ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
31 ta' Ottubru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007 tat-30 ta’ Ottubru 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mill-Federazzjoni tar-Russja u li jirrevoka miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mit-Tajlandja u mit-Turkija

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1280/2007 tat-30 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1281/2007 tat-30 ta’ Ottubru 2007 li jistabilixxi r-rata ta’ konverżjoni agrikola speċifika għas-sena tas-suq 2006/2007 applikabbli għall-prezzijiet minimi għall-pitravi taz-zokkor fis-settur taz-zokkor għall-muniti ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx il-munita unika

28

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2007 tat-30 ta’ Ottubru 2007 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 3149/92 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tmiem tal-perjodu tat-tħaddim tal-pjan annwali tad-distribuzzjoni ta' l-ikel għall-2007

30

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1283/2007 tat-30 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fiż-żoni Vb u VIb ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE u internazzjonali taż-żona VIaN min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1284/2007 tat-30 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju fiż-żoni IIIa u IV ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa, IIIb, IIIċ u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja

33

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1285/2007 tat-30 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u II b ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

35

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/701/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament NK603xMON810 (MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5140)  ( 1 )

37

 

 

2007/702/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament 59122 (DAS-59122-7) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5141)  ( 1 )

42

 

 

2007/703/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu fi, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament 1507xNK603 (DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5142)  ( 1 )

47

 

 

2007/704/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2007 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2001/602/KE li taċċetta impenn offrut b’konnessjoni mal-proċedura ta’ anti-dumping fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta' l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, ir-Russja, it-Tajlandja u t-Turkija

52

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/705/PESK tat-30 ta’ Ottubru 2007 dwar l-akkoljenza temporanja mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani

54

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1279/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mill-Federazzjoni tar-Russja u li jirrevoka miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mit-Tajlandja u mit-Turkija

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament Bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(2) u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Fit-2 ta’ Frar 2001, permezz tar-Regolament Nru 230/2001 (2) (Ir-Regolament proviżorju) il-Kunsill impona miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar (“SWR”) li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija (l-aħħar tliet pajjiżi se jissejħu “il-pajjiżi kkonċernati”) Fit-2 ta’ Awwissu 2001, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1601/2001 (3) (“ir-Regolament oriġinali”), miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ l-SWR. Il-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ l-SWR li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka skadew wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004.

(2)

Fis-26 ta’ Lulju 2001, il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni tagħha Nru 2001/602/KE (4), aċċettat impenji offruti minn esportatur Russu u Tajlandiż b’rabta mal-miżuri anti-dumping imsemmija fil-Premessa (1).

(3)

Fit-8 ta’ Novembru 2005, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 (5), il-Kummissjoni imponiet miżuri anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils ta’ l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina (“il-proċediment parallel”).

2.   Talbiet għar-reviżjoni

(a)   Verifika temporanja parzjali tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi fir-Russja.

(4)

Fl-2004, il-Kummissjoni rċeviet żewġ talbiet għal verifiki temporanji parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (“verifiki temporanji”). It-talbiet, limitati fl-ambitu għad-dumping, tressqu minn Open Joint Stock Company Cherepovetsky Staleprokatny Zavod (“ChSPZ”) u Joint Stock Company Beloretsk Iron & Steel Works (“BMK”) rispettivament, it-tnejn li huma produtturi esportaturi ta’ l-SWR fir-Russja.

(5)

Kif spjegat fl-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (6), l-isem ta’ ChSPZ inbidel għal Closed Joint Stock Company Severstal-Metiz (“SSM”) bħala riżultat ta’ żwieġ ma’ l-Open Joint Stock Company Orlovsky Staleprokatny Zavod (“OSPAZ”) u l-Closed Joint Stock Company Severstal-Metiz. Din il-bidla fl-isem ġiet applikata mill-1 ta’ Jannar 2006.

(6)

Skond ir-rikorrenti, iċ-ċirkostanzi li fuq il-bażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri nbidlu u dawn il-bidliet kienu ta’ natura dewwiema. Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi esportaturi allegaw li l-livelli eżistenti ta’ miżuri anti-dumping ma kinux jinħtieġu aktar biex inaqqsu d-dumping.

(7)

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ żewġ verifiki temporanji, il-Kummissjoni tat bidu għal dawn il-verifiki fl-10 ta’ Awwissu 2004 (7).

(b)   Verifika temporanja parzjali tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi fit-Turkija

(8)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż ta’ skadenza imminenti (8), il-Kummissjoni rċeviet talba fit-28 ta’ April 2006 għal verifika temporanja skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. (riċevuta flimkien ma’ talba għal verifika skond l-Artikolu 11(2) (“verifika ta’ skadenza”) imsemmi fil-Premessa (12) sa (15) hawn taħt).

(9)

It-talba tressqet mill-Kumitat ta’ Kollegament ta’ l-Industriji tal-Wajers u l-Ħbula ta’ l-Unjoni Ewropea (“l-EWRIS” jew “ir-rikorrent”), f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw l-ikbar proporzjon, f’dan il-każ iktar minn 50 %, tat-total tal-produzzjoni Komunitarja ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid u l-azzar.

(10)

L-ambitu tal-verifika temporanja mitluba mir-rikorrent ġiet limitata għal-livell ta’ dumping minn produttur esportatur wieħed fit-Turkija (li bħalissa ma għandu l-ebda dazju). Skond ir-rikorrent, il-livell tal-miżuri m’għadux suffiċjenti biex jiġi miġġieled id-dumping li jagħmel ħsara.

(11)

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ verifika temporanja, il-Kummissjoni tat bidu għal din il-verifika fit-3 ta’ Awissu 2006 (9).

(ċ)   Verifika ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra r-Russja, it-Tajlandja u t-Turkija

(12)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti, il-Kummissjoni rċeviet talba fit-28 ta’ April 2006 għal verifika ta’ skadenza (riċevuta flimkien mat-talba għal verifika temporanja msemmija fil-Premessa (8) sa (1) hawn fuq).

(13)

It-talba tressqet mill-Kumitat ta’ Kollegament ta’ l-Industriji tal-Wajers u Ħbula ta’ l-Unjoni Ewropea (“l-EWRIS” jew “ir-rikorrent”), f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw l-ikbar proporzjon, f’dan il-każ iktar minn 50 %, tat-total tal-produzzjoni Komunitarja ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid u l-azzar.

(14)

It-talba għal verifika ta’ skadenza relatata mal-pajjiżi kollha li bħalissa huma koperti mir-Regolament oriġinali, u li ssejset fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri probabbli twassal għall-kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping jew ħsara lill-industrija Komunitarja.

(15)

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ verifika temporanja, il-Kummissjoni tat bidu għal din il-verifika fit-3 ta’ Awissu 2006.

(d)   Verifika temporanja parzjali tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi fit-Tajlandja

(16)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal verifika temporanja parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. It-talba, limitata fl-ambitu għad-dumping, tressqet minn Usha Siam Steel Industries Public Company Ltd., produttur esportatur ta’ l-SWR fit-Tajlandja.

(17)

Skond ir-rikorrent, iċ-ċirkostanzi li fuq il-bażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri nbidlu u dawn il-bidliet kienu ta’ natura dejjiema. Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi esportaturi allegaw li l-livelli eżistenti ta’ miżuri anti-dumping ma kinux jinħtieġu aktar biex inaqqsu d-dumping.

(18)

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ verifika temporanja, il-Kummissjoni tat bidu għal din il-verifika fit-22 ta’ Marzu 2007 (10).

3.   Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjonijiet

(19)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi u lill-produtturi tal-Komunità, lill-utenti u lill-applikant dwar il-bidu tal-verifika ta’ skadenza u l-verifiki temporanji parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ. Il-partijiet interessati kollha, li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari gћaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw smigћ.

3.1.   Kampjuni tal-produtturi Komunitarji

(20)

Minħabba li jidher li hemm numru kbir ta’ produtturi Komunitarji, tqies xieraq li jiġi eżaminat jekk għandhomx jintużaw il-kampjuni fil-verifika ta’ skadenza skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hemmx bżonn ta’ l-użu ta’ kampjuni u, jekk hu hekk, biex tagħżel kampjun, il-produtturi Komunitarji ntalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw lilhom infushom fi 15-il ġurnata mill-bidu tal-verifiki relevanti u biex jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif mitlub fl-avviż ta’ ftuħ.

(21)

Wara eżami tat-tagħrif imressaq mis-17-il produttur Komunitarju, tqies li għandhom jintgħażlu ħames kumpaniji għal kampjun fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-volum tal-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom tul il-PI (perjodu ta’ investigazzjoni). Il-kampjun jikkonsisti mill-kumpaniji li ġejjin:

Bridon GmbH, Gelsenkirchen, il-Ġermanja

Casar Drahtseilwerk Saar GmbH (“Casar”), Saarbrücken, il-Ġermanja

Wire and Rope Factory Drumet S.A. (“Drumet”), Wloclawek, il-Polonja

Manuel Rodrigues de Oliveria SA & Filhos S.A. (“Oliveira”), Gemunde, il-Portugall

Tréfileurope S.A., Bourg-en-Bresse, Franza

3.2.   Kampjuni tal-produtturi Komunitarji

(22)

Fid-dawl ta’ l-għadd kbir ta’ produtturi Komunitarji (32 importatur imniżżla fl-applikazzjoni), tqies xieraq li jiġi eżaminat jekk għandhomx jintużaw il-kampjuni fil-verifika ta’ skadenza skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hemmx bżonn ta’ l-użu ta’ kampjuni u, jekk hu hekk, biex tagħżel kampjun, l-importaturi Komunitarji ntalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw lilhom infushom fi 15-il ġurnata mill-bidu tal-verifiki relevanti u biex jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif mitlub fl-avviż ta’ ftuħ.

(23)

Madankollu, peress li importatur wieħed biss ippreżenta lilu nnifsu billi wieġeb għall-kwestjonarju kampjun, ġie deċiż li f’dan il-każ il-kampjuni ma kinux iġġustifikati.

4.   Kwestjonarji u verifiki

(24)

Għalhekk, il-kwestjonarju ntbagħat lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fil-pajjiżi kkonċernati, lill-importatur imsemmi fil-premessa (23) hawn fuq, lill-produtturi Komunitarji fil-kampjun u lill-utenti.

(25)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju ġew riċevuti minn

2 esportaturi produtturi fil-Federazzjoni Russa għall-bżonnijiet tal-verifika temporanja u waħda għall-verifika ta’ skadenza;

Esportatur produttur 1 fit-Tajlandja u l-importatur relatat tiegħu fir-Renju Unit;

2 esportaturi produtturi fit-Turkija,

Importatur relatat 1 mal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati,

5 produtturi Komunitarji inklużi fil-kampjun,

importatur mhux relatat.

(26)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li tqies meħtieġ għall-analiżi tagħha, u wettqet żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Ir-Russja

Severstal-Metiz, Cherepovets

BMK, Beloretsk

(b)

It-Tajlandja

Usha Siam Ltd., Bangkok

(ċ)

It-Turkija

Celik Halat, Izmit-Kocaeli

Has Çelik ve Halat Sanayi Ticaret A.S. (“Has Celik”), Hacilar Kayseri

(d)

Produtturi Komunitarji fil-kampjun:

Bridon GmbH, Gelsenkirchen, il-Ġermanja

Casar Drahtseilwerk Saar GmbH (“Casar”), Saarbrücken, il-Ġermanja

Wire and Rope Factory Drumet S.A. (“Drumet”), Wloclawek, il-Polonja

Manuel Rodrigues de Oliveria SA & Filhos S.A. (“Oliveira”), Gemunde, il-Portugall

Tréfileurope S.A., Bourg-en-Bresse, Franza

(e)

Importaturi relatati fil-Komunità:

Usha Martin UK Ltd., Clydebank, ir-Renju Unit

(f)

Importaturi mhux relatati fil-Komunità

HEKO Industrieerzeugnisse GmbH, Hemer, il-Ġermanja

5.   Perjodi relevanti koperti mill-investigazzjonijiet ta’ verifika

(27)

L-investigazzjoni fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara għall-verifika ta’ skadenza koperta mill-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza” jew “l-PIVS”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għal-verifika tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-ħsara kopra l-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2003 u jibqa’ sejjer sa l-aħħar tal-PIVS (“perjodu kkunsidrat”).

(28)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-verifika temporanja parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku dwar l-importazzjonijiet miż-żewġ produtturi esportaturi fir-Russja kopra l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2003 sat-30 ta’ Ġunju 2004 (“perjodu ta’ verifika temporanja għar-Russja”)

(29)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni relevanti għall-verifika temporanja parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku dwar l-importazzjonijiet mil-produttur esportatur fit-Turkija (“perjodu ta’ verifika temporanja għat-Turkija”) huwa l-istess bħall-PIVS.

(30)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-verifika temporanja parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku dwar l-importazzjonijiet mill-produttur esportatur fit-Tajlandja kopra l-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 (“perjodu ta’ verifika temporanja għat-Tajlandja”)

6.   Kxif u opportunità biex wieħed jikkummenta

(31)

Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie maħsub li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mir-Russja u li jintemmu l-investigazzjonijiet dwar il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mit-Tajlandja u mit-Turkija. Huma ngħataw ukoll perjodu biex iressqu rappreżentazzjonijiet wara dan il-kxif. Il-kummenti tagħhom tqiesu u ttieħdu f’kunsiderazzjoni fejn xieraq.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(32)

Il-prodott ikkonċernat minn din il-verifika ta’ skadenza hu l-istess bħall-prodott definit fir-Regolament oriġinali, jiġifieri ħbula u kejbils, li jinkludu ħbula bil-koljatura maqfula, tal-ħadid jew ta’ l-azzar iżda mhux ta’ azzar li ma jissaddadx, li għandhom daqs massimu ta’ wisa’ trasversali li tiskorri t-3 mm, kemm bit-tagħmir magħhom kif ukoll jekk le, li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati (“il-prodott ikkonċernat”). L-SWR bħalissa huma klassifikati taħt il-kodiċi NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98.

(33)

Parti interessata argumentat li l-prodott ikkonċernat għandu jinqasam f’żewġ gruppi differenti, bażikament (a) SWR użati għall-użu ġenerali u (b) SWR b’kapaċità għolja. Ġie argumentat li dawn ta’ l-aħħar, li allegatament ma ġewx prodotti fil-pajjiżi li jesportaw, għandhom jiġu esklużi mill-proċedimenti peress, li skond ċerti importaturi, it-tipi ta’ SWR taħt dik il-kategorija kienu differenti mill-SWR fil-kategorija l-oħra u li ma kienx hemm kompetizzjoni fost dawn l-SWR.

(34)

L-ewwel, il-parti interessata ma ġabet l-ebda element li juri li l-prodott importat mill-pajjiżi kkonċernat ma kienx bħal dak prodott mill-industrija Komunitarja jew li l-SWR ikkonċernat ma kienx f’kompetizzjoni ma’ l-ieħor jew li ma setgħux jinbidlu ma xulxin. Għalhekk, it-talba kellha tiġi miċħuda.

(35)

Barra minn hekk, il-parti ma setgħetx turi li d-definizzjoni u d-deskrizzjoni tal-prodott ikkonċernat, kif iddefinit fil-premessi (10) sa (13) tar-Regolament proviżorju, kienu żbaljati.

(36)

Id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-Regolament oriġinali għalhekk hi kkonfermata.

2.   Prodott simili

(37)

Fil-premessi (14) sa (19) tar-Regolament oriġinali, ġie konkluż li l-prodott ikkonċernat, l-SWR prodotti u mibjugħa mill-produtturi Komunitarji u l-SWR mibjugħa fuq is-swieq domestiċi u esportati lill-Komunità mill-pajjiżi kkonċernati kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi. Dawn il-prodotti tqiesu li kienu simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(38)

Parti interessata argumentat li l-SWR importati huma sostanzjalment differenti minn dawk magħmula u mibjugħa fil-Komunità u ma setgħux jitqabblu għall-iskop ta’ dawn l-investigazzjonijiet. Argumentat li l-prodotti importati fil-Komunità ma kinux f’kompetizzjoni diretta ma’ l-SWR prodotti fil-Komunità.

(39)

L-istess argumenti tressqu fl-investigazzjoni li wasslet għall-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessa (15) tar-Regolament proviżorju. Peress li l-parti interessata ma ġabitx elementi ġodda li juru li l-prodott importat mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx l-istess bħal dak prodott u mibjugħ fil-Komunità, il-klejm kellha tiġi miċħuda.

(40)

Il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessi (14) sa (19) tar-Regolament orġinali li jikkonċerna l-prodott simili għalhekk jistgħu jiġu kkonfermati.

Ċ.   DUMPING U PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW RIKORRENZA TA’ DUMPING

1.   Dumping ta’ importazzjonijiet tul il-perjodi ta’ investigazzjoni tal-verifika — Prinċipji ġenerali

(41)

Għal raġunijiet ta’ konsistenza, ġie mistħarreġ, bħala l-ewwel pass, jekk kienx qiegħed iseħħ dumping, u jekk inhu hekk, jekk l-iskadenza tal-miżuri hijiex probabbli li twassal għal-kontinwazzjoni ta’ dumping. Bħala t-tieni pass, skond ir-Regolament bażiku, ġew eżaminati l-implikazzjonijiet possibbli tal-verifiki temporanji dwar is-sejbiet tar-Regolament oriġinali fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż.

Metodoloġija ġenerali

(42)

Il-metodoloġija ġenerali stipulata hawn taħt ġiet applikata lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiżi kkonċernati u hija l-istess bħall-investigazzjoni oriġinali. Il-preżentazzjoni tas-sejbiet dwar id-dumping għal kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati għalhekk tiddeskrivi biss dak li huwa speċifiku għal kull pajjiż li jesporta.

Il-valur normali

(43)

F’dak li għandu x’jaqsam mad-determinazzjoni tal-valur normali l-ewwel ġie stabbilit għal kull prodottur esportatur jekk il-bejgħ domestiku totali tiegħu tal-prodott ikkonċernat kienx rappreżentanti meta mqabbel mal-bejgħ tiegħu għall-esportazzjoni totali lejn il-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Bażiku, il-bejgħ domestiku ġie kkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum tal-bejgħ domestiku totali ta’ kull produttur esportatur kien mill-anqas 5 % tal-volum totali tiegħu tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(44)

Għaldaqstant, dawk it-tipi tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq domestiku mill-produtturi esportaturi li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv ġenerali u li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġew identifikati.

(45)

Għal kull tip mibjugħ mill-produtturi esportaturi fis-swieq domestiċi tagħhom u li nstab li kien komparabbli direttament mat-tipi ta’ SWR mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari ta’ SWR tqies li kien rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip matu il-PIVS jew perjodu ta’ stħarriġ ta’ verifika temporanja relevanti rrappreżenta l-5 % jew iktar tat-total tal-volum tal-bejgħ tat-tip komparabbli ta’ SWR esportat lejn il-Komunità.

(46)

Ġie mistħarreġ jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ SWR setax jitqies bħala li seħħ fil-andament normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi għal kull produttur esportatur fil-pajjiżi kkonċernati, il-proporzjon ta’ bejgħ bi qligħ għall-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku ġie stabbilit għal kull tip tal-prodott esportat ikkonċernat fis-suq domestiku tul il-perjodu ta’ investigazzjoni:

(a)

Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn aktar minn 80 %, skond il-volum, tal-bejgħ fuq is-suq domestiku kienu inqas mill-prezzijiet ta’ l-unità, jiġifieri fejn il-prezz tal-bejgħ medju tat-tip tal-prodott ikkonċernat kien daqs jew ogħla mill-prezz medju tal-produzzjoni għat-tip ta’ prodott ikkonċernat, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-prezz medju tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip tal-prodott ikkonċernat irrispettivament minn jekk il-bejgħ ħalliex qligħ jew le.

(b)

Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn mill-inqas 10 %, imma mhux aktar minn 80 %, skond il-volum, ta’ bejgħ fis-suq domestiku ma kienx orħos mill-prezz ta’ l-unità, il-valur normali ġie kkalkolat bħala prezz tal-bejgħ medju peżat ta’ dawk it-tranżazzjonijiet li saru bi prezzijiet daqs jew ogħla mill-prezz ta’ l-unità, tat-tip ikkonċernat.

(ċ)

Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn inqas minn 10 %, bil-volum, inbiegħu fis-suq domestiku bi prezz mhux irħas mill-prezz ta’ l-unità, tqies li t-tip tal-prodott ikkonċernat ma nbiegħx fl-andament ordinarju tal-kummerċ u għalhekk, il-valur normali kellu jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(47)

Fil-każijiet fejn kellhom jiġu kkalkulati l-valuri normali, dawn ġew ikkalkulati skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz tal-produzzjoni tat-tip ikkonċernat, fejn ġie miżjud l-infiq għall-bejgħ, u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (SG&A) u marġni ta’ qligħ. L-ammont ta’ l-SG&A kien dak imġarrab mill-produttur esportatur għall-prodott simili u l-ammont ta’ qligħ irriżulta għall-qligħ medju miksub mill-produttur esportatur fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-andament normali tal-kummerċ.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(48)

Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat ġie esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni effettivament imħallsa jew dovuti.

(49)

F’każijiet fejn il-bejgħ sar permezz ta’ importatur jew negozjant relatat, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ dak l-importatur relatat mal-konsumaturi indipendenti. L-aġġustamenti saru għall-ispejjez kollha li nġarbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid kif ukoll l-infiq tal-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi, u marġni ta’ qligħ raġjonevoli, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Il-marġni ta’ qligħ xieraq ġiet stabbilita fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut min-negozjanti/importaturi li jikkooperaw li mhumiex relatati li joperaw fis-suq Komunitarju.

Tqabbil

(50)

Il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni tqabblu mal-bażi tal-prezz tal-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fis-sura ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn dawn instabu li kienu raġonevoli, eżatti u sostnuti b’xhieda.

(51)

Saru aġġustamenti għall-merkanzija ta’ fuq l-art u fuq il-baħar, għall-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni, għall-ispejjeż ta’ maniġġ u l-imballaġġ, għall-spejjeż ta’ kreditu u d-dazji fuq l-importazzjoni, li tnaqqsu mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid sabiex jaslu sa l-ammont tal-prezz tal-fabbrika.

Il-marġni tad-dumping

(52)

Skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, ġiet ikkalkulata marġni tad-dumping għal kull produttur esportatur li jikkoopera, billi l-valur normali medju peżat tqabbel mal-prezz medju ta’ esportazzjoni peżat.

(53)

Għal dawk il-pajjiżi fejn il-livell ta’ kooperazzjoni nstab li kien għoli (’il fuq minn 80 % tal-volumi importati kollha lill-Komunità tul il-PIVS jew il-PIV relevanti) u fejn ma kien hemm l-ebda raġuni li wieħed jifhem li kien hemm xi produttur esportatur li naqas milli jikkoopera, il-marġni tad-dumping li jifdal ġie stabbilit fuq livell tal-produttur esportatur li kkoopera ma’ l-ogħla marġni tad-dumping sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri.

(54)

Għal dawk il-pajjiżi fejn il-livell ta’ kooperazzjoni nstab li kien baxx (inqas minn 80 % tal-volumi importati kollha lill-Komunità tul il-PIVS jew il-PIV relevanti), il-marġni tad-dumping relevanti ġie ddeterminat skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

2.   Dumping ta’ importazzjonijiet tul il-perjodi ta’ investigazzjoni ta’ verifika — Sejbiet speċifiċi għall-pajjiż

2.1.   Ir-Russja

Rimarki preliminarji

(55)

Hemm żewġ prodotturi esportaturi magħrufa li jipproduċu l-SWR fir-Russja: Severstal-Metiz, Cherepovets (“SSM”) u BMK, Beloretsk (“BMK”). Għalhekk, huma jgħoddu għal 100 % tal-produzzjoni u jirrappreżentaw sehem ta’ 1,5 % ta’ l-importazzjonijiet fis-suq Komunitarju fil-PIVS. Iż-żewġ produtturi kkooperaw fil-verifika temporanja iżda wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza. Il-produttur l-ieħor indika li ma riedx jikkoopera fil-verifika ta’ skadenza. Argumenta li, minbarra li l-kumpanija esportat biss kwantitajiet żgħar lill-UE fil-perjodu ta’ verifika temporanja fir-Russja, il-qagħda tal-kumpanija ma bidlitx sinifikament wara l-verifika temporanja li bdiet f’Awissu 2004 (ara l-premessi (4) sa (7) hawn fuq).

2.1.1.    Verifika temporanja parzjali dwar il-miżuri fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi fir-Russja

(56)

Il-verifika temporanja parzjali ġiet limitata għal-livell ta’ dumping taż-żewġ produtturi magħrufa Russi lill-UE. Ġew riċevuti tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju mit-tnejn li huma.

Il-valur normali

(57)

Il-valur normali ġie ddeterminat skond il-metodoloġija ġenerali deskritta fil-premessi (43) u (47) hawn fuq.

(58)

Għal produttur esportatur Russu, il-valur normali ssejjes fuq il-prezzijiet domestiċi attwali skond il-metodoloġija stipulata fil-premessa (46) hawn fuq. Għall-produttur esportatur Russu l-ieħor, il-valur normali ssejjes prinċipalment fuq il-prezzijiet domestiċi attwali, iżda kellu jiġi kkalkulat għal ċerti tipi ta’ prodotti skond il-metodoloġija spjegata fil-premessa (47) hawn fuq.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(59)

Għad-determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni, ġew applikati l-prinċipji ġenerali spjegati fid-dettall fil-premessi (48) u (49) hawn fuq.

(60)

Fir-rigward tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità magħmul minn produttur esportatur Russu permezz ta’ kumpanija ta’ kummerċ fl-Iżvizzera, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid li tħallsu jew kienu dovuti lil dan ta’ l-aħħar mill-ewwel xerrej indipendenti fil-Komunità tul il-perjodu ta’ verifika temporanja fir-Russja.

(61)

Għandu jiġi nnutat li kważi l-esportazzjonijiet kollha minn esportatur Russu wieħed lill-Komunità saru b’garanzija tal-prezz, aċċettat mill-Kummissjoni f’Awissu 2001. F’dak il-kuntest, id-determinazzjoni tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni ma kinetx limitata biss għal eżami ta’ l-imġiba fl-imgħoddi ta’ l-esportaturi iżda ġie eżaminat ukoll l-iżvilupp probabbli tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni fil-ġejjieni. B’mod partikolari, ġiet eżaminata l-kwistjoni jekk l-eżistenza ta’ din il-garanzija kinetx influwenzat il-livell tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni, biex ma jagħmluhomx affidabbli għat-twaqqif ta’ l-imġiba ta’ l-esportazzjoni fil-ġejjieni.

(62)

Ġie eżaminat ukoll jekk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ċċarġjat mill-esportatur lill-klijenti bbażati fil-Komunità, kinux affidabbli u jekk setgħux jifformaw bażi proprja għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping tiegħu għal din l-investigazzjoni attwali, minkejja l-eżistenza tal-garanzija fuq il-prezz. B’mod partikolari, l-investigazzjoni ppruvat turi kellu jiġi eżaminat jekk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni attwali lejn il-Komunità kinux iffissati artifiċjalment b’rabta mal-prezzijiet ta’ importazzjoni minimi (“PIM”) jew le u għalhekk jekk kinux sostenibbli fil-ġejjieni. Madankollu, l-istħarriġ wera li s-sistema użata biex tistabbilixxi n-numru ta’ kontroll tal-prodott (“NKP”) għal dan l-istħarriġ kienet aktar sofistikata mis-sistema ta’ klassifikazzjoni applikata fiż-żmien meta l-garanzija ġiet aċċettat fl-2001. Dan wassal għall-konklużjoni li kwalunkwe tqabbil bejn l-NKP tal-PIM u dawk ta’ l-investigazzjoni attwali ma kienx affidabbli.

(63)

Sar tqabbil fuq bażi ta’ tip b’tip bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lill-Komunità mal-prezzijiet iċċarġjati lill-pajjiżi terzi. Dan wera li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lill-pajjiżi terzi kienu fil-medja ħafna orħos. Għalhekk ġie konkluż li l-prezz ta’ esportazzjoni ta’ din il-kumpanija lill-Komunità ma setax jintuża biex jistabbilixxi prezzijiet ta’ esportazzjoni affidabbli skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fil-kuntest ta’ din il-verifika. Fin-nuqqas ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni affidabbli għal bejgħ lill-UE-15, il-bejgħ lil pajjiżi oħra ttieħed bħala prokura għal dawk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni.

Tqabbil

(64)

Skond it-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, ġie segwit l-approċċ kif deskritt fil-premessa (50).

(65)

Peress li n-negozjant relatat fl-Iżvizzera ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi Russi għandu funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent bil-kummissjoni, sar aġġustament fil-prezz ta’ esportazzjoni għal kummissjoni skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Il-livell tal-kummissjoni ġie kkalkulat fuq bażi ta’ evidenza diretta li turi l-eżistenza ta’ żieda relatata ma’ tali funzjonijiet.

Il-marġini tad-dumping

(66)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali peżat skond it-tip tqabbel mal-prezz medju peżat ta’ l-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat.

(67)

Kif spjegat aktar fil-premessi (104) sa (107) hawn isfel, it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping kontinwu għal BMK. Għal SSM, it-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u l-prezz tal-bejgħ medju peżat lil pajjiżi fejn il-garanzija ma kinetx fis-seħħ wera wkoll l-eżistenza ta’ dumping li baqa’ għaddej.

(68)

Il-marġini tad-dumping tal-BMK espress bħala perċentwali tal-prezz nett, ħieles mill-fruntieri tal-Komunità, id-dazju mhux imħallas, kien ta’ iktar minn 36,2 %. Il-marġini tad-dumping ta’ SSM espress fuq l-istess bażi nstab li kien 9,7 %.

Miżuri anti-dumping definittivi

(69)

Fid-dawl tar-riżultati tal-marġini tad-dumping stabbiliti fl-investigazzjonijiet ta’ verifika temporanja, tqies xieraq li d-dazju anti-dumping applikabbli għal BMK jiġi emendat għal 36,2 %.u ta’ SSM għal 9,7 %.

2.1.2.    Verifika ta’ skadenza dwar il-miżuri fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi fir-Russja

(70)

Minn żewġ produtturi magħrufa ta’ l-SWR fir-Russja, SSM biss ikkooperat fl-investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza. Fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur, din il-kumpanija rrappreżentat kważi 100 % ta’ l-esportazzjonijiet totali tar-Russja lill-Komunità tul il-PIVS. Il-kumpanija rrappreżentat ukoll madwar 50 % tal-produzzjoni Russa totali. L-esportazzjonijiet lill-Komunità kienu fuq livell baxx u kkonsistew madwar 3 300 tunnellati tul il-PIVS, li jirrappreżentaw 1,5 % tal-konsum ta’ l-UE. Dan is-sehem fis-suq li jidher baxx ma għandux jaħbi l-fatt li l-kapaċità tal-produzzjoni żejda kbira hi disponibbli fir-Russja. Is-sehem ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità f’termini ta’ kwantità kien inqas minn 5 % tal-bejgħ totali tal-kumpanija li tikkoopera. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (61) kważi l-esportazzjonijiet kollha mill-kumpanija li tikkoopera lill-Komunità huma suġġetti għal ftehim ta’ garanzija fil-prezz.

Il-valur normali

(71)

Kull meta l-prezzijiet domestiċi ta’ prodott partikolari mibjugħ minn SSM ma setgħux jintużaw biex jiġi stabbilit il-valur normali jew għax ma kinux inbiegħu fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, kellu jiġi applikat metodu ieħor. Fin-nuqqas ta’ metodu raġjonevoli ieħor, ġie użat il-valur normali kkalkulat skond it-tip tal-prodott, kif stipulat mill-SSM u verifikat mill-Kummissjoni.

(72)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-kost tal-produzzjoni, ġie kklejmjat mill-SSM li l-kost ta’ l-istruttura għall-esportazzjonijiet ta’ l-UE kien differenti minħabba standards tekniċi differenti fil-Komunità u s-suq Russu. Skond il-kumpanija, l-SWR mibjugħa fis-suq Komunitarju għandhom ikunu konformi ma’ l-hekk imsejħa standard DIN, li mhux rekwiżit fir-Russja. It-tabella li tinkludi l-kost tal-produzzjoni (KTP) ta’ l-SWR mibjugħa domestikament u lill-Komunità turi li ma kien hemm l-ebda differenzi sinifikanti bejn it-tipi varji. Għal ċerti tipi ta’ prodotti, il-KTP domestiku kien kemm kemm ogħla, għal oħrajn kien il-KTP Komunitarju li kien kemm kemm inqas. Għalhekk, ġie konkluż li din id-differenza allegata ma setgħatx taffettwa l-kalkoli tad-dumping.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(73)

B’rigward għall-esportazzjonijiet lill-Komunità, ħlief għal tranżazzjoni waħda, il-produttur biegħ il-prodott ikkonċernat direttament fil-Komunità mingħajr indħil ta’ kwalunkwe parti relatata. L-esportatur ippreżenta xhieda li dik it-tranżazzjoni ma kinetx tikkonċerna l-prodott ikkonċernat u għalhekk ma setgħetx titqies fil-kalkoli.

Tqabbil

(74)

Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fis-sura ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

Il-marġini tad-dumping

(75)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping kien stabbilit fuq bażi ta’ tqabbil bejn il-valur medju normali peżat u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni medju peżat, kif msemmi iktar ’il fuq. Dan it-tqabbil wera n-nuqqas ta’ dumping tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza.

(76)

It-tqabbil tad-data li tikkonċerna l-esportazzjonijiet lill-Komunità pprovduta mill-produttur esportatur u l-volum totali ta’ importazzjonijiet kif derivati mill-istatistika ta’ importazzjoni ta’ l-Eurostat indika li l-livell ta’ kooperazzjoni kien għoli, peress, li l-produttur esportatur li kkoopera rrappreżenta bejn wieħed u ieħor l-importazzjonijiet Komunitarji kollha mir-Russja tul il-PI.

2.2.   It-Tajlandja

2.2.1.    Verifika parzjali temporanja dwar il-miżuri fis-seħħ kontra produttur esportatur fit-Tajlandja

Il-valur normali

(77)

Il-valur normali ssejjes fuq il-prezz imħallas jew dovut fl-andament normali tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-verifika temporanja tat-Tajlandja, il-kumpanija biegħet il-prodott ikkonċernat direttament lill-klijenti finali fis-suq domestiku. Il-valur normali ssejjes fuq il-bejgħ bil-qligħ biss.

(78)

Il-valur normali ssejjes fuq il-prezz imħallas jew dovut fl-andament normali tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(79)

Ir-rikorrent u l-produttur li jikkoopera Usha Siam esportaw kwantità limitata ta’ SWR lill-Komunità tul il-perjodu ta’ verifika temporanja tat-Tajlandja. Dawn l-esportazzjonijiet kienu suġġetti għal garanzija fuq il-prezz.

(80)

Għal bejgħ dirett lis-suq Komunitarju, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ssejsu fuq il-prezz imħallas jew dovut fl-andament normali tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fil-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(81)

Għall-bejgħ ta’ l-esportazzjonijiet li saru permezz tal-importatur relatat, Usha Martin fir-Renju Unit, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat l-ewwel inbiegħ mill-ġdid lil klijenti indipendenti fil-Komunità, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Saret konċessjoni għall-ispejjeż li nġarbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, li jinkludu l-infiq tal-bejgħ u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-qligħ li sar fil-Komunità mill-importatur relatat tul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

Tqabbil

(82)

Il-valur normali tqabbel mal-prezz medju ta’ esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat, fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika u fuq l-istess livell tal-kummerċ. Skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, tqiesu l-fatturi li ġew ikklejmjati u murija li jaffettwaw il-prezz u l-komparabilità tal-prezz. Saru aġġustamenti għall-merkanzija ta’ fuq l-art u fuq il-baħar, spejjeż ta’ l-assigurazzjoni, spejjeż ta’ maniġġ u imballaġġ, spejjeż ta’ kreditu u dazji fuq l-importazzjoni, li tnaqqsu mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid sabiex jammontaw għall-ammont tal-prezz tal-fabbrika.

Il-marġini tad-dumping

(83)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ tqabbil bejn il-medja tal-valur normali peżat u l-medja tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni peżati fl-istess livell ta’ kummerċ. Dan it-tqabbil wera n-nuqqas ta’ dumping tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza.

2.2.2.    Verifika ta’ skadenza dwar il-miżuri fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi fit-Tajlandja

(84)

Minn 3 produtturi magħrufa ta’ l-SWR fit-Tajlandja, kumpanija waħda biss ikkooperat fl-investigazzjoni. Fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur, din il-kumpanija rrappreżentat kważi 100 % ta’ l-esportazzjonijiet totali tat-Tajlandja lill-Komunità tul il-PIVS. Il-kumpanija rrappreżentat ukoll madwar 80 % tal-produzzjoni Tajlandiża totali. L-esportazzjonijiet lill-Komunità kienu fuq livell baxx ħafna tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-verifika. L-esportazzjonijiet mill-kumpanija li tikkoopera lill-Komunità kienu suġġetti għall-garanzija fil-prezz.

Il-valur normali

(85)

Il-kost sħiħ tal-produzzjoni għal kull tip ta’ prodott esportat instab li kien ogħla mill-prezz domestiku tul il-PIVS. Għaldaqstant, il-valur normali ma setax jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew dovuti fl-andament normali tal-kummerċ mill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku għal kwalunkwe tip ta’ SWR esportati mill-prodottur esportatur Tajlandiż li jikkoopera.

(86)

Il-prezzijiet domestiċi ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-kost tal-produttur ta’ esportazzjoni stess għall-produzzjoni, il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u marġni raġjonevoli ta’ 5 % għall-qligħ fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 2(6)(ċ) tar-Regolament bażiku u skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(87)

Il-produttur esportatur li kkoopera esporta l-prodott ikkonċernat permezz ta’ kumpanija relatata fil-Komunità. Għaldaqstant, u skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat inbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fil-Komunità. Saret konċessjoni għall-ispejjeż li nġarbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, li jinkludu l-infiq tal-bejgħ u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-qligħ li sar fil-Komunità mill-kumpanija ta’ importazzjoni tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-verifika.

Tqabbil

(88)

Il-valur normali tqabbel mal-prezz medju ta’ l-esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat, fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika u fuq l-istess livell tal-kummerċ. Skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li ġew ikklejmjati u murija li jaffettwaw il-prezz u t-tqabbil tal-prezz. Saru aġġustamenti għall-merkanzija ta’ fuq l-art u fuq il-baħar, għall-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni, għall-ispejjeż ta’ maniġġ u ta’ l-imballaġġ, għall-spejjeż ta’ kreditu u d-dazji fuq l-importazzjoni, li tnaqqsu mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid sabiex jammontaw għall-ammont tal-prezz tal-fabbrika.

Il-marġini tad-dumping

(89)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ tqabbil tal-medja tal-valur normali peżat mal-medja tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni peżati fl-istess livell ta’ kummerċ. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping relattivament baxx tul il-PIVS, meta mqabbel mar-Regolament oriġinali. Il-marġini tad-dumping medju peżat espress bħala perċentwali tal-valur CIF fil-fruntiera Komunitarja kien ta’ 7,6 %.

2.3.   It-Turkija

Rimarki preliminarji

(90)

Kemm żewġ produtturi esportaturi fit-Turkija; kemm Celik Halat (“Halat”) kif ukoll Has Celik (“Has”) ikkooperaw fl-investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza u Has ikkoopera fil-verifika temporanja parzjali li tikkonċerna l-livell tad-dumping tiegħu. Iż-żewġ produtturi jgħoddu għal 100 % ta’ l-esportazzjonijiet ta’ l-UE mit-Turkija.

2.3.1.    Verifika temporanja dwar il-miżuri fis-seħħ kontra produttur esportatur fit-Turkija

(91)

Huwa mfakkar li l-verifika temporanja parzjali msemmija fil-premessa (10) hawn fuq tikkonċerna esportatur Tork li allegatament iddampja l-SWR tiegħu fil-Komunità

Il-valur normali

(92)

L-investigazzjoni wriet li bosta mill-prezzijiet domestiċi li jistabbilixxu l-valur normali għat-tipi ta’ prodotti esportati mill-esportatur Tork ikkonċernat kienu ta’ qligħ. Għalhekk il-prezz użat kien il-prezz imħallas jew dovut fl-andament normali tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

(93)

Għal ċerti tipi ta’ prodotti, il-valur normali ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-kost tal-produzzjoni tal-produttur stess li jinkludi l-SG&A u marġni raġjonevoli ta’ 5 % għall-qligħ, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(94)

B’rigward għall-esportazzjonijiet lill-Komunità, il-produttur Tork ikkonċernat biegħ il-prodott ikkonċernat direttament fil-Komunità mingħajr indħil ta’ kwalunkwe parti relatata. Għalhekk, il-prezz ta’ esportazzjoni kien l-prezz tabilħaqq imħallas jew dovut għall-prodott meta mibjugħ għall-esportazzjoni mill-pajjiż esportatur lejn il-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

Tqabbil

(95)

Il-valur normali tqabbel mal-prezz medju ta’ esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat, fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika u fuq l-istess livell tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, id-differenzi fil-fatturi nstabu li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezz ġie kkunsidrat fil-kalkoli. Saru aġġustamenti għall-merkanzija ta’ fuq l-art u fuq il-baħar, għall-spejjeż ta’ l-assigurazzjoni, għall-spejjeż ta’ maniġġ u l-imballaġġ, għall-ispejjeż ta’ kreditu u d-dazji fuq l-importazzjoni, li tnaqqsu mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid sabiex jammontaw għall-prezz tal-fabbrika.

Marġini tad-dumping

(96)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ tqabbil bejn il-medja tal-valur normali peżat u l-medja tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni peżati fl-istess livell ta’ kummerċ. B’mod ġenerali, dan it-tqabbil wera li l-marġini tad-dumping medju peżat espress bħala perċentwali tal-valur tas-CIF fil-fruntiera tal-Komunità kien ta’ 0,12 %, jiġifieri fuq livell de minimis.

2.3.2.    Verifika ta’ skadenza fuq il-miżuri fis-seħħ kontra t-Turkija

Il-valur normali

(97)

Wara li twettqu t-testijiet deskritti fil-metodoloġija ġenerali fil-premessa (46) hawn fuq, instab li l-valur normali għandu jiġi kkalkulat għall-maġġoranza mit-tipi SWR esportati lill-KE minn produttur esportatur Tork wieħed. Għalhekk, il-valur normali ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-kost tal-produzzjoni tal-produttur stess li jinkludi marġini raġjonevoli ta’ 5 % għall-qligħ, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(98)

Għall-produttur l-ieħor, kif spjegat fil-premessi (92) u (92) hawn fuq, il-prezz tal-bejgħ domestiku jista’ jintuża biex jiġi stabbilit l-valur normali għal biċċa l-kbira tat-tipi tal-prodotti. B’hekk, il-valur normali ssejjes fuq il-prezz imħallas jew dovut fl-andament normali tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(99)

B’rigward għall-esportazzjonijiet lill-Komunità, il-produttur Tork ikkonċernat biegħ il-prodott ikkonċernat direttament fil-Komunità mingħajr indħil ta’ kwalunkwe parti relatata. Il-prezz ta’ esportazzjoni kkonċernat kien il-prezz tabilħaqq imħallas jew dovut għall-prodott meta mibjugħ għall-esportazzjoni mill-pajjiż esportatur lejn il-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

Tqabbil

(100)

Il-valur normali tqabbel mal-prezz medju ta’ esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat, fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika u fuq l-istess livell tal-kummerċ. Skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li ġew ikklejmjati u murija li jaffettwaw il-prezz u l-komparabbilità tal-prezz. Saru aġġustamenti għall-merkanzija ta’ fuq l-art u fuq il-baħar, għall-spejjeż ta’ l-assigurazzjoni, għall-ispejjeż ta’ maniġġ u l-imballaġġ, għall-ispejjeż ta’ kreditu u d-dazji fuq l-importazzjoni, li tnaqqsu mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid sabiex jaslu għall-ammont tal-prezz tal-fabbrika.

Dumping

(101)

It-tqabbil tal-prezz medju ta’ esportazzjoni mal-valur normali għal kull tip tal-prodott ikkonċernat wera l-eżistenza ta’ dumping għal produttur Tork wieħed biss, u marġini de minimis għall-produttur l-ieħor (ara l-premessa (96)). Il-marġini tad-dumping espress bħala persentaġġ tal-valur CIF fil-fruntiera Komunitarja kien ta’ 33,6 % għall-esportatur ikkonċernat.

(102)

Għandu jiġi nnutat li għal dak l-esportatur, il-marġini tad-dumping stabbilit fl-investigazzjoni inizjali kien għoli (aktar minn 50 %), li jwassal għal dazju msejjes fuq il-marġini tal-ħsara skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni mwettqa taħt din il-verifika tindika li għad hemm dumping, anki fuq volumi iżgħar ta’ esportazzjoni, għalkemm fuq livell aktar baxx.

D.   KEMM IDUMU Ċ-ĊIRKUSTANZI MIBDULA

(103)

Skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, kien ukoll eżaminat jekk iċ-ċirkustanzi mibdula kinux jistgħu b’mod raġjonevoli jissejħu li huma ta’ natura dejjiema.

Ir-Russja

BMK

(104)

Din il-kumpanija bħalissa hi soġġetta għal dazju residwu ffissat għal 50,7 % stabbilit tul l-investigazzjoni oriġinali fuq il-bażi ta’ data li tikkonċerna esportatur Russu ieħor, peress li l-BMK ma kkooperax f’dik l-investigazzjoni. Madankollu, il-marġni tad-dumping attwali ffissata għal 36,2 % ġiet ikkalkulata fuq it-tagħrif rigward il-BMK għall-PIV kollu.

(105)

Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjonijiet li l-livell tal-valur normali jew il-prezz ta’ esportazzjoni stabbilit għall-BMK f’din l-investigazzjoni mhux affidabbli. Il-prezz ta’ esportazzjoni tal-BMK lill-Komunità tul il-PIV instab li kien l-istess bħal dak ta’ l-esportazzjonijiet tiegħu lejn pajjiżi oħrajn, fejn inbiegħu kwantitajiet konsiderevolment ogħla tul il-PIV.

(106)

Għalkemm il-marġini tad-dumping li nstab fil-PIV jissejjes fuq volum relattivament żgħir ta’ esportazzjonijiet ta’ l-SWR lill-Komunità, hemm raġunijiet li jitqies li l-marġini tad-dumping li nstab jissejjes fuq ċirkostanzi mibdula ta’ natura dejjiema.

SSM

(107)

Huwa importanti li wieħed jiftakar li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta’ l-SSM lill-Komunità huma suġġetti għal garanzija fuq il-prezz li bdiet tapplika għall-esportazzjonijiet lill-10 Stati Membri l-ġodda (UE10) li ssieħbu ma’ l-UE fil-bidu ta’ l-aħħar xahrejn tal-perjodu ta’ verifika temporanja tar-Russja, jiġifieri f’Mejju 2004. Għalkemm il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ċċarġjati lill-klijenti li jinsabu fil-15-il Stat Membri li kienu jikkostitwixxu l-UE qabel l-1 ta’ Mejju 2004 kienu fil-livell meħtieġ mill-garanzija, il-bejgħ lill-klijenti ta’ l-UE10 instab li sar fuq livell ta’ prezz orħos. Barra minn hekk, instab ukoll li l-esportazzjonijiet lill-pajjizi terzi oħrajn fil-perjodu ta’ verifika temporanja tar-Russja saru fuq prezz sinifikament orħos u bi kwantitajiet sinifikament akbar minn dawk esportati lill-Komunità.

(108)

Ir-raġuni tal-kwantità żgħira ta’ esportazzjonijiet ta’ l-SWR mill-SSM lill-Komunità tul il-perjodu ta’ verifika temporanja tar-Russja ma tistax tingħata lir-restrizzjonijiet fuq il-kapaċità għaliex instab li l-kumpanija kellha disponibbli kapaċità ta’ produzzjoni żejda sinifikanti. Għalhekk, jidher ċar li l-kwantità żgħira ta’ esportazzjonijiet hi r-riżultat tal-prezzijiet imposti mill-garanziji fuq il-prezz. Dan jissuġġerixxi li jekk ma kienx ikun hemm garanziji fuq il-prezz, huwa probabbli li l-SSM kien ibiegħ kwantitajiet akbar bi prezzijiet orħos (u b’hekk dumped) fis-suq Komunitarju.

(109)

Kif indikat hawn fuq, l-esportazzjonijeit kollha — kemm lill-Komunità kif ukoll lill-pajjiżi terzi — tqiesu f’din l-analiżi.

(110)

L-investigazzjoni wriet li l-SSM kellu kapaċità żejda biex iżid b’mod sinifikanti l-esportazzjonijiet tiegħu kemm lill-Komunità kif ukoll lill-pajjiżi terzi. Jekk, kif inhu possibbli, l-SSM jipprova jirkupra s-sehem mis-suq li kellu fis-suq Komunitarju qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, hu jista’ jagħmel dan billi jbiegħ bi prezzijiet dumped fis-suq Komunitarju. Barra minn hekk, il-prezzijiet lejn pajjiżi oħra fil-medja kienu orħos mill-prezzijiet lis-suq tal-Komunità u l-investigazzjoni kkonkludiet li l-prodott ikkonċernat inbiegħ bi prezzijiet dumped lill-pajjiżi li mhumiex fl-UE.

(111)

Il-valur normali ta’ l-SSM fil-PIV issejjes fuq volum kbir (il-maġġoranza kbira tal-produzzjoni tiegħu) mibjugħ fl-andament normali tal-kummerċ fis-suq domestiku kompetittiv. Dan jindika li l-livell ta’ valur normali li nstab fl-investigazzjoni attwali hu ta’ natura dejjiema.

(112)

Għaldaqstant, huwa meqjus li, fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, il-volumi ta’ esportazzjoni ta’ l-SSM lill-Komunità se jiżdiedu f’daqqa u li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni jorħsu b’mod sinifikanti. Għalhekk, huwa konkluż li ċ-ċirkostanzi li allegatament inbidlu b’rigward għall-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta’ l-SSM ma jistgħux, b’mod raġjonevoli, jitqiesu li huma ta’ natura dejjiema.

It-Tajlandja

(113)

L-investigazzjoni tal-verifika temporanja wriet li l-esportazzjonijiet lill-Komunità magħmula mill-esportatur Tajlandiż li kkoopera ma sarux bi prezzijiet dumped. Instab ukoll li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni li ġew iċċarġjati mill-esportatur Tajlandiż lill-Komunità kienu daqs il-prezzijiet iċċarġjati lill-partijiet li jinsabu f’pajjiżi terzi oħrajn, fejn inbiegħu kwantitajiet akbar.

(114)

Barra minn hekk, instab li l-esportatur Tajlandiż żviluppa n-netwerk ta’ distribuzzjoni tiegħu u offra SWR lil firxa akbar ta’ klijenti fil-bqija tad-dinja. Sussidji fil-bejgħ ġew stabbiliti fl-Awstralja, Singapor u l-Istati Uniti. Ir-raġuni tal-kwantità żgħira ta’ esportazzjonijiet ta’ Usha ta’ SWR lill-Komunità ma tistax tingħata lir-restrizzjonijiet tal-kapaċità peress li l-kumpanija ma għandha prattikament l-ebda kapaċità żejda.

(115)

Tqies li, fin-nuqqas tal-miżuri anti-dumping (jiġifieri bħalissa garanzija fuq il-prezz), il-volumi ta’ l-esportazzjonijiet ta’ Usha lill-Komunità mhux se jiżdied b’mod sinifikanti u li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet tiegħu bilkemm se jiġu affettwati. Fuq il-bażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li, fin-nuqqas ta’ kapaċità żejda sinifikanti u b’kunsiderazzjoni għall-fatt li l-kumpanija tiffoka l-esportazzjonijiet tagħha prinċipalment fuq ħafna aktar swieqi ta’ esportazzjoni milli l-Komunità fejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni huma konsiderevolment ogħla milli fis-suq Komunitarju, iċ-ċirkostanzi mibdula li nstabu b’rigward għal Usha jista’ jitqiesu bħala li huma ta’ natura dejjiema.

It-Turkija (Has Celik)

(116)

L-importazzjonijiet lill-Komunità ta’ SWR li joriġinaw mit-Turkija żdiedu b’mod sinifikanti mis-sena 2005 ’l hawn. Dak iż-żmien, verifika temporanja kkonkludiet li, fin-nuqqas ta’ dumping, kien xieraq li l-miżuri li jikkonċernaw l-esportatur Tork applikant jiġu rrevokati.

(117)

Il-verifika temporanja attwali għall-istess produttur ikkonfermat li l-esportazzjonijiet tagħha lill-Komunità saru bi prezzijiet li ma nstabux li kienu dumped. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ dik il-kumpanija nstabet limitata meta mqabbel mal-konsum Komunitarju. Għaldaqstant jista’ jiġi konkluż li l-bidla fiċ-ċirkostanzi kif ġie stabbilit fil-verifika temporanja hi ta natura dewwiema.

L-iżviluppi fl-importazzjonijiet li kieku l-miżuri kellhom jiġu rrevokati

Rimarki preliminarji

(118)

Il-produtturi li jikkooperaw f’din l-investigazzjoni jirrappreżentaw kważi t-totalità ta’ l-importazzjonijiet fl-UE mill-pajjiżi kkonċernati. L-eżami ta’ jekk dumping hux probabbli li jissokta li kieku l-miżuri kellhom jiġu rrevokati għalhekk kien imsejjes, fil-biċċa l-kbira, fuq it-tagħrif ipprovdut minn dawn il-produttri esportaturi li kkooperaw. B’mod partikolari, ġew eżaminati l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn swieq ta’ esportazzjoni oħra u l-produzzjoni tagħhom, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-ħażniet.

(119)

Sabiex tiddetermina jekk kienx hemm il-probabbiltà li d-dumping jissokta, il-Kummissjoni tat daqqa t’għajn lejn il-qagħda attwali tal-pajjiżi u l-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni. Fejn relevanti, ħarset lejn l-eżistenza possibbli ta’ dumping fuq l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Saret analiżi wkoll ta’ l-imġiba tal-prezzijiet, il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni ta’ produtturi esportaturi oħrajn fil-pajjiżi kkonċernati mill-investigazzjoni. Din l-analiżi ssejset fuq data dwar l-għarfien tas-suq ipprovduta mill-industrija Komunitarja u l-produtturi esportaturi, l-istatistika ta’ importazzjoni ta’ l-Eurostat u meta disponibbli, l-istatistika ta’ l-esportazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati.

Ir-Russja

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u investimenti

(120)

SSM irnexxielha żżid il-produzzjoni fil-perjodi ta’ investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza b’7 % meta mqabbel mas-sena 2005.

(121)

Filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli tul il-perjodu meqjus, l-użu tal-kapaċità medja fir-Russja nstab li kien madwar 60 sa 65 % għall-perjodu ta’ investigazzjoni tal-verifika. Għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-produtturi esportaturi fir-Russja għandhom il-kapaċità jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq Komunitarju jekk il-miżuri jiġu rrevokati.

(122)

Barra minn hekk, il-kapaċità globali tar-Russja rigward il-prodott ikkonċernat hi meqjusa li hi madwar il-livell tal-konsum ta’ l-UE totali tul il-PIVS, jiġifieri 220 000 tunnellata. Peress li s-suq Russu mhux kapaċi jieħu ħsieb dan il-livell ta’ forniment, il-produtturi Russi jistgħu jagħżlu li jidderieġu mill-ġdid din il-kapaċità żejda lill-Komunità bi prezzijiet dumped jekk il-miżuri jiġi rrevokati.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(123)

Fil-premessi (61) u (1), ġie spjegat li minħabba l-eżistenza ta’ garanzija fil-prezz, l-esportazzjonijiet li saru lill-Komunità ma kinux saru b’livelli dumped. Ġie muri wkoll li l-MIPs stabbiliti bil-garanzija tal-prezz influwenzaw l-għoti ta’ prezzijiet tal-kumpanija Russa kkonċernata fis-suq Komunitarju. Għalhekk ġie konkluż li l-prezz ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità ma kienx affidabbli fis-sens ta’ l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(124)

Għalhekk il-prezzijiet lejn il-pajjiżi terz tqiesu li kienu aktar affidabbli peress li ma kinux suġġetti għal restrizzjonijiet tul il-PIVS.

(125)

Waqt il-PIVS ukoll, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni Russi lill-pajjiżi terzi kienu ġeneralment orħos mil-livell tal-prezz fil-Komunità. Għalhekk, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, l-esportaturi Russi probabbilment jesportaw l-SWR fi kwantitajiet kbar lill-Komunità bi prezzijiet orħos milli skond il-garanzija fuq il-prezz attwali. Għaldaqstant jidher probabbli li d-dumping jissokta li kieku l-miżuri anti-dumping fis-seħħ jiġu rrevokati. Dan hu partikolarment relevanti fid-dawl tal-qagħda attwali rigward il-garanzija fil-prezz.

Konklużjoni dwar ir-Russja

(126)

L-imġiba ta’ l-esportaturi Russi u l-influwenza tal-garanzija fuq il-prezz fil-livell tal-prezz ta’ esportazzjoni lill-Komunità, il-livell orħos prevalenti tal-prezzijiet fil-pajjiżi terzi u l-kapaċitajiet kbar ta’ produzzjoni żejda disponibbli huma indikazzjonijiet ċari li l-produttur Russi probabbli jaqleb għas-suq Komunitarji bi kwantitajiet kbar bi prezzijiet dumped fil-każ li l-miżuri jiġu rrevokati.

It-Tajlandja

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u investimenti

(127)

Il-produttur li kkoopera Tajlandiż hu l-produttur dominanti fit-Tajlandja u jirrappreżenta sehem kbir, f’dan il-każ madwar 80 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni installata u l-produzzjoni attwali ta’ SWR fit-Tajlandja. L-investigazzjoni wriet li dan il-produttur jipproduċi b’kapaċità sħiħa u li ż-żewġ produtturi Tajlandiża magħrufa l-oħra huma kważi għalkollox nieqsa mis-suq Komunitarju u li ma kellhomx disponibbli kapaċitajiet ta’ produzzjoni kbar.

(128)

L-investigazzjoni wriet li anki jekk il-produttur esportatur li jikkoopera kien qiegħed ibiegħ bi prezzijiet dumped fis-suq Komunitarju, il-volumi tal-bejgħ tiegħu kienu tassew żgħar. Ġie osservat fuq il-bażi ta’ l-esportazzjonijiet dinjin tal-kumpanija li l-kumpanija tiffoka fuq bosta swieq ta’ esportazzjoni oħrajn għajr il-Komunità, b’mod partikolari l-Istati Uniti, Singapor, l-Indoneżja, l-Awstralja, il-Ġappun u l-Malażja. F’dawn il-pajjiżi saħansitra ġew stabbiliti sussidji fuq il-bejgħ.

Relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni u l-garanzija fuq il-prezz

(129)

Il-produttur esportatur li kkoopera osserva l-garanzija fuq il-prezz u, minħabba l-prezzijiet tas-suq li bħalissa huma għoljin, biegħ bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet minimi miftehma f’bosta okkażjonijiet. Ma hemm l-ebda kumpaniji Tajlandiżi oħra li tesporta l-prodott ikkonċernat lis-suq Komunitarju.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(130)

Tul il-PIVS, il-volum tal-bejgħ ta’ Usha lill-bqija tad-dinja kien sinifikament ogħla mill-bejgħ lejn il-Komunità, minkejja li l-livell tal-prezz ta’ esportazzjoni fil-Komunità kien fil-medja 9,5 % ogħla milli fil-bqija tad-dinja.

(131)

Fuq bażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, mhux probabbli li l-produttur esportatur li kkoopera fit-Tajlandja se jesporta kwantitajiet kbar lis-suq Komunitarju, anki jekk il-miżuri jiġu rrevokati. Ma jidhirx li ż-żewġ produtturi Tajlandiżi l-oħra għandhom netwerk ta’ distribuzzjoni internazzjonali fis-seħħ li tippermettilhom li jidħlu s-suq Komunitarji b’mod aggressiv u li jiksbu sehem mis-suq.

It-Turkija

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u investimenti

(132)

Skond it-tagħrif miġbur tul l-investigazzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni ma nbidlitx tul il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-użu tal-kapaċità żdied. Għaldaqstant, instab li ż-żewġ kumpaniji Torok laħqu madwar 90 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni tagħhom. Ma hemm l-ebda kumpanija oħra fit-Turkija li tipproduċi l-PC.

(133)

Barra minn hekk, ġie osservat li s-sehem ta’ l-importazzjonijiet dumped mit-Turkija (minn Celik Halat) fis-suq tal-Komunità kien inqas minn 0,5 % li minnhom 10 % lanqas biss kienu f’kompetizzjoni mal-produzzjoni Komunitarja, peress li kienu tipi ta’ prodotti li ma kinux magħmula mill-industrija Komunitarja. Peress li nstab li Has ma kienx qiegħed jiddampja, is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet dumped mit-Turkija kien għalhekk baxx ħafna. Għalhekk, huwa biss sehem żgħir mill-esportazzjonijiet mit-Turkija li huwa dumped u f’kompetizzjoni diretta ma’ l-industrija Komunitarja.

Konklużjonijiet dwar iċ-ċans ta’ kontinwazzjoni tad-dumping

(134)

Fid-dawl ta’ l-argumenti ta’ hawn fuq, mhux probabbli li l-produttur esportatur li kkoopera jesporta kwantitajiet kbar lis-suq Komunitarji, anki jekk il-miżuri jiġu rrevokati. Fuq din il-bażi, mhux probabbli li jkun hemm rikorrenza jew li d-dumping jissokta.

E.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TAL-ĦSARA

1.   Definizzjoni tal-produzzjoni Komunitarja u ta’ l-Industrija Komunitarja

Produzzjoni Komunitarja

(135)

L-SWR huma prodotti minn 29 produttur Komunitarju fil-Komunità u l-produzzjoni nstabet li tammonta għal madwar 202 000 tunnellata tul il-PIVS.

(136)

Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, ċerti produtturi Komunitarji nstabu jimportaw il-prodott ikkonċernat. Madankollu, il-kwantitajiet importati kienu żgħar ħafna meta mqabbla mal-produzzjoni tagħhom (inqas minn 1 % tal-volum tal-produzzjoni tagħhom) u ma kien hemm l-ebda prodotti importati li oriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati. Għalhekk, ġie konkluż li ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex dawn il-produtturi kellhom jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-produzzjoni Komunitarja.

(137)

L-SWR prodotti minn dawn id-29 produttur Komunitarju b’hekk jikkostitwixxu l-produzzjoni Komunitarja totali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

L-industrija Komunitarja

(138)

L-applikazzjoni għal verifika temporanja u ta’ skadenza ġiet appoġġata minn 22 produttur Komunitarju u kollha qablu li jikkooperaw fl-investigazzjoni. Ġie eżaminat jekk dawn il-produtturi li jikkooperaw jirrappreżentawx proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott ikkonċernat u nstab li huma ammontaw għal 87 % tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott ikkonċernat tul il-PIVS u l-perjodi ta’ investigazzjoni ta’ verifiki temporanji varji.

(139)

Għalhekk ġie konkluż li t-22 produttur Komunitarju li kkooperaw u li appoġġjaw irrappreżentaw l-industrija Komunitarja fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u 5(4) tar-Regolament Bażiku. Dawn huma ’il quddiem imsejħa “l-industrija Komunitarja”.

2.   Is-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju

2.1.   Il-konsum fis-suq tal-Komunità

(140)

Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit fuq il-bażi ta’

il-volumi tal-bejgħ tal-produtturi Komunitarji li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja,

stimi tal-bejgħ tal-produtturi l-oħra fis-suq Komunitarju msejsa fuq id-data pprovduta fl-applikazzjoni, u

Eurostat-data ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati kif ukoll mill-pajjiżi terzi.

(141)

Bejn l-2003 u l-PIVS, il-konsum Komunitarju żdied b’aktar minn 46 000 tunnellata, jew b’26 %, biex jilħaq volum totali ta’ konsum ta’ aktar minn 222 000 tunnellata tul il-PIV.

Tabella 1

 

2003

2004

2005

PIVS

Il-konsum tal-Komunità

(tunnellati)

176 438

195 363

214 529

222 456

L-Indiċi

100

111

122

126

2.2.   Żvilupp ta’ l-importazzjonijiet u t-tnaqqis fil-prezz mir-Russja

2.2.1.    Volumi, sehem tas-suq u prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja

(142)

Il-volumi u s-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Federazzjoni Russa żviluppati kif stipulat fit-tabella hawn isfel.

Tabella 2

 

2003

2004

2005

PIVS

Volum ta’ importazzjonijiet

(tunnellati)

2 198

1 844

2 908

3 323

L-Indiċi

100

84

132

151

Is-sehem mis-suq

1,2  %

0,9  %

1,4  %

1,5  %

L-Indiċi

100

75

117

125

(143)

Tul il-perjodu meqjus, l-importazzjonijiet mill-Federazzjoni Russa żdiedu b’51 %, minn 2 198 tunnellata fl-2003 għal 3 323 tunnellata tul il-PIVS. Safrattant, is-sehem tal-konsum Komunitarju li jikkonsisti f’importazzjonijiet, żdied minn 1,2 % għal 1,5 % jew b’25 %.

(144)

L-approċċ segwit biex jikkalkula l-garanzija tal-prezz f’dan il-każ hu l-istess bħal dak deskritt fil-premessi (136) sa (140) tar-Regolament proviżorju. Il-prezz fil-fruntiera Komunitarja ċċarġjat mill-esportaturi kkonċernati tqabbel fuq bażi ta’ tip b’tip mal-prezz tal-fabbrika ta’ l-Industrija Komunitarja. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwali tal-prezz tal-fabbrika ta’ l-Industrija Komunitarja.

(145)

Il-livell tal-prezz iċċarġjat mill-SSM lill-klijenti bbażati fil-Komunità, probabbilment, ġie affettwat mill-garanzija aċċettata fil-kuntest tar-Regolament oriġinali. Madankollu, instab livell sinifikanti ta’ tnaqqis fil-prezz ta’ 49 %.

(146)

Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, jidher li s-sehem tas-suq relattivament baxx ta’ l-esportazzjonijiet Russi hu ċertament ikkaġunat mill-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra r-Russja. Minħabba l-livell tal-prezzijiet Russi u l-kobor tad-dumping li bħalissa qiegħed iseħħ fir-Russja, huwa probabbli ħafna li l-kapaċitajiet żejda kbar disponibbli fil-pajjiż jistgħu jintużaw faċilment biex iżidu l-esportazzjonijiet lejn is-suq Komunitarju.

2.3.   Volumi, sehem mis-suq u prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħrajn ikkonċernati minn din il-verifika

(147)

Huwa mfakkar li fil-premessi (131) u (134), ġie konkluż li ma kienx hemm riskju ta’ ripetizzjoni ta’ dumping għall-importazzjonijiet ta’ l-SWR li joriġinaw mit-Tajlandja u t-Turkija. It-tendenzi ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi l-oħra kkonċernati minn din il-verifika ġew eżaminati wkoll. Il-volumi ta’ l-importazzjoni u s-sehem tas-suq tal-pajjiżi l-oħra kkonċernati minn din il-verifika żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

 

2003

2004

2005

PIVS

It-Tajlandja

Volum ta’ importazzjonijiet

(tunnellati)

368

160

86

118

Li minnhom importazzjonijiet dumped

 

 

 

0

Is-sehem tas-suq totali

0,21  %

0,08  %

0,04  %

0,05  %

It-Turkija

Volum ta’ importazzjonijiet

(tunnellati)

2 248

2 223

4 246

4 805

Li minnhom importazzjonijiet dumped

 

 

 

1 089

Is-sehem tas-suq totali

1,27  %

1,11  %

1,98  %

2,16  %

(148)

It-tabella turi li l-volumi ta’ l-importazzjonijiet mit-Tajlandja kienu ftit ħafna tul il-perjodu kkunsidrat, b’sehem mis-suq ta’ 0,1 % tul il-PIVS.

(149)

L-importazzjonijiet totali mit-Turkija żdiedu minn 2 248 tunnellata għal 4 805 tunnellati mill-2003 sa l-aħħar tal-PIVS, jew b’113 %. F’termini tas-sehem tas-suq, l-importazzjonijiet kważi rduppjaw, minn 1,3 % għal 2,2 %. Madankollu, b’rabta mad-daqs globali tas-suq Komunitarju, il-volumi ta’ l-importazzjonijiet mit-Turkija mhumiex kbar ħafna.

(150)

Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-produttur esportatur ewlieni fit-Turkija m’għandhux dazji fis-seħħ kontra l-esportaturi tiegħu. Dan probabbilment ippermetta lil dan il-produttur esportatur li jżid il-bejgħ tiegħu lill-UE bi prezzijiet relattivament għoljin.

(151)

L-approċċ segwit biex jiġi kkalkulat it-tnaqqis fuq il-prezz f’dan il-każ hu l-istess bħal dak deskritt fil-Premessi (136) sa (140) tar-Regolament proviżorju. Il-prezz fil-fruntiera Komunitarja ċċarġjat mill-esportaturi kkonċernati tqabbel fuq bażi ta’ tip b’tip mal-prezz tal-fabbrika ta’ l-Industrija Komunitarja. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwali tal-prezz tal-fabbrika ta’ l-Industrija Komunitarja.

(152)

Minkejja l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, instab tnaqqis fil-prezz ta’ 24 % għall-importazzjonijiet dumped mit-Turkija, filwaqt li l-livell ta’ tnaqqis fil-prezz għal importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajlandja nstab li kien madwar 1 %.

2.4.   Volumi u sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kkonċernati mill-miżuri anti-dumping iżda mhux ikkonċernati minn din il-verifika

(153)

Huma mfakkar li l-miżuri anti-dumping huma imposti fuq ħbula u kejbils ta’ l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina. Dawn il-miżuri anti-dumping kienu fis-seħħ tul il-perjodi kkunsidrat kollu:

Tabella 4

 

2003

2004

2005

PIVS

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Importazzjonijiet (tunnellati)

1 545

3 374

6 581

7 560

L-Indiċi

100

218

426

489

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 088

1 120

1 063

947

Is-sehem mis-suq

0,9  %

1,7  %

3,1  %

3,4  %

L-Indja

Importazzjonijiet (tunnellati)

4 218

4 832

6 551

6 108

L-Indiċi

100

115

155

145

Prezz medju (EUR/tunnellata)

902

1 036

1 130

1 123

Is-sehem mis-suq

2,3  %

2,5  %

3,1  %

2,7  %

L-Afrika t’Isfel

Importazzjonijiet (tunnellati)

184

795

577

941

L-Indiċi

100

433

314

512

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 303

1 471

1 584

1 573

Is-sehem mis-suq

0,1  %

0,4  %

0,3  %

0,4  %

L-Ukraina

Importazzjonijiet (tunnellati)

1 222

1 438

1 149

776

L-Indiċi

100

118

94

63

Prezz medju (EUR/tunnellata)

866

712

752

662

Is-sehem mis-suq

0,7  %

0,7  %

0,5  %

0,3  %

Tunnellati totali

6 785

10 978

16 177

16 012

Is-sehem mis-suq totali

3,7  %

5,6  %

7,5  %

7,2  %

(154)

Ta min wieħed jinnota li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi li għandom miżuri anti-dumping żdiedu b’mod sinifikanti tul il-perjodu meqjus, kemm f’termini ta’ volum, b’żieda ta’ 135 %, kif ukoll f’termini ta’ sehem mis-suq b’żieda minn 3,7 % għal 7,2 % tul l-istess perjodu.

2.5.   Volumi u sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra li mhumiex ikkonċernati minn miżuri anti-dumping

(155)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif muri hawn isfel.

Tabella 5

 

2003

2004

2005

RIP

Volumi totali (tunnellati) li minnhom:

42 486

54 983

58 843

61 271

L-Indiċi

100

129

138

144

Korea t’Isfel

22 400

32 121

34 634

36 408

L-Indiċi

100

143

155

163

Il-Malażja

4 836

4 426

5 123

6 642

L-Indiċi

100

92

106

137

Il-Korea ta’ fuq

150

1 626

2 212

3 324

L-Indiċi

100

1 084

1 475

2 216

(156)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi li mhumiex suġġetti għall-miżuri anti-dumping żdiedu b’madwar 19 000 tunnellata jew b’44 % tul il-perjodu meqjus. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-importazzjonijiet joriġinaw mil-Korea t’Isfel.

3.   Qagħda ekonomika ta’ l-Industrija Komunitarja

3.1.   Kummenti preliminari

(157)

Fid-dawl tan-numri l-kbar ta’ produtturi Komunitarji li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja, ġie deċiż li jintagħżel kampjun tal-produtturi Komunitarji skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, kif spjegat fil-Premessi (20) u (21) hawn fuq. Il-ħames produtturi Komunitarji li huma inklużi fil-kampjun intagħżlu peress li jirrappreżentaw l-akbar volum ta’ rappreżentanti tal-produzzjoni li jistgħu jiġu investigati b’mod raġjonevoli fiż-żmien disponibbli. Jissemmew fil-Premessa (26) hawn fuq.

(158)

Id-data tal-ħsara pprovduta hawn isfel għalhekk tissejjes kemm fuq is-sejbiet magħmula fuq livell tal-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun kif ukoll fuq is-sisien tas-sejbiet magħmula fuq il-livell tat-22 produttur li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja. Minħabba raġunijiet ta’ ċarezza, ġie ddikjarat b’mod espliċitu meta l-fatturi tad-dannu jirreferu għat-tagħrif miksub mill-kampjun. Fin-nuqqas ta’ tali referenza, għandu jitqies li d-data nkisbet mit-22 produttur Komunitarju li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja.

3.2.   Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni installata u rata ta’ kapaċità ta’ l-użu

(159)

Tabella 6

 

2003

2004

2005

PIVS

Produzzjoni (tunnellati)

149 957

148 536

161 611

176 119

L-Indiċi

100

99

108

117

Kapaċità ta’ produzzjoni installata

(tunnellati)

229 066

229 654

245 343

247 833

L-Indiċi

100

100

107

108

Rata tal-kapaċità ta’ l-użu

65  %

65  %

66  %

71  %

L-Indiċi

100

99

101

109

(160)

Tul il-perjodu meqjus, il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kollha żdiedet b’madwar 26 000 tunnellata, jew bi 17 %. Din iż-żieda għandha titqies fid-dawl tal-konsum Komunitarju li żdied minn 46 000 tunnellata jew b’26 % u l-esportazzjonijiet li żdiedu ta’ l-industrija Komunitarja tul l-istess perjodu.

(161)

Din iż-żieda fil-produzzjoni pprovokat żieda ta’ 8 % fil-kapaċità tal-produzzjoni, biex tilħaq kważi 248 000 tunnellata tul il-PIVS.

(162)

Ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċità baqgħet relattivament stabbli tul l-ewwel snin tal-perjodu meqjus. Madankollu, tul il-PIVS, minħabba ż-żieda fil-produzzjoni, ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċità żdiedet minn madwar 65 % għal aktar minn 70 %.

3.3.   Ħażna tat-tagħrif miġbur mill-kampjun

Tabella 7

 

2003

2004

2005

PIVS

Ħażna (tunnellati)

11 565

10 236

11 465

12 652

L-Indiċi

100

89

99

109

Ħażna bħala % tal-bejgħ globali

20  %

17  %

18  %

18  %

(163)

Il-livell tal-ħażna baqa’ relattivament stabbli tul il-perjodu meqjus, speċjalment b’rigward għall-bejgħ.

3.4.   Volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-konsum u t-tkabbir Komunitarju

Tabella 8

 

2003

2004

2005

PIVS

Volum ta’ bejgħ (tunnellati)

107 032

106 542

112 687

116 625

L-Indiċi

100

100

105

109

Sehem mis-suq tal-konsum Komunitarju

60,7  %

54,5  %

52,5  %

52,4  %

L-Indiċi

100

90

87

86

Tkabbir tal-fatturat tal-bejgħ (eluf ta’ EUR)

217 912

230 267

262 495

297 009

L-Indiċi

100

106

120

136

(164)

Il-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju baqgħu relattivament stabbli f’termini assoluti tul il-perjodu meqjus. Ġiet innutata żieda ta’ 9 % fil-volumi tal-bejgħ tul il-PIVS iżda dan ir-rendiment għandu jidher fid-dawl ta’ l-iżvilupp tal-konsum Komunitarju li żdied b’26 %.

(165)

Fid-dawl ta’ l-iżvilupp tal-konsum Komunitarju u minkejja ż-żieda fil-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas konsiderevolment tul il-perjodu meqjus. L-industrija Komunitarja tilfet aktar minn 8 punti ta’ perċentwali mis-suq tal-konsum Komunitarju tul dak il-perjodu.

(166)

Il-prezzijiet tal-bejgħ globali fl-industrija tal-Komunità żdiedu b’36 % waqt il-perjodu kkunsidrat. Dan għandu jidher b’mod partikolari fid-dawl ta’ prezzijiet tal-bejgħ miżjuda għal kull tunnellata, li jirrefletti b’mod ewlieni kostijiet u prezzijiet tax-xiri ogħla tal-materja prima.

3.5.   Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet Komunitarji — tagħrif miġbur mill-kampjun

Tabella 9

 

2003

2004

2005

PIVS

Prezz tal-bejgħ medju

(EUR/tunnellata)

1 902

2 058

2 170

2 142

L-Indiċi

100

108

114

113

Kost medju tal-materja prima (vireg tal-wajer)

(EUR/tunnellata)

511

559

662

734

L-Indiċi

100

109

129

143

(167)

Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdied b’EUR 240/tunnellata, jew bi 13 % tul il-perjodu meqjus. L-investigazzjoni wriet li dan kien ovvjament riflessjoni taż-żieda tal-prezzijiet tal-materja prima, b’mod partikolari tal-vireg tal-wajer ta’ l-azzar. Il-kost tal-vireg tal-wajer mixtrija żdied b’EUR 223/tunnellata tul il-perjodu meqjus, jew b’43 % meta mqabbel mal-kost fil-bidu tal-perjodu meqjus.

(168)

Wieħed mill-produtturi inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja nstab li xtara materja prima, li tinkludi vireg tal-wajer, minn partijiet relatati (“gruppi ta’ l-azzar integrati vertikalment”). Għalhekk ġie eżaminat jekk il-prezzijiet mill-fornituri relatati lill-produtturi Komunitarji kinux skond dawk iċċarġjati mill-fornitur relatat għall-klijenti indipendenti. Instab li l-prezzijiet iċċarġjati lill-produtturi Komunitarji kienu skond il-prezzijiet għall-klijenti indipendenti u li din iż-żieda kienet tirrefletti wkoll iż-żieda ġenerali tal-prezzijiet ta’ l-azzar tul il-perjodu meqjus. Għalhekk, ġie konkluż li l-ispejjeż medji tal-materja prima mixtrija mill-produtturi Komunitarji li kienu integrati vertikalment għandhom jiġu inklużi wkoll fil-kalkoli.

3.6.   Impjieg u Pagi — tagħrif miġbur mill-kampjun

Tabella 10

 

2003

2004

2005

PIVS

L-impjegati

1 023

999

1 064

1 087

L-Indiċi

100

98

104

106

Pagi/impjegati (EUR)

33 943

36 674

37 987

38 348

L-Indiċi

100

108

112

113

Pagi għal kull tunnellata prodotta

606

634

614

592

L-Indiċi

100

105

101

98

(169)

Fid-dawl tal-produzzjoni miżjuda u l-volum tal-bejgħ imniżżel hawn fuq, l-industrija Komunitarja żiedet in-numru ta’ impjegati b’6 % tul il-perjodu meqjus.

(170)

Il-pagi għal kull impjegat żdiedu wkoll tul il-perjodu meqjus, flimkien maż-żieda ġenerali fil-pagi tul dan il-perjodu. Madankollu, instab li l-kost medju tal-pagi għal kull tunnellata għandha tonqos kemmxejn tul il-perjodu meqjus.

3.7.   Produttività — tagħrif miġbur mill-kampjun

Tabella 11

 

2003

2004

2005

PIVS

Tunnellata prodotta/impjegat

56

58

62

65

L-Indiċi

100

103

110

116

(171)

Il-livell tal-produttività osservat għall-industrija Komunitarja żdied b’mod konsiderevoli tul il-perjodu meqjus. Dan juri li l-industrija hi kapaċi taddatta lilha nfisha għall-qagħda fis-suq Komunitarju.

3.8.   Il-kobor tal-marġini attwali tad-dumping u l-irkupru mill-effetti tad-dumping ta’ l-imgħoddi

(172)

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-kobor tal-marġini ta’ dumping attwali, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, dan l-impatt ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

3.9.   Profittabbiltà, qligħ mill-investiment u likwidità — tagħrif miġbur mill-kampjun

Tabella 12

 

2003

2004

2005

PIVS

Qligħ fuq il-bejgħ Komunitarju

–0,1  %

+0,4  %

+4,6  %

+5,3  %

Dħul fuq l-assi kollha

–18,8  %

+14,1  %

+26  %

+24,4  %

Likwidità (% tal-bejgħ totali)

+0,1  %

+1,2  %

+4,3  %

+6,2  %

(173)

Minħabba l-iżvilupp pożittiv tal-profittabbiltà tul il-perjodu meqjus, il-likwidità u l-qligħ fuq l-assi wrew tendenzi pożittivi tul dak il-perjodu. Minn telfien żgħir fl-2003, l-industrija Komunitarja setgħet iżżid bil-mod iżda b’mod stabbli l-qligħ tagħha, kemm b’rigward għall-bejgħ u kemm b’rigward għall-assi tagħha. Dan ir-rendiment hu probabbilment ikkawżat minħabba t-titjib qawwi fil-produttività.

(174)

Madankollu, hu mfakkar li din il-qagħda tista’ tinbidel malajr minħabba l-livelli tal-prezz għoljin ta’ l-azzar prevalenti fis-suq, iżda speċjalment jekk il-miżuri anti-dumping jiġu permessi jiskadu u l-volumi kbar ta’ importazzjonijiet dumped jiġu permessi jidħlu fis-suq.

Tabella 13

 

2003

2004

2005

PIVS

L-investimenti

46 570

43 158

51 362

56 538

L-Indiċi

100

93

110

121

3.10.   Investiment u ħila biex jiżdied il-kapital — tagħrif miġbur mill-kampjun

(175)

Il-livell ta’ l-investimenti osservat fuq livell tal-kumpaniji fil-kampjun żdied bi 21 % tul il-perjodu meqjus u għandu jidher fid-dawl ta’ żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni.

(176)

L-ebda mill-produtturi Komunitarji ma rrapporta problemi speċifiċi b’rigward għall-ħila tagħhom biex iżidu l-kapital.

3.11.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

(177)

L-investigazzjoni wriet li mindu saret l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-SWR, l-industrija Komunitarja rnexxielha ttejjeb il-qagħda ekonomika tagħha. Bosta fatturi ta’ ħsara bħall-volum tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produttività jistgħu jiżdiedu. Dan ir-rendiment intlaħaq f’suq li qed jikber u jissaħħaħ hekk kif il-konsum żdied bi 26 % tul il-perjodu meqjus.

(178)

Madankollu l-fatt li l-industrija Komunitarja tilfet sehem mis-suq madankollu jindika li ma setgħetx tgawdi bis-sħiħ minn din il-qagħda pożittiva tas-suq Komunitarju.

(179)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-industrija Komunitarja setgħet ittejjeb il-qagħda finanzjarja globali tagħha. Iż-żieda ta’ 13 % fil-prezzijiet tal-bejgħ tul il-PIVS ippermettiet lill-industrija li jkollha aktar qligħ minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima. Għaldaqstant il-qligħ fuq l-assi u l-likwidità tjiebu wkoll tul il-perjodu meqjus. Għalhekk ġie konkluż li, għalkemm is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet, meta mqabbla mal-perjodu ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, din għadha fraġli.

4.   Attivitajiet ta’ esportazzjoni ta’ l-Industrija Komunitarja — tagħrif miġbur mill-kampjun

Tabella 14

 

2003

2004

2005

PIVS

Bejgħ ta’ l-esportazzjoni (tunnellati)

8 475

11 870

10 618

13 374

L-Indiċi

100

140

125

157

% tal-bejgħ totali

15  %

21  %

19  %

22  %

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

2 123

2 302

2 835

3 063

L-Indiċi

100

108

134

144

(180)

Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni mill-industrija Komunitarja fil-kampjun tjieb konsiderevolment tul il-perjodu meqjus. Il-bejgħ fuq l-esportazzjoni żdied bi 57 % tul il-perjodu meqjus. Kif ukoll bħala proporzjon tal-bejgħ globali tagħha, il-bejgħ ta’ l-esportazzjoni żdied minn 15 % sa 22 %.

(181)

Il-prezz medju għal kull tunnellata għall-bejgħ ta’ l-esportazzjoni hu konsiderevolment ogħla mill-prezz medju għall-bejgħ fis-suq Komunitarju (ara l-premessa (167)). Il-prezzijiet ogħla ta’ l-SWR esportati huwa peress li huma prodotti aktar sofistikati, li kienet il-kawża ta’ kostijiet ogħla tal-materja prima u l-kostijiet ogħla tal-manifattura. Minkejja l-kost ogħla tal-produzzjoni, ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kkontribwixxa b’mod sinifikanti għal profitabbiltà ġenerali għall-industrija Komunitarja.

5.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-ħsara

(182)

L-investigazzjoni wriet li l-kapaċitajiet żejda disponibbli Russi huma sinifikanti u jidher li ma hemm l-ebda raġuni għall-ixkiel ta’ l-attivazzjoni ta’ tali kapaċitajiet jekk il-miżuri jiskadu. Barra minn hekk, il-produtturi Russi probabbli jmexxu ammont sostanzjali tal-bejgħ attwali tagħhom ’l bogħod mis-swieq terzi u fil-Komunità minħabba l-prezzijiet prevalenti ogħla hemmhekk. Flimkien, dawn il-kwantitajiet ikunu sostanzjali — proċess imħaffef mill-eżistenza ta’ kanali ta’ distribuzzjoni stabbiliti sew fil-Komunità għall-esportazzjonijiet Russi.

(183)

Barra minn hekk, il-livelli sinifikanti tad-dumping u ta’ tnaqqis fil-prezz osservati, il-fatt li l-impenji jidhru li jaġixxu bħala limitu għall-prezz, kif ukoll il-livell baxx ta’ prezzijiet mitluba għall-esportazzjonijiet Russi lejn pajjiżi terzi oħra, jindikaw li l-volumi ta’ l-esportazzjonijiet sostanzjalment ogħla lejn il-Komunità kif imsemmi hawn fuq isiru bi prezzijiet dumped li jkunu sinifikament orħos mill-prezzijiet u l-kostijiet ta’ l-industrija Komunitarja.

(184)

L-effett konġunt ta’ tali volumi u prezzijiet probabbli li jwassal għal deterjorazzjoni sinifikanti tal-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja, li l-qagħda tagħha għadha fraġli. Jekk ir-rispons ta’ l-industrija Komunitarja għal dan kien tnaqqis fil-bejgħ (u b’hekk tal-produzzjoni), jew tnaqqis fil-prezzijiet, jew it-tnejn, id-deterjorazzjoni finanzjarja tkun sostanzjali, u titfa’ lill-industrija lura għad-diffikultajiet osservati qabel l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali.

(185)

Fuq din il-bażi, ġie konkluż, li hemm probabbiltà kbira ta’ rikorrenza ta’ dumping dannuż jekk il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ l-SWR li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa jiġu permessi jiskadu.

F.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1.   Rimarki preliminari

(186)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Komunità b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni ta’ l-interess Komunitarju ssejset fuq stima ta’ l-interessi diversi kollha involuti. Din l-investigazzjoni tanalizza sitwazzjoni fejn il-miżuri anti-dumping kienu diġà fis-seħħ u tippermetti għal stima ta’ kwalunkwe impatt negattiv fuq il-partijiet ikkonċernati minħabba l-miżuri anti-dumping attwali.

(187)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, kienx hemm raġunijiet kompulsivi li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

2.   L-interess ta’ l-industrija Komunitarja

(188)

Kif deskritt hawn fuq, hemm probabbiltà ċara ta’ rikorrenza ta’ dumping dannuż jekk il-miżuri applikabbli għall-esportaturi Russi jiġu rrevokati.

(189)

Huwa mfakkar li mhux inqas minn 22 produttur fil-Komunità, li jirrappreżentaw madwar 87 % tal-produzzjoni globali ta’ l-SWR fil-Komunità, ikkooperaw mal-Kummissjoni fl-investigazzjoni u esprimew l-appoġġ tagħhom għall-miżuri li għaddejjin.

(190)

Il-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ttejjeb il-possibbiltà għall-industrija Komunitarja li żżomm u saħansitra ssaħħaħ il-qagħda attwali tagħha. Hemm probabbiltà ċara ta’ rikorrenza tad-dumping dannuż f’volumi sostanzjali li mhux probabbli li l-industrija Komunitarja tista’ tiflaħ għalihom. L-industrija Komunitarja għalhekk tkompli tibbenefika miż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali, b’mod partikolari peress li hemm miżuri wkoll kontra l-importazzjonijiet tal-ħbula u l-kejbils ta’ l-azzar fil-PRC, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina.

3.   L-interess ta’ l-importaturi

(191)

Fir-Regolament proviżorju (Premessa (202)), ġie spjegat li d-distribuzzjoni ta’ l-SWR fil-Komunità kienet ikkaratterizzata mill-eżistenza ta’ numru sinifikanti ta’ importaturi/negozjanti. Madankollu, għalkemm l-applikazzjoni għal din il-verifika ta’ skadenza kien fiha lista ta’ 32 importatur/negozjant, li ġew ikuntattjati kollha, kienu biss tliet importaturi li kkooperaw fl-investigazzjoni, li minnhom importatur instab li jimporta l-prodott ikkonċernat.

(192)

L-attività ewlenija ta’ dan l-importatur ġiet tabilħaqq iffokata fuq l-SWR (bejn il-55 % u l-85 %), u nstab li r-rendiment finanzjarju tiegħu ma ġiex affettwat serjament mill-miżuri fis-seħħ.

4.   L-interess tal-fornituri

(193)

Kif spjegat f’aktar dettall fil-Premessi (197) sa (198) fir-Regolament proviżorju, il-materja prima prinċipali użata fil-produzzjoni ta’ l-SWR kienet wajer ta’ l-azzar industrijali li hu magħmul minn virga tal-wajer ta’ l-azzar.

(194)

Xi produtturi Komunitarji ta’ l-SWR instabu li kienu integrati vertikalment, jiġifieri li kellhom fornituri relatati tal-wajers ta’ l-azzar industrijali. Filwaqt li 2 fornituri relatati wieġbu għall-mistoqsijiet rigward il-prezzijiet tal-materja prima (ara l-Premessa (168)) hawn fuq, l-ebda fornitur mhux relatat tal-materja prima ma ppreżenta ruħu.

(195)

Jekk il-fornituri tal-materja prima ta’ l-industrija Komunitarja huma relatati jew mhux relatati, jidher ċar li dawn il-fornituri Komunitarji se jsofru b’mod sinifikanti jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u, għaldaqstant, il-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja jonqsu. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż b’mod ċar li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping ikun fl-interess tal-fornituri Komunitarji tal-materja prima.

5.   L-interess ta’ l-utenti

(196)

Il-Kummissjoni kkuntattjat direttament 21 utent ta’ l-SWR fil-Komunità iżda l-ebda utent ma ppreżenta ruħu jew ikkoopera fl-investigazzjoni.

(197)

Fuq din il-bażi, tqies li l-utenti ma kellhom l-ebda raġuni konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping.

6.   Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(198)

B’kunsiderazzjoni għal dak li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hi li m hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

G.   GARANZIJI

(199)

Kif stipulat fil-premessa (2) hawn fuq, il-Kummissjoni aċċettat l-offerta ta’ garanzija ta’ l-SSM bid-Deċiżjoni tagħha Nru 2001/602/KE fis-26 ta’ Lulju 2001. Il-verifika temporanja kixfet li mindu ġiet aċċettata l-garanzija fl-2001, il-firxa tal-prodott ta’ l-SSM inbidlet b’mod sinifikanti.

(200)

Il-garanzija kklassifikat l-SWR prodotti minnhom f’għadd konsiderevoli ta’ tipi ta’ prodotti b’varjazzjonijiet sinifikanti fil-prezz għal kull tip. L-investigazzjoni ta’ verifika kkonfermat li l-kumpanija kellha problemi serji biex tikklassifika t-tipi ta’ prodotti differenti kif xieraq u skond it-termini tal-garanzija. Dan ġara parzjalment minħabba l-limitazzjonijiet tas-sistema ta’ kontabbiltà li ma ħallithomx jiddistingwu kif xieraq bejn it-tipi ta’ prodotti SWR differenti. Diġà kienu ġew identifikati problemi simili tul il-monitoraġġ tal-garanzija li wassal għal ittra ta’ twissija.

(201)

Għalhekk ġie konkluż li l-garanzija kif inhi bħalissa mhijiex vijabbli u għandha tiġi rtirata b’deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(202)

Iż-żewġ esportaturi Russi offrew garanzija fi ħdan id-data ta’ l-għeluq wara notifika tal-konklużjonijiet definittivi, iżda l-ebda wieħed minnhom ma offra garanzija aċċetabbli fi żmien il-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri garanzija li tirrifletti s-sejbiet tal-verifiki u li tissepara l-prodotti differenti f’kategoriji li jkunu vijabbli u li jkollhom varjazzjonijiet fil-prezz limitati.

(203)

Peress li l-kwistjonijiet rigward l-irtirar tal-garanzija inkixfu fi stadju tard tal-proċediment, iż-żewġ esportaturi Russi għandhom eċċezjonalment jitħallew ikomplu l-garanzija tagħhom lil hinn mid-dati ta’ għeluq normali iżda fi żmien għaxart ijiem kalendarji mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha titħalla tipproponi emenda għal dan ir-Regolament kif xieraq.

H.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(204)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie maħsub li jiġi rrakkomandat li l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet mir-Russja jinżammu u li l-livell tal-miżuri jiġi emendat fejn hu ġustifikat. L-ebda kummenti ma ġew riċevuti li kienu tat-tip li jbiddlu l-konklużjonijiet ta’ fuq.

(205)

Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ l-SWR, li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati għandhom jinżammu għar-Russja u jiġu rrevokati għat-Turkija u t-Tajlandja.

I.   DAZJI

(206)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward il-kontinwazzjoni tad-dumping, il-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-ħsara u l-interess Komunitarju, il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ l-SWR li joriġinaw mir-Russja għandhom jiġu kkonfermati sabiex jipprevjenu r-rikorrenza li ssir ħsara lill-industrija Komunitarja minħabba l-importazzjonijiet dumped.

(207)

B’rigward għas-sejbiet tal-verifiki temporanji li jikkonċernaw iż-żewġ kumpaniji Russi, hu meqjus xieraq li d-dażju anti-dumping applikabbli għall-BMK jiġi emendat għal 36,2 % u għall-SSM għal 9,7 %.

(208)

Madankollu, fid-dawl tas-sejbiet fir-rigward tat-Turkija, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjonijiet ta’ riskju remot ta’ rikorrenza ta’ dumping fil-ġejjieni, il-miżuri kontra l-importazzjonijiet ta’ l-SWR li joriġinaw f’dan il-pajjiż għandhom jiġu rrevokati.

(209)

Barra minn hekk, fid-dawl tas-sejbiet fir-rigward tat-Tajlandja, jiġifieri n-nuqqas ta’ dumping tul il-perjodu temporanju tat-Tajlandja u n-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjonijiet ta’ riskju ta’ rikorrenza fil-ġejjieni, il-miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet ta’ l-SWR li joriġinaw f’dan il-pajjiż għandhom jiġu rrevokati wkoll.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għalhekk, dazju anti-dumping definittiv huma impost fuq l-importazzjonijiet tal-ħbula u l-kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li jinkludu l-ħbula bil-koljatura maqfula għajr ħbula u kejbils ta’ l-azzar li ma jissaddadx li għandhom daqs massimu ta’ wisa’ trasversali li tiskorri t-3 mm, kemm bit-tagħmir magħhom kif ukoll le, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98 (Kodiċi TARIC 7312108111, 7312108112, 7312108119, 7312108190, 7312108311, 7312108312, 7312108319, 7312108390, 7312108511, 7312108512, 7312108519, 7312108590, 7312108911, 7312108912, 7312108919, 7312108990, 7312109811, 7312109812, 7312109819 u 7312109890), li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Il-kumpanija

Rata ta’ dazju (%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

Joint Stock Company Beloretsk Iron & Steel Works

1 Blukhera Street, Beloretsk, Republic of Bashkortostan, 453500, ir-Russja

36,2

A694

Closed Joint Stock Company Severstal-Metiz

162600 l. 50-letiya Oktyabrya 1/33, Cherepovets, Vologda Region, Russia

9,7

A217

Il-kumpaniji l-oħra kollha

50,7

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tad-dwana li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Il-proċeduri anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tal-ħbula u l-kejbils tal-ħadid u ta’ l-azzar li jinkludu l-ħbula bil-koljatura maqfula għajr ħbula u kejbils ta’ l-azzar li għandhom daqs massimu ta’ wisa’ trasversali li tiskorri t-3 mm kemm bit-tagħmir magħhom kif ukoll le, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98 li joriġinaw mit-Tajlandja u mit-Turkija hawnhekk intemmew u l-miżuri anti-dumping imposti fuq dawn il-pajjiżi permezz tar-Regolament (KE) Nru 1601/2001 huma rrevokati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 34, 3.2.2001, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1274/2003 (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 34).

(3)  ĠU L 211, 4.8.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 564/2005 (ĠU L 97, 15.4.2005, p. 1).

(4)  ĠU L 211, 4.8.2001, p. 47.

(5)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 121/2006 (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 1).

(6)  ĠU C 51, 1.3.2006, p. 2.

(7)  ĠU C 202, 10.8.2004, p. 12.

(8)  ĠU C 270, 29.10.2005, p. 38.

(9)  ĠU C 181, 3.8.2006, p. 15.

(10)  ĠU C 66, 22.3.2007, p. 14.


31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1280/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

61,6

MK

62,5

TR

65,0

ZZ

63,0

0707 00 05

JO

190,9

MA

40,7

MK

60,0

TR

147,7

ZZ

109,8

0709 90 70

MA

53,5

TR

108,0

ZZ

80,8

0805 50 10

AR

75,3

TR

83,2

ZA

47,4

ZZ

68,6

0806 10 10

BR

239,5

MK

26,1

TR

121,9

US

241,7

ZA

189,6

ZZ

163,8

0808 10 80

AU

148,5

CA

102,5

CL

161,2

MK

31,5

NZ

45,9

US

97,4

ZA

99,1

ZZ

98,0

0808 20 50

AR

49,5

CN

64,1

TR

127,6

ZZ

80,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1281/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li jistabilixxi r-rata ta’ konverżjoni agrikola speċifika għas-sena tas-suq 2006/2007 applikabbli għall-prezzijiet minimi għall-pitravi taz-zokkor fis-settur taz-zokkor għall-muniti ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx il-munita unika

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agromonetarja għall-euro fl-agrikoltura u li jemenda ċerti regolamenti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1913/2006, l-arranġamenti li japplikaw fis-sena tas-suq 2006/2007 għall-konverżjoni tal-prezz minimu għall-pitravi kif referut fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 f’muniti nazzjonali f’pajjiżi barra ż-żona ta’ l-euro għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1713/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-rata ta’ konverżjoni agrikola fis-settur taz-zokkor (3). Għalhekk ir-regolament preżenti jimxi fuq il-kriterji u l-proċedura stabbilta fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1713/93.

(2)

Skond l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1713/93, il-prezzijiet minimi għall-pitravi taz-zokkor għandhom jinqalbu f’munita nazzjonali bl-użu ta’ rata ta’ konverżjoni agrikola speċifika ugwali għall-medja, ikkalkolata pro rata temporis, tar-rati ta’ konverżjoni agrikoli applikabbli tul is-sena tas-suq ikkonċernata.

(3)

Sa mill-1 ta’ Jannar 1999, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (4), l-iffissar tar-rati ta’ konverżjoni għandhom jiġu ristretti għar-rati ta’ konverżjoni agrikoli speċifiċi bejn l-euro u l-muniti nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx il-munita unika.

(4)

Ir-rata speċifika ta’ konverżjoni agrikola għall-prezzijiet minimi tal-pitravi taz-zokkor għas-sena tas-suq 2006/2007 għandhom għalhekk jiġu ffissati fid-diversi muniti nazzjonali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rata speċifika ta’ konverżjoni agrikola li għandha tintuża għall-konverżjoni tal-prezzijiet minimi għall-pitravi taz-zokkor kif referut fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-muniti nazzjonali kollha ta’ l-Istati Membri li ma addottawx il-munita unika għandha tiġi ffissata, għas-sena tas-suq 2006/07, kif stabbilit fl-Anness mehmuż.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 873/2007 (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 3.)

(3)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 94. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1509/2001 (ĠU L 200, 25.7.2001, p. 19.)

(4)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.


ANNESS

Rata speċifika tal-kambju

1 euro =

1,955800

Lev Bulgaru

28,120926

Koruna Ċeka

7,452645

Krone Daniż

15,646600

Kroon Estonu

0,579827

Lira Ċiprijotta

0,698539

Lats Latvjan

3,452800

Litas Litwan

257,718009

Forint Ungeriż

0,429300

Lira Maltija

3,856691

Zloty Pollakk

3,383502

Leu Rumen

239,634179

Tolar Sloven

35,098407

Koruna Slovakka

9,213555

Kroner Żvediż

0,676538

Lira sterlina


31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1282/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 3149/92 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tmiem tal-perjodu tat-tħaddim tal-pjan annwali tad-distribuzzjoni ta' l-ikel għall-2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 ta' l-10 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-provvista ta' l-ikel minn stokkijiet ta' l-intervent lil organizzazzjonijiet indikati għad-distribuzzjoni lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 tad-29 ta' Ottubru 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta' ikel mill-ħażna ta' intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (2), jipprevedi li l-perjodu tat-tħaddim tal-pjan annwali tad-distribuzzjoni ta' l-ikel jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta’ wara l-adozzjoni tiegħu.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1539/2006 (3) adotta l-pjan għall-perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2007.

(3)

Xi ċirkostanzi eċċezzjonali fis-swieq taċ-ċereali u tal-prodotti tal-ħalib li żviluppaw matul is-sena tas-suq 2006/2007 wasslu, fil-każijiet ta' 61 232,50 tunnellata ċereali, 1 618-il tunnellata butir u EUR 10 991 578 għall-mobilitazzjoni fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat, allokati lill-Italja, u fil-każ ta' 4 000 tunnellata butir u EUR 10 miljun għall-mobilitazzjoni fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat, allokati lil Franza, fl-ambitu tal-pjan 2007, għal xi kumplikazzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratti ta' kunsenja konklużi ma' l-operaturi. Bil-għan li l-pjan annwali jitħaddem kif previst mir-Regolament (KE) Nru 1539/2006, jeħtieġ li, għal dawn il-każijiet, it-tmiem tal-pjan annwali jitressaq sad-29 ta' Frar 2008.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Bla ħsara għall-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 u għal dak li għandu x'jaqsam mal-61 232,50 tunnellata ċereali, 1 618-il tunnellata butir u EUR 10 991 578 għall-mobilitazzjoni fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat, allokati lill-Italja, u ma' l-4 000 tunnellata butir u EUR 10 miljun għall-mobilitazzjoni fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat, allokati lil Franza fl-ambitu tal-pjan 2007, it-tħaddim tal-pjan imsemmi jista' jsir sad-29 ta' Frar 2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, 31.10.1995, p. 3).

(2)  ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1127/2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 18).

(3)  ĠU L 283, 14.10.2006, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 937/2007 (ĠU L 206, 7.8.2007, p. 5).


31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1283/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fiż-żoni Vb u VIb ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE u internazzjonali taż-żona VIaN min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

59

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk

HER/5B6ANB

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

Vb u VIb; l-ilmijiet tal-KE u internazzjonali ta' VIaN

Data

21.9.2007


31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1284/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju fiż-żoni IIIa u IV ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa, IIIb, IIIċ u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), kif ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

57

Stat Membru

L-IŻVEZJA

Stokk

POK/2A34.

Speċi

Pollakkju (Pollachius virens)

Żona

IIIa u IV; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa, IIIb, IIIc u IIId

Data

1.10.2007


31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1285/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u II b ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

60

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

COD/1/2B.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

I u II b

Data

5.10.2007


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament NK603xMON810 (MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5140)

(It-testi Franċiżi u Olandiżi biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/701/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Ġunju 2004, Monsanto Europe S.A., bagħtet applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, skond l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, biex jitqiegħdu fis-suq ikel, ingredjenti ta’ l-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrum NK603xMON810 (‘l-applikazzjoni’).

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħrajn li fihom jew jikkonsistu mill-qamħirrum NK603xMON810 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għalhekk, skond id-dispożizzjoni ta’ l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-data u t-tagħrif meħtieġ mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skond il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE.

(3)

Fil-31 ta’ Marzu 2006, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (‘EFSA’) tat opinjoni favorevoli skond l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li ma kienx probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum NK603xMON810 kif deskritti fl-applikazzjoni (‘il-prodotti’) se jkollhom effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew l-ambjent (3). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet li kien aċċettabbli li tintuża d-data għall-attivitajiet singoli bħala appoġġ għas-sikurezza tal-prodotti u kkunsidrat il-kwistjonijiet speċifiċi kollha u t-tħassib imqajjem mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali stipulata fl-Artikoli 6(4) u 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

F'Ottubru 2006, fuq talba tal-Kummissjoni, l-EFSA ppubblikat kjarifiki dettaljati dwar kif il-kummenti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tqiesu fl-opinjonijiet tagħha. Hija ppubblikat aktar informazzjoni dwar l-elementi differenti meqjusa mill-Bord Xjentifiku dwar l-Organiżmi Modifikati Ġenetikament ta’ l-EFSA u r-raġuni għala xi studji addizzjonali speċifiċi bħalma huma l-istudju dwar it-tossikoloġija ta’ 90 jum fil-firien ma tqisux neċessarji.

(5)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ superviżjoni ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressqa mill-applikant huma f’konformità ma’ l-użu maħsub għall-prodotti.

(6)

Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għall-prodotti.

(7)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull GMO kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 ta’ l-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (4).

(8)

Fuq il-bażi ta’ l-opinjoni ta’ l-EFSA, ma jidher li hemm bżonn ta’ l-ebda ħtiġijiet ta’ ttikkettar speċifiċi barra dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għall-ikel, l-ingredjenti ta’ l-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew prodotti mill-qamħirrum NK603xMON810. Madankollu, sabiex ikun żgurat l-użu tal-prodotti fil-limiti ta’ l-awtorizzazzjoni stipulata f’din id-Deċiżjoni l-ittikkettar ta’ l-għalf li fih jew jikkonsisti minn GMO u prodotti oħra barra l-ikel u l-għalf li fihom jew jikkonsistu mill-GMO li għaliha ntalbet l-awtorizzazzjoni għandu jkun ikkumplimentat b'indikazzjoni ċara li l-prodotti meqjusa għandhom jintużaw għall-kultivazzjoni.

(9)

Bl-istess mod, l-opinjoni ta’ l-EFSA ma kinitx se tiġġustifika l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta’ superviżjoni ta’ wara t-tqegħid fis-suq, u l-ebda kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) ta’ l-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(10)

L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(11)

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u t-tqegħid tat-tikketti ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u ta’ l-għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5), jistipula rekwiżiti ta’ tqegħid ta’ tikketti għall-prodotti li huma magħmula jew fihom GMOs.

(12)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mgħarrfa permezz tal-Clearing House dwar il-Bijosigurtà għall-Partijiet fil-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skond l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(ċ), tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (6).

(13)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta lill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1999/468/KE (7), bil-Kunsill mitlub jaġixxi fi żmien tliet xhur.

(14)

Madankollu, il-Kunsill ma aġixxiex fil-limiti taż-żmien mitluba; għandha tiġi adottata Deċiżjoni mill-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmu modifikat ġenetikament u identifikatur uniku

Qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) NK603xMON810 prodott minn taħlita ta’ qamħirrum li fih MON-ØØ6Ø3-6 u attivitajiet MON-ØØ81Ø-6, kif speċifikat fil-punt (b) ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu asssenjat identifikatur uniku MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6, kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Dawn il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet ta’ l-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament 1829/2003, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti ta’ l-ikel li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6;

(b)

ikel li fih, jikkonsisti minn, jew prodott mill-qamħirrum MON-MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6;

(ċ)

prodotti, barra l-ikel u l-għalf, li fihom jew jikkonsistu mill-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

Ittikkettar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ l-ittikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, ‘isem l-organiżmu’ għandu jkun ‘qamħirrum’.

2.   Il-kliem ‘mhux għall-kultivazzjoni’ għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew jikkonsistu minn qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6 msemmija fl-Artikolu 2(b) u (ċ).

Artikolu 4

Il-monitoraġġ ta’ l-effetti ambjentali

1.   Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) ta’ l-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ l-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Artikolu 5

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

Id-dententur ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jkun Monsanto Europe S.A., il-Belġju, li tirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

Artikolu 7

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Monsanto Europe S.A., Scheldelaan 460, Haven 627 – B-2040 Antwerp – il-Belġju.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(3)  http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753812_1178620784153.htm

(4)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(5)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(6)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS

(a)   L-applikant u d-detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni:

Isem

:

Monsanto Europe S.A.

Indirizz

:

Scheldelaan 460, Haven 627 – B 2040 Antwerp – il-Belġju

F'isem Monsanto Company – 800 N. Lindbergh Boulevard – St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

(b)   Għażla u speċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

Ikel u ingredjenti ta’ l-ikel li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6;

(2)

Għalf li fih, jikkonsisti minn, jew prodott mill-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6;

(3)

Prodotti barra l-ikel u l-għalf li fihom jew jikkonsistu mill-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni ta’ kultivazzjoni.

Il-qamħirrum genetikament modifikat MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6, kif deskritt fl-applikazzjoni, hu prodott minn taħlita bejn il-qamħirrum li fih MON-ØØ6Ø3-6 u l-events MON-ØØ81Ø-6 u jesprmi il-protejina CP4 EPSPS li tagħti t-tolleranza lill-erbiċida glikofosfata u l-protejina Cry1Ab li tagħti l-protezzjoni kontra pesti lepidopterani ta’ l-insetti (Ostrinia nubilalis, Sesamia spp.).

(ċ)   Ittikkettar:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tqegħid tat-tikketti stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, ‘isem l-organiżmu’ għandu jkun ‘qamħirrum’.

(2)

Il-kliem ‘mhux għall-kultivazzjoni’ għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew jikkonsistu minn qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6 msemmija fl-Artikolu 2(b) u (ċ).

(d)   Metodu ta’ detezzjoni:

Metodi bbażati fuq PCR kwantitattivi ta’ żmien reali għal attività speċifika għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON-ØØ6Ø3-6 u l-qamħirrum MON-ØØ81Ø-6 ivvalidat fuq il-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6.

Ivvalidat mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat f’http://gmo-crl.jrc.it/statusofdoss.htm

Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF413 (għal MON-ØØ81Ø-6) u ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut ta’ Materjali u Kejl ta’ Referenza (IRMM) f’http://www.irmm.jrc.be/html/reference_materials_catalogue/index.htm

(e)   Identifikatur uniku:

MON-ØØ6Ø3-6xMON-ØØ81Ø-6

(f)   L-informazzjoni mitluba mill-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

Clearing House tal-Bijosigurtà, Rekord ID: ara [għandu jitlesta meta notifikat]

(g)   Il-kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-ġarr tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali li jikkonforma ma’ l-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE

[Ħolqa: pjan ippubblikat fuq l-internet]

(i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu ta’ l-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota:il-ħolqiet għad-dokumenti rilevanti jista‘ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ l-aġġornament tar-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.


31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament 59122 (DAS-59122-7) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5141)

(It-testi bil-Franċiż, bl-Olandiż u bl-Ingliż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/702/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2005 Pioneer Overseas Corporation, f’isem Pioneer Overseas Corporation u Dow AgroSciences Europe, ippreżentat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Olanda, skond l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti ta’ l-ikel, u għalf li fihom, jew li jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum 59122 (“l-applikazzjoni”).

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħra li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum 59122 għall-istess użi bħall-qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għalhekk, skond id-dispożizzjoni ta’ l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-data u t-tagħrif meħtieġa mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skond il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE.

(3)

Fit-2 ta’ April 2007, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skond l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li ma kienx probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum 59122 kif deskritti fl-applikazzjoni (“il-prodotti”) se jkollhom effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew l-ambjent (3). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA ikkunsidrat il-mistoqsijiet u t-tħassib speċifiċi kollha li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kif inhu previst mill-Artikoli 6(4) u 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA ikkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ superviżjoni ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikanti huwa f’konformità ma’ l-użu maħsub għall-prodotti.

(5)

Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għall-prodotti.

(6)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull GMO kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 ta’ l-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (4).

(7)

Fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti tat-tikkettjar speċifiċi għajr dawk stipulati fl-Artikolu 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidhru meħtieġa għall-ikel, l-ingredjenti ta’ l-ikel u l-għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrum 59122. Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fi ħdan il-limitu ta’ din l-awtorizzazzjoni prevista minn din id-Deċiżjoni, it-tikkettjar ta’ l-għalf li fihom jew li jikkonsistu minn GMO u prodotti oħra li mhumiex ikel jew għalf li jkun fihom jew li jikkonsistu minn GMO li ntalbet l-awtorizzazzjoni tagħhom, għandhom juru b’mod ċar li l-prodotti kkonċernati m’għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni.

(8)

L-istess, l-opinjoni ta’ l-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta’ superviżjoni ta’ wara t-tqegħid fis-suq, u l-ebda kundizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni (jew ħarsien) ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) ta’ l-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(9)

L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(10)

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5) jistipula l-ħtiġijiet ta’ l-ittikkettar għall-prodotti li jikkonsistu minn jew li fihom il-GMOs.

(11)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mgħarrfa permezz tal-Clearing House dwar il-Bijosigurtà għall-Partijiet fil-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skond l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c), tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinanti ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (6).

(12)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu; il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta lill-Kunsill fid-9 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (7), waqt li l-Kunsill huwa mitlub li jaġixxi fi żmien tliet xhur.

(13)

Madankollu, il-Kunsill ma aġixxiex fil-perjodu taż-żmien meħtieġ; għandha issa tiġi adottata Deċiżjoni mill-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmu ġenetikament modifikat u identifikatur uniku

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) 59122, kif inhu speċifikat fil-punt (b) ta’ l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku DAS-59122-7, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Dawn il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet ta’ l-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti ta’ l-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrum DAS-59122-7;

(b)

ikel li fih, jew li jikkonsisti minn, jew prodott minn qamħirrum DAS-59122-7;

(ċ)

prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum DAS-59122-7 għall-istess użu bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.

Artikolu 3

Ittikkettjar

1.   Minħabba r-rekwiżiti tat-tqegħid tat-tikketti stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem ta’ l-organiżmu” se jkun “qamħirrum”.

2.   Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mil-qamħirrum DAS-59122-7 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (c).

Artikolu 4

Il-monitoraġġ ta’ l-effetti ambjentali

1.   Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jiżguraw li l-pjan ta’ superviżjoni għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) fl-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jippreżentaw rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ l-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ sorveljanza.

Artikolu 5

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni

1.   Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom ikunu:

(a)

Pioneer Overseas Corporation, tal-Belġju, li jirrappreżentaw lil Pioneer Hi-Bred International ta’ l-Istati Uniti;

kif ukoll

(b)

Dow AgroSciences Europe tar-Renju Unit, li jirrappreżentaw lil Mycogen Seeds ta’ l-Istati Uniti.

2.   Iż-żewġ detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom ikunu responsabbli biex iwettqu l-impenji imposti fuq id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni minn din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 7

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data ta’ l-avviż tagħha.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

(a)

Pioneer Overseas Corporation, Avenue des Arts 44, B-1040 Brussell, il-Belġju

kif ukoll

(b)

Dow AgroSciences Europe Ltd., European Development Centre, 3 Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, ir-Renju Unit

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(3)  http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753816_1178620785273.htm

(4)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(5)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(6)  ĠU L 287, 5.11.2003 p. 1.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjioni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjioni (KE) Nru 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).


ANNESS

(a)   L-Applikanti u d-detenturi ta’ l-Awtorizzazzjoni:

Isem

:

Pioneer Overseas Corporation

Indirizz

:

Avenue des Arts 44, B-1040 Brussell, il-Belġju

F’isem Pioneer Hi-Bred International, Inc., 7250 NW 62nd Avenue, P. O. Box 552, Johnston, IA 50131-0552, l-Istati Uniti;

kif ukoll

Isem

:

Dow AgroSciences Europe Ltd.

Indirizz

:

European Development Centre, 3 Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, ir-Renju Unit

li jirrappreżentaw lil Mycogen Seeds c/o Dow AgroSciences LLC, 9330 Zionsville Road, Indianapolis, IN 46268-1054, l-Istati Uniti.

(b)   Għażla u speċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

Ikel u ingredjenti ta’ l-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrum DAS-59122-7;

(2)

Ikel li fih, jew li jikkonsisti minn, jew prodott minn qamħirrum DAS-59122-7;

(3)

Prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum DAS-59122-7 għall-istess użu bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.

Il-qamħirrum immodifikat ġenetikament DAS-59122-7, kif inhu deskritt fl-applikazzjoni jesprimi l-proteini Cry34Ab1 u Cry35Ab1 li jagħtu protezzjoni (jew ħarsien) kontra ċerti pesti koleopterani bħalma huma l-larvae tad-dud tat-taħsir tal-qmuħ (Diabrotica spp) kif ukoll il-proteina PAT, użata bħala markatur selezzjonabbli, li jagħti t-tolleranza kontra l-erbiċida glufosinate-ammonium.

(ċ)   Ittikkettar:

(1)

Minħabba r-rekwiżiti tat-tqegħid tat-tikketti stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem ta’ l-organiżmi” se jkun “qamħirrum”.

(2)

Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum DAS-59122-7 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (c).

(d)   Metodu għall-identifikazzjoni:

Metodu speċifiku għall-avveniment, “real time” u kwantitattiv, imsejjes fuq PCR għall-qamħirrum modifkat ġenetikament DAS-59122-7.

Ivvalidat mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.it/statusofdoss.htm

Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF424 aċċessibbli permezz taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Kejl u l-Materjali ta’ Referenza (IRMM) fuq http://www.irmm.jrc.be/html/reference_materials_catalogue/index.htm

(e)   Identifikatur uniku:

DAS-59122-7

(f)   L-informazzjoni meħtieġa skond l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

Clearing House tal-Bijosigurtà, Rekord ID: ara [għandu jitlesta meta notifikat]

(g)   Il-kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-ġarr tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ superviżjoni:

Il-pjan ta’ superviżjoni għall-effetti ambjentali li jikkonforma ma’ l-Anness VII għad-Direttiva 2001/18/KE

[Ħolqa: pjan ippubblikat fuq l-internet]

(i)   Rekwiżiti ta’ superviżjoni wara t-tqegħid fis-suq għall-użu ta’ l-ikel għall-konsum mill-bniedem:

Mhux meħtieġa.

Nota: il-ħolqiet għad-dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ l-aġġornament tar-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.


31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu fi, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament 1507xNK603 (DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5142)

(It-testi bil-Franċiż, bl-Olandiż u bl-Ingliż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/703/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Settembru 2004, Pioneer Overseas Corporation, f’isem il-Pioneer Overseas Corporation u Dow AgroSciences Europe, ippreżentaw applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, skond l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti ta’l-ikel, u għalf li fihom, li jikkonsistu fi, jew li huma prodotti mill-qamħirrum 1507xNK603 (“l-applikazzjoni”).

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħrajn li fihom jew jkkonsistu mill-qamħirrum 1507xNK603 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-koltivazzjoni. Għalhekk, f’konformità mad-diżpożizzjoni ta’ l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tinkludi d-data u l-informazzjoni meħtieġa skond l-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-introduzzjoni apposta fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (2) u l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar l-eżami tar-riskju mwettaq skond il-prinċipji ffissati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE.

(3)

Fit-12 ta’ Mejju 2006, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skond l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li ma kienx probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mill-qamħirrum 1507xNK603 kif deskritti fl-applikazzjoni (“il-prodotti”) se jkollhom effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew fuq l-ambjent (3). Meta tat l-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet li kien aċċettabbli li tintuża d-data għall-avvenimenti singoli bħala appoġġ għas-sikurezza tal-prodotti u kkunsidrat il-kwistjonijiet speċifiċi kollha u t-tħassib imqajjem mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali prevista mill-Artikoli 6(4) u 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

F’Ottubru 2006, wara talba tal-Kummissjoni, l-EFSA ppubblikat kjarifiki dettaljati dwar kif il-kummenti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tqiesu fl-opinjoni tagħha. Ippubblikat ukoll aktar tagħrif dwar l-elementi differenti meqjusa mill-Bord Xjentifiku ta’ l-Awtorità dwar l-Organiżmi Modifikati Ġenetikament ta’ l-EFSA u r-raġuni għaliex ċerti studji speċifiċi oħra, bħal studju tossikoloġiku ta’ 90 jum fuq il-firien, ma tqisux meħtieġa.

(5)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ superviżjoni ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikanti huma f’konformità ma’ l-użu maħsub għall-prodotti.

(6)

Fid-dawl ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata awtorizzazzjoni għall-prodotti.

(7)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull GMO kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 ta’ l-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (4).

(8)

Fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti speċifiċi ta’ l-ittikkettar għajr dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidhru meħtieġa għall-ikel, l-ingredjenti ta’ l-ikel u l-għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum 1507xNK603. Madankollu, biex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fi ħdan il-limiti ta’ din l-awtorizzazzjoni prevista minn din id-Deċiżjoni, l-ittikkettar ta’ l-għalf li fih jew li jikkonsisti mill-GMO u prodotti oħra li mhumiex ikel jew għalf li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu mill-GMO li ntalbet l-awtorizzazzjoni għalihom, għandu jkollhom indikazzjoni ċara li l-prodotti kkonċernati ma għandhomx jintużaw għall-koltivazzjoni.

(9)

L-istess, l-opinjoni ta’ l-EFSA ma kinitx se tiġġustifika l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta’ superviżjoni ta’ wara t-tqegħid fis-suq, u l-ebda kundizzjoni speċifika għall-protezzjoni ta’ ekosistemi partikolari/l-ambjent u/jew żoni ġeografiċi, kif stipulat fil-punt (e) ta’ l-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(10)

L-informazzjoni relevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(11)

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u l-għalf immanifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5) jistipula l-ħtiġijiet ta’ l-ittikkettar għall-prodotti li jikkonsistu jew li fihom il-GMOs.

(12)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mgħarrfa permezz tal-Biosafety Clearing House lill-Partijiet fil-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skond l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(ċ), tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (6).

(13)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu; il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta lill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (7), u l-Kunsill huwa obbligat jaġixxi fi żmien tliet xhur.

(14)

Madankollu, il-Kunsill ma ħax azzjoni fil-perjodu taż-żmien meħtieġ; għandha tiġi adottata Deċiżjoni mill-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmu ġenetikament modifikat u identifikatur uniku

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) 1507xNK603 prodott minn taħlit bejn il-qamħirrum li fih l-avvenimenti DAS-Ø15Ø7-1 u MON-ØØ6Ø3-6, kif speċifikat fil-punt (b) ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6 kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Dawn il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet ta’ l-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament 1829/2003, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti ta’ l-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6;

(b)

għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew li huwa prodott minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6;

(ċ)

prodotti, għajr ikel u għalf, li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-koltivazzjoni.

Artikolu 3

Tikkettar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ l-ittikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem ta” l-organiżmu’ se jkun “qamħirrum”.

2.   Il-kelmiet “mhux għall-koltivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’, u fid-dokumenti li jakkumpanjaw, il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mil-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (ċ).

Artikolu 4

Il-monitoraġġ għal effetti fuq l-ambjent

1.   Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jiżguraw li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) ta’ l-Anness, jitwaqqaf u jiġi implimentat.

2.   Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jippreżentaw rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ l-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Artikolu 5

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni

1.   Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni huma:

(a)

Pioneer Overseas Corporation, tal-Belġju, li jirrappreżentaw lill-Pioneer Hi-Bred International, ta’ l-Istati Uniti;

u

(b)

Dow AgroSciences Europe Ltd., tar-Renju Unit, li jirrappreżentaw lill-Mycogen Seeds, ta’ l-Istati Uniti.

2.   Iż-żewġ detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom ikunu responsabbli biex iwettqu l-impenji imposti fuq id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni minn din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 7

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

(a)

Pioneer Overseas Corporation, Avenue des Arts 44, B-1040 Brussell, il-Belġju

u

(b)

Dow AgroSciences Europe Ltd., European Development Centre, 3 Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, ir-Renju Unit.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(3)  http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753812_1178620784648.htm

(4)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(5)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24

(6)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċizjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).


ANNESS

(a)   L-Applikanti u d-Detenturi ta’ l-Awtorizzazzjoni:

Isem

:

Pioneer Overseas Corporation

Indirizz

:

Avenue des Arts 44, B-1040 Brussell, il-Belġju

F’isem Pioneer Hi-Bred International, Inc., 7250 NW 62nd Avenue, P. O. Box 552, Johnston, IA 50131-0552, l-Istati Uniti

u

Isem

:

Dow AgroSciences Europe Ltd.

Indirizz

:

European Development Centre, 3 Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, ir-Renju Unit.

F’isem Mycogen Seeds c/o Dow AgroSciences LLC, 9330 Zionsville Road, Indianapolis, IN 46268-1054, l-Istati Uniti.

(b)   Deżinjazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

Ikel u ingredjenti ta’ l-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6;

(2)

Għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew li huwa prodott minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6;

(3)

Prodotti, għajr ikel u għalf, li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-koltivazzjoni.

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6, kif deskritt fl-applikazzjoni, hu prodott minn taħlit bejn il-qamħirrum li fih l-avvenimenti ta’ DAS-Ø15Ø7-1 u MON-ØØ6Ø3-6 u jesprimi l-proteina Cry1F li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi lepidopteri ta’ ħsara għall-pjanti bħall-European corn borer (Ostrinia nubilalis) u speċijiet li jagħmlu parti mill-ġeneru Sesamia, il-proteina PAT li tagħti tolleranza fir-rigward ta’ l-erbiċida glufosinate-ammonium, u l-proteina CP4 EPSPS li tagħti tolleranza fir-rigward ta’ l-erbiċida glyphosate.

(ċ)   Tikkettar:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ l-ittikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem ta’ l-organiżmu” se jkun “qamħirrum”.

(2)

Il-kelmiet “mhux għall-koltivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’, u fid-dokumenti li jakkumpanjaw, il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (ċ).

(d)   Metodu għall-individwazzjoni:

Metodi kwantitattivi fil-ħin reali speċifiċi għall-avveniment li jissejsu fuq il-PCR għall-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1 u l-qamħirrun MON-ØØ6Ø3-6 modifikati ġenetikament ivvalidati fuq il-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6.

Ivvalidat mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.it/statusofdoss.htm

Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF418 (għal DAS-Ø15Ø7-1) u ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut għall-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza (IRMM) fi http://www.irmm.jrc.be/html/reference_materials_catalogue/index.htm

(e)   Identifikatur uniku:

DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6

(f)   L-informazzjoni meħtieġa skond l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

Clearing House tal-Bijosigurtà, Record ID: ara [għandu jimtela meta nnotifikat]

(g)   Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-ġarr tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali li jikkonforma ma’ l-Anness VII għad-Direttiva 2001/18/KE

[Link: pjan ippubblikat fuq l-internet]

(i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu ta’ l-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ l-aġġornament tar-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.


31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2001/602/KE li taċċetta impenn offrut b’konnessjoni mal-proċedura ta’ anti-dumping fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta' l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, ir-Russja, it-Tajlandja u t-Turkija

(2007/704/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   MIŻURI EŻISTENTI

(1)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1601/2001 (2), impona dazju definitiv ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija (“il-prodott ikkonċernat”).

(2)

Il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2001/602/KE (3), aċċettat impenji fuq il-prezz offruti minn Kumpanija Konġunta Miftuħa ta' l-Istokk Cherepovetsky Staleprokatny Zavod, ir-Russja (“ChSPZ”) u Usha Siam Steel Ind. Public Company Ltd., it-Tajlandja (“Usha Siam”).

(3)

Fl-10 ta' Awwissu 2004, il-Kummissjoni nediet reviżjoni interim parzjali tar-Regolament (KE) Nru 1601/2001 skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitat fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping sa fejn huma kkonċernati ChSPZ u produttur Russu ieħor (4).

(4)

Kif spjegat fl-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (5), l-isem ta’ ChSPZ ġie mibdul għal Kumpanija Konġunta Magħluqa ta' l-Istokk Severstal-Metiz, applikabbli sa mill-1 ta’ Jannar 2006.

(5)

Fit-3 ta’ Awwissu 2006, il-Kummissjoni nediet reviżjoni ta’ skadenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/2001 (6).

(6)

Fit-22 ta’ Marzu 2007 (7), il-Kummissjoni nediet reviżjoni interim parzjali tar-Regolament (KE) Nru 1601/2001 limitat fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping sa fejn hija kkonċernata Usha Siam.

(7)

It-tliet investigazzjonijiet kollha ġew konklużi mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007 (8) li impona b'ċerti emendi għal-livell ta’ dazji l-miżuri għar-Russja u rrevoka l-miżuri għat-Tajlandja u t-Turkija.

B.   IRTIRAR TA' L-AĊĊETTAZZJONI TA’ L-IMPENN TAL-KUMPANIJA KONĠUNTA MAGĦLUQA TA’ L-ISTOKK SEVERSTAL-METIZ, IR-RUSSJA

(8)

Kif stabbilit fil-premessi 199 - 203 tar-Regolament (KE) Nru 1279/2007 u wara konsultazzjoni mal-partijiet kollha kkonċernati, l-impenn tal-Kumpanija Konġunta Magħluqa ta’ l-Istokk Severstal-Metiz fil-forma attwali tiegħu mhuwiex xieraq sabiex jikkumpensa għall-effett ta’ ħsara tad-dumping, minħabba li jippreżenta diffikultajiet ta’ sorveljanza u ta’ infurzar konsiderevoli.

(9)

Ir-reviżjoni interim żvelat li mill-aċċettazzjoni ta' l-impenn fl-2001, il-firxa ta’ prodotti ta’ SSM inbidlet b'mod sinifikanti.

(10)

L-impenn ikklassifika l-SWR prodott minnhom f’għadd konsiderevoli ta’ tipi ta’ prodott b’varjazzjonijiet sinifikanti fil-prezz f'kull tip. L-investigazzjoni ta’ reviżjoni kkonfermat li l-kumpanija kellha problemi serji fil-klassifikar xieraq tat-tipi ta’ prodotti differenti u skond it-termini ta’ l-impenn. Dan parzjalment minħabba l-limitazzjonijiet tas-sistema ta' kontabilità li ma ppermettewlhomx li jiddistingwu b'mod xieraq bejn it-tipi ta' prodott SWR differenti. Matul is-sorveljanza ta’ l-impenn kienu diġà ġew identifikati problemi simili u dan wassal għal ittra ta’ twissija.

(11)

Għalhekk ġie konkluż li l-impenn fil-qagħda attwali tiegħu mhux prattiku aktar.

(12)

Fuq din il-bażi, kif ukoll bi qbil mal-klawżoli rilevanti ta' l-impenn, li jawtorizzaw lill-Kummissjoni li tirtira b'mod unilaterali l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirtira l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn.

(13)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Russi u lill-produttur esportatur Russu kkonċernat li hija pproponiet li tirtira l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn attwali. Il-partijiet kollha interessati ngħataw l-oppportunità li jikkummentaw.

C.   REVOKA TA' L-AĊĊETTAZZJONI TA' L-IMPENN TA’ USHA SIAM STEEL IND. PUBLIC COMPANY LTD., IT-TAJLANDJA

(14)

Fid-dawl tas-sejbiet fir-rigward tat-Tajlandja u kif stipulat fil-premessa 209 tar-Regolament (KE) Nru 1279/2007 miżuri ta’ anti-dumping kontra importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw minn dan il-pajjiż huma rrevokati.

(15)

B’konsegwenza ta’ dan, l-impenn offrut minn Usha Siam għandu jiġi rrevokat.

D.   REVOKA TAD-DEĊIŻJONI 2001/602/KE

(16)

Fid-dawl ta’ dan ta' hawn fuq, id-Deċiżjoni 2001/602/KE li taċċetta impenji miż-żewġ kumpaniji msemmija hawn fuq għandha tiġi rrevokata.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2001/602/KE hija permezz ta' dan irrevokata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 211, 4.8.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 564/2005 (ĠU L 97, 15.4.2005, p. 1).

(3)  ĠU L 211, 4.8.2001, p. 47.

(4)  ĠU C 202, 10.8.2004, p. 12.

(5)  ĠU C 51, 1.3.2006, p. 2.

(6)  ĠU C 181, 3.8.2006, p. 15.

(7)  ĠU C 66, 22.3.2007, p. 14.

(8)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/54


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/705/PESK

tat-30 ta’ Ottubru 2007

dwar l-akkoljenza temporanja mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/755/PESK dwar l-akkoljenza temporanja mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (1), li pprovdiet għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul u l-waqfa fit-territorju ta’ l-Istati Membri msemmija fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK (2) għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

(2)

Abbażi ta’ evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta’ dawk il-permessi għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità tal-permessi nazzjonali għad-dħul u l-waqfa mogħtija skond l-Artikolu 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta’ din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


(1)  ĠU L 308, 8.11.2006, p. 18.

(2)  ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2004/493/PESK (ĠU L 181, 18.5.2004, p. 24).