ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 ta’ l-24 ta’ Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta' tagħrif dwar l-okkorrenzi ta' l-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2007/730/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni ( 1 ) |
|
|
|
2007/731/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza avjarja ta' patoġeniċità qawwija tas-subtip H5N1 fit-tjur fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5549) ( 1 ) |
|
|
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE |
|
|
|
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
14.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1327/2007
tat-13 ta’ Novembru 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Novembru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
62,7 |
MK |
18,4 |
|
TR |
80,3 |
|
ZZ |
53,8 |
|
0707 00 05 |
JO |
196,3 |
MA |
67,7 |
|
TR |
114,7 |
|
ZZ |
126,2 |
|
0709 90 70 |
MA |
66,6 |
TR |
95,8 |
|
ZZ |
81,2 |
|
0805 20 10 |
MA |
93,8 |
ZZ |
93,8 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
HR |
39,6 |
IL |
69,0 |
|
TR |
77,0 |
|
UY |
99,1 |
|
ZZ |
71,2 |
|
0805 50 10 |
AR |
65,5 |
TR |
99,4 |
|
ZA |
62,0 |
|
ZZ |
75,6 |
|
0806 10 10 |
BR |
237,9 |
TR |
136,0 |
|
US |
267,2 |
|
ZZ |
213,7 |
|
0808 10 80 |
AR |
80,9 |
CA |
95,9 |
|
CL |
33,5 |
|
MK |
31,5 |
|
US |
101,7 |
|
ZA |
85,8 |
|
ZZ |
71,6 |
|
0808 20 50 |
AR |
49,4 |
CN |
56,0 |
|
TR |
129,4 |
|
ZZ |
78,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
14.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1328/2007
tat-13 ta’ Novembru 2007
li jipprojbixxi s-sajd għall-bażuga fiż-żoni VI, VII u VIII ta' l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-fond (3) (titlu mhux uffiċjali) jistabbilixxi kwoti għall-2007 u l-2008. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2007. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2007 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fl-istess Anness għandha titqies li ġiet eżawrita mid-data indikata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.
(3) ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).
ANNESS
Nru |
67 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
SBR/678- |
Speċi |
Bażuga (Pagellus bogaraveo) |
Żona |
Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VI, VII u VIII |
Data |
19.10.2007 |
14.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1329/2007
tat-13 ta’ Novembru 2007
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tusk fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għal politika komuni dwar is-sajd [Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007. |
(2) |
Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.
(3) ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).
ANNESS
Nru |
70 |
Stat Membru |
Franza |
Stokk |
USK/567EI. |
Speċi |
Tusk (Brosme brosme) |
Żona |
L-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta' V, VI u VII ta' l-ICES |
Data |
14.10.2007 |
14.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1330/2007
ta’ l-24 ta’ Settembru 2007
li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta' tagħrif dwar l-okkorrenzi ta' l-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2003/42/KE titlob it-twaqqif ta' sistemi nazzjonali ta' rapport ta' l-okkorrenzi, sabiex ikun żgurat li t-tagħrif rilevanti dwar is-sikurezza fl-ajru jkun irrappurtat, miġbur, maħżun, imħares u mqassam bl-uniku objettiv li jiġu evitati l-inċidenti, b'hekk tiġi eskluża l-attribuzzjoni ta' ħtija jew responsabilità. |
(2) |
Dan ir-Regolament għandu japplika għal tagħrif skambjat bejn l-Istati Membri skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/42/KE. It-tagħrif li jikkonċerna l-okkorrenzi nazzjonali, maħżun fid-databases nazzjonali għandu jkun suġġett għar-regolamenti nazzjonali li jirregolaw ir-rilaxx tat-tagħrif dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni. |
(3) |
Il-partijiet interessati, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu definiti bħala kull persuna li qiegħda f'pożizzjoni li tieħu sehem fit-titjib tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili billi tagħmel użu tajjeb mit-tagħrif li għandu x'jaqsam mas-sikurezza miġbura skond id-Direttiva 2003/42/KE. |
(4) |
Punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom l-aħjar għarfien tal-partijiet interessati stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom stess. Biex jittratta t-talbiet għat-tagħrif bl-iktar mod sikur u effiċjenti, kull punt ta' kuntatt nazzjonali għandu jittratta t-talbiet mill-partijiet interessati stabbiliti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru filwaqt li talbiet minn partijiet interessati minn pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu ttrattati mill-Kummissjoni. |
(5) |
Il-Kummissjoni tista' iktar tard tiddeċiedi li tafda entità bil-ġestjoni tat-tagħrif skambjat skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/42/KE u tittratta t-talbiet mill-partijiet interessati minn pajjiżi terzi jew minn għaqdiet internazzjonali. |
(6) |
Lista ta' punti ta' kuntatt għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. |
(7) |
Sabiex jiġi evitat l-abbuż mis-sistema, il-punt ta' kuntatt li jirċievi talba għal tagħrif għandu jiċċekkja li min għamel it-talba jkun parti interessata u t-talba għandha tkun ivvalutata, qabel ma jiġi definit l-ammont u l-livell tat-tagħrif li se jingħata. |
(8) |
Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom jiksbu tagħrif biżżejjed biex jipproċedu għall-validazzjoni u l-valutazzjoni tat-talbiet. Għal din ir-raġuni għandhom jużaw formula li jkun fiha tagħrif rilevanti dwar min għamel it-talba u l-użu li maħsub li jsir mit-talba. |
(9) |
Meta ċerti partijiet interessati jiġu regolarment bżonn tagħrif marbut ma' l-attivitajiet tagħhom stess, għandu jkun possibbli li tiġi adottata deċiżjoni ġenerali għall-provvista ta' tagħrif fir-rigward ta' dawk il-partijiet. |
(10) |
Min ikun għamel it-talba għandu jiżgura li l-kunfidenzjalità tas-sistema tkun imħarsa, u għandu jillimita l-użu tat-tagħrif li ngħatalu għall-finijiet speċifikati fit-talba, li għandhom ikunu kompatibbli ma' l-objettivi tad-Direttiva 2003/42/KE. |
(11) |
Il-punti ta' kuntatt kollha għandhom ikunu kapaċi jaraw li talba li jkunu ċaħdu ma terġax tiġi introdotta permezz ta' l-awtorità ta' Stat Membru ieħor. Għandhom ikunu kapaċi wkoll isegwu l-eżempju ta' l-aħjar prassi ta' punti ta' kuntatt oħrajn. Għalhekk għandu jkollhom aċċess għar-reġistri tat-talbiet għal tagħrif u deċiżjonijiet adottati fir-rigward ta' talbiet bħal dawn. |
(12) |
It-teknoloġija moderna għandha tintuża għat-trasferiment tad-data, filwaqt li tiżgura l-ħarsien tad-database kollu. |
(13) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tħejji l-miżuri xierqa għall-iskambju tat-tagħrif bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, kif mitlub mill-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2003/42/KE, dan ir-Regolament għandu japplika għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza fl-Ajru imwaqqaf permezz ta' l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili (2). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula l-miżuri li jikkonċernaw it-tqassim ta' tagħrif lil partijiet interessati dwar okkorrenzi skambjati mill-Istati Membri b'konformità ma' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/42/KE bl-għan li dawn il-partijiet ikunu pprovduti bit-tagħrif li għandhom bżonn biex itejbu s-sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“parti interessata” tfisser kull persuna naturali, kull persuna ġuridika, kemm jekk tagħmel il-profitti u kemm jekk le, jew kull entità uffiċjali kemm jekk għandha personalità ġuridika u kemm jekk le, li qiegħda f'pożizzjoni li tagħti sehemha għat-titjib tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili billi jkollha aċċess għal tagħrif dwar okkorrenzi skambjati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/42/KE u li hija inkluża f'waħda mill-kategoriji tal-partijiet interessati elenkati fl-Anness I; |
(2) |
“punt ta' kuntatt” ifisser,
|
2. Il-lista tal-punti ta' kuntatt se tkun ippubblikata mill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Talbiet għal tagħrif
1. Partijiet interessati stabbiliti fi ħdan il-Komunità li huma persuni naturali għandhom jindirizzaw talbiet għal tagħrif lill-punt ta' kuntatt ta' l-Istat Membru fejn għandhom il-liċenzja, jew fejn m'hemmx bżonn ta' liċenzja, fejn jeżerċitaw il-funzjoni tagħhom. Partijiet interessati oħrajn stabbiliti fi ħdan il-Komunità għandhom jindirizzaw talbiet għal tagħrif lill-punt ta' kuntatt ta' l-Istat Membru fejn għandhom l-uffiċċju rreġistrat jew is-sede uffiċjali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' uffiċċju jew sede tali, il-post ewlieni tan-negozju tagħhom.
2. Partijiet interessati mhux stabbiliti fil-Komunità għandhom jindirizzaw it-talba tagħhom lill-Kummissjoni.
3. It-talbiet għandhom jintbagħtu bl-użu ta' formuli approvati mill-punti ta' kuntatt. Dawn il-formuli għandu jkun fihom ta' l-inqas dak li hemm fl-Anness II.
Artikolu 4
Talbiet speċjali
Parti interessata li bagħtet rapport partikolari tista' tindirizza talbiet għal tagħrif marbut ma' dak ir-rapport direttament lill-punt ta' kuntatt li rċieva dan ir-rapport.
Artikolu 5
Validazzjoni ta' min għamel it-talba
1. Punt ta' kuntatt li jirċievi talba għandu jara li tkun saret minn parti interessata.
2. Jekk persuna interessata tindirizza talba lil punt ta' kuntatt li ma jkunx dak kompetenti biex jittratta talba bħal dik skond l-Artikolu 3, hija għandha tiġi mistiedna tikkuntattja l-punt ta' kuntatt kompetenti.
Artikolu 6
Valutazzjoni tat-talba
1. Punt ta' kuntatt li jirċievi talba għandu jivvaluta skond il-każ jekk it-talba hix iġġustifikata u prattikabbli.
2. Jekk it-talba tintlaqa', il-punt ta' kuntatt għandu jiddetermina l-ammont u l-livell ta' tagħrif li jrid jiġi fornut. Dan għandu jkun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-fini ta' min għamel it-talba, bla ħsara għall-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/42/KE. Tagħrif mhux relatat mat-tagħmir, l-operazzjonijiet u l-qasam ta' l-attività ta' min għamel it-talba stess għandu jiġu pprovdut biss f'forma aggregata jew diżidentifikata, sakemm ma tingħatax ġustifikazzjoni dettaljata minn min għamel it-talba.
3. Il-partijiet interessati elenkati fl-Anness I (b) jistgħu jiġu pprovduti biss b'tagħrif marbut mat-tagħmir, l-operazzjonijiet jew il-qasam ta' l-attività tal-parti interessata stess.
Artikolu 7
Deċiżjonijiet ta' natura ġenerali
Punt ta' kuntatt li jirċievi talba minn parti interessata elenkata fl-Anness I (a) jista' jieħu deċiżjoni ġenerali li jipprovdi tagħrif fuq bażi regolari lil dik il-parti interessata sakemm it-tagħrif mitlub ikun marbut mat-tagħmir, l-operazzjonijiet jew il-qasam ta' l-attività tal-parti interessata stess.
Artikolu 8
Użu ta' tagħrif u kunfidenzjalità
1. Min għamel it-talba għandu juża biss it-tagħrif li rċieva għall-fini speċifikata fil-formula tat-talba, li għandha tkun kompatibbli ma' l-għan imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/42/KE. Min għamel it-talba m'għandux jikxef it-tagħrif li rċieva mingħajr il-kunsens bil-miktub ta' min ipprovdieh.
2. Min għamel it-talba għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura l-kunfidenzjalità xierqa tat-tagħrif li jkun irċieva.
Artikolu 9
Reġistru tat-talbiet
Kull punt ta' kuntatt għandu jirreġistra kull talba li jirċievi u l-azzjoni li jkun ħa. Dak it-tagħrif għandu jintbagħat lill-Kummissjoni kull meta tasal talba u/jew tittieħed azzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-punti ta' kuntatt kollha, il-lista aġġornata tat-talbiet li waslu u l-azzjoni li ttieħdet mid-diversi punti ta' kuntatt u mill-Kummissjoni stess.
Artikolu 10
Mezzi ta' tqassim
Il-punti ta' kuntatt jistgħu jipprovdu tagħrif lill-partijiet interessati fuq karta jew billi jużaw mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni sikuri.
Għal raġunijiet ta' sikurezza, l-aċċess dirett għal databases li fihom tagħrif li wasal minn Stati Membri oħrajn skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/42/KE m'għandux jingħata lill-partijiet interessati.
Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23.
(2) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4. Ir-Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 377, 27.12.2006, p. 176).
ANNESS I
LISTA TA' PARTIJIET INTERESSATI
a) Lista ta' partijiet interessati li jistgħu jirċievu tagħrif fuq bażi ta' deċiżjoni skond il-każ b'konformità ma' l-Artikolu 6(2) jew fuq il-bażi ta' deċiżjoni ġenerali skond l-Artikolu 7
(1) |
Manifatturi: Diżinjaturi u manifatturi ta' inġenji ta' l-ajru, magni, propulsuri u partijiet u apparati għall-inġenji ta' l-ajru; Diżinjaturi u manifatturi ta' sistemi u kostitwenti għall-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru (ATM); Diżinjaturi u manifatturi ta' sistemi u kostitwenti għas-Servizzi tan-Navigazzjoni fl-Ajru (ANS); Diżinjaturi u manifatturi ta' sistemi u tagħmir użati fil-parti ta' l-ajru ta' l-ajrudromi |
(2) |
Manutenzjoni: L-għaqdiet involuti fil-manutenzjoni jew ir-reviżjoni ta' inġenji ta' l-ajru, magni, propulsuri u partijiet u apparati għall-inġenji ta' l-ajru; fl-installazzjoni, il-modifika, il-manutenzjoni, it-tiswija, ir-reviżjoni, il-kontroll tat-titjira jew l-ispezzjoni ta' faċilitajiet għan-navigazzjoni fl-ajru; jew fil-manutenzjoni jew ir-reviżjoni ta' sistemi, kostitwenti u tagħmir tal-parti ta' l-ajru f'ajrudrom |
(3) |
Operaturi: Linji ta' l-ajru u operaturi ta' inġenji ta' l-ajru u għaqdiet ta' linji ta' l-ajru u operaturi; Operaturi ta' l-ajrudromi u għaqdiet ta' l-operaturi ta' l-ajrudromi |
(4) |
Fornituri ta' Servizzi tan-Navigazzjoni fl-Ajru u fornituri ta' funzjonijiet speċifiċi ta' ATM |
(5) |
Fornituri ta' Servizz ta' Ajrudrom: għaqdiet inkarigati bis-servizzi fl-art ta' inġenji ta' l-ajru, li jinkludu l-għoti tal-fjuwil, l-isservizzjar, it-tħejjija tal-folja tat-tagħbija, it-tagħbija, it-tneħħija tas-silġ u l-ittowjar f'ajrudrom, kif ukoll is-servizzi tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar jew ta' l-emerġenza |
(6) |
Għaqdiet ta' Taħriġ fl-Avjazzjoni |
(7) |
Għaqdiet f'Pajjiżi Terzi: Awtoritajiet governattivi għall-avjazzjoni u entitajiet ta' l-investigazzjoni ta' l-inċidenti minn pajjiżi terzi |
(8) |
Għaqdiet internazzjonali ta' l-Avjazzjoni |
(9) |
Riċerka: Laboratorji, ċentri jew entitajiet pubbliċi jew privati; jew universitajiet impenjati fir-riċerka jew l-istudji tas-sikurezza fl-avjazzjoni. |
b) Lista ta' partijiet interessati li jistgħu jirċievu tagħrif fuq bażi ta' deċiżjoni skond il-każ b'konformità ma' l-Artikolu 6(2) u 6(3)
(1) |
Bdoti (fuq bażi personali) |
(2) |
Kontrolluri tat-Traffiku ta' l-Ajru (fuq bażi personali) u staff ieħor ta' l-ATM/ANS li jwettqu ħidmiet relatati mas-sikurezza |
(3) |
Inġiniera/Tekniċi/Personal ta' l-Elettroniċi tas-Sikurezza tat-Traffiku ta' l-Ajru/Maniġers ta' l-Avjazzjoni (jew Ajurdrom) (fuq bażi personali) |
(4) |
Entitajiet rappreżentattivi professjonali ta' l-istaff li jwettqu ħidmiet relatati mas-sikurezza. |
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
14.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Ottubru 2007
dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/730/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir televiżiv (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3a(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva 89/552/KEE,
Billi:
(1) |
Bl-ittra tal-25 ta’ Settembru 1998, ir-Renju Unit kien innotifika lill-Kummissjoni l-miżuri li kien ħa taħt l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE. Fit-2 ta’ Novembru 1998, il-Kummissjoni kkomunikat dawk il-miżuri lill-Istati Membri l-oħra u rċeviet l-osservazzjonijiet tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva 89/552/KEE, fil-laqgħa tiegħu ta’ l-20 ta’ Novembru 1998. Bl-ittra tat-23 ta’ Diċembru 1998, il-Kummissjoni infurmat lir-Renju Unit li kien hemm dubji dwar l-ambitu tal-miżuri nnotifikati, liema miżuri ma ħallewx lill-Kummissjoni milli tagħmel valutazzjoni dwar jekk dawk il-miżuri kinux tabilħaqq kompatibbli mad-Dritt Komunitarju. Ir-Renju Unit innotifika l-verżjoni emendata ta’ dawn il-miżuri lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Mejju 2000. |
(2) |
Il-Kummissjoni vverifikat, fi żmien tliet xhur minn din in-notifika, li dawk il-miżuri huma kompatibbli mal-liġi Komunitarja, b’mod partikolari fejn jirrigwarda l-proporzjonalità tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta’ konsultazzjoni nazzjonali. |
(3) |
Fl-eżaminazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat id-data disponibbli dwar ix-xena tal-midja fir-Renju Unit. |
(4) |
Il-lista ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà, li hija inkluża fil-miżuri tar-Renju Unit, kienet imfassla b’mod ċar u trasparenti u fir-Renju Unit tnediet konsultazzjoni estensiva. |
(5) |
Il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-avvenimenti elenkati fil-miżuri tar-Renju Unit kienu jilħqu mill-inqas tnejn mill-kriterji li ġejjin li kienu kkunsidrati bħala indikaturi ta’ min jorbot fuqhom rigward l-importanza ta’ avvenimenti għas-soċjetà: (i) reżonanza ġenerali speċjali fl-Istat Membru, u mhux sempliċement importanza għal dawk li s-soltu jsegwu l-isport jew l-attività kkonċernata; (ii) importanza kulturali distinta rikonoxxuta b’mod ġenerali għall-popolazzjoni fl-Istat Membru, b’mod partikolari bħala katalista ta’ identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li l-avveniment kien tradizzjonalment imxandar fuq televiżjoni bla ħlas u ġibed lejh udjenzi kbar permezz tat-televiżjoni. |
(6) |
Għadd sinifikanti ta’ l-avvenimenti elenkati fil-miżuri tar-Renju Unit, inkluż il-Logħob Olimpiku tas-sajf u tax-xitwa kif ukoll il-Finali tat-Tazza tad-Dinja u t-turnew tal-Finali tal-Kampjonat Ewropew, jaqgħu fil-kategorija ta’ l-avvenimenti kkunsidrati tradizzjonalment bħala ta’ importanza kbira għas-soċjetà, kif imsemmi b’mod espliċitu fil-premessa 18 tad-Direttiva 97/36/KE. Dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali speċjali fir-Renju Unit fl-intier tagħhom, peress li dawn huma partikolarment importanti mal-pubbliku ġenerali (irrispettivament min-nazzjonalità tal-parteċipanti), u mhux ma’ dawk biss li s-soltu jsegwu avvenimenti sportivi. |
(7) |
Il-Finali ta’ l-FA Cup għandhom reżonanza ġenerali speċjali fir-Renju Unit bħala logħob partikolarment prijeminenti fil-futbol lokali Ingliż u bħala okkażjoni tabilħaqq nazzjonali, kif ukoll bħala avveniment ta’ fama dinjija. |
(8) |
Il-Finali ta’ l-FA Cup Skoċċiża għandha reżonanza ġenerali speċjali fl-Iskozja, bħala avveniment ta’ importanza simili għall-Finali ta’ l-FA Cup (Ingliża). |
(9) |
Il-Grand National għandu reżonanza ġenerali fir-Renju Unit bħala avveniment ta’ fama u ta’ importanza dinjija li ilu stabbilit sew, kif ukoll importanza kulturali distinta rikonoxxuta b’mod ġenerali għall-popolazzjoni f’dak il-pajjiż, li tifforma parti mill-kuxjenza nazzjonali tar-Renju Unit. |
(10) |
Id-Derby għandu reżonanza ġenerali fir-Renju Unit bħala l-avveniment prijeminenti fl-istaġun tat-tlielaq fil-wita u bħala parti mill-kalendarju nazzjonali, kif ukoll importanza distinta rikonoxxuta b’mod ġenerali għall-popolazzjoni f’dak il-pajjiż, bħala okkażjoni tipikament Ingliża li tittraxxendi l-klassi soċjali u li tikkontrolla l-interess fil-pajjiż kollu. |
(11) |
Il-Finali tat-Tennis ta’ Wimbledon għandhom reżonanza ġenerali fir-Renju Unit bħala t-turnew tat-tennis Ingliż l-aktar importanti ta’ fama dinjija, li jikseb kopertura wiesgħa ħafna fix-xandir. Barra minn hekk, ir-reżonanza ġenerali u l-importanza kulturali distinta ta’ dan l-avveniment fir-Renju Unit huwa minħabba s-suċċess tal-parteċipanti tar-Renju Unit f’din il-kompetizzjoni. |
(12) |
Il-Finali tar-Rugby League Challenge Cup u t-turnew tat-Tazza tad-Dinja tar-Ragbi għandhom reżonanza ġenerali fir-Renju Unit bħala avvenimenti ta’ interess ġenerali wiesa’ li jattiraw persuni li s-soltu ma jsegwux dawn il-kompetizzjonijiet. Il-logħob tat-Turnew tar-Ragbi tas-Sitt Pajjiżi li jinvolvu diversi pajjiżi (2) għandhom reżonanza ġenerali speċjali fir-Renju Unit bħala avveniment importanti fil-kalendarju sportiv tar-Renju Unit. |
(13) |
Il-Logħob tal-Krikit (Cricket Test Matches) li jsir fl-Ingilterra għandu reżonanza ġenerali fir-Renju Unit bħala l-avveniment l-aktar importanti fl-isport nazzjonali tas-sajf, li jinvolvi t-tim Ingliż u timijiet barranin ewlenin, b’attrazzjoni li tittraxxendi l-klassi soċjali u r-reġjun. Il-logħob tat-Tazza tad-Dinja tal-Krikit (il-finali, is-semifinali u l-logħob li jinvolvi t-timijiet tal-pajjiżi home) għandu reżonanza ġenerali fir-Renju Unit peress li dawn jiffurmaw parti mill-uniku kampjonat dinji f’dan l-isport, li jinvolvi t-timijiet tar-Renju Unit f’kompetizzjoni ta’ l-ogħla livell. Barra minn hekk, dawn l-avvenimenti tal-krikit għandhom importanza kulturali distinta rikonoxxuta b’mod ġenerali għall-popolazzjoni fir-Renju Unit minħabba l-attrazzjoni multikulturali tiegħu, li jgħin fil-koeżjoni soċjali u jsaħħaħ ir-rabtiet bejn il-pajjiżi tal-Commonwealth tar-Renju Unit. |
(14) |
Il-Logħob tal-Commonwealth għandu reżonanza ġenerali speċjali fir-Renju Unit bħala avveniment stabbilit li jinvolvi kompetituri tar-Renju Unit f’kompetizzjoni ta’ livell għoli. |
(15) |
Il-Kampjonat tad-Dinja ta’ l-Atletika għandu reżonanza ġenerali speċjali fir-Renju Unit bħala avveniment importanti li huwa ddedikat biss għall-atletika u li jinvolvi parteċipanti mir-Renju Unit fuq l-ogħla livell. |
(16) |
Ir-Ryder Cup għandha reżonanza ġenerali speċjali fir-Renju Unit bħala avveniment internazzjonali importanti u uniku li jinvolvi plejers mir-Renju Unit f’kompetizzjoni ta’ livell għoli. |
(17) |
It-Turnew Ingliż Open tal-Golf (British Open Golf Tournament) għandu reżonanza ġenerali speċjali fir-Renju Unit bħala avveniment importanti fil-golf Ingliż, u wieħed mill-eqdem u mill-iktar avvenimenti importanti tal-golf fid-dinja. |
(18) |
L-avvenimenti elenkati, li jinkludu dawk li għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħaġa waħda u mhux bħala sensiela ta’ avvenimenti individwali, ġew tradizzjonalment imxandra fuq televiżjoni bla ħlas u ġibdu lejhom udjenzi kbar fuq it-televiżjoni. Fejn, b’mod eċċezzjonali, dan ma kienx il-każ (il-logħob elenkat tat-Tazza tad-Dinja tal-Krikit), il-lista hija limitata (peress li tinkludi l-finali, is-semifinali u l-logħob li jinvolvi t-timijiet nazzjonali) u teħtieġ biss kopertura sekondarja adegwata, u, fi kwalunkwe każ, tilħaq tnejn mill-kriterji kkunsidrati bħala indikaturi kredibbli dwar l-importanza ta’ l-avveniment għas-soċjetà (il-premessa 13). |
(19) |
Il-miżuri tar-Renju Unit jidhru proporzjonati sabiex jiġġustifikaw deroga mil-libertà fundamentali tat-Trattat tal-KE li jiġu fornuti servizzi fuq il-bażi tar-raġuni dominanti ta’ interess pubbliku, li jiġi żgurat aċċess pubbliku wiesa’ sabiex ikunu jistgħu jiġu mxandra avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà. |
(20) |
Il-miżuri tar-Renju Unit huma kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE minħabba li d-definizzjoni ta’ xandâra kkwalifikati sabiex ixandru l-avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi li jippermettu l-kompetizzjoni attwali u potenzjali sabiex jinkisbu d-drittijiet li jixxandru dawn l-avvenimenti. Barra minn hekk, l-għadd ta’ avvenimenti elenkati mhuwiex sproporzjonat sabiex jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-swieq downstream tat-televiżjoni bla ħlas u tat-televiżjoni bi ħlas. |
(21) |
Il-proporzjonalità tal-miżuri tar-Renju Unit hija msaħħa bil-fatt li għadd ta’ avvenimenti elenkati jeħtieġu biss kopertura sekondarja adegwata. |
(22) |
Wara l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri tar-Renju Unit u l-konsultazzjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva 89/552/KEE, id-Direttur-Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura informa lir-Renju Unit, b’ittra tat-28 ta’ Lulju 2000, li l-Kummissjoni Ewropea ma kellhiex l-intenzjoni li toġġezzjona għall-miżuri nnotifikati. |
(23) |
Dawk il-miżuri ġew ippubblikati fis-Serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (3) skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE. |
(24) |
Mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-33/01, Infront WM vs Il-Kummissjoni wieħed jikkonkludi li d-dikjarazzjoni li l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE huma kompatibbli mal-liġi Komunitarja tikkostitwixxi deċiżjoni, li għalhekk għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġi ddikjarat b’din id-Deċiżjoni li l-miżuri notifikati mir-Renju Unit huma kompatibbli mal-liġi Komunitarja. Il-miżuri, kif stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej b’konformità ma’ l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE. |
(25) |
Sabiex tiġi garantita ċ-ċertezza legali, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data ta’ l-ewwel pubblikazzjoni tal-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-miżuri meħuda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE u nnotifikati mir-Renju Unit lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Mejju 2000, kif ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 328 tat-18 ta’ Novembru 2000, huma kompatibbli mal-liġi Komunitarja.
Artikolu 2
Il-miżuri, kif stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej b’konformità ma’ l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-18 ta’ Novembru 2000.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60).
(2) Il-lista tar-Renju Unit ġiet emendata fl-2001 wara li nbidel l-isem ta’ dan l-Avveniment minn Turnew tar-Ragbi tal-Ħames Pajjiżi għal Turnew tar-Ragbi tas-Sitt Pajjiżi.
(3) ĠU C 328, 18.11.2000, p. 2.
ANNESS
Il-miżuri meħuda mir-Renju Unit li jridu jiġu ppubblikati b’konformità ma’ l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE qed jidhru fis-siltiet li ġejjin:
[Siltiet mill-Parti IV ta’ l-Att dwar ix-Xandir 1996]
L-ATT DWAR IX-XANDIR 1996
Kapitolu 55
PARTI IV
Avvenimenti sportivi u avvenimenti oħrajn ta’ interess nazzjonali
L-avvenimenti elenkati.
97. |
(1) |
Għall-finijiet ta’ din il-Parti, avveniment elenkat huwa avveniment sportiv jew avveniment ieħor ta’ interess nazzjonali li għalissa qed jiġi inkluż f’lista mfassla mis-Segretarju ta’ l-Istat għall-finijiet ta’ din il-Parti. |
(2) |
Is-Segretarju ta’ l-Istat m’għandu fl-ebda mument ifassal, jirrevedi jew jieqaf milli jżomm il-lista kif hemm imsemmi fis-subartikolu 1 sakemm ma jkunx ikkonsulta l-ewwel ma’:
u għall-finijiet ta’ din is-subartikolu, avveniment rilevanti huwa avveniment sportiv jew avveniment ieħor ta’ interess nazzjonali li s-Segretarju ta’ l-Istat jipproponi li jinkludih, jew jeskludih, mil-lista. |
(3) |
Hekk kif dan ikun fassal jew irreveda din il-lista kif hemm imsemmi fis-subartikolu 1, is-Segretarju ta’ l-Istat għandu jippubblika l-lista f’manjiera li huwa jikkunsidra bħala xieraq sabiex tinġieb għall-attenzjoni ta’:
|
(4) |
F’dan l-artikolu “interess nazzjonali” tinkludi interess fl-Ingilterra, fl-Iskozja, f’Wales jew fl-Irlanda ta’ Fuq. |
(5) |
Iż-żieda ta’ kwalunkwe avveniment rilevanti għal din il-lista kif hemm imsemmi fis-subartikolu 1 m’għandhiex taffettwa:
|
(6) |
Il-lista mfassla mis-Segretarju ta’ l-Istat għall-finijiet ta’ l-Artikolu 182 ta’ l-Att ta’ l-1990, peress li dik il-lista għandha tidħol fis-seħħ immedjatament qabel il-bidu ta’ dan l-Artikolu, għandha tittieħed bħala li tfasslet għall-finijiet ta’ din il-Parti. |
Il-kategoriji ta’ servizzi.
98. |
(1) |
Għall-finijiet ta’ din il-Parti, is-servizzi tal-programmi televiżivi għandhom jinqasmu f’żewġ kategoriji kif ġej:
|
(2) |
Is-servizzi msemmija fis-subartikolu 1(a) huma:
|
(3) |
Is-Segretarju ta’ l-Istat jista’ b’ordni jemenda s-subartikolu 2 sabiex ineħħi kwalunkwe servizz minn, jew iżid servizz ma’, is-servizzi speċifikati fiha. |
(4) |
L-ordni taħt is-subartikolu 3 għandha tiġi annullata b’konformità ma’ riżoluzzjoni minn waħda mill-Kmamar tal-Parlament. |
(…)
Ir-restrizzjoni fuq ix-xandir ta’ avveniment elenkat.
101. |
(1) |
Persuna li tforni servizz li jaqa’ fi ħdan waħda mill-kategoriji stabbiliti fis-subartikolu 1 ta’ l-artikolu 98 (“l-ewwel servizz”) għar-riċezzjoni fir-Renju Unit jew fi kwalunkwe żona tar-Renju Unit m’għandhiex, mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, tinkudi f’dak is-servizz ix-xandir dirett ta’ l-avveniment elenkat kollu jew ta’ parti minnu sakemm:
|
(2) |
Il-Kummissjoni tista’ tħassar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija minnha taħt is-subartikolu 1. |
(3) |
In-nuqqas ta’ konformità mas-subartikolu 1 m’għandux jaffettwa l-validità ta’ kwalunkwe kuntratt. |
(4) |
Is-subartikolu 1 m’għandux ikollu effett fejn il-fornitur ta’ programm tat-televiżjoni li jforni l-ewwel servizz ikun qed jeżerċita d-drittijiet mogħtija lilu qabel il-bidu ta’ dan l-artikolu. |
Is-Setgħa tal-Kummissjoni li timponi penali.
102. |
(1) |
Jekk il-Kummissjoni:
din tista’ tordnalu jħallas lill-Kummissjoni stess, f’perjodu speċifiku, multa speċifika. |
(2) |
Jekk il-Kummissjoni tkun sodisfatta li, b’rabta ma’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni taħt is-subartikolu 1 ta’ l-Artikolu 101, id-detentur ta’ liċenzja taħt il-Parti I ta’ l-Att ta’ l-1990 jew ta’ liċenzja ta’ programmi diġitali taħt il-Parti I ta’ dan l-Att għandu:
din tista’ tordnalu jħallas lill-Kummissjoni stess, f’perjodu speċifiku, multa speċifika. |
(3) |
L-ammont ta’ kwalunkwe penali impost fuq kwalunkwe persuna taħt is-subartikolu 1 jew 2 m’għandux ikun iżjed mill-ammont li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-kunsiderazzjoni rilevanti bil-multiplikatur preskritt. |
(4) |
Fis-subartikolu 3
|
(5) |
Ordni taħt is-subartikolu 4(b) għandha tiġi annullata b’konformità ma’ riżoluzzjoni ta’ waħda mill-Kmamar tal-Parlament. |
(6) |
Fejn il-Kummissjoni tirċievi kwalunkwe ammont pagabbli lilha bis-saħħa tas-subartikolu 1 jew 2, l-ammont m’għandux jifforma parti mid-dħul tal-Kummissjoni, iżda għandu jitħallas lill-Fond Ikkonsolidat. |
(7) |
Kwalunkwe ammont pagabbli lill-Kummissjoni minn kwanlunkwe persuna bis-saħħa tas-subartikolu 1 jew 2 għandu jiġi rkuprat minnha bħala dejn dovut lilha minn dik il-persuna. |
Ir-Rapport lis-Segretarju ta’ l-Istat.
103. |
(1) |
Jekk il-Kummissjoni:
din għandha tagħmel rapport dwar il-materja lis-Segretarju ta’ l-Istat. |
(2) |
Jekk il-Kummissjoni tkun sodisfatta li, b’rabta ma’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni taħt is-subartikolu 1 ta’ l-Artikolu 101, entità tax-xandir tkun:
din għandha tagħmel rapport dwar il-materja lis-Segretarju ta’ l-Istat. |
(3) |
f’dan l-artikolu “entità tax-xandir” tfisser il-BBC jew l-Awtorità ta’ Wales. |
Il-Kodiċi ta’ Gwida.
104. |
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tfassal, u tista’ minn żmien għal żmien tirrevedi, kodiċi:
|
(2) |
Fit-twettiq tas-setgħat tagħha taħt din il-Parti, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-kodiċi. |
(3) |
Qabel ma tfassal jew tirrevedi l-kodiċi l-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil dawn il-persuni skond kif il-Kummissjoni jidhrilha xieraq. |
(4) |
Hekk kif il-Kummissjoni tkun fasslet jew irrevediet dan il-kodiċi, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kodiċi f’manjiera li din tikkunsidra bħala xierqa sabiex dan jinġieb għall-attenzjoni ta’:
|
L-interpretazzjoni tal-Parti IV u d-dispożizzjonijiet supplementari.
105. |
(1) |
F’din il-Parti (sakemm il-kuntest ma jkunx jeħtieġ mod ieħor):
|
(2) |
L-Artikolu 182 ta’ l-Att ta’ 1990 (ċerti avvenimenti li m’għandhomx jintwerew skond termini ta’ tħallas ta’ li tara – pay-per-use) għandha tkun bla effett. |
[Siltiet mir-Regolamenti tax-Xandir bit-Televiżjoni 2000]
L-ISTRUMENTI STATUTARJI
2000 Nru 54
IX-XANDIR
Ir-Regolamenti tax-Xandir bit-Televiżjoni 2000
Magħmula: l-14 ta’ Jannar 2000
Ippreżentati quddiem il-Parlament: l-14 ta’ Jannar 2000
Daħlu fis-seħħ: fid-19 ta’ Jannar 2000
Billi s-Segretarju ta’ l-Istat huwa l-Ministru maħtur (1) għall-finijiet ta’ l-Artikolu 2(2) ta’ l-Att dwar il-Komunitajiet Ewropej 1972 (2) rigward il-miżuri li jikkonċernaw ix-xandir bit-televiżjoni;
Issa, għalhekk, is-Segretarju ta’ l-Istat, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2(2) ta’ l-Att dwar il-Komunitajiet Ewropej 1972 u tas-setgħat l-oħra kollha li jippermettulu jagħmel dan, qed iħabbar ir-Regolamenti li ġejjin:
Il-kwotazzjoni u l-bidu
1. |
(1) |
Dawn ir-Regolamenti jistgħu jiġu ċċitati bħala r-Regolamenti tax-Xandir bit-Televiżjoni 2000 |
(2) |
Dawn ir-Regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-19 ta’ Jannar 2000. |
(…)
L-emendi għall-Att dwar ix-Xandir 1996
3. Il-Parti IV ta’ l-Att dwar ix-Xandir 1996 (3) (avvenimenti sportivi u avvenimenti oħrajn ta’ interess nazzjonali) qed tiġi emendati skond l-Iskeda għal dawn ir-Regolamenti.
(…)
fl-14 ta’ Jannar 2000
Chris Smith
Segretarju ta’ l-Istat għall-Kultura, il-Midja u l-Isport
L-ISKEDA
Regolament 3
L-emendi għall-Att dwar ix-Candir 1996: avvenimenti sportivi u avvenimenti oħrajn ta’ interess nazzjonali
1. Fl-Artikolu 98 ġew sostitwiti:
Il-kategoriji ta’ servizzi.
98. |
(1) |
Għall-finijiet ta’ din il-Parti, is-servizzi tal-programmi televiżivi u s-servizzi ta’ xandir bis-satellita ta’ kompetenza taż-ŻEE għandhom jinqasmu f’żewġ kategoriji kif ġej:
|
(2) |
F’dan l-Artikolu, “il-kundizzjonijiet mitluba”, fejn jirrigwarda servizz, tfisser il-kundizzjonijiet:
|
(3) |
Għall-finijiet tas-subartikolu (2)(a) għandha tiġi injorata kwalunkwe tariffa pagabbli f’liċenzji tat-televiżjoni, kif definita fl-Artikolu 1(7) ta’ l-Att ta’ l-1949 dwar it-Telegrafija Mingħajr Fili. |
(4) |
Il-kundizzjoni fis-subartikolu (2)(b):
|
(5) |
Il-Kummissjoni għandha, minn żmien għal żmien tippubblika l-lista tas-servizzi tal-programmi televiżivi u tas-servizzi ta’ xandir bis-satellita b’kompetenza taż-ŻEE li jkun jidhrilha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet mitluba. |
(6) |
F’dan l-artikolu, “is-servizz ta’ xandir bis-satellita b’kompetenza taż-ŻEE” tfisser kwalunkwe servizz li:
|
(…)
3. Fl-Artikolu 101(ir-restrizzjonijiet fuq ix-xandir ta’ avveniment elenkat), fis-subartikolu (1), għall-“persuna”, fl-ewwel post fejn din tinzerta, għandha tiġi sostitwita b “fornitur tal-programmi televiżivi”.
(…)
9. Fl-Artikolu 105(1)(l-interpretazzjoni tal-Parti IV) -
(a) |
wara d-definizzjoni ta’ “il-Kummissjoni”għandha tiddaħħal: “l-avveniment magħżul, f’relazzjoni ma’ Stat taż-ŻEE għajr ir-Renju Unit, għandha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 101 A;”; |
(b) |
fid-definizzjoni ta’ “dirett”, qabel il-kelma “għandu” trid tiddaħħal il-frażi “f” relazzjoni max-xandir ta’ l-avveniment elenkat; u |
(ċ) |
wara d-definizzjoni ta’ “servizz nazzjonali taċ-Channel 3” u “servizz reġjonali taċ-Channel 3” għandha tiddaħħal: “S4C għandha t-tifsira bħal fil-Parti I ta’ l-Att ta’ l-1990;”. |
[Siltiet mill-Kodiċi ta’ l-ITC dwar l-Isport u Avveniment Elenkati oħra, li ġew riveduti f’Jannar 2000]
Il-kodiċi dwar l-isport u avvenimenti elenkati oħra
(rivedut f’Jannar 2000)
Daħla
1. L-Att dwar ix-Xandir 1996, (l-“Att”) kif emendat bir-Regolamenti tax-Xandir bit-Televiżjoni 2000 (ir-“Regolamenti”), jeħtieġ li l-ITC tfassal, u minn żmien għal żmien tirrevedi, kodiċi li jforni gwida dwar ċerti materji li jikkonċernaw ix-xandir ta’ sport u avvenimenti oħra ta’ interess nazzjonali li jkunu ġew elenkati mis-Segretarju ta’ l-Istat għall-Kultura, il-Midja u l-Isport. Dan il-kodiċi sar mill-ITC, wara konsultazzjoni max-xandara, ma’ l-entitajiet ta’ l-isport, mad-detenturi tad-drittijiet ta’ l-isport u ma’ partijiet interessati oħra, għall-finijiet li jintlaħaq dan l-obbligu statutarju, kif definit taħt l-Artikolu 104 ta’ l-Att.
2. L-Att jirrestrinġi lill-fornituri tal-programmi televiżivi milli jakkwistaw id-drittijiet esklussivi għal xandir dirett bit-televiżjoni ta’ l-avvenimenti elenkati kollha jew ta’ parti minnhom u li jxandru fuq bażi esklussiva dawn it-trażmissjonijiet mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel ta’ l-ITC (ara l-Parti IV ta’ l-Att). Skond l-Att, l-ITC għandha s-setgħa li timponi penali finanzjarju fuq id-detenturi tal-liċenzji tagħha jekk ir-restrizzjonjijiet fuq ix-xandir dirett ta’ l-avvenimenti elenkati ma jkunux ġew osservati, jekk l-ITC tkun ġiet mogħtija informazzjoni qarrieqa jew jekk l-informazzjoni materjali tkun ġiet miżmuma. Fil-każ tal-BBC u l-S4C l-ITC għandha tirrapporta l-materja lis-Segretarju ta’ l-Istat. L-ITC għandha tikkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi fl-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat.
3. “L-avvenimenti elenkati” jitfasslu mis-Segretarju ta’ l-Istat b’konformità ma’ l-Att, u l-lista preżenti qed tidher fl-Appendiċi 1. Is-Segretarju ta’ l-Istat jista’ jżid jew iħassar l-avvenimenti mil-lista fi kwalunkwe żmien, iżda biss wara konsultazzjonijiet mal-BBC, ma’ l-Awtorità ta’ Wales, ma’ l-ITC u mad-detentur tad-drittijiet għall-avveniment ikkonċernat. F’Ġunju 1998 is-Segretarju ta’ l-Istat estenda l-lista sabiex jinkludi avvenimenti tal-Grupp B bil-fehma li dawn jiġu ttrattati b’mod differenti mill-avvenimenti tal-Grupp A. L-avvenimenti tal-Grupp A huma dawk li jistgħu ma jiġux trażmessi b’mod dirett fuq bażi esklussiva sakemm ma jintlaħqux ċerti kriterji. Il-kriterji u l-materji li jridu jiġu kkunsidrati mill-ITC huma stabbiliti fil-paragrafi 12 sa 16. L-avvenimenti tal-Grupp B huma dawk li jistgħu ma jixxandrux b’mod dirett fuq bażi esklussiva sakemm ma tkunx saret dispożizzjoni adegwata għall-kopertura sekondarja. L-istandard minimu tal-kopertura sekondarja li l-ITC għandha tikkunsidra bħala dispożizzjoni adegwata huwa stabbilit fil-paragrafi 17 u 18.
(…)
Id-dispożizzjoni ġenerali u l-isfond
6. Għall-finijiet tax-xandir dirett ta’ l-avvenimenti elenkati, l-Att jiddefinixxi żewġ kategoriji ta’ servizzi ta’ programmi televiżivi: dawk is-servizzi tal-programmi televiżivi u s-servizzi ta’ xandir bis-satellita b’kompetenza taż-ŻEE li għalissa jissodisfaw il-kundizzjonijiet mitluba (“l-ewwel kategorija”) u s-servizzi tal-programmi televiżivi u s-servizzi ta’ xandir bis-satellita b’kompetenza taż-ŻEE l-oħra kollha (“it-tieni kategorija”). Il-kundizzjonijiet mitluba huma definiti bħala (a) li s-servizz jiġi fornut mingħajr ħtieġa ta’ ebda kunsiderazzjoni għar-riċezzjoni tas-servizz u (b) li s-servizz tkun qed tirċevih mill-inqas 95 % tal-popolazzjoni tar-Renju Unit. Is-servizzi tal-programmi televiżivi u s-servizzi tax-xandir bis-satellita b’kompetenza taż-ŻEE li jaqgħu fi ħdan l-ewwel kategorija se jidhru f’lista li tiġi ppubblikata minn żmien għal żmien mill-ITC (ara l-Appendiċi 2). Dawn ir-rekwiżiti huma stabbiliti fl-Att bħala li ġew emendati bir-Regolamenti tax-Xandir bit-Televiżjoni 2000. Kwalunkwe kuntratt sabiex jixxandru trażmissjonijiet diretti ta’ avveniment elenkat li jiġi ffirmat minn xandar għandu jiddikjara li hemm drittijiet sabiex l-avveniment jintwera permezz ta’ servizz li jaqa’ fi ħdan waħda miż-żewġ kategoriji biss, jiġifieri għandu jkun hemm kuntratti separati għal kull kategorija. Ix-xandar li jforni servizz f’waħda minn dawn il-kategoriji (“l-ewwel servizz”) huwa pprobit milli juri trażmissjoni diretta b’mod esklussiv ta’ avveniment sħiħ, jew ta’ parti minnu, tal-Grupp A mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, sakemm ix-xandar li jforni servizz fil-kategorija l-oħra (“it-tieni servizz”) ikun kiseb id-dritt li jittrażmetti dirett l-avveniment jew l-istess parti ta’ l-avveniment. Iż-żona moqdija mit-tieni servizz tikkonsisti jew tinkludi ż-żona kollha, jew sostanzjalment kollha, li tkun fornuta mill-ewwel servizz. L-ewwel u t-tieni servizz jistgħu jiġu fornuti minn persuni liċenzjati fl-istess dritt tal-pussess, iżda bejniethom dawn iridu jinkludu xandar f’kull waħda miż-żewġ kategoriji deskritti aktar ’il fuq.
7. Ir-restrizzjonijiet japplikaw biss għad-drittijiet miksuba jew wara d-dħul fis-seħħ ta’ l-Artikolu 101 ta’ l-Att ta’ l-1996, jiġifieri l-1 ta’ Ottubru 1996 jew wara li s-Segretarju ta’ l-Istat beda l-konsultazzjonijiet mad-detenturi tad-drittijiet dwar il-bidliet fil-lista, jiġifieri l-25 ta’ Novembru 1997, kif indikat fl-Appendiċi 1.
8. Kwalunkwe avveniment jista’ jiġi elenkat minħabba li dan ikun ta’ interess “nazzjonali” fl-Ingilterra, fl-Iskozja, f’Wales jew fl-Irlanda ta’ Fuq b’mod separat. Din hija l-bażi li fuqha l-Finali ta’ l-FA Cup Skoċċiża, pereżempju, ġiet elenkata. L-Att jippermetti li dawn l-avvenimenti jintwerew biss fil-parti rilevanti tar-Renju Unit li fiha x’aktarx ikun hemm l-aktar interess mit-telespettaturi. Ir-referenza għal Channel 3 fl-Appendiċi 2, għaldaqstant, tfisser is-servizzi reġjonali individwali jew il-gruppi ta’ servizzi reġjonali taċ-Channel 3, jew iċ-Channel 3 bħala ħaġa waħda.
9. L-Att huwa kkonċernat sabiex iforni l-opportunità li jkun hemm trażmissjonijiet diretti. Huwa importanti li wieħed jenfasizza li l-Att ma jeħtieġx jew ma jiggarantixxix ix-xandir dirett ta’ l-avvenimenti elenkati, inkluż il-kopertura fuq Channel 3, Channel 4 u BBC. L-Att lanqas ma jipprojbixxi x-xandir dirett esklussiv ta’ l-avvenimenti elenkati fuq dawn jew permezz ta’ servizzi oħra, fejn l-ITC trid tkun sodisfatta li ċerti kriterji jkunu ntlaħqu (ara l-paragrafi 12-18).
10. Il-gwida speċifika li l-ITC trid tagħti hija stabbilita hawn taħt. L-ITC se tirrevedi din il-gwida u tista’ temendaha fid-dawl ta’ l-esperjenza li tkun inkisbet.
Id-definizzjoni ta’ “dirett”
11. L-Artikolu 104 ta’ l-Att jeħtieġ li l-ITC tispeċifika ċ-ċirkustanzi li fihom il-kopertura ta’ l-avvenimenti elenkati b’mod ġenerali, jew ta’ avveniment elenkat b’mod partikulari, għandu, jew m’għandux, jiġi ttrattat bħala dirett. Waqt li tikkunsidra din il-materja, l-ITC ikkunsidrat li l-interessi tat-telespettaturi jinstabu fil-fatt li dawn jitħallew jieħdu sehem fl-avveniment kemm jista’ jkun hekk kif dan iseħħ. Dan jissuġġerixxi li t-trażmissjoni diretta fuq it-televiżjoni ta’ bosta mill-avvenimenti sportivi, inklużi dawk li jkunu qed iseħħu f’żoni ta’ ħin differenti, għandha tiġi definita bħala kopertura li tkun simultanja ma’ l-avveniment (jiġifieri waqt li l-avveniment ikun qed iseħħ). Madankollu, meta titqies in-natura differenti u t-tul ta’ l-avvenimenti, l-ebda definizzjoni waħda mhi possibbli. L-interpretazzjoni li ġejja għandha tippermetti l-flessibbiltà meħtieġa:
— |
ir-restrizzjonijiet fuq it-trażmissjonijiet diretti għandhom japplikaw waqt li jkun qed iseħħ l-avveniment ikkonċernat, |
— |
jekk l-avveniment jinvolvi logħob separat, ir-restrizzjonijiet għandhom japplikaw waqt li kull logħba tkun qed issir, |
— |
fil-każ ta’ avveniment wieħed skedat li jdum diversi ġranet, ir-restrizzjonijiet għandhom japplikaw għal-logħob ta’ kull ġurnata, waqt li dan ikun qed isir, |
— |
fil-każ ta’ avveniment li jkun jikkonsisti minn partijiet separati definiti li fil-ħin jikkoinċidu (pereżempju l-Logħob Olimpiku jew il-Finali tat-Tazza tad-Dinja FIFA) u għaldaqstant ma jkunux jistgħu jixxandru simultanjament fuq it-televiżjoni b’mod sħiħ, ir-restrizzjonijiet għandhom japplikaw għal kull logħba jew kompetizzjoni daqslikieku kien avveniment wieħed. |
Il-materji li għandhom jiġu kkunsidrati sabiex tingħata jew tiġi mħassra l-awtorizzazzjoni għall-kopertura esklussiva
12. Taħt l-Artikolu 104(1)(b) ta’ l-Att, l-ITC hija meħtieġa li tforni gwida dwar il-materji li din għandha tikkunsidra sabiex tiddetermina jekk tagħtix l-awtorizzazzjoni tagħha lil xandar sabiex iforni servizz f’kategorija waħda (l-ewwel servizz) ħalli jforni trażmissjoni diretta esklussiva ta’ l-avveniment (jew parti mill-avveniment) fejn l-ebda xandar li jforni servizz fil-kategorija l-oħra (it-tieni servizz) ma jkun kiseb l-istess drittijiet, jew fejn iż-żona li għaliha t-tieni servizz għandu jiġi fornut ma tkunx tikkonsisti jew tinkludi ż-żona kollha, jew sostanzjalment kollha, li għaliha jkun qed jiġi fornut l-ewwel servizz.
13. Fid-deċiżjoni tagħha jekk tagħtix l-awtorizzazzjoni tagħha jista’ jkun biżżejjed għall-ITC li tistabbilixxi li d-disponibilità tad-drittijiet kienet ġeneralment magħrufa u li l-ebda xandar li jforni s-servizz fil-kategorija l-oħra ma esprima interess li jikseb dawn mingħand id-detentur tad-drittijiet, jew inkella ma tefax l-offerta tiegħu għal dawn id-drittijiet. Madankollu, l-ITC trid tkun sodisfatta li x-xandara jkollhom opportunità ġenwina li jiksbu d-drittijiet taħt termini ġusti u raġonevoli u, meta tasal għal din l-opinjoni, għandha tikkunsidra l-kriterji kollha li ġejjin jew uħud minnhom:
— |
kwalunkwe sejħa għall-espressjoni ta’ interess, kemm jekk fil-forma ta’ reklam pubbliku jew ta’ offerta magħluqa, fl-akkwist tad-drittijiet trid tkun ġiet komunikata pubblikament u simultanjament lix-xandra li jfornu s-servizzi fiż-żewġ kategoriji, |
— |
fil-bidu ta’ kwalunkwe negozjati, id-dokumentazzjoni u/jew il-letteratura kummerċjali għandha tistabbilixxi fl-ambitu materjali kollu l-proċess sabiex jiġu nnegozjati u miksuba d-drittijiet kif ukoll it-termini materjali u l-kundizzjonijiet kollha, inkluż liema drittijiet kienu disponibbli, |
— |
jekk id-drittijiet għall-avveniment elenkat kienu inklużi f’pakkett ta’ drittijiet, il-pakkett m’għandux ikun aktar attraenti għax-xandara li jfornu s-servizzi tagħhom f’waħda miż-żewġ kategoriji. Preferibbilment, id-dirittijiet għandhom ikunu kapaċi jinxtraw b’mod indipendenti minn drittijiet oħra, pereżempju għal siltiet importanti, trażmissjonijiet mhux diretti, avvenimenti oħrajn, |
— |
il-kundizzjonijiet jew l-ispejjeż assoċjati ma’ l-akkwist tad-drittijiet (pereżempju, l-ispejjeż tal-produzzjoni) għandhom ikunu ġew iddikjarati b’mod ċar u m’għandhomx ikunu preferenzjali għal kategorija waħda ta’ servizzi, |
— |
il-prezz mitlub għad-drittijiet għandu jkun ġust, raġonevoli u mhux diskriminatorju bejn iż-żewġ kategoriji ta’ servizzi ta’ programmi. X’ikun prezz ġust jiddependi mid-drittijiet li jkunu qed jiġu offruti u mill-valur ta’ dawk id-drittijiet għax-xandara. Firxa wiesgħa ta’ prezzijiet x’aktarx titqies bħala ġusta, iżda meta tkun meħtieġa li tiddeċiedi hija stess dwar il-materja l-ITC għandha tikkunsidra inter alia: |
— |
il-miżati ta’ qabel għall-avveniment jew għal avvenimenti simili, |
— |
il-ħin tal-ġurnata għat-trażmissjoni diretta ta’ l-avveniment, |
— |
id-dħul jew l-udjenza li x’aktarx tkun assoċjata mat-trażmissjoni diretta ta’ l-avveniment (pereżempju l-opportunità li jinbiegħu reklami u sponsorjar; il-prospetti ta’ dħul mill-abbonamenti), |
— |
il-perjodu li għalih id-drittijiet ikunu ġew offruti, u |
— |
il-kompetizzjoni fuq il-post tas-suq. |
14. Opportunità ġenwina sabiex jinkisbu d-drittijiet teħtieġ ukoll li x-xandara jingħataw żmien raġonevoli li fih ikunu jistgħu jagħmlu dan.X’jikkostitwixxi żmien raġonevoli jiddependi miċ-ċirkustanzi ta’ kull każ, inkluż il-kumplessità tan-negozjati kif ukoll il-produzzjoni u t-trażmissjoni tal-programm li jikkonċerna l-avveniment, kif ukoll il-qrubija ta’ l-avveniment mad-data li fiha jiġu offruti d-drittijiet. Iż-żmien allokat għandu jagħti lill-partijiet kollha opportunità realistika sabiex jiġi nnegozjat u milħuq ftehim, iżda m’għandux jiġi mtawwal bla bżonn li b’hekk jiġi evitat jew ristrett li x-xandara jkunu konformi ma’ dan il-Kodiċi.
15. L-awtorizzazzjoni ta’ l-ITC hija wkoll meħtieġa fejn iż-żona li għaliha s-servizz għandu jiġi fornut ma tkunx tikkonsisti jew ma tkunx tinkludi ż-żona kollha, jew sostanzjalment kollha, li għaliha għandu jiġi fornut is-servizz l-ieħor. Waqt li tikkunsidra jekk tagħtix l-awtorizzazzjoni tagħha, l-ITC għandha tqis l-interessi tat-telespettaturi fiż-żoni differenti kif ukoll iż-żoni tal-kopertura tat-trażmissjoni tax-xandara differenti.
16. L-awtorizzazzjoni normalment tingħata għall-perjodu kollu li għalih id-drittijiet jinkisbu miksuba minħabba l-fatt li l-prezz li jkun tħallas għandu, inter alia, jirrifletti l-perjodu għal dawn id-drittijiet. Madankollu, l-ITC għandha tħassar l-awtorizzazzjoni tagħha jekk ix-xandar li tkun ingħatatlu l-awtorizzazzjoni jagħmel talba għaliha, jew jekk l-awtorizzazzjoni tkun ingħatat fuq il-bażi ta’ informazzjoni falza jew li tiżgwida. Barra minn hekk, l-ITC għandha tikkunsidra li tħassar l-awtorizzazzjoni tagħha jekk ikun evidenti li d-drittijiet ikunu nkisbu għal perjodu estiż sabiex iqarraq bl-ispirtu ta’ l-Att. Meta tiġi biex tiddetermina x’għandu jkun perjodu estiż l-ITC għandha tikkunsidra dak li jkun ġara qabel kif ukoll avvenimenti simili, inkluż il-perjodi li għalihom ikunu ngħataw id-drittijiet lil xandara mhux mir-Renju Unit għal trażmissjonijiet barra l-pajjiż.
17. Għall-avvenimenti elenkati fil-Grupp B fl-Appendiċi 1, l-ITC għandha tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha għall-kopertura diretta esklussiva ta’ avveniment minn xandar li jforni servizz f’kategorija waħda (l-ewwel servizz) jekk tkun saret dispożizzjoni adegwata għall-kopertura sekondarja minn xandar li jforni servizz fil-kategorija l-oħra (it-tieni servizz). Il-minimu li l-ITC għandha tikkunsidra bħala adegwat huwa fejn it-tieni servizz ikun kiseb id-drittijiet għall-forniment ta’ siltiet importanti editjati jew ta’ trażmissjoni mhux diretta li tkun tammonta għal mill-inqas 10 % tal-perjodu skedat ta’ l-avveniment (jew tal-logħba fejn l-avveniment isir fi kwalunkwe ġurnata waħda), suġġett għal minimu ta’ 30 minuta għall-avveniment (jew il-logħba fl-avveniment fi kwalunkwe ġurnata) li jdum siegħa jew aktar, liema minn dawn ikun l-akbar. Għal dawn il-finijiet, fejn avveniment ikollu għadd ta’ komponenti differenti li jkunu qed iseħħu fl-istess ħin, il-perjodu skedat ta’ l-avveniment għandu jiġi definit bħala l-ħin li jkun għadda bejn il-bidu skedat ta’ l-ewwel komponent ta’ l-avveniment f’dik il-ġurnata. It-tieni servizz għandu jkollu kontroll editorjali fuq il-kontenut u l-iskedar tas-siltiet ewlenin editjati jew tat-trażmissjoni mhux diretta, ħlief li tista’ tiġi imposta restrizzjoni li t-tieni servizz m’għandux jibda jxandar is-siltiet ewlenin editjati jew it-trażmissjoni mhux diretta qabel ma jkun għadda ċertu perjodu mill-konklużjoni skedata ta’ l-avveniment (jew il-logħba fl-avveniment fi kwalunkwe ġurnata). Il-perjodu massimu li jista’ jkun stabbilit huwa kif ġej:
Għal avveniment skedat li jispiċċa |
Id-dewmien massimu |
Wara nofs il-lejl u sat-8 am |
Is-siltiet ewlenin editjati jew it-trażmissjoni mhux diretta għandhom jibdew sa mhux aktar tard mill-10.00 am |
Bejn it-8.00 am u t-8.30 pm |
Sa sagħtejn. |
Bejn it-8.30 pm u l-10.00 pm |
Is-siltiet ewlenin editjati jew it-trażmissjoni mhux diretta għandhom jibdew sa mhux aktar tard mill-10.30 pm |
Bejn l-10.00 pm u nofs il-lejl |
Sa 30 minuta. |
18. Barra dan t’hawn fuq, id-dritt li jiġi fornut kummentarju dirett permezz tar-radju dwar l-avveniment irid ikun inkiseb minn stazzjon tar-radju b’kopertura nazzjonali jew minn organizzazzjoni li tforni servizz sportiv lil stazzjonijiet tar-radju li jkunu jiffurmaw netwerk nazzjonali (jew kważi nazzjonali).
19. Is-sitwazzjoni tista’ tqum fejn it-tieni servizz ma jkunx jista’ jew ma jkunx jixtieq li jforni kopertura sekondarja adegwata jew l-ebda kopertura sekondarja. L-ITC, għalhekk, għandha tikkunsidra jekk tagħtix l-awtorizzazzjoni tagħha għall-koperura diretta esklussiva mingħajr kopertura sekondarja, waqt li jkunu japplikaw l-istess kriterji, jew oħrajn simili, kif stabbilit fil-paragrafi 12 sa 16.
Iċ-ċirkustanzi li fihom jistgħu ma jiġux imposti sanzjonijiet
20. L-Artikolu 104 jeħtieġ ukoll li l-ITC tforni gwida dwar il-materji li din tkun se tikkunsidra meta tiġi sabiex tiddeċiedi jekk ma jkunx raġonevoli li wieħed jistenna li fornitur ta’ programmi televiżivi jkun konformi mar-restrizzjonijiet dwar ix-xandir ta’ trażmissjonijiet diretti ta’ l-avvenimenti elenkati, u għalhekk jekk għandhomx jiġu imposti sanzjonijiet jekk ir-restrizzjonijiet ma jiġux osservati. Meta jiġu kkunsidrati t-termini ta’ żmien twal li ġeneralment ikunu disponibbli għall-offerta, għall-bejgħ u għall-akkwist tad-drittijiet, l-ITC temmen li hemm ftit wisq ċirkustanzi li fihom ikun raġonevoli li xandar jipproċedi bil-kopertura esklussiva mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-ITC. Fejn xandar ikompli jxandar dirett avveniment elenkat mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-ITC u fejn dan ma jkunx konformi ma’ l-Artikolu 101(1), dan ikun irid jikkonvinċi lill-ITC li l-perjodu bejn li jkunu disponibbli d-drittijiet u meta fil-fatt ikun seħħ l-avveniment kien qasir wisq sabiex tinkiseb din l-awtorizzazzjoni jew li hu jkun emmen li kien konformi iżda dak it-twemmin kien ibbażat fuq informazzjoni falza. Fis-sitwazzjoni ta’ l-aħħar, madankollu, l-ITC trid tkun konvinta li x-xandar ikun ħa l-passi raġonevoli kollha meħtieġa sabiex jissodisfa lilu nnifsu li d-drittijiet kienu nkisbu minn xandar ieħor li jforni servizz fil-kategorija l-oħra.
Il-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni
21. It-talba għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ITC għal trażmissjoni diretta esklussiva ta’ avveniment elenkat għandha ssir bil-miktub lis-Segretarju ta’ l-ITC u trid tkun akkumpanjata bir-raġunijiet sħaħ u b’ġustifikazzjoni għat-talba kif ukoll bl-informazzjoni ta’ sostenn rilevanti kollha. It-talbiet għandhom isiru qabel sew (kulfejn possibbli, mhux inqas minn tliet xhur) ma jsir l-avveniment sabiex l-ITC ikollha żmien biżżejjed biex tikkunsidra jekk għandhiex tagħti din l-awtorizzazzjoni. Bħala l-ewwel pass sabiex tikkunsidra t-talba l-ITC normalment toħroġ avviż pubbliku li permezz tiegħu tistieden lix-xandara li jfornu s-servizz fil-kategorija l-oħra minn dik li l-applikant jappartjeni għaliha, jew lid-detenturi tad-drittijiet u lill-partijiet interessati l-oħra sabiex jikkummentaw dwar it-talba. Skond ir-reazzjoni u skond l-investigazzjonijiet ta’ l-ITC stess dwar il-materja, l-applikant jista’ jintalab sabiex iforni informazzjoni addizzjonali bil-miktub u/jew li jattendi għal laqgħa ma’ l-impjegati ta’ l-ITC.
22. Ix-xandara għandhom jinnutaw li, skond l-Att, l-awtorizzazzjoni ta’ l-ITC hija meħtieġa għall-kopertura diretta esklussiva ta’ l-avvenimenti tal-Grupp B, anke jekk ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 ikunu ntlaħqu. Madankollu, f’dawn iċ-ċirkustanzi l-awtorizzazzjoni tingħata awtomatikament.
23. L-ITC se twieġeb kemm jista’ jkun malajr għal dawn it-talbiet. L-ITC se tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha u r-raġunijiet tagħha, iżda, meta tagħmel dan, se tikkunsidra wkoll l-interess leġittimu tal-partijiet sabiex tipproteġi l-kunfidenzjalità tagħhom.
(…)
Jannar 2000
APPENDIĊI 1
L-avvenimenti sportivi elenkati fir-renju unit
Grupp A
|
Il-Logħob Olimpiku |
|
It-Turnew tal-Finali tat-Tazza Tad-Dinja FIFA |
|
Il-Finali ta’ l-FA Cup |
|
Il-Finali ta’ l-FA Cup Skoċċiża (fl-Iskozja) |
|
Il-Grand National |
|
Id-Derby |
|
Il-Finali tat-Tennis ta’ Wimbledon |
|
It-Turnew tal-Finali tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol |
|
Il-Finali tar-Rugby League Challenge Cup (*) |
|
Il-Finali tat-Tazza td-Dinja tar-Ragbi (*) |
Grupp B
|
Il-Logħob tal-Krikit (Cricket Test Matches) li jsir fl-Ingilterra |
|
Il-logħob mhux finali tat-Turnew ta’ Wimbledon |
|
Il-logħob l-ieħor kollu tal-Finali tat-Turnew tat-Tazza tad-Dinja tar-Ragbi (*) |
|
Il-Logħob tat-Tunrew tar-Ragbi tal-Ħames Pajjiżi li Jinvolvu l-Pajjiżi Home (4) (*) |
|
Il-Logħob tal-Commonwealth (*) |
|
Il-Kampjonat tad-Dinja ta’ l-Atletika (*) |
|
It-Tazza tad-Dinja tal-Krikit – il-Finali, is-Semifinali u l-Logħob li Jinvolvi t-Timijiet tal-Pajjiżi li qed jilgħabu f’darhom (*) |
|
Ir-Ryder Cup (*) |
|
Il-Kampjonat Open tal-Golf (*) |
Nota:
Ċerti restrizzjonijiet japplikaw għal dawk id-drittijiet li jkunu nkisbu wara l-1 ta’ Ottubru 1996 ħlief għal dawk l-avvenimenti li huma mmarkati b’asterisk fejn id-data rilevanti hija l-25 ta’ Novembru 1997 (5).
APPENDIĊI 2
Lista ta’ servizzi li jilħqu l-“kundizzjonijiet mitluba” kif stabbilit fir-regolamenti tax-xandir bit-televiżjoni 2000
|
CHANNEL 3 (ITV) |
|
CHANNEL 4 |
|
BBC 1 |
|
BBC 2 |
[Tweġiba bil-miktub mis-Segretarju ta’ l-Istat għad-Domanda Parlamentari ta’ Hugh Bayley MP, il-25 ta’ Novembru 1997]
Il-kultura, il-midja u l-isport
Xandir sportiv
Is-Sur Bayley: Sabiex jistaqsi lis-Segretarju ta’ l-Istat għall-Kultura, il-Midja u l-Isport xi progress sar fir-reviżjoni ta’ l-avvenimenti sportivi elenkati taħt il-Parti IV ta’ l-Att dwar ix-Xandir 1996; u jekk dan jagħmilx dikjarazzjoni.
Is-Sur Chris Smith: Jien ikkonsultajt lill-partijiet interessati dwar il-prinċipji li għandhom jiggwidaw il-proċess ta’ l-elenkar, u llum qed nippubblika l-kriterji li nittama li jagħmlu l-proċess aktar trasparenti. Jiena ħtart ukoll grupp konsultattiv ta’ individwi li għandhom għarfien tajjeb dwar il-kwistjonijiet involuti li jikkonċernaw l-isport, ix-xandir u l-politika pubblika. Il-membri tal-grupp huma:
|
Lord Gordon ta’ Strathblane (president) |
|
Is-Sur Alastair Burt |
|
Is-Sur Jack Charlton |
|
Is-Sur Steve Cram |
|
Kate Hoey, MP |
|
Is-Sur Michael Parkinson |
|
Is-Sur Clive Sherling |
|
Il-Professur David Wallace |
Jiena stedint lil dan il-grupp sabiex jikkunsidra l-kwistjonijiet ma’ dawn il-kriterji ppubblikati:
(a) |
jekk l-avvenimenti jew partijiet mill-avvenimenti għandhomx jitneħħew mil-lista; u |
(b) |
jekk għandhomx jiżdiedu mal-lista avvenimenti sportivi importanti oħra. |
Bħala l-ewwel pass fil-proċess sabiex tiġi riveduta l-lista, id-detenturi tad-drittijiet għall-avvenimenti li bħalissa huma elenkati kif ukoll għadd ta’ avvenimenti sportivi importanti oħra qed jiġu kkonsultati formalment, kif meħtieġ bl-Att ta’ l-1996. Is-sottomissjonijiet li waslu mingħand dawn se jkunu disponibbli għall-grupp konsultattiv.
Id-detenturi tad-drittijiet għall-avvenimenti li ġejjin għandhom jiġu kkonsultati:
L-avvenimenti li bħalissa huma elenkati:
|
Il-Logħob Olimpiku |
|
Il-Finali tat-Tazza tad-Dinja FIFA |
|
Il-Finali ta’ l-FA Cup |
|
Il-Finali ta’ l-FA Cup Skoċċiża (elenkata biss fl-Iskozja) |
|
Il-Logħob tal-Krikit (Cricket Test Matches) li jinvolvu l-Ingilterra |
|
It-Turnew tat-Tennis ta’ Wimbledon (bħalissa elenkat biss it-tmiem il-ġimgħa tal-finali) |
|
Il-Grand National |
|
Id-Derby |
Avvenimenti sportivi importanti oħra:
|
It-Tazza tad-Dinja tal-Krikit |
|
It-Tazza tad-Dinja tar-Ragbi |
|
Il-Kampjonat Ewropew tal-Futbol |
|
Il-Logħob tal-Commonwealth |
|
Il-Kampjonat tad-Dinja ta’ l-Atletika |
|
Il-Grand Prix Ingliż |
|
It-Turnew tar-Ragbi tal-Ħames Pajjiżi |
|
L-Open (golf) |
|
Ir-Ryder Cup |
Il-grupp jista’ jitlob sabiex avvenimenti oħra jiġu inklużi fir-reviżjoni u li jiġu kkonsultati d-detenturi tad-drittijiet għal dawn l-avvenimenti.
Il-grupp se jibda bil-ħidma tiegħu immedjatament u jiena nistenna li dan jippreżenta r-rakkomandazzjonjijiet tiegħu lili qabel l-Għid. Imbagħad niddeċiedi x’tibdil, jekk ikun hemm, għandu jsir fil-lista preżenti.
[Siltiet minn komunikazzjoni tal-Ministru għall-Kultura, il-Midja u l-Isport, il-25 ta’ Novembru 1997]
(…)
3. Il-kriterji li għandhom jintużaw mill-grupp ta’ reviżjoni fil-kunsiderazzjonijiet tagħhom huma kif ġej:
Noti għall-gwida dwar l-elenkar ta’ avvenimenti sportivi importanti
Meta jikkunsidra jekk jelenkax avveniment partikolari, is-Segretarju ta’ l-Istat huwa meħtieġ li jikkonsulta lir-regolaturi tax-xandir u lid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati. In-nota li ġejja tistabbilixxi l-fatturi li s-Segretarju ta’ l-Istat għandu jikkunsidra meta jiġi biex jiddeċiedi jekk avveniment jitniżżilx fil-lista.
Sabiex ikunu eliġibbli li jiġi elenkat, avveniment għandu jilħaq il-kriterju prinċipali li ġej:
— |
l-avveniment għandu reżonanza nazzjonali speċjali, u mhux sempliċement ikun ta’ importanza għal dawk li s-soltu jsegwu l-isport ikkonċernat; dan ikun avveniment li jservi sabiex jgħaqqad lin-nazzjon; punt komuni fil-kalendarju nazzjonali. |
Dan l-avveniment x’aktarx jaqa’ f’waħda minn jew fiż-żewġ kategoriji li ġejjin:
— |
ikun avveniment nazzjonali jew internazzjonali prijeminenti fl-isport, |
— |
ikun jinvolvi t-tim nazzjonali jew lir-rappreżentanti nazzjonali fl-isport ikkonċernat. |
Avveniment li jissodisfa l-kriterju essenzjali x’aktarx jiġi kkunsidrat għal-lista, iżda l-elenkar ta’ dan l-avveniment mhuwiex wieħed awtomatiku. X’aktarx li dan aktar jitniżżel jekk juri ċerti karatteristiċi partikolari li jagħmlu l-elenkar tiegħu wieħed adattat, bħal pereżempju:
— |
dan x’aktarx jiġbed udjenza televiżiva kbira, |
— |
ikollu storja li jkun ixxandar dirett permezz ta’ servizzi ta’ xandir bla ħlas. |
Meta jiġi sabiex jikkunsidra jekk jelenkax avveniment, is-Segretarju ta’ l-Istat għandu jikkunsidra fatturi oħra li jaffettwaw l-ispejjeż u l-benefiċċji li jista’ jkun hemm għall-isport ikkonċernat, għall-industrija tax-xandir u għat-telespettaturi, bħal:
— |
jekk ikunx prattiku li toffri kopertura diretta sħiħa fuq kanal ġenerali — avvenimenti estiżi bħal kampjonati li jdumu għaddejjin staġun sħiħ u li jinvolvu ħafna logħob normlament ma jiġux elenkati b’mod sħiħ, |
— |
l-impatt ta’ l-elenkar li jnaqqas id-dħul jew id-dħul potenzjali ta’ l-isport, u l-konsegwenzi tat-tnaqqis fl-investiment tiegħu li jżidu l-parteċipazjoni u/jew li jtejbu l-livelli ta’ prestazzjoni u/jew li joħolqu faċilitajiet bla periklu, |
— |
l-impatt probabbli ta’ l-elenkar fuq is-suq tax-xandir, inkluż l-investiment futur fix-xandir ta’ l-isport, il-livell ta’ kompetizzjoni u l-pożizzjoni tax-xandara tas-servizz pubbliku, |
— |
jekk ikunx hemm arranġamenti sabiex jiġi żgurat li l-aċċess għall-avveniment ikun disponibbli għat-telespettaturi kollha permezz ta’ siltiet l-aktar importanti, ta’ kopertura mhux diretta u/jew ta’ kummentarju fuq ir-radju. |
Meta jiġi sabiex jikkunsidra li jiġu elenkati l-avvenimenti, is-Segretarju ta’ l-Istat għandu jikkunsidra dawn il-fatturi b’mod kumulattiv. L-ebda fattur wieħed ma jwassal għall-elenkar awtomatiku ta’ l-avveniment, u n-nuqqas li jintlaħaq kriterju individwali lanqas ma jiskwalifika milli l-avveniment ikun ikkunsidrat.
4. Is-Segretarju ta’ l-Istat għamel id-dikjarazzjoni tiegħu fi Tweġiba bil-Miktub għad-Domanda Parlamentari ta’ Hugh Bayley MP (il-Belt ta’ York).
[Tweġiba bil-miktub mis-Segretarju ta’ l-Istat għad-Domanda Parlamentari ta’ Gareth R. Thomas MP, il-25 ta’ Ġunju 1998]
Il-kultura, il-midja u l-isport
L-avvenimenti sportivi elenkati
Is-Sur Gareth R. Thomas: Sabiex nistaqsi lis-Segretarju ta’ l-Istat għall-Kultura, il-Midja u l-Isport jekk jagħmilx dikjarazzjoni dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tiegħu dwar l-avvenimenti ewlenin elenkati taħt il-Parti IV ta’ l-Att dwar ix-Xandir 1996.
Is-Sur Chris Smith: Ir-reviżjoni tiegħi issa hija kompluta. Jien għamiltha fid-dawl tal-kriterji li ppubblikajt is-sena l-oħra. Jien ikkonsultajt b’mod estensiv il-kriterji u l-kontenut tal-lista u kkunsidrajt bir-reqqa d-diversi rappreżentazzjonijiet li saruli. Jiena aċċettajt il-prinċipji ġenerali tar-rapport li sar mill-Grupp Konsultattiv li tmexxa minn Lord Gordon ta’ Strathblane.
B’effett immedjat, qed nirrevedi l-lista ta’ l-avvenimenti taħt il-Parti IV ta’ l-Att dwar ix-Xandir 1996.
Jien qed inżomm l-avvenimenti li ġejjin fil-lista, waqt li qed nordna li tingħata kopertura diretta lix-xandara tat-televiżjoni terrestri bla ħlas (fil-Kategorija A kif speċifikat fl-Att ta’ l-1996):
|
Il-Logħob Olimpiku |
|
It-Turnew tal-Finali tat-Tazza Tad-Dinja FIFA |
|
Il-Finali ta’ l-FA Cup |
|
Il-Finali ta’ l-FA Cup Skoċċiża (fl-Iskozja) |
|
Il-Grand National |
|
Id-Derby |
|
Il-Finali tat-Tennis ta’ Wimbledon. |
Qed inżid l-avvenimenti li ġejjin fil-lista fuq l-istess bażi:
|
It-Turnew tal-Finali tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol |
|
Il-Finali tar-Rugby League Challenge Cup |
|
Il-Finali tat-Tazza tad-Dinja tar-Ragbi. |
Wara li kkunsidrajt bir-reqqa r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Konsultattiv, ikkonkludejt li għadd ta’ logħbiet tal-futbol fit-turnej ta’ kwalifika tat-Tazza tad-Dinja u tal-Kampjonati Ewropej jilħqu l-kriterji sabiex jiġu elenkati. Jiena nemmen li huwa importanti li rabtiet kruċjali f’dawn il-kompetizzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għat-telespettaturi kollha, u għalhekk beħsiebni nagħmel arranġamenti ma’ l-Ewropa kollha sabiex nipproteġi x-xandiriet diretti bla ħlas tal-logħob kruċjali f’dawn il-kompetizzjonijiet.
Qed nelenka wkoll xi avvenimenti oħrajn fuq fehma differenti. Għal dawn l-avvenimenti, jiena rrakkomandajt lill-Kummissjoni Indipendenti tat-Televiżjoni li t-trażmissjoni diretta tista’ tintwera esklussivament minn xandar tal-Kategorija B (kif speċifikat fl-Att ta’ l-1996), sakemm ikun hemm arranġamenti sodisfaċenti għall-kopertura sekondarja minn xandar tal-Kategorija A. Jiena tlabt lill-ITC sabiex tikkunsidra l-istandard minimu aċċettabbli għal din il-kopertura sekondarja, sabiex tkun tista’ tinkludi taħlita ta’ trażmissjoni sħiħa mhux diretta, ta’ siltiet ewlenin u ta’ kummentarju dirett fuq ir-radju.
L-avvenimenti li qed nelenka b’rabta ma’ din il-fehma huma:
|
Il-Logħob tal-Krikit (Cricket Test Matches) li jsir fl-Ingilterra |
|
Il-logħob mhux finali tat-Turnew ta’ Wimbledon |
|
Il-Logħob l-Ieħor Kollu fit-Turnew tal-Finali tat-Tazza tad-Dinja tar-Ragbi |
|
Il-Logħob tat-Turnew tar-Ragbi tal-Ħames Pajjiżi li Jinvolvi l-Pajjiżi li qed jilgħabu f’darhom |
|
Il-Logħob tal-Commonwealth |
|
Il-Kampjonat tad-Dinja ta’ l-Atletika |
|
It-Tazza tad-Dinja tal-Krikit – il-Finali, is-Semifinali u l-Logħob li Jinvolvi t-Timijiet tal-Pajjiżi li qed jilgħabu f’darhom |
|
Ir-Ryder Cup |
|
Il-Kampjonat Open tal-Golf. |
(1) S.I. 1997/1174.
(2) 1972 c. 68; bis-saħħa ta’ l-emenda fl-Artikolu 1(2) ta’ l-Att dwar il-Komunitajiet Ewropej bl-Artikolu 1 ta’ l-Att dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 1993 (c. 51) ir-regolamenti jistgħu jsiru skond l-Artikolu 2(2) ta’ l-Att dwar il-Komunitajiet Ewropej sabiex jiġu implimentati l-obbligi tar-Renju Unit maħluqa bil- jew li ġejjin mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li ġie ffirmat f’Oporto fit-2 ta’ Mejju 1992 (Cm 2073) u mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim iffirmat fi Brussell fis-17 ta’ Marzu 1993 (Cm 2183).
(3) 1996 c. 55.
(4) Dan l-anness jirriproduċi l-partijiet mill-Kodiċi ta’ l-ITC kif notifikat mir-Renju Unit lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Mejju 2000. Madankollu, il-lista tar-Renju Unit ġiet emendata fl-2001 wara li nbidel l-isem ta’ dan l-avveniment għal Turnew tar-Ragbi tas-Sitt Pajjiżi.
(5) Wara l-bidla fl-isem għal Turnew tar-Ragbi tas-Sitt Pajjiżi, id-data rilevanti għal dan l-avveniment hija l-24 ta’ Jannar 2001.
14.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Novembru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza avjarja ta' patoġeniċità qawwija tas-subtip H5N1 fit-tjur fir-Renju Unit
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5549)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/731/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 rigward spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-subtip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri ta' protezzjoni biex ikunu applikati sabiex tkun evitata l-firxa ta' dik il-marda, fosthom it-twaqqif ta' żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew ikkonfermata tal-marda. |
(2) |
Ir-Renju Unit avża lill-Kummissjoni dwar it-tifqigħa ta' l-influwenza avjarja ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 f'razzett tat-tjur fit-territorju tiegħu fil-kontea ta' Suffolk u ħa l-miżuri xierqa kif ipprovdut fid-Deċiżjoni 2006/415/KE, fosthom it-twaqqif ta' Żona A u B kif ipprovdut fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri f'kollaborazzjoni mar-Renju Unit, u hija sodisfatta li l-fruntieri ta' Żoni A u B stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru huma f'distanza biżżejjed mil-lok attwali tat-tifqigħa. Iż-Żoni A u B fir-Renju Unit jistgħu għalhekk ikunu konfermati u d-dewmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni jkun iffissat. |
(4) |
L-Anness attwali tad-Deċiżjoni 2006/415/KE m'għadux fl-użu, għax il-miżuri ta' potezzjoni b'rabta ma' tifqigħa ta' influwenza avjarja fil-Ġermanja għaddew u għalhekk l-Anness għandu jkun mibdul sħiħ. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2006/415/KE għalhekk għandha tkun emendata kif jixraq. |
(6) |
Il-miżuri ipprovduti f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu riveduti fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness mad-Deċiżjoni 2006/415/KE jinbidel bit-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(3) ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2007/632/KE (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 46).
ANNESS
“ANNESS
PARTI A
Iż-Żona A kif stabbilita skond l-Artikolu 4(2).
ISO Kodiċi tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Żona A |
Data sakemm applikabbli l-Artikolu 4 (4)(b)(iii) |
|
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
|||
UK |
RENJU UNIT |
SUFFOLK 00162 |
Żona ta' protezzjoni: Żona li tikkonsisti f'dik il-parti tal-kontea ta' Suffolk li tinsab fiċ-ċirku radjus 3 kilometri, iċċentrat fuq ir-referenza tal-grid TM 06178 76666 (*). |
21.12.2007 |
|
|
SUFFOLK 00162 NORFOLK 00154 |
Żona ta' sorveljanza: Żona li tikkonsisti f'dik il-parti tal-kontej ta' Suffolk u Norfolk li tinsab fiċ-ċirku radjus 10 kilometri, iċċentrat fuq ir-referenza tal-grid TM 06178 76666 (*). |
PARTI B
Iż-Żona B kif stabbilita skond l-Artikolu 4(2):
ISO Kodiċi tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Żona B |
Data sakemm applikabbli l-Artikolu 4 (4)(b)(iii) |
|
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
|||
UK |
RENJU UNIT |
NORFOLK 00154 SUFFOLK 00162 |
Id-distretti ta': Babergh Breckland Forest Heath Ipswich Mid Suffolk Norwich St Edmundsbury South Norfolk Suffolk Coastal Waverney |
21.12.2007” |
(*) Ir-referenza tal-grid hija referenza tal-Grid Nazzjonali tal-Gran Brittanja.
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE
14.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295/30 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/732/PESK
tat-13 ta’ Novembru 2007
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/106/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA:
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/106/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan (1). |
(2) |
Fit-30 ta' Mejju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGANISTAN) (2) għal perijodu ta' tliet snin. |
(3) |
Fit-13 ta' Novembru 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/733/PESK (3) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK biex tirrifletti l-istruttura l-ġdida ta' kmand u kontroll għal operazzjonijiet ċivili ta' l-UE fl-immaniġġar ta' kriżijiet kif kienet approvata mill-Kunsill fit-18 ta' Ġunju 2007. |
(4) |
Il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi emendat biex jirrifletti r-rwol tiegħu fir-rigward ta' EUPOL AFGANISTAN f'konformità ma' l-istruttura ġdida ta' kmand u kontroll għal operazzjonijiet ċivili ta' l-UE fl-immaniġġar ta' kriżijiet, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2007/106/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 3 (Mandat), għand jiżdied il-punt li ġej:
|
2) |
Fl-Artikolu 7 (2), il-punt (e) għandu jitħassar. |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F. TEIXEIRA DOS SANTOS
(1) ĠU L 46, 16.2.2007, p. 55.
(2) ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33.
(3) Ara paġna 31 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
14.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295/31 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/733/PESK
tat-13 ta’ Novembru 2007
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta' Mejju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (1). |
(2) |
Fit-18 ta' Ġunju 2007, il-Kunsill approva Linji gwida għall-Istruttura ta' Kmand u Kontroll għall-Operazzjonijiet Ċivili ta' l-UE fil-Maniġġar ta' Kriżijiet; dawn il-Linji gwida notevolment jipprevjenu li Kmandant ta' Operazzjoni Ċivili ser jeżerċita kmand u kontroll fil-livell strateġiku għall-ippjanar u t-tmexxija ta' l-operazzjonijiet kollha tal-maniġġar ta' kriżijiet ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għall-PESK (SĠ/RGħ); dawn il-Linji gwida jipprevjenu ulterjorment li d-Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta' l-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) stabbilita fis-Segretarjat tal-Kunsill, ser ikun il-Kmandant ta' l-Operazzjonijiet Ċivili, għal kull operazzjoni ċivili tal-maniġġar ta' kriżijiet. |
(3) |
L-Istruttura ta' Kmand u Kontroll imsemmija haw fuq għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbilitajiet kontrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. |
(4) |
Il-Kapaċità ta' l-Għassa (Watch-Keeping Capability) fis-Segretarjat tal-Kunsill għandha tiġi attivata għal din il-Missjoni. |
(5) |
L-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ; |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
1) |
Il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “3. Barra minn hekk, għadd ta' membri tal-persunal tal-Missjoni sejrin ikunu skjerati sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni strateġika tar-riforma tal-pulizija fl-Afganistan, skond il-każ, u partikolarment mas-Segretarjat tal-Bord Internazzjonali għall-Koordinazzjoni tal-Pulizija f'Kabul. Is-sit tas-Segretarjat IPCB għandu jkun, kif ikun xieraq, fil-KĠ ta' l-EUPOL AFGHANISTAN.” |
2) |
Għandu jiddaħħal Artikolu ġdid: “Artikolu 5a Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili 1. Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta' l-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għall-EUPOL AFGHANISTAN. 2. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tas-SĠ/RGĦ, għandu jeżerċita kmand u kontroll ta' l-EUPOL AFGHANISTAN fil-livell strateġiku. 3. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni xierqa u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-KPS, inkluż bil-ħruġ ta' istruzzjonijiet fuq livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni. 4. Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istat mittenti jew ta' l-istituzzjoni ta' l-UE. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, it-timijiet u l-unitajiet tagħhom lill-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili. 5. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali biex jiżgura li d-dmir ta' diliġenza ta' l-UE jiġi attwat b'mod xieraq. 6. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili u r-RSUE għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.” |
3) |
Il-paragrafi 2. sa 8. ta' l-Artikolu 6 għandhom jigu sostitwiti b’dan li ġej: “2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-missjoni f'livell ta' teatru. 3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, it-timijiet u l-unitajiet minn Stati kontribwenti kif inkarigat mill-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluż fuq l-assi, r-riżorsi u l-informazzjoni li qegħdin għad-dispożizzjoni tal-missjoni. 4. Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-missjoni, inkluż f'dan il-każ l-element ta' appoġġ fi Brussell, għat-twettiq effettiv ta' l-EUPOL AFGHANISTAN f'teatru, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta' kuljum tagħha, billi jimxi fuq l-istruzzjonijiet fuq livell strateġiku tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili. 5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan il-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mall-Kummissjoni. 6. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali jew ta' l-UE konċernata. 7. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta l-EUPOL AFGHANISTAN fiż-żona ta' l-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata tal-Missjoni. 8. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif xieraq, ma' atturi ta' l-UE oħrajn fl-art. Mingħajr preġudizzju għall-linja ta' kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE. 9. Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura li l-EUPOL AFGHANISTAN jaħdem mill-qrib u jikkoordina mal-Gvern ta' l-Afganistan u ma' l-atturi internazzjonali rilevanti, kif xieraq, inklużi n-NATO/ISAF, il-Pajjiżi Ewlenin tal-PRT, l-UNAMA, u l-Istati Terzi attwalment involuti fir-riforma tal-pulizija fl-Afganistan.” |
4) |
Il-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “5. Il-persunal kollu għandu jwettaq id-dover tiegħu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill. (*). (*) ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/438/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24).”" |
5) |
l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Linja ta' Kmand 1. L-EUPOL AFGHANISTAN għandu jkollha linja ta' kmand unifikata, bħala operazzjoni ta' maniġġar tal-kriżijiet. 2. Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' l-EUPOL AFGHANISTAN. 3. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tas-SĠ/RGħ, huwa l-kmandant ta' l-operazzjoni ċivili tal-PESD f'livell strateġiku u, għaldaqstant, għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku. 4. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tas-SĠ/RGħ. 5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq l-EUPOL AFGANISTAN f'livell ta' teatru u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili.” |
6) |
l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 Kontroll politiku u direzzjoni strateġika 1. Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-għan b'mod konformi ma' l-Artikolu 25 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat ta' l-emendament ta' l-OPLAN. Għandha tinkludi wkoll is-setgħat li sussegwentement jieħu deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Is-setgħat ta’ deċiżjoni fir-rigward ta’ l-objettivi u t-tmiem tal-Missjoni għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill. 2. Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari. 3. Il-KPS għandu jirċievi fuq bażi regolari u kif meħtieġ rapporti mill-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma ta' responsabbiltà tagħhom.” |
7) |
l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 11 Sigurtà 1. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri ta' sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni xierqa u effettiva tagħhom għall-EUPOL AFGHANISTAN skond l-Artikoli 5a u 9, f'koordinazzjoni ma' l-Uffiċċju ta' Sigurtà tal-Kunsill. 2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli mis-sigurtà ta' l-operazzjoni u biex jiżgura konformità mal-ħtiġiet minimi ta' sigurtà applikabbli għall-operazzjoni, skond il-politika ta' l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-UE f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u d-dokumenti ta' sostenn tiegħu. 3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Anzjan għas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li ser jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib ma' l-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Kunsill. 4. Il-Kap tal-Missjoni ser jaħtar Uffiċjali tas-Sigurtà Distrettwali fil-postijiet provinċjali u reġjonali tal-missjoni, li, taħt l-awtorità ta' l-SMSO, sejrin ikunu responsabbli mill-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-aspetti kollha ta' sigurtà ta' l-elementi rispettivi tal-Missjoni. 5. Il-persunal ta' l-EUPOL AFGHANISTAN għandu jagħmel taħriġ obbligatroju ta' sigurtà qabel id-dħul tiegħu fil-funzjoni, f'konformità ma' l-OPLAN. Għandu jingħatalu taħriġ regolari ta' aġġornament fuq il-post organizzat mill-SMSO”. |
8) |
Għandu jiddaħħal Artikolu ġdid wara l-Artikolu 15: “Artikolu 15a Għassa Il-Kapaċità ta' l-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUPOL AFGHANISTAN.” |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F. TEIXEIRA DOS SANTOS
(1) ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33.
14.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295/34 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/734/PESK
tat-13 ta’ Novembru 2007
dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-14 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (1) fi tweġiba għall-użu ta’ forza eċċessiva, sproporzjonata u indiskriminatorja mill-forzi tas-sigurtà Uzbeki waqt l-avvenimenti f’Andijan f’Mejju 2005. Ċerti miżuri ristrettivi ġew imġedda bil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/787/PESK (2). Fl-14 ta’ Mejju 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/338/PESK li ġġedded ċerti miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (3), li estendiet ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni ta’ xi individwi għal sitt xhur. |
(2) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill appella lill-awtoritajiet Uzbeki biex jagħmlu progress ulterjuri fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa ħeġġeġ lill-Uzbekistan biex jimplimenta bis-sħiħ l-obbligi internazzjonali tiegħu rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif ukoll l-istat tad-dritt u, b’mod partikolari, biex jippermetti aċċess sħiħ mingħajr xkiel mill-korpi internazzjonali rilevanti għall-priġunieri; biex jimpenja ruħu b’mod effettiv mar-Relaturi Speċjali tan-NU għall-Uzbekistan; biex iħalli lill-NGOs kollha, inkluż lil Human Rights Watch, joperaw mingħajr restrizzjonijiet fl-Uzbekistan; biex jirrilaxxa lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mid-detenzjoni u jwaqqaf it-turment tagħhom; biex jimpenja ruħu b’mod pożittiv fil-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni UE-Uzbekistan li ġej u biex jissokta r-riformi tal-ġudikatura, ta’ l-infurzar tal-liġi u tal-liġi tal-pulizija. Il-progress lejn dawn il-miri ser jiġi evalwat abbażi ta’ rapport mill-Kapijiet ta’ Missjonijiet, li ser jinkludi valutazzjoni ta’ l-elezzjonijiet Presidenzjali li ġejjin. |
(3) |
Il-Kunsill jikkunsidra li jixraq li jiġu mġedda, għal perijodu ta’ 12-il xahar, l-embargo ta’ l-armi u r-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni ta’ individwi li huma direttament responsabbli għall-użu ta’ forza indiskriminat u sproporzjonat f’Andijan u l-imblukkar ta’ inkjesta indipendenti. Bil-ħsieb li jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Uzbeki jieħdu passi pożittivi biex itejbu s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u b’kont meħud ta’ l-impenji ta’ l-awtoritajiet Uzbeki, ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni mhux ser japplikaw għal perijodu ta’ sitt xhur. Qabel it-tmiem ta’ dan il-perijodu, il-Kunsill ser jerġa’ jara jekk l-awtoritajiet Uzbeki għamlux progress lejn il-ksib ta’ l-objettivi msemmijin fil-premessa (2). |
(4) |
Hi meħtieġa azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
1. Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmija qabel, lill-Uzbekistan minn ċittadini ta’ Stati Membri, jew li ġejjin minn territorji ta’ Stati Membri, jew li jużaw bastimenti jew ajruplani tal-bandiera tagħhom għandhom ikunu projbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le.
2. Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni għall-Uzbekistan ta’ tagħmir, imniżżel fl-Anness I, li jista’ jintuża għal repressjoni interna, għandhom ikunu projbiti.
3. Għandu jkun ipprojbit:
(i) |
li jiġu mogħtija assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra relatati ma’ attivitajiet militari u mal-proviżjoni, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull xorta, inkluż armi u munizzjon, vetturi militari u tagħmir, tagħmir paramilitari, u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmija qabel, jew relatat ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Uzbekistan jew għall-użu fl-Uzbekistan. |
(ii) |
li jiġi fornit finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi jew materjal relatat, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika relatata, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra, jew relatati ma’ tagħmir li jista’ jiġi użat għal repressjoni interna, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika, entità jew korp fi, jew għall-użu fl-Uzbekistan. |
Artikolu 2
1. L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:
(i) |
il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi tan-NU, l-UE u l-Komunità għall-bini ta’ istituzzjonijiet, jew għal operazzjonijiet ta’ l-UE u n-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet; |
(ii) |
il-provvista, it-trasferiment, jew l-esportazzjoni ta’ armi u tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 għall-forzi fl-Uzbekistan ta’ kontributuri għall-Forza ta’ Assistenza għas-Sigurtà Internazzjonali (ISAF) u l-“Operazzjoni Libertà Dewwiema” (OEF); |
(iii) |
il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv; |
(iv) |
il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew immanifatturati jew mgħammra b’materjal biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsubin biss għall-użu protettiv ta’ persunal ta’ l-UE u l-Istati Membri tagħha fl-Uzbekistan. |
(v) |
il-proviżjoni ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja jew assistenza teknika relatata ma’ tagħmir imsemmi f’(i), (ii) u (iii) u (iv), |
bil-kundizzjoni li tali esportazzjonijiet jew assistenza jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.
2. L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inkluż ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn l-Uzbekistan minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal ta’ l-UE, tal-Komunità jew ta’ l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi evitat id-dħul fi, jew il-passaġġ mit-territorji tagħhom ta’ dawk l-individwi elenkati fl-Anness II, direttament responsabbli mill-forza indiskriminata u sproporzjonata f’Andijan u l-imblukkar ta’ inkjesta indipendenti.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu taċ-ċittadini tiegħu stess.
3. Il-paragrafu 1 ikun bla preġudizzju għal każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’xi obbligu skond il-liġi internazzjonali, jiġifieri:
(i) |
bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali; |
(ii) |
bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali konvokata min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt il-patroċinju tagħha; jew |
(iii) |
taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew |
(iv) |
taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni ta’ l-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja. |
4. Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll fil-każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skond il-paragrafi 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivjaġġar huwa ġġustifikat abbażi ta’ bżonn urġenti umanitarju, jew abbażi ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta’ dritt fl-Uzbekistan.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mogħtija jekk wieħed jew iżjed mill-Membri tal-Kunsill ma jagħmlux oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika ta’ l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. Fejn skond il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fi jew passaġġ mit-territorju tiegħu ta’ persuni elenkati fl-Anness II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni konċernati biha.
Artikolu 4
L-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 għandha tkun sospiża fit-13 ta' Mejju 2008. Qabel dik id-data, il-Kunsill għandu jirrevedi s-sitwazzjoni fl-Uzbekistan u jivvaluta l-progress li jkun sar mill-awtoritajiet Uzbeki lejn l-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll għall-istat tad-dritt.
Artikolu 5
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tapplika għal perijodu ta’ 12-il xahar. Għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata skond il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ġewx sodisfatti.
Artikolu 6
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 7
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007
Għall-Kunsill
Il-President
F. TEIXEIRA DOS SANTOS
(1) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 72.
(2) ĠU L 318, 17.11.2006, p. 43.
(3) ĠU L 128, 16.5.2007, p. 50.
ANNESS I
Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna
Tagħmir għal repressjoni interna previst fl-Artikolu 1(2)
1. Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:
1.1. |
Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni ta’ l-UE; |
1.2. |
Munizzjon speċjali mfassal għall-armi tan-nar elenkati f’1.1 u komponenti mfasslin apposta għalihom; |
1.3. |
Weapon-sights mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni ta’ l-UE. |
2. Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni ta’ l-UE.
3. Vetturi kif ġej (1):
3.1. |
Vetturi mgħammra b’kanun ta’ l-ilma, imfasslin jew immodifikati apposta għall-fini tal-kontroll ta’ rvelli; |
3.2. |
Vetturi mfasslin jew immodifikati apposta biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lil dawk li jattakkawhom; |
3.3. |
Vetturi mfasslin jew immodifikati apposta biex ineħħu barrikadi, inkluż tagħmir ta’ kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika; |
3.4. |
Vetturi mfasslin apposta għat-trasport jew it-trasferiment ta’ priġunieri u/jew persuni arrestati; |
3.5. |
Vetturi mfasslin apposta biex jiġu skjerati barrieri mobbli (2); |
3.6. |
Komponenti għall-vetturi speċifikati fi 3.1 sa 3.5 mfasslin apposta għall-fini tal-kontroll ta’ rvelli. |
4. Sustanzi esplożivi u tagħmir relatat kif ġej:
4.1. |
Tagħmir u apparat mfasslin apposta biex jagħti bidu lil splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi inklużi settijiet ta’ l-isparar, detonaturi, igniters, boosters u fil detonatur u komponenti mfasslin apposta għalihom; dawk imfasslin apposta għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b’mezzi esplużivi ta’ tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom m’hijiex il-ħolqien ta’ splużjonijiet (per eżempju, neffieħa ta’ l-air-bags tal-karrozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f’daqqa ta’ l-elettriku ta’ attivaturi ta’ bexxiexa għat-tifi tan-nar); |
4.2. |
Kargi esplożivi linear cutting mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni ta’ l-UE; |
4.3. |
Esplożivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni ta’ l-UE u sustanzi relatati kif ġej:
|
5. Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni ta’ l-UE kif ġej (3):
5.1. |
Korazzi tal-persuna li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti; |
5.2. |
Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew frammentarja, elmi għal kontra l-irvelli, tarki għal kontra l-irvelli u tarki ballistiċi. |
6. Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni ta’ l-UE, għal taħriġ fl-użu ta’ armi tan-nar, u software imfassal apposta għalihom.
7. Tagħmir ta’ viżjoni ta’ bil-lejl u tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi ta’ l-intensifikazzjoni ta’ l-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni ta’ l-UE.
8. Fildiferru ta’ l-ingiegeż li jaqta’.
9. Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajjunetti b’xafra itwal minn 10 ċm.
10. Tagħmir ta’ produzzjoni mfassal apposta għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista.
11. Tekonoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ l-oġġetti speċifikati f’din il-lista.
(1) Dan il-punt ma jikkontrollax vetturi mfassal apposta għal finijiet ta’ tifi tan-nar.
(2) Għall-finijiet tal-punt 3.5 it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.
(3) Dan il-punt ma jikkontrollax:
— |
tagħmir imfassal apposta għal attivitajiet sportivi; |
— |
tagħmir imfassal apposta għas-sigurtà ta’ ħtiġiet ta’ xogħol |
ANNESS II
Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din il-Pożizzjoni Komuni
1. |
Kunjom, Isem: Almatov, Zakirjan Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: ex-Ministru ta’ l-Intern Indirizz: Tashkent, Uzbekistan Data tat-twelid: 10 ta’ Ottubru 1949 Post tat-twelid: Tashkent, Uzbekistan Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta’ l-Identità: Passaport nru DA 0002600 (Ppt diplomatiku) Nazzjonalità: Uzbeka |
2. |
Kunjom, Isem: Mullajonov, Tokhir Okhunovich Psewdonimu: Il-kunjom jista’ jinkiteb ukoll: Mullajanov Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: ex-Deputat Prim Ministru ta’ l-Intern Indirizz: Tashkent, Uzbekistan Data tat-twelid: 10 ta’ Ottubru 1950 Post tat-twelid: Ferghana, Uzbekistan Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta’ l-Identità: Passaport nru DA 0003586 (Ppt diplomatiku) jiskadi 05/11/2009 Nazzjonalità: Uzbeka |
3. |
Kunjom, Isem: Mirzaev, Ruslan Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Ministru tad-Difiża, ex-Konsulent ta’ l-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali |
4. |
Kunjom, Isem: Pavel Islamovich Ergashev Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Kurunell, Kmandant tal-Brigata Militari “Ċentrali” |
5. |
Kunjom, Isem: Mamo, Vladimir Adolfovich Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Ġeneral Maġġur, Deputat Kmandant, Brigata tal-Forzi Speċjali tal-Ministeru tad-Difiża |
6. |
Kunjom, Isem: Pak, Gregori Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Kurunell, Kmandant tal-Brigata ta’ Reazzjoni Rapida tal-Ministeru ta’ l-Intern (unità 7332) |
7. |
Kunjom, Isem: Tadzhiev, Valeri Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Kurunell, Kmandant tal-Forzi Speċjali ta’ Stakkament Awtonomu tal-Ministeru ta’ l-Intern (unità 7351) |
8. |
Kunjom, Isem: Inoyatov, Rustam Raulovich Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Kap ta’ l-SNB (Servizz ta’ Sigurtà Nazzjonali), Indirizz: Tashkent, Uzbekistan Data tat-twelid: 22 ta’ Ġunju 1944 Post tat-twelid: Sherabad, Uzbekistan Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta’ l-Identità: Passaport nru DA 0002600 (Ppt diplomatiku); ukoll il-passaport diplomatiku nru 0001892 (skada 15/09/2004) Nazzjonalità: Uzbeka |