezzijiet sinifikattivament anqas minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja, l-impożizzjoni tal-miżuri fil-livell deskritt hawn taħt ma tqaċċathomx mis-suq Komunitarju iżda sempliċiment tibbilanċja l-kompetizzjoni u tippermetti li l-industrija Komunitarja u l-produtturi esportaturi Ċiniżi jikkompetu b’termini ugwali. B’żieda ma’ dan, il-kompetizzjoni bejn l-esportaturi Ċiniżi u l-industrija Komunitarju fis-suq Komunitarja tkompli, u b’hekk ikun garantit il-forniment kontinwu minn bosta sorsi.

(108)

Fuq in-naħa l-oħra, jekk ma jiġux imposti miżuri anti-dumping, ma jistax jiġi eskluż li l-industrija Komunitarja jkollha twaqqaf l-attivitajiet ta’ manifattura tagħha għal dan in-negozju partikolari, li jwassal għax-xenarju oppost, jiġifieri l-monopolju ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi. Iż-żewġ xenarji, jiġifieri monopolju minn wieħed miż-żewġ sorsi ta’ forniment iridu jiġu evitati. Iż-żewġ utenti kooperattivi enfasizzaw il-ħtieġa għal żewġ sorsi ta’ forniment.

(109)

Għalhekk, huwa meqjus li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping, fil-livell deskritt hawn taħt, jiggarantixxi ż-żamma ta’ żewġ sorsi ta’ forniment fis-suq Komunitarju.

6.3.   L-interess ta’ l-utenti

(110)

Żewġ utenti industrijali, wieħed attiv fis-settur farmaċewtiku u l-ieħor fl-ikkunzar tal-ġild, ikkooperaw f’din l-investigazzjoni. Iż-żewġ utenti jixtru l-prodott ikkonċernat direttament mir-RPĊ kif ukoll mill-industrija Komunitarja. It-tielet utent, li jipproduċi kimiċi tal-karta speċjalizzati, irreaġixxa għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi ta’ l-investigazzjoni billi ta kummenti dwar l-effetti mistennija ta’ l-impożizzjoni ta’ anti-dumping.

(111)

L-utent fis-settur farmaċewtiku, fejn id-DCD huwa materjal mhux maħdum importanti fil-produzzjoni tal-metformine, mediċina għad-dijabete, argumenta li kwalunkwe żieda fil-prezz li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ikollha effett negattiv fuq il-kompetittività tiegħu meta mqabbel ma’ produtturi barra il-Komunità, l-aktar fl-Indja. Meta jitqies li d-DCD jifforma parti relattivament importanti mill-ispiża tiegħu, dan l-utent jistma li anke żieda żgħira fil-prezz tad-DCD taffettwa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-metformine, u b’konsegwenza ta’ dan ikollha impatt negattiv fuq is-sehem tas-suq u l-kompetittività tiegħu. Madankollu, it-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż u l-profittabilità ta’ l-utent imsemmi hawn fuq jindika li d-dazju fil-livell propost jista’ jiġi ta’ l-anqas parzjalment assorbit.

(112)

Fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelar tas-sejbiet definittivi ta’ l-investigazzjoni, l-utent imsemmi hawn fuq argumenta li ma jkunx possibbli li jassorbi ż-żieda ta’ l-ispejjeż tal-materjal mhux maħdum li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fil-livell propost. Huwa saħaq li biex iżomm il-kompetittività tiegħu u jibqa’ fis-suq qed jiġi kontinwament obbligat li jnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni tiegħu. Minħabba dan, diġà kellu jirristruttura fil-passat. Barra minn hekk, innegozja tnaqqis fil-prezz mal-fornitur prinċipali tiegħu, l-industrija Komunitarja. L-istess utent jikkonkludi li l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fil-livell propost jippreżenta riskju konkret li jkollu jagħlaq iż-żewġ siti ta’ produzzjoni fi Franza, it-tnejn speċjalizzati fil-produzzjoni tal-metformine. Allegatament, dan iwassal biex 270 persuna titlef l-impjieg tagħha.

(113)

Il-Kummissjoni iżda ssostni li anke jekk ma tistax tikkontesta li l-impożizzjoni ta’ dazju jaffettwa l-utent imsemmi hawn fuq b’mod negattiv f’termini ta’ marġni aktar baxxi fir-rigward tal-bejgħ tiegħu fis-suq Komunitarju, ta’ min jisħaq li parti sinifikanti mill-metformine prodott minn dan l-utent fil-Komunità hija esportata, għalhekk eżentata mid-dazji. Għalhekk l-impożizzjoni ta’ dazju taffettwa biss parti min-negozju tal-metformine. B’żieda ma’ dan, fir-rigward tal-marġni tal-profitt żvelat minn dan l-utent fit-tweġiba għall-kwestjonarju tiegħu, huwa ċar li d-dazju jista’ mill-anqas jiġi assorbit parzjalment u m’għandux iwassal għal tnaqqis sinifikanti fil-prezz tal-metformine mibjugħ fis-suq Komunitarju. Għalhekk, kull riskju ta’ telf ta’ impjieg jidher li huwa improbabbli. Ta’ min jinnota wkoll li n-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ dazji jista’ jwassal għal qagħda fejn il-fornitur ewlieni ta’ dan l-utent ikollu jtemm l-attivitajiet tiegħu, u jħalli lil dan l-utent b’sors wieħed biss ta’ forniment.

(114)

L-utent fis-settur tal-kimiċi tal-karti allega wkoll li dazju anti-dumping fil-livell propost inaqqas il-kapaċità tiegħu li jibqa’ kompetittiv fis-suq Komunitarju, minħabba li l-kompetituri tiegħu barra l-Komunità jibqa’ jkollhom aċċess għad-DCD mingħajr ma jkollhom iħallsu għal dazji anti-dumping. Madankollu, minħabba li dan l-utent ma bagħatx tweġiba għall-kwestjonarju u lanqas ma ta aktar evidenza għall-istqarrija tiegħu, huwa impossibbli li l-effett tad-dazju fuq in-negozju tiegħu jiġi evalwat jew kwantifikat.

(115)

Iżda kif deskritt hawn fuq, iż-żewġ utenti kooperattivi saħqu fuq l-importanza taż-żamma ta’ żewġ sorsi ta’ forniment. Għalhekk, huwa meqjus li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping, fil-livell deskritt hawn taħt, jiggarantixxi l-eżistenza f’terminu ta’ żmien twil ta’ sorsi ta’ forniment alternattivi għas-setturi aħħarin. In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri, fuq in-naħa l-oħra, ikollha r-riskju li wieħed mis-sorsi ta’ forniment jiġi eliminat.

6.4.   L-interess ta’ l-importaturi mhux relatati

(116)

Erba’ importaturi, li fosthom wieħed juża l-prodott ikkonċernat, ikkooperaw fl-investigazzjoni. L-ikbar fosthom, li l-importazzjonijiet tiegħu jirrapreżentaw madwar 30 % tad-DCD kollu importat mir-RPĊ fil-PI, spjega kif l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping ikollhom impatt negattiv inevitabbli fuq l-attivitajiet tiegħu, li jwassal eventwalment għall-ħruġ tiegħu min-negozju tad-DCD, minħabba li fl-assenza tal-produzzjoni tad-DCD f’pajjiżi terzi oħra dan ma jkollux sors ta’ forniment alternattiv. Dan jista’ jwassal għal xi tibdil ta’ organizzazzjoni fil-kumpanija.

(117)

Ma jistax jiġi eskluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping jaffettwa xi importaturi b’mod negattiv. Iżda, minħabba li l-miżuri anti-dumping jirrestawraw biss il-kompetizzjoni fis-suq Komunitarju, u barra minn hekk, minħabba li l-utenti aħħarin enfażizzaw il-ħtieġa ta’ żewġ sorsi ta’ forniment, qed jitqies li l-miżuri anti-dumping fil-livell propost hawn taħt ma jżommx lill-importaturi milli jbiegħu l-prodott ikkonċernat fis-suq.

(118)

B’żieda ma’ dan, minħabba li l-importaturi jfornu bosta setturi aħħarin differenti, fejn id-DCD huwa parti varjabbli ta’ l-ispiża tal-prodott aħħari, huwa meqjus li kwalunkwe żieda fil-prezz li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tista’ mill-anqas tingħadda parzjalment lill-utenti. F’dan il-kuntest, skond it-tagħrif disponibbli, l-importaturi ma jfornux l-akbar settur aħħari, jiġifieri l-farmaċewtiċi, fejn allegatament kwalunkwe żieda addizzjonali fl-ispiża tkun diffiċli biex tingħadda lill-konsumaturi aħħarin minħabba l-kompetizzjoni ma’ pajjiżi terzi.

(119)

Importatur li jforni d-DCD lill-industriji tat-tessuti, tal-karta, tat-trattament ta’ l-ilma u tal-fertilizzant saħaq li dawn l-industriji ma jeħtiġux l-ogħla kwalità ta’ DCD prodott mill-IK. Argumenta wkoll li l-pajjiżi msemmija hawn fuq isibu diffikultajiet li jgħaddu kwalunkwe żieda fl-ispiża addizzjonali lill-konsumaturi aħħarin tagħhom.

(120)

Mhux ikkontestat li d-DCD prodott mill-IK jista’ jkun ta’ kwalità superjuri għal dik tad-DCD prodott minn produtturi esportaturi Ċiniżi. Madankollu, l-investigazzjoni uriet li l-prodott ikkonċernat u l-prodott simili huma essenzjalment l-istess u għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi. Fir-rigward ta’ l-istqarrija li l-industriji msemmija hawn fuq ma jgħaddux żieda fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum lill-konsumaturi tagħhom, ta’ min jisħaq li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn dawn l-utenti aħħarin din l-istqarrija ma tistax tiġi evalwata u għalhekk trid tiġi injorata.

(121)

Huwa importanti li l-marġni tal-profitt fost l-importaturi kooperattivi jvarja. Skond it-tagħrif mogħti mill-importaturi, ta’ l-anqas parti minn kwalunkwe żieda fil-prezz li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tista’ tiġi assorbita.

(122)

Għalhekk, huwa meqjus li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma jkollhomx impatt negattiv serju fuq l-importaturi.

6.5.   Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(123)

Jista’ jiġi mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tippermetti lill-industrija Komunitarja tikseb mill-ġdid il-profittabilità tan-negozju tad-DCD, u għalhekk tippermettilha li tibqa’ fis-suq. Fir-rigward tal-qagħda finanzjarja, li qed kontinwament tmur għall-agħar, ta’ l-industrija Komunitarja li kkawżat il-linja kollha ta’ negozju biex ma trendix profitt, jeżisti riskju għoli li jekk il-miżuri ma jiġux imposti, l-industrija Komunitarja jkollha tikkunsidra li toħroġ min-negozju tad-DCD, bir-riżultat ta’ telf inevitabbli ta’ impjiegi. Dan joħloq monopolju għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, li jkun ta’ detriment għall-utenti aħħarin tad-DCD, li saħqu fuq l-importanza li jinżamm sors ta’ forniment fil-Komunità.

(124)

Fid-dawl tat-tnaqqis sinifikanti fil-prezz stabbilit għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, huwa meqjus li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping jirrestawraw biss kompetizzjoni ġusta, u jżommu żewġ sorsi ta’ forniment għall-utenti.

(125)

Għalhekk huwa konkluż li ma hemmx raġunijiet validi fir-rigward ta’ l-interess Komunitarju biex ma jiġux imposti miżuri anti-dumping.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

7.1.   Livell ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara

(126)

Fid-dawl tas-sejbiet kif deskritti hawn fuq u biex tiġi riflessa b’mod adegwat is-sitwazzjoni tas-suq speċifika tad-DCD, huwa meqjus bħala xieraq li jiġu adottati miżuri anti-dumping.

(127)

Il-miżuri għandhom jiġu imposti f’livell suffiċjenti għar-restawr tas-sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta bejn l-IK u l-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

(128)

Fl-iżvelar mibgħut lill-partijiet ikkonċernati ġie meqjus li ċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ partikolari jeħtieġu strateġija speċjali għad-determinazzjoni tal-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara. F’dan ir-rigward hemm tliet aspetti sinifikanti li jridu jitqiesu:

(i)

Meta wieħed iqis il-konklużjoni dwar il-kawżalità, il-miżuri m’għandhomx jikkumpensaw għall-fatturi li ma jistgħux jiġu attribwiti għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping. Madankollu huwa possibbli li tiġi stabbilita b’mod preċiż il-kontribuzzjoni ta’ dawn l-elementi.

(ii)

Il-marġni ta’ dumping ġie kkalkolat b’mod eċċezzjonali: minħabba li l-produtturi esportaturi kooperattivi fir-RPĊ ma ngħatawx MET/TI u fin-nuqqas ta’ pajjiż analogu, il-valur normali kellu jinbena msejjes fuq l-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

(iii)

Hemm biss żewġ sorsi ta’ forniment ta’ DCD fid-dinja: l-industrija Komunitarja bbażata l-Ġermanja u xi produtturi esportaturi fir-RPĊ. Dan isejjaħ għal strateġija kawt biex ma jinħoloqx monopolju u/jew qagħda ta’ forniment kritika fis-suq Komunitarju.

(129)

Ta’ min jinnota wkoll li mill-1 ta’ Lulju 2007 ir-rata tar-rifużjoni tal-VAT applikabbli għall-esportazzjonijiet ta’ DCD li joriġin mir-RPĊ tnaqqset minn 13 % għal 5 %. Dan sejjer wisq probabbli jwassal għal żieda fil-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta’ DCD Ċiniż, minħabba li l-ispiża tal-produzzjoni ta’ DCD għall-esportazzjoni se tkun ogħla.

(130)

Taħt dawn iċ-ċirkustanzi, kellu jintuża metodu aktar sinifikanti għad-determinazzjoni tal-livell ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara relatata ma’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping. Kien meqjus xieraq li l-attenzjoni tkun fuq l-effetti tal-ħsara li jirriżultaw direttament mill-prattiċi ta’ tnaqqis sostanzjali fil-prezz tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u li l-livell ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara jissejjes fuq l-ammont suffiċjenti biex jiġi eliminat it-tnaqqis sostanzjali fil-prezz u biex iżid element ta’ profitt (bejn 0 % u 5 %) li jikkorrispondi mal-marġni tal-profitt miksub mill-industrija Komunitarja fl-2001 għall-prodott ikkonċernat. Din l-istrateġija se tippermetti li l-IK titlob prezzijiet ogħla u għalhekk ittejjeb il-qagħda finanzjarja u ekonomika tagħha sakemm tkun intlaqtet b’mod ċar mill-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping.

(131)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet definittivi ta’ l-investigazzjoni, l-IK saħqet li l-livell propost ta’ dazju ma jiżgurax il-vijabilità tagħha, minħabba li dan ma jippermettilhiex li żżid il-prezzijiet tagħha għal livell li jkopri l-ispiża kollha tal-produzzjoni tagħha. Minflok, hija pproponiet metodoloġija li tipprovdi punt fejn la taqla’ u lanqas titlef għall-katina kollha ta’ produzzjoni ta’ DCD. Madankollu, dan il-metodu kellu jiġi rrifjutat minħabba li kien imsejjes fuq tagħrif li ħafna minnu ma kienx ivverifikat u kien jinkludi prodotti oħrajn barra l-prodott ikkonċernat.

(132)

Għalhekk id-dazju msejjes fuq it-tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet flimkien mal-profitt se jeliminaw il-ħsara mwettqa direttament mill-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, anki jekk ma jeliminax għal kollox id-diffikultajiet finanzjarji u ekonomiċi kollha ta’ l-IK. Li jiġu koperti l-ispejjeż kollha tal-produzzjoni jkun kumpens żejjed fir-rigward tal-fatturi għajr għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping. Għandu jitqies ukoll li l-IK tibbenefika minn pożizzjoni partikolari fis-suq karatterizzata minn kemm hija viċin tal-konsumaturi.

(133)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, iż-żieda fil-prezz meħtieġa ġiet determinata bl-użu tal-prezz ta’ importazzjoni medju bil-piż, kif stabbilit għall-kalkolu ta’ tnaqqis sostanzjali fil-prezz, b’żieda ta’ element addizzjonali ta’ profitt. Ir-riżultat ġie mbagħad espress bħala perċentwali tal-valur CIF totali ta’ l-importazzjoni.

(134)

Fir-rigward taċ-ċirkustanzi speċjali, kif deskritt hawn fuq, il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib is-suq. Jekk joħroġ li l-miżura mhix xierqa, jew inkella, twassal għal nuqqas fis-suq Komunitarju u/jew monopolju minn parti waħda, il-Kummissjoni se tindirizza minnufih is-sitwazzjoni billi tniedi reviżjoni ex officio fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 11 (3) tar-Regolament bażiku u/jew billi tapplika l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku.

7.2.   Miżuri definittivi

(135)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa meqjus li skond l-Artikolu 9 tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(136)

Minħabba li l-livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara huwa anqas mill-marġni ta’ dumping stabbilit, il-miżuri definittivi għandhom jissejsu fuq il-livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara.

(137)

Fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, ir-rata ta’ dazju, espressa f’perċentwali tal-prezz CIF tal-fruntiera Komunitarja, bid-dazju tad-dwana mhux imħallas, huwa kif ġej:

Il-pajjiż

Il-kumpanija

Rata ta’ dazju (%)

Ir-RPĊ

Il-kumpaniji kollha

49,1  %

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ 1-ċyanoguanidine (dicyandiamide), li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2926 20 00, li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata ta’ dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett bla ħlas fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt hawn fuq għandha tkun ta’ 49.1 %.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tad-dwana li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 193, 17.8.2006, p. 3.


15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 296/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1332/2007

ta' l-14 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-14 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

61,6

MK

18,4

TR

83,1

ZZ

54,4

0707 00 05

JO

196,3

MA

68,0

TR

104,1

ZZ

122,8

0709 90 70

MA

63,6

TR

89,2

ZZ

76,4

0805 20 10

MA

80,6

ZZ

80,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

23,0

IL

68,7

TR

82,9

UY

98,5

ZZ

68,3

0805 50 10

AR

73,8

TR

99,1

ZA

60,0

ZZ

77,6

0806 10 10

BR

235,4

TR

136,5

US

267,2

ZZ

213,0

0808 10 80

AR

83,4

CA

95,9

CL

33,5

MK

31,5

US

101,8

ZA

87,4

ZZ

72,3

0808 20 50

AR

49,3

CN

74,2

TR

129,4

ZZ

84,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 296/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1333/2007

tat-13 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

72

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

COD/2AC4.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

IV; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa

Data

27.10.2007


15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 296/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1334/2007

ta’ l-14 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1749/96 dwar miżuri inizjali ta’ implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta’ indiċijiet armonizzati ta’ prezzijiet tal-konsumatur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (1), u b’mod partikulari t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), kif mitlub skond l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95,

Billi:

(1)

L-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (IAPK) huma ċifri armonizzati ta’ inflazzjoni mitluba mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom skond l-Artikolu 121 tat-Trattat ta’ l-KE. L-IAPK huma mfasslin biex jiffaċilitaw il-paraguni internazzjonali ta’ l-inflazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur. Huma jservu bħala indikaturi importanti għall-ġestjoni tal-politika monetarja.

(2)

L-IAPK jikkostitwixxu qafas kunċettwali pjuttost sħiħ. Sar progress konsiderevoli fl-armonizzar ta’ metodoloġiji minn mindu ġew adottati l-miżuri inizjali ta’ implimentazzjoni, iżda jifdal ambitu ta’ nuqqas ta’ komparabilità fir-rigward ta’ teħid ta’ kampjuni, sostituzzjoni, aġġustament fil-kwalità u proċeduri ta’ aggregazzjoni.

(3)

Il-qafas attwali ta’ l-IAPK jipprovdi definizzjoni ta’ l-IAPK bħala indiċi tat-tip ta’ Laspeyres marbut mas-saħħa dejjem tinbidel tal-flus sabiex jinkisbu oġġetti u servizzi bl-għanijiet li jissodisfaw direttament il-ħtiġijiet tal-konsumaturi. Din id-definizzjoni tirrifletti l-fehma attwali ta’ inflazzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari ż-żona Ewropea.

(4)

L-IAPK jirrelataw mal-prezzijiet tal-prodotti kollha mixtrija mill-konsumaturi, meta jfittxu li jżommu għaddejjin ix-xejriet ta’ konsum, jiġifieri prodotti definiti minn kategoriji elementari tan-nefqa (piżijiet differenzjati). Dawn il-kategoriji jikkonsistu minn segmenti ta’ konsum iddikjarati b'mod espliċitu li jistgħu jiġu distinti permezz ta’ l-għan tal-konsum. Il-ġabra ta’ l-offerti kollha tal-prodott fl-univers ta’ l-istatistika tista' tinqasam sistematikament f'segmenti ta’ konsum. Segmenti ta’ konsum huma relattivament stabbli matul iż-żmien minkejja li l-offerti tal-prodotti li jinkludu segment ta’ konsum se jinbidlu filwaqt li jevolvu s-swieq.

(5)

Għalhekk il-kunċett ta’ segmenti ta’ konsum skond l-iskop huwa ċentrali għat-teħid ta’ kampjuni u għat-tifsira ta’ bidla tal-kwalità u aġġustament fil-kwalità. Minkejja dan, hemm ambigwità f'dan il-kunċett li għandha x'taqsam mal-livell ta’ aggregazzjoni li fih hija definita u applikata.

(6)

Il-firxa ta’ offerti tal-prodott għandhom jinbidlu biż-żmien hekk kif il-bejjiegħa u l-manifatturi ta’ prodotti jadattaw u jissostitwixxu l-prodotti. L-IAPK jirrikjedu r-rappreżentazzjoni ta’ l-offerti tal-prodotti attwalment disponibbli fi ħdan is-segmenti ta’ konsum skond l-iskop magħżula fil-perjodu ta’ referenza sabiex jitkejjel l-impatt li jħallu fuq l-inflazzjoni. Dan japplika partikolarment għal mudelli jew varjetajiet ġodda ta’ prodotti li kienu diġà jeżistu.

(7)

Għalhekk il-bidla fil-kwalità tirrelata mal-grad li fih il-prodotti disponibbli huma adattati sabiex iservu l-iskop tas-segment ta’ konsum li jappartejnu għalih. Il-bidla fil-kwalità għandha tiġi vverifikata permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodotti konkreti fi ħdan segment ta’ konsum.

(8)

Sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati, numru ta’ kjarifiki u emendi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta’ Settembru 1996 dwar miżuri inizjali ta’ implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar indiċijiet armonizzati ta’ prezzijiet tal-konsumatur (3) huma meħtieġa sabiex jiżguraw il-komparabilità ta’ l-IAPK u jippreservaw l-affidabilità u r-relevanza tagħhom skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95.

(9)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu speċifikati b'mod ulterjuri l-iskopijiet u d-definizzjoni ta’ l-IAPK, sabiex jiġi ċċarat fejn dawn jiddeterminaw il-prattiċi konkreti ta’ teħid ta’ kampjuni, sostituzzjoni, u aġġustament fil-kwalità, u sabiex tiġi stabbilita r-rappreżentazzjoni mitluba ta’ l-IAPK u l-forma tagħha, u sabiex jiġu stabbiliti standards minimi ulterjuri fir-rigward tat-teħid ta’ kampjuni, sostituzzjoni, aġġustament fil-kwalità u proċeduri ta’ aggregazzjoni.

(10)

B'mod partikolari, jeħtieġ li tiġi stabbilita mira statistika ċara għall-iskopijiet ta’ teħid ta’ kampjuni, sostituzzjoni u aġġustament fil-kwalità u jiġi żgurat li l-miżuri ta’ l-IAPK jilħqu l-għan, bi grad raġonevolment żgħir ta’ inċertezza jew żball mil-lat ta’ parżjalità u inkonsistenza. Trid titqies it-tendenza ta’ oppożizzjoni bejn l-imparżjalità u l-preċiżjoni.

(11)

Bil-ħsieb li jispeċifika b'mod ulterjuri l-univers ta’ referenza ta’ l-IAPK u jsolvi l-kwistjoni tal-“permanenza” tal-qoffa ta’ l-IAPK, il-kunċett ta’ “segmenti ta’ konsum skond l-iskop” joffri soluzzjoni fattibbli minħabba li jista' jiżviluppa l-permanenza meħtieġa f'indiċi tat-tip ta’ Laspeyres u jittrasforma l-kunċett f'wieħed sinifikanti f'dinja ta’ swieq li qed jevolvu.

(12)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li s-segmenti ta’ konsum fil-perjodu ta’ referenza jingħażlu sabiex jirrappreżentaw il-kompartament kollu ta’ l-univers tat-tranżazzjonijiet u li s-sostituzzjonijiet jippreżervaw ir-rappreżentazzjoni ta’ offerti attwali ta’ prodotti fi ħdan is-segmenti ta’ konsum li diġà huma rappreżentati fl-IAPK. Ir-rappreżentazzjoni tan-nefqa domestika monetarja finali skond l-iskop tal-konsum għandha tirrifletti n-natura dinamika tas-swieq li qed jevolvu.

(13)

Għandu jiġi żgurat li l-ġudizzji mill-Istati Membri dwar jekk hux qiegħda sseħħ bidla tal-kwalità jkunu bbażati fuq evidenza ta’ differenzi fil-karatteristiċi li jiddeterminaw il-prezz li huma relevanti għall-iskopijiet imsemmija tal-konsumatur. Għal dan il-għan standards speċifiċi ta’ aġġustament fil-kwalità għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni (l-Eurostat) fuq bażi ta’ każ b'każ.

(14)

Minbarra dan, jeħtieġ li titwessgħa d-definizzjoni ta’ aggregati elementari u li jiġu armonizzati aktar il-prattiċi ta’ aggregazzjoni u ta’ sostituzzjoni fi ħdan aggregati elementari.

(15)

Tqies il-prinċipju ta’ effettività ta’ l-ispejjeż skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 1749/96 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1749/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘In-nefqa domestika monetarja finali tal-konsum’ kif speċifikat fl-Anness 1b tfisser dik il-parti tan-nefqa finali ta’ konsum li tiġġarrab mill-entitajiet domestiċi irrispettivament min-nazzjonalità jew l-istatus ta’ residenza, fi tranżazzjonijiet monetarji, fit-territorju ekonomiku ta’ l-Istat Membru, fuq oġġetti u servizzi li jintużaw għas-sodisfazzjoni dirett ta’ ħtiġijiet u xewqat individwali, u f'wieħed mill-perjodi ta’ żmien li qed jitqabblu jew fit-tnejn li huma.

(2)

‘Offerta tal-prodott’ tfisser oġġett jew servizz speċifiku li jiġi offrut għal xiri fi prezz iddikjarat, f'ħanut speċifiku jew permezz ta’ fornitur speċifiku, taħt termini speċifiċi ta’ forniment, u għalhekk tiddefinixxi entità unika fi kwalunkwe waqt partikolari.

(3)

Il-‘kopertura’ ta’ l-IAPK, jiġifieri l-‘univers ta’ referenza’ ta’ l-istatistika li għandu jiġi rrappreżentat mill-IAPK, tfisser is-sett tat-tranżazzjonijiet kollha li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ nefqa domestika monetarja finali tal-konsum.

(4)

‘Segment ta’ konsum skond l-iskop' jew 'segment ta’ konsum’ tfisser sett ta’ tranżazzjonijiet marbuta ma’ offerti ta’ prodott meqjusa, abbażi ta’ proprjetajiet komuni, li jservu skop komuni, fis-sens li huma:

kkummerċjalizzati għal użu predominanti f'sitwazzjonijiet simili,

fil-biċċa l-kbira jistgħu jiġu deskritti permezz ta’ speċifikazzjoni komuni, u

jistgħu jitqiesu mill-konsumaturi bħala ekwivalenti.

(5)

‘Oġġetti u servizzi riċentement sinifikanti’ tfisser dawk l-oġġetti u servizzi li ma għandhomx il-bidliet tagħhom fil-prezzijiet speċifikament inklużi fl-IAPK ta’ Stat Membru u li fuqhom in-nefqa stmata tal-konsumaturi saret talanqas parti waħda minn kull elf min-nefqa koperta minn dawk l-IAPK.

(6)

‘Teħid ta’ kampjuni’ tfisser kwalukwe proċedura fil-kostruzzjoni ta’ l-IAPK fejn jingħażel subsett ta’ l-univers ta’ offerti tal-prodott sabiex jistima l-bidla fil-prezz għas-segmenti tal-konsum koperti mill-IAPK.

(7)

‘Kampjun immirat’ tfisser sett ta’ offerti tal-prodott fi ħdan is-segmenti tal-konsum li l-Istat Membru qed jippjana li josserva l-prezzijiet tiegħu sabiex tinkiseb rappreżentazzjoni attendibbli u komparabbli ta’ l-univers ta’ referenza ta’ l-IAPK.

(8)

‘Piżijiet differenzjati’ li tintuża fl-aggregazzjonijiet ta’ l-IAPK tfisser l-istimi xierqa ta’ nefqiet relattivi dwar kwalunkwe subdiviżjoni ta’ l-univers ta’ referenza, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97 (*).

(9)

‘Prezz osservat ’ tfisser il-prezz attwalment ikkonfermat mill-Istati Membri.

(10)

‘L-offerta tal-prodott ta’ sostituzzjoni’ tfisser offerta tal-prodott bi prezz osservat li tissostitwixxi offerta tal-prodott fil-kampjun immirat.

(11)

’Prezz tas-sostitut’ tfisser il-prezz osservat għal offerta tal-prodott ta’ sostituzzjoni.

(12)

‘Prezz stmat’ tfisser prezz li hu sostitwit għal prezz osservat u li huwa bbażat fuq proċedura xierqa ta’ stima. Prezzijiet li kienu osservati qabel ma għandhomx jitqiesu bħala prezzijiet stmati jekk ma jistgħux jitqiesu bħala stimi xierqa.

(13)

‘Grupp elementari tal-prodott’ tfisser sett ta’ offerti tal-prodott li jittiħdilhom kampjun sabiex jirrappreżenta segment wieħed jew aktar ta’ konsum fl-IAPK.

(14)

‘Aggregat elementari’ tfisser grupp elementari tal-prodott stratifikat, pereżempju skond ir-reġjuni, l-ibliet jew it-tipi ta’ ħwienet u għalhekk tirreferi għal-livell li fih prezzijiet osservati jidħlu fl-IAPK. Fejn gruppi elementari tal-prodott mhumiex stratifikati, it-termini ‘grupp elementari tal-prodott’ u ‘aggregeat elementari’ għandu jkollhom l-istess tifsira.

(15)

‘Indiċi elementari ta’ l-aggregat’ tfisser indiċi tal-prezz għal aggregat elementari.

(16)

‘Bidla fil-kwalità’ tfisser li sostituzzjoni wasslet għal differenza sinifikanti fil-grad li fih l-offerta tal-prodott li qed isservi ta’ sostituzzjoni sservi l-iskop tal-konsumatur tas-segment ta’ konsum li tappartjeni għalih, kull darba li l-Istat Membru jiddetermina dan bħala minnu.

(17)

‘Aġġustament fil-kwalità’ tfisser il-proċedura li tħalli lok għal bidla osservata fil-kwalità billi żżid jew tnaqqas il-prezz attwali jew dak ta’ referenza b'fattur jew b'ammont ekwivalenti għall-valur ta’ dik il-bidla fil-kwalità.

(*)  ĠU L 340, 11.12.1997, p. 24.”"

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej:

“Artikolu 2a

Prinċipji

1.   L-IAPK kkumpilati huma kampjun ta’ statistika li għandhom jirrappreżentaw bidla fil-prezzijiet, bħala medja meħuda mill-univers ta’ referenza, bejn ix-xahar ta’ l-indiċi attwali u l-perjodu li qed jitqabbel miegħu.

2.   Is-sett kollu tat-tranżazzjonijiet kollha fl-univers ta’ referenza jista' jinqasam b'mod komprensiv f'subsetti li jikkorrispondu għall-offerti tal-prodott li għalihom jappartjenu dawn it-tranżazzjonijiet. Huma għandhom jiġu kklassifikati skond il-kategoriji u subkategoriji b'erba' ċifri mogħtija fl-Anness Ia, li joħorġu mill-klassifikazzjoni internazzjonli COICOP (Classification of Individual Consumption by Purpose) u għandhom ikunu magħrufa bħala COICOP/IAPK (klassifikazzjoni tal-konsum individwali skond l-iskop adattata għall-ħtiġijiet ta’ l-IAPK).

3.   L-IAPK għandu jinħadem billi tintuża l-formola li hija konsistenti mal-formola tat-tip ta’ Laspeyres.

4.   Segmenti tal-konsum għandhom jifformaw oġġetti fissi fil-qoffa ta’ l-indiċi li għandha tkun segwita mill-IAPK.

5.   Il-prezzijiet użati fl-IAPK għandhom ikunu l-prezzijiet tax-xiri, li huma l-prezzijiet imħallsa mill-unitajiet domestiċi sabiex jinxtraw oġġetti individwali u servizzi fi tranżazzjonijiet monetarji.

6.   Fejn oġġetti u servizzi kienu disponibbli għall-konsumaturi mingħajr ħlas, u sussegwentement jiġi impost prezz konkret, il-bidla minn prezz ta’ żero għall-prezz konkret, u viċe versa, għandha titqies fl-IAPK.

7.   L-IAPK għandu jipprovdi miżura ta’ bidla pura fil-prezzijiet, li mhijiex affetwata bil-bidla fil-kwalità. Għandu:

(a)

jirrifletti l-bidla fil-prezz fuq il-bażi tan-nefqa mibdula fiż-żamma ta’ mudelli ta’ konsum ta’ unitajiet domestiċi u l-kompożizzjoni tal-popolazzjoni ta’ konsumaturi fuq il-perjodu bażi jew ta’ referenza; u

(b)

jinħadem billi jsiru aġġustamenti xierqa għal bidla osservata fil-kwalità. Aġġustamenti tal-kwalità għandhom iservu l-affidabilità, u b'mod partikolari r-rappreżentattività ta’ l-IAPK bħala miżura ta’ bidla pura tal-prezz.

8.   Fir-rigward tal-bidla fil-kwalità, il-ġudizzju għandu jkun ibbażat fuq evidenza xierqa ta’ differenza bejn l-ispeċifikazzjoni ta’ l-offerta tal-prodott ta’ sostituzzjoni u l-offerta tal-prodott li hija ssostitwiet fil-kampjun; jiġifieri, differenza fil-karatteristiċi sinifikanti ta’ determinazzjoni tal-prezz ta’ l-offerti tal-prodotti, bħalma huma l-marka, l-materjal jew l-għamla, li huma relevanti għall-iskop involut tal-konsumatur.

Bidla fil-kwalità ma tinqalax meta jkun hemm reviżjoni komprensiva annwali jew anqas frekwenti ta’ kampjun ta’ l-IAPK. L-inklużjoni tagħha għandha ssir billi jiġu stabbiliti l-ħoloq xierqa tal-katina. Ir-reviżjonijiet tal-kampjun ta’ l-IAPK ma jneħħux il-ħtieġa ta’ introduzzjoni ta’ offerti tal-prodott ta’ sostituzzjoni mingħajr dewmien bejn żewġ reviżjonijiet.

9.   Ir-rappreżentazzjoni ta’ grupp elementari ta’ prodott jew aggregat elementari għandha tkun definita permezz tal-piż tan-nefqa assoċjat miegħu. Piżijiet oħra differenzjati jistgħu jintużaw fi ħdan aggregati elementari bil-kondizzjoni li r-rappreżentattività ta’ l-indiċi tkun żgurata.

10.   L-‘affidabilità’ għandha tiġi stmata skond ‘il-preċiżjoni’, li tirreferi għall-grad ta’ żbalji fit-teħid ta’ kampjuni u rappreżentattività' li tirreferi għan-nuqqas ta’ preġudizzju.”

(3)

Fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 4 il-kliem l-Artikolu 2(b) għandhom jinbidlu bil-kliem l-Artikolu 2(5).

(4)

L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Standards minimi għal sostituzzjonijiet u għal aġġustament fil-kwalità

1.   Metodi ta’ aġġustament fil-kwalità għandhom jiġu vvalutati kif ġej:

(a)

Metodi A: dawk li huma meqjusa li jagħtu l-aktar riżultati affidabbli, f'termini ta’ preċiżjoni u preġudizzju;

(b)

Metodi B: dawk li jistgħu jagħtu riżultati anqas preċiżi jew anqas rappreżentattivi mill-metodi A, iżda li xorta waħda jitqiesu bħala aċċettabbli. Metodi B għandhom jintużaw fil-każ li l-metodi A ma jkunux applikati; u

(c)

Metodi C: il-metodi l-oħra kollha, li minn issa 'l quddiem mhumiex se jintużaw.

2.   Standards li għandhom x'jaqsmu mal-valutazzjoni tal-metodi ta’ l-aġġustament tal-kwalità għandhom jiġu żviluppati u għandhom jinħarġu mill-Kummissjoni (l-Eurostat) wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Programm Statistiku (KPS), wara strateġija ta’ każ wara każ u b'konsiderazzjoni xierqa għall-aspetti ta’ effettività ta’ l-ispiża u l-kuntest li jiġu applikati fih.

Il-valutazzjoni tal-metodi ta’ l-aġġustament tal-kwalità ma teskludix l-adozzjoni tal-miżuri ta’ l-implimentazzjoni dwar dan is-suġġett skond l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95.

3.   Metodi A u B għandhom jitqiesu bħala metodi xierqa ta’ l-aġġustament tal-kwalità. Bosta IAPK li għalihom isiru aġġustamenti ta’ kwalità xierqa għandhom jitqiesu li jkunu komparabbli. Fil-każ li l-fatturi kollha jibqgħu l-istess, il-metodi A għandhom jingħataw preferenza fuq il-metodi B.

4.   Fin-nuqqas ta’ stimi xierqa nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jużaw stimi bbażati fuq it-tagħrif mogħti mill-Kummissjoni (l-Eurostat) meta dan ikun disponibbli u rilevanti.

5.   Fl-ebda każ ma għandu jiġri li bidla fil-kwalità tiġi stmata bħala entità sħiħa tad-differenza fil-prezz bejn żewġ offerti tal-prodott, sakemm din ma tistax tiġi ġġustifikata bħala stima xierqa.

6.   Meta mhemm l-ebda stima disponibbli, bidliet fil-prezz għandhom ikunu stmati bħala d-differenza bejn il-prezz ta’ sostituzzjoni u dak ta’ l-offerta tal-prodott li ssostitwixxa.

7.   Offerti tal-prodott ta’ sostituzzjoni:

(a)

għandhom ikunu jew ‘essenzjalment ekwivalenti’, jekk ma jkun hemm l-ebda bidla fil-kwalità li tiġi osservata bejn l-offerta tal-prodott ta’ sostituzzjoni u dik li hija ssostitiwiet fil-kampjun, inkella ‘ekwivalenti minħabba aġġustament tal-kwalità’, jekk jinħtieġ aġġustament tal-kwalità għal bidla osservata fil-kwalità bejn l-offerta tal-prodott ta’ sostituzzjoni u dik li hija ssostitwiet fil-kampjun;

(b)

għandhom jintgħażlu mill-istess segmenti ta’ konsum bħal dawk li ġew sostitwiti, sabiex tinżamm ir-rappreżentazzjoni tas-segmenti tal-konsum;

(c)

ma għandhomx jingħażlu skond is-similarità fil-prezz. B'mod partikolari għandhom japplikaw fejn iridu jsiru sostituzzjonijiet wara li ġew offruti oġġetti jew servizzi bi prezzijiet imnaqqsa.”

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  Opinjoni mogħtija fil-5.10.2007 (ĠU C 248, 23.10.2007, p. 1).

(3)  ĠU L 229, 10.9.1996, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1708/2005 (ĠU L 274, 20.10.2005, p. 9).

(4)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 296/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-4 ta’ Ottubru 2006

dwar proċediment skond l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/C2/38.681 – Il-Ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 4350)

(Il-verżjonijiet bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/735/KE)

Fl-4 ta’ Ottubru 2006, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċedimenti skond l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni b'dan qed tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni, b'kunsiderazzjoni ta' l-interessi leġittimi ta' impriżi fil-protezzjoni ta' l-interessi kummerċjali tagħhom. Verżjoni mhux kunfidenzjali tat-test sħiħ tad-deċiżjoni tinstab fil-lingwi awtentiċi tal-każ, li f'dan il-każ huma l-istess bħal-lingwi ta' ħidma tal-Kummissjoni, fil-websajt ta' DG COMP, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competition/antitrust/cases/index/by_nr_77.html#i38_681

(1)

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lil Elliniki Etairia Prostasias tis Pneymatikis Idioktisias A.E. (AEPI), Gesellschaft zur Wahrnehmung mechanisch-musikalischer Urheberrechte m.b.H. (AustroMechana), BMG Music Publishing International Ltd, Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA), Mechanical-Copyright Protection Society Limited (MCPS), Mechanical-Copyright Protection Society Ireland (MCPSI), Nordic Copyright Bureau (NCB), Société Belge des Auteurs Compositeurs et Editeurs (SABAM), Société pour l’Administration du Droit de Reproduction Mécanique des Auteurs, Compositeurs et Editeurs (SDRM), Sociedad General Autores y Editores (SGAE), Società Italiana degli Autori ed Editori (SIAE), Sony/ATV Music Publishing Europe, Sociedade Portuguesa de Autores (SPA), Stichting Stemra (STEMRA), Schweizerische Gesellschaft für die Rechte der Urheber musikalischer Werke (SUISA), Universal Music Publishing Group u Warner Chappell Music Ltd, minn issa 'l quddiem “il-partijiet għall-Ftehim ta' Estenzjoni ta' Cannes”.

(2)

Is-suġġett tal-proċedura kien il-Ftehim ta' Estenzjoni ta' Cannes, ftehim fost tmintax-il kumpanija (li tlettax minnhom huma collecting societies tad-drittijiet ta' l-awtur li jimmaniġġjaw id-drittijiet ta' l-awtur mekkaniċi fil-mużika u ħames pubblikaturi ewlenin tal-mużika, membri ta' dawn il-collecting societies) dwar ir-relazzjonijiet bejniethom fl-immaniġġjar tad-drittijiet ta' l-awtur mekkaniċi fil-każ ta' mużika li kumpaniji tad-diski jkollhom liċenzja biex jirriproduċuha bħala reġistrazzjoni sonora b'mezzi fiżiċi. Fl-evalwazzjoni preliminari tagħha l-Kummissjoni esprimiet tħassib taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u 53 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar żewġ klawżoli tal-Ftehim ta' Estenzjoni ta' Cannes. L-ewwel waħda hija klawżola li kienet tistipula li qabel ma tagħti refużjoni lil kumpanija tad-diski fil-kuntest ta' Ftehim Ċentrali ta' Liċenzjar, collecting society jrid ikollha l-approvazzjoni tal-“membru rilevanti”. It-tieni hija l-klawżola li tistipula li l-collecting societies ma jistgħu qatt jidħlu la fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-mużika u lanqas f'dak tal-produzzjoni tad-diski. It-tħassib tal-Kummissjoni fejn tidħol il-kompetizzjoni kien dak li l-ewwel klawżola jista' jkollha l-effett li jkun diffiċli ħafna jew anki impossibbli li collecting societies jagħtu rifużjonijiet lil kumpaniji tad-diski u li t-tieni klawżola tista' trażżan il-possibbiltà li jkun hemm kompetizzjoni minn collecting societies fis-swieq tal-pubblikazzjoni tal-mużika u l-produzzjoni tad-diski.

(3)

Il-Kummissjoni tqis li l-impenji offruti mill-partijiet lill-Ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes huma biżżejjed biex jindirizzaw it-tħassib identifikat dwar il-kompetizzjoni. B'mod partikolari l-partijiet irriformulaw il-klawżola li tirreferi għar-rifużjonijiet bl-effett li collecting society tista' tiddeċiedi li toffri rifużjoni mħallsa mill-ispejjeż amministrattivi li hija żżomm minn drittijiet ta' l-awtur dovuti lill-membri tagħha permezz ta' sempliċi deċiżjoni tal-korp kompetenti tagħha mingħajr il-ħtieġa li jinġieb il-kunsens tal-“membru rilevanti”. Il-partijiet ħassru l-klawżola li ma tħallix collecting societies jidħlu fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-mużika u tal-produzzjoni tad-diski u impenjaw ruħhom biex ma jidħlux fi ftehim simili fil-futur.

(4)

Id-deċiżjoni taqtagħha li, fid-dawl ta' l-impenji li saru li jorbtu l-partijiet tal-Ftehim ta' Estenzjoni ta' Cannes, li m'għadx hemm aktar raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni.

(5)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fit-18 ta’ Settembru 2006.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).


15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 296/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Novembru 2007

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward il-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5365)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/736/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (3), u b’mod partikolari il-frażi ta’ introduzzjoni ta’ l-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) ta’ l-Artikolu 8 u l-punt (4) ta’ l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Parti 1 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet min pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (4) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw il-laħam frisk ta’ ċerti annimali.

(2)

Dan l-Anness jindika l-perjodi ta’ żmien li għalihom l-importazzjoni lejn il-Komunità hija awtorizzata jew mhux awtorizzata, fir-rigward ta’ dati għall-qatla ta’ l-annimali li minnhom ikun inkiseb il-laħam. Dawn il-perjodi huma indikati sabiex jippermettu l-importazzjoni ta’ laħam frisk prodott qabel ma ġew applikati r-restrizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għal ċerti pajjiżi terzi jew partijiet minnhom.

(3)

Madankollu, sabiex ikun garantit livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fil-Komunità, huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk li nkiseb f’pajjiż terz minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni jitħallew biss għal perjodu ta’ żmien limitat, jiġifieri għal 90 jum. Fil-każ ta’ konsenji ċċertifikati fid-data jew qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ projbizzjoni fuq l-importazzjoni u ttrasportati fuq baħar miftuħ fil-waqt li fih tidħol fis-seħħ il-projbizzjoni, dan il-perjodu għandu jkun ta’ 40 jum.

(4)

Id-data minn meta jiġu awtorizzati jew ipprojbiti l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ laħam frisk minn xi pajjiż terz jew partijiet minnu, għandha tiddaħħal fl-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE sabiex jiġu evitati l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk prodott f’perjodu meta kien hemm riskju għas-saħħa ta’ l-annimali f’dan il-pajjiż jew f’partijiet minnu.

(5)

L-indikazzjonijiet eżistenti ta’ perjodi ta’ żmien f’dan l-Anness ħolqu wkoll problemi prattiċi, kemm rigward il-postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità waqt l-iċċekkjar taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ dan il-laħam, kif ukoll għas-servizzi kompetenti fil-pajjiżi terzi li jesportaw waqt it-tħejjija ta’ dawn iċ-ċertifikati.

(6)

Bħala konsegwenza, sabiex jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u sabiex ikunu żgurati ċ-ċarezza, l-koerenza u t-trasparenza rigward il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk lejn il-Komunità, huwa xieraq li jiġi emendat l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE u li jitħassru r-referenzi għal dawn il-perjodi. Barra minn hekk, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw ċerti pajjiżi, b’mod partikolari l-Paragwaj u l-Brażil, għandhom jiġu aġġornati.

(7)

Sabiex jitħallew l-importazzjonijiet ta’ ħażniet ta’ laħam frisk li bħalissa huma awtorizzati għall-importazzjoni lejn il-Komunità minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet minnhom skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE, iżda li mhux se jibqqħu jiġu awtorizzati wara d-data ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti, huwa xieraq li jsir provvediment għal perjodu tranżitorju ta’ 90 jum.

(8)

Minħabba żewġ tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-Arġentina fi Frar 2006, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/259/KE tas-27 ta’ Marzu 2006 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward ir-reġjonalizzazzjoni għall-Arġentina u ċ-ċertifikati mudell marbuta ma’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk ta’ bovini mill-Arġentina (5), ipprojbiet l-importazzjonijiet ta’ laħam dissussat u laħam immaturat ta’ bovini minn tmien dipartimenti fil-provinċja ta’ Corrientes. Spezzjoni riċenti li l-Komunità wettqet fl-Arġentina wriet li m’għadhomx meħtieġa r-restrizzjonijiet attwali tas-saħħa ta’ l-annimali fit-tmien dipartimenti kkonċernati, b’mod partikolari fir-rigward tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. Għalhekk dawn ir-restrizzjonijiet m’humiex se jibqgħu japplikaw għal dawn iż-żoni ta’ l-Arġentina, kif mitlub minn dan il-pajjiż.

(9)

L-ispezzjoni wriet ukoll li l-produzzjoni ta’ laħam dissussat u laħam immaturat ta’ ċriev fl-Arġentina tissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali previsti fid-Deċiżjoni 79/542/KEE. Għalhekk huwa xieraq li jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ laħam dissussat u laħam immaturat ta’ ċriev mill-Arġentina.

(10)

Minħabba żewġ tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Botswana f’April 2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/463/KE (6), ipprojbiet l-importazzjonijiet ta’ laħam dissussat u laħam immaturat ta’ bovini minn parti tal-Botswana. Id-dokumentazzjoni li waslet mill-Botswana u r-riżultat favorevoli ta’ spezzjoni tal-Komunità mwettqa f’dan il-pajjiż f’Marzu 2007 juru li l-miżuri meħuda mill-Botswana kienu effettivi fil-kontroll u fl-eliminazzjoni tal-marda. Bl-istess mod, m’għandhomx japplikaw aktar ir-restrizzjonijiet attwali tas-saħħa ta’ l-annimali fil-parti kkonċernata tal-Botswana.

(11)

Barra minn hekk, l-ispezzjoni tal-Komunità qieset b’mod favorevoli żewġ reġjuni oħra tal-Botswana li ġew rikonoxxuti mill-OIE bħala ħielsa mill-FMD mingħajr tilqim. Għalhekk huwa f’waqtu li dawn iż-żoni jitħallew jesportaw lejn l-UE laħam dissussat u laħam immaturat ta’ bovini, ovini u tjur tal-kaċċa mrobbija u selvaġġi.

(12)

Partijiet mill-Kolombja huma elenkati fil-Parti I ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE bħala partijiet minn pajjiż terz li minnhom huma awtorizzati importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ bovini lejn il-Komunità. Madankollu, il-Kolombja ma ppreżentat l-ebda pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għal laħam frisk ta’ bovini skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi ppreżentati minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (7). Barra minn hekk l-ebda stabbilimenti m’huma awtorizzati għall-esportazzjoni ta’ laħam frisk lejn il-Komunità. Għalhekk l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ bovini mill-Kolombja m’għandhomx jibqgħu jiġu awtorizzati u għandha ssir l-emenda meħtieġa lill-Parti I ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE.

(13)

Sabiex tingħata l-possibbiltà lill-partijiet interessati rilevanti li jadattaw irwieħhom għar-reġim ġdid ta’ importazzjoni huwa xieraq li jiġi pprovdut li d-Deċiżjoni preżenti tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2007.

(14)

Id-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(15)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/367/KE tat-13 ta’ Ġunju 1996 dwar il-miżuri ta’ ħarsien marbuta mal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-Albanija (8) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/414/KE ta’ l-4 ta’ Lulju 1996 dwar il-miżuri ta’ ħarsien fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet ta’ annimali u prodotti ta’ l-annimali mill-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja minħabba t-tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (9), huma obsoleti peress li d-dispożizzjonijiet previsti fihom issa huma stipulati f’atti Komunitarji oħra. Fl-interessi taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, dawn id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu rrevokati b’mod definit.

(16)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Parti 1 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjonijiet 96/367/KE u 96/414/KE huma rrevokati.

Artikolu 3

L-importazzjonijiet ta’ laħam frisk lejn l-UE li kienu awtorizzati skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE u li m’għadhomx awtorizzati mill-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti se jibqgħu jiġu awtorizzati għal perjodu tranżitorju ta’ 90 jum wara d-data ta’ l-applikazzjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(5)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 65.

(6)  ĠU L 183, 5.7.2006, p. 20.

(7)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44, verżjoni kkoreġuta (ĠU L 189, 27.5.2004, p. 33). Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/362/KE (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 18).

(8)  ĠU L 145, 19.6.1996, p. 17. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 98/373/KE (ĠU L 170, 16.6.1998, p. 62).

(9)  ĠU L 167, 6.7.1996, p. 58. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 98/373/KE.


ANNESS

“ANNESS II

LAĦAM FRISK

Parti 1

LISTA TA’ PAJJIŻI TERZI JEW PARTIJIET MINNHOM (*)

Pajjiż

Kodiċi tat-Territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Data ta’ l-għeluq (**)

Data tal-ftuħ (***)

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

7

8

AL – L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

AR – L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

AR-1

Il-Provinċji ta’: Buenos Aires, Catamarca, Corrientes (ħlief id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar) Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Neuquen, Rio Negro, San Juan, San Luis, Santa Fe, Tucuman Cordoba La Pampa Santiago del Estero Chaco Formosa, Jujuy u Salta, ħlief iż-żona buffer ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa

BOV

A

1

 

fit-18 ta’ Marzu 2005.

RUF

A

1

 

1 ta’ Diċembru 2007

AR-2

Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego

BOV, OVI, RUW, RUF

 

 

 

fl-1 ta’ Marzu 2002.

AR-3

Corrientes: id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar

BOV, RUF

A

1

 

1 ta’ Diċembru 2007

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

BA – Il-Bożnija Ħerzegovina

BA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BH – Il-Baħrejn

BH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BR-1

Parti mill-Istat ta’ Minas Gerais (minbarra d-delegazzjonijiet reġjonali ta’ Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí); L-Istat ta’ Espíritu Santo; L-Istat ta’ Goias; Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso li tinkludi l-unitajiet reġjonali ta’:

Cuiaba (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço),

Caceres (ħlief għall-muniċipalità ta’ Caceres),

Lucas do Rio Verde,

Rondonopolis (ħlief għall-muniċipalità ta’ Itiquiora),

Barra do Garça

Barra do Burgres. L-Istat ta’ Rio Grande do Sul

BOV

A u H

1

 

fl-1 ta’ Novembru 2002.

BR-2

L-Istat ta’ Santa Catarina

BOV

A u I

1

 

fl-1 ta’ Novembru 2002.

BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

BW-1

Iż-żoni veterinarji ta’ kontroll 3ċ, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

1 ta’ Diċembru 2007

BW-2

Iż-żoni veterinarji ta’ kontroll 10, 11, 12, 13 u 14

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

fis-7 ta’ Marzu 2002.

BY – Il-Belarus

BY-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BZ – Il-Beliże

BZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW,

G

 

 

 

CH – L-Iżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

CL – Iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF

 

 

 

 

CN – Iċ-Ċina (ir-Repubblika Popolari ta’)

CN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

CO – Il-Kolombja

CO-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

CR – Il-Kosta Rika

CR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

CU – Kuba

CU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

DZ – L-Alġerija

DZ-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

ET – L-Etjopja

ET-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

FK – Il-Gżejjer Falkland

FK-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

GL – Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

GT – Il-Gwatemala

GT-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

HN – Il-Ħonduras

HN-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

IL – L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

IS – L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

KE – Il-Kenja

KE-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MA – Il-Marokk

MA-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

XM – Il-Montenegro

XM-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MK – L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (****)

MK-0

Il-pajjiż kollu

OVI, EQU

 

 

 

 

MU – Il-Mawrizju

MU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

NA-1

Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

 

NC – New Caledonia

NC-0

Il-pajjiż kollu

BOV, RUF, RUW

 

 

 

 

NI – In-Nikaragwa

NI-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

NZ – New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

PA – Il-Panama

PA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

PY – Il-Paragwaj

PY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

XS – Is-Serbja (*****)

XS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

RU – Ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

RU-1

Ir-reġjun ta’ Murmansk, iż-żona awtonoma ta’ Yamalo-Nenets

RUF

 

 

 

 

SV – El Salvador

SV-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

SZ – Is-Swaziland

SZ-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

SZ-1

Iż-żona fil-Punent tal-“linja ħamra” li testendi lejn it-Tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntiera ma’ l-Afrika t’Isfel fil-Punent ta’ Nkalashane,

BOV, RUF, RUW

F

1

 

 

SZ-2

Iż-żoni veterinarji ta’ kontroll u tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, kif ippubblikati bħala Strument Statutorju taħt l-avviż legali numru 51 ta’ l-2001

BOV, RUF, RUW

F

1

 

fl-4 ta’ Awwissu 2003.

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TR-1

Il-provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

EQU

 

 

 

 

UA – L-Ukraina

UA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW

G

 

 

 

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BOV

A

1

 

1 ta’ Novembru 2001

OVI

A

1

 

 

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

ZA-1

Il-pajjiż kollu ħlief:

il-parti taż-żona ta’ kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta’ Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona fuq il-fruntiera mal-Botswana fil-Lvant ta’ lonġitudni 28°, u

id-distrett ta’ Camperdown, fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 


(*)  Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni previsti mill-ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi.

(**)  Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 7 jista’ jiġi importat lejn il-Komunità għal 90 jum minn din id-data.

Il-konsenji fuq baħar miftuħ jistgħu jiġu importati lejn il-Komunità jekk jiġu ċċertifikati qabel id-data indikata fil-kolonna għal 40 jum minn din id-data.

(N.B.: l-ebda data fil-kolonna 7 tfisser li m’hemmx restrizzjonijiet ta’ żmien).

(***)  Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 8 biss jista’ jiġi importat lejn il-Komunità (l-ebda data fil-kolonna 8 tfisser li m’hemmx restrizzjonijiet ta’ żmien).

(****)  L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-kodiċi proviżorju li ma tippreġudikax bi kwalunkwe mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li se jkun miftiehem wara l-konklużjoni ta’ negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fuq dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(*****)  Li ma jinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.

=

Ċertifikati skond il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

=

Ma huwa previst l-ebda ċertifikat u l-importazzjonijiet tal-laħam frisk huma pprojbiti (ħlief għal dawk l-ispeċijiet fejn hemm indikat fil-linja għall-pajjiż kollu)

‘1’

Restrizzjonijiet ta’ kategorija:

Il-ġewwieni mhux awtorizzat (ħlief fil-każ ta’ l-ispeċi tal-bovini, tad-dijaframma u l-muskoli masseteri [tax-xedaq]).”