ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 293

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
10 ta' Novembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1318/2007 tad-9 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2007 tad-9 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward ta’ l-għalf minn pakketti fl-ewwel sena tagħhom ta’ konverżjoni għall-biedja organika

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/722/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2007 dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-istat għall emerġenzi mill-awtoritajiet tar-Rumanija sabiex jiġu mitigati l-konsegwenzi tan-nixfa fl-2006/2007 fis-settur agrikolu

5

 

 

2007/723/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2007 li taħtar tliet membri Slovakki u tliet membri supplenti Slovakki fil-Kumitat tar-Reġjuni

7

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2007/724/CFSP

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà BiH/10/2007 tal-25 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħatra ta’ Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

8

 

 

2007/725/CFSP

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà BiH/12/2007 tal-25 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħatra tal-Kap ta’ l-Element ta’ Kmand ta’ l-UE f’Napli għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

9

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 293/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1318/2007

tad-9 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

75,0

MK

46,6

TR

74,3

ZZ

65,3

0707 00 05

JO

196,3

MA

247,0

MK

70,4

TR

103,9

ZZ

154,4

0709 90 70

MA

74,1

TR

105,9

ZZ

90,0

0805 20 10

MA

93,3

ZZ

93,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

39,1

IL

67,9

TR

77,0

UY

94,2

ZZ

69,6

0805 50 10

AR

62,8

TR

92,2

ZA

62,4

ZZ

72,5

0806 10 10

BR

241,5

TR

117,1

US

291,2

ZZ

216,6

0808 10 80

AR

80,9

AU

183,7

CA

110,6

CL

86,0

MK

31,5

US

99,6

ZA

86,5

ZZ

97,0

0808 20 50

AR

49,3

CN

75,7

TR

139,6

ZZ

88,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 293/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1319/2007

tad-9 ta’ Novembru 2007

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward ta’ l-għalf minn pakketti fl-ewwel sena tagħhom ta’ konverżjoni għall-biedja organika

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jipprovdi għall-bhejjem biex jingħalfu primarjament bl-għalf imkabbar fuq l-istabbiliment innifsu u użu wiesa' tal-mergħa għall-erbivori. Sabiex tikkonforma mar-rekwiżit, il-bdiewa organiċi jkabbru l-istabbilimenti tagħhom b’mod partikolari billi jixtru u jikru l-mergħa u l-artijiet perenni tal-mergħa.

(2)

Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 art mhux organika mixtrija jew mikrija għandha tgħaddi minn perjodu ta’ konverżjoni qabel ma ssir organika. Barra minn hekk, l-għalf waqt l-ewwel sena ta’ konverżjoni mhuwiex meqjus bħala għalf f’konverżjoni, lanqas ma jista’ jinbiegħ faċilment għall-użu fil-biedja konvenzjonali, għaliex hemm suq limitat sew għal mergħa perenni mhux organika bħal din.

(3)

L-użu ta’ l-għalf prodott b’mod mhux organiku għall-erbivori mhux se jkun kompatibbli ma’ l-Anness I, il-parti B, il-punt 4.8 (a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 wara l-31 ta’ Diċembru 2007. Kwalunkwe rekwiżit biex titkompla l-mergħa f’art mixtrija jew mikrija għall-istabbiliment innifsu waqt l-ewwel sena ta’ konverżjoni għall-biedja organika se jkun diffiċli biex jiġi sodisfat wara dik id-data.

(4)

Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi permessa l-inklużjoni ta’ ċertu perċentwali ta’ għalf miksub mill-ewwel sena ta’ artijiet fil-konverżjoni fil-formula ta’ l-għalf tar-razzjonijiet.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti B ta’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, il-punt 4.4 għandu jitbiddel b’dan li ġej:

“4.4.

Sal-31 ta’ Diċembru 2008, fuq medja sa 50 % tal-formula ta’ l-għalf ta’ razzjonijiet jistgħu jinkludu l-għalf fil-konverżjoni. Meta l-għalf fil-konverżjoni jiġi minn unità mill-istabbiliment innifsu, dan il-perċentwal jista' jitla' għal 80 %.

Sa mill-1 ta’ Jannar 2009, fuq medja, sa 30 % tal-formula ta’ l-għalf ta’ razzjonijiet jistgħu jinkludu l-għalf fil-konverżjoni. Meta l-għalf fil-konverżjoni jiġi minn unità mill-istabbiliment innifsu, dan il-perċentwali jista' jitla' għal 60 %.

Sa 20 % tal-ammont totali medju ta’ l-għalf li jintagħlef lill-bhejjem jista' joriġina mill-mergħa jew il-ħsad ta’ mergħat permanenti jew artijiet ta’ mergħa perenni fl-ewwel sena ta’ konverżjoni tagħhom, sakemm jagħmlu parti minn stabbiliment innfsu u ma kinux parti minn unità ta’ produzzjoni organika ta’ dak l-istabbiliment fl-aħħar ħames snin. Meta jkunu qed jintużaw kemm l-għalf fil-konverżjoni jew l-għalf mill-pakketti fl-ewwel sena ta’ konverżjoni tagħhom, il-perċentwali kumplessiv tat-total ta’ għalf bħal dan m’għandux jaqbeż il-perċentwali massimi ffissati fl-ewwel jew it-tieni paragrafi.

Dawn iċ-ċifri għandhom jiġu kkalkolati annwalment bħala perċentwali ta’ materja niexfa ta’ oriġini agrikola.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/2007 (ĠU L 181, 11.7.2007, p. 10).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 293/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ottubru 2007

dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-istat għall emerġenzi mill-awtoritajiet tar-Rumanija sabiex jiġu mitigati l-konsegwenzi tan-nixfa fl-2006/2007 fis-settur agrikolu

(2007/722/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 88(2), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra t-talba mill-Gvern tar-Rumanija fil-25 ta’ Lulju 2007,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Lulju 2007, ir-Rumanija ppreżentat lill-Kunsill talba għal deċiżjoni skond it-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tat-Trattat, li tiddikjara li l-pjan tar-Rumanija li tagħti għajnuna nazzjonali lill-bdiewa Rumeni milqutin min-nixfa estrema sabiex tippermettilhom jerġgħu jibdew iċ-ċiklu ta’ produzzjoni kompatibbli mas-suq komuni;

(2)

Ir-Rumanija ffaċċjat in-nixfa l-aktar severa u l-aktar twila f’dawn l-aħħar sittin sena, minħabba nuqqas ta’ xita fix-xitwa ta’ l-2006/2007 u r-rebbiegħa ta’ l-2007 (anqas minn 350 mm/m2 mill-1 ta’ Settembru 2006 sa l-31 ta’ Mejju 2007) u t-temeperaturi estramement għoljin fis-sajf ta’ l-2007;

(3)

Qabel iż-żmien twil ħafna ta’ temp xott fis-sajf ta’ l-2007, ir-riżervi ta’ l-ilma fil-ħamrija diġà kienu naqsu f’partijiet kbar tar-Rumanija, minħabba evaporazzjoni aċċelerata ta’ l-ilma kkawżata minn temperaturi ogħla mill-medja matul ix-xitwa 2006-2007 u r-rebbiegħa ta’ l-2007;

(4)

Skond il-valutazzjoni ta’ l-impatt fuq l-għelejjel tar-rebbiegħa u tal-ħarifa, in-nixfa naqqset dramatikament kemm il-produzzjoni taċ-ċereali kif ukoll dik ta’ l-għalf, bil-produzzjoni medja taċ-ċereali stmata li fl-2007 ma tilħaqx lanqas il-45 % tal-medja tas-snin preċedenti;

(5)

Il-bdiewa Rumeni f’34 kontea minn total ta’ 42 diġà ntlaqtu severement minn żmien twil ħafna ta’ temp xott, li rriżulta fi ħsarat maġġuri għas-setturi tat-tkabbir tal-ħxejjex u t-trobbija ta’ l-annimali, b’valur stmat li jammonta għal approssimament EUR 1 200 miljun (RON 3 878 miljun), mhux inkluż il-profitt li seta’ rriżulta mill-bejgħ taċ-ċereali;

(6)

Minħabba li d-dħul tal-bdiewa Rumeni milquta min-nixfa tnaqqas drastikament, huma jiffaċċjaw ir-riskju serju li ma jkollhomx il-mezzi finanzjarji sabiex jiżirgħu l-għelejjel tal-ħarifa u sabiex jippreparaw kampanja taż-żriegħ fir-rebbiegħa 2008;

(7)

L-għajnuna mill-istat mogħtija tammonta għal approssimament EUR 400 miljun (RON 1 320 miljun) u sejra tibbenefika minn madwar 250 000 sa 300 000 bidwi, li jkopru approssimament 3 miljun ettaru. L-ammonti rispettivi ta’ għajnuna sejrin ikunu approssimament 150 EUR/ettaru għall-qamħ tal-ħarifa, 120 EUR/ettaru għaż-żerriegħ tal-kolza, 130 EUR/ettaru għax-xgħir u għal ħxejjex oħra tal-ħarifa;

(8)

L-għajnuna tingħata fuq l-applikazzjoni biss min-naħa tal-bidwi, għall-iskop speċifiku li jinbeda mill-ġdid iċ-ċiklu ta’ produzzjoni (ix-xiri ta’ żerriegħa, karburant, fertilizzant u pestiċidji). L-Aġenzija Rumena ta’ Pagament sejra tissorvelja u tikkontrolla l-għajnuna, inter alia permezz ta’ verifiki fuq il-post;

(9)

Sabiex tkun effettiva, l-għajnuna mill-istat għandha tingħata lill-bdiewa u tiġi aċċessata minnhom mill-aktar fis possibbli;

(10)

Il-Kummissjoni f’dan l-istadju ma tatx opinjoni dwar in-natura u l-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna;

(11)

Għalhekk jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali, li minħabba fihom huwa possibbli li tali għajnuna tiġi kkunsidrata, permezz ta’ deroga u safejn ikun strettament meħtieġ li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ emerġenza li qamet, bħala kompatibbli mas-suq komuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna addizzjonali eċċezzjonali mill-awtoritajiet Rumeni lis-settur agrikolu, li tammonta għal massimu ta’ EUR 400 miljun, għandha tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmula fil Lussemburgu, 22 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 293/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2007

li taħtar tliet membri Slovakki u tliet membri supplenti Slovakki fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/723/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Slovakk,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti għall-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.

(2)

Tliet siġġijiet ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sinjuri BENČ, SLAFKOVSKÝ u BOBÍK. Tliet siġġijiet ta’ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sinjuri KRÁLIK, VÍTEK u tas-Sinjura MIKUŠOVÁ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Andrej ĎURKOVSKÝ

Primátor hlavného mesta SR - Bratislavy,

Is-Sur František KNAPÍK

Primátor mesta Košice,

Is-Sur István ZACHARIAŠ

Primátor mesta Moldava nad Bodvou,

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Ján BLCHÁČ, PhD.

Primátor mesta Liptovský Mikuláš,

Is-Sur Andrej HRNČIAR,

Primátor mesta Martin,

Is-Sur Pavel HAGYARI,

Primátor mesta Prešov.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b’effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PEREIRA


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 293/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ BiH/10/2007

tal-25 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħatra ta’ Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

(2007/724/CFSP)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet ulterjuri dwar il-ħatra tal-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE.

(2)

Skond id-Deċiżjoni tal-KPS BiH/2/2004, id-Deputat Kmandant Alleat Suprem għall-Ewropa (DSACEUR) il-Ġeneral Sir John REITH inħatar Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

(3)

In-NATO ddeċidiet li taħtar lill-Ġeneral Sir John McCOLL bħala DSACEUR biex jieħu post il-Ġeneral Sir John REITH. L-inkarigu tal-Ġeneral Sir John McCOLL jibda fit-22 ta’ Ottubru 2007.

(4)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża.

(5)

Fit-12 u 13 ta’ Diċembru 2002 il-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen adotta Dikjarazzjoni li tiddikjara li l-arranġamenti “Berlin plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta’ l-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO jew partijiet fis-“Sħubija għall-Paċi”, u li għaldaqstant ikkonkludew ftehim dwar is-sigurtà bilaterali man-NATO,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ġeneral John McCOLL qiegħed b’dan jiġi maħtur Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mit-22 ta’ Ottubru 2007.

Magħmula fi Brussel, 25 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. DURRANT PAIS


(1)  ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.


10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 293/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ BiH/12/2007

tal-25 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħatra tal-Kap ta’ l-Element ta’ Kmand ta’ l-UE f’Napli għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

(2007/725/CFSP)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 25, il-paragrafu tlieta, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz ta’ Skambju ta’ Ittri bejn is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO fit-28 ta’ Settembru 2004 u fit-8 ta’ Ottubru 2004, rispettivament, il-Kunsill ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana qabel li jqiegħed għad-dispożizzjoni l-Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli bħala Kap ta’ l-Element ta’ Kmand ta’ l-UE f’Napli.

(2)

Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli, il-Logutenent Ġeneral Eduardo ZAMARRIPA, bħala Kap ta’ l-Element ta’ Kmand ta’ l-UE f’Napli għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

(3)

Il-Kumitat Militari ta’ l-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni.

(4)

Skond l-Artikolu 6 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jeżerċita l-amministrazzjoni politika u strateġika ta’ l-operazzjoni militari ta’ l-UE.

(5)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża.

(6)

Fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002 il-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen adotta Dikjarazzjoni li tiddikjara li l-arranġamenti “Berlin plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta’ l-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO jew partijiet fis-“Sħubija għall-Paċi”, u li għaldaqstant ikkonkludew ftehim bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Logutenent Ġeneral Eduardo ZAMARRIPA huwa b’dan maħtur Kap ta’ l-Element ta’ Kmand ta’ l-UE f’Napli għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussel, 25 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. DURRANT PAIS


(1)  ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.