|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 290 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
8.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 290/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1302/2007
tas-7 ta’ Novembru 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Novembru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
80,1 |
|
MK |
46,6 |
|
|
TR |
79,4 |
|
|
ZZ |
68,7 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
196,3 |
|
MA |
47,2 |
|
|
MK |
70,4 |
|
|
TR |
104,5 |
|
|
ZZ |
104,6 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
80,7 |
|
TR |
91,4 |
|
|
ZZ |
86,1 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
94,2 |
|
ZZ |
94,2 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
HR |
39,1 |
|
IL |
66,8 |
|
|
TR |
92,6 |
|
|
UY |
82,9 |
|
|
ZZ |
70,4 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
69,5 |
|
TR |
98,4 |
|
|
ZA |
57,4 |
|
|
ZZ |
75,1 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
247,2 |
|
TR |
118,4 |
|
|
US |
291,2 |
|
|
ZZ |
218,9 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
81,9 |
|
AU |
183,7 |
|
|
CA |
89,8 |
|
|
CL |
86,0 |
|
|
MK |
30,6 |
|
|
US |
100,6 |
|
|
ZA |
81,3 |
|
|
ZZ |
93,4 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
49,3 |
|
CN |
62,8 |
|
|
TR |
133,5 |
|
|
ZZ |
81,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
8.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 290/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1303/2007
tal-5 ta’ Novembru 2007
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rapurtar elettroniku ta’ l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ teleditezzjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku ta’ l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ teleditezzjoni (1), u b'mod partikolari, l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 22(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (2) jipprovdi li attivitajiet fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd huma projbiti sakemm il-kaptan ma jirreġistrax u jirrapporta, bla dewmien, informazzjoni dwar attivitajiet tas-sajd, inkluż ħatt l-art u trażbordi, u jqiegħed kopji tar-rekords disponibbli għall-awtoritajiet. |
|
(2) |
B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1966/2006, l-obbligu li jiġu rreġistrati u trażmessi elettronikament id-data tal-ġurnal ta’ abbord, tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tat-trażbord japplika għall-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji li t-tul globali tagħhom jeċċedi 24 metru fi żmien 24 xahar tad-dħul fis-seħħ tar-regoli ta’ implimentazzjoni u għall-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji li t-tul globali tagħhom jeċċedi 15-il metru fiż-żmien 42 xahar tad-dħul fis-seħħ tar-regoli ta’ implimentazzjoni. |
|
(3) |
Ir-rappurtar ta’ kuljum ta’ l-attivitajiet tas-sajd joħloq il-potenzjal li l-effiċjenza u l-effikaċja tal-monitoraġġ, u l-operazzjonijiet ta’ kontroll u sorveljanza jitjiebu b'mod sinifikanti kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. |
|
(4) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika tas-Sajd Komuni (3) jipprovdi li l-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord li fih jirreġistraw il-ħidmiet tagħhom. |
|
(5) |
L-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jipprovdi li l-kaptan ta’ kull bastiment tas-sajd Komunitarju li t-tul globali tiegħu jkun 10 metri jew aktar, jew rappreżentant tiegħu, għandu wara kull vjaġġ tas-sajd u fi żmien 48 siegħa mill-ħatt l-art jagħmel dikjarazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ fejn ikun sar il-ħatt l-art. |
|
(6) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jipprovdi li ċ-ċentri ta’ rkant jew korpi jew entitajiet oħra awtorizzati mill-Istati Membri, li huma responsabbli mill-ewwel bejgħ ta’ prodotti tas-sajd għandhom jissottomettu, ma’ l-ewwel bejgħ, nota ta’ bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tat-territorju li fih isir l-ewwel bejgħ. |
|
(7) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jipprovdi wkoll li meta l-ewwel bejgħ ta’ prodotti tas-sajd ma jseħħx fl-Istat Membru li l-prodotti jkunu tħattew fih, l-Istat Membru responsabbli għall-monitoraġġ ta’ l-ewwel bejgħ għandu jiżgura li kopja tan-nota ta’ bejgħ tiġi sottomessa kemm jista' jkun malajr lill-awtoritajiet responsabbli għall-monitoraġġ tal-ħatt tal-prodotti. |
|
(8) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jeħtieġ lill-Istati Membri joħolqu databases kompjuterizzati u jistabbilixxu sistema ta’ validazzjoni li partikolarment tkun tinkludi kontroverifiki u verifika tad-data. |
|
(9) |
L-Artikolu 19b u 19e tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jeħtieġ lill-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji jħejju rapporti ta’ l-isforz tas-sajd u jirreġistrawhom fil-ġurnal ta’ abbord |
|
(10) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (4) jeħtieġ lill-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li għandu permess għas-sajd fil-baħar fond jirreġistra fil-ġurnal ta’ abbord jew f'formula pprovduta mill-Istat Membru tal-bandiera t-tagħrif dwar il-karatteristiċi ta’ l-irkaptu tas-sajd u dwar operati tas-sajd. |
|
(11) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (5) jipprovdi għat-tħaddim ta’ pjanijiet ta’ użu (ref. “eżerċizzju”) konġunt. |
|
(12) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Ambitu
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal:
|
(a) |
Bastimenti tas-sajd Komunitarji li t-tul globali tagħhom jeċċedi 24 metru, mill-1 ta’ Jannar 2010; |
|
(b) |
Bastimenti tas-sajd Komunitarji li t-tul globali tagħhom jeċċedi 15 metru, mill-1 ta’ Lulju 2011; |
|
(ċ) |
Xerrejja reġistrati, irkanti reġistrati u entitajiet jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri li huma responsabbli għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd li d-dħul annwali tagħhom mill-ewwel bejgħ ta’ prodotti tas-sajd jeċċedi EUR 400 000, mill-1 ta’ Jannar 2009. |
2. Minkejja dak li hemm stipulat fil-paragrafu 1(a), Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan ir-Regolament japplika f'data qabel l-1 ta’ Jannar 2010 għal dawk il-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru kkonċernat u li t-tul globali tagħhom jeċċedi 24 metru.
3. Minkejja dak li hemm stipulat fil-paragrafu 1(b), Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan ir-Regolament japplika f'data qabel l-1 ta’ Lulju 2011 għal dawk il-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru kkonċernat u li t-tul globali tagħhom jeċċedi 15-il metru.
4. Minkejja d-dati stipulati fil-paragrafi 1(a) u 1(b), Stat Membru jista' jiddeċiedi li japplika dan ir-Regolament minn qabel dawk id-dati għal bastimenti li t-tul tagħhom huwa 15 metru jew anqas u li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru kkonċernat, b'konformità ma’ l-Artikolu 3, il-paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1966/2006.
5. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-użu ta’ sistemi elettroniċi ta’ rapurtar fuq bastimenti li jtajru l-bnadar tagħhom fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, b’kundizzjoni li l-bastimenti jkunu konformi mar-regoli kollha stipulati f’dan ir-Regolament.
6. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji, ikunu liema jkunu l-imijiet jew il-portijiet li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet tas-sajd fihom.
7. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jintużaw esklussivament għall-akkwakultura.
Artikolu 2
Lista ta’ operaturi u bastimenti
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi lista ta’ xerrejja reġistrati, irkanti reġistrati u entitajiet jew persuni oħra awtorizzati minnu u li huma responsabbli għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd li d-dħul annwali tagħhom mill-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd jeċċedi EUR 400 000. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2007 u din il-lista għandha tiġi aġġornata fl-1 ta’ Jannar tas-sena kurrenti (sena n) abbażi tad-dħul annwali tagħhom mill-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd li jeċċedi EUR 400 000 fis-sena n-2. Din il-lista għandha tiġu ppubblikata fuq websajt uffiċjali ta’ l-Istat Membru.
2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, u kull tant żmien jaġġorna, listi ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera tiegħu li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament b’konformità mal-paragrafi 3, 4, 5 u 6 ta’ l-Artikolu 1. Dawn il-listi għandhom jiġu ppubblikati fuq websajt uffiċjali ta’ l-Istat Membru u għandhom ikunu fil-format li jrid jiġi deċiż waqt konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“operazzjoni tas-sajd” tfisser dawk l-attivitajiet kollha marbuta mat-tfittxija għall-ħut, mat-tfigħ, mat-tqegħid u ma’ l-irfiegħ ta’ l-irkaptu tas-sajd u mat-tneħħija ta’ kwalunkwe ħut maqbud minn ma’ l-irkaptu; |
|
(b) |
“pjan ta’ użu konġunt’ ifisser pjan li jistabbilixxi arranġamenti operattivi għall-użu ta’ mezzi disponibbli ta’ kontroll u spezzjoni. |
KAPITOLU II
TRAŻMISSJONI ELETTRONIKA
Artikolu 4
Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa mill-kaptani tal-bastimenti jew mir-rappreżentanti tagħhom
1. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jittrażmettu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, id-data tal-ġurnal ta’ abbord u tat-trażbord lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera.
2. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jittrażmettu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, id-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat tal-bandiera.
3. Meta bastiment tas-sajd Komunitarju jħott il-qabda fi Stat Membru differenti minn dak tal-bandiera, hekk kif jirċievuha, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera għandhom jibagħtu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, id-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikun sar il-ħatt tal-qabda.
4. Meta meħtieġ mir-regoli Komunitarji, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jittrażmettu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera, in-notifika bil-quddiem tad-dħul fil-port fiż-żmien li jitolbu r-regoli.
5. Meta bastiment ikollu l-ħsieb li jidħol f'port ta’ Stat Membru differenti minn dak tal-bandiera, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera, hekk kif jirċievuha, għandhom jibagħtu permezz ta’ mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-kosta, in-notifika bil-quddiem imsemmija fil-paragrafu 4.
Artikolu 5
Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa minn entitajiet jew persuni responsabbli għall-ewwel bejgħ jew akkwist
1. Ix-xerrejja reġistrati, irkanti reġistrati jew entitajiet jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri, li huma responsabbli għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd għandhom jittrażmettu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tat-territorju li fih iseħħ l-ewwel bejgħ, l-informazzjoni li għandha titniżżel fin-nota ta’ bejgħ.
2. Meta l-ewwel bejgħ iseħħ fi Stat Membru differenti minn dak tal-bandiera, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih iseħħ l-ewwel bejgħ għandhom jiżguraw li, hekk kif jirċievu l-informazzjoni rilevanti, jibagħtu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, kopja tad-data tan-nota ta’ bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera.
3. Meta l-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd ma jseħħx fl-Istat Membru fejn jinħattu dawn il-prodotti, l-Istat Membru li fih iseħħ l-ewwel bejgħ għandu jiżgura li, hekk kif jirċievi l-informazzjoni rilevanti, jibgħat, permezz ta’ mezzi elettroniċi, kopja tad-data tan-nota ta’ bejgħ lil dawn l-awtoritajiet:
|
(a) |
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih inħattu l-prodotti tas-sajd; u |
|
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment li ħatt il-prodotti tas-sajd. |
4. Id-detentur tad-dikjarazzjoni ta’ akkwist għandu jibgħat, permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-informazzjoni li għandha titniżżel fid-dikjarazzjoni ta’ akkwist, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih l-akkwist iseħħ fiżikament.
Artikolu 6
Frekwenza tat-trażmissjoni
1. Mill-anqas ta’ kuljum u mhux aktar minn 24 siegħa wara, anke meta ma jkunx sar qbid, il-kaptan għandu jittrażmetti l-informazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera. Għandu jibgħat din id-data wkoll:
|
(a) |
meta mitlub mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera; |
|
(b) |
immedjatament wara li tkun tlestiet l-aħħar operazzjoni tas-sajd; |
|
(ċ) |
qabel jidħol fil-port; |
|
(d) |
meta ssir spezzjoni fuq il-baħar; |
|
(e) |
waqt okkażjonijiet definiti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew mill-Istat tal-bandiera. |
2. Il-kaptan jista' jittrażmetti korrezzjonijiet tal-ġurnal ta’ abbord u tad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord sa l-aħħar trażmissjoni li ssir fi tmiem il-vjaġġ tas-sajd u qabel id-dħul fil-port. Il-korrezzjonijiet għandhom ikunu identifikabbli faċilment. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera għandhom iżommu d-data oriġinali kollha tal-ġurnal ta’ abbord elettroniku u tal-korrezzjonijiet li jsirulha.
3. Hekk kif tiġi stabbilita d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art, il-kaptan jew ir-rappreżentanti tiegħu għandhom jittrażmettu din id-dikjarazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi.
4. Immedjatament wara li jsir it-trażbord, il-kaptani tal-bastiment li jħott u tal-bastiment li jirċievi għandhom jitrażmettu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, id-data dwar it-trażbord.
5. Il-kaptan għandu jżomm kopja ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 abbord il-bastiment tas-sajd, għat-tul ta’ kull vjaġġ tas-sajd u sakemm tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni tal-ħatt.
Artikolu 7
Format għat-trażmissjoni ta’ data mill-bastiment lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ bandiera tiegħu
Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-format għat-trażmissjoni ta’ data mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.
Artikolu 8
Messaġġi ta’ risposta
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jintbagħtu messaġġi ta’ risposta lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, kull darba li dawn jibagħtu data tal-ġurnal ta’ abbord, tat-trażbord jew tal-ħatt. Il-messaġġ ta’ risposta għandu jinkludi konferma li l-messaġġ tal-bastiment ġie rċevut.
KAPITOLU III
EŻENZJONIJIET
Artikolu 9
Eżenzjonijiet
1. Stat Membru jista' jeżenta lil kaptani ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1, meta dawn jagħmlu vjaġġi tas-sajd ta’ mhux aktar minn 24 siegħa fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni tiegħu, b'kundizzjoni li dawn ma jħottux il-qabda 'l barra mit-territorju ta’ l-Istat Membru.
2. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jimlew ġurnal ta’ abbord bil-miktub u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord.
3. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji, jew ir-rappreżentanti tagħhom, li jħottu l-qabda tagħhom fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiġu eżentati mill-ħtieġa li jissottomettu dikjarazzjoni tal-ħatt l-art bil-miktub lill-Istat Membru tal-kosta.
4. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-użu ta’ sistemi ta’ rappurtar elettroniċi fuq bastimenti li jtajru l-bnadar tagħhom fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni tagħhom. Il-bastimenti li għalihom jgħoddu dawn il-ftehimiet f'dawk l-ilmijiet, għandhom jiġu eżentati milli jimlew il-ġurnal ta’ abbord bil-miktub.
5. Il-kaptani ta’ bastimenti Komunitarji li fil-ġurnali ta’ abbord elettroniċi tagħhom jirreġistraw l-informazzjoni dwar l-isforz tas-sajd meħtieġa skond l-Artikolu 19b tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jittrażmettu - permezz tal-telex, VMS, feks, telefon jew radju - rapporti dwar l-isforz tas-sajd.
KAPITOLU IV
IL-FUNZJONAMENT TA’ SISTEMI ELETTRONIĊI TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet fil-każ ta’ ħsara teknika fis-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar
1. Fil-każ ta’ ħsara teknika fis-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rapurtar, il-kaptan jew is-sid tal-bastiment jew rappreżentant tagħhom għandu jikkomunika d-data tal-ġurnal ta’ abbord, tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tat-trażbord lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera permezz ta’ mod li jiġi stabbilit mill-Istat Membru, kuljum u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara, anke jekk ma jkunx sar qbid:
|
(a) |
meta mitlub mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat tal-bandiera; |
|
(b) |
immedjatament wara li tkun tlestiet l-aħħar operazzjoni tas-sajd; |
|
(c) |
qabel jidħol fil-port; |
|
(d) |
meta ssir spezzjoni fuq il-baħar; |
|
(e) |
waqt okkażjonijiet definiti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew mill-Istat tal-bandiera. |
2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera għandhom jaġġornaw il-ġurnal ta’ abbord elettroniku hekk kif jirċievu d-data msemmija fil-paragrafu 1.
3. Jekk ikollu ħsara teknika fis-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rapurtar, bastiment tas-sajd Komunitarju ma għandux joħroġ mill-port qabel l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li din is-sistema tkun qed tiffunzjona tajjeb jew qabel tinkiseb l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera u ta’ l-Istat Membru. Meta l-Istat Membru tal-bandiera jawtorizza bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu biex iħalli port ta’ Stat Membru tal-kosta, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-Istat Membru tal-kosta b’dan, immedjatament.
Artikolu 11
Data li ma tkunx riċevuta
1. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-bandiera ma jirċievux it-trażmissjonijiet tad-data skond l-Artikolu 4, il-paragrafi 1 u 2, dawn għandhom jinnotifikaw b'dan kemm jista' jkun malajr lill-kaptan jew lis-sid tal-bastiment jew lir-rappreżentant tagħhom. Jekk, għal xi bastiment partikolari, dan iseħħ għal aktar minn tliet darbiet f'perjodu ta’ sena, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li s-sistema elettronika ta’ rapurtar tiġi verifikata. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinvestiga l-kwistjoni sabiex jiddetermina għaliex id-data ma waslitx.
2. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-bandiera ma jirċievux it-trażmissjonijiet tad-data skond l-Artikolu 4, il-paragrafi 1 u 2 u l-aħħar konferma ta’ pożizzjoni li tasal mis-Sistema għall-Monitoraġġ tal-Bastiment tkun mill-ilmijiet ta’ Stat Membru tal-kosta, dawn għandhom jinnotifikaw b'dan kemm jista' jkun malajr lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tal-kosta.
3. Immedjatament wara li jirċievi n-notifika, il-kaptan jew is-sid tal-bastiment, jew rappreżentant tagħhom, għandu jibgħat id-data kollha li jkun irċieva notifika għaliha skond il-paragrafu 1, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera.
Artikolu 12
Nuqqas ta’ aċċess ta’ data
1. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-kosta josservaw li fl-ilmijiet tagħhom ikun hemm bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru ieħor u ma jkunux jistgħu jaċċessjaw id-data skond l-Artikolu 15, dawn għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera biex jiżgura dan l-aċċess.
2. Jekk fi żmien erba’ sigħat minn wara li tkun saret it-talba, l-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 ikun għadu ma ġiex żgurat, l-Istat Membru tal-kosta għandu jinnotifika b'dan lill-Istat Membru tal-bandiera. Mal-wasla tan-notifika, l-Istat Membru tal-bandiera, bi kwalunkwe mezz elettroniku disponibbli, għandu jibgħat id-data lill-Istat Membru tal-kosta immedjatament.
3. Jekk l-Istat Membru tal-kosta ma jirċievix id-data msemmija fil-paragrafu 2, il-kaptan jew is-sid tal-bastiment, jew rappreżentant tagħhom, għandu, fuq talba tagħhom, jibgħat id-data u kopja tal-messaġġ ta’ risposta msemmi fl-Artikolu 8 lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-kosta, permezz ta’ kwalunkwe mezz elettroniku disponibbli.
4. Jekk il-kaptan jew is-sid tal-bastiment, jew rappreżentant tagħhom, ma jistgħux jipprovdu kopja tal-messaġġ ta’ risposta msemmi fl-Artikolu 8 lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-kosta, l-attivitajiet tas-sajd mill-bastiment ikkonċernat fl-ilmijiet ta’ l-Istat Membru tal-kosta għandhom jiġu pprojbiti sakemm is-sid jew rappreżentant tiegħu jkunu jistgħu jipprovdu kopja tal-messaġġ ta’ risposta jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6.1 lill-awtoritajiet imsemmija.
Artikolu 13
Data dwar il-funzjonament tas-sistema elettronika ta’ rappurtar
1. L-Istati Membri għandhom iżommu databases dwar il-funzjonament tas-sistema elettronika ta’ rappurtar tagħhom. Mill-inqas, dawn id-databases għandhom ikollhom dan it-tagħrif:
|
(a) |
il-lista ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li s-sistema elettronika ta’ rappurtar tagħhom tkun sofriet ħsarat tekniċi jew li tkun waqfet taħdem; |
|
(b) |
l-għadd ta’ trażmissjonijiet mill-ġurnal ta’ abbord elettroniku li jaslu kull jum u l-medja ta’ trażmissjonijiet li jaslu minn kull bastiment, imqassmin skond l-Istat Membru tal-bandiera; |
|
(ċ) |
l-għadd ta’ trażmissjonijiet irċevuti ta’ dikjarazzjoniet tal-ħatt l-art, dikjarazzjonijiet ta’ trażbord, dikjarazzjonijiet ta’ akkwist u noti ta’ bejgħ, imqassmin skond l-Istat Membru tal-bandiera. |
2. Sommarji ta’ informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi elettroniċi ta’ rappurtar ta’ l-Istati Membri għandhom jinbagħtu lill-Kummissjoni meta din titlob għalihom. Il-format ta’ dawn is-sommarji u l-perjodi ta’ żmien li jinbagħtu fihom għandhom jiġu deċiżi b'konsultazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.
KAPITOLU V
L-ISKAMBJU TA’ DATA U L-AĊĊESS GĦALIHA
Artikolu 14
Format għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni bl-użu tal-format definit fl-Anness li huwa bbażat fuq l-extensible mark-up language (XML).
2. Il-korrezzjonijiet ta’ informazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu identifikati b'mod ċar.
3. Meta Stat Membru jirċievi informazzjoni elettronika minn Stat Membru ieħor, huwa għandu jiżgura li jintbagħat messaġġ ta’ risposta lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Il-messaġġ ta’ risposta għandu jinkludi konferma li l-messaġġ tal-bastiment ġie rċevut.
4. L-elementi tad-data fl-Anness li l-Kaptani huma obbligati li jimlew fil-ġurnal ta’ abbord skond ir-regoli tal-Komunità, għandhom ikunu obbligatorji fl-iskambji bejn l-Istati Membri wkoll.
Artikolu 15
Aċċess għad-data
1. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li Stat Membru tal-kosta jkollu aċċess on-line f'real time għad-data tal-ġurnal ta’ abbord elettroniku u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu meta dawn ikunu qed jagħmlu operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni ta’ l-Istat Membru tal-kosta.
2. Id-data msemmija fil-paragrafu 1, mill-anqas, għandha tkun tkopri d-data mill-aħħar ħruġ mill-port sal-jum ta’ meta l-ħatt l-art ikun komplet. Fuq talba, id-data dwar vjaġġi tas-sajd tat-tnax-il xahar ta’ qabel għandha ssir disponibbli.
3. Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju għandu jkollu aċċess sikur, 24 siegħa kuljum u sebgħat ijiem fil-ġimgħa, għall-informazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord elettroniku tiegħu stess li tkun maħżuna fid-database ta’ l-Istat Membru tal-bandiera.
4. Fil-kuntest ta’ pjan ta’ użu konġunt, Stat Membru tal-kosta għandu jagħti aċċess on-line għad-database tal-ġurnal ta’ abbord tiegħu lil bastiment ta’ sorveljanza tas-sajd ta’ Stat Membru ieħor.
Artikolu 16
Skambju ta’ data bejn l-Istati Membri
1. L-aċċess għad-data msemmija fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 għandu jkun permezz ta’ konnessjoni sigura ta’ l-internet fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum u sebgħat ijiem fil-ġimgħa.
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju ta’ l-informazzjoni teknika rilevanti sabiex jiżguraw l-aċċess reċiproku tal-ġurnali ta’ abbord elettroniċi ta’ xulxin.
3. L-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
Jiżguraw li d-data li jirċievu skond dan ir-Regolament tinżamm b’mod sikur f’databeses kompjuterizzati u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-kunfidenzjalità ta’ din id-data; |
|
(b) |
Jieħdu l-miżuri tekniċi kollha meħtieġa biex jipproteġu din id-data minn distruzzjoni aċċidentali jew illiċita, telf aċċidentali, ħsara, distribuzzjoni jew aċċess mhux awtorizzat. |
Artikolu 17
Awtorità waħda
1. F'kull Stat Membru, għandu jkun hemm awtorità waħda biss li tkun responsabbli biex tittrażmetti, tirċievi, tamministra u tipproċessa d-data kollha li hija koperta minn dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju tal-listi u tad-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.
3. Kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tintbagħat bla dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 18
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 409, 30.12.2006, p. 1; kif ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 3.
(2) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
(3) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006, (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).
(4) ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2269/2004 (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 1).
ANNESS
FORMAT GĦALL-ISKAMBJU ELETTRONIKU TA' INFORMAZZJONI
Elementi tad-Data ta' l-envelop
|
Elementi tad-data |
Kodiċi tal-qasam |
Deskrizzjoni u kontenut |
|
Bidu/tmiem tar-rekord |
||
|
Bidu tar-rekord |
SR |
Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord, in-nota tal-bejgħ jew il-messaġġ ta’ risposta |
|
Subelementi |
||
|
Indirizz |
AD |
Destinazzjoni: Kodiċi ISO alpha-3 country tal-pajjiż |
|
Speditur |
FR |
Pajjiż li qed jittrażmetti d-data (kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż) |
|
Tip ta’ messaġġ |
TM |
Kodiċi tat-tip ta' messaġġ magħmula minn ittri (LOG, SAL, RET jew COR) |
|
Status tar-risposta |
RS |
Tindika jekk ġiex irċevut il-messaġġ/rapport, jew ACK (rikonoxxut) jew NAK (mhux rikonoxxut) |
|
Kodiċi ta' żbalji fir-risposta |
RE |
Kodiċi numeriċi li jindikaw żbalji fuq il-messaġġi/rapporti riċevuti (101 – il-messaġġ ma jinqarax, 102 – il-valur u d-daqs tad-data akbar mill-medda, 104 – data obbligatorja nieqsa, 106 – sors tad-data mhux awtorizzat, 150 – żball fis-sekwenza, 151 – jum/ħin fil-futur, 250 – attentat biex il-bastiment jerġgħa jiġi notifikat, 251 – bastiment mhux notifikat, 302 – trażbord qabel il-Qabda mad-Dħul, 303 – il-Qabda mad-Ħruġ qabel il-Qabda Mad-Dħul, 304 – ebda pożizzjoni riċevuta, 350 – pożizzjoni mingħajr Qabda mad-Dħul) |
|
Numru tar-rekord |
RN |
Numru tas-serje tat-trażmissjoni tal-messaġġ mill-FMC (għadd annwali) |
|
Data tar-rekord |
RD |
Data tat-trażmissjoni tal-messaġġ/rapport (SSSSXXJJ) |
|
Ħin tar-rekord |
RT |
Ħin tat-trażmissjoni tal-messaġġ/rapport (SSMM f'UTC) |
Elementi tad-Data tal-ġurnal ta' abbord
|
Elementi tad-data |
Kodiċi tal-qasam |
Deskrizzjoni u kontenut |
|
Bidu/tmiem tal-ġurnal ta' abbord |
||
|
Bidu tad-dikjarazzjoni tal-ġurnal ta' abbord |
LOG |
Tag li tindika l-bidu tad-dikjarazzjoni tal-ġurnal ta' abbord (ikun fiha l-attribut RC, XR, IR, NA, VO, MA jew TN u l-element DEP, CAT, ENT, EXI, CRO, TRZ, TRA, LAN jew RTP) |
|
Elementi prinċipali |
||
|
Dikjarazzjoni tat-tluq |
DEP |
Tag li tindika t-tluq minn port, fil-bidu ta' vjaġġ tas-sajd (ikun fiha attributi DA, TI u PO) |
|
Dikjarazzjoni tad-dħul lura fil-port |
RTP |
Tag li tindika d-dħul lura fil-port, fit-tmiem tal-vjaġġ tas-sajd (ikun fiha attributi DA, TI u PO) |
|
Dikjarazzjoni tal-qabda |
CAT |
Tag li tindika l-bidu ta' dikjarazzjoni tal-qabda (ikun fiha attributi DA, TI, FO u DU u subelementi POS, GEA jew SPE) |
|
Dikjarazzjoni tat-trażbord |
TRA |
Tag li tindika l-bidu ta' dikjarazzjoni tat-trażbord (ikun fiha attributi DA, TI, TT, TF, TC u FC u subelementi SPE) |
|
Dikjarazzjoni tal-ħatt l-art |
LAN |
Tag li tindika l-bidu ta' dikjarazzjoni tal-ħatt l-art (ikun fiha attributi DA, TI u PO u subelementi POS u SPE) |
|
Dikjarazzjoni ta' l-isforz tas-sajd: Dħul fiż-żona |
ENT |
Tag li tindika l-bidu ta' dikjarazzjoni dwar id-dħul fiż-żona ta' l-isforż (ikun fiha attributi DA u TI u subelementi POS u SPE) |
|
Dikjarazzjoni ta' l-isforz tas-sajd: Ħruġ miż-żona |
EXI |
Tag li tindika l-bidu ta' dikjarazzjoni dwar il-ħruġ miż-żona ta' l-isforż (ikun fiha attributi DA u TI u subelementi POS u SPE) |
|
Dikjarazzjoni ta' l-isforz tas-sajd: Qsim min naħa għall-oħra ta' żona |
CRO |
Tag li tindika l-bidu ta' dikjarazzjoni ta' qsim min naħa għall-oħra taż-żona ta' l-isforz (ikun fiha elementi ENT u EXI) |
|
Dikjarazzjoni ta' l-isforz tas-sajd: Sajd minn żona għall-oħra |
TRZ |
Tag li tindika l-bidu ta' dikjarazzjoni ta' sajd minn żona għall-oħra fil-limiti taż-żona ta' l-isforz (ikun fiha elementi ENT u EXI) |
|
Subelementi |
||
|
Subdikjarazzjoni ta' l-ispeċijiet |
SPE |
Tag li jkun fiha dettalji dwar l-ispeċijiet tal-ħut (ikun fiha attributi SN, WT jew WL jew WS, NF u subelementi PRO) |
|
Subdikjarazzjoni ta' l-ipproċessar |
PRO |
Tag li jkun fiha dettalji dwar l-ipproċessar tal-ħut (ikun fiha attributi PR, CF u TY jew DIS (skart)) |
|
Subdikjarazzjoni tal-pożizzjoni |
POS |
Tag li jkun fiha informazzjoni ddettaljata dwar il-pożizzjoni tal-bastiment tas-sajd (ikun fiha attribut ZO u, għall-isforz tas-sajd: attributi LA u LA) |
|
Subdikjarazzjoni ta’ l-irkaptu tas-sajd |
GEA |
Tag li jkun fiha informazzjoni ddettaljata dwar l-irkaptu li jintuża waqt operazzjoni tas-sajd (ikun fiha attributi GE, ME, GD u GL u attributi oħra kif meħtieġa mid-dikjarazzjoni ta' l-isforz) Għal DSS ikun fiha NH, IT, FO u FD |
|
Attributi |
||
|
Numru tal-vjaġġ tas-sajd |
TN |
Numru tal-vjaġġ tas-sajd fis-sena attwali (001-999) |
|
Data |
DA |
Data tat-trażmissjoni (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
TI |
Ħin tat-trażmissjoni (SSMM f'UTC) |
|
Identifikazzjoni prinċipali tal-bastiment |
RC |
Il-kodiċi internazzjoni tar-radju |
|
Identifikazzjoni esterna tal-bastiment |
XR |
In-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment li jidher fuq il-ġenb (il-buq) tiegħu |
|
Identifikazzjoni tal-bastiment (CFR) |
IR |
Numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità |
|
Isem il-bastiment |
NA |
Isem il-bastiment |
|
Isem sid il-bastiment |
VO |
Isem sid il-bastiment: |
|
Isem il-kaptan |
MA |
Isem il-kaptan |
|
Isem il-Port |
PO |
Kodiċi tal-port (kodiċi tal-pajjiż magħmula minn 2 ittri (kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż) + kodiċi tal-port magħmula minn 3 ittri). Jiġifieri, għal Edinburg – GBEDI, Kiel – DEKEL jew Vigo – ESVGO) |
|
Operazzjonijiet tas-sajd |
FO |
Għadd ta' operazzjonijiet tas-sajd (refgħat) kull perjodu ta' 24 siegħa |
|
Ħin tas-sajd |
DU |
Tul ta' l-attività tas-sajd f'minuti |
|
Pożizzjoni: Latitudni |
LA |
Latitudni indikata fi gradi u minuti (T/N GGMM) |
|
Pożizzjoni: Lonġitudni |
LO |
Lonġitudini indikata fi gradi u minuti (L/P GGMM) |
|
Żona tas-sajd |
ZO |
L-iċken erja statistika (suberja, diviżjoni, subdiviżjoni, eċċ) tal-FAO. Klassifikazzjoni prinċipali taż-żoni tas-sajd [u ICES] (i.e. 27.3.24 [jew III24] għas-subdiviżjoni 24 ta’ l-ICES fil-Baħar Baltiku, 21.1F [jew 1F] għad-diviżjoni NAFO 21.1F, eċċ) |
|
Isem l-irkaptu |
GE |
Kodiċi magħmula minn ittri skond il-“Klassifikazzjoni ta' Statistika Standard Internazzjonali l-Irkaptu tas-Sajd” tal-FAO |
|
Daqs tal-malja ta’ l-irkaptu |
ME |
Daqs tal-malja tax-xibka (f'millimetri) |
|
Għoli ta’ l-irkaptu |
GD |
Għoli ta’ l-irkaptu (f'metri) |
|
Tul ta’ l-irkaptu |
GL |
Tul ta’ l-irkaptu (f'metri) |
|
Isem ta' l-ispeċijiet |
SN |
Isem ta' l-ispeċijiet maqbuda (kodiċi alpha-3 tal-FAO) |
|
Il-piż tal-ħut |
WT |
Il-piż tal-ħut ħaj (f'kilogrammi) |
|
Għadd ta’ ħut |
NF |
L-għadd ta' ħut maqbud (meta l-kwota tkun allokata f'numru ta' ħut, pereżempju s-salamur) |
|
Fattur tal-konverżjoni |
CF |
Fatturi li jintużaw għall-konverżjoni tal-piż ta' ħut u prodotti tal-ħut li nħatt għall piż ħaj ekwivalenti |
|
Il-piż tal-ħut li nħatt |
WL |
Il-piż tal-prodott kif imniżżel fid-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art |
|
Preżentazzjoni tal-ħut |
PR |
Kodiċi magħmula minn ittri tal-preżentazzjoni tal-prodott (il-mod li bih ġie pproċessat il-ħut): (WHL ħut sħiħ, GUT - imsewwi, GUH imsewwi u bla ras, GUG – imsewwi u bla garġi, GUL – imsewwi u bil-fwied, GTF – imsewwi, bla denb u bla ġewnaħ tad-dahar, GUS – imsewwi, bla ras, imqaxxar, FIL – imqatta' fetta fetta, FIS – mqatta fetta fetta u mqaxxar, FSB – imqatta' fetta fetta u bil-qoxra u bix-xewk, FSP – mqatta' fetta fetta, bla qoxra u bix-xewka tad-dahar, HEA – bla ras, WNG – ġwienaħ, WNG+SKI – ġwienaħ u mqaxxar, SKI – imqaxxar, DIS - skartat) |
|
Tip ta' ppakkettar użat fl-ipproċessar |
TY |
Kodiċi magħmula minn tliet ittri (CRT = kartun, BOX = kaxxi, BLC = blokok) |
|
It-Trażbord: il-bastiment li jirċievi |
TT |
Il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment li jirċievi |
|
It-Trażbord: il-bastiment (li jħott) |
TF |
Il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment li jħott |
|
It-Trażbord: l-istat tal-bandiera tal-bastiment li jirċievi |
TC |
L-istat tal-bandiera tal-bastiment li jirċievi t-trażbord (il-kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż) |
|
It-Trażbord: l-istat tal-bandiera tal-bastiment li jħott |
FC |
L-istat tal-bandiera tal-bastiment li jħott (il-kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż) |
|
Kodiċi addizzjonali għall-baħar fond |
||
|
Numru medju ta' snanar użati fuq il-konzijiet |
NH |
Numru medju ta' snanar użati fuq kull konz |
|
It-tul ta' żmien ta' l-immersjoni |
IT |
It-tul ta' żmien totali li l-irkaptu tas-sajd jagħmel imgħaddas fl-ilma (sajd) f'perjodu ta' 24 siegħa |
|
Operazzjonijiet tas-sajd |
FO |
Għadd ta' operazzjonijiet tas-sajd (għadd ta' refgħat, fil-każ ta xbieki u rkaptu miġbud jew għadd ta' tefgħat fil-każ ta' konzijiet) f'perjodu ta' 24 siegħa |
|
Fond tas-sajd |
FD |
Id-distanza bejn il-qiegħ u l-wiċċ tal-baħar |
Elementi ta' data tan-nota ta' bejgħ
|
Elementi tad-data |
Kodiċi tal-qasam |
Deskrizzjoni u kontenut |
|
Bidu/tmiem tan-nota ta' bejgħ |
||
|
Bidu tad-dikjarazzjoni tan-nota ta' bejgħ |
SAL |
Tag li tindika l-bidu ta' dikjarazzjoni tan-nota ta' bejgħ (ikun fiha attributi XR (RC, IR), NA, VO u MA u subelementi SIF jew TOV) |
|
Elementi prinċipali |
||
|
Informazzjoni dwar in-nota ta' bejgħ |
SIF |
Tag li jkun fiha dettalji dwar il-bejgħ (ikun fiha attributi DA, TI, SL, SC, NS, NB, CN u TD u subelementi SIT) |
|
Informazzjoni dwar l-akkwist |
TOV |
Tag li jkun fiha dettalji dwar dikjarazzjoni ta' akkwist (ikun fiha attributi DA, TI, SL, NS, NB, CN u TD u subelementi SIT) |
|
Subelementi |
||
|
L-oġġett mibjugħ |
SIT |
Tag li jkun fiha dettalji dwar l-oġġett mibjugħ (ikun fiha attributi FP, FF, SF, DL, PO, QC, PD u ZO u subelementi SPE, POS u PRO |
|
Subdikjarazzjoni ta' l-ispeċijiet |
SPE |
Tag li jkun fiha dettalji dwar l-ispeċijiet tal-ħut (ikun fiha attributi SN, WT jew WL jew WS u MZ u subelementi PRO) |
|
Subdikjarazzjoni ta' l-ipproċessar |
PRO |
Tag li jkun fiha dettalji dwar l-ipproċessar tal-ħut (ikun fiha attributi PR, CF u TY) |
|
Attributi |
||
|
Data |
DA |
Data tal-bejgħ (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
TI |
Ħin tal-bejgħ (SSMM f'UTC) |
|
Il-post fejn isir il-bejgħ |
SL |
Kodiċi tal-port jew isem il-post (jekk mhux f'port) fejn ikun sar il-bejgħ |
|
Il-pajjiż fejn isir il-bejgħ |
SC |
Il-pajjiż fejn isir il-bejgħ (kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż) |
|
Identifikazzjoni prinċipali tal-bastiment |
RC |
Il-kodiċi internazzjoni tar-radju |
|
Identifikazzjoni esterna tal-bastiment |
XR |
In-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment li ħatt il-ħut, li jidħer fuq il-ġenb (il-buq) tiegħu |
|
Identifikazzjoni tal-bastiment (CFR) |
IR |
Numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità |
|
Isem il-bastiment |
NA |
Isem il-bastiment li ħatt il-ħut |
|
Isem is-sid jew kaptan tal-bastiment |
VO |
Isem is-sid jew kaptan tal-bastiment |
|
Isem il-bejjiegħ |
NS |
Isem iċ-ċentru ta' l-irkant, ta' l-entità jew persuna oħra li jbiegħu l-ħut |
|
Isem ix-xerrej |
NB |
Isem iċ-ċentru ta' l-irkant, ta' l-entità jew persuna oħra li jixtru l-ħut |
|
In-numru ta' referenza tal-kuntratt ta' bejgħ |
CN |
In-numru ta' referenza tal-kuntratt ta' bejgħ |
|
Ir-referenza tad-dokument tat-trasport |
TD |
Ir-referenza tad-dokument ta’ trasport jew tad-dokument T 2 M (Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93) |
|
Id-data tal-ħatt |
DL |
Id-data tal-ħatt (SSSSXXJJ). |
|
Isem il-Port |
PO |
Kodiċi tal-port (il-port tal-ħatt) (kodiċi tal-pajjiż magħmula minn 2 ittri (kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż) + kodiċi tal-port magħmula minn 3 ittri). Jiġifieri, għal Edinburg – GBEDI, Kiel – DEKEL jew Vigo – ESVGO) |
|
Isem ta' l-ispeċijiet |
SN |
Isem ta' l-ispeċijiet maqbuda (kodiċi alpha-3 tal-FAO) |
|
Żona ġeografika ta' l-oriġini |
ZO |
Skond il-klassifikazzjoni prinċipali taż-żoni tas-sajd i.e. 27.3 24 [jew III24] għas-subdiviżjoni 24 ta’ l-ICES fil-Baħar Baltiku, 21.1F [jew 1F] għad-diviżjoni NAFO 21.1F, eċċ. |
|
Il-pajjiż li għandu l-kwota assenjata |
QC |
Il-kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż tal-bastiment li jħott il-ħut irċevut permezz ta' trażbord, fil-każ li l-istat tal-bandiera tal-bastimenti li trasferew il-ħut bejniethom ikun differenti |
|
Il-piż tal-ħut mibjugħ |
WS |
Il-piż tal-ħut mibjugħ (f'kilogrammi) |
|
Kategorija tad-daqs tal-ħut |
SF |
Id-daqs tal-ħut (1-8; daqs wieħed jew kg, g, cm, mm jew numru ta' ħut kull kilo, kif ikun xieraq) |
|
Kategorija tal-freskezza tal-ħut |
FF |
Kategorija tal-freskezza tal-ħut (Extra, A, B, E) |
|
Id-daqs minimu tal-ħut |
MZ |
Id-daqs minimu tal-ħut (f'millimetri) |
|
Fattur tal-konverżjoni |
CF |
Fatturi li jintużaw għall-konverżjoni tal-piż ta' ħut u prodotti tal-ħut li nħatt għall piż ħaj ekwivalenti |
|
Preżentazzjoni tal-ħut |
PR |
Kodiċi magħmula minn ittri tal-preżentazzjoni tal-prodott (il-mod li bih ġie pproċessat il-ħut): (WHL ħut sħiħ, GUT - imsewwi, GUH imsewwi u bla ras, GUG – imsewwi u bla garġi, GUL – imsewwi u bil-fwied, GTF – imsewwi, bla denb u bla ġewnaħ tad-dahar, GUS – imsewwi, bla ras, imqaxxar, FIL – imqatta' fetta fetta, FIS – imqatta fettafetta u mqaxxar, FSB – imqatta' fetta fetta u bil-qoxra u bix-xewk, FSP – imqatta' fetta fetta, bla qoxra u bix-xewka tad-dahar, HEA – bla ras, WNG – ġwienaħ, WNG+SKI – ġwienaħ u mqaxxar, SKI – imqaxxar.) |
|
Tip ta' ppakkettar użat fl-ipproċessar |
TY |
Kodiċi magħmula minn tliet ittri (CRT = kartun, BOX = kaxxi, BLC = blokok) |
|
Il-prezz tal-ħut |
FP |
Il-prezz bil-kilo (valuta ta' tranżazzjoni/kg) |
|
Id-destinazzjoni tal-prodott |
PD |
Kodiċi korrispondenti għall-konsum mill-bnedmin, carry-over, għanijiet industrijali |
|
8.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 290/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1304/2007
tas-7 ta’ Novembru 2007
li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98, ir-Regolamenti (KE) Nru 91/2003 u (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif ta’ NST 2007 bħala l-klassifikazzjoni unika għall-merkanzija ttrasportata b’ċerti mezzi ta’ trasport
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE tat-8 ta’ Diċembru 1995 dwar prospetti ta’ l-istatistika fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (1), u partikolarment l-Artikolu 12 tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta’ Mejju 1998 dwar prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 95/64/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1172/98 u r-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-klassifikazzjoni standard tal-merkanzija għall-istatistika tat-trasport (NST/R) għandha tintuża biex tikklassifika l-merkanzija trasportata, rispettivament fl-istatistika tat-trasport marittimu, l-istatistika tal-ġarr ta’ trasport fl-art u fl-istatistika tat-trasport bil-ferrovija. |
|
(2) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006, jew NST/R jew NST 2000 rev. 2 għandhom jintużaw fil-klassifikazzjoni tal-merkanzija ttrasportata fl-istatistika tal-passaġġi fuq l-ilma interni. |
|
(3) |
F’Ġunju 2007, ġiet adottata verżjoni ġdida ta’ NST 2000 (NST 2007) mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) għar-raġunijiet ta’ konsistenza bl-NACE riveduta (Klassifikazzjoni ta’ l-Istatistika ta’ Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea). |
|
(4) |
Sabiex tkun disponibbli kopertura kumparabbli ta’ l-istatistika tal-merkanzija ttrasportata fil-modi kkonċernati kollha tat-trasport, huwa meħtieġ li tiġi adottata l-NST 2007 bħala l-klassifikazzjoni unika tal-merkanzija ttrasportata fil-modi kkonċernati kollha tat-trasport; dan għandu japplika kemm għall-Istati Membri meta jiġbru data nazzjonali kif ukoll għall-Kummissjoni f’dak li jikkonċerna t-tixrid ta’ tagħrif statistiku dwar merkanzija ttrasportata. |
|
(5) |
Id-Direttiva 95/64/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1172/98, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003, u r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 għandhom għalhekk jinbidlu kif xieraq. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (5), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għad-Direttiva 95/64/KE
L-Anness III tad-Direttiva 95/64/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1172/98
L-Anness D tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 huwa mibdul bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 91/2003
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006
L-Anness F tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Livell ta’ dettall fl-Istatistika Komunitarja
L-ewwel livell tal-klassifikazzjoni NST 2007 (l-20 Diviżjoni) għandu jintuża għall-klassifikazzjoni tat-tip ta’ merkanzija.
Artikolu 6
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-sena ta’ referenza 2008, li tkopri d-data ta’ l-2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/366/KE (ĠU L 123, 17.5.2005, p. 1)
(2) ĠU L 163, 6.6.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(3) ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2003 (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 13).
(4) ĠU L 264, 25.9.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 425/2007 (ĠU L 103, 20.4.2007, p. 26).
ANNESS
NST 2007
|
Diviżjoni |
Deskrizzjoni |
|
01 |
Prodotti ta’ l-agrikoltura, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd |
|
02 |
Faħam u lignite; żejt mhux raffinat u gass naturali |
|
03 |
Metalli mhux maħduma u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri; pit; uranju u torju |
|
04 |
Prodotti ta’ l-ikel, xorb u tabakk |
|
05 |
Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda |
|
06 |
Injam u prodotti ta’ l-injam u tas-sufra (għajr għamara); oġġetti magħmulin mit-tiben u materjal ta’ l-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal irrekordjat |
|
07 |
Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat |
|
08 |
Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik; fjuwil nukleari |
|
09 |
Prodotti oħra minerali li m’humiex metalliċi |
|
10 |
Metalli bażiċi; prodotti ffabbrikati mill-metall, għajr makkinarju u tagħmir |
|
11 |
Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju ta’ l-uffiċċji u kompjuters, makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta’ preċiżjoni u ottiċi; arloġġi |
|
12 |
Tagħmir ta’ trasport |
|
13 |
Għamara; oġġetti oħra mmanifatturati n.e.c. |
|
14 |
Materja prima sekondarja; skart muniċipali u tip ieħor ta’ skart |
|
15 |
Posta, pakketti postali |
|
16 |
Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport tal-merkanzija |
|
17 |
Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċji; bagalji trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c. |
|
18 |
Merkanzija raggruppata: taħlita ta’ tipi ta’ merkanzija li huma ttrasportati flimkien |
|
19 |
Merkanzija mhux identifikabbli: merkanzija li għal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u għalhekk ma tistax tiġi assenjata lill-gruppi 01 – 16. |
|
20 |
Merkanzija oħra n.e.c. |
|
8.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 290/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1305/2007
tas-7 ta’ Novembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2006 li fih modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 tal-Kunsill, f’dak li għandu x’jaqsam maż-żamma tal-kontijiet ta’ l-entitajiet li jħallsu, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet għall-ħlas lura ta’ l-ispejjeż fil-qafas ta’ FAEGG u tal-FAEŻR
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 16(2) it-tielet subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (2) jipprovdi li l-ħlasijiet minn quddiem mill-Istati Membri li jkun saru taħt ir-responsabbiltà tagħhom qabel l-approvazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali tal-perjodu 2007-2013 iridu jiġu ddikjarati globalment flimkien ma’ l-ewwel dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż wara l-adozzjoni ta’ dawn il-programmi. Din ir-regola kienet ġiet ipprovduta għall-programmi mhux approvati qabel il-31 ta’ Marzu 2007. |
|
(2) |
L-approvazzjoni ta’ għadd imdaqqas ta’ programmi ma tistax isseħħ ħlief wara s-16 ta’ Ottubru 2007. Jidher minn dan li għas-sena 2007, l-ewwel sena tal-perjodu ta’ programmazzjoni, il-biċċa l-kbira tal-ħlasijiet minn quddiem li saru mill-Istati Membri ma jistgħux ikunu dikjarazzjoni ta’ spejjeż fi żmien li jippermetti l-kunsiderazzjoni tagħhom għas-sena 2007. |
|
(3) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni finanzjarja tal-programmi ta’ żvilupp rurali, jeħtieġ tiġi ffissata skadenza ġdida li tippermetti lill-Istati Membri, b’deroga mill-Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, jistabbilixxu dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż speċifika kumplimentari għall-ħlasijiet minn qabel li jkunu saru f’isem il-programmi approvati mill-Kummissjoni bejn il-15 ta’ Ottubru u t-12 ta’ Diċembru 2007. |
|
(4) |
Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 883/2006 jigi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-test li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 16(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 883/2006:
“Barra min hekk, b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għall-programmi ta’ żvilupp rurali approvati mill-Kummissjoni bejn il-15 ta’ Ottubru u t-12 ta’ Diċembru 2007, l-ispejjeż mħallsa minn qabel mill-entitajiet li jħallsu sal-15 ta’ Ottubru 2007 inkluż, huma soġġetti għal dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż speċifika sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2007.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).
|
8.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 290/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1306/2007
tas-7 ta’ Novembru 2007
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn tad-29 ta’ Ottubru u tat-2 ta’ Novembru 2007 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin ta' negozju 2006/07, 2007/08 u 2008/09 sabiex jiġu importati u raffinati prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment Artikolu 5 (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti fil-perjodu ta' bejn tad-29 ta’ Ottubru u tat-2 ta’ Novembru 2007 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor b'riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3) għall-kwantità totali bħall-kwantità disponibbli għan-numru tas-serje 09.4365 (2007-2008). |
|
(2) |
F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skond il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u tinforma lill-Istati Membri li l-limitu li kien ġie ffissat intlaħaq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fil-limiti kwantitattivi li ġew stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-applikazzjonjiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa bejn tad-29 ta’ Ottubru u tat-2 ta’ Novembru 2007, f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2006/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 95).
ANNESS
Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja
Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
|
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 29.10.2007-2.11.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4331 |
Il-Barbados |
100 |
|
|
09.4332 |
Il-Beliże |
100 |
|
|
09.4333 |
Il-Kosta ta' l-Ivorju |
100 |
|
|
09.4334 |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
100 |
|
|
09.4335 |
Il-Fiġi |
100 |
|
|
09.4336 |
Gujana |
100 |
|
|
09.4337 |
L-Indja |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4338 |
Il-Ġamajka |
100 |
|
|
09.4339 |
Il-Kenja |
100 |
|
|
09.4340 |
Il-Madagaskar |
100 |
|
|
09.4341 |
Il-Malawi |
100 |
|
|
09.4342 |
Il-Mawrizju |
100 |
|
|
09.4343 |
Il-Możambik |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4344 |
Saint Kitts u Nevis |
— |
|
|
09.4345 |
Is-Suriname |
— |
|
|
09.4346 |
Is-Sważiland |
100 |
|
|
09.4347 |
It-Tanzanija |
100 |
|
|
09.4348 |
Trinidad u Tobago |
100 |
|
|
09.4349 |
L-Uganda |
— |
|
|
09.4350 |
Iż-Żambja |
100 |
|
|
09.4351 |
Iż-Żimbabwe |
100 |
|
Zokkor kumplimentari
Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
|
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 29.10.2007-2.11.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4315 |
L-Indja |
— |
|
|
09.4316 |
Il-pajjiżi firmatarji tal-Protokol ta' l-AKP |
— |
|
Il-konċessjonijiet taz-zokkor għal CXL
Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
|
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 29.10.2007-2.11.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4317 |
L-Awstralja |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4318 |
Il-Brażil |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4319 |
Kuba |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4320 |
Pajjiżi terzi oħra |
0 |
Intlaħqu |
Iz-zokkor tal-Balkani
It-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
|
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 29.10.2007-2.11.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4324 |
L-Albanija |
100 |
|
|
09.4325 |
Il-Bożnja-Ħerżegovina |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4326 |
Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo |
100 |
|
|
09.4327 |
L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja |
100 |
|
|
09.4328 |
Il-Kroazja |
100 |
|
L-importazzjoni taz-zokkor f'każ eċċezzjonali u l-importazzjoni taz-zokkor industrijali
It-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
|
In-nru tas-Serje |
Tip |
Ġimgħa ta' bejn 29.10.2007-2.11.2007 tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4380 |
F'każ eċċezzjonali |
— |
|
|
09.4390 |
Industrijali |
— |
|
L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija
Kapitolu 1 Sezzjoni 2 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
|
Ordni Nru |
Tip |
Ġimgħa ta' bejn 29.10.2007-2.11.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4365 |
Il-Bulgarija |
100 |
Intlaħqu |
|
09.4366 |
Ir-Rumanija |
100 |
|