ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
30 ta' Ottubru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1272/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1273/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1914/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistipula miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-Gżejjer ta' l-Eġew

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2104/2004 li jwassal għall-klawżoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 li għandu x’jaqsam ma’ l-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati lir-reġjuni ultraperiferiċi

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda l-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007, f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' limiti baġitarji għas-sena 2007

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1438/2003 li jippreskrivi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1278/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom ( 1 )

20

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

*

Addendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/543/KE tat-23 ta’ Lulju 2007 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta’ l-Europol) ( ĠU L 200, 1.8.2007 )

26

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/697/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2007 li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5095)

27

 

 

2007/698/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/116/KE rigward l-introduzzjoni ta’ numri riżervati addizzjonali li jibdew bil-116 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5139)  ( 1 )

31

 

 

2007/699/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE biex tiġi estiża d-deroga marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ importazzjoni għal materjali ta’ propagazzjoni u tħawwil ta’ ħxejjex minn pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5218)

33

 

 

ORJENTAZZJONIJIET

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2007/700/KE

 

*

Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 li temenda l-Annessi I u II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema (BĊE/2007/10)

34

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1272/2007

tad-29 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

57,4

MK

41,5

ZZ

49,5

0707 00 05

EG

151,2

JO

190,9

MA

40,7

MK

64,0

TR

150,0

ZZ

119,4

0709 90 70

MA

58,6

TR

112,2

ZZ

85,4

0805 50 10

AR

75,7

TR

89,4

ZA

63,4

ZZ

76,2

0806 10 10

BR

243,7

MK

26,1

TR

117,1

US

238,8

ZA

189,6

ZZ

163,1

0808 10 80

AU

148,5

CL

161,2

MK

29,7

NZ

104,4

US

97,4

ZA

123,5

ZZ

110,8

0808 20 50

AR

49,5

CN

89,0

TR

124,1

ZZ

87,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1273/2007

tad-29 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1914/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistipula miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-Gżejjer ta' l-Eġew

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 tat-18 ta' Settembru 2006 li jistipula miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-Gżejjer ta' l-Eġew u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1914/2006 (2) jidher li xi dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament iridu jiġu adattati.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (3), jipprovdi għall-ħruġ u l-użu ta’ ċertifikati permezz ta’ sistemi kkompjuterizzati; referenzi għal din il-possibbiltà għandhom jiġu integrati fir-Regolament (KE) Nru 1914/2006.

(3)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1914/2006 ma jindikax b’mod ċar li l-pagamenti għandhom isiru tul is-sena. Għandu għaldaqstant jiġi emendat biex jinkludi dikjarazzjoni bħal din. Bl-istess mod, l-Artikolu 35 tar-Regolament għandu jiġi emendat sabiex ikun possibbli li l-pagamenti jsiru tul is-sena għall-miżuri msemmija f’dak l-Artikolu.

(4)

Il-proċeduri għall-emendi għall-programmi pprovduti fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1914/2006 jridu jkunu aktar preċiżi. Jixraq li jiġu speċifikati r-regoli għat-tressiq tat-talbiet għall-emendi għall-programmi kumplessivi u għall-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni, kif ukoll il-kalendarju għall-applikazzjoni tagħhom. Minħabba r-regoli baġitarji, l-emendi approvati għandhom ikunu implimentati mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara t-talba għall-emenda. Barra minn hekk, għandu jkun hemm distinzjoni bejn emendi ewlenin li jeħtieġu l-approvazzjoni minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni u emendi minuri li għandhom jiġu notifikati biss lill-Kummissjoni għall-informazzjoni.

(5)

Il-limitu ta’ żmien ta’ 90 jum biex l-għajnuna titħallas mill-awtoritajiet kompetenti wara d-data meta ċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna utilizzat jiġi ddepożitat kif ipprovdut fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1916/2006 huwa twil wisq u jwassal għal ċerti diffikultajiet amministrattivi. Għandu għaldaqstant jitnaqqas għal 60 jum.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1914/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1914/2006 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tielet subparagrafu, il-frażi tal-bidu trid tinbidel b'dan li ġej:

“L-għajnuna għandha titħallas mill-awtoritajiet kompetenti mhux iktar tard minn 60 jum wara d-data li fiha jiġi ddepożitat iċ-ċertifikat ta' l-għajnuna utilizzat, għajr meta:”

(ii)

it-test li ġej jiżdied bħala r-raba’ subparagrafu:

“Il-pagamenti għandhom isiru tul is-sena.”

(b)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

“Iċ-ċertifikati għall-għajnuna jitfasslu skond il-formola tal-liċenzja ta' l-importazzjoni stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000. L-Artikoli 8(5), 13, 15, 17, 18, 19, 21, 23, 26, 27, 29 sa 33 u 36 sa 41 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandhom jgħoddu, mutatis mutandis, bla ħsara għal dan ir-Regolament.”

(2)

L-Artikolu 34 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 34

Emendi għall-programmi

1.   L-emendi għall-programmi kumplessivi approvati skond l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u jiġu sostanzjati kif xieraq, partikolarment billi tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-raġunijiet u kull problema ta' implimentazzjoni li jiġġustifikaw l-emendar tal-programm kumplessiv;

(b)

l-effetti mistennija ta’ l-emenda;

(c)

l-implikazzjonijiet għall-finanzjament u l-verifika ta’ l-impenji.

Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkostanza eċċezzjonali, il-Greċja għandha tressaq talbiet għal emendi għall-programm mhux aktar minn darba kull sena kalendarja u għal kull programm u mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena.

Jekk il-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni għall-emendi mitluba, il-Greċja għandha tapplika dawk l-emendi mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara dik li fiha ġew notifikati.

Dawn l-emendi jistgħu japplikaw aktar kmieni jekk il-Kummissjoni tikkonferma bil-miktub lill-Greċja qabel id-data msemmija fit-tielet suparagrafu li l-emendi notifikati jikkonformaw mal-leġislazzjoni Komunitarja.

Jekk l-emenda notifikata ma tikkonformax mal-leġislazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Greċja b’dan u l-emenda ma tapplikax sakemm il-Kummissjoni tirċievi emenda li tista’ tiġi ddikjarata bħala konformi.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għall-emendi li ġejjin, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti tal-Greċja u tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tagħhom fi żmien mhux aktar minn erba' xhur mit-tressq tagħhom skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006:

(a)

l-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda jew skemi ta’ għajnuna fil-programm kumplessiv, u

(b)

iż-żieda tal-livell bażiku ta' appoġġ diġà approvat għal kull miżura jew skema ta’ għajnuna eżistenti b’aktar minn 50 % ta’ l-ammont applikabbli fiż-żmien meta t-talba għall-emenda tiġi ppreżentata.

3.   Il-Greċja għandha tkun awtorizzata tagħmel l-emendi li ġejjin mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fil-paragrafu 1 dejjem sakemm l-emendi jkunu notifikati lill-Kummissjoni:

(a)

fir-rigward tal-bilanċ tal-provvisti mbassrin, il-bidliet fil-kwantitajiet tal-prodotti kkonċernati koperti mill-arranġamenti tal-provvista u, konsegwentament, l-ammont globali ta’ għajnuna allokat sabiex jappoġġa kull linja ta’ prodotti, u

(b)

fir-rigward ta’ l-appoġġ għall-produzzjoni lokali, aġġustamenti sa 20 % ta’ l-allokazzjoni finanzjarja għal kull miżura individwali.

Dawn l-emendi m’għandhomx japplikaw qabel id-data meta jkunu waslu għand il-Kummissjoni. Jistgħu jiġu implimentati biss darba fis-sena ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali, modifika tal-kwantitajiet tal-prodotti koperti mill-arranġamenti dwar il-provvista u modifika tan-nomenklatura statistika u tal-kodiċijiet tat-Tariffa Doganali Komuni kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (*).

(*)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.”"

(3)

Fl-Artikolu 35, it-test li ġej jiżdied bħala t-tieni subparagrafu:

“Il-pagamenti għal studji, proġetti ta’ dimostrazzjoni, taħriġ jew miżuri ta’ assistenza teknika għandhom isiru tul is-sena.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 64.

(3)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1913/2006 (ĠU L 365 tal-21.12.2006, p. 52).


30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1274/2007

tad-29 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2104/2004 li jwassal għall-klawżoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 li għandu x’jaqsam ma’ l-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati lir-reġjuni ultraperiferiċi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità’ Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) u 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-istqarrija dwar l-aktar reġjuni periferiċi magħmula mill-Kunsill u l-Kummissjoni, flimkien, matul il-Kunsill dwar is-Sajd fis-27 ta’ Lulju 2006 (3), tenfasizza l-ħtieġa għal miżuri xierqa li jiżguraw l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd f’dawk ir-reġjuni. Miżuri bħal dawn għandhom iqisu d-dettalji speċifiċi ta’ l-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni rilevanti. Barra minn hekk, għandhom jiġu adottati fid-dawl ta’ l-istudju attwali dwar dan is-suġġett u fid-dawl tal-valutazzjoni mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (STECF) dwar il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fl-aktar reġjuni periferiċi.

(2)

Wara dik l-istqarrija, Franza u l-Portugall adottaw pjanijiet ta’ żvilupp għall-Guadalupe, Martinique, il-Gujana Franċiża, Réunion u l-Azores. Matul il-laqgħa plenarja tiegħu f’April 2007, l-STECF ippreżenta valutazzjoni ta’ l-effetti ta’ dawk il-pjanijiet fuq ir-riżorsi tas-sajd.

(3)

Fl-istess ħin tressqet informazzjoni komplementari lill-Kummissjoni dwar regolarizzazzjonijiet proposti marbuta ma’ għadd kbir ta’ bastimenti li kienu involuti f’attivitajiet tas-sajd qabel il-31 ta’ Diċembru 2006 u baqgħu attivi fl-aktar reġjuni periferiċi mingħajr ma qatt kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Flotot Komunitarju. Regolarizzazzjonijiet bħal dawn għadhom jitqiesu bħala estensjoni tal-pjanijiet ta’ żvilupp.

(4)

Il-pjanijiet ta’ żvilupp jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd fl-aktar reġjuni periferiċi. F’dan il-kuntest, il-livell ta’ referenza għal xi wħud mill-flotot irreġistrati fl-aktar reġjuni periferiċi għandu jiġi studjat. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 (4) għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2104/2004 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1)

(2)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1646/2006 (ĠU L 309, 9.11.2006, p. 1).

(3)  Id-dokument tal-Kunsill Nru 11823/06 ADD 1, 20 ta’ Lulju 2006.

(4)  ĠU L 365, 10.12.2004, p. 19. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1570/2005 (ĠU L 252, 28.9.2005, p. 6)


ANNESS

“ANNESS

Livelli ta’ referenza speċifiċi għal flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi ta’ Spanja, Franza u l-Portugall

Spanja

Taqsima tal-flotta

Kodiċi tat-taqsima

GT

kW

Gżejjer Kanari Tul < 12 m ilmijiet ta’ l-UE

CA1

2 878

23 202

Gżejjer Kanari Tul ≥ 12 m ilmijiet ta’ l-UE

CA2

4 779

16 055

Gżejjer Kanari Tul ≥ 12 m. Ilmijiet internazzjonali u ta’ pajjiżi terzi

CA3

51 167

90 680

Total

 

58 824

129 937


Franza

Taqsima tal-flotta

Kodiċi tat-taqsima

GT

kW

Réunion Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m

4FC

1 050

19 320

Réunion Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m

4FD

10 002

31 465

Il-Gujana Franċiża. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m

4FF

475

6 260

Il-Gujana Franċiża. Bastimenti għas-sajd tal-gambli.

4FG

7 560

19 726

Il-Gujana Franċiża. Speċijiet pelaġiċi. Bastimenti li jistadu ’l barra mill-kosta.

4FH

3 500

5 000

Martinique. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m

4FJ

5 409

142 116

Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m

4FK

1 000

3 000

Guadeloupe. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m

4FL

6 188

167 765

Guadeloupe. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m

4FM

500

1 750

Total

 

35 684

396 402


Il-Portugall

Taqsima tal-flotta

Kodiċi tat-taqsima

GT

kW

Madeira. Speċijiet demersali. Tul < 12 m

4K6

680

4 574

Madeira. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul ≥ 12 m

4K7

5 354

17 414

Madeira. Speċijiet pelaġiċi. Tartarun. Tul ≥ 12 m

4K8

253

1 170

Azores. Speċijiet demersali. Tul < 12 m

4K9

2 721

30 910

Azores. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul ≥ 12 m

4KA

14 246

29 845

Total

 

23 254

83 913 ”


30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1275/2007

tad-29 ta’ Ottubru 2007

li jemenda l-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. Dan japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali.

(2)

L-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabblixxi r-regoli għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ħajjin, embrijoni, ova u prodotti li joriġinaw minn annimali. It-tneħħija ta’ materjal b'riskju speċifiku minn prodotti ddestinati għall-ikel u l-għalf hi l-miżura waħdanija ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika l-aktar importanti.

(3)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprovdi għall-istatus ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina (ESB) ta’ l-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li għandu jkun stabbilit permezz ta’ klassifikazzjoni fi tliet kategoriji: riskju negliġibbli ta’ l-ESB, riskju kkontrollat ta’ l-ESB u risku mhux determinat ta’ l-ESB. L-Artikolu jipprovvedi wkoll għal valutazzjoni mill-ġdid tal-kategorizzazzjoni Komunitarja tal-pajjiżi wara li ġiet stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinji għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE) proċedura għall-klassifikazjoni tal-pajjiżi permezz ta’ kategoriji.

(4)

Sakemm tiġi adottata d-deċiżjoni dwar l-istatus ta’ l-ESB ta’ l-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprovdi għal miżuri tranżitorji li għandhom jiġu applikati għal perjodu li jintemm fl-1 ta’ Lulju 2007. Skond il-miżuri tranżitorji li jirrigwardjaw l-ESB ir-restrizzjonijiet ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità minn pajjiżi terzi li għandhom ir-riskju ta’ l-ESB jkopru l-prodotti tal-laħam kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE (2), li tinkludi l-imsaren ittrattati (intestini ta’ l-annimali). Barra minn hekk il-possibbiltà ta’ kummerċ trijangolari kien introdott fejn pajjiżi terzi b'riskju ta’ l-ESB setgħu jesportaw imsaren ittrattati, li kellhom is-sors tagħhom f'pajjiżi fejn l-ESB ma kinitx ikkunsidrata li seta' kienet possibbli.

(5)

Fil-25 ta’ Ġunju 2007 kien emendat mill-Kummissjoni r-Regolament (KE) Nru 999/2001 permezz tar-Regolament (KE) Nru 722/2007 (3). Ir-Regolament (KE) 999/2001, kif emendat b'dan il-mod, introduċa sistema ta’ kategorizzazzjoni Komunitarja tal-pajjiżi skond ir-riskju tagħhom ta’ l-ESB, b'konformità ma’ dik ta’ l-OIE. Dan wassal mhux biss għat-tqegħid fil-lista tal-pajjiżi kollha taħt waħda minn dawn it-tliet kategoriji: riskju negliġibbli ta’ l-ESB, riskju kkontrollat ta’ l-ESB u risku mhux stabbilit ta’ l-ESB, iżda wkoll introduċa regoli kummerċjali għal kull kategorija ta’ riskju.

(6)

Ir-regoli ta’ l-importazzjoni relatati mas-sistema l-ġdida tal-kategorizzazzjoni rriferew għal prodotti tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4), li jeskludi l-imsaren ittrattati. B'konformità mal-kondizzjonijiet applikabbli qabel l-1 ta’ Lulju 2007 u sabiex jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-imsaren ittrattati għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-prodotti koperti mir-regoli ta’ l-importazzjoni relatati mat-TSE fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. L-Anness IX ta’ dan ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(7)

Ebda kondizzjonijiet tat-TSE relatati ma’ l-importazzjoni ma japplikaw għal pajjiżi terzi bi status ta’ riskju negliġibbli ta’ ESB. Meħtieġ li jiġu kkjarifikati l-kondizzjonijiet ta’ l-esportazzjoni f'każ li l-imsaren għandhom is-sors tagħhom minn pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli ta’ l-ESB u ttrattati f'pajjiż terz bi status differenti ta’ riskju ta’ l-ESB. Għal raġunijiet ta’ konsistenza l-possibbiltà ta’ kummerċ trijangulari għandu jiġi introdott mill-ġdid fid-dispożizzjonijiet il-ġodda.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 hu emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 727/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).

(2)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 85. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(3)  ĠU L 164, 26.6.2007, p. 7.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55: kkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness IX, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-Kapitolu C hu emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima A qed tinbidel ma’ dan li ġej:

“TAQSIMA A

Prodotti

Il-prodotti li ġejjin ta’ oriġini ta’ annimali bovini, ovini u kaprini, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fit-Taqsimiet B, C u D skond il-kategorija ta’ riskju ta’ l-ESB tal-pajjiż ta’ l-oriġini:

laħam frisk,

laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam,

prodotti tal-laħam,

imsaren ittrattati,

grass ipproċessat ta’ l-annimali,

gambal, u,

ġelatina.

(*)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, korretta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.”"

(b)

Fit-Taqsima C, jiżdied il-punt 5 li ġej:

“5.

F'każ ta’ msaren li oriġinarjament kellhom is-sors tagħhom minn pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli ta’ l-ESB, l-importazzjonijiet ta’ l-imsaren ittrattati għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimal li jattesta li:

(a)

il-pajjiż jew reġjun huwa kklassifikat skond l-Artikolu 5(2) bħala pajjiż jew reġjun li jimponi riskju kkontrollat ta’ ESB;

(b)

l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu fil-pajjiż jew fir-reġjun b'riskju negliġibbli ta’ l-ESB u għaddew mill-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;

(c)

jekk l-imsaren huma ġejjin minn pajjiż jew reġjun fejn kien hemm każijiet indiġeni ta’ ESB:

(i)

l-annimali twieldu wara d-data minn meta bdiet tiġi infurzata l-projbizzjoni fuq l-għalf ta’ ruminanti b'ikel b'laħam u għadam imfarrak u gambal li ġejjin minn ruminanti; jew

(ii)

il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma għandhomx u mhumiex derivati minn materjal speċifiku ta’ riskju kif definit fl-Anness V.”

(c)

Fit-Taqsima D, jiżdied il-punt 5 li ġej:

“5.

F'każ ta’ msaren li oriġinarjament kellhom is-sors tagħhom minn pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli ta’ l-ESB, l-importazzjonijiet ta’ l-imsaren ittrattati għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimal li jattesta li:

(a)

il-pajjiż jew reġjun huwa kklassifikat skond l-Artikolu 5(2) bħala pajjiż jew reġjun li jimponi riskju mhux determinat ta’ ESB;

(b)

l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu fil-pajjiż jew fir-reġjun b'riskju negliġibbli ta’ l-ESB u għaddew mill-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;

(c)

jekk l-imsaren huma ġejjin minn pajjiż jew reġjun fejn kien hemm każijiet indiġeni ta’ ESB:

(i)

l-annimali twieldu wara d-data minn meta bdiet tiġi infurzata l-projbizzjoni fuq l-għalf ta’ ruminanti b'ikel b'laħam u għadam imfarrak u gambal li ġejjin minn ruminanti; jew

(ii)

il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma għandhomx u mhumiex derivati minn materjal speċifiku ta’ riskju kif definit fl-Anness V.”



30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1276/2007

tad-29 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007, f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' limiti baġitarji għas-sena 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u partikolarment Artikoli 64(2) u 70(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta' Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod ta' l-Unjoni (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza l-Artikolu 20(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi, għal kull Stat Membru, il-limiti nazzjonali li ma għandhomx jinqabżu mill-ammonti ta' referenza stipulati fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament imsemmi.

(2)

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jistabbilixxi l-ammonti massimi annwali li bihom il-Komunità tiffinanzja l-miżuri pprovduti fit-Titoli II u III ta' l-istess Regolament.

(3)

L-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 tat-22 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u għall-iffissar, għall-2007, tal-limiti finanzjarji għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku u tal-pakketti finanzjarji annwali għall-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u li jemenda dak ir-Regolament (3), jistabbilixxu, rispettivament u fil-każijiet kollha għas-sena kalendarja 2007, il-limiti baġitarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 66 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti baġitarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 70 ta' l-istess Regolament, kif ukoll il-limiti baġitarji għall-iskema ta' pagament uniku.

(4)

Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, il-Portugall iddeċieda li għas-sena 2007 jnaqqas mil-limitu nazzjonali d-drittijiet tal-primjum għall-baqra li tredda', u jittrasferixxi, bil-għan li jissaħħaħ il-kontribut tal-Komunità pprovdut bl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, l-ammont finanzjarju korrispondenti għall-iffinanzjar tal-miżuri speċifiċi stipulati fir-Regolament imsemmi. Għaldaqstant, jeħtieġ illi jitnaqqas mil-limitu nazzjonali korrispondenti għall-Portugall fl-2007, stipulat fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont li għandu jiżdied ma' l-ammont finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, u jeħtieġ li jitnaqqas mil-limiti baġitarji applikabbli fil-Portugall fl-2007 il-primjum għall-baqra li tredda' [suckler], inklużi s-suppliment u l-pagamenti għal-laħam taċ-ċanga (l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003), stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 552/2007.

(5)

Skond deċiżjoni meħuda mill-Portugall, l-ammonti li ġejjin mill-primjum għall-prodotti tal-ħalib u l-pagamenti supplimentari, stipulati fl-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ġew inklużi fl-iskema ta' pagament uniku mill-2007 'l quddiem. Abbażi ta' dan, ġie kkalkulat il-limitu baġitarju ta' l-iskema ta' pagament uniku msemmi fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għall-Portugall fl-2007. Dan il-limitu ġie ffissat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 552/2007. Madankollu, meta ġew stipulati l-limiti baġitarji għall-2007, ma tqisitx l-esklużjoni mill-iskema ta' pagament uniku tal-primjums għall-prodotti tal-ħalib u tal-pagamenti supplimentari favur il-bdiewa ta' l-Azores u Madeira, bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 70(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(6)

Għaldaqstant, jixraq illi jiġu mmodifikati, għall-Portugall fl-2007, il-limiti baġitarji applikabbli għall-pagamenti diretti mogħtija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif ukoll għall-iskema ta' pagament uniku, permezz ta' tnaqqis fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 552/2007 ta' ammont korrispondenti għall-ammonti tal-primjum għall-prodotti tal-ħalib kif ukoll għall-pagamenti supplimentari lill-produtturi tal-ħalib, u billi jiżdiedu dawn ta' l-aħħar fl-Anness II tar-Regolament imsemmi.

(7)

Qabel l-1 ta' Awissu 2004, Spanja ddeċidiet li tapplika parzjalment l-iskema ta' pagament uniku fil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 64 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, speċifikament il-pagamenti għal-laħam taċ-ċanga. Madankollu, bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (4), mill-2007 'l quddiem ir-reġjun Spanjol tal-Kantabrija ma jistax jibqa' jirċievi l-għajnuna tranżitorja pprovduta fl-Artikolu msemmi. Għaldaqstant, mill-2007 'l quddiem, il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (EAGF) ma jistax jiffinanzja l-primjum nazzjonali supplimentari għall-baqra li tredda' pprovdut fl-Artikolu 125(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, mogħti lill-azjendi agrikoli li jinsabu fil-Kantabrija. Bil-għan li tiġi żgurata t-tkomplija ta' l-għajnuna Komunitarja fis-settur tal-baqar mhux miftum, Spanja talbet it-trasferiment ta' l-ammont korrispondenti għall-pagamenti li saru fil-Kantabrija sa l-2006 bħala primjum nazzjonali supplimentari, mil-limitu stipulat għall-2007 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 552/2007 għall-primjum nazzjonali supplimentari għal-limitu stipulat fl-Anness imsemmi għall-primjum għall-baqra li tredda'. Għaldaqstant, il-limiti baġitarji msemmija għandhom jiġu aġġustati skond dan.

(8)

B'konsegwenza ta' dan, jeħtieġ illi jiġu emendati r-Regolamenti (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 247/2006 u (KE) Nru 552/2007.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-pagamenti diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont korrispondenti għall-Portugall fl-2007 għandu jinbidel bl-ammont “570 997”.

Artikolu 2

Fit-tabella ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, l-ammont korrispondenti għall-Azores u Madeira għas-sena tal-baġit 2008 għandu jinbidel bl-ammont “86.98”.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2007 huwa emendat kif ġej:

1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

a)

l-ammont għall-“Primjum għall-baqra li tredda'” għal Spanja għandu jinbidel bl-ammont “261 153”;

b)

l-ammont għall-“Primjum supplimentari għall-baqra li tredda'” għal Spanja għandu jinbidel bl-ammont “26 000”;

c)

l-ammont għall-“Primjum għall-baqra li tredda'” għall-Portugall għandu jinbidel bl-ammont “78 695”;

d)

l-ammont għall-“Primjum supplimentari għall-baqra li tredda'” għall-Portugall għandu jinbidel bl-ammont “9 462”;

e)

l-ammont ta' l-“Artikolu 69, laħam taċ-ċanga” għall-Portugall għandu jinbidel bl-ammont “1 681”.

2)

L-Anness II għandu jinbidel bit-test ta' l-Anness għal dan ir-Regolament.

3)

Fl-Anness III, l-ammont korrispondenti għall-Portugall għandu jinbidel bl-ammont “413 774”.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).

(3)  ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10.

(4)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6, emendat bil-ĠU L 27, 2.2.2007, p. 5).


ANNESS

“ANNESS II

LIMITI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKOND ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA' L-ARTIKOLU 70 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena kalendarja 2007

(ammonti f'eluf ta' euro)

 

Il-Belġju

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Olanda

Il-Portugall

Il-Finlandja

L-Artikolu 70(1)(a)

Għajnuna għaż-żrieragħ

1 397

1 400

10 347

2 310

13 321

726

272

1 150

L-Artikolu 70(1)(b)

Pagamenti għall-għelejjel li jinħartu

 

 

23

 

 

 

 

 

Għajnuna għal-legumi tal-ħbub

 

 

1

 

 

 

 

 

Għajnuna speċifika għall-għelejjel tar-ross

 

 

 

3 053

 

 

 

 

Għajnuna għat-tabakk

 

 

 

 

 

 

166

 

Primjums għall-prodotti tal-ħalib

 

 

 

 

 

 

12 608

 

Pagamenti supplimentari għall-produtturi tal-ħalib

 

 

 

 

 

 

6 254 ”

 


30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1277/2007

tad-29 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1438/2003 li jippreskrivi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 11(5), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1438/2003 (2) jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-Kapitolu dwar il-Politika Komunitarja dwar il-Flotta tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, b'mod partikolari għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 11, 12, 13 u 14 tiegħu.

(2)

Fit-28 ta' Lulju 2007 id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ġew emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2007 sabiex jippermettu lill-Istati Membri jibnu mill-ġdid 4 % tal-medja annwali ta' tunnellaġġ skreppjat b'għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2006 u 4 % tat-tunnellaġġ skreppjat bl-għajnuna pubblika mill-1 ta' Jannar 2007.

(3)

Fit-28 ta' Lulju 2007, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ġew emendati sabiex jitqies ir-rekwiżit, kif stipulat fl-Artikolu 25(3)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 (3), li l-potenza ta' magna li tkun ġiet mibdula b'għajnuna pubblika titnaqqas b'mill-anqas 20 %, għajr fil-każ ta' bdil ta' magni li jintużaw f'sajd kostali fuq skala żgħira kif definit f'dak ir-Regolament. Barra minn hekk, ma għadux japplika l-ftehim transitorju li kien jorbot tnaqqis totali tal-kapaċità bi 3 % għal kwalunkwe impenn ta' għajnuna pubblika għat-tiġdid tal-flotta li seħħ wara l-introduzzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd ġdida u sa tmiem l-2004.

(4)

Wara li jiġu mkejla l-bastimenti tas-sajd kollha, l-applikazzjoni tar-regola ta' aġġustament li tirreferi għall-effett tat-tali kejl fuq il-livell ta' referenza ta' tunnellaġġ tista' tiġi interrotta; madankollu, għandha tinżamm għall-applikazzjoni stretta tas-sistema tad-dħul u l-ħruġ f'termini ta' tunnellaġġ.

(5)

Huwa meħtieġ li ssir reviżjoni ta' l-eżenzjoni eżistenti mis-sistema tad-dħul u l-ħruġ għall-bastimenti li żdiedu mal-flotta mill-1 ta' Jannar 2003 jew, għal dawk l-Istati Membri li l-adeżjoni tagħhom seħħet wara, sa mid-data ta’ l-adeżjoni, abbażi ta' deċiżjoni amministrattiva adottata qabel l-1 ta' Jannar 2003 jew qabel id-data ta' adeżjoni rispettivament. Din ir-reviżjoni tippermetti t-tali eżenzjoni għal bastimenti li d-dħul tagħhom, għalkemm deċiż skond il-leġislazzjoni nazzjonali u dik komunitarja qabel l-adeżjoni jew id-deċiżjoni amministrattiva, ma setgħux igawdu mill-miżuri transizzjonali minħabba li l-perjodu transizzjonali ta' tliet snin kien qasir wisq.

(6)

L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Komunità seħħet fl-1 ta' Jannar 2007, u għalhekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003 għandhom jiġu adottati.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1438/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1438/2003 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.

‘GTa1’ jew ‘it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li joħorġu mill-flotta b'għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2006’: ifisser it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li ħarġu mill-flotta b'għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2006. Fil-formola dwar il-livell ta' referenza fit-tunnellaġġ fl-Artikolu 4, dan il-valur jitqies biss għall-ammont ta' kapaċità li kien eċċeda t-tnaqqis ta' tunnellaġġ meħtieġ għall-konformità mal-livelli ta' referenza fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

Fil-każ ta' l-Istati Membri Ġodda, ‘GTa1’ jew ‘it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li joħorġu mill-flotta b'għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2006’ ifisser it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li ħarġu mill-flotta b'għajnuna pubblika bejn id-data ta' l-adeżjoni u l-31 ta' Diċembru 2006.”

(b)

Il-Punt 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.

‘GTa2’ jew ‘it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li joħorġu mill-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2006’: ifisser it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li ħarġu mill-flotta b'għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2007 u d-data li l-GTt jiġi kkalkulat għaliha. Fil-formola dwar il-livell ta' referenza fit-tunnellaġġ fl-Artikolu 4, dan il-valur jitqies biss għall-ammont ta' kapaċità li kien eċċeda t-tnaqqis ta' tunnellaġġ meħtieġ għall-konformità mal-livelli ta' referenza fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;”

(ċ)

Il-Punt 11 jinbidel b’dan li ġej:

“11.

‘L-Istati Membri Ġodda’: tfisser, Stat Membru li l-adeżjoni tiegħu mal-Komunità seħħet wara l-1 ta' Jannar 2003.”

(d)

Jiddaħħal il-punt 12 kif ġej:

“12.

‘kWr’ jew ‘il-potenza totali tal-magni mibdula b'għanjuna pubblika suġġetta għal tnaqqis fil-potenza’: tfisser, il-potenza totali tal-magni mibdula b'għajnuna pubblika wara il-31 ta' Diċembru 2006 skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 25(3)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 (*).

(*)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.”"

(2)

L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Monitoraġġ ta' livelli ta' referenza

1.   Għal kull Stat Membru, għajr għall-Istati Membri Ġodda, il-livell ta' referenza f'tunnellaġġ fi kwalunkwe data wara l-1 ta' Jannar 2003 (R(GT)t) għandu jkun ugwali għal-livell ta' referenza għal dak l-Istat Membru preskritt fl-Anness I fl-1 ta' Jannar 2003 (R(GT)03) aġġustat:

(a)

billi jitnaqqsu:

(i)

99 % tat-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li joħorġu mill-flotta b'għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2006 (GTa1);

(ii)

96 % tat-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li jkunu ħarġu mill-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2006 (GTa2);

(b)

u billi jiżdiedu:

iż-żidiet ta' tunnellaġġ totali mogħtija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 (GTS).

Dawn il-livelli ta' referenza għandhom jiġu determinati skond il-formola li ġejja:

R(GT)t = R(GT)03 – 0,99 GTa1 – 0,96 GTa2 + GTS

Meta kapaċità ġdida għas-sajd tingħaqad mal-flotta skond il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 13(1)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 il-livelli ta' referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu jridu jitnaqqsu b'35 % tat-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika mogħtija wara l-31 ta' Diċembru 2002 (GT100) skond il-formola li ġejja:

R(GT)t = R(GT)03 – 0,99 GTa1 – 0,96 GTa2 – 0,35 GT100 + GTS

2.   Għal kull Stat Membru, għajr għall-Istati Membri Ġodda, il-livell ta' referenza ta' potenza fi kwalunkwe data wara l-1 ta' Jannar 2003 (R(kW)t) għandu jkun ugwali għal-livell ta' referenza għal dak l-Istat Membru preskritt fl-Anness I fl-1 ta' Jannar 2003 (R(kW)03) kif aġġustat bit-tnaqqis tal-potenza totali ta' bastimenti li joħorġu mill-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2002 (kWa) u 20 % tal-potenza totali tal-magni mibdula b'għajnuna pubblika suġġetta għal tnaqqis fil-potenza (kWr).

Dawn il-livelli ta' referenza għandhom jiġu determinati skond il-formola li ġejja:

R(kW)t = R(kW)03 – kWa – 0,2 kWr

Meta kapaċità ġdida għas-sajd tingħaqad mal-flotta skond il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 13(1)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-livelli ta' referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu jridu jitnaqqsu b'35 % tal-potenza totali ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika mogħtija wara l-31 ta' Diċembru 2002 (kW100) skond il-formola li ġejja:

R(kW)t = R(kW)03 – kWa – 0,2 kWr – 0,35 kW100

(3)

L-Artikolu 5 jitħassar.

(4)

L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Kapaċità għas-sajd tal-flotta fl-1 ta' Jannar 2003

Għajr għall-Istati Membri Ġodda, għall-finijiet ta' l-Artikolu 7 il-kapaċità għas-sajd f'termini ta' tunnellaġġ (GT03) u potenza (kW03) fl-1 ta' Jannar 2003 għandha tkun determinata waqt li jitqies, skond l-Anness II, id-dħul ta' bastimenti li jkun ibbażat fuq deċiżjoni amministrattiva mill-Istat Membru kkonċernat li tkun ittieħdet bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2002 bi qbil mal-leġislazzjoni applikabbli f'dak iż-żmien, u partikolarment skond is-sistema nazzjonali ta' dħul/ħruġ notifikata lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 97/413/KE (**), u li jseħħ mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-deċiżjoni amministrattiva.

(**)  ĠU L 175, 3.7.1997, p. 27.”"

(5)

L-Artikolu 6a huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 6a

Kapaċità għas-sajd tal-flotta ta' l-Istati Membri Ġodda fid-data ta' l-adeżjoni

Għall-Istati Membri Ġodda, għall-finijiet ta' l-Artikolu 7a il-kapaċità għas-sajd f'termini ta' tunnellaġġ (GTacc) u potenza (kWacc) fid-data ta' l-adeżjoni għandha tkun determinata waqt li jitqies, skond l-Anness III, id-dħul ta' bastimenti li jkun ibbażat fuq deċiżjoni amministrattiva mill-Istat Membru kkonċernat li tkun ittieħdet sa minn ħames snin qabel id-data ta' l-adeżjoni, u liema dħul ma jseħħx aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-deċiżjoni amministrattiva.”

(6)

L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Monitoraġġ ta' dħul u ħruġ

1.   Biex jitħares l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 kull Stat Membru, għajr għall-Istati Membri Ġodda, għandu jiżgura li f'kull ħin il-kapaċità għas-sajd f'tunnellaġġ (GTt) hi ugwali jew inqas mill-kapaċità għas-sajd fl-1 ta' Jannar 2003 (GT03) kif aġġustata:

(a)

billi jitnaqqsu:

(i)

99 % tat-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li joħorġu mill-flotta b'għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2006 (GTa1);

(ii)

96 % tat-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li jkunu ħarġu mill-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2006 (GTa2);

(iii)

35 % tat-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika mogħtija wara l-31 ta’ Diċembru 2002 (GT100);

(b)

u billi jiżdiedu:

(i)

iż-żidiet ta' tunnellaġġ totali mogħtija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 (GTS);

(ii)

ir-riżultat tal-kejl mill-ġdid tal-flotta (Δ(GT-GRT)).

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-formola li ġejja tkun imħarsa:

GTt ≤ GT03 – 0,99 GTa1 – 0,96 GTa2 – 0,35 GT100 + GTS + Δ(GT-GRT)

2.   Biex jitħares l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, kull Stat Membru, għajr għall-Istati Membri Ġodda, għandu jiżgura li f'kull ħin il-kapaċità għas-sajd f'termini ta' potenza (kWt) hi ugwali jew inqas mill-kapaċità għas-sajd fl-1 ta' Jannar 2003 (kW03) kif aġġustata billi jitnaqqsu:

(a)

il-potenza totali ta' bastimenti li joħorġu mill-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2002 (kWa);

(b)

20 % tal-potenza totali tal-magni mibdula b'għanjuna pubblika suġġetta għal tnaqqis fil-potenza (kWr);

(ċ)

35 % tal-potenza totali ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika mogħtija wara l-31 ta' Diċembru 2002 (kW100).

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-formola li ġejja tkun imħarsa:

kWt ≤ kW03 – kWa – 0,2 kWr – 0,35 kW100

(7)

L-Artikolu 7a huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 7a

Monitoraġġ tad-dħul u ħruġ fl-Istati Membri Ġodda

1.   Biex jitħares l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, kull Stat Membru Ġdid għandu jiżgura li f'kull ħin il-kapaċità għas-sajd f'termini ta' tunnellaġġ (GTt) hi ugwali jew inqas mill-kapaċità għas-sajd fid-data ta' l-adeżjoni, (GTacc) kif aġġustata:

(a)

billi jitnaqqsu:

(i)

Għall-Istati Membri Ġodda li l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità seħħet fl-1 ta' Mejju 2004, – 98,5 % tat-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li jkunu ħarġu mill-flotta b'għajnuna pubblika bejn dik id-data u l-31 ta’ Diċembru 2006 (GTa1);

(ii)

Għal kull Stat Membru Ġdid, 96 % tat-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li jkunu ħarġu mill-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta’ Diċembru 2006 (GTa2);

(iii)

Għal kull Stat Membru Ġdid, 35 % tat-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika mogħtija fid-data ta' l-adeżjoni jew wara (GT100);

(b)

u billi jiżdiedu:

(i)

iż-żidiet ta' tunnellaġġ totali mogħtija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 (GTS);

(ii)

ir-riżultat tal-kejl mill-ġdid tal-flotta (Δ(GT-GRT)).

Kull Stat Membru Ġdid għandu jiżgura li l-formola li ġejja tkun imħarsa:

GTt ≤ GTacc – 0,985 GTa1 – 0,96 GTa2 – 0,35 GT100 + GTS + Δ(GT-GRT)

2.   Biex jitħares l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, kull Stat Membru Ġdid għandu jiżgura li f'kull ħin il-kapaċità għas-sajd f'termini ta' potenza (kWt) hi ugwali jew inqas mill-kapaċità għas-sajd fid-data ta' l-adeżjoni, (kWacc) kif aġġustata billi jitnaqqsu:

(a)

il-potenza totali ta' bastimenti li joħorġu mill-flotta b'għajnuna pubblika fid-data ta' l-adeżjoni jew wara (kWa);

(b)

20 % tal-potenza totali tal-magni mibdula b'għanjuna pubblika suġġetta għal tnaqqis fil-potenza (kWr);

(ċ)

35 % tal-potenza totali ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika mogħtija fid-data ta' l-adeżjoni jew wara (kW100).

Kull Stat Membru Ġdid għandu jiżgura li l-formola li ġejja tkun imħarsa:

kWt ≤ kWacc – kWa – 0,2 kWr – 0,35 kW100

(8)

L-Anness II huwa emendat skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(9)

L-Anness III qed jiġi ssostitwit bit-test ta' l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-ġurnata li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59, ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 204, 13.8.2003, p. 21, ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) 916/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 81).

(3)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003 huwa emendat kif ġej:

1)

Il-Punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

GT1: tfisser, it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2002 abbażi ta' deċiżjoni amministrattiva li tkun ittieħdet bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2002, u li għalih tkun ġiet irtirata kapaċità assoċjata mingħajr għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2002;”

2)

Il-Punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.

GT3: tfisser, it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li jidħlu fil-flotta mingħajr għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2002 abbażi ta' deċiżjoni amministrattiva li tkun ittieħdet bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2002, u li għalih tkun ġiet irtirata kapaċità assoċjata mingħajr għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2002;”

3)

Il-Punt 7 jinbidel b’dan li ġej:

“7.

kW1: tfisser, il-potenza totali ta' bastimenti li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2002 abbażi ta' deċiżjoni amministrattiva li tkun ittieħdet bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2002, u li għaliha tkun ġiet irtirata kapaċità assoċjata mingħajr għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2002;”

4)

Il-Punt 9 jinbidel b’dan li ġej:

“9.

kW3: tfisser, il-potenza totali ta' bastimenti li jidħlu fil-flotta mingħajr għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2002 abbażi ta' deċiżjoni amministrattiva li tkun ittieħdet bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2002, u li għaliha tkun ġiet irtirata kapaċità assoċjata mingħajr għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2002;”


ANNESS II

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003 qiegħed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS III

REGOLI GĦALL-KALKOLU TAL-KAPAĊITÀ GĦAS-SAJD F'TERMINI TA' TUNNELLAĠĠ (GTacc) U POTENZA (KWacc) GĦALL-ISTATI MEMBRI ĠODDA FID-DATA TA' L-ADEŻJONI

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness:

1.

GTFR: tfisser, il-kapaċità għas-sajd tal-flotta fid-data ta' l-adeżjoni f'termini ta' tunnellaġġ kif ikkalkulata abbażi tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità;

2.

GT1: tfisser, it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li jkunu daħlu fil-flotta wara d-data ta' l-adeżjoni abbażi ta' deċiżjoni amministrattiva li tkun ittieħdet sa minn ħames snin qabel id-data ta' l-adeżjoni;

3.

kWFR: tfisser, il-kapaċità għas-sajd tal-flotta fid-data ta' l-adeżjoni f'termini ta' potenza kif ikkalkulata abbażi tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità;

4.

kW1: tfisser, it-total ta' potenza ta' bastimenti li jkunu daħlu fil-flotta wara d-data ta' l-adeżjoni abbażi ta' deċiżjoni amministrattiva li tkun ittieħdet sa minn ħames snin qabel id-data ta' l-adeżjoni;

Il-kapaċità għas-sajd tal-flotta, indikata f'termini ta' tunnellaġġ GTacc u potenza kWacc, kif definit fl-Artikolu 6a, għandha tiġi kkalkulata skond dawn il-formoli:

 

GTacc = GTFR + GT1

 

kWacc = kWFR + kW1


30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1278/2007

tad-29 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 10(3) u l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b'mod partikolari r-raba' inċiż ta’ l-Artikolu 18(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (3) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar li mhumiex tjur tar-razzett fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina applikabbli għal dawn l-għasafar wara l-importazzjoni.

(2)

Jixraq li jintqal espliċitament li huma biss l-importazzjonijiet ta’ għasafar imrobbija miżmuma mill-bniedem li huma awtorizzati skond ir-Regolament (KE) Nru 318/2007. Għall-finijiet taċ-ċarezza, għandu jintqal espliċitament li l-għasafar jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 biss jekk ikunu ġejjin minn stabbilimenti approvati tat-trobbija.

(3)

Wara l-importazzjoni, l-għasafar importati għandhom jiġu ttrasportati direttament lejn faċilità jew ċentru approvat tal-kwarantina fi Stat Membru, fejn għandhom jinżammu sakemm tiġi eliminata l-possibilità ta’ infezzjoni mill-vajrus ta’ l-influwenza avjarja jew tal-marda ta’ Newcastle.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 jipprovdi li fil-każ ta’ suspett ta’ l-influwenza avjarja jew il-marda ta’ Newcastle f'faċilità approvata tal-kwarantina jew f'unità ta’ ċentru approvat tal-kwarantina, l-għasafar kollha fil-faċilità tal-kwarantina jew fl-unità ta’ ċentru approvat tal-kwarantina għandhom jinqatlu u jinqerdu qabel ma s-suspett jiġi kkonfermat mit-testijiet fil-laboratorju.

(5)

Madankollu, billi dawn l-għasafar issusspettati li jkunu infettati bl-influwenza avjarja jew bil-marda ta’ Newcastle jinżammu f'faċilità approvata tal-kwarantina jew f'unità ta’ ċentru approvat tal-kwarantina, ma hemmx riskju li l-marda tinfirex iktar.

(6)

Għalhekk, jixraq li wieħed jistenna sakemm is-suspett jiġi kkonfermat u li tiġi eliminata kwalunkwe kawża oħra tas-sintomi tal-marda qabel ma jibdew jinqatlu u jinqerdu l-għasafar fl-istabbiliment affettwat.

(7)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 jistabbilixxi lista ta’ faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar li mhumiex tjur tar-razzett. L-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit irrevedew il-faċilitajiet u ċ-ċentri approvati tal-kwarantina tagħhom u bagħtu lista aġġornata ta’ dawk il-faċilitajiet u ċ-ċentri tal-kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri approvati tal-kwarantina stipulata fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“L-istabbilimenti tat-trobbija approvati għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:”

(2)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja hija mibdula b'dan li ġej:

“L-importazzjonijiet ta’ l-għasafar għandhom jiġu awtorizzati biss jekk l-għasafar jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:”

(b)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (b):

“(ba)

l-għasafar li ġejjin minn stabbilimenti tat-trobbija approvati li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4;”

(3)

L-Artikolu 13 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 13

L-azzjoni fil-każ ta’ suspett ta’ mard f'faċilità jew ċentru tal-kwarantina approvati

1.   Jekk, waqt il-kwarantina f'faċilità approvata tal-kwarantina, ikun hemm suspett li għasfur wieħed jew aktar u/jew għasfur tas-sentinella wieħed jew aktar ikunu infettati bl-influwenza avjarja jew bil-marda ta’ Newcastle, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed il-faċilità approvata tal-kwarantina taħt superviżjoni uffiċjali;

(b)

għandhom jittieħdu kampjuni għal eżami viroloġiku kif stabbilit fil-punt 2 ta’ l-Anness VI minn dawk l-għasafar u l-għasafar tas-sentinella u għandhom jiġu analizzati skond dan;

(ċ)

ebda għasfur ma għandu jidħol jew joħroġ mill-faċilità approvata tal-kwarantina sakemm jiġi eliminat is-suspett.

2.   Jekk is-suspett ta’ influwenza avjarja jew tal-marda ta’ Newcastle fil-faċilità approvata tal-kwarantina milquta, kif imsemmi fil-paragrafu 1, jiġi kkonfermat, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-għasafar kollha u l-għasafar sentinella kollha fil-faċilità approvata tal-kwarantina għandhom jinqatlu u jinqerdu;

(b)

il-faċilità approvata tal-kwarantina għandha tiġi mnaddfa u ddiżinfettata;

(ċ)

l-ebda għasfur ma għandu jidħol fil-faċilità approvata tal-kwarantina sa 21 jum wara l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni.

3.   Jekk waqt il-kwarantina f'ċentru approvat tal-kwarantina, ikun hemm suspett li għasfur wieħed jew aktar u/jew għasfur tas-sentinella wieħed jew aktar f'unità taċ-ċentru tal-kwarantina jkunu infettati bl-influwenza avjarja jew bil-marda ta’ Newcastle, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed iċ-ċentru approvat tal-kwarantina taħt superviżjoni uffiċjali;

(b)

għandhom jittieħdu kampjuni għal eżami viroloġiku kif stabbilit fil-punt 2 ta’ l-Anness VI minn dawk l-għasafar u l-għasafar tas-sentinella u għandhom jiġu analizzati skond dan;

(ċ)

ebda għasfur ma għandu jidħol jew joħroġ miċ-ċentru approvat tal-kwarantina sakemm jiġi eliminat is-suspett.

4.   Jekk is-suspett ta’ influwenza avjarja jew tal-marda ta’ Newcastle fl-unità affettwata taċ-ċentru approvat tal-kwarantina kif imsemmi fil-paragrafu 3 jiġi kkonfermat, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-għasafar kollha u l-għasafar sentinella kollha fl-unità affettwata taċ-ċentru approvat tal-kwarantina għandhom jinqatlu u jinqerdu;

(b)

l-unità kkonċernata għandha tiġi mnaddfa u ddiżinfettata;

(ċ)

għandhom jittieħdu l-kampjuni li ġejjin:

(i)

meta jintużaw għasafar tas-sentinella, mhux qabel 21 jum wara l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni ta’ l-unità kkonċernata, għandhom jittieħdu l-kampjuni għal eżami viroloġiku, kif stabbilit fl-Anness VI minn għasafar tas-sentinella fl-unitajiet tal-kwarantina l-oħrajn; jew

(ii)

meta ma jiġu użati l-ebda għasafar tas-sentinella, matul 7 sa 15-il jum wara l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni, għandhom jittieħdu kampjuni għal eżami viroloġiku, kif stabbilit fil-punt 2 ta’ l-Anness VI, minn għasafar fl-unitajiet tal-kwarantina l-oħrajn;

(d)

l-ebda għasfur ma jista' joħroġ miċ-ċentru approvat tal-kwarantina sakemm ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni previsti fil-punt (ċ) jiġu kkonfermati negattivi.

5.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura meħuda skond dan l-Artikolu.”

(4)

Fl-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Meta waqt il-kwarantina għasfur wieħed jew aktar u/jew għasfur tas-sentinella wieħed jew aktar jinstabu li jkunu infettati bl-influwenza avjarja b'patoġeniċità baxxa (LPAI) jew bil-marda ta’ Newcastle, l-awtorità kompetenti tista', fuq il-bażi ta’ stima tar-riskju, tagħti derogi mill-miżuri previsti fl-Artikolu 13(2)(a) u (4)(a), sakemm dawn id-derogi ma jipperikolawx il-kontroll tal-mard (‘id-deroga’).”

(5)

L-Anness V huwa sostitwit mit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.


ANNESS

“ANNESS V

Lista ta’ faċilitajiet u ċentri approvati kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)

Il-kodiċi iso tal-pajjiż

L-isem tal-pajjiż

In-numru ta’ l-approvazzjoni tal-faċilità jew taċ-ċentru tal-kwarantina

AT

L-AWSTRIJA

AT OP Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-KO-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-3-ME-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-4-KI-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT 4 WL Q 1

AT

L-AWSTRIJA

AT-4-VB-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT 6 10 Q 1

AT

L-AWSTRIJA

AT 6 04 Q 1

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1003

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1010

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1011

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1012

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1013

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1016

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1017

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 3001

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 3008

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 3014

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 3015

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 4009

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 4017

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 7015

CY

ĊIPRU

CB 0011

CY

ĊIPRU

CB 0012

CY

ĊIPRU

CB 0061

CY

ĊIPRU

CB 0013

CY

ĊIPRU

CB 0031

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

21750005

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

21750016

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

21750027

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

21750038

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

61750009

DE

IL-ĠERMANJA

BW-1

DE

IL-ĠERMANJA

BY-1

DE

IL-ĠERMANJA

BY-2

DE

IL-ĠERMANJA

BY-3

DE

IL-ĠERMANJA

BY-4

DE

IL-ĠERMANJA

HE-1

DE

IL-ĠERMANJA

HE-2

DE

IL-ĠERMANJA

NI-1

DE

IL-ĠERMANJA

NI-2

DE

IL-ĠERMANJA

NI-3

DE

IL-ĠERMANJA

NW-1

DE

IL-ĠERMANJA

NW-2

DE

IL-ĠERMANJA

NW-3

DE

IL-ĠERMANJA

NW-4

DE

IL-ĠERMANJA

NW-5

DE

IL-ĠERMANJA

NW-6

DE

IL-ĠERMANJA

NW-7

DE

IL-ĠERMANJA

NW-8

DE

IL-ĠERMANJA

RP-1

DE

IL-ĠERMANJA

SN-1

DE

IL-ĠERMANJA

SN-2

DE

IL-ĠERMANJA

TH-1

DE

IL-ĠERMANJA

TH-2

ES

SPANJA

ES/01/02/05

ES

SPANJA

ES/05/02/12

ES

SPANJA

ES/05/03/13

ES

SPANJA

ES/09/02/10

ES

SPANJA

ES/17/02/07

ES

SPANJA

ES/04/03/11

ES

SPANJA

ES/04/03/14

ES

SPANJA

ES/09/03/15

ES

SPANJA

ES/09/06/18

FR

FRANZA

38 193.01

GR

IL-ĠREĊJA

GR.1

GR

IL-ĠREĊJA

GR.2

HU

L-UNGERIJA

HU12MK001

IE

L-IRLANDA

IRL-HBQ-1-2003 Unit A

IT

L-ITALJA

003AL707

IT

L-ITALJA

305/B/743

IT

L-ITALJA

132BG603

IT

L-ITALJA

170BG601

IT

L-ITALJA

233BG601

IT

L-ITALJA

068CR003

IT

L-ITALJA

006FR601

IT

L-ITALJA

054LCO22

IT

L-ITALJA

I – 19/ME/01

IT

L-ITALJA

119RM013

IT

L-ITALJA

006TS139

IT

L-ITALJA

133VA023

MT

MALTA

BQ 001

NL

L-OLANDA

NL-13000

NL

L-OLANDA

NL-13001

NL

L-OLANDA

NL-13002

NL

L-OLANDA

NL-13003

NL

L-OLANDA

NL-13004

NL

L-OLANDA

NL-13005

NL

L-OLANDA

NL-13006

NL

L-OLANDA

NL-13007

NL

L-OLANDA

NL-13008

NL

L-OLANDA

NL-13009

NL

L-OLANDA

NL-13010

PL

IL-POLONJA

14084501

PT

IL-PORTUGALL

05.01/CQA

PT

IL-PORTUGALL

01.02/cqa

UK

IR-RENJU UNIT

21/07/01

UK

IR-RENJU UNIT

21/07/02”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/26


ADDENDUM

għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/543/KE tat-23 ta’ Lulju 2007 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta’ l-Europol)

(Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 200, 1 ta' Awwissu 2007)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru u bir-Rumen tal-konvenzjoni u l-protokolli li ġejjin għandhom ikunu ppubblikati iktar tard fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali.

Konvenzjoni ta' l-Europol u l-Protokolli ta'

24 ta’ Lulju 1996

19 ta’ Ġunju 1997

30 ta’ Novembru 2000

28 ta’ Novembru 2002

27 ta’ Novembru 2003


Kummissjoni

30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ottubru 2007

li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5095)

(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(2007/697/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1) u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Jekk l-ammont ta’ demel li Stat Membru bi ħsiebu japplika għal kull ettaru fis-sena huwa differenti minn dak speċifikat fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tiegħu, dak l-ammont għandu jiġi ffissat sabiex ma jippreġudikax il-kisba ta’ l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Direttiva u għandu jkun ġustifikat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, bħalma huma, fil-każ attwali, staġuni twal ta’ tkabbir u għelejjel b’rata ta’ assorbiment tan-nitroġenu għolja.

(2)

Fit-12 ta’ Novembru 2004, l-Irlanda ressqet talba lill-Kummissjoni għal deroga skond it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE. Fit-18 ta’ Ottubru 2006 tressqet talba aġġornata, ibbażata fuq ir-Regolament rivedut tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-2006 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien ta’ l-Ilmijiet) (Strument statutorju nru 378 ta’ l-2006).

(3)

Id-deroga mitluba tikkonċerna l-intenzjoni ta’ l-Irlanda li tawtorizza l-applikazzjoni ta’ 250 kg nitroġenu fuq kull ettaru fis-sena mid-demel tal-bhejjem f’farms b’talanqas 80 % ta’ art bil-mergħat. Huma potenzjalment koperti mid-deroga massimu ta’ 10 000 azjenda agrikola tal-bhejjem ta’ l-ifrat fl-Irlanda li jirrappreżentaw 8 % ta’ l-azjendi totali, 8 % ta’ Raba’ Maħdum u 20 % ta’ Unitajiet tal-Bhejjem.

(4)

Il-leġislazzjoni Irlandiża li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE, ir-Regolament tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-2006 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien ta’ l-Ilmijiet) (Strument statutorju nru 378 ta’ l-2006), tapplika bl-istess mod għad-deroga mitluba.

(5)

Il-leġislazzjoni Irlandiża li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE tinkludi l-applikazzjoni ta’ rati ta’ fertilizzazzjoni massimi kemm għan-nitroġenu kif ukoll għall-fosfat. Dawn ir-rati ta’ fertilizzazzjoni massimi huma differenzjati fuq il-bażi tal-kontenut ta’ nitroġenu u ta’ fosfat u għalhekk, iqisu l-kontribut ta’ nitroġenu u fosfat mill-ħamrija.

(6)

It-Tielet Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar in-Nitrati fl-Irlanda u r-rapporti reċenti ta’ l-Aġenzija għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent imressqa lill-Kummissjoni, li jkopru l-perjodu 2001-2003, juru li l-konċentrazzjoni medja ta’ nitrati rreġistrata fl-ilma tal-pjan hija ta’ l-ordni ta’ 2.5 mg/L N u ġew irreġistrati konċentrazzjonijiet ta’ nitrati ‘l fuq minn 50 mg/L f’massimu ta’ 2 % tal-punti ta’ teħid ta’ kampjuni. Id-dejta dwar il-kwalità ta’ l-ilma fix-xmajjar għall-perjodu 2000-2003, turi li l-valur medju għan-nitrati fl-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ “Eurowaternet” hu 6.9 mg/L.

(7)

70 % tal-punti ta’ monitoraġġ ta’ l-ilma tal-pjan urew tendenza ‘l isfel jew stabbli fil-konċentrazzjoni ta’ nitrati; ix-xmajjar irreġistraw kwalità ogħla fl-2001-2003 meta mqabbla mal-perjodu ta’ rappurtar ta’ qabel (1995-1997) u reġġgħu lura t-tnaqqis tal-kwalità ta’ l-ilma, li ilha tiġi rreġistrata mill-aħħar snin tat-Tmeninijiet. Ġie osservat ukoll tnaqqis ta’ lagi ipertrofiċi.

(8)

L-Irlanda, f’konformità ma’ l-Artikolu 3, paragrafu 5, tad-Direttiva 91/676/KEE, tapplika programm ta’ azzjoni fit-territorju kollu tagħha skond ir-Regolament tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-2006 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien ta’ l-Ilmijiet) (Strument statutorju nru 378 ta’ l-2006).

(9)

L-għadd ta’ bhejjem u l-użu ta’ fertilizzanti kimiċi naqsu fl-aħħar għaxar snin. Matul il-perjodu 1997-2004 naqas l-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat, qżieqeż u nagħaġ b’7 %, 3 % u 17 %, rispettivament. Il-piż medju ta’ nitroġenu mid-demel tal-bhejjem fl-2004 kien ta’ 103 kg/ha, bi tnaqqis notevoli meta mqabbel mal-140 kg/ha ta’ l-1998. Il-piż medju ta’ fosfru (P) kien ta’ 16 kg/ha. L-użu ta’ fertilizzant kimiku bin-nitroġenu naqas b’21 % matul il-perjodu bejn l-1999 u l-2005 u l-użu ta’ fertilizzant bil-fosfat naqas b’37 % matul il-perjodu bejn l-1995 u l-2005.

(10)

Fl-Irlanda, disgħin fil-mija tar-raba’ huwa ddestinat għar-ragħa li fih jippredominaw tipi ta’ mergħat adatti sew għall-produzzjoni tal-mergħat. Fuq livell ġenerali, fil-farms bil-mergħat, 47 % ta’ l-art hija maħduma estensivament u għalhekk, għandha densità ta’ bhejjem relattivament baxxa u ammont baxx minn fertilizzanti, 36 % tinħadem skond il-programmi agroambjentali (Skema għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent Rurali, skema REP) u 7 % biss ta’ l-art tinħadem intensivament; 10 % tintuża għat-tħaddim tar-raba’. L-użu medju ta’ fertilizzant kimiku fuq mergħat huwa 82 kg/ha nitroġenu u 7.6 kg/ha fosfru.

(11)

Il-klima Irlandiża, ikkaratterizzata minn kwantità annwali ta’ xita mqassma ndaqs matul is-sena u skala ta’ temperatura annwali dejqa, tippromwovi staġun twil ta’ tkabbir ta’ mergħat li jibda minn 330 jum fis-sena fil-parti tal-Lbiċ sa madwar 250 jum fis-sena fil-parti tal-Grigal.

(12)

Id-dokumenti tekniċi u xjentifiċi li tressqu fin-notifika Irlandiża juru li l-proposta għal ammont ta’ 250 kg għal kull ettaru fis-sena ta’ nitroġenu minn demel tal-bhejjem li jirgħu f’farms b’talanqas 80 % ta’ mergħat hija ġustifikata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi bħalma huma staġuni twal tat-tkabbir u għelejjel b’rata ta’ assorbiment tan-nitroġenu għolja.

(13)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-ammont ta’ demel mitlub mill-Irlanda mhuwiex se jippreġudika l-kisba ta’ l-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE, jekk jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet stretti.

(14)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata b’konnessjoni mal-programm ta’ azzjoni ta’ l-Irlanda, ir-Regolament tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-2006 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien ta’ l-Ilmijiet) (Strument statutorju nru 378 ta’ l-2006).

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati stabbilit skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tingħata d-deroga mitluba mill-Irlanda permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Ottubru 2006, bil-għan li jiġi permess ammont ogħla ta’ demel tal-bhejjem minn dak previst fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tiegħu, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“Farms bil-mergħat” tfisser azjendi fejn 80 % jew aktar taż-żona tar-raba’ disponibbli għall-għoti tad-demel hija mergħa;

(b)

“Bhejjem li jirgħu” tfisser bhejjem ta’ l-ifrat (għajr għall-għoġiela tal-vitella), nagħaġ, ċriev, mogħoż u żwiemel;

(ċ)

“Mergħa” tfisser art permanentement jew temporanjament bil-ħaxix (temporanjament timplika perjodu ta’ erba’ snin jew anqas).

Artikolu 3

Ambitu ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika każ b’każ u f’kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6 għall-farms bil-mergħat.

Artikolu 4

Awtorizzazzjoni u impenn annwali

1.   Il-bdiewa li jridu jibbenefikaw minn deroga għandhom iressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kull sena.

2.   Flimkien ma’ l-applikazzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintrabtu bil-miktub li se jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 u 6.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiggarantixxu li l-applikazzjonijiet kollha għal deroga jitressqu għal kontroll amministrattiv. Meta l-kontroll imwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 juri li l-kundizzjonijiet previsti mill-Artikoli 5 u 6 mhumiex sodisfatti, l-applikant għandu jkun infurmat minnufih. F’dan il-każ, l-applikazzjoni għandha titqies miċħuda.

Artikolu 5

Applikazzjoni tad-demel u fertilizzanti oħra

1.   L-ammont ta’ demel mill-bhejjem li ġej minn bhejjem li jirgħu li jingħata fis-sena f’art ta’ farms bil-mergħat, inkluż dak mill-bhejjem stess, ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ demel li jkun fih 250 kg nitroġenu għal kull ettaru, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7.

2.   L-ammonti totali tan-nitroġenu ma għandhomx jaqbżu d-domanda mbassra għan-nutrienti ta’ l-għalla u jqisu l-provvista mill-ħamrija. L-applikazzjoni totali tan-nitroġenu għandha tkun differenzjat a fuq il-bażi tad-densità ta’ bhejjem u l-produttività tal-mergħat.

3.   Kull farm għandu jżomm pjan ta’ fertilizzazzjoni b’deskrizzjoni tat-tinwib tar-raba’ u l-għoti ppjanat ta’ demel u fertilizzanti kimiċi tan-nitroġenu u tal-fosfat. Għandu jkun disponibbli fil-farm sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu.

Il-pjan ta’ fertilizzazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-għadd ta’ bhejjem ħajjin, deskrizzjoni tas-sistema ta’ kif jinżammu u jinħażnu, inkluż il-volum disponibbli għall-ħżin tad-demel;

(b)

kalkolu tan-nitroġenu (li minnu jitnaqqas kwalunkwe telf fiż-żamma u l-ħażna) u l-fosfru mid-demel li jiġi prodott fil-farm;

(ċ)

it-tinwib u r-raba’ li jintuża għal kull għalla, flimkien ma’ tpinġija ta’ mappa fejn huma indikati l-għelieqi u fejn jinsabu;

(d)

ir-rekwiżiti prevedibbli li jkollhom l-għelejjel f’termini ta’ nitroġenu u ta’ fosfru;

(e)

l-ammont u t-tip ta’ demel li jingħata barra l-artijiet tal-farm u fil-farm;

(f)

ir-riżultati ta’ l-analiżi tal-ħamrija relatati ma’ l-istatus N u P tal-ħamrija, jekk hu l-każ;

(g)

l-applikazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfru mid-demel fuq kull għalqa (taqsimiet tal-farm li huma omoġenji f’dak li jirrigwarda ż-żrigħ u t-tip ta’ ħamrija);

(h)

l-applikazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfru b’fertilizzanti kimiċi kif ukoll fertilizzanti oħrajn fuq kull għalqa.

Il-pjanijiet għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiċi agrikoli sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-pjanijiet u l-prattiċi agrikoli attwali.

4.   Kull farm għandha tħejji kontijiet tal-fertilizzazzjoni, fosthom informazzjoni relatata mal-ġestjoni ta’ l-ilma bil-ħamrija. Dawn għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja.

5.   Kull farm bil-mergħat li tibbenefika minn deroga individwali għandha taċċetta li l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, il-pjan ta’ fertilizzazzjoni u l-kontijiet tal-fertilizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu suġġetti għal kontroll.

6.   Għandha titwettaq analiżi tan-nitroġenu u tal-fosfru fil-ħamrija għal kull farm li tibbenefika minn deroga individwali għallinqas kull erba’ snin għal kull żona omoġenja tal-farm, fir-rigward tat-tinwib u l-karatteristiċi tal-ħamrija. Għandha tinħtieġ analiżi waħda għal kull ħames ettari ta’ art.

7.   Ma jistax jingħata d-demel fil-ħarifa qabel il-koltivazzjoni tal-mergħa.

Artikolu 6

Ġestjoni ta’ l-artijiet

80 % jew aktar ta’ l-art disponibbli għall-għoti tad-demel fuq farms għandha tkun kkoltivata bħala mergħa. Il-bdiewa li jibbenefikaw minn deroga individwali għandhom iwettqu l-miżuri li ġejjin:

(a)

mergħa temporanja għandha tinħarat fir-rebbiegħa;

(b)

il-mergħa li tinħarat fit-tipi kollha ta’ ħamrija għandha tiġi segwita minnufih b’għalla b’domanda ta’ nitroġenu għolja;

(ċ)

it-tinwib ma għandux jinkludi pjanti leguminużi jew pjanti oħra li jassimilaw in-nitroġenu atmosferiku. Madankollu, dan mhux se japplika għas-silla f’mergħa b’inqas minn 50 % ta’ silla u għaċ-ċereali u l-piżelli li jinżergħu flimkien fil-mergħa.

Artikolu 7

Miżuri oħra

L-Irlanda għandha tiggarantixxi li l-użu tad-deroga għandha tkun bla ħsara għall-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma’ leġiżlazzjoni ambjentali Komunitarja oħra.

Artikolu 8

Monitoraġġ

1.   L-awtorità kompetenti għandha tħejji u taġġorna kull sena l-mapep li juru l-perċentwal ta’ farms bil-mergħat, il-perċentwal ta’ bhejjem u l-perċentwal ta’ raba’ kopert minn deroga individwali f’kull Kontea. Kull sena, dawk il-mapep għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u, għall-ewwel darba, sa l-1 ta’ Marzu 2008.

2.   Il-monitoraġġ tal-farms, li huma koperti sew mill-programm ta’ azzjoni sew mid-deroga, għandhom isiru f’ilqugħ agrikoli għall-monitoraġġ kif stabbilit mill-programm ta’ azzjoni Irlandiż. L-ilqugħ ta’ monitoraġġ ta’ referenza għandhom jirrappreżentaw it-tipi differenti ta’ ħamrija, il-livelli ta’ intensità u l-prattiċi ta’ fertilizzazzjoni.

3.   Stħarriġ u analiżi kontinwi tan-nutrienti għandhom jipprovdu d-dejta dwar l-użu lokali tar-raba’, it-tinwib u l-prattiċi agrikoli fuq farms li jibbenefikaw minn derogi individwali. Dik id-dejta tista’ tintuża għal kalkoli bbażati fuq mudelli tal-kobor tal-lissija tan-nitrati u tat-telf tal-fosfru minn għelieqi fejn jiġi applikat sa 250 kg nitroġenu għall kull ettaru fis-sena f’demel minn bhejjem li jirgħu.

4.   Il-monitoraġġ ta’ l-ilma tal-pjan tal-wiċċ, l-ilma tal-ħamrija, l-ilma tad-dranaġġ u nixxiegħat f’farms li huma fil-punti ta’ lqugħ agrikoli ta’ monitoraġġ għandhom jipprovdu d-dejta dwar il-konċentrazzjoni ta’ nitrati u fosfru fl-ilma li jħalli ż-żona ta’ l-għeruq u jidħol fl-ilma tal-pjan u fl-ilma tal-wied.

5.   Monitoraġġ ta’ l-ilma aktar bir-reqqa għandu jitwettaq għall-ilqugħ agrikoli li jinsabu qrib lagi l-aktar vulnerabbli u ħażniet ta’ ilma ta’ taħt l-art (akwiferi) partikolarment vulnerabbli.

6.   Għandu jitwettaq studju sabiex, sa tmiem il-perjodu tad-deroga, tinġabar l-informazzjoni xjentifika dettaljata dwar is-sistemi ta’ mergħat għal użu intensiv fl-Irlanda. Dan l-istudju għandu jiffoka fuq il-lissija tan-nitrati f’sistemi ta’ produzzjoni intensivi ta’ ħalib u derivati minnu f’tipi ta’ ħamrija vulnerabbli (ramel u ħamrija mrammla) f’żoni rappreżentattivi.

Artikolu 9

Kontrolli

1.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi tal-farms kollha li jibbenefikaw minn deroga individwali għall-valutazzjoni tal-konformità mal-kwantità massima ta’ 250 kg nitroġenu mid-demel tal-bhejjem, għal kull ettaru fis-sena, mar-rati tal-fertilizazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfru, u mal-kundizzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-art.

2.   Għandu jkun stabbilit programm ta’ spezzjonijiet ta’ l-għelieqi bbażat fuq l-analiżi tar-riskju, riżultati tal-kontrolli tas-snin ta’ qabel u riżultati ta’ kontrolli każwali ġenerali tal-leġislazzjoni li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE. L-ispezzjonijiet ta’ l-għelieqi għandhom ikopru talanqas 3 % tal-farms li jibbenefikaw minn deroga individwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 u 6.

Artikolu 10

Rappurtaġġ

1.   L-awtorità kompetenti għandha tressaq ir-riżultati tal-monitoraġġ lill-Kummissjoni kull sena, b’rapport konċiż dwar l-evoluzzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma u l-prattika ta’ valutazzjoni. Ir-rapport għandu jagħti informazzjoni dwar kif titwettaq l-evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-deroga permezz ta’ kontrolli fuq livell ta’ farms u għandu jinkludi informazzjoni dwar farms mhux konformi fuq il-bażi ta’ riżultati ta’ spezzjonijiet amministrattivi u fuq il-post. L-ewwel rapport għandu jitressaq sa Ġunju 2008 u wara, kull sena sax-xahar ta’ Ġunju.

2.   Ir-riżultati miksuba b’dan il-mod se jitqiesu mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ talba ġdida eventwali għal deroga.

Artikolu 11

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fil-kuntest tal-programm ta’ azzjoni Irlandiż hekk kif implimentat fir-Regolament tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-2006 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien ta’ l-Ilmijiet) (Strument statutorju nru 378 ta’ l-2006). Tiskadi fis-17 ta’ Lulju 2010.

Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1. Id-Diretiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Ottubru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2007/116/KE rigward l-introduzzjoni ta’ numri riżervati addizzjonali li jibdew bil-“116”

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5139)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/698/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/21/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għal networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva Kwadru) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/116/KE tal-15 ta’ Frar 2007 dwar ir-riżervazzjoni tas-serje nazzjonali tan-numri li jibdew bil-116, għal numri armonizzati biex jintużaw għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali (2) tirriżerva s-serje nazzjonali tan-numri li jibdew bil-116, għal numri armonizzati biex jintużaw għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni fih lista ta’ numri speċifiċi f’din is-serje numerika u s-servizzi li għalihom huwa riżervat kull numru. Din il-lista tista’ tiġi adattata skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2002/21/KE.

(2)

Id-deskrizzjoni tas-servizz assoċjat man-numru 116000 għandha tiġi aġġornata. Barra minn hekk, żewġ servizzi, il-linji ta’ l-għajnuna għat-tfal u l-linji ta’ l-għajnuna għall-appoġġ emozzjonali ġew identifikati bħala servizzi ta’ valur soċjali u jistgħu jibbenifikaw min-numri armonizzati. Għal dawn ir-raġunijiet, id-Deċiżjoni 2007/116/KE għandha tiġi aġġornata u għandhom jiġu introdotti numri riżervati addizzjonali.

(3)

Id-Deċiżjoni 2007/116/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Komunikazzjonijiet,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/116/KE għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li minn 29 ta’ Frar 2008 l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tkun tista’ tassenja dawk in-numri li ġew miżjuda mal-lista permezz ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Direttiva emendat bir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill (KE) Nru 717/2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32).

(2)  ĠU L 49, 17.2.2007, p. 30.


ANNESS

Lista ta’ numri riżervati għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali

Numru

Is-servizz li għalih in-numru huwa riżervat

Kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mad-dritt ta’ użu ta’ dan in-numru

116000

 

Isem is-servizz

Hotline għat-tfal neqsin

 

Deskrizzjoni:

Is-servizz (a) jirċievi telefonati li jirrapportaw tfal neqsin u jgħadduhom lill-Pulizija; (b) joffri servizzi ta’ gwida u appoġġ lill-persuni responsabbli għal tfal neqsin; (ċ) jagħti appoġġ lill-investigazzjoni.

Is-servizz huwa kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu).

116111

 

Isem is-servizz

Linji ta’ l-għajnuna għat-tfal

 

Deskrizzjoni:

Is-servizz jgħin lit-tfal li jeħtieġu l-attenzjoni u l-protezzjoni u jqabbadhom ma’ servizzi u riżorsi; jagħti l-opportunità lit-tfal li jesprimu l-inkwiet tagħhom, li jitkellmu dwar kwistjonijiet li qed jaffettwawhom direttament u jikkuntatjaw lil xi ħadd f’sitwazzjoni ta’ emerġenza.

Fejn is-servizz ma jkunx kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu), il-fornitur tas-servizz għandu jiżgura li l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tingħata pubbliċità b’mezzi li huma faċilment aċċessibbli, u li matul il-perjodu meta s-servizz ma jkunx disponibbli, min iċempel ikun infurmat dwar meta s-servizz ser jerġa’ jsir disponibbli.

116123

 

Isem is-servizz

Linji għal appoġġ emozzjonali

 

Deskrizzjoni:

Is-servizz jippermetti lil juzah jużah li jibbenifika minn relazzjoni umana ġenwina imsejsa fuq smigħ li huwa ħieles minn kull ġudizzju. Joffri appoġġ emozzjonali lil dawk li jkunu weħidhom, fi stat ta’ kriżi psikoloġika jew li jkunu qed jikkontemplaw is-suwiċidju.

Fejn is-servizz ma jkunx kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu), il-fornitur tas-servizz għandu jiżgura li l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tingħata pubbliċità b’mezzi li huma faċilment aċċessibbli, u li matul il-perjodu meta s-servizz ma jkunx disponibbli, min iċempel ikun infurmat dwar meta s-servizz ser jerġa’ jsir disponibbli.


30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Ottubru 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE biex tiġi estiża d-deroga marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ importazzjoni għal materjali ta’ propagazzjoni u tħawwil ta’ ħxejjex minn pajjiżi terzi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5218)

(2007/699/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni u ta’ tħawwil tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ (1), u b’mod partikolari t-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/33/KEE, il-Kummissjoni hija meħtieġa li tiddeċiedi jekk il-materjal tal-propagazzjoni tal-ħxejjex ta’ l-ikel u għat-taħwil, għajr għaż-żerriegħa, prodott f’pajjiż terz u joffri l-istess garanziji rigward l-obbligi fuq il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz ta’ tkabbir, l-ippakkeġġjar, l-arranġamenti għall-ispezzjoni, l-għoti tal-marka u s-siġill humiex ekwivalenti f’kull rispett għall-materjal tal-propagazzjoni tal-ħxejjex ta’ l-ikel u għat-taħwil għajr għaż-żerriegħa prodotti fil-Komunità u jekk iħarsux il-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(2)

Madankollu, l-informazzjoni disponibbli attwalment dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw f’pajjiżi terzi għadha mhijiex biżżejjed biex tħalli lill-Kummissjoni tadotta xi deċiżjoni bħal din dwar xi pajjiż terz f’dan l-istadju.

(3)

Biex ix-xejriet tal-kummerċ ma jiġux imħarbta, l-Istati Membri li jimportaw il-materjal tal-propagazzjoni tal-ħxejjex ta’ l-ikel u għat-taħwil, għajr għaż-żerriegħa, minn pajjiżi terzi għandhom jitħallew ikomplu japplikaw għal dawn il-prodotti kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-prodotti simili mill-Komunità skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE. Il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-deroga stipulat fid-Direttiva 92/33/KEE għal importazzjonijiet bħal dawn għandu għalhekk jiġi estiż għal wara l-31 ta’ Diċembru 2007.

(4)

Id-Direttiva 92/33/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni ta’ l-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE, id-data “31 ta’ Diċembru 2007” hija mibdula b’ “31 ta’ Diċembru 2012”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12).


ORJENTAZZJONIJIET

Bank Ċentrali Ewropew

30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/34


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

li temenda l-Annessi I u II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema

(BĊE/2007/10)

(2007/700/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partikolarment l-ewwel subinċiz ta’ l-Artikolu 105(2),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 3.1, l-Artikoli 12.1, 14.3 u l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 20,

Wara li kkunsidra l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema (1),

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Linja ta’ Ġwida BĊE/2000/7 jeħtieġ li jiġi emendat minħabba tibdil riċenti fid-definizzjoni u l-implimentazjoni tal-politika monetarja waħda ta’ l-Eurosistema. Dan it-tibdil għandu x’jaqsam fost l-oħrajn ma’ l-assi eliġibbli u t-tneħħija tat-tranżazzjonijiet assoluti mil-lista ta’ l-operazzjonijiet ta’ rfinar.

(2)

Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat fuq l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2008 (2), Ċipru jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-Ewro u d-deroga tiegħu skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ser titħassar b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008 (3). Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2008, Malta tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-ewro u d-deroga tagħha skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ser titħassar b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008. Minħabba dan jenħtieġ li tiġi emendata t-tabella tal-websites ta’ l-Eurosistema fl-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7.

(3)

Il-Linja tal-Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta’ April 2007 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (“TARGET2”) (4), tistabbilixxi s-sistema TARGET2 biex tieħu post is-sistema TARGET attwali kif stabbilit fl-Artikolu 14(2) tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ser jaqilbu għat-TARGET2 skond l-iskeda speċifikata fl-Artikolu 13 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2. Minħabba dan, jeħtieġ li jiġu emendati r-riferenzi għat-TARGET fl-Annessi I u II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2.

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

Emendi lill-Annessi I u II

1.   L-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat skond l-Anness I ta’ din il-Linja ta’ Gwida.

2.   L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat skond l-Anness II ta’ din il-Linja ta’ Gwida.

Artikolu 2

Emendi għat-tabella tal-websites ta’ l-Eurosistema

It-tabella tal-websites ta’ l-Eurosistema li hemm fl-Anness 5 ta’ l-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 qed tinbidel bit-tabella fl-Anness III ta’ din il-Linja ta’ Gwida.

Artikolu 3

Verifika

Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma biħsiebhom ikunu konformi ma’ din il-Linja ta’ Gwida, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2007.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara li tiġi adottata. L-Artikolu 1 għandu japplika mid-19 ta’ Novembru 2007. L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 5

Indirizzati

Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 20 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1. Il-Linja ta’ Gwida kif emendata l-aħħar bil-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/12 (ĠU L 352, 13.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.

(3)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.

(4)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1.


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament BĊE/2000/7 huwa emendat kif gej:

A.   Emendi dwar id-definizzjoni mibdula u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema

(1)

Fil-Kapitolu 1, Taqsima 1.1, tiddaħħal din is-sentenza wara l-ħames sentenza:

“Il-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) jistgħu, jekk meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja, jaqsmu mal-membri ta’ l-Eurosistema individwali, informazzjoni, bħad-data ta’ l-operazzjonijiet, dwar il-kontropartijiet parteċipanti fl-operazzjonijiet ta’ l-Eurosistema (*).

(*)  Din l-informazzjoni hija suġġetta għall-ħtieġa tas-segretezza professjonali skond l-Artikolu 38 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ.”"

(2)

Fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 1.3.1, it-tielet paragrafu fuq ‘operazzjonijiet ta’ irfinar” hija emendata b'li ġej:

(a)

Is-sentenza li ġejja tiddaħħal wara l-ewwel sentenza:

“Operazzjonijiet ta’ irfinar' jistgħu jsiru fl-aħħar jum ta’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva biex jagħmel tajjeb għall-iżbilanċi tal-likwidità li setgħu jakkumulaw mill-allokazzjoni ta’ l-aħħar operazzjoni ta’ finanzjament ewlieni.”

(b)

It-tielet sentenza li tirriżulta tinbidel b'li ġej:

“Operazzjonijiet ta’ irfinar isiru primarjament bħala tranżazzjonijiet b'lura, imma jistgħu jieħdu l-forma jew ta’ swaps ta’ valuta barranija jew il-ġbir ta’ depożiti b'terminu fiss.”

(3)

Fil-Kapitolu 1, it-Tabella 1, taħt l-intestatura “Operazzjonijiet ta’ irfinar”, it-tieni subfil, jitħassar il-kliem: “Xiri ass”, “Bejgħ assolut”, “Mhux regolari” u “Proċeduri bilaterali”.

(4)

Fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 1.4, tiġi emendata b'li ġej:

(a)

It-tieni sentenza tinbidel b'li gej:

“Istituzzjonijiet suġġetti għall-ħtiġijiet ta’ riżerva minima skond l-Artikolu 19.1 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ jistgħu jaċċedu għall-faċilitajiet permanenti u jipparteċipaw f'operazzjonijiet tas-suq miftuħ ibbażati fuq offerti standard kif ukoll tranżazzjonijiet assoluti.”

(b)

Titħassar ir-raba' sentenza.

(5)

Fil-Kapitolu 1, Taqsima 1.5, ir-raba' sentenza tinbidel b'li ġej:

“Fl-1 ta’ Jannar 2007, dan il-qafas waħdieni nbidel b'sistema b'żewġ saffi li kienet fis-seħħ sa mill-bidu tat-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja.”

(6)

Fil-Kapitolu 3, il-paragrafu introduttorju jiġi emendat b'li ġej:

(a)

Is-sentenza li ġejja tiddaħħal wara r-raba' sentenza:

“L-operazzjonijiet strutturali jistgħu jsiru permezz ta’ tranżazzjonijiet assoluti jiġifieri xiri u bejgħ”.

(b)

It-titlu huwa sostitwit b'li gej:

“Barra minn dan, l-Eurosistema għandha żewġ strumenti oħra disponibbli biex isiru operazzjonijiet ta’ irfinar: swaps ta’ valuta barranija u l-ġbir ta’ depożiti b'terminu fiss.”

(7)

Fil-Kapitolu 3, Taqsima 3.1.4, tiddaħħal din is-sentenza wara t-tieni sentenza:

“Operazzjonijiet ta’ irfinar’ jistgħu jsiru fl-aħħar jum ta’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva biex jagħmel tajjeb għall-iżbilanċi tal-likwidità li setgħu jakkumulaw mill-allokazzjoni ta’ l-aħħar operazzjoni ta’ finanzjament ewlieni.”

(8)

Fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 3.2, tiġi emendata b'li ġej:

(a)

It-tieni sentenza taħt l-intestatura “Tip ta’ strument” tinbidel b'li ġej:

“Dawn l-operazzjonijiet isiru għal skopijiet strutturali biss.”

(b)

Taħt l-intestatura “Karatteristiċi operattivi oħrajn”, ir-raba' paragrafu jinbidel b'li ġej:

“—

dawn normalment isiru b'mod deċentralizzat mill-BĊNi;”

(9)

Fil-Kapitolu 4, it-Taqsima 4.1, tiġi emendata b'li ġej:

(a)

Taħt l-intestatura “Kundizzjonijiet ta’ aċċess”, l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu hija emendata b'li ġej:

“Fl-aħħar ta’ kull jum tax-xogħol, il-pożizzjonijiet tad-dejn tal-kontropartijiet tal-kont ta’ settlement mal-banek ċentrali nazzjonali jiġu kkunsidrati awtomatikament li huma talba għar-rikors tal-faċilità ta’ self marġinali.”

(b)

Taħt l-intestatura “Termini ta’ maturità u mgħax”, it-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tiġi aġġornata b'li ġej:

“Il-BĊE jista’ jibdel ir-rata ta’ imgħax f'kull żmien, li tkun fis-seħħ, l-aktar kmieni, mill-jum tax-xogħol ta’ l-Eurosistema li jmiss (**)  (***).

(**)  F'dan id-dokument kollu, il-kliem “jum tax-xogħol ta’ l-Eurosistema” jirriferi għal kull ġurnata meta l-BĊE u ta’ l-anqas bank ċentrali nazzjonali wieħed ikunu miftuħin biex iħaddmu l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema."

(***)  Il-Kunsill Governattiv is-soltu jiddeċiedi fuq tibdil fir-rata ta’ l-imgħax meta jikkunsidra l-pożizzjoni tal-politika monetarja fl-ewwel laqgħa tiegħu tax-xahar. Is-soltu dawn id-deċiżjonijiet isiru effettivi biss mill-bidu tal-perjodu l-ġdid taż-żamma ta’ riżerva.”"

(10)

Fil-Kapitolu 5, Taqsima 5.2, taħt l-intestatura “Operazzjonijiet magħmula permezz ta’ boroż u aġenti tas-suq”, titħassar it-tielet sentenza.

(11)

Fil-Kapitolu 5, Taqsima 5.3.2, it-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tinbidel b'li ġej:

“Iżda, l-Eurosistema tista' tapplika kultant għal raġunijiet operattivi dati ta’ setttlement oħrajn għal dawn l-operazzjonijiet, partikolament għal tranżazzjonijiet assoluti u swaps ta’ valuta barranija (ara t-Tabella 3).”

(12)

Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.1, it-tielet sentenza tat-tieni paragrafu tinbidel b'li ġej:

“Dan il-qafas wieħed, imsejjaħ “Lista waħda” wkoll, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007 u ħa post is-sistema b'żewġ saffi li kien ilu fis-seħħ mill-bidu tat-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja.”

(13)

Fil-Kapitolu 6, it-Taqsima 6.1, tiġi emendata b'li ġej:

(a)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 tinbidel b'li ġej:

Fonds communs de créances Franċiżi (FCCs) li ġiw inkorporati fis-saff wieħed tal-lista u maħruġin qabel l-1 ta’ Mejju 2006 ser jibqgħu eliġibbli għal perjodu tranżitorju sal-31 ta’ Diċembru 2008. L-FCCs maħruġin mill 1 ta’ Mejju 2006 m'humiex eliġibbli.”

(b)

L-ewwel sentenza tar-raba' paragrafu tinbidel b'li gej:

“Il-kriterji ta’ l-eliġibbiltà għaż-żewġ klassijiet ta’ assi huma uniformi fiż-żona ta’ l-euro u jidhru fit-Taqsima 6.2 (****).

(****)  Matul il-perjodu provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2011 għal klassi ta’ assi speċifika ta’ assi mhux għas-suq, klejms ta’ kreditu, u numru limitat ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà u operattivi jistgħu jkunu differenti fiż-żona ta’ l-euro (ara t-Taqsima 6.2.2).”"

(14)

Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.2.1, taħt l-intestatura “Post ta’ ħruġ”, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 tinbidel b'li ġej:

“Mill-1 ta’ Jannar 2007, biex ikunu eliġibbli titoli ta’ dejn internazzjonali f'forma bearer globali maħruġin permezz ta’ ICSDs għandhom jinħarġu f’forma ta’ Noti Globali Ġodda (New Global Notes (NGNs)) u ddepożitati ma’ Common Safekeeper (CSK) li huwa ICSD jew, jekk japplika, CSD li jissodisfa l-istandards minimi stabbiliti mill-BĊE. Titoli ta’ dejn internazzjonali f’forma globali li kienu nħarġu f'forma ta’ Noti Globali Klassiċi (CGNs) qabel l-1 ta’ Jannar 2007 u titoli funġibbli maħruġin taħt l-istess kodiċi ISIN fid-data jew warajha jibqgħu eliġibbli sal-maturità”

(15)

Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.2.1, taħt l-intestatura “Swieq aċċettabbli”, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 li ġejja tiddaħħal fl-aħħar tal-paragrafu:

“Assi tas-suq, li huma aċċettati bħala assi tat-tieni saff, u li nħarġu qabel il-31 ta’ Mejju 2007 u jiġu nnegozjati fi swieq mhux irregolati li bħalissa jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Eurosistema għas-sigurtà u l-aċċessibbiltà, imma mhux għat-trasparenza, jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Diċembru 2009, iżda għandhom jissodisfaw kriterji oħrajn ta’ eliġibbiltà, u jsiru ineliġibbli wara dik id-data. Dan ma japplikax għall-assi tas-suq mhux koperti maħruġin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu aċċettati bħala assi ta’ żewġ saffi u saru ineliġibbli fil-31 ta’ Mejju 2007.”

(16)

Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.2.1, taħt l-intestatura “Post ta’ stabbiliment ta’ min jagħmel il-ħruġ/garanti”, tidħol in-nota ta’ qiegħ il-paġna 14 li tirriżulta fl-aħħar ta’ l-ewwel sentenza:

“Assi tas-suq maħruġin qabel l-1 ta’ Jannar 2007 minn entità mhux stabbilita fiż-ŻEE jew f'wieħed mill-pajjiżi mhux taż-ŻEE tal-G10, imma ggarantiti minn entità stabbilita fiż-ŻEE, jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Diċembru 2011, iżda għandhom jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà oħrajn u r-rekwiżiti applikabbli għall-garanziji kif jidher fit-Taqsima 6.3.2, u jsiru ineliġibbli wara dik id-data.”

(17)

Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.3.2, fl-ewwel paragrafu fuq “valutazzjoni tal-kreditu ECAI”, dik li kienet in-nota ta’ qiegħ il-paġna 26 issa hija nnumerata mill-ġdid bħala nota ta’ qiegħ il-paġna 28 fl-aħħar ta’ l-ewwel sentenza tinbidel b'li ġej:

“L-istandards ta’ kreditu għoli għal bonds tal-bank koperti maħruġin fl-1 ta’ Jannar 2008 jiġu vvalutati fuq il-bażi tas-sett ta’ kriterji fuq imsemmijin. Bonds tal-bank koperti maħruġin qabel l-1 ta’ Jannar 2008 jitqiesu li jissodisfaw standards ta’ kreditu għoli jekk jikkonformaw mill-qrib mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva UCITS.”

(18)

Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.6.1, fit-tieni paragrafu, titħassar in-nota ta’ qiegħ il-paġna 50 li hemm bħalissa.

(19)

L-Annessi ta’ l-Anness I jingħataw l-isem ġdid “Appendiċijiet”.

(20)

Fl-Appendiċi 2 li tirriżulta ta’ l-Anness I, fid-definizzjoni ta’ “operazzjoni tas-suq miftuħ” ir-raba' sentenza tinbidel b'li ġej:

“Barra minn dan, il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn u tranżazzjonijiet assoluti huma disponibbli għal operazzjonijiet strutturali, filwaqt li swaps ta’ valuta barranija u l-ġbir ta’ depożiti b'termini fissi huma disponibbli biex jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ irfinar.”

B.   Emendi dwar l-istabbilment tat-TARGET2

(21)

Fil-lista ta’ l-“Abbrevjazzjonijiet”, il-linja li tirriferi għal “TARGET” tinbidel b'li ġej:

“TARGET

Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system, kif imfissra fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/16

TARGET2

Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system, kif imfissra fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2”

(22)

Fil-Kapitolu 4, Taqsima 4.1, it-test taħt l-intestatura “Kundizzjonijiet ta’ aċċess” huwa emendat b'li ġej:

(a)

It-tielet sentenza ta’ l-ewwel paragrafu hija sostitwita b'dan li gej:

“Aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali jingħata biss fi ġranet meta (i) IT-TARGET2 (*****); u (ii) is-sistemi ta’ settlement ta’ titoli rilevanti (SSSs) huma operattivi (******).

(*****)  Ir-riferenzi għat-“TARGET2” għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-“TARGET”, sakemm l-BĊN ikun qaleb għat-TARGET2. Mid-19 ta’ Novembru 2007, l-infrastruttura teknika ddiċentralizzata tat-TARGET ser tinbidel bi pjattaforma waħda maqsuma tat-TARGET2 li permezz tagħha l-ordnijiet kollha ta’ ħlas jintbagħtu u jiġu pproċessati u li permezz tagħhom jiġu rċevuti ħlasijiet bl-istess mod tekniku. Il-bidla għat-TARGET2 hija rranġata fi tliet gruppi ta’ pajjiżi, li tippermetti l-utenti jaqilbu għat-TARGET2 f'mumenti differenti u f'dati ddefiniti minn qabel differenti. Il-kompożizzjoni tal-gruppi tal-pajjiżi huwa dan li ġej: Grupp 1 (id-19 ta’ Novembru 2007): l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Lussemburgu u is-Slovenja; Grupp 2 (it-18 ta’ Frar 2008): il-Belġju, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Olanda, il-Portugall u Spanja; u l-Grupp 3 (id-19 ta’ Mejju 2008): il-Greċja, l-Italja, u l-BĊE. Ir-raba' data ta’ bidla (il-15 ta’ Settembru 2008) tinżamm bħala riżerva bħala mżura ta’ kontinġenza. Ċerti BĊNi mhux parteċipanti ser ikunu mqabbdin ukoll mat-TARGET2 fuq il-bażi ta’ ftehim separat: Ċipru, il-Latvija, il-Litwanja u Malta (fi Grupp 1), kif ukoll id-Danimarka, l-Estonja u l-Polonja (fi Grupp 3)."

(******)  Barra minn dan, l-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali tingħata biss meta r-rekwiżiti ta’ l-infrastruttura tas-sistema ta’ ħlas fl-RTGS ikun ġew sodisfatti.”"

(b)

It-tielet paragrafu huwa sostitwit b'li gej:

“Kontroparti tista’ tingħata wkoll aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali billi tintbagħat talba lill-bank ċentrali nazzjonali fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-kontroparti. Biex il-bank ċentrali nazzjonali jkun jista' jipproċessa t-talba fl-istess jum fit-TARGET2, it-talba għandha tiġi rċevuta mill-bank ċentrali nazzjonali ta’ l-anqas 15-il minuta wara l-ħin ta’ l-għeluq tat-TARGET2 (*******)  (********). Bħala regola ġenerali, it-TARGET2 jagħlaq fis-6 p.m. ħin ta’ l-BĊE (CET). L-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali hija posposta bi 15-il minuta fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ l-Eurosistema ta’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva (*********). It-talba għandha tispeċifika l-ammont ta’ kreditu u, jekk l-assi sottostanti għat-tranżazzjoni għadhom ma ġewx iddepożitati minn qabel mal-bank ċentrali nazzjonali, kif ukoll l-assi sottostanti li għandhom jinġabu għat-tranżazzjoni.

(*******)  F'xi Stati Membri, il-BĊN jew uħud mill-fergħat tiegħu jistgħu ma jkunux miftuħin għall-iskop li jħaddmu operazzjonijiet tal-politika monetarja f'ċerti ġranet tax-xogħol ta’ l-Eurosistema minħabba btajjel pubbliċi nazzjonali jew reġjonali. F'każijiet bħal dawn, il-BĊN huwa responsabbli biex jinforma lill-kontropartijiet bil-quddiem bl-arranġamenti li għandhom isiru għall-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali f'jum ta’ btala pubblika."

(********)  Il-jiem ta’ għeluq tat-TARGET u/jew it-TARGET2 jitħabbru fil-website tal-BĊE (www.ecb.int), u fil-websites ta’ l-Eurosistema (ara l-Appendiċi 5)."

(*********)  Sakemm BĊN ikun qaleb għat-TARGET2, l-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali ma’ BĊN ikun ta’ 30 minuta wara l-ħin ta’ l-għeluq tas-sistema (6 p.m. CET), u pospost għal 30 minuta oħra fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ l-Eurosistema ta’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva.”"

(23)

Fil-Kapitolu 4, Taqsima 4.1 taħt l-intestatura “Maturità u termini ta’ imgħax”, it-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'li ġej:

“Għal kontropartijiet li jipparteċipaw direttament fit-TARGET2, il-kreditu jitħallas lura fil-jum ta’ wara meta (i) it-TARGET2; u (ii) l-SSSs huma operattivi, fil-ħin li dawk is-sistemi jiftħu.”

(24)

Fil-Kapitolu 4, Taqsima 4.2, it-test taħt l-intestatura “Kundizzjonijiet ta’ aċċess” huwa emendat b'li ġej:

(a)

It-tielet sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'dan li gej:

“Aċċess għal faċilità ta’ depożitu jingħata biss fil-jiem meta t-TARGET2 ikun miftuħ.”

(b)

It-tieni paragrafu jinbidel b'li gej:

“Biex kontroparti tingħata aċċess għall-faċilità ta’ depożitu, il-kontroparti għandha tibgħat talba lill-bank ċentrali nazzjonali fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-kontroparti. Biex il-bank ċentrali nazzjonali jkun jista' jipproċessa t-talba fl-istess jum fit-TARGET2, it-talba għandha tiġi rċevuta mill-bank ċentrali nazzjonali ta’ l-anqas 15-il minuta wara l-ħin ta’ l-għeluq tat-TARGET2, li, bħala regola ġenerali, jkun fis-6 p.m. ħin tal-BĊE (CET) (**********)  (***********). L-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali hija posposta bi 15-il minuta fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ l-Eurosistema ta’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva (************). It-talba għandha tispeċifika l-ammont li għandu jiġi ddepożitat taħt din il-faċilità.

(**********)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 f'dan il-kapitolu."

(***********)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 f'dan il-kapitolu."

(************)  Sakemm BĊN ikun qaleb għat-TARGET2, l-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilità ta’ depożitu ma’ BĊN ikun ta’ 30 minuta wara l-ħin ta’ l-għeluq tas-sistema (6 p.m. CET), u pospost għal 30 minuta oħra fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ l-Eurosistema ta’ perjodu taż-żamma tar-riżerva.”"

(25)

Fil-Kapitolu 4, Taqsima 4.2 taħt l-intestatura “Maturità u termini ta’ imgħax”, it-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'li ġej:

“Għal kontropartijiet li jipparteċipaw direttament fit-TARGET2, id-depożiti miżmumin fil-faċilità jimmaturaw l-għada meta t-TARGET2 jkun operattiv, fil-ħin meta din is-sistema tiftaħ.”

(26)

Fil-Kapitolu 5, Taqsima 5.3.1, it-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'li ġej:

“Tranżazzjonijiet tal-flus dwar l-użu tal-faċilitajiet permanenti ta’ l-Eurosistema jew għall-parteċipazzjoni f'operazzjonijiet tas-suq miftuħ jiġu mħallsa fil-kontijiet tal-kontropartijiet mal-banek ċentrali nazzjonali jew fil-kontijiet tal-banek ta’ ħlas li jipparteċipaw fit-TARGET2.”

(27)

Fil-Kapitolu 5, Taqsima 5.3.2, l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'li ġej:

“Operazzjonijiet tas-suq miftuħ ibbażati fuq offerti standard, jiġifieri operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fit-tul u operazzjonijiet strutturali, normalment jitħallsu fl-ewwel jum wara l-jum tan-negozju meta (i) it-TARGET2; u (ii) l-SSSs kollha rilevanti jkunu miftuħin.”

(28)

Fil-Kapitolu 5, Sezzjoni 5.3.5 tinbidel b'li gej:

“5.3.3   Proċeduri ta’ l-aħħar tal-jum

Il-proċeduri ta’ l-aħħar tal-jum huma speċifikati fid-dokumentazzjoni li għandhom x'jaqsmu mat-TARGET2. Bħala regola ġenerali, it-TARGET2 jagħlaq fis-6 p.m. ħin ta’ l-BĊE (CET). L-ebda ordnijiet oħra ta’ ħlas ma jiġu aċċettati għall-ipproċessar fit-TARGET2 wara l-ħin ta’ l-għeluq, għalkemm l-ordnijiet ta’ ħlas aċċettati qabel il-ħin ta’ l-għeluq jiġu pproċessati. It-talbiet tal-kontropartijiet għall-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali jew għall-faċilità ta’ depożitu għandhom jintbagħtu lill-bank ċentrali nazzjonali rispettiv mhux aktar tard minn 15-il minuta wara l-ħin ta’ l-għeluq tat-TARGET2. L-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilitajiet permanenti ta’ l-Eurosistema hija posposta bi 15-il minuta oħra fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ l-Eurosistema ta’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva (*************).

Kull bilanċ negattiv fil-kontijiet ta’ ħlas fit-TARGET2 ta’ kontropartijiet eliġibbli li jibqgħu wara l-finalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll ta’ l-aħħar jum tax-xogħol jiġi awtomatikament ikkunsidrat bħala talba għar-rikors għal self marġinali (ara t-Taqsima 4.1).

(*************)  Sakemm BĊN ikun qaleb għat-TARGET2, l-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilitajiet permanenti ta’ l-Eurosistema ma’ dak il-BĊN ikun ta’ 30 minuta wara l-ħin ta’ l-għeluq tas-sistema (6 p.m. CET), u pospost għal 30 minuta oħra fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ l-Eurosistema ta’ perjodu taż-żamma tar-riżerva.”"

(29)

Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.6.1, l-aħħar sentenza tat-taqsima tinbidel b'li ġej:

“F'ċirkustanzi eċċezzjonali jew meta jkun meħtieġ għall-iskopijiet tal-politika monetarja, il-BĊE jista' jiddeċiedi li jestendi l-ħin ta’ l-għeluq tas-CCBM sal-ħin ta’ l-għeluq tat-TARGET2.”

(30)

In-noti ta’ qiegħ il-paġna mhux imsemmijin hawn fuq qed jiġu nnumerati mill-ġdid kif imiss.

(31)

L-Appendiċi 2 (“Glossarju”) li jirriżulta ta’ l-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat kif gej:

(i)

Il-kliem “Fl-aħħar tal-jum” jinbidel b'li gej:

“Fl-aħħar tal-jum: il-ħin tal-jum tax-xogħol wara l-għeluq tat-TARGET2 meta l-ħlasijiet ipproċessati fit-TARGET2 jiġu ffinalizzati għall-jum. Meta japplika, il-kliem għandu x'jaqsam mas-sistema tat-TARGET, sakemm il-BĊN jkun qaleb għat-TARGET2.”

(ii)

Il-kliem “Mekkaniżmu interlinking” jitħassar.

(iii)

Il-kliem “RTGS (real-time gross settlement)” jinbidel b'li ġej:

“sistema RTGS (real-time gross settlement): sistema ta’ settlement fejn l-ipproċessar u s-settlement isiru fuq il-bażi ta’ ordni b'ordni mingħajr l-innettjar kontinwu f'ħin reali. Ara wkoll it-TARGET2.”

(iv)

Il-partita “Kont ta’ settlement” tinbidel b'li gej:

“Kont ta’ settlement : kont li jinżamm minn parteċipant dirett fit-TARGET2 mal-bank ċentrali għall-iskop ta’ l-ipproċessar ta’ ħlasijiet.”

(v)

Il-partita “TARGET” tinbidel b'li gej:

“TARGET: il-predeċessur tas-sistema TARGET2, li topera fi struttura deċentralizzata li tgħaqqad flimkien sistemi RTGS nazzjonali u l-mekkaniżmu ta’ ħlas tal-BĊE. Is-sistema tat-TARGET tinbidel bis-sistema TARGET2 skond l-iskeda ta’ bidla speċifikata fl-Artikolu 13 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2.”

(vi)

Wara l-kelma “TARGET” jiddaħħal li ġej:

“TARGET2 (Trans European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system): is-sistema ta’ real-time gross settlement għall-euro, jipprovdi s-settlement ta’ ħlasijiet f'euro fi flus tal-bank ċentrali. TARGET2 huwa stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi ta’ pjattaforma waħda, li permezz tagħha l-ordnijiet kollha ta’ ħlas jintbagħtu u jiġu pproċessati u li permezz tagħhom jiġu rċevuti bl-istess mod tekniku. TARGET2 għandu l-istruttura legali bħala multipliċità ta’ sistemi RTGS (sistemi ta’ komponent TARGET2).”



ANNESS II

L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 (“Karatteristiċi Komuni Minimi Addizzjonali”) huwa emendat b’li ġej:

(1)

Il-Paragrafu 15 jinbidel b’li gej:

“L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji rilevanti applikati mill-BĊN għandhom jiddefinixxu ‘jum tax-xogħol’ bħala, fir-rigward ta’ obbligu biex isir ħlas, kull jum li fih it-TARGET2 (*) huwa operattivi biex isir dan il-ħlas u, fir-rigward ta’ obbligu biex jintbagħtu assi, kull jum meta s-sistemi tas-settlement tat-titoli li permezz tagħhom isir il-ħlas ikunu miftuħin għan-negozju fil-post fejn għandhom jiġu rċevuti t-titoli rilevanti.

(*)  Meta jkun applikabbli, ir-riferenzi għat-‘TARGET2’ għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-‘TARGET’, sakemm l-BĊN ikun qaleb għat-TARGET 2.”"

(2)

Il-paragrafu 20(b)(ii) jinbidel b’li gej:

“Fuq il-bażi ta’ somom hekk stabbiliti, il-BĊN għandu jikkalkula x’inhu dovut minn kull parti lill-oħra fid-data tax-xiri mill-ġdid. Is-somom dovuti minn parti għandhom jiġu paċuti mas-somom dovuti lill-oħra u l-bilanċ nett biss huwa pagabbli mill-parti li għandha l-klejm vvalutata f’valur anqas. Dan il-bilanċ nett huwa dovut u pagabbli l-għada meta t-TARGET2 huwa operattivi biex jagħmel il-ħlas. Għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, kull somma mhux iddenominata f’euro għandha tiġi kkonvertita f’euro fid-data xierqa bir-rata kkalkulata skond il-paragrafu 16.”

(3)

Il-paragrafu 31(b) jinbidel b’li gej:

“Fuq il-bażi ta’ somom hekk stabbiliti, il-BĊN għandu jikkalkula x’inhu dovut minn kull parti lill-oħra fid-data tat-trasferiment mill-ġdid. Is-somom dovuti minn parti għandhom jiġu kkonvertiti f’euro meta meħtieġ skond il-paragrafu 16 u paċuti ma’ somom dovuti lill-oħra. Il-bilanċ nett biss huwa pagabbli mill-parti li jkollha klejm ivvalutata f’ammont anqas. Dan il-bilanċ nett huwa dovut u pagabbli l-għada meta t-TARGET2 huwa operattivi biex jagħmel il-ħlas.”



ANNESS III

It-tabella tal-websites ta’ l-Eurosistema fl-Appendiċi 5 l-ġdid ta’ l-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 qed tiġi sostitwita b’li ġej:

“Bank ċentrali

Website

European Central Bank

www.ecb.int

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

www.nbb.be or www.bnb.be

Deutsche Bundesbank

www.bundesbank.de

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

www.centralbank.ie

Bank of Greece

www.bankofgreece.gr

Banco de España

www.bde.es

Banque de France

www.banque-france.fr

Banca d’Italia

www.bancaditalia.it

Central Bank of Cyprus

www.centralbank.gov.cy

Banque centrale du Luxembourg

www.bcl.lu

Bank Ċentrali ta’ Malta

www.centralbankmalta.com

De Nederlandsche Bank

www.dnb.nl

Oesterreichische Nationalbank

www.oenb.at

Banco de Portugal

www.bportugal.pt

Banka Slovenije

www.bsi.si

Suomen Pankki

www.bof.fi”