ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
27 ta' Ottubru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2007 tad-9 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007 tad-9 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 290/2007 f'dak li jirrigwarda l-ħtiġijiet ta’ raffinar imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 968/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1265/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi rekwiżiti għal spazjar tal-kanali vokali mill-ajru għall-art għall-Ajru Uniku Ewropew ( 1 )

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwaregoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, ta’ l-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue  ( 1 )

37

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1267/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal

53

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1268/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fiż-żona IIIa ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

55

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1269/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° Tramuntana minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja

57

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1270/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-linarda fiż-żona IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIċ u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja

59

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1271/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet għall-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali

61

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/691/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Settembru 2006 dwar proċedura skond l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ Nru COMP/F/38.121 – Attrezzaturi) (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 4180)  ( 1 )

63

 

 

2007/692/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf prodott minn pitravi ħelu modifikat ġenetikament H7-1 (KM-ØØØH71-4) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5125)  ( 1 )

69

 

 

2007/693/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ottubru 2007 li tirrigwarda ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja fil-Kanada (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5202)  ( 1 )

72

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1260/2007

tad-9 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Sabiex jinżamm il-bilanċ strutturali tas-suq, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirtira z-zokkor mis-suq. Fil-każ fejn jiġi deċiż irtirar preventiv, jeħtieġ li jiġi limitat l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-obbligu previst fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (1), sabiex jiġi evitat li jkun impost fuq l-intrapriżi taz-zokkor obbligu ta’ ħlas tal-prezz minimu għal kwantitajiet ta’ pitravi li jikkorrispondu għall-kwota sħiħa tagħhom, inklużi dawk il-kwantitajiet li jistgħu jiġu prodotti ‘l fuq mil-limitu minimu.

(2)

Skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi sa l-aħħar ta’ Frar 2010 dwar hijiex ser twettaq tnaqqis lineari tal-kwoti nazzjonali u reġjonali, bil-ħsieb li dawn il-kwoti jiġu aġġustati għal livell sostenibbli wara l-iskadenza ta’ l-iskema ta’ ristrutturar stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (2).

Sabiex tiġi mħeġġa parteċipazzjoni ogħla f’dik l-iskema ta’ ristrutturar, huwa kkunsidrat xieraq li jitnaqqas il-perċentwali msemmi fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, b’kont meħud tar-rinunzja totali tal-kwota għal kull Stat Membru taħt l-iskema ta’ ristrutturar, kif ukoll li dan il-perċentwali jiġi modulat għal kull intrapriża skond l-isforz individwali tagħha għar-ristrutturar.

(3)

Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 320/2006. Għaldaqstant dawk ir-reġjuni għandhom ikunu esklużi mill-qtugħ finali li bih il-Kummissjoni hi intitolata taġġusta l-kwoti wara l-iskadenza ta’ l-iskema ta’ ristrutturar.

(4)

L-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 jipprevedi l-possibbiltà għall-produtturi tal-pitravi u l-kannamieli maħsuba għall-produzzjoni tal-kwota li jippreżentaw applikazzjoni diretta għal għajnuna għar-ristrutturar dment li huma ma jkomplux jibagħtu kunsinni lill-intrapriżi li magħhom huma kienu marbuta b’kuntratti ta’ kunsinna fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti. Bħala riżultat ta’ l-aċċettazzjoni ta’ tali applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-kwota ta’ l-intrapriżi kkonċernati fil-limitu ta’ l-10 % msemmi fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. F’dan il-kuntest huwa meħtieġ li dak l-Artikolu jiġi emendat, sabiex jippermetti t-tnaqqis definittiv tal-kwoti allokati lill-intrapriżi.

(5)

Amministrazzjoni sana taz-zokkor fl-intervent pubbliku tfisser li z-zokkor għandu jkun mibjugħ mill-ġdid fis-suq hekk kif it-tendenzi tas-suq jippermettu dan sabiex jiġi evitat perijodu ta’ ħżin twil b’riskju ta’ deterjorazzjoni tal-kwalità. Il-possibbiltà li dan jinbiegħ mill-ġdid bħala zokkor industrijali hi meqjusa bħala adegwata.

(6)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprevedi l-possibbiltà li z-zokkor jiġi rtirat mis-suq fejn ikun meħtieġ sabiex jinżamm il-livell strutturali tas-swieq f’livell ta’ prezz qrib il-prezz ta’ referenza. Attwalment, l-applikazzjoni ta’ din il-miżura hija bbażata fuq perċentwali, li hu komuni għall-Istati Membri kollha u applikabbli għall-produzzjoni kollha taħt kwota. Esperjenza reċenti wriet li tali applikazzjoni lineari tista’ tkun kontraproduttiva, peress li l-produtturi jkunu mħeġġa jipproduċu iktar mill-ħtiġijiet kuntrattwali tagħhom bħala prekawzjoni kontra l-possibbiltà ta’ ħżin obbligatorju tal-kwantitajiet irtirati.

Għalhekk huwa kkunsidrat xieraq li l-istrument ta’ rtirar jiġi adattat billi l-perċentwali lineari jinbidel b’limitu minimu, li għandu jiġi determinat bl-applikazzjoni ta’ koeffiċjent għall-kwota allokata lil kull intrapriża, u l-kwantitajiet prodotti taħt kwota ‘l fuq minn dan il-limitu għandhom jiġu rtirati. B’dan il-mod, l-intrapriżi għandhom ikunu kapaċi jevitaw il-konsegwenzi ta’ rtirar billi jaġġustaw il-produzzjoni tagħhom biex ma taqbiżx il-livell tal-limitu minimu.

(7)

Huwa kkunsidrat li l-objettiv ta’ l-irtirar jista’ jinkiseb aħjar jekk il-koeffiċjent ta’ rtirar jista’ jiġi stabbilit b’mod preventiv sa nofs Marzu tal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, peress li dan jippermetti lill-produtturi tal-pitravi biex jadattaw iż-żriegħ tagħhom għall-karta tal-bilanċ prevista. Ir-Regolament (KE) Nru 320/2006 jiftaħ il-possibbiltà ta’ rinunzja ta’ kwoti kontra l-pagament ta’ għajnuna għar-ristruttar f’żewġ stadji. L-ammonti li jistgħu jkunu rrinunzjati fit-tieni stadju ma jittieħdux f’kont biex jiġi stabbilit il-koeffiċjent għall-irtirar preventiv fir-rigward tal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 peress li l-figuri rispettivi ser ikunu magħrufa biss wara s-16 ta’ Marzu 2008, li hu t-terminu perentorju biex jiġi stabbilit il-koeffiċjent. Għalhekk għandu jkun iċċarat li l-koeffiċjent jeħtieġ li jkun applikat għall-kwoti li jkunu għadhom disponibbli f’dak il-mument.

(8)

Sabiex jittieħed kont ta’ data tas-suq aġġornata dwar il-produzzjoni, għandha ssir dispożizzjoni biex il-koeffiċjent ta’ rtirar preventiv stabbilit f’Marzu jkun aġġustat jekk meħtieġ għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.

(9)

L-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprevedi li l-kwantitajiet irtirati li ma jkunux kummerċjalizzati bħala zokkor jew isoglukożju industrijali għandhom jiġu trattati bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti taħt kwota għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkun imiss. Din ir-regola tista’ tfisser li l-intrapriżi li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema ta’ ristrutturar fil-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010 ma jkunux jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minn dik l-iskema. Sabiex jiġi evitat it-tfixkil fir-ristrutturar tas-settur taz-zokkor, huwa kkunsidrat meħtieġ li tiġi prevista eżenzjoni, fuq it-talba ta’ l-intrapriża, mill-irtirar fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008 jew minn irtirar possibbli fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 għal dawk l-intrapriżi li fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ l-irtirar ikkonċernata jkunu applikaw b’suċċess għal għajnuna għar-ristrutturar taħt ir-Regolament (KE) Nru 320/2006 u li bħala riżultat ikunu ser jirrinunzjaw il-kwota totali tagħhom fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkun imiss.

(10)

Sabiex tiġi mħeġġa parteċipazzjoni ogħla fl-iskema ta’ ristrutturar, huwa kkunsidrat xieraq li tkun prevista żieda tal-koeffiċjent fir-rigward tar-rinunzja totali tal-kwota għal kull Stat Membru taħt l-iskema ta’ ristrutturar.

(11)

Liċenzji ta’ l-importazzjoni taħt ċerti arranġamenti preferenzjali għandhom jinħarġu biss lir-raffinaturi full-time fil-limitu tal-ħtieġa tal-provvista tradizzjonali previst fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. Din il-prerogattiva m’għandhiex titnaqqas fir-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ rtirar, ladarba r-raffinaturi m’għandhomx l-istess possibbiltà bħall-produtturi taz-zokkor li jadattaw il-produzzjoni tagħhom għal-limiti minimi ta’ l-irtirar.

(12)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-ftehim interprofessjonali. Skond il-paragrafu 6 ta’ dak l-Artikolu, il-ftehim fi ħdan il-kummerċ jistgħu jidderogaw minn xi wħud minn dawn ir-regoli. Għandha tkun prevista l-possibbiltà ta’ deroga mill-obbligu ta’ l-intrapriżi taz-zokkor li ma jkunux iffirmaw kuntratti ta’ qabel iż-żriegħ għal kwantità ekwivalenti għaz-zokkor tal-kwota tagħhom li jħallsu l-prezz minimu għall-pitravi kollha pproċessati f’zokkor, kif kien il-każ sa l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(13)

L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprevedi aġġustament annwali tal-kwoti nazzjonali u reġjonali stipulati fl-Anness III għal dak ir-Regolament, bħala riżultat ta’ l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi differenti li permezz tagħhom il-kwoti allokati lil intrapriżi individwali jiżdiedu jew jitnaqqsu. L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jirreferi wkoll għall-Artikoli 14 u 19 ta’ dak ir-Regolament, li jikkonċernaw rispettivament iz-zokkor żejjed li jitmexxa ‘l quddiem u l-irtirar taz-zokkor mis-suq. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dawk l-Artikoli ma tirriżultax la f’żieda u lanqas fi tnaqqis tal-kwota. Għalhekk ir-referenza kkonċernata għandha titħassar.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(15)

F’dan ir-Regolament għandu jittieħed kont tal-fatt li l-kwota totali għall-produzzjoni tal-ġulepp ta’ l-inulina kienet ġiet rinunzjata fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007 taħt l-iskema ta’ ristrutturar stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 320/2006,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 huwa permezz ta’ dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 5 u 6 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“5.   Intrapriżi taz-zokkor li ma jkunux iffirmaw kuntratti ta’ kunsinna ta’ qabel iż-żriegħ bl-prezz minimu għall-kwota tal-pitravi għal kwantità ta’ pitravi ekwivalenti għaz-zokkor li għalih għandhom kwota, aġġustata, skond il-każ, permezz tal-koeffiċjent għal irtirar preventiv stabbilit skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(2), għandhom ikunu mitluba jħallsu mill-anqas il-prezz minimu għall-kwota tal-pitravi għall-pitravi taz-zokkor kollha li huma jipproċessaw f’zokkor.

6.   Soġġett għall-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru kkonċernat, il-ftehim fi ħdan il-kummerċ jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 3, 4 u 5.”;

(2)

L-Artikolu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Amministazzjoni tal-kwota

1.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2), il-kwoti stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2008 għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u sa tmiem Frar 2009 u 2010 rispettivament għall-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni 2009/2010 u 2010/2011. L-aġġustamenti għandhom jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 8 u 9 ta’ dan ir-Regolament, tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u ta’ l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006.

2.   Il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu kont tar-riżultati ta’ l-iskema ta’ ristutturar prevista fir-Regolament (KE) Nru 320/2006, għandha tiddeċiedi sa mhux iktar tard minn l-aħħar ta’ Frar 2010, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) ta’ dan ir-Regolament, il-perċentwali komuni meħtieġ sabiex jitnaqqsu l-kwoti eżistenti għaz-zokkor u l-isoglukożju għal kull Stat Membru jew reġjun bil-ħsieb li jiġu evitati l-iżbilanċi fis-suq fil-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni li jibdew mill-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011. L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kwota ta’ kull intrapriza kif meħtieġ.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għall-Istati Membri li tnaqqsitilhom il-kwota nazzjonali bħala riżultat tar-rinunzji tal-kwota skond l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-perċentwali għandu jkun stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) ta’ dan ir-Regolament, permezz ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Anness VIII għal dan ir-Regolament. Tali Stati Membri għandhom jaġġustaw, għal kull intrapriża fit-territorju tagħhom li għandha kwota, il-perċentwali skond l-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw għar-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.”;

(3)

L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titolu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Allokazzjoni mill-ġdid tal-kwota nazzjonali u t-tnaqqis tal-kwoti”

(b)

Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Stat Membru jista’ jnaqqas il-kwota taz-zokkor jew ta’ l-isoglukożju allokata għal intrapriża stabbilita fit-territorju tiegħu b’mhux aktar minn 10 % għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u li jsegwu, filwaqt li jirrispetta l-libertà ta’ l-intrapriżi li jieħdu sehem fil-mekkaniżmi stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 320/2006. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom japplikaw kriterji oġġettivi u non-diskriminatorji.”;

(ċ)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   B’deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fejn jiġi applikat l-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kwota taz-zokkor allokata lill-intrapriża kkonċernata billi japplikaw it-tnaqqis definit taħt il-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, fil-limitu tal-perċentwali stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”;

(4)

Fl-Artikolu 15(1), il-punt (ċ) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(ċ)

iz-zokkor, u l-isoglukożju rtirati mis-suq skond l-Artikoli 19 u 19a u li għalihom l-obbligi previsti fl-Artikolu 19(3) ma ġewx issodisfatti.”;

(5)

Fil-punt a ta’ l-Artikolu 18(3), għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“jew

għall-użu industrijali msemmi fl-Artikolu 13.”;

(6)

L-Artikolu 19 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Rtirar taz-zokkor

1.   Sabiex il-bilanċ strutturali tas-suq jinżamm f’livell ta’ prezz li huwa qrib tal-prezz ta’ referenza, il-Kummissjoni, b’kont meħud ta’ l-impenji tal-Komunità li jirriżultaw mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, tista’ tiddeċiedi li tirtira mis-suq, għal kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari, dawk il-kwantitajiet ta’ zokkor jew isoglukożju prodotti taħt kwoti li jaqbżu l-limitu minimu kkalkulat skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-limitu minimu ta’ rtirar imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi kkalkulat, għal kull intrapriża li għandha kwota, billi l-kwota tagħha tiġi mmultiplikata b’koeffiċjent, li għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Marzu tal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, abbażi tat-tendenzi mistennija fis-suq. Għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, dak il-koeffiċjent għandu jkun applikat għall-kwota wara r-rinunzji skond ir-Regolament (KE) Nru 320/2006 mogħtija mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2008.

Abbażi tat-tendenzi aġġornati tas-suq, il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2), tista’ tiddeċiedi sal-31 ta’ Ottubru tal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata jew li taġġusta inkella li, fil-każ li ma tkun ittieħdet ebda tali deċiżjoni skond l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li tistabbilixxi koeffiċjent.

3.   Kull intrapriża pprovduta bi kwota għandha taħżen bl-ispejjeż għaliha sal-bidu tal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni segwenti z-zokkor prodott taħt kwota lil hinn mil-limitu minimu kkalkulat skond il-paragrafu 2. Il-kwantitajiet ta’ zokkor jew isoglukożju rtirati matul kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu trattati bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti taħt kwota għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkun imiss.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, b’kont meħud tax-xejriet mistennija fis-suq taz-zokkor, jista’ jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2), li jiġi kkunsidrat, għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali u/jew għal dik li jkun imiss, iz-zokkor jew l-isoglukożju rtirat kollu jew parti minnu bħala:

(a)

zokkor żejjed jew isoglukożju żejjed disponibbli biex isir zokkor industrijali jew isoglukożju industrijali, jew

(b)

produzzjoni temporanja tal-kwota li parti minnha tista’ tiġi riservata għall-esportazzjoni li tirrispetta l-impenji tal-Komunità li jirriżultaw mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

4.   Jekk il-provvista taz-zokkor fil-Komunità ma tkunx adegwata, jista’ jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2), li ċertu kwantità ta’ zokkor irtirat tista’ tinbiegħ fis-suq Komunitarju qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ rtirar.

5.   Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jiġi trattat bħala l-ewwel produzzjoni taz-zokkor tal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkun imiss, għandu jitħallas il-prezz minimu ta’ dik il-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni lill-produtturi tal-pitravi.

Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat isir zokkor industrijali jew jiġi esportat skond il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 5 dwar il-prezz minimu m’għandhomx japplikaw.

Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jinbiegħ fis-suq Komunitarju qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ rtirar skond il-paragrafu 4, għandu jitħallas il-prezz minimu tal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni li tkun għaddejja lill-produtturi tal-pitravi.”;

(7)

L-Artikolu 19a li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 19a

Rtirar taz-zokkor fil-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008, 2008/2009 u 2009/2010

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-Regolament, għall-Istati Membri li tnaqqsitilhom il-kwota nazzjonali taz-zokkor bħala riżultat tar-rinunzji tal-kwota skond l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-koeffiċjent għandu jkun stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) ta’ dan ir-Regolament, għall-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008, 2008/2009 u 2009/2010 permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness X għal dan ir-Regolament.

2.   Intrapriża li, skond il-punti (a) jew (b) ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 tirrinunzja, b’effett mill-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkun imiss, il-kwota totali allokata lilha m’għandhiex, fuq talba tagħha, tkun sottomessa għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti msemmija fl-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-Regolament. Dik it-talba għandha tiġi ppreżentata qabel it-tmiem tal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha japplika l-irtirar.”;

(8)

Fl-Artikolu 29(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-ħtieġa tal-provvista tradizzjonali taz-zokkor għar-raffinar hija stabbilita għall-Kommunità għal 2 324 735 tunnellata għal kull kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni, espressa f’zokkor abjad.”

(9)

Fl-Anness V il-punt VI, ir-referenza għall-Artikolu 10(3) għandha tinbidel b’referenza għall-Artikolu 10(2);

(10)

It-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala l-Annessi VIII, IX u X.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1261/2007 (Ara paġna 8 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

ANNESS VIII

KALKOLU TAL-PERĊENTWALI LI GĦANDU JKUN STABBILIT SKOND IT-TIENI SUBPARAGRAFU TA’ L-ARTIKOLU 10(2)

1.

Għall-iskop tal-kalkolu stipulat fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“perċentwali fil-livell ta’ Stat Membru” tfisser il-perċentwali li għandu jkun stabbilit skond il-punt 2 bl-iskop li tiġi determinata l-kwantità totali li għandha titnaqqas fil-livell ta’ l-Istat Membru kkonċernat;

(b)

“perċentwali komuni” tfisser il-perċentwali komuni stabbilit mill-Kummissjoni skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(2);

(ċ)

“tnaqqis” tfisser iċ-ċifra miksuba bid-diviżjoni tar-rinunzja totali tal-kwoti fl-Istat Membru bil-kwoti nazzjonali kif stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament fil-verżjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għall-Anness III tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom għall-Komunità.

2.

Il-perċentwali fil-livell ta’ Stat Membru huwa daqs il-perċentwali komuni mmultiplikat b’1 – [(1/0,6) × it-tnaqqis].

Fejn ir-riżultat ikun taħt iż-żero, il-perċentwali applikabbli jkun ta’ żero.

ANNESS IX

KALKOLU TAL-PERĊENTWALI APPLIKABBLI GĦALL-INTRAPRIŻI SKOND IT-TIELET SUBPARAGRAFU TA’ L-ARTIKOLU 10(2)

1.

Għall-iskop tal-kalkolu stipulat fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“perċentwali applikabbli” tfisser il-perċentwali li għandu jkun stabbilit skond il-punt 2 u applikabbli għall-kwota allokata lill-intrapriża kkonċernata;

(b)

“perċentwali komuni fil-livell ta’ Stat Membru” tfisser il-perċentwali kkalkulat fl-Istat Membru kkonċernat bħala:

Qty / Σ [(1 – R/K) × Q]

fejn

Qty

=

il-kwantità li għandha titnaqqas fil-livell ta’ l-Istat Membru msemmi fl-Anness VIII, punt 1 (a),

R

=

ir-rinunzja msemmija f’(c) għal intrapriża partikolari,

Q

=

il-kwota ta’ l-istess intrapriża partikolari disponibbli fit-tmiem ta’ Frar 2010,

K

=

il-figura kkalkulata taħt (d),

Σ tirreferi għas-somma tal-prodott ta’ (1 – R/K) × Q kkalkulata għal kull intrapriża li jkollha kwota fit-territorju ta’ l-Istat Membru; fejn ir-riżultat ikun inqas minn żero, hu għandu jkun daqs żero;

(ċ)

“rinunzja” tfisser il-figura miksuba bid-diviżjoni tal-kwantità ta’ kwoti rrinunzjati mill-intrapriża kkonċernata mill-kwota tagħha kif allokata skond l-Artikolu 7 u l-paragrafi 1 sa 3 ta’ l-Artikolu 11.

(d)

“K” hi kkalkulata f’kull Stat Membru bid-diviżjoni tat-tnaqqis totali tal-kwota f’dak l-Istat Membru (rinunzji volontarji flimkien mal-kwantità li għandha titnaqqas fil-livell ta’ Stat Membru msemmija fl-Anness VIII, punt 1 (a)) bil-kwota inizjali tiegħu kif stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament fil-verżjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għall-Anness III tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom għall-Komunità.

2.

Il-perċentwali applikabbli huwa daqs il-perċentwali komuni mmultiplikat b’1 – [(1/K) × it-tnaqqis].

Fejn ir-riżultat ikun taħt iż-żero, il-perċentwali applikabbli jkun ugwali għal żero.

ANNESS X

KALKOLU TAL-KOEFFIĊJENT LI GĦANDU JKUN STABBILIT SKOND TA’ L-ARTIKOLU 19a (1)

1.

Għall-iskop tal-kalkoli stipulati fil-punti 2 u 3, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“koeffiċjent fil-livell ta’ Stat Membru” tfisser il-koeffiċjent li għandu jkun stabbilit skond il-punt 2;

(b)

“tnaqqis” tfisser iċ-ċifra miksuba bid-diviżjoni tar-rinunzja totali tal-kwoti taz-zokkor fl-Istat Membru, inklużi r-rinunzji fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha japplika l-irtirar, bil-kwoti nazzjonali taz-zokkor kif stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament fil-verżjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2006; għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, il-kalkolu għandu jieħu kont tal-verżjoni ta’ l-Anness III applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom għall-Komunità;

(ċ)

“koeffiċjent” tfisser il-koeffiċjent stabbilit mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19 (2).

2.

Għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008, il-koeffiċjent fil-livell ta’ Stat Membru għandu jkun daqs il-koeffiċjent miżjud b’[(1/0,5) x it-tnaqqis] x (1 – il-koeffiċjent).

Fejn ir-riżultat ikun ogħla minn 1, il-koeffiċjent applikabbli jkun ta’ 1.

3.

Għall-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010, il-koeffiċjent fil-livell ta’ Stat Membru għandu jkun daqs il-koeffiċjent miżjud b’[(1/0,6) × it-tnaqqis] × (1 – il-koeffiċjent).

Fejn ir-riżultat ikun ogħla minn 1, il-koeffiċjent applikabbli jkun ta’ 1.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/8


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1261/2007

tad-9 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 (1) ġie adottat bil-għan li jippermetti lill-produtturi taz-zokkor l-inqas kompetittivi biex iċedu l-produzzjoni tagħhom tal-kwota. Madankollu, ir-rinunzja tal-kwoti taħt dak ir-Regolament ma laħqitx il-livell li kien mistenni fil-bidu.

(2)

Skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (2), għandu jsir tnaqqis lineari tal-kwoti nazzjonali u reġjonali sa mhux iktar tard mill-aħħar ta’ Frar 2010, bil-ħsieb li jiġu evitati żbilanċi fis-suq fil-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-2010/2011, b’kont meħud tar-riżultati ta’ l-iskema ta’ ristrutturar. Tali tnaqqis lineari jista’ jippenalizza lill-intrapriżi l-iktar kompetittivi u jdgħajjef lill-industrija kollha kemm hi. Sabiex dan jiġi evitat, huwa kkunsidrat meħtieġ li jitjieb l-funzjonament ta’ l-iskema ta’ ristrutturar, sabiex tiżdied ir-rinunzja tal-kwoti taħt dik l-iskema.

(3)

Jidher li l-intrapriżi taz-zokkor ġew skoraġġuti milli jressqu applikazzjonijiet għal għajnuna għar-ristrutturar bil-fatt li m’hemm l-ebda ċertezza rigward l-ammont ta’ għajnuna għar-ristrutturar li huma ser jirċievu, peress li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-perċentwali minimu ta’ l-għajnuna riservata għall-produtturi tal-pitravi, tal-kannamieli jew taċ-ċikwejra u għall-kuntratturi tal-makkinarju, skond l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006. Sabiex titneħħa din l-inċertezza, l-ammont ta’ għajnuna li għandu jkun riservat għall-produtturi u l-kuntratturi tal-makkinarju għandu jkun stabbilit għal 10 % ta’ l-għajnuna li għandha tingħata lill-intrapriżi taz-zokkor, u l-produtturi kkonċernati għandhom jingħataw pagament addizzjonali għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009. F’ċerti każijiet hu meħtieġ perijodu preparatorju itwali għall-proċess ta’ ristrutturar. Fejn f’tali każijiet l-intrapriżi jiddeċiedu li japplikaw għal għajnuna għar-ristrutturar sa mill-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2009/2010, u sabiex ma jpoġġux il-produtturi fi żvantaġġ f’tali każ, il-pagament addizzjoni lill-produtturi għandu jingħata wkoll għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2009/2010 jekk l-applikazzjoni ta’ l-intrapriża tkun ippreżentata sal-31 ta’ Jannar 2008.

(4)

Sabiex l-intrapriżi u l-produtturi li ħadu sehem fl-iskema tar-ristrutturar fil-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007 u 2007/2008 ma jkunux ippenalizzati, id-differenza bejn l-ammont ta’ għajnuna mogħti għal dawk il-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-ammont ta’ għajnuna li kien jingħata għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 għandha titħallas lilhom b’mod retroattiv.

(5)

Sabiex jinħoloq inċentiv ulterjuri għall-parteċipazzjoni fl-iskema ta’ ristrutturar, huwa kkunsidrat xieraq li tkun prevista l-eżenzjoni ta’ parti mill-ammont temporanju għar-ristrutturar li għandu jitħallas skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008 lil dawk l-intrapriżi li, għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, jirrinunzjaw perċentwali mill-kwota tagħhom ta’ mill-inqas il-perċentwali ta’ rtirar applikat lill-intrapriża fl-2007/2008. L-ammont li għandu jiġi eżentat għandu jikkorrispondi għal dan il-perċentwali ta’ rtirar.

(6)

Barra minn hekk hu xieraq li tinħoloq proċedura ta’ applikazzjoni fuq żewġ fażijiet li għandha tippermetti lill-intrapriżi li jiddeċiedu sal-31 ta’ Jannar 2008 li jirrinunzjaw parti mill-kwota tagħhom li tikkorrispondi għal mill-anqas dak il-perċentwali ta’ rtirar li jippreżentaw it-tieni applikazzjoni sal-31 ta’ Marzu 2008 li tippermettilhom jirrinunzjaw parti ulterjuri jew it-totalità tal-kwota tagħhom bil-ħsieb tas-sitwazzjoni tas-suq magħrufa sa dak l-istadju.

(7)

Huwa kkunsidrat li l-iskema ta’ ristrutturar kienet tagħti riżultat aħjar li kieku l-produtturi setgħu jċedu minn jeddhom il-produzzjoni tagħhom tal-pitravi jew tal-kannamieli maħsuba għall-ipproċessar f’zokkor tal-kwota. Għal dak il-għan, fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 l-produtturi għandhom jingħataw il-possibbiltà li japplikaw direttament għall-għajnuna prevista fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 dment li huma ma jkomplux jibagħtu kunsinni ta’ pitravi taz-zokkor jew kannamieli lill-intrapriżi li magħhom huma kienu marbuta b’kuntratti ta’ kunsinna fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti. B’konsegwenza, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-kwota ta’ l-intrapriżi taz-zokkor ikkonċernati. F’ċerti każijiet jista’ jkun aktar xieraq li din il-possibbiltà tiġi applikata fil-livell ta’ l-Istati Membri milli fil-livell ta’ l-intrapriżi.

(8)

Sabiex jiġi evitat li l-vijabilità ekonomika ta’ l-intrapriżi taz-zokkor ikkonċernati titpoġġa f’periklu minħabba l-applikazzjonijiet tal-produtturi għall-għajnuna, it-tnaqqis fil-kwota għandu jkun limitat għal 10 % tal-kwota allokata lil kull intrapriża, li jikkorrispondi għall-perċentwali tal-kwota li l-Istat Membru jista’ jerġa’ jalloka f’kull kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni skond l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(9)

Fejn il-kwota ta’ intrapriża taz-zokkor titnaqqas bħala riżultat ta’ l-applikazzjonijiet tal-produtturi għall-għajnuna, dik l-intrapriża għandha tingħata għajnuna għar-ristrutturar kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006. Konsegwentement, l-ammonti ta’ għajnuna mogħtija għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 3(5)(ċ) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, għandu jsir aġġustament ‘l isfel f’dawk l-ammonti jekk l-intrapriża ma tieħux miżuri favur il-ħaddiema kkonċernati bit-tnaqqis tal-produzzjoni tal-kwota.

(10)

Intrapriża taz-zokkor interessata fl-applikazzjonijiet tal-produtturi għall-għajnuna għandha sal-31 ta’ Jannar ta’ qabel il-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata żżomm id-dritt li tippreżenta applikazzjoni għal għajnuna għar-ristrutturar kif previst fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, dment li tirrinunzja kwota li tikkorrispondi mill-inqas għall-istess livell ta’ tnaqqis fil-kwota li kien jirriżulta mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna ppreżentati mill-produtturi. F’dak il-każ, l-applikazzjoni għall-għajnuna ta’ l-intrapriża taz-zokkor għandha tissostitwixxi l-applikazzjonijiet tal-produtturi.

(11)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 jipprevedi għajnuna għad-diversifikazzjoni. Sar jidher biċ-ċar li hemm ħtieġa li tiġi ċċarata t-tifsira tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu. Għandu jkun iċċarat li l-għajnuna pagabbli skond dak l-Artikolu fir-rigward tal-miżuri previsti taħt l-Assi 1 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FEAŻR) (3) hija limitata mill-ammonti u r-rati ta’ appoġġ kif stabbilit fl-Anness għal dak ir-Regolament.

(12)

L-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 jipprevedi d-dati għall-pagamenti ta’ l-għajnuna taħt il-fond ta’ ristrutturar. L-esperjenza turi li taħt ċerti kondizzjonijiet jista’ jiġi stabbilit inċentiv ulterjuri għall-użu tal-fond billi jiġu avvanzati l-pagamenti. B’hekk il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tiddeċiedi dwar tali miżura billi tieħu kont tad-disponibbiltà tal-mezzi finanzjarji fil-fond.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 320/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(14)

F’dan ir-Regolament għandu jittieħed kont tal-fatt li l-kwota totali għall-produzzjoni tal-ġulepp ta’ l-inulina kienet diġà ġiet rinunzjata taħt l-iskema ta’ ristrutturar fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007. Għalhekk, m’għadx hemm il-ħtieġa li ssir referenza għal dak il-prodott jew għall-materja prima li minnha jsir il-prodott, jiġifieri ċ-ċikwejra,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 320/2006 huwa permezz ta’ dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1(ċ) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(ċ)

tirrinunzja għal parti mill-kwota jew il-kwota sħiħa assenjata minnha lil fabbrika waħda jew aktar minn tagħha u ma tużax il-faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-fabbriki kkonċernati għall-irfinar taz-zokkor tal-kannamieli.

Din l-aħħar kondizzjoni m’għandiex tapplika għal:

l-uniku impjant ta’ proċessar fis-Slovenja,

l-uniku impjant ta’ proċessar tal-pitravi fil-Portugall,

dawk eżistenti fl-1 ta’ Jannar 2006 u raffinaturi full-time kif definiti fl-Artikolu 2(13) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.”;

(b)

fil-paragrafu 6, l-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“Ammont ta’ 10 % ta’ l-għajnuna għar-ristrutturar rilevanti stabbilita fil-paragrafu 5 għandu jkun riservat għal:

(a)

produtturi tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamieli li jkunu kkonkludew kuntratt ta’ kunsinna ma’ l-intrapriża kkonċernata matul perijodu qabel il-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għall-produzzjoni taz-zokkor taħt il-kwota rinunzjata rilevanti;

(b)

kuntratturi tal-makkinarju, li huma persuni privati jew intrapriżi li jkunu ħadmu taħt kuntratt bil-makkinarju agrikolu tagħhom għall-produtturi, għall-prodotti u fil-perijodu msemmi fil-punt (a).

Wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu.”;

(ċ)

għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“7.   Għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, il-produtturi msemmija fil-paragrafu 6(a) għandhom jirċievu pagament addizzjonali ta’ EUR 237,5 għal kull tunnellata tal-kwota taz-zokkor rinunzjata.

Dan il-pagament addizzjonali għandu jsir ukoll għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2009/2010 fejn l-intrapriża kkonċernata tirrinunzja parti jew it-totalità tal-kwota taz-zokkor allokata lilha sa minn dik il-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni jekk l-applikazzjoni tkun ippreżentata sal-31 ta’ Jannar 2008.

8.   Dan il-paragrafu għandu japplika għal

(a)

intrapriżi li jkunu rrinunzjaw taħt l-iskema ta’ ristrutturar fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007 jew 2007/2008 parti mill-kwota jew il-kwota kollha allokata lilhom, u

(b)

produtturi u kuntratturi tal-makkinarju interessati fir-rinunzja tal-kwota msemmija fil-punt (a).

Fejn l-ammonti mogħtija lil intrapriżi u produtturi fil-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007 u 2007/2008 kienu inqas mill-ammonti li huma kienu jirċievu li kieku kienu rristrutturaw taħt il-kondizzjonijiet applikabbli fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, id-differenza għandha tingħatalhom retroattivament.

L-istess għandu japplika fir-rigward tal-produtturi tal-ġulepp ta’ l-inulina u l-produtturi taċ-ċikwejra. Dawn ta’ l-aħħar għandhom, għal dak l-iskop, jitqiesu bħala eliġibbli għall-pagament addizzjonali msemmi fil-paragrafu 7.”;

(2)

Wara l-Artikolu 4(1), għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   L-intrapriżi jistgħu jippreżentaw applikazzjoni addizzjonali għall-għajnuna tar-ristrutturar biex jirrinunzjaw, sa mill-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, parti ulterjuri jew it-totalità tal-kwota allokata lilhom, sal-31 ta’ Marzu 2008 fil-każ fejn:

ikunu ingħataw applikazzjonijiet fuq inizjattiva tal-produtturi skond l-Artikolu 4a jew ta’ intrapriża skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biex jirrinunzjaw kwota sa mill-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, u

il-kwota rinunzjata tikkorrispondi kif suppost għal mill-anqas il-perċentwali ta’ rtirar stabbilit fis-16 ta’ Marzu 2007 mill-Artikolu 1(1) jew l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 290/2007 tas-16 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008, il-perċentwali pprovduta fl-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (*).

Madankollu, intrapriżi li jinsabu fi Stati Membri fejn il-perċentwali ta’ rtirar stabbilit fid-data speċifikata fit-tieni inċiża ta’ l-ewwel subparagrafu ikun 0 jistgħu jużaw il-possibbiltà stipulata f’dak is-subparagrafu indipendentement minn jekk applikazzjonijiet fuq inizjattiva tal-produtturi jew minnhom ikunu ġew ippreżentati preċedentement.

(*)  ĠU L 78, 17.3.2007, p. 20.”;"

(3)

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 4a

Applikazzjoni mill-produtturi għal għajnuna għar-ristrutturar

1.   Għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, kwalunkwe produttur tal-pitravi taz-zokkor jew tal-kannamieli maħsuba li jiġu pproċessati fiz-zokkor tal-kwota jista’ jippreżenta applikazzjoni diretta lill-Istat Membru kkonċernat għall-għajnuna prevista fl-Artikolu 3(6) u 3(7), akkumpanjata minn impenn li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċertu ammont ta’ pitravi jew kannamieli tal-kwota lill-intrapriża li magħha huwa jkun ikkonkluda kuntratt ta’ kunsinna fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-qafas ta’ ftehim fil-kummerċ jista’ jkun deċiż li biss produtturi li jkunu kkonkludew kuntratti ta’ kunsinna fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti ma’ l-unika u l-istess intrapriża għandhom ikunu intitolati li jippreżentaw applikazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagafu jekk:

il-kwota allokata lil dik l-intrapriża tikkorrispondi għal mill-anqas 10 % tal-kumplament tal-kwota taz-zokkor stabbilita għall-Istat Membru kkonċernat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, u

l-ammont tal-kwota taz-zokkor li għandu jkun rinunzjat minn dik l-intrapriża flimkien ma’ l-ammont tal-kwota taz-zokkor diġà rinunzjat mill-intrapriżi kollha fl-Istat Membru kkonċernat bħala konsegwenza ta’ applikazzjonijiet preċedenti skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 jikkorrispondi għal mill-anqas 60 % tal-kwota taz-zokkor stabbilita għal dak l-Istat Membru fl-imsemmi Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fl-20 ta’ Frar 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għall-Anness III għandha tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom għall-Komunità.

2.   L-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppreżentati sat-30 ta’ Novembru 2007. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati mit-30 ta’ Ottubru 2007.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi lista ta’ applikazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 fl-ordni kronoloġika ta’ kif dawn ġew ippreżentati u għandu jikkomunika l-ammont totali tal-kwota milquta mill-applikazzjonijiet riċevuti fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara l-iskadenza għall-preżentazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni u lill-intrapriżi kkonċernati.

4.   Sal-15 ta’ Marzu 2008, l-Istat Membru kkonċernat għandu, abbażi ta’ l-ordni kronoloġika msemmija fil-paragrafu 3, u wara l-verifika prevista fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 5(2), jagħti l-applikazzjonijiet tal-produtturi li jikkorrispondu għal mhux iktar minn 10 % tal-kwota taz-zokkor allokata lil kull intrapriża u għandu jnaqqas bi proporzjon il-kwota ta’ l-intrapriża kkonċernata skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. Madankollu, fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, taħt l-istess kondizzjonijiet, jagħtu applikazzjonijiet tal-produtturi li jikkorrispondu għal mhux aktar minn 10 % tal-kumplament tal-kwota taz-zokkor stabbilita għal dan l-Istat Membru fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

Fil-każ fejn jintlaħaq kwalunkwe mil-limiti ta’ 10 % msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrifjuta l-applikazzjonijiet ’il fuq minn dan il-limitu skond l-ordni kronoloġika tal-preżentazzjoni.

L-intrapriża kkonċernata għandha tistabbilixxi u timplimenta pjan soċjali kif imsemmi fl-Artikolu 4(3)(f).

5.   Bħala riżultat ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet mill-Istat Membru skond il-paragrafu 4, l-ammont ta’ għajnuna għar-ristrutturar li għandu jingħata għandu jkun kif ġej:

(a)

għall-produtturi u l-kuntratturi, 10 % ta’ l-ammont ta’ għajnuna rilevanti stabbilit fl-Artikolu 3(5)(ċ) u għall-produtturi l-pagament addizzjonali msemmi fl-Artikolu 3(7);

(b)

għall-intrapriżi, l-ammont ta’ għajnuna rilevanti stabbilit fl-Artikolu 3(5)(ċ), imnaqqas b’10 % jew b’60 % jekk l-intrapriża kkonċernata ma tirrispettax il-ħtieġa stipulata fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw fejn applikazzjoni ta’ intrapriża skond l-Artikolu 4 tkun ingħatat sa mill-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 fejn tirrinunzja ammont ta’ kwota għola mill-kwota milquta mill-applikazzjoni tal-produtturi. L-istess għandu japplika fi kwalunkw każ, fejn applikazzjoni ta’ intrapriża tkun ingħatat sa mill-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 li tirrinunzja aktar minn 10 % tal-kwota tagħha.”;

(4)

Fl-Artikolu 5(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni addizzjonali għall-għajnuna ta’ ristrutturar skond l-Artikolu 4(1a), l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu, wara l-verifika prevista fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 5(2) dwar l-għoti ta’ dik l-għajnuna relatata ma’ dawn l-applikazzjonijiet sa tmiem April 2008.”;

(5)

Fl-Artikolu 6(4), it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“L-għajnuna prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhiex tkun ogħla mill-ammonti u r-rati ta’ appoġġ stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.”;

(6)

L-Artikolu 10(5) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tipposponi l-pagament ta’ l-għajnuna msemmija fl-Artikoli 6, 7, 8 u 9 sakemm ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa jkunu tħallsu lill-fond ta’ ristrutturar jew, fil-każ fejn ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa jkunu disponibbli f’dak il-fond, li tavvanza d-dati għall-pagamenti ta’ l-għajnuna.”;

(7)

Fl-Artikolu 11, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, l-intrapriżi li kienu soġġetti għall-applikazzjoni tal-perċentwali ta’ rtirar stipulat fis-16 ta’ Marzu 2007 bl-Artikolu 1(1) jew l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 290/2007 u li jirrinunzjaw perċentwali tal-kwota tagħhom ta’ mill-inqas dan il-perċentwali ta’ rtirar, għandhom jiġu eżentati minn parti mill-ammont temporanju għar-ristrutturar li għandu jitħallas għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008.

Fil-każ fejn il-kondizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu ssodisfati, it-tnaqqis ta’ l-ammont temporanju għar-ristrutturar għandu jiġi kkalkulat billi dak l-ammont jiġi mmultiplikat bil-perċentwali ta’ rtirar stipulat skond l-Artikolu 1(1) jew 1(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 290/2007.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.

(2)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8).


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1262/2007

tas-26 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-26 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

57,8

MK

42,6

ZZ

50,2

0707 00 05

EG

151,2

JO

190,9

MA

35,8

MK

68,4

TR

162,0

ZZ

121,7

0709 90 70

TR

124,3

ZZ

124,3

0805 50 10

AR

76,0

TR

86,3

ZA

58,5

ZZ

73,6

0806 10 10

BR

248,5

MK

26,1

TR

108,1

US

223,3

ZZ

151,5

0808 10 80

AU

148,5

CL

161,2

MK

35,8

NZ

104,8

US

96,9

ZA

100,6

ZZ

108,0

0808 20 50

AR

49,1

CN

69,0

TR

122,2

ZZ

80,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1263/2007

tas-26 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 290/2007 f'dak li jirrigwarda l-ħtiġijiet ta’ raffinar imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (titlu mhux uffiċjali) (1), u partikolarment l-Artikolu 40(2)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 290/2007 tas-16 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi għas-sena tas-suq 2007/2008 (titlu mhux uffiċjali) il-perċentwal provdut fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 (2) stabbilixxa l-perċentwal ta’ l-irtirar għal dik is-sena tas-suq għal 13.5 %.

(2)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 290/2007 immodifika l-ħtiġijiet tal-forniment tradizzjonali tas-settur tar-raffinar li jissemmew fl-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 billi applika għalihom tnaqqis ugwali għall-perċentwal ta’ rtirar, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 19(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) 318/2006, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 290/2007. F'konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2007 (3), il-ħtiġijiet imsemmija mhumiex modifikati b'irtirar applikat fuq il-produzzjoni taz-zokkor u ta’ l-iżoglukożju anqas mill-kwota. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħa t-tnaqqis tal-ħtiġijiet imsemmija.

(3)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 290/2007 jigi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 290/2007 għandu jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 78, 17.3.2007, p. 20.

(3)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1264/2007

tas-26 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 968/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-emendi li saru lir-Regolament (KE) Nru 320/2006 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007 (2) huwa neċessarju li jkun adattat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006 (3) għal dan l-iskop u biex ikunu ċċarati ċerti termini użati fih.

(2)

L-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 jiffissa għal 10 % l-perċentwal ta’ għajnuna għar-ristrutturar li għandha titħallas lill-produtturi u lill-kuntratturi tal-makkinarju. Għalhekk, m'hemmx bżonn aktar li jittieħdu deċiżjonijiet biex ikun iffissat il-livell tal-perċentwal bħalma kien il-każ qabel u wkoll l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jeħtiġilhom inqas ħin biex jiddeċiedu l-perċentwal ta’ għajnuna li għandu jingħata fuq naħa waħda lill-produtturi u fuq in-naħa l-oħra lill-kuntratturi tal-makkinarju. Il-perijodu ta’ konsultazzjoni bejn l-impriżi u l-produtturi kif jipprovdi l-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 968/2006 jista' għalhekk jitqassar.

(3)

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 jipprovdi għall-iffissar, mill-Istati Membri, tal-perijodu ta’ referenza għall-kunsinni mill-produtturi tal-pitravi u l-kannamieli. Fil-każ fejn il-produtturi jużaw id-dritt tagħhom li jissottomettu applikazzjoni għal għajnuna għar-ristrutturar kif provdut fl-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu jipprovdi li dak il-perijodu għandu jkun is-sena tas-suq li tippreċedi s-sena tas-suq 2008/2009, jiġifieri s-sena tas-suq 2007/2008. Għal raġunijiet ta’ ċarezza għandu jkun provdut li f'dik is-sitwazzjoni l-Istati Membri għandhom jiffissaw is-sena tas-suq 2007/2008.

(4)

L-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 jintroduċi d-dritt tal-produtturi tal-pitravi u l-kannamieli biex, fuq inizjattiva tagħhom stess, jissottomettu applikazzjoni għall-għajnuna għar-ristrutturar. L-impriżi li għandhom x'jaqsmu ma’ dawn l-applikazzjonijiet tal-produtturi huma msejjħa sabiex jissottomettu pjan soċjali skond it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu. Id-dati ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni kif ukoll id-dettalji li jeħtieġ li jitniżżlu hemmhekk għandhom ikunu speċifikati.

(5)

Id-dettalji li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura li għandha tapplika fil-każ ta’ dawn l-applikazzjonijiet tal-produtturi għandhom jiġu stipulati, partikolarment fir-rigward ta’ l-elementi li għandhom jinkludu, l-indirizzi fejn jistgħu jintbagħtu l-applikazzjonijiet filwaqt li jitħalla f'idejn l-Istati Membri li jipprovdu għal iktar mezzi ta’ trażmissjoni. Barra dan, jeħtieġ li jkunu ċċarati l-każijiet fejn is-sottomissjoni ta’ iktar minn applikazzjoni waħda minn produttur wieħed twassal għall-ineliġibbiltà ta’ xi waħda minnhom.

(6)

In-numru ta’ applikazzjonijiet sottomessi mill-produtturi kif ukoll il-kwantità ta’ kwota ta’ l-impriżi kkonċernati affettwati minn dawn l-applikazzjonijiet se jqajjem il-bżonn għall-impriżi kkonċernati li jiddeċiedu, min-naħa tagħhom, jekk iridux jissottomettu applikazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu azzjoni ta’ malajr dwar id-deċiżjonijiet sussegwenti wara li jirċievu l-applikazzjonijiet tal-produtturi. Għalhekk, huwa importanti illi s-sitwazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjonijiet sottomessi ma tinbidilx u li l-applikazzjoni tal-produttur ma tkunx tista' tiġi rtirata.

(7)

Hemm ukoll il-ħtieġa li tkun stabbilita l-proċedura ulterjuri li għandha tiġi applikata mill-Istati Membri rigward il-komunikazzjonijiet li għandhom jgħaddu lill-impriżi kkonċernati mill-applikazzjonijiet tal-produtturi kif ukoll lill-Kummissjoni, u rigward id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ dawn l-applikazzjonijiet.

(8)

Sabiex tkun stabbilita lista kronoloġika ta’ l-applikazzjonijiet kemm mingħand il-produtturi u kemm mill-impriżi, id-data ta’ meta l-produtturi jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun stabbilita permezz ta’ l-istess data ta’ meta tintefa' l-aħħar applikazzjoni tal-produtturi għal kull impriża li tkun għadha ma ssottomettietx applikazzjoni eliġibbli tagħha stess skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006.

(9)

Jeħtieġ li jiġu stipulati regoli li jiddeterminaw kif tkun stabbilita l-lista kronoloġika ta’ l-applikazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 4a(3) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 fil-każ fejn bosta applikazzjonijiet bħal dawn jiġu sottomessi simultanjament u fejn l-ammonti ta’ zokkor koperti minn dawn l-applikazzjonijiet jeċċedu l-limitu massimu kif provdut fil-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu.

(10)

L-Artikolu 4(1) u (1a) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 jipprovdi għall-possibbiltà lill-impriżi li mis-sena tas-suq 2008/2009 jissottomettu f'żewġ fażijiet applikazzjonijiet għal għajnuna għar-ristrutturar minħabba r-rinunzja tal-kwoti, prinċipalment l-ewwel applikazzjoni sal-31 ta’ Jannar 2008 u t-tieni waħda sal-31 ta’ Marzu 2008. Il-premessa 6 tar-Regolament (KE) Nru 1261/2007 li tintroduċi dik il-possibbiltà, tirreferi għat-twaqqif ta’ din il-proċedura ta’ żewġ fażijiet. Huwa għalhekk xieraq li jkun ipprovdut li l-applikazzjonijiet inizjali ta’ l-impriżi għar-rinunzja tal-kwota jistgħu jerġgħu jiġu kkunsidrati fid-dawl ta’ l-applikazzjoni addizzjonali safejn kwota addizzjonali tkun qed tiġi allokata lill-fabbrika/i kkonċernata/i, jew li l-applikazzjonijiet inizjali skond l-Artikolu 3(1)(b) jew (c) ikunu qed jerġgħu jiġu kkunsidrati bħala applikazzjonijiet skond l-Artikolu 3(1)(a) jew (b) rispettivament. Minħabba li tali applikazzjoni addizzjonali għandha impatt fuq l-obbligi li wieħed għandu jikkonforma magħhom, pjan rivedut ta’ ristrutturar li jqis il-livell ogħla ta’ kwota li trid tkun rinunzjata, kif ukoll l-obbligi marbuta mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 ikkonċernat, jeħtieġ li jkun stabbilit u fornut ma’ dik l-applikazzjoni addizzjonali.

(11)

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 968/2006 jipprovdi għad-dati sakemm il-Kummissjoni għandha tiffissa l-ammonti attribwiti lil kull Stat Membru skond il-fond ta’ ristrutturar. L-introduzzjoni ta’ tipi differenti ta’ proċeduri ta’ applikazzjoni b'dan ir-Regolament tinneċessita l-provvediment ta’ perijodu itwal ta’ żmien li matulu l-Kummissjoni tiffissa dawn l-ammonti.

(12)

L-Artikolu 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 jipprovdi għall-għoti ta’ ħlasijiet retroattivi f'ċerti sitwazzjonijiet. Jeħtieġ li jkunu stabbiliti regoli li jiddeterminaw il-proċedura li għandha tkun applikata f'dak il-kuntest u b'mod partikolari biex tistabbilixxi l-livell ta’ dawn il-ħlasijiet u d-data sa meta dawn għandhom jingħataw.

(13)

L-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 jipprovdi għal tnaqqis fl-ammont tar-ristrutturar temporanju f'każijiet fejn l-impriżi jirrinunzjaw perċentwal tal-kwota tagħhom li jkun ta’ l-inqas il-perċentwal tar-rinunzja li għalih huma kienu soġġetti skond ir-Regolament (KE) Nru 290/2007. Il-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu jipprovdi li l-ħlas ta’ l-ammont tar-ristrutturar isir f'żewġ pagamenti. Minħabba li d-data għall-kalkolu tat-tnaqqis ta’ dak l-ammont ma tkunx għadha disponibbli sa għeluq id-data ta’ l-ewwel pagament, għandu jkun provdut biex li t-tnaqqis jibbilanċja ruħu kontra t-tieni pagament tal-ħlas mill-impriżi.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 968/2006 għandu, għalhekk, ikun emendat skond dan.

(15)

Il-miżuri li dan ir-Regolament jipprovdi għalihom huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 968/2006 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, qed jiġi miżjud dan il-paragrafu 3:

“3.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(i)

‘applikazzjoni’ għandha tfisser applikazzjoni magħmula minn impriża li tipproduċi z-zokkor skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006;

(ii)

‘applikazzjoni tal-produttur’ għandha tfisser applikazzjoni mitfugħa minn produttur tal-pitravi jew kannamieli skond l-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 320/2006.”

(2)

L-Artikolu 2(4) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Sakemm ma jintlaħaqx ftehim qabel, il-konsultazzjoni għandha tikkonsisti mill-inqas f'żewġ laqgħat u ddum sa għoxrin ġurnata minn meta l-istedina għall-konsultazzjoni tkun intbagħtet.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna għar-ristrutturar skond l-Artikolu 4(1a) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-konsultazzjoni għandha ddum sa 10 ijiem u tikkonsisti mill-inqas f'laqgħa waħda.”

(3)

L-Artikolu 6(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Sa mhux iktar tard minn għoxrin ġurnata minn meta jkun irċieva kopja ta’ l-istedina għall-konsultazzjoni li l-Artikolu 2(3) jirreferi għaliha, l-Istat Membru għandu jinforma lill-partijiet involuti fil-pjan tar-ristrutturar bid-deċiżjoni tiegħu fuq:”

(b)

Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, jekk l-awtorità kompetenti ma tkun irċeviet l-ebda applikazzjoni eliġibbli sad-data ta’ l-għeluq iffissata fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, imma tkun irċeviet applikazzjonijiet eliġibbli mingħand il-produtturi, l-Istat Membru għandu jinforma lill-partijiet bid-deċiżjoni tiegħu għal kull impriża kkonċernata sal-15 ta’ Frar 2008. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiffissaw is-sena tas-suq 2007/2008 bħala l-perijodu li jirreferi għalih l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006.”

(4)

Fl-Artikolu 7, jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-pjan soċjali li hemm referenza għalih fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 għandu jkun sottomess sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2008. Il-pjan soċjali għandu juri l-impatt tat-tnaqqis tal-kwota fuq il-forza tax-xogħol li tkun tqajjmet mill-applikazzjonijiet tal-produtturi u azzjonijiet u miżuri previsti favur il-forza tax-xogħol, kif ukoll l-ispejjeż involuti.”

(5)

Jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej:

“Artikolu 7a

L-applikazzjoni tal-produttur għal għajnuna għar-ristrutturar

1.   Kull applikazzjoni tal-produttur għandha tinkludi ta’ l-inqas dawn l-affarijiet:

(a)

l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant;

(b)

l-isem u l-indirizz ta’ l-impriża kkonċernata mill-applikazzjoni;

(ċ)

l-ammont ta’ tunnellaġġ u/jew ettari ta’ zokkor abjad u/jew pitravi/kannamieli li għalihom il-produttur għandu d-drittijiet ta’ kunsinna lill-impriża imsemmija f'punt (b) għas-sena tas-suq 2007/2008 għall-produzzjoni taz-zokkor tal-kwota;

(d)

l-ammont ta’ drittijiet ta’ kunsinna li għandhom jiġi rrinunzjati;

(e)

fejn japplika, dokument li jipprova l-eżistenza ta’ drittijiet ta’ kunsinna għas-sena tas-suq 2007/2008 li hemm referenza għalih f'punt (ċ);

(f)

stqarrija mill-produttur li hu/hi konxju/a mill-kundizzjonijiet li jappartjenu lill-iskema ta’ għajnuna;

(g)

stqarrija tal-produttur li hu/hi ma ttrasferixxiex id-drittijiet tiegħu/tagħha tal-kunsinna imsemmija fil-punt (d) lil partijiet terzi;

(h)

il-firma ta’ l-applikant.

2.   Kull applikazzjoni tal-produttur għal għajnuna għar-ristrutturar għandha tkopri biss prodott wieħed (pitravi/kannamieli) u impriża waħda. Fil-każ fejn produttur għandu drittijiet ta’ kunsinna għal iktar minn prodott wieħed u/jew ma’ iktar minn impriża waħda, huwa/hija jista' jissottometti applikazzjoni waħda għal kull prodott u/jew impriża.

3.   Malli produttur jissottometti l-applikazzjoni, din ma tkunx tista' tiġi rtirata, skond l-Artikolu 10(5).”

(6)

L-Artikolu 8(6) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Fi żmien żewġ ġranet ta’ xogħol mill-ħruġ ta’ verifika ta’ rċevuta, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan, billi tuża t-tabella mudell mogħtija f'Anness I. Jekk japplika, għandha tintuża tabella separata għal kull prodott u kull sena tas-suq ikkonċernata.”

(7)

Jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

“Artikolu 8a

L-irċevuta ta’ l-applikazzjoni tal-produttur għal għajnuna għar-ristrutturar

1.   L-applikazzjoni tal-produttur għandha tkun sottomessa lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn tinsab l-impriża kkonċernata jew fl-indirizz elenkat għal dak l-Istat Membru fl-Anness II jew, fejn japplika, f'kull indirizz ieħor jew permezz ta’ kull mezz ieħor ta’ trażmissjoni kkomunikat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għal dan il-għan. Kull applikazzjoni tal-produttur għandha tintbagħat f'indirizz wieħed u għandu jkun hemm fiha l-elementi msemmija fl-Artikolu 7a(1).

Fil-każ fejn produttur jissottometti iktar minn applikazzjoni waħda għall-istess prodott jew l-istess impriża, jew l-istess applikazzjoni taħt iktar minn indirizz wieħed, l-applikazzjoni jew l-applikazzjonijiet tiegħu jkunu ineliġibbli.

2.   L-applikazzjonijiet tal-produtturi għandhom jaslu għand l-awtorità kompetenti bejn il-ħin 0.00 tat-30 ta’ Ottubru 2007 u l-ħin 24.00 tat-30 ta’ Novembru 2007. Il-ħin rilevanti għandu jkun il-ħin lokali tal-post tad-destinazzjoni. Applikazzjonijiet irċevuti qabel ma jibda l-perijodu msemmi hawn fuq, jitqiesu li jkunu waslu fil-ħin 0.01 ħin lokali tat-30 ta’ Ottubru 2007. Applikazzjonijiet irċevuti qabel it-30 ta’ Ottubru 2007 jew wara t-30 ta’ Novembru 2007 ma jiġux ikkunsidrati.

3.   Għall-fini ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4a(3) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kalkolu provviżorju ta’ l-ammont ta’ kwota affettwat mill-applikazzjonijiet tal-produtturi. Id-dettalji ta’ l-applikazzjonijiet tal-produtturi, speċjalment l-identità ta’ l-applikanti, m'għandhiex tingħata lil terzi persuni.

Il-komunikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 4a(3) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 għandhom ikollhom l-ammonti kollha tad-drittijiet ta’ kunsinna li se jkunu rinunzjati u li għalihom ġew sottomessi applikazzjonijiet.”

(8)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Fejn applikazzjoni hija kkunsidrata eliġibbli, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sa żewġ ġranet ta’ xogħol wara d-deċiżjoni tiegħu billi juża t-tabella mudell imniżżla fl-Anness I.”

(b)

Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“6.   Jekk l-awtorità kompetenti ma tirċievi l-ebda applikazzjoni eliġibbli minn xi impriża sad-data ta’ l-għeluq hekk kif imniżżla fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, hi għandha tivverifika l-applikazzjonijiet tal-produtturi li jikkonċernaw din l-impriża fir-rigward ta':

(a)

l-eżistenza ta’ drittijiet ta’ kunsinna fir-rigward ta’ l-impriża kkonċernata fl-2007/2008;

(b)

tunnellaġġ rikjest f'ekwivalenti ta’ zokkor abjad, ibbażat fuq il-drittijiet ta’ kunsinna jew, jekk issir referenza għat-tunnellaġġ jew ettari ta’ pitravi, bl-użu tal-ko-effiċjent ta’ konverżjoni applikabbli skond il-ftehim f'dak il-kummerċ jew, fin-nuqqas ta’ dan il-ko-effiċjent, ko-effiċjent iffissat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti ta’ l-impriża u l-produtturi kkonċernati.

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tinforma lill-Kummissjoni ta’ l-inqas 10 ijiem ta’ xogħol qabel id-data ta’ l-għeluq imniżżla fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 dwar l-ammont totali ta’ kwota li għandu jonqos minħabba l-applikazzjonijiet eliġibbli tal-produtturi għal kull waħda mill-impriżi kkonċernati, billi tintuża t-tabella mniżżla fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

7.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tiddeċiedi dwar l-eliġibbiltà tal-pjan soċjali li jkun sottomess minn impriża, u tinforma lill-impriża u l-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha ta’ l-inqas 10 ijiem ta’ xogħol qabel id-data ta’ l-għeluq imniżżla fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006.”

(9)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiżdiedu dawn is-subparagrafi li ġejjin:

“Madankollu, f'każ fejn l-applikazzjonijiet tal-produtturi jkunu ġew sottomessi u jikkonċernaw impriża li hija nnifisha ma tkunx tefgħet applikazzjoni eliġibbli qabel id-data ta’ l-għeluq imniżżla fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, id-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni li jagħmel referenza għaliha l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tkun il-mument ta’ l-applikazzjoni ta’ l-aħħar produttur fir-rigward tal-kwota ta’ dik l-impriża.”

(b)

Il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Sad-data ta’ l-għeluq li jipprovdi għaliha l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-Kummissjoni għandha tiffissa stima tad-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji tal-fond tar-ristrutturar:

(a)

għall-applikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw is-sena tas-suq ta’ wara u li jkunu waslu sad-data ta’ l-għeluq iffissata fl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament u li jiġu misjuba eliġibbli mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, kif ukoll l-għajnuniet kollha li għandhom x'jaqsmu magħhom;

(b)

għall-applikazzjonijiet kollha mill-produtturi li jikkonċernaw impriżi li ma jkunux tefgħu applikazzjoni eliġibbli għas-sena tas-suq 2008/2009, li jkunu waslu sad-data ta’ l-għeluq iffissata fl-Artikolu 4a(2) ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll l-għajnuniet li għandhom x'jaqsmu magħhom, sal-limitu ta’ 10 % stipulat fl-Artikolu 4a(4) ta’ dak ir-Regolament.”

(ċ)

Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   Fil-każ fejn bosta applikazzjonijiet eliġibbli tal-produtturi jiġu sottomessi simultanjament, u fejn l-ammonti tal-kunsinni li għandhom jitwaqqfu skond dawn l-applikazzjonijiet jkunu iktar minn wieħed mil-limiti ta’ 10 % li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-applikanti kkonċernati li ko-effiċjent ta’ tnaqqis proporzjonat se jkun applikat għall-applikazzjonijiet rispettivi tagħhom. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7a(3), l-applikanti jistgħu, f'dan il-każ, jirtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom bil-miktub sa 5 ijiem ta’ xogħol. Il-ko-effiċjent li jkun applikat għall-applikazzjonijiet li jkun baqa' f'dan il-każ għandu jkun irrettifikat skond dan.

6.   Sad-data ta’ l-għeluq mogħtija fl-Artikolu 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha:

(a)

tgħarraf lill-produtturi bl-għoti ta’ l-għajnuna għar-ristrutturar;

(b)

tipprovdi lill-impriżi kkonċernati lista tal-produtturi kkonċernati inkluż l-ammont rispettiv ta’ drittijiet ta’ kunsinna li kull wieħed minn dawn il-produtturi jkun irrinunzja;

(ċ)

tgħarraf lill-impriża kkonċernata bl-ammont ta’ kwota li b'hekk tkun qed titnaqqas.

7.   L-ammont totali tal-kwota li jkun qed jitnaqqas għal kull impriża skond l-Artikolu 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 għandu jkun komunikat lill-Kummissjoni.”

(10)

Jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej:

“Artikolu 11a

Sitwazzjoni speċjali li tikkonċerna applikazzjonijiet addizzjonali għal għajnuna għar-ristrutturar

1.   Jekk, fir-rigward ta’ fabbrika li tkun ingħatat għajnuna għar-ristrutturar skond l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 wara applikazzjoni skond l-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament, applikazzjoni addizzjonali għal għajnuna għar-ristrutturar titressaq skond l-Artikolu 4(1a) ta’ dak ir-Regolament għar-rinunzja ta’ kwota addizzjonali, il-pjan ta’ ristrutturar li għandu jkun inkluż f'dik l-applikazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-kwota totali li se tkun rinunzjata u tieħu post il-pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-kuntest ta’ l-ewwel applikazzjoni u aċċettat skond l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

L-istess għandu japplika f'każ fejn l-ewwel applikazzjoni u dik addizzjonali jitressqu bil-għan ta’ l-għoti ta’ għajnuna ta’ ristrutturar skond l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006.

2.   Jekk, fir-rigward ta’ fabbrika li tkun ingħatat għajnuna għar-ristrutturar skond l-Artikolu 3(1)(b) wara applikazzjoni skond l-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament, applikazzjoni addizzjonali għal għajnuna għar-ristrutturar titressaq skond l-Artikolu 4(1a) ta’ dak ir-Regolament għar-rinunzja ta’ kwota addizzjonali bil-għan ta’ l-għoti ta’ għajnuna ta’ ristrutturar skond l-Artikolu 3(1)(a) ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjoni preċedenti tista' tiġi kkunsidrata mill-ġdid bil-għan ta’ l-għoti ta’ għajnuna ta’ ristrutturar skond l-Artikolu 3(1)(a) ta’ dak ir-Regolament, bil-kundizzjoni li l-pjan ta’ ristrutturar li għandu jkun inkluż f'dik l-applikazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-kwota totali li se tkun rinunzjata u li l-pjan ta’ ristrutturar jieħu post il-pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-kuntest ta’ l-ewwel applikazzjoni u aċċettat skond l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

L-istess għandu japplika fir-rigward ta’ l-ewwel applikazzjonijiet li jkunu tressqu bil-għan ta’ l-għoti ta’ għajnuna ta’ ristrutturar skond l-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, jekk l-applikazzjoni addizzjonali titressaq bil-għan ta’ l-għoti ta’ għajnuna ta’ ristrutturar skond l-Artikolu 3(1)(a) jew (b) ta’ dak ir-Regolament rispettivament.”

(11)

Fl-Artikolu 13(1), il-frażi introduttorja tinbidel f'li ġej:

“1.   Sal-31 ta’ Mejju 2008 għas-sena tas-suq 2008/2009 u sal-31 ta’ Marzu 2009 għas-sena tas-suq 2009/2010, il-Kummissjoni trid tiffissa l-ammonti attribwiti lil kull Stat Membru skond il-fond tar-ristrutturar għal:”

(12)

It-titolu tal-Kapitolu V jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

“ĦLAS TA’ GĦAJNUNIET U AMMONT TEMPORANJU TA’ RISTRUTTURAR”

(13)

Fl-Artikolu 16(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru hija sodisfatta illi l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22(1) huma milħuqa qabel il-ħlas ta’ xi wieħed mill-pagamenti, dak il-pagament ma jkunx soġġett għal tqegħid ta’ garanzija.”

(14)

Jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej:

“Artikolu 16a

Ħlas retroattiv għal għajnuna għar-ristrutturar lil produtturi u impriżi li jkunu rristrutturaw fl-2006/2007 u fl-2007/2008

1.   Il-ħlasijiet retroattivi li hu pprovdut għalihom fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 għandhom jikkonċernaw ammonti ta’ differenza favorevoli bejn l-għajnuna mogħtija lill-impriżi u lill-produtturi fis-sena tas-suq 2006/2007 u 2007/2008 u l-għajnuna li kieku kellha tingħata skond il-kundizzjonijiet validi għas-sena tas-suq 2008/2009.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru 2007 bil-perċentwali li huma ffissaw għall-produtturi u l-kuntratturi skond l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 għall-applikazzjonijiet kollha għar-ristrutturar li ngħataw għas-snin tas-suq 2006/2007 u 2007/2008.

Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-ammonti għal kull Stat Membru li jistgħu għalhekk jingħataw b'mod retroattiv.

2.   Il-ħlasijiet retroattivi għandhom isiru f'Ġunju 2008.

L-Artikolu 16(1) u (2) għandu japplika mutatis mutandis.”

(15)

Fl-Artikolu 22(1), il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Il-garanziji li jagħmlu referenza għalihom l-Artikoli 16(1), 16a(2) u 18(2) għandhom jaqgħu sakemm:”

(16)

L-Artikolu 22a li ġej huwa miżjud fil-Kapitolu V:

“Artikolu 22a

Ammont temporanju għar-ristrutturar

It-tnaqqis fl-ammont temporanju għar-ristrutturar li jagħmel referenza għalih l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 għandu jagħmel tajjeb għalih it-tieni pagament ta’ dak l-ammont li għandu jitħallas mill-impriżi kkonċernati sal-31 ta’ Ottubru 2008 skond it-tieni indent tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu.”

(17)

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 968/2006 jiġi enumerat mill-ġdid bħala l-Anness I.

(18)

Jiżdied l-Anness II li t-test tiegħu huwa stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 46.

(2)  Paġna 8 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 32.


ANNESS

“ANNESS II

Indirizzi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8a(1)

 

Belgique/België:

Bureau de coordination agricole

WTC 3, Boulevard Simon Bolivar 30

4e étage, bureau 55

B-1000 Bruxelles

Fax (32-2) 208 35 68

Landbouwbureau

WTC 3, Simon Bolivarlaan 30

4e verdieping, bureel 55

B-1000 Brussel

Fax (32-2) 208 35 68

 

България:

Държавен фонд „Земеделие“ — Разплащателна агенция

бул. „Цар Борис III“ 136

София (Sofia) 1618

Тел. (359-2) 818 72 02

Факс (359-2) 818 71 67

 

Česká republika:

Státní zemědělský intervenční fond

Oddělení pro cukr a škrob

Ve Smečkách 33

CZ-110 00 Praha 1

Tel.: (420) 222 871 427

Fax: (420) 222 871 875

E-mail: Sarka.Dubovicka@szif.cz

 

Danmark:

Direktoratet for FødevareErhverv

Nyropsgade 30

DK-1780 København V

Tlf. (45) 33 95 80 00

 

Deutschland:

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Referat 312

D-53168 Bonn

Tel. (49-228) 68 45-3704 oder 3640

Fax (49-228) 68 45-3985, 3276 oder 3624

 

Ελλάδα:

Οργανισμός Πληρωμών και Ελέγχου Κοινοτικών Ενισχύσεων Προσανατολισμού και Εγγυήσεων (OΠEKEΠE)

Αχαρνών 241

GR-104 46 Αθήνα

Τηλ. (30) 210 228 33 54

Φαξ (30) 210 221 15 01

E-mail: g.kentros@opekepe.gr

 

España:

Fondo Español de Garantía Agraria (FEGA),

Subdirección General de Sectores Especiales

http://www.fega.es

 

France:

Office national interprofessionnel des grandes cultures (ONIGC) TSA 20002

F-93555 Montreuil-sous-Bois cedex

Fax (33) 174 90 01 30

 

Italia:

Agenzia per le erogazioni in agricoltura

Area Autorizzazioni pagamenti

PAC prodotti animali, seminativi e foraggi-zucchero

Via Torino, 45

I-00184 Roma

Tel. (39) 06 49 49 92 47

Fax (39) 06 49 49 90 72

E-mail: uo.seminativi@agea.gov.it

 

Lietuva:

Nacionalinė mokėjimo agentūra

prie Žemės ūkio ministerijos

Blindžių g.17

LT 08111 Vilnius

Tel.: (370) 5 252 69 99; 252 67 03

Faksas (370) 5 252 69 45

El. paštas paraiska@nma.lt

 

Magyarország:

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Központi Hivatal

Soroksári út 22–24.

H-1095 Budapest

Fax: (36-1) 219 62 59

 

Nederland:

Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Dienst Regelingen

Postbus 965

6040 AZ Roermond

Nederland

Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Dienst Regelingen

Slachthuisstraat 71

6041 CB Roermond

Nederland

 

Österreich:

Agrarmarkt Austria

Dresdner Straße 70

A-1200 Wien

Tel.

(43-1) 33 15 12 09

(43-1) 33 15 12 31

Fax (43-1) 33 15 13 03

E-Mail: zucker@ama.gv.at

 

Polska:

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Białymstoku

15-102 Białystok, ul. Kombatantów 4

tel. (0 85) 664 31 50

faks (0 85) 664 31 60

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Bydgoszczy

85-605 Bydgoszcz, ul. Kasztanowa 57

tel. (0 52) 584 92 92, 584 92 10

faks (0 52) 584 15 03

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Gdyni

81-332 Gdynia, ul. Kołłątaja 1

tel. (0 58) 669 43 00

faks (0 58) 669 83 21

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Gorzowie Wlkp.

66-400 Gorzów Wlkp., ul. gen. Sikorskiego 20 C

tel. (0 95) 728 26 58

faks (0 95) 728 27 86

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Katowicach

40-476 Katowice, Plac pod Lipami 5

tel. (0 32) 359 49 00

faks (0 32) 359 49 34

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Kielcach

25-323 Kielce, ul. Piaskowa 18

tel. (0 41) 343 31 90

faks (0 41) 368 70 49

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Krakowie

31-038 Kraków, ul. Starowiślna 13

tel. (0 12) 424 09 40

faks (0 12) 426 49 10

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Lublinie

20-126 Lublin, ul. Unicka 4

tel. (0 81) 444 45 30

faks (0 81) 444 45 32

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Łodzi

93-578 Łódź, ul. Wróblewskiego 18

tel. (0 42) 684 55 21

faks (0 42) 684 67 65

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Olsztynie

10-959 Olsztyn, ul. Partyzantów 1/2

tel. (0 89) 523 78 65; 527 74 58

faks (0 89) 527 92 49

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Opolu

45-301 Opole, ul. Horoszkiewicza 6

tel. (0 77) 441 70 00

faks (0 77) 441 70 01

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Poznaniu

60-324 Poznań, ul. Marcelińska 90

tel. (0 61) 852 14 33

faks (0 61) 853 67 95

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Rzeszowie

35-001 Rzeszów, al. J. Piłsudskiego 32

tel. (0 17) 864 20 28

faks (0 17) 864 20 30

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Szczecinie

71-410 Szczecin, ul. Niedziałkowskiego 21

tel. (0 91) 464 82 00

faks (0 91) 422 57 76

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego w Warszawie

04-076 Warszawa, ul. Waszyngtona 146

tel. (0 22) 515 81 33

faks (0 22) 515 81 13

Oddział Terenowy Agencji Rynku Rolnego we Wrocławiu

53-333 Wrocław, ul. Powstańców Śląskich 28/30

tel. (0 71) 335 01 51

faks (0 71) 335 01 79

 

Portugal:

Ministério da Agricultura do Desenvolvimento Rural e das Pescas

IFAP — Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP

R. Castilho n.o 45 a 51

P-1269-163 LISBOA

Tel.: (351) 213 84 60 00

Fax: (351) 213 84 61 70

E-mail: ifap@ifap.min-agricultura.pt

 

România:

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură (APIA)

Bulevardul Carol I nr. 17

Sector 2

Cod poștal 030161

București

România

Tel: (40-21) 305 48 60

Fax: (40-21) 305 48 13

e-mail: zahar@apia.org.ro

 

Slovensko:

Pôdohospodárska platobná agentúra

Dobrovičova 12

815 26 Bratislava

Slovenská republika

Tel.: (421) 918 61 24 51, (421) 918 61 24 50

Fax: (421) 53 41 26 65

E-mail: andrea.robova@apa.sk, dusan.tlstovic@apa.sk

 

Suomi/Finland:

Maaseutuvirasto Mavi

Kirjaamo

PL 256

FI-00101 Helsinki

P. (358-20) 772 57 43

F. (358-9) 16 05 42 02

 

Sverige:

Statens jordbruksverk

S-551 82 Jönköping

Tfn. (46-36) 15 50 00

Fax (46-36) 19 05 46

 

United Kingdom:

The Rural Payments Agency

Lancaster House

Hampshire Court

Newcastle-upon-Tyne NE4 7YH

United Kingdom

Tel. (44 191) 226 50 79

Fax (44 191) 226 51 01

E-mail: beetgrowersinitiative@rpa.gsi.gov.uk”


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1265/2007

tas-26 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi rekwiżiti għal spazjar tal-kanali vokali mill-ajru għall-art għall-Ajru Uniku Ewropew

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004, dwar l-interoperabilità tax-xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni tat-Traffiku ta’ l-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabilità) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004, li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta’ l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Iż-żieda fil-livelli tat-traffiku ta’ l-ajru fix-xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni tat-Traffiku ta’ l-Ajru (minn hawn ’il quddiem EATMN) ġabu magħhom il-ħtieġa ta’ żieda fil-kapaċità ta’ amministrazzjoni tat-traffiku ta’ l-ajru. Dan wassal għal talba għal titjib operazzjonali – bħar-risettorizzazzjoni ta’ l-ispazju ta’ l-ajru – li, mbagħad, wassal għal talba għal assenjazzjonijiet VHF addizzjonali.

(2)

Minħabba diffikultajiet biex tkun sodisfatta t-talba għal assenjazzjonijiet VHF fuq il- frekwenza ajrunawtika 117975 sa 137 MHz ta’ servizz ta’ komunikazzjoni bir-radju ċellulari – u meqjusa il-limitazzjonijiet biex jiżdied l-ispettru allokat u/jew l-użu mill-ġdid tal-frekwenza – l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili (minn hawn ’il quddiem ICAO) iddeċidiet li tnaqqas l-ispazjar tal-kanali minn 25 għal 8.33 kHz.

(3)

Wara deċiżjonijiet ta’ l-ICAO meħudin fl-1994 u fl-1995, l-ispazjar tal-kanali 8.33 kHz kien introdott ’il fuq mil-livell tat-titjira (minn hawn ’il quddiem “FL”) 245 fir-Reġjun ICAO EUR f’Ottubru 1999. Għall-bidu 7 Stati infurzaw il-ġarr obbligatorju ta’ dan it-tagħmir tar-radju b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz fl-inġenji ta’ l-ajru, bi 23 Stat ieħor jinfurzaw il-ġarr obbligatorju minn Ottubru, 2002.

(4)

Minħabba tbassir ta’ żidiet fit-talba għal assenjazzjonijiet VHF, l-ICAO iddeċidiet fl-2002 li tipproċedi bl-implimentazjoni ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz ’l isfel minn FL245, u talbet lill-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol) biex tamministra l-implimentazzjoni. Wara dan, Kummissjoni Permanenti ta’ l-Eurocontrol irrakkomandat li ssir l-implimentazzjoni ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz ’il fuq minn FL195 fir-Reġjun ICAO EUR mill-15 ta’ Marzu 2007.

(5)

It-traffiku mistenni li jkompli jikber fis-snin li ġejjin, u dan jimplika talba oħra għal frekwenzi addizzjonali VHF. L-implimentazzjoni ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz ’il fuq minn FL 195 għandu, għalhekk, jitqies biss bħala l-ewwel pass li jeħtieġ evalwazzjoni għal espansjoni possibbli f’waqtha, abbażi ta’ evalwazzjoni sewwa ta’ l-impatt fuq l-operazzjonijiet, is- sikurezza u l-ekonomija.

(6)

Eurocontrol ingħatat il-mandat, skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, biex tiżviluppa r-rekwiżiti għall-introduzzjoni kkoordinata ta’ komunikazzjonijiet vokali mill-ajru għall-art ibbażati fuq spazjar imnaqqas tal-kanal 8.33 kHz. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rapport kummissjonat li rriżulta, tat-12 ta’ Ottubru 2006.

(7)

Biex tkun żgurata l-interoperabilità, is-sistemi ta’ komunikazzjoni vokali 8.33 kHz fuq l-art u fl-ajru jeħtieġ li jkunu konformi ma’ rekwiżiti minimi komuni ta’ rendiment.

(8)

L-applikazzjoni uniformi ta’ proċeduri speċifiċi fl-ispazju ta’ l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew hija essenzjali biex jinkisbu l-interoperabilità u l-operazzjonijiet kontinwi.

(9)

L-informazzjoni dwar jekk inġenji ta’ l-ajru b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz għandha tkun inkluża fil-pjan tat-titjira, ipproċessata u trażmessa bejn l-unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru.

(10)

Dan ir-Regolament ma għandux ikopri operazzjonijiet u taħriġ militari kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

(11)

L-Istati Membri ddikjaraw fi stqarrija ġenerali dwar kwistjonijiet militari fir-rigward ta’ l-ajru uniku Ewropew (3) li huma ser jikkooperaw flimkien, waqt li jqisu r-rekwiżiti militari nazzjonali, biex il-kunċett ta’ l-użu flessibbli ta’ l-ispazju ta’ l-ajru jkun applikat b’mod sħiħ u uniformi fl-Istati Membri kollha minn kull min juża l-ispazju ta’ l-ajru. Għal dan il-għan, il-komunikazzjoni vokali mill-ajru għall-art fuq l-ispazjar tal-kanali mnaqqas għal 8.33 kHz imnaqqas għandha tkun implimentata minn kull min juża l-ispazju ta’ l-ajru.

(12)

Il-ġestjoni ta’ inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat li ma jkunux mgħammra b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz u li jtiru bħala traffiku ta’ l-ajru ġenerali, tista’ twassal għal żieda fl-ammont tax-xogħol ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru u jkollha impatt ħażin fil-livelli ta’ kapaċità u sikurezzata’ EATMN. Sabiex dan l-impatt ikun minimizzat, l-ogħla rati possibbli ta’ inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tar-radju bi spazjar tal-kanali 8.33 kHz.

(13)

Inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat tat-tip trasport jirrappreżentaw l-akbar kategorija ta’ inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat li jtiru bħala traffiku ta’ l-ajru ġenerali fl-ispazju ta’ l-ajru li għaliha japplika dan ir-Regolament. L-iżgurar li t-tali inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat ikollhom it-tagħmir tar-radju b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz għandu, għalhekk, jingħata prijorità.

(14)

Limitazzjonijiet ta’ natura teknika jew finanzjarja jistgħu ma jħallux lil Stati Membri milli jgħammru ċerti kategoriji ta’ inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat b’radjijiet b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħarrfa b’dawn il-każijiet.

(15)

Biex jinżammu l-livelli ta’ sikurezza, fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandhom jistabbilixxu pjanijiet li jindirizzaw il-ġestjoni ta’ inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat li ma jistgħux ikunu mgħammra b’radjijiet b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz.

(16)

Bil-għan li jinżammu u jissaħħu l-livelli eżistenti ta’ sikurezza ta’ l-operazzjonijiet, Stati Membri għandhom ikunu obbligati jiżguraw li l-partijiet interessati jagħmlu evalwazzjoni ta’ sikurezza, inkluża l-identifikazzjoni tal-periklu, evalwazzjoni tar-riskju u l-proċessi ta’ mitigazzjoni. L-implimentazzjoni armonizzata ta’ dawn il-proċessi mas-sistemi koperti minn dan ir-Regolament teħtieġ l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għar-rekwiżiti kollha ta’ interoperabilità u rendiment.

(17)

B’konformità ma’ l-Artikolu 3(3) (d) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, regoli ta’ implimentazzjoni għall-interoperabilità għandhom jiddeskrivu l-proċeduri speċifiċi ta’ evalwazzjoni ta’ konformità li għandhom jintużaw biex tkun eżaminata l-konformità jew adattabilità għall-użu ta’ kostitwenti kif ukoll għall-verifika ta’ sistemi.

(18)

Il-livell ta’ maturità tas-suq għall-kostitwenti li għalihom japplika dan ir-Regolament huwa tali li l-konformità jew adattabilità tagħhom għall-użu jistgħu jkunu eżaminati b’mod sodisfaċenti permezz ta’ kontroll intern tal-produzzjoni, bl-użu ta’ proċeduri bbażati fuq il-Modulu A fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993, dwar il-moduli għad-diversi fażijiet tal-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità u r-regoli għat-twaħħil u l-użu tal-marka ta’ konformità CE, li huma maħsubin biex jintużaw fid-direttivi tekniċi ta’ armonizzazzjoni (4).

(19)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku stabbilit bl-Artikolu 5 (1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u qasam ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet vokali mill-ajru għall-art ibbażati fuq l-ispazjar tal-kanali 8.33 kHz.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal sistemi ta’ komunikazzjonijiet vokali mill-ajru għall-art ibbażati fuq l-ispazjar tal-kanali 8.33 kHz fuq il-frekwenza ajrunawtika 117975 – 137 MHz ta’ servizz ta’ komunikazzjoni bir-radju ċellulari, għall-kostitwenti tagħhom u proċeduri assoċjati u għal sistemi ta’ pproċessar ta’ data dwar titjiriet li jservu lil unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru li jipprovdu servizzi għal traffiku ta’ l-ajru ġenerali, lill-kostitwenti tagħhom u proċeduri assoċjati.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-titjiriet kollha li joperaw bħala traffiku ta’ l-ajru ġenerali ’il fuq minn FL 195, fl-ispazju ta’ l-ajru tar-reġjun ICAO EUR fejn Stati Membri huma responsabbli għall-provvista ta’ servizzi ta’ traffiku ta’ l-ajru skond ir-Regolament (KE) Nru. 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 4 li għandu japplika wkoll ’l isfel minn FL 195.

4.   Fil-qafas ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2006 (6), Stati Membri jistgħu joħorġu derogi mill-obbligi ta’ ġarr bl-ajru stabbiliti f’dan ir-Regolament għal titjiriet imħaddmin skond regoli ta’ titjiriet viżwali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“spazjar tal-kanali 8.33 kHz” tfisser separazzjoni ta’ 8.33 kHz bejn kanali maġenb xulxin;

(2)

“kanal” tfisser disinjatur numeriku użat flimkien ma’ tagħmir ta’ intonazzjoni ta’ komunikazzjoni vokali, li jippermetti l-identifikazzjoni unika tal-frekwenza għal komunikazzjoni bir-radju u l-ispazjar tal-kanali applikabbli;

(3)

“unità ta’ kontroll ta’ traffiku ta’ l-ajru” (minn hawn ’il quddiem “unità ATC”) tfisser, b’mod varju, ċentru ta’ kontroll taż-żona, unità ta’ kontroll ta’ l-approċċ jew torri ta’ kontroll ta’ ajruplani;

(4)

“ċentru ta’ kontroll taż-żona” (minn hawn ’il quddiem “ACC”) tfisser unità stabbilita biex tagħti servizz ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru lil titjiriet ikkontrollati f’żoni ta’ kontroll taħt ir-responsabbiltà tiegħu;

(5)

“titjiriet imħaddmin skond regoli ta’ titjira viżwali” (titjiriet VFR) tfisser kull titjira mħaddma skond regoli ta’ titjira viżwali kif hemm definit fl-Anness 2 (7) tal-Konvenzjoni ta’ Chicago ta’ l-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

(6)

“Assenjazzjonijiet VHF” tfisser l-assenjazzjoni ta’ frekwenza VHF lil servizz ajrunawtiku biex jitħaddem tagħmir ta’ komunikazzjoni vokali;

(7)

“sistema ta’offset-carrier” tfisser sistema użata f’sitwazzjonijiet fejn il-kopertura bir-radju ma tistax tkun żgurata b’għaqda ta’ tranżmiter u risiver weħidhom u fejn, biex jitnaqqsu l-problemi ta’ interferenza, is-sinjali jiġu spustjati mill-frekwenza tat-trasportatur prinċipali;

(8)

“kopertura operazzjonali disinjata” tfisser il-volum ta’ l-ispazju ta’ l-ajru li fih jingħata servizz partikulari u li fih is-servizz jingħata protezzjoni tal- frekwenza;

(9)

“operatur” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża li jagħmlu jew joffru li jagħmlu xogħol konness ma’ inġenji ta’ l-ajru;

(10)

“qagħda ta’ ħidma” tfisser l-għamara u t-tagħmir tekniku li bih membru ta’ l-istaff tas-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru jagħmel xogħol konness ma’ l-impjieg tiegħu;

(11)

“radju-telefonija” tfisser forma ta’ komunikazzjoni bir-radju primarjament maħsuba għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-forma ta’ diskors;

(12)

“ittra ta’ ftehim” tfisser ftehim bejn żewġ unitajiet ATC maġenb xulxin li jispeċifika kif ir-responsabbiltajiet ATC rispettivi tagħhom għandhom ikunu kkoordinati;

(13)

“Sistema Integrata ta’ Ipproċessar tal-Pjan Inizjali ta’ Titjira” (minn hawn ’il quddiem “IFPS”) tfisser sistema fix-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni tat-Traffiku ta’ l-Ajru li biha jingħata servizz ċentralizzat ta’ ipproċessar u distribuzzjoni ta’ pjanijiet ta’ titjir li jkollu x’jaqsam mar-riċeviment, il-validazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ pjanijiet ta’ titjir fl-ispazju ta’ l-ajru kopert minn dan ir-Regolament;

(14)

“Inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat” tfisser l-inġenji ta’ l-ajru kollha użati għall-militar, għad-dwana u għall-pulizija;

(15)

“Inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat tat-tip trasport” tfisser inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat bi ġwienaħ fissi ddisinjati biex iġorru persuni u/jew merkanzija.

Artikolu 3

Rekwiżiti ta’ Interoperabilità u Rendiment

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, operaturi għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu, 2008, l-inġenji ta’ l-ajru tagħhom ikunu mgħammra b’tagħmir tar-radju b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz.

2.   Minbarra li jkun jiflaħ għall-ispazjar tal-kanali 8.33 kHz, it-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun jista’ jiġi ntunat għall-kanali 25 kHz spazjati u jopera f’ambjent li juża frekwenzi ta’ offset carrier.

3.   Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Lulju 2008, l-assenjazzjonijiet vokali VHF jinqalbu kollha għall-ispazjar tal-kanali 8.33 kHz għal setturi b’livell aktar baxx jew ’il fuq minn FL195.

4.   Il-Paragrafu 3 ma għandux japplika fir-rigward ta’ setturi fejn tintuża s-sistema 25 kHz ta’ offset carrier.

5.   Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li assenjazzjonijiet VHF xierqa jkunu notifikati lil fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru.

6.   Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jimplimentaw l-assenjazzjonijiet VHF imsemmija fil-paragrafu 5. Fil-każ li f’ċirkostanzi eċċezzjonali, m’hijiex possibbli li tinkiseb konformità mal-paragrafu 3, Stati Membri għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet lill-Kummissjoni.

7.   Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li r-rendiment tas-sistemi ta’ komunikazzjoni vokali 8.33 kHz tagħhom tkun konformi ma’ l-istandards ICAO speċifikati fl-Anness I(1).

8.   Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ komunikazzjoni vokali 8.33 kHz tagħhom jippermettu komunikazzjoni vokali aċċettabbli b’mod operazzjonali bejn kontrolluri u piloti fil-kopertura operazzjonali ddisinjata.

9.   Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li r-rendiment tal-kostitwent ta’ fuq l-art tat-tranżmiter/risiver installat fis-sistemi ta’ komunikazzjoni vokali 8.33 kHz tkun konformi ma’ l-istandards ICAO speċifikati fl-Anness I(1) fir-rigward ta’ l-istabbiltà ta’ frekwenza, modulazzjoni, sensittività, wisa’ ta’ linja ta’ aċċettazzjoni effettiva u twarrib ta’ kanal fil-ġenb.

10.   Operaturi għandhom jiżguraw li r-rendiment tas-sistemi ta’ komunikazzjoni vokali 8.33 kHz installati abbord l-inġenji ta’ l-ajru tagħhom bl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tkun konformi ma’ l-istandards ICAO speċifikati fl-Anness I(2).

11.   Id-dokument ta’ l-Organizzazzjoni Ewropea għal Tagħmir ta’ l-Avjazzjoni Ċivili (Eurocae) speċifikat fl-Anness I (3) għandu jitqies bħala mezz suffiċjenti ta’ konformità fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ stabbiltà ta’ frekwenza, modulazzjoni, sensittività, wisa’ ta’ linja ta’ aċċettazzjoni effettiva u twarrib ta’ kanal fil-ġenb identifikati fl-istandards ICAO speċifikati fl-Anness I(2).

12.   Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jimplimentaw il-proċessi ta’ notifikazzjoni u koordinazzjoni inizjali fis-sistemi tagħhom ta’ ipproċessar ta’ data ta’ titjiriet skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 (8) kif ġej:

(a)

l-informazzjoni dwar il-kapacità 8.33 kHz ta’ titjira għandha tiġi trażmessa bejn unitajiet ATC;

(b)

l-informazzjoni dwar il-kapacità 8.33 kHz ta’ titjira għandha ssir disponibbli fil-qagħda xierqa ta’ ħidma;

(ċ)

il-kontrollur għandu jkollu l-mezzi biex jimmodifika l-informazzjoni dwar il-kapacità 8.33 kHz ta’ titjira.

Artikolu 4

Proċeduri assoċjati

1.   Fornituri u operaturi ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li s-sitt ċifri tad-disinjazzjoni numerika għandhom jintużaw biex jidentifikaw il-kanal li jittrażmetti b’komunikazzjonijiet radju-telefoniċi VHF, ħlief fil-każ fejn kemm il-ħames kif ukoll is-sitt ċifra jkunu żero, f’liema każ l-ewwel erba’ ċifri biss għandhom jintużaw.

2.   Fornituri u operaturi ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ komunikazzjoni vokali tagħhom mill-ajru għall-art ikunu skond id-dispożizzjonijiet ICAO speċifikati fl-Anness I(4).

3.   Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li l-proċeduri applikabbli għal inġenji ta’ l-ajru mgħammra tagħmir tar-radju b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz u inġenji ta’ l-ajru li m’humiex mgħammra b’dan it-tagħmir ikunu speċifikati fl-ittri ta’ ftehim bejn ACCs.

4.   Operaturi li jħaddmu titjiriet imsemmija fl-Artikolu 1(3) ’il fuq minn FL 195, u aġenti li jaġixxu f’isimhom għandhom jiżguraw li b’żieda ma’ l-ittra S u/jew xi ittri oħra, skond il-każ, l-ittra Y tiddaħħal fil-punt 10 tal-pjan ta’ titjira għal inġenji ta’ l-ajru li jkollhom tagħmir tar-radju b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz, jew li l-indikatur STS/EXM833 ikun inkluż fil-punt 18 għal inġenji ta’ l-ajru li ma jkunux hekk mgħammra iżda li jkunu ngħataw eżenzjoni għall-ġarr obligatorju tat-tagħmir. Inġenji ta’ l-ajru li normalment ikunu kapaċi joperaw ’il fuq minn FL 195 mgħammra b’tagħmir tar-radju b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz iżda li jippjanaw li jtiru ’l isfel minn dan il-livell għandhom jinkludu l-ittra Y fil-punt 10 tal-pjan ta’ titjira.

5.   Fil-każ ta’ bidla fl-istatus ta’ kapaċità 8.33 kHz għal titjira, l-operaturi jew l-aġenti li jaġixxu f’isimhom għandhom jibagħtu messaġġ ta’ modifika lil IFPS bl-indikatur it-tajjeb imdaħħal fil-punt rilevanti.

6.   Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħieġa biex jiżguraw li IFPS tipproċessa u tiddistribwixxi l-informazzjoni dwar il-kapaċità 8.33 kHz riċevuta fil-pjanijiet ta’ titjira.

Artikolu 5

Inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat

1.   Stati Membri għandhom jiżguraw li inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat tat-tip trasport ikollhom tagħmir tar-radju b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz sa mhux aktar tard mit-3 July 2008.

2.   Mingħajr preġudizzju għal proċeduri nazzjonali għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat, Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-3 ta’ Jannar 2008, il-lista ta’ inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat tat-tip trasport li ma jkollhomx tagħmir tar-radju b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz skond il-paragrafu 1, minħabba:

(a)

irtirar minn servizz operazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2010;

(b)

limitazzjonijiet – li joriġinaw mill-akkwist pubbliku.

Meta limitazzjonijiet li joriġinaw miill-akkwist pubbliku jimpedixxu konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Jannar 2008, id-data sa meta l-inġenji ta’ l-ajru konċernati ser ikunu mgħammra b’tagħmir tar-radju b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz. Din id-data m’għandhiex tkun aktar tard mill-31 ta’ Diċembri 2012.

3.   Stati Membri għandhom jiżguraw li inġenji ta’ l-ajru Statali li ma jkunux tat-tip trasport ikollhom tagħmir tar-radju li jiflaħ għall-ispazjar tal-kanali 8.33 kHz sal-31 ta’ Diċembru 2009.

4.   Bla ħsara għal proċeduri nazzjonali għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar inġenji ta’ l-ajru Statali, Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2009, il-lista ta’ inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat tat-tip mhux trasport li ma jkollhomx tagħmir tar-radju li jiflaħ għall-ispazjar tal-kanali 8.33 kHz skond il-paragrafu 3, minħabba:

(a)

limitazzjonijiet serji ta’ natura teknika jew baġitarja;

(b)

irtirar mis-servizz operazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2010;

(ċ)

limitazzjonijiet li joriġinaw mill-akkwist pubbliku.

Meta limitazzjonijiet li joriġinaw miill-akkwist pubbliku jimpedixxu konformità mal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2009, id-data sa meta l-inġenji ta’ l-ajru konċernati ser ikunu mgħammra b’tagħmir tar-radju b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz. Din id-data m’għandhiex tkun aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015.

5.   Fornituri ta’ servizz tat-traffiku ta’ l-ajru għandhom jiżguraw li inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat li ma jkollhomx tagħmir tar-radju b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 KHz jistgħu jkunu akkomodati, sakemm ikunu jistgħu jiġu ttrattati b’sikurezza fil-limiti ta’ kapaċità tas-sistema ta’ l-amministrazzjoni tat-traffiku ta’ l-ajru b’assenjazzjonijiet UHF jew VHF ta’ 25 kHz.

6.   Stati Membri għandhom jippubblikaw il-proċeduri għall-ġestjoni ta’ inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat li m’humiex mgħammra b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz f’pubblikazzjonijiet nazzjonali ta’ informazzjoni ajrunawtika.

7.   Fornituri ta’ servizz ta’ traffiku ta’ l-ajru għandhom jikkomunikaw kull sena lill-Istat Membru li jkun ħatarhom, il-pjanijiet tagħhom għall-ġestjoni ta’ inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat mhux mgħammra bi spazjar tal-kanali b’8.33 kHz, waqt li jitqiesu l-limiti ta’ kapaċità assoċjati mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 6.

Artikolu 6

Rekwiżiti ta’ sikurezza

Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull bidla fis-sistemi eżistenti msemmija fl-Artikolu 1(2) jew l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda jkunu ppreċeduti minn evalwazzjoni ta’ sikurezza, inklużi l-identifikazzjoni tal-perikolu, l-evalwazzjoni tar-riskju u l-mitigazzjoni, immexxi mill-partijiet interessati.

Matul din l-evalwazzjoni ta’ sikurezza, ir-rekwiżiti ta’ sikurezza speċifikati fl-Anness II għandhom jitqiesu bħala minimu.

Artikolu 7

Konformità jew adattabilità għall-użu ta’ kostitwenti

1.   Qabel ma joħorġu dikjarazzjoni tal-KE ta’ konformità jew adattabilità għall-użu msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, fabbrikanti ta’ kostitwenti tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom jivvalutaw il-konformità jew l-adattabilità għall-użu ta’ dawn il-kostitwenti b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III, fil-Parti A għal dan ir-Regolament, bla ħsara għall-paragrafu 2.

2.   Proċessi ta’ ċertifikazzjoni ta’ kapaċità għall-użu fl-ajru li jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), meta jkunu applikati għal kostitwenti fl-ajru tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2), għandhom jitqiesu bħala proċeduri aċċettabbli għall-evalwazzjoni ta’ konformità ta’ dawn il-kostitwenti jekk ikunu jinkludu indikazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ interoperabilità, rendiment u sikurezzata’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Verifika ta’ sistemi

1.   Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru li jistgħu juru jew li wrew li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV għandhom iwettqu verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2) b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III, fil-Parti Ċ.

2.   Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru li ma jistgħux juru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV għandhom jappaltaw lil korp notifikat il-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2). Din il-verifika għandha titmexxa b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III, fil-Parti D.

Artikolu 9

Rekwiżiti addizzjonali

1.   Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li membri ta’ l-istaff kollu relatat ikunu konxji kif imiss bir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jkunu mħarrġin biżżejjed għall-funzjonijiet ta’ l-impjieg tagħhom.

2.   Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li membri ta’ l-istaff li jħaddem l-IFPS involut fl-ippjanar ta’ titjiriet ikunu konxji kif imiss bir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jkunu mħarrġin biżżejjed għall-funzjonijiet ta’ l-impjieg tagħhom.

3.   Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom:

(a)

jiżviluppaw u jżommu manwali ta’ operazzjonijiet li jkollhom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex l-istaff kollu relatat ikun jista’ japplika dan ir-Regolament;

(b)

jiżguraw li l-manwali msemmija fil-punt (a) jkunu aċċessibbli u jinżammu aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu suġġetti għal ġestjoni xierqa ta’ kwalità u ta’ konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni;

(ċ)

jiżguraw li l-metodi tax-xogħol u l-proċeduri ta’ operazzjoni jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

4.   Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-servizz ċentralizzat ta’ ipproċessar u distribuzzjoni ta’ l-ippjanar tat-titjiriet:

(a)

jiżviluppa u jżomm manwali ta’ operazzjonijiet li jkollhom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex l-istaff kollu relatat ikun jista’ japplika dan ir-Regolament;

(b)

jiżgura li l-manwali msemmija fil-punt (a) jkunu aċċessibbli u jinżammu aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu suġġetti għal ġestjoni xierqa ta’ kwalità u ta’ konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni;

(ċ)

jiżgura li l-metodi tax-xogħol u l-proċeduri ta’ operazzjoni jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

5.   Operaturi identifikati fl-Artikolu 3(1) għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-istaff li jħaddem tagħmir bir-radju jkun konxju kif imiss b’dan ir-Regolament, u li jkun imħarreġ biżżejjed biex juża dan it-tagħmir u li, kemm jista’ jkun, istruzzjonijiet ikunu disponibbli fil-kabina tal-piloti.

6.   Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti fil-pubblikazzjonijiet nazzjonali ta’ informazzjoni ajrunawtika.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi-President


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 9.

(4)  ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23.

(5)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(6)  ĠU L 128, 16.5.2006, p. 3.

(7)  L-Għaxar edizzjoni – Lulju 2005 – www.icao.int

(8)  ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27.

(9)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.


ANNESS I

Standards u dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4

1.

Kapitolu 2 “Servizz Mobbli Ajrunawtiku”, taqsima 2.1 “Karatteristiċi tas-sistema ta’ komunikazzjoni VHF mill-ajru għall-art” u taqsima 2.2 “Karatteristiċi tas-sistema ta’ l-installazzjonijiet fuq l-art” ta’ l-Anness 10 ta’ ICAO, Volum III, Parti 2 (L-Ewwel edizzjoni – Lulju 1995 li tinkorpora l-Emenda Nru 80).

2.

Kapitolu 2 “Servizz Mobbli Aeronawtiku”, taqsima 2.1 “Karatteristiċi tas-sistema ta’ komunikazzjoni VHF mill-ajru għall-art”, taqsima 2.3.1 “Funzjoni ta’ trasmissjoni” u taqsima 2.3.2 “Funzjoni ta’ Riċeviment” bl-esklużjoni tas-sotto-taqsima 2.3.2.8 “VDL – Rendiment ta’ Immunità għal Interferenza” ta’ l-Anness 10 ta’ ICAO, Volum III, Parti 2 (L-Ewwel edizzjoni – Lulju 1995 li tinkorpora l-Emenda Nru 80).

3.

Speċifikazzjoni ta’ Rendiment Operazzjonali Minima ta’ l-Eurocae għal Risiver-Transmitter VHF ta’ l-Ajru li jaħdem fuq medda ta’ frekwenza 117,975 – 137,000 MHz, Dokument ED-23B, Emenda 3, Diċembru, 1997.

4.

Taqsima 12.3.1.4 “Spazjar tal-kanali 8.33 kHz” ta’ ICAO PANS-ATM Dok. 4444 (L-Erbatax-il edizzjoni – 2001 li tinkorpora l-Emenda Nru 4).


ANNESS II

Rekwiżiti ta’ sikurezza msemmija fl-Artikolu 6

1.

Ir-rekwiżiti ta’ interoperabilità u rendiment speċifikati fl-Artikolu 3(1) u (12) għandhom jitqiesu bħala rekwiżiti ta’ sikurezza.

2.

Ir-rekwiżiti ta’ proċeduri assoċjati speċifikati fl-Artikolu 4(1) u (2) għandhom ukoll jitqiesu bħala rekwiżiti ta’ sikurezza.

3.

Ir-rekwiżiti ta’ l-inġenji ta’ l-ajru ta’ l-Istat speċifikati fl-Artikolu 5(1), (3), (5) u (7) għandhom jitqiesu bħala rekwiżiti ta’ sikurezza.

4.

Ir-rekwiżiti li jsostnu l-konformità speċifikata fl-Artikolu 9(1), (3), (5) u (6) għandhom ukoll jitqiesu bħala rekwiżiti ta’ sikurezza.

5.

Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li l-kontrollur tal-“Human Machine Interface” fejn jintwerew il-kanali VHF ikun konsistenti mal-proċeduri radju-telefoniċi VHF.

6.

Fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jevalwaw l-impatt ta’ nżul ta’ inġenji ta’ l-ajru mingħajr tagħmir ta’ radju b’kapaċità ta’ spazjar tal-kanali 8.33 kHz ‘l isfel minn FL195, waqt li jqisu fatturi bħall-għoli minimu biex jaqsmu minn naħa għal oħra b’sikurezza, u jistabbilixxu jekk humiex meħtieġa modifiki għall-kapaċità tas-settur jew għal disinn/strutturi ta’ l-ispazju ta’ l-ajru.

7.

Stati Membri għandhom jiżguraw li jitħaddmu bidliet minn 25 għal 8.33 kHz għal perjodu ta’ prova ta’ mill-inqas 4 ġimgħat, li matulu ikun ġie ivverifikat tħaddim b’sikurezza, qabel ma ssir il-koordinazzjoni fit-tabella COM2 ta’ ICAO Dok 7754.

8.

Stati Membri għandhom jiżguraw li bidliet minn 25 għal 8.33 kHz isiru waqt li jitħarsu l-kriterji ta’ ippjanar tal-frekwenza ta’ ICAO deskritti fil-Parti II – “Kriterji ta’ l-Ippjanar ta’ l-Assenjazzjoni ta’ Frekwenza ta’ Komunikazzjonijiet VHF mill-Ajru għall-Art” tal-Manwal ta’ Ġestjoni ta’ Frekwenza EUR – ICAO EUR Dok 011 (2005).


ANNESS III

PARTI A:

REKWIŻITI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-KONFORMITÀ JEW L-ADATTABILITÀ GĦALL-UŻU TA’ KOSTITWENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

1.

L-attivitajiet ta’ verifika għandhom juru l-konformità ta’ kostitwenti mar-rekwiżiti ta’ rendiment ta’ dan ir-Regolament, jew l-adattabilità għall-użu tagħhom filwaqt li dawn il-kostitwenti jkunu qegħdin joperaw fl-ambjent ta’ l-ittestjar.

2.

L-applikazzjoni mill-fabbrikant tal-modulu deskritt fil-Parti B għandha titqies bħala proċedura adatta ta’ evalwazzjoni ta’ konformità biex tiżgura u tiddikjara l-konformità ta’ kostitwenti. Proċeduri ekwivalenti jew aktar stretti huma wkoll awtorizzati.

PARTI B:

MODULU TA’ KONTROLL TA’ PRODUZZJONI INTERNA

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità li jwettaq l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2, jiżgura, u jiddikjara li l-kostitwenti msemmija jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jfassal dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità jew adattabilità għall-użu skond l-Anness III (3) għar-Regolament (KE) Nru 552/2004.

2.

Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-paragrafu 4 u hu jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jżommha, għal perjodu li jagħlaq mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar kostitwenti jkunu nħadmu, għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti ta’ sorveljanza għal finijiet ta’ spezzjoni u għad-dispożizzjoni tal-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru li jintegraw dawn il-kostitwenti fis-sistemi tagħhom. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jgħarraf lill-Istati Membri dwar fejn u kif id-dokumentazzjoni teknika ta’ hawn fuq tista’ ssir disponibbli.

3.

Meta l-fabbrikant ma jkunx stabbilit fil-Komunità, għandu jaħtar il-persuna(i) li tqiegħed/iqiegħdu l-kostitwenti fis-suq Komunitarju. Din il-persuna/dawn il-persuni għandha/għandhom tgħarraf/jgħarrfu lill-Istati Membri dwar fejn u kif id-dokumentazzjoni teknika tista’ ssir disponibbli.

4.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li tkun stmata l-konformità tal-kostitwenti mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Għandha, sa fejn ikun rilevanti għal din l-evalwazzjoni, tkopri d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-operazzjoni tal-kostitwenti.

5.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità jew adattabilità għall-użu mad-dokumentazzjoni teknika.

PARTI Ċ:

REKWIŻITI GĦALL-VERIFIKA TA’ SISTEMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(1)

1.

Il-verifika ta’ sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti ta’ interoperabilità, rendiment u sikurezza ta’ dan ir-Regolament f’ambjent ta’ evalwazzjoni li jirrifletti l-kuntest operazzjonali ta’ dawn is-sistemi. B’mod partikolari:

il-verifika ta’ sistemi għal komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandha turi li l-ispazjar tal-kanali 8.33 kHz għal komunikazzjonijiet vokali VHF mill-ajru għall-art ikun qed jintuża skond l-Artikolu 3(3) u li r-rendiment tas-sistemi ta’ komunikazzjoni vokali 8.33 kHz ikunu konformi ma’ l-Artikolu 3(7);

il-verifika ta’ sistemi għall-ipproċessar ta’ data dwar titjiriet għandha turi li l-funzjonalità deskritta fl-Artikolu 3(12) tkun qiegħda tiġi implimentata tajjeb.

2.

Il-verifika ta’ sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha titmexxa skond prattika adatta u rikonoxxuta ta’ ittestjar.

3.

L-għodda ta’ l-ittestjar użata għall-verifika ta’ sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandu jkollha funzjonalitajiet adatti.

4.

Il-verifika ta’ sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku meħtieġ mill-Anness IV (3) għar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:

deskrizzjoni ta’ l-implimentazzjoni;

ir-rapport ta’ spezzjonijiet u ittestjar miksubin qabel ma s-sistema tiddaħħal fis-servizz.

5.

Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jmexxi l-attivitajiet ta’ verifika u għandu b’mod partikolari:

jiddetermina l-ambjent ta’ l-evalwazzjoni operazzjonali u tekniku xieraq li jirrifletti l-ambjent operazzjonali;

jivverifika li l-pjan ta’ l-ittestjar jiddeskrivi l-integrazzjoni ta’ sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) f’ambjent ta’ evalwazzjoni operazzjonali u tekniku;

jivverifika li l-pjan ta’ l-ittestjar jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti applikabbli ta’ interoperabilità, rendiment u sikurezza ta’ dan ir-Regolament;

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u l-pjan ta’ l-ittestjar;

jippjana l-organizzazzjoni ta’ l-ittestjar, l-istaff, l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma ta’ l-ittestjar;

iwettaq l-ispezzjonijiet u l-ittestjar kif speċifikat fil-pjan ta’ l-ittestjar;

jikteb ir-rapport li jippreżenta r-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet u ta’ l-ittestjar.

6.

Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) mħaddmin f’ambjent ta’ evalwazzjoni operazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ interoperabilità, rendiment u sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

7.

Wara li jissodisfaw it-tmiem tal-verifika ta’ konformità, fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jagħmlu d-dikjarazzjoni tal-KE ta’ verifika ta’ sistema u jippreżentawha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru. 552/2004.

PARTI D:

REKWIŻITI GĦALL-VERIFIKA TA’ SISTEMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(2)

1.

Il-verifika ta’ sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti ta’ l-interoperabilità, rendiment u sikurezza ta’ dan ir-Regolament fil-kuntest ta’ evalwazzjoni li tirrifletti l-kuntest operazzjonali ta’ dawn is-sistemi. B’mod partikolari:

il-verifika ta’ sistemi għal komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandha turi li l-ispazjar tal-kanali 8.33 kHz ikun qiegħed jintuża għall-komunikazzjonijiet vokali VHF mill-ajru għall-art skond l-Artikolu 3(3) u li r-rendiment tas-sistemi ta’ komunikazzjoni vokali 8.33 kHz tkun konformi ma’ l-Artikolu 3(7);

il-verifika ta’ sistemi għall-ipproċessar ta’ data dwar titjiriet għandha turi li l-funzjonalità deskritta fl-Artikolu 3(12) tkun implimentata tajjeb.

2.

Il-verifika ta’ sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha titmexxa skond prattika ta’ ittestjar adatta u rikonoxxuta.

3.

L-għodda ta’ l-ittestjar użata għall-verifika ta’ sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandu jkollha funzjonalitajiet adatti.

4.

Il-verifika ta’ sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku meħtieġ mill-Anness IV(3) għar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:

deskrizzjoni ta’ l-implimentazzjoni;

ir-rapport ta’ spezzjonijiet u ittestjar miksubin qabel ma’ s-sistema tiddaħħal fis-servizz.

5.

Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiddetermina l-ambjent ta’ l-evalwazzjoni operazzjonali u tekniku xieraq li tirrifletti l-ambjent operazzjonali u għandu jkollu attivitajiet ta’ verifika mwettqa minn korp notifikat.

6.

Il-korp innotifikat għandu jmexxi l-attivitajiet ta’ verifika u b’mod partikolari għandu:

jivverifika li l-pjan ta’ l-ittestjar jiddeskrivi l-integrazzjoni ta’ sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) f’ambjent ta’ evalwazzjoni operazzjonali u tekniku;

jivverifika li l-pjan ta’ l-ittestjar jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti applikabbli ta’ interoperabilità, rendiment u sikurezza ta’ dan ir-Regolament;

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u l-pjan ta’ l-ittestjar;

jippjana l-organizzazzjoni ta’ l-ittestjar, l-istaff, l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma ta’ l-ittestjar;

iwettaq l-ispezzjonijiet u l-ittestjar kif speċifikat fil-pjan ta’ l-ittestjar;

jikteb ir-rapport li jippreżenta r-riżultati ta’ spezzjonijiet u ta’ l-ittestjar.

7.

Il-korp innotifikat għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) mħaddma f’ambjent ta’ evalwazzjoni operazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ interoperabilità, rendiment u sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

8.

Meta jissodisfa t-tmiem tal-ħidmiet ta’ verifika, il-korp innotifikat għandu jifformula ċertifikat ta’ konformità fir-rigward tal-ħidmiet li jkun wettaq.

9.

Wara, il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-KE dwar il-verifika tas-sistema u jippreżentaha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru. 552/2004.


ANNESS IV

Kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8

1.

Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jkollu stabbiliti metodi ta’ rappurtaġġ fl-organizzazzjoni li jiżguraw u juru imparzjalità u indipendenza ta’ ġudizzju fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ verifika.

2.

Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li membri ta’ l-istaff involuti fil-proċessi ta’ verifika jwettqu l-kontrolli bl-akbar integrità professjonali possibbli u bl-akbar kompetenza teknika possibbli u li jkunu liberi minn kull pressjoni u inċentiv, b’mod partikolari ta’ tip finanzjarju, li tista’ tħalli effett fuq il-ġudizzju tagħhom jew fuq ir-riżultati tal-kontrolli tagħhom, b’mod partikolari minn persuni jew gruppi ta’ persuni milqutin mir-riżultati tal-kontrolli.

3.

Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li l-istaff involut fil-proċessi ta’ verifika jkollu aċċess għat-tagħmir li jippermettilu jwettaq tajjeb il-kontrolli meħtieġa.

4.

Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li membri ta’ l-istaff involut fil-proċessi ta’ verifika jkollhom taħriġ tekniku u professjonali xieraq, tagħrif sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti tal-verifiki li jkollhom iwettqu, esperjenza adegwata f’dawn l-operazzjonijiet, u l-ħila meħtieġa biex jagħmlu d-dikjarazzjonijiet, rekords u rapporti biex juri li l-verifiki twettqu.

5.

Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li membri ta’ l-istaff involuti fil-proċessi ta’ verifika jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli tiegħu b’imparzjalità. Ir-rimunerazzjoni tagħhom ma għandhiex tiddependi fuq l-għadd ta’ kontrolli mwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1266/2007

tas-26 ta’ Ottubru 2007

dwaregoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, ta’ l-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 5(2),

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta’ l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-qerda tal-bluetongue  (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u (3), l-Artikolu 8(2)(d), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(1)(ċ), l-Artikoli 11 u 12 u t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/75/KE tistabbilixxi regoli ta’ kontroll u miżuri sabiex jingħeleb il-virus bluetongue fil-Komunità, inkluż li jkunu stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u projbizzjoni fuq annimali ta’ l-ispeċi suxxettibbli li jitilqu minn dawk iż-żoni. Tista’ tittieħed deċiżjoni dwar l-eżenzjonijiet minn dik il-projbizzjoni mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura prevista f’dik id-Direttiva.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta’ Mejju 2005 dwar żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza fir-rigward tal-bluetongue u l-kondizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti li joriġinaw jew jgħaddu minn dawn iż-żoni (3), tipprovdi għad-demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi globali fejn għandhom jiġu stabbiliti ż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza (“iż-żoni ristretti”) mill-Istati Membri.

(3)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2005/393/KE, is-sitwazzjoni tal-bluetongue fil-Komunità tbiddlet b’mod konsiderevoli u nkisbet esperjenza ġdida dwar il-kontroll tal-marda, b’mod partikolari wara l-inkursjonijiet riċenti ta’ serotipi ġodda tal-virus bluetongue, fosthom tas-serotip 8 f’żona tal-Komunità fejn qabel qatt ma ġew irrapportati inċidenzi u li ma kenitx titqies li tinsab f’riskju tal-bluetongue, u tas-serotip 1 ta’ dak il-virus.

(4)

Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza li nkisbet, huwa xieraq li tittejjeb l-armonizzazzjoni fuq livell tal-Komunità tar-regoli dwar il-kontroll, l-immonitorjar, is-sorveljanza, u r-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ annimali suxxettibbli, esklużi annimali selvaġġi, f’relazzjoni mal-bluetongue minħabba li huma ta’ importanza fundamentali għall-kummerċ sikur ta’ annimali suxxettibbli mrobbijin li jiċċaqilqu fi ħdan żoni ristretti u minnhom, bl-għan li tkun stabbilita strateġija iktar sostenibbli għall-kontroll tal-bluetongue. Għall-finijiet ta’ l-armonizzazzjoni u taċ-ċarezza, għaldaqstant huwa neċessarju li d-Deċiżjoni 2005/393/KE tiġi rrevokata u mibdula b’dan ir-Regolament.

(5)

Is-sitwazzjoni l-ġdida fir-rigward tal-bluetongue wasslet ukoll lill-Kummissjoni li titlob parir xjentifiku u appoġġ mill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) li kkonsenjat żewġ rapporti xjentifiċi u żewġ opinjonijiet xjentifiċi dwar il-bluetongue fl-2007.

(6)

F’konformità mad-Direttiva 2000/75/KE, id-demarkazzjoni ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għandha tqis il-fatturi ġeografiċi, amministrattivi, ekoloġiċi u epiżotjoloġiċi marbutin mal-bluetongue u l-arranġamenti għall-kontroll. Sabiex jitqiesu dawn il-fatturi, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tar-rekwiżiti minimi armonizzati għall-immonitorjar u għas-sorveljanza tal-bluetongue fil-Komunità.

(7)

Is-sorveljanza u l-iskambju ta’ tagħrif huma elementi ewlenin ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskji għall-miżuri ta’ kontroll tal-bluetongue. Għal dan l-għan, huwa xieraq, barra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/75/KE, li tkun prevista b’mod partikolari definizzjoni ta’ każ ta’ bluetongue, sabiex ikun hemm għarfien komuni tal-parametri essenzjali rrelatati ma’ tifqigħa tal-bluetongue.

(8)

Barra minn hekk, il-kunċett ta’ żoni ristretti, użat fid-Deċiżjoni 2005/393/KE, wera li huwa xieraq, l-iktar jekk tiġi skoperta l-preżenza tal-virus bluetongue fiż-żoni affettwati f’żewġ staġuni konsekuttivi. Għal raġunijiet prattiċi u għall-finijiet taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq li tkun prevista definizzjoni ta’ żoni ristretti, li tikkonsisti f’żoni kemm ta’ protezzjoni kif ukoll ta’ sorveljanza ddemarkati mill-Istati Membri f’konformità ma’ l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2000/75/KE.

(9)

Id-determinazzjoni ta’ żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun li s-sorveljanza tagħha ma turi ebda evidenza ta’ trażmissjoni tal-bluetongue jew ta’ organiżmi kompetenti li jġorru l-mikrobu hija għodda essenzjali għal immaniġġjar sostenibbli ta’ inċidenzi tal-bluetongue li tippermetti movimenti sikuri. Għal dan l-għan, huwa xieraq li jkunu previsti kriterji armonizzati li għandhom jintużaw għad-definizzjoni tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun.

(10)

Inċidenzi tal-bluetongue għandhom jiġu nnotifikati f’konformità ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE, bl-użu ta’ l-għamliet ikkodifikati u l-kodiċijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Marzu 2005 li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard ta' l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (4). Fid-dawl ta’ l-iżvilupp epidemjoloġiku attwali tal-bluetongue, l-ambitu ta’ dan ir-rekwiżit ta’ notifika għandu jkun adattat b’mod temporanju billi jkun iddefinit b’mod iktar preċiż l-obbligu li jkunu nnotifikati inċidenzi primarji.

(11)

Skond l-opinjoni tal-Penil Xjentifiku ta’ l-EFSA għas-Saħħa u s-Sigurtà ta’ l-Annimali dwar l-oriġini u l-okkorrenza tal-bluetongue  (5), adottata nhar is-27 ta’ April 2007, huwa essenzjali li programmi xierqa ta’ sorveljanza jitqiegħdu fis-seħħ sabiex tkun investigata l-okkorrenza tal-bluetongue fl-iktar stadju bikri possibbli. Programmi ta’ sorveljanza bħal dawn għandhom jinkludu komponent kliniku, seroloġiku u entomoloġiku li għandu jopera mingħajr xkiel fl-Istati Membri kollha.

(12)

Huwa meħtieġ approċċ integrat fuq livell tal-Komunità sabiex ikun jista’ jiġi analizzat tagħrif epidemjoloġiku pprovdut mill-programmi għall-immonitorjar u għas-sorveljanza tal-bluetongue, inkluża distribuzzjoni kemm reġjonali kif ukoll globali ta’ l-infezzjoni tal-bluetongue, kif ukoll ta' l-organiżmi li jġorru l-mikrobu.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (6) tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-qerda, il-kontroll u l-immonitorjar tal-bluetongue.

(14)

F’konformità mad-Deċiżjoni 90/424/KEE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2007 li tikkonċerna l-kontribut finanzjarju mill-Komunità lill-Italja għall-implimentazzjoni ta’ sistema għall-ġbir u l-analiżi ta’ tagħrif epidemjoloġiku dwar il-bluetongue  (7) stabbilixxiet il-BlueTongue NETwork application (“BT-Net system”), li hija sistema fuq l-internet għall-ġbir, il-ħażna u l-analiżi ta’ dejta ta’ sorveljanza tal-bluetongue fl-Istati Membri. Użu sħiħ ta’ din is-sistema huwa ta’ importanza fundamentali sabiex ikunu stabbiliti l-iktar miżuri xierqa għall-kontroll tal-marda, għall-verifika ta’ l-effikaċja tagħhom u sabiex ikunu permessi movimenti sikuri ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli. Sabiex ikunu żgurati skambji iktar effettivi u effiċjenti ta’ tagħrif dwar il-programmi għall-immonitorjar u għas-sorveljanza tal-bluetongue fis-seħħ bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, għaldaqstant dawk l-iskambji għandhom isiru permezz tal-BT-Net system.

(15)

Sakemm ma jidhirx neċessarju li wieħed jipproċedi għad-demarkazzjoni ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta' sorveljanza fuq livell tal-Komunità f’konformità ma’ l-Artikolu 8(2)(d) tad-Direttiva 2000/75/KE, dik id-demarkazzjoni għandha titwettaq mill-Istati Membri. Madankollu, għall-finijiet ta’ trasparenza, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza tagħhom u kull bidla fihom mingħajr ebda dewmien. B’mod partikolari, jekk Stat Membru jkollu l-ħsieb li ma jżommx żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku f’żona ristretta, dan għandu jipprovdi minn qabel lill-Kummissjoni t-tagħrif rilevanti sabiex jissostanzja l-assenza taċ-ċirkolazzjoni tal-virus bluetongue f’din iż-żona.

(16)

Eżenzjonijiet mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ applikabbli għal movimenti ta’ annimali suxxettibbli, is-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom, miż-żona ristretta għandhom ikunu awtorizzati fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji li tqis id-dejta miġbura permezz tal-programm għas-sorveljanza tal-bluetongue, l-iskambju ta’ dejta ma’ Stati Membri oħrajn u mal-Kummissjoni permezz tal-BT-Net system, id-destinazzjoni ta’ l-annimali, u l-konformità tagħhom ma’ ċerti rekwiżiti tas-saħħa li jiggarantixxu s-sigurtà ta’ l-annimali. Movimenti ta’ annimali għall-qatla immedjata għandhom ukoll jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ taħt ċerti kondizzjonijiet. Wara li jitqies il-livell baxx ta’ riskju ta’ movimenti ta’ annimali għall-qatla immedjata u ċerti fatturi ta’ mitigazzjoni tar-riskji, huwa xieraq li jkunu previsti kondizzjonijiet speċifiċi li jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-virus billi t-trasport ta’ l-annimali jkun iggwidat minn azjenda li tinsab f’żona ristretta lejn biċċeriji magħżulin fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskji.

(17)

Movimenti ta’ annimali fi ħdan l-istess żona ristretta fejn qiegħed jiċċirkola jew qegħdin jiċċirkolaw l-istess serotip jew serotipi tal-virus bluetongue, ma jippreżentawx riskju addizzjonali għas-saħħa ta’ l-annimali u għaldaqstant għandhom ikunu permessi mill-awtorità kompetenti taħt ċerti kondizzjonijiet.

(18)

Skond l-opinjoni tal-Penil Xjentifiku ta’ l-EFSA għas-Saħħa u s-Sigurtà ta’ l-Annimali dwar organiżmi li jġorru l-mikrobi u vaċċini (8) , adottata nhar is-27 ta’ April 2007, movimenti ta’ annimali immuni minħabba tilqim jew annimali immuni b’mod naturali jistgħu jitqiesu sikuri irrispettivament miċ-ċirkolazzjoni tal-virus fil-post ta’ l-oriġini jew l-attività ta' l-organiżmi li jġorru l-mikrobu fil-post tad-destinazzjoni. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jkunu previsti l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn annimali immuni qabel ma jitressqu minn żona ristretta.

(19)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (9), id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (10), id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, bajd u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) tad-Direttiva 90/425/KEE (11) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/444/KEE tat-2 ta’ Lulju 1993 dwar ir-regoli dettaljati li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi (12), jipprovdu li ċertifikati tas-saħħa għandhom jakkumpanjaw il-movimenti ta’ l-annimali. Meta eżenzjonijiet mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ applikabbli għal movimenti ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli miż-żona ristretta jiġu applikati għal annimali maħsubin għall-kummerċ fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, dawk iċ-ċertifikati għandhom jinkludu referenza għal dan ir-Regolament.

(20)

F’konformità ma’ l-opinjoni ta’ l-EFSA dwar organiżmi li jġorru l-mikrobu u vaċċini, huwa xieraq li jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet għat-trattament b’insettiċidi awtorizzati fil-post tat-tgħabbija ta' l-organiżmi li jġorru annimali suxxettibbli minn żona ristretta lejn żoni barra żona ristretta jew fihom. Meta matul it-tranżitu minn żona ristretta jkun previst perjodu ta’ mistrieħ f’post ta’ kontroll, l-annimali għandhom jiġu protetti minn kull attakk minn organiżmi li jġorru l-mikrobu. Madankollu, it-trattament b’insettiċidi awtorizzati ta’ annimali, ta’ bini u tal-viċinanzi tagħhom f’azjendi infettati għandu jsir biss wara protokoll definit fuq il-bażi tar-riżultat pożittiv ta’ evalwazzjoni tar-riskji każ b’każ li tqis dejta ġeografika, epidemjoloġika, ekoloġika, ambjentali, entomoloġika u ta’ evalwazzjoni ta’ l-ispejjeż u tal-benefiċċji.

(21)

Iċ-ċertifikati tas-saħħa previsti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE u fid-Deċiżjoni 93/444/KEE li jkopru annimali maħsubin għall-kummerċ fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz għandhom jinkludu referenza għal kull trattament b’insettiċidi li jitwettaq f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(22)

Bl-għan li titqies il-ħtieġa li jkun evitat tħarbit mhux neċessarju fil-kummerċ, hija ħaġa urġenti li tkun stabbilita strateġija sostenibbli għall-kontroll tal-virus bluetongue sabiex ikun jista’ jsir kummerċ sikur ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli li jitressqu fi ħdan jew minn żoni ristretti.

(23)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-kontroll, għall-immonitorjar, għas-sorveljanza u għar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ annimali bit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2000/75/KE, f’relazzjoni mal-bluetongue, fiż-żoni ristretti u minnhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/75/KE.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“każ ta’ bluetongue” ifisser annimal li jissodisfa wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

jippreżenta sinjali kliniċi konsistenti mal-preżenza tal-bluetongue;

(ii)

huwa annimal ta’ l-għassa li wera riżultati seroloġiċi negattivi f’test preċedenti u saret fih serokonverżjoni min-negattiv għall-pożittiv għal antikorpi f’mill-inqas serotip wieħed tal-bluetongue minn mindu sar dan it-test;

(iii)

huwa annimal li minnu ġie iżolat u identifikat il-virus bluetongue;

(iv)

huwa annimal li rriżulta pożittiv għal testijiet seroloġiċi tal-bluetongue jew li minnu ġew identifikati antiġen virali jew aċidu ribonuklejku virali (RNA) speċifiċi għal wieħed jew iktar mis-serotipi tal-bluetongue.

Barra minn hekk, sett ta’ dejta epidemjoloġika għandu jindika li s-sinjali kliniċi jew ir-riżultati ta’ testijiet tal-laboratorju li jissuġġerixxu infezzjoni tal-bluetongue huma l-konsegwenza taċ-ċirkolazzjoni tal-virus fl-azjenda li fiha jinżamm l-annimal u mhux ir-riżultat ta’ l-introduzzjoni ta’ annimali vvaċċinati jew seropożittivi minn żoni ristretti.

(b)

“inċidenza tal-bluetongue” tfisser incidenza ta’ dik il-marda kif iddefinita fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 82/894/KEE;

(ċ)

“inċidenza primarja tal-bluetongue” tfisser inċidenza kif iddefinit fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 82/894/KEE, filwaqt li jitqies il-fatt li, għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, każ ta’ bluetongue huwa inċidenza primarja fil-każijiet li ġejjin:

(i)

jekk ma jkunx marbut b’mod epidemjoloġiku ma’ inċidenza preċedenti; jew

(ii)

jimplika d-demarkazzjoni ta’ żona ristretta jew bidla f’żona ristretta eżistenti kif irreferit fl-Artikolu 6.

(d)

“żona ristretta” tfisser żona li tikkonsisti f’żoni kemm ta’ protezzjoni kif ukoll ta’ sorveljanza stabbilita f’konformità ma’ l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2000/75/KE;

(e)

“żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun” tfisser żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku ta’ Stat Membru li għaliha s-sorveljanza, għal parti mis-sena, ma turi ebda evidenza ta’ trażmissjoni tal-virus bluetongue jew ta’ Culicoides adulti li x’aktarx ikunu organiżmi kompetenti li jġorru l-mikrobu tal-bluetongue;

(f)

“tranżitu” ifisser il-moviment ta’ annimali:

(i)

minn żona ristretta jew fiha;

(ii)

minn żona ristretta, f’żona mhux ristretta u lura lejn l-istess żona ristretta; jew

(iii)

minn żona ristretta, f’żona mhux ristretta u lejn żona oħra ristretta.

KAPITOLU 2

IMMONITORJAR U SORVELJANZA U SKAMBJU TA’ TAGĦRIF

Artikolu 3

Notifika tal-bluetongue

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw inċidenzi primarji u inċidenzi tal-bluetongue permezz tas-Sistema ta’ Notifika tal-Mard ta’ l-Annimali, bl-użu ta’ għamliet ikkodifikati u l-kodiċijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/176/KE.

Artikolu 4

Programmi għall-immonitorjar u għas-sorveljanza tal-bluetongue

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-programmi li ġejjin f’konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I:

(a)

programmi għall-immonitorjar tal-bluetongue f’żoni ristretti (‘il-programmi għall-immonitorjar tal-bluetongue’);

(b)

programmi għas-sorveljanza tal-bluetongue barra minn żoni ristretti (‘programmi għas-sorveljanza tal-bluetongue’).

Artikolu 5

Tagħrif epidemjoloġiku

1.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-BlueTongue NETwork application (“BT-Net system”), stabbilita mid-Deċiżjoni 2007/367/KE, tagħrif dwar il-bluetongue miġbur matul l-implimentazzjoni tal-programmi għall-immonitorjar u/jew għas-sorveljanza tal-bluetongue, u b’mod partikolari:

(a)

rapport fix-xahar, li jiġi trasmess mhux iktar tard minn xahar wara t-tmiem tax-xahar tar-rapportar, li għandu jikkonsisti mill-inqas minn:

(i)

dejta dwar l-annimali ta’ l-għassa mill-programmi għall-immonitorjar tal-bluetongue fis-seħħ fiż-żoni ristretti;

(ii)

dejta entomoloġika mill-programmi għall-immonitorjar tal-bluetongue fis-seħħ fiż-żoni ristretti;

(b)

rapport intermedju li jkopri l-ewwel sitt xhur tas-sena, u li jiġi trasmess kull sena sal-31 ta’ Lulju l-iktar tard, li għandu jikkonsisti mill-inqas f’:

(i)

dejta mill-programmi għas-sorveljanza tal-bluetongue fis-seħħ barra miż-żoni ristretti;

(ii)

dejta dwar it-tilqim miż-żoni ristretti;

(ċ)

rapport annwali, li jiġi trasmess sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April tas-sena ta’ wara, li għandu jikkonsisti fit-tagħrif irreferit fil-punti (b)(i) u (ii) għas-sena preċedenti.

2.   It-tagħrif li għandu jiġi trasmess lill-BT-Net system huwa stabbilit fl-Anness II.

KAPITOLU 3

RESTRIZZJONIJIET F’DAK LI GĦANDU X’JAQSAM MAL-MOVIMENTI TA’ L-ANNIMALI U TAS-SEMEN, TAL-BAJD U TA’ L-EMBRIJUNI TAGĦHOM

Artikolu 6

Żoni ristretti

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni ż-żoni ristretti tagħhom, u kull bidla fis-sitwazzjoni ta’ dawk iż-żoni fi żmien 24 siegħa.

2.   Qabel ma jieħdu kull deċiżjoni sabiex ineħħu żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku minn żona ristretta, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif issostanzjat li juri l-assenza taċ-ċirkolazzjoni tal-virus bluetongue f’dik iż-żona matul perjodu ta’ sentejn wara l-implimentazzjoni tal-programm għall-immonitorjar tal-bluetongue.

3.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri, fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, il-lista ta’ żoni ristretti.

4.   L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista taż-żoni ristretti fit-territorju tagħhom u jagħmluha disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn u għall-pubbliku.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika, għall-finijiet ta’ tagħrif biss, fuq is-sit ta’ l-internet tagħha l-lista aġġornata ta’ żoni ristretti.

Din il-lista għandha tinkludi tagħrif dwar is-serotipi tal-virus tal-bluetongue li jiċċirkolaw f’kull żona ristretta, li jippermetti, għall-finijiet ta’ l-Artikoli 7 u 8, l-identifikazzjoni taż-żoni ristretti ddemarkati fi Stati Membri differenti fejn l-istess serotipi tal-virus tal-bluetongue jkunu qegħdin jiċċirkolaw.

Artikolu 7

Kondizzjonijiet għal movimenti fi ħdan l-istess żona ristretta

1.   Movimenti ta’ annimali fi ħdan l-istess żona ristretta fejn l-istess serotip jew serotipi tal-virus tal-bluetongue qiegħed jiċċirkola jew qegħdin jiċċirkolaw għandhom ikunu permessi mill-awtorità kompetenti sakemm l-annimali li jkunu se jiċċaqilqu ma juruwx xi sinjal kliniku tal-bluetongue dakinhar tat-trasport.

2.   Madankollu, movimenti ta’ annimali minn żona protetta lejn żona ta’ sorveljanza jistgħu jkunu permessi biss jekk:

(a)

l-annimali jkunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III; jew

(b)

l-annimali jkunu konformi ma’ kull garanzija oħra xierqa tas-saħħa ta’ l-annimali bbażata fuq riżultat pożittiv ta’ evalwazzjoni tar-riskji ta’ miżuri kontra t-tixrid tal-virus tal-bluetongue u l-protezzjoni kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu, meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ l-oriġini u approvata mill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta’ annimali bħal dawn; jew

(ċ)

l-annimali huma ddestinati għall-qatla immedjata.

3.   L-Istat Membru ta’ l-oriġini għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-garanziji tas-saħħa ta’ l-annimali rreferiti fil-paragrafu 2(b).

4.   Għall-annimali rreferiti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:

“Annimali f’konformità ma’ … (l-Artikolu 7(1) jew 7(2)(a) jew 7(2)(b) jew 7(2)(ċ), indika kif xieraq) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (*).

Artikolu 8

Kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ previsti fid-Direttiva 2000/75/KE

1.   Movimenti ta’ annimali, tas-semen, tal-bajd u ta’ l-embrijuni tagħhom, minn azjenda jew ċentru għall-ġbir jew għall-ħażna tas-semen li jinsabu f’żona ristretta lejn azjenda oħra jew ċentru ieħor għall-ġbir jew għall-ħażna tas-semen għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ stabbilita f’konformità ma’ l-Artikolu 9(1)(ċ) u l-punt 1 ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/75/KE sakemm l-annimali, is-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom ikunu konformi:

(a)

mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament; jew

(b)

ma’ kull garanzija oħra xierqa tas-saħħa ta’ l-annimali bbażata fuq riżultat pożittiv ta’ evalwazzjoni tar-riskji ta’ miżuri kontra t-tixrid tal-virus tal-bluetongue u l-protezzjoni kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu, meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ l-oriġini u approvata mill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta’ annimali bħal dawn;

2.   L-Istat Membru ta’ l-oriġini għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-garanziji tas-saħħa ta’ l-annimali rreferiti fil-paragrafu 1(b).

3.   Għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ gwida, taħt il-kontroll ta’ l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-annimali, is-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom li jitressqu f’konformità mal-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(b), ma jitressqux b’mod sussegwenti lejn Stat Membru ieħor għajr meta l-annimali jkunu konformi mal-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(a).

4.   Movimenti ta’ annimali minn azjenda li tinsab f’żona ristretta għall-qatla immedjata għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ f’konformità ma’ l-Artikolu 9(1)(ċ) u l-punt 1 ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/75/KE sakemm:

(a)

ebda każ ta’ bluetongue ma jkun ġie rreġistrat fl-azjenda ta’ l-oriġini għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ;

(b)

l-annimali jigu ttrasportati taħt sorveljanza uffiċjali b’mod dirett lejn il-biċċerija għall-qatla fi żmien 24 siegħa mill-wasla fil-biċċerija tad-destinazzjoni;

(c)

l-awtorità kompetenti fil-post tad-dispaċċ tinnotifika l-moviment maħsub ta’ l-annimali lill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni mill-inqas 48 siegħa qabel it-tgħabbija ta’ l-annimali.

5.   Minkejja l-paragrafu 4(b), l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tista’ tesiġi, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskji, li l-awtorità kompetenti tal-post ta’ l-oriġini tistabbilixxi proċedura ta’ gwida rreferita fiha għat-trasport ta’ l-annimali lejn biċċeriji magħżulin.

Kull biċċerija magħżula bħal din għandha tiġi identifikata fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskji li għandha tqis il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV.

Tagħrif dwar il-biċċeriji magħżulin għandu jkun disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn u għall-pubbliku. Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli wkoll permezz tal-BT-Net system.

6.   Għall-annimali, is-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom irreferiti fil-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:

“… (Semen, bajd u embrijuni ta’ l-annimali indika kif xieraq) f’konformità ma’ … (l-Artikolu 8(1)(a) jew 8(1)(b) jew 8(4), indika kif xieraq) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (**).

Artikolu 9

Kondizzjonijiet oħrajn għat-tranżitu ta’ l-annimali

1.   It-tranżitu ta’ l-annimali għandu jkun permess mill-awtorità kompetenti sakemm:

(a)

annimali minn żona ristretta li jitressqu f’żoni barra miż-żona ristretta u l-mezzi li fihom jiġu ttrasportati jiġu ttrattati b’insettiċidi u/jew b’elementi kimiċi li jkeċċu l-insetti li huma awtorizzati wara li jsiru tindif u diżinfezzjoni xierqa fil-post tat-tgħabbija u f’kull każ qabel ma jitilqu miż-żona ristretta;

(b)

annimali li jitressqu minn żona barra minn żona ristretta lejn żona ristretta u l-mezzi li fihom jiġu ttrasportati jiġu ttrattati b’insettiċidi u/jew b’elementi kimiċi awtorizzati li jkeċċu l-insetti wara li jsiru tindif u diżinfezzjoni xierqa fil-post tat-tgħabbija u f’kull każ qabel ma jidħlu fiż-żona ristretta;

(ċ)

meta jkun previst perjodu ta’ mistrieħ f’post ta’ kontroll matul il-moviment lejn żona ristretta, l-annimali jkunu protetti kontra kull attakk minn organiżmi li jġorru l- mikrobu.

2.   Għall-annimali rreferiti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:

“Trattament b’insettiċidi/b’elementi kimiċi li jkeċċu l-insetti fuq … (niżżel l-isem tal-prodott) nhar … (niżżel id-data) fi … (niżżel il-ħin) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (***).

3.   Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mhux se japplika iktar f’żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku ta’ żona ħielsa minn organiżmi li jġorru l-mikrobu tal-bluetongue skond l-istaġun meta jkunu għaddew iktar minn 60 jum mid-data tal-bidu tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun, iddefinit f’konformità ma’ l-Anness V.

Madankollu, dik l-eżenzjoni m’għandhiex tapplika iktar wara t-tmiem tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun, fuq il-bażi tal-programm għall-immonitorjar tal-bluetongue.

KAPITOLU 4

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 10

Revoka

Id-Deċiżjoni 2005/393/KE qiegħda tiġi rrevokata.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara l-jum li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 378, 31.12.1982. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/216/KE (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27).

(2)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(3)  ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Id-Deċiżjoni emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/357/KE (ĠU L 133, 25.5.2007, p. 44).

(4)  OJ L 59, 5.3.2005, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/924/KE (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 48).

(5)  Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007) 480, 1-20.

(6)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 139, 31.5.2007, p. 30.

(8)  Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007) 479, 1-29.

(9)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/1964. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(10)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(11)  ĠU L 268, 14.9.1992, p 54. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).

(12)  ĠU L 208, 19.8.1993, p .34.


ANNESS I

Rekwiżiti minimi għal programmi għall-immonitorjar u għas-sorveljanza tal-bluetongue (irreferiti fl-Artikolu 4)

1.   Rekwiżiti minimi għal programmi għall-immonitorjar tal-bluetongue sabiex jiġu implimentati mill-Istati Membri f’żoni ristretti

Programmi għall-immonitorjar tal-bluetongue f’żoni ristretti għandhom ikunu mmirati lejn il-provvista ta’ tagħrif dwar id-dinamika tal-bluetongue f’żona diġà suġġetta għal restrizzjonijiet.

L-unità ġeografika ta’ referenza għandha tkun definita minn struttura ta’ madwar 45 × 45 km (madwar 2 000 km2) għajr jekk kondizzjonijiet ambjentali speċifiċi jiġġustifikaw daqs differenti. F’ċerti Stati Membri, ir-“reġjun” kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 64/432/KEE jista’ jintuża bħala l-unità ġeografika ta’ referenza għall-finijiet ta’ mmonitorjar.

Programmi għall-immonitorjar tal-bluetongue għandhom jikkonsistu mill-inqas mill-elementi li ġejjin:

1.1.

Immonitorjar seroloġiku permezz ta’ annimali ta’ l-għassa:

L-immonitorjar seroloġiku permezz ta’ annimali ta’ l-għassa għandu jikkonsisti minn programm attiv annwali ta’ l-ittestjar ta’ annimali ta’ l-għassa mmirat lejn l-evalwazzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-virus bluetongue fi ħdan iż-żoni ristretti. Fejn possibbli, l-annimali ta’ l-għassa għandhom ikunu frat. Għandhom ikunu ħielsa minn antikorpi kif jintwera permezz ta’ test seronegattiv preliminari u għandhom jitqiegħdu f’żoni taż-żona ristretta fejn, wara li ssir analiżi tar-riskji li tqis evalwazzjonijiet entomoloġiċi u ekoloġiċi, tkun ġiet ikkonfermata l-preżenza ta' l-organiżmu li jġorr il-mikrobu jew ikunu preżenti abitazzjonijiet xierqa għat-tnissil ta' l-organiżmu li jġorr il-mikrobu.

Annimali ta’ l-għassa għandhom jiġu ttestjati mill-inqas kull xahar matul il-perjodu ta’ l-attività ta' l-organiżmu li jġorr il-mikrobu involut, jekk ikun magħruf. Fl-assenza ta’ tagħrif bħal dan, l-annimali ta’ l-għassa għandhom jiġu ttestjati mill-inqas darba kull xahar matul is-sena. Madankollu, il-frekwenza ta’ l-ittestjar tista’ tiġi aġġustata għall-varjazzjonijiet skond l-istaġun tas-sitwazzjoni epidemjoloġika matul is-sena sabiex ikunu stabbiliti l-bidu u t-tmiem taċ-ċirkolazzjoni tal-virus bluetongue fiż-żoni ristretti.

In-numru minimu ta’ annimali ta’ l-għassa għal kull unità ġeografika għandu jkun rappreżentattiv u biżżejjed sabiex tinstab inċidenza fix-xahar ta’ serokonverżjoni (1) ta’ 2 % b’kunfidenza ta’ 95 % f’kull unità ġeografika.

1.2.

Immonitorjar entomoloġiku

L-immonitorjar entomoloġiku għandu jikkonsisti fi programm attiv ta’ qbid ta' l-organiżmu li jġorr il-mikrobu permezz ta’ nases li jitqiegħdu fil-post b’mod permanenti maħsubin sabiex jiddeterminaw id-dinamika tal-popolazzjoni u karatteristiċi matul ix-xitwa ta’ l-ispeċi tal-Culicoides fis-sit li minnu jittieħdu l-kampjuni sabiex ikun iddeterminat il-perjodu ħieles mill-organiżmu li jġorr il-mikrobu skond l-istaġun fiż-żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun f’konformità ma’ l-Anness V;

Nases ta’ aspirazzjoni biss mgħammra b’dawl ultravjola għandhom jintużaw f’konformità ma’ protokolli stabbiliti minn qabel. In-nases għandhom jitħaddmu mal-lejl u għandhom jaħdmu mill-inqas b’rata ta’ lejl fil-ġimgħa matul il-perjodu tas-sena neċessarju għad-determinazzjoni tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu ħieles mill-organiżmu li jġorr il-mikrobu skond l-istaġun. Mill-inqas nassa waħda għandha titqiegħed f’kull unità ġeografika fiż-żona ristretta kollha. Il-frekwenza tat-tħaddim tan-nases għandha tiġi aġġustata għall-varjazzjonijiet skond l-istaġun tas-sitwazzjoni epidemjoloġika matul is-sena sabiex issir l-aħjar determinazzjoni tad-dinamika tal-popolazzjoni u tal-karatteristiċi matul ix-xitwa tal-Culicoides u tista’ tiġi emendata fuq il-bażi ta’ l-evidenza miksuba fl-ewwel tliet snin tat-tħaddim tan-nases. Proporzjon xieraq ta’ l-insetti miġburin fin-nases ta’ l-insetti għandu jintbagħat lil laboratorju speċjalizzat kapaċi jgħodd u jidentifika l-ispeċi tal-Culicoides fuq bażi ta’ rutina.

2.   Rekwiżiti minimi għal programmi għas-sorveljanza tal-bluetongue sabiex jiġu implimentati mill-Istati Membri barra minn żoni ristretti

Programmi għas-sorveljanza tal-bluetongue barra minn żoni ristretti għandhom ikunu mmirati lejn is-sejbien taċ-ċirkolazzjoni tal-virus fi Stat Membru ħieles mill-bluetongue jew f’żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku u għandhom jikkonsistu mill-inqas mill-elementi li ġejjin:

2.1.

Sorveljanza klinika passiva:

għandha tikkonsisti minn sistema formali u kontinwa mmirata lejn is-sejbien u l-investigazzjoni ta’ suspetti ta’ bluetongue inkluża sistema ta’ twissija bikrija għar-rappurtar ta’ każijiet suspettużi. Sidien jew detenturi ta’ annimali kif ukoll veterinarji għandhom jirrappurtaw minnufih kull suspett ta’ bluetongue lill-awtorità kompetenti. Il-każijiet issuspettati kollha ta’ bluetongue għandhom ikunu investigati minnufih;

għandha tiġi rrinfurzata l-iktar matul l-istaġun ta’ l-attività ta' l-organiżmu li jgorr il-mikrobu, u b’mod partikolari fil-bidu tiegħu;

għandha tiżgura li kampanji għat-tqajjim tal-kuxjenza jitqiegħdu fis-seħħ u jkunu mmirati, b’mod partikolari, lejn l-identifikazzjoni mill-veterinarji u mill-bdiewa ta’ sinjali kliniċi tal-bluetongue.

2.2.

Sorveljanza seroloġika:

għandha tikkonsisti fi programm attiv annwali ta’ ttestjar seroloġiku ta’ popolazzjonijiet ta’ speċi suxxettibbli, immirat lejn is-sejbien ta’ evidenza tat-trasmissjoni tal-virus bluetongue permezz ta’ ttestjar seroloġiku u/jew viroloġiku bl-addoċċ jew immirat proporzjonali għar-riskju ta’ infezzjoni ta’ l-Istat Membru jew taż-żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku u li jsir fil-perjodu tas-sena meta jkun hemm iktar probabbiltà li tinsab is-serokonverżjoni;

għandha titfassal b’tali mod li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-popolazzjoni ta’ l-ifrat fl-Istat Membru jew f’żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku u d-daqs tal-kampjun ikun gie kkalkulat li jsib prevalenza ta’ 0.5 % b’kunfidenza ta’ 95 % fil-popolazzjoni ta’ l-ifrat ta’ dan l-Istat Membru jew ta’ din iż-żona ġeografika;

għandha tiżgura li d-daqs tal-kampjuni jkun aġġustat għall-istruttura tal-popolazzjoni ta’ l-ifrat li jittieħed kampjun minnha u għall-użu tas-sorveljanza mmirata, filwaqt li t-teħid ta’ kampjuni għas-sorveljanza jkun iffukat fuq popolazzjoni ta’ riskju għoli li fiha jeżistu fatturi speċifiċi ta’ riskju magħrufin b’mod komuni. It-tifsila tas-sorveljanza mmirata għandha tiżgura li annimali seropożittivi minn popolazzjonijiet ivvaċċinati jew immuni rreferiti fil-punti 5, 6 u 7 tal-Parti A ta’ l-Anness III ma jidħlux fuq il-programm għas-sorveljanza tal-bluetongue.

2.3.

Sorveljanza entomoloġika:

għandha tikkonsisti fi programm attiv annwali ta’ qbid ta’ organiżmi li jġorru l-mikrobu mmirat lejn il-ġbir ta’ tagħrif dwar l-ispeċi ppruvati u potenzjali ta’ organiżmi li jġorru l-mikrobu fl-Istat Membru jew f’żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku, id-distribuzzjoni tagħhom u l-profili skond l-istaġun;

għandha tiġi implimentata fl-Istati Membri kollha fejn huwa nieqes tagħrif dwar speċi ppruvati u potenzjali ta’ organiżmi li jġorru l-mikrobu, id-distribuzzjoni tagħhom u l-profili skond l-istaġun fl-Istat Membru.


(1)  Saret stima li perċentwal ta’ 20 % huwa r-rata annwali normali ta’ serokonverżjoni f’żona infettata. Madankollu, fil-Komunità, iċ-ċirkolazzjoni tal-virus isseħħ l-iktar f’perjodu ta’ madwar sitt xhur (tmiem ir-Rebbiegħa/nofs il-Ħarifa). Għaldaqstant, perċentwal ta’ 2 % huwa stima konservattiva tar-rata mistennija fix-xahar ta’ serokonverżjoni.


ANNESS II

Tagħrif li għandu jiġi trasmess mill-Istati Membri lill-BT-Net system (irreferit fl-Artikolu 5(2))

It-tagħrif li għandu jiġi trasmess mill-Istati Membri lill-BT-Net system għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

1.   Dejta seroloġika/viroloġika dwar il-bluetongue

(a)

Diviżjoni/unità amministrattiva

(b)

Speċi ta’ annimali ttestjati

(c)

It-tip ta’ skema ta’ sistema għas-sorveljanza (“sistema ta’ għassa” jew “servej perjodiku”)

(d)

It-tip ta’ testijiet dijanjostiċi li jsiru (ELISA, newtralizzazzjoni tas-serum, PCR, iżolament tal-virus)

(e)

Ix-xahar u s-sena

(f)

In-numru ta’ annimali li jkunu ġew ittestjati (1)

(g)

In-numru ta’ annimali pożittivi

(h)

Is-serotip iddeterminat b’mod seroloġiku jew viroloġiku (għandha tkun ipprovduta dejta f’każ ta’ riżultati pożittivi għal testijiet għan-newtralizzazzjoni tas-serum jew għall-iżolazzjoni tal-virus)

2.   Dejta entomoloġika dwar il-bluetongue

(a)

Diviżjoni amministrattiva

(b)

L-identità unika tas-sit (kodiċi unika għal kull sit fejn isir il-qbid)

(c)

Id-data tal-ġbir

(d)

Il-latitudni u l-lonġitudni

(e)

In-numru totali ta’ Culicoides spp. miġburin

(f)

In-numru ta’ C. imicola miġburin, jekk ikun disponibbli

(g)

In-numru ta’ C. obsoletus Complex miġburin, jekk ikun disponibbli

(h)

In-numru ta’ C. obsoletus sensu strictu miġburin, jekk ikun disponibbli

(i)

In-numru ta’ C. scoticus miġburin, jekk ikun disponibbli

(j)

In-numru ta’ C. Pulicaris Complex miġburin, jekk ikun disponibbli

(k)

In-numru ta’ C. Nubeculosus complex miġburin, jekk ikun disponibbli

(l)

In-numru ta’ C. dewulfii miġburin, jekk ikun disponibbli

(m)

Dejta rilevanti oħra

3.   Id-data tat-tilqim tal-bluetongue

(a)

Diviżjoni amministrattiva

(b)

Is-sena/is-semestru

(c)

It-tip ta’ vaċċin

(d)

Il-ġabra tas-serotipi

(e)

L-ispeċi ta’ l-annimali li jkunu ġew ivvaċċinati

(f)

In-numru totali ta’ merħliet fl-Istat Membru

(g)

In-numru totali ta’ annimali fl-Istat Membru

(h)

In-numru totali ta’ merħliet fil-programm ta’ tilqim

(i)

In-numru totali ta’ annimali fil-programm ta’ tilqim

(j)

In-numru totali ta’ merħliet li jkunu ġew ivvaċċinati

(k)

In-numru ta’ annimali li jkunu ġew ivvaċċinati (fejn it-tip ta’ tilqim huwa “tilqim ta’ frieħ”)

(l)

In-numru ta’ frieħ li jkunu ġew ivvaċċinati (fejn it-tip ta’ tilqim huwa “tilqim tal-massa”)

(m)

In-numru ta’ adulti li jkunu ġew ivvaċċinati (fejn it-tip ta’ tilqim huwa “tilqim tal-massa”)

(n)

Id-dożi tal-vaċċin li jkun ingħata


(1)  Jekk jintużaw provvisti ta’ sera, għandha tiġi rrapportata stima tan-numru ta’ annimali li jikkorrispondi għall-provvisti li jkunu ġew ittestjati.


ANNESS III

Kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ (irreferiti fl-Artikoli 7(2)(a) u 8(1)(a))

A.   Annimali

L-annimali jridu jkunu ġew protetti kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu tal-Culicoides matul it-trasport lejn il-post tad-destinazzjoni.

Barra minn hekk, mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn 1 sa 7 għandha tiġi ssodisfata:

(1)

L-annimali jkunu nżammu sad-dispaċċ matul il-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun iddefinit f’konformità ma’ l-Anness V, f’żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun sa mit-twelid jew mill-inqas għal 60 jum qabel id-data tal-moviment u jkunu ġew suġġetti għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent skond il-Manwal ta’ Testijiet Dijanjostiċi u ta’ Vaċċini għall-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE) (1) (“Manwal għall-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE”), b’riżultati negattivi, li jkun sar mhux iktar kmieni minn sebat ijiem qabel id-data tal-moviment.

Madankollu, dak it-test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent m’għandux ikun neċessarju għal Stati Membri jew għal reġjuni ta’ Stat Membru fejn dejta epidemjoloġika biżżejjed, li tinkiseb wara l-implimentazzjoni ta’ programm għall-immonitorjar għal perjodu ta’ mhux inqas minn tliet snin, tissostanzja d-determinazzjoni tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun iddefinit f’konformità ma’ l-Anness V.

L-Istati Membri li jagħmlu użu minn dik il-possibbiltà għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali;

(2)

L-annimali jkunu nżammu sad-dispaċċ protetti kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel id-data tad-dispaċċ;

(3)

L-annimali jkunu nżammu sad-dispaċċ f’żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun matul il-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun, iddefinit f’konformità ma’ l-Anness V, jew ikunu ġew protetti kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu għal perjodu ta’ mill-inqas 28 jum u jkunu ġew suġġetti matul dak il-perjodu għal test seroloġiku skond il-Manwal għall-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE għas-sejbien ta’ antikorpi għall-grupp tal-virus bluetongue, b’riżultati negattivi, li jkun sar mill-inqas 28 jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu jew tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun;

(4)

L-annimali jkunu nżammu sad-dispaċċ f’żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun matul il-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun, iddefinit f’konformità ma’ l-Anness V, jew ikunu ġew protetti kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu għal perjodu ta’ mill-inqas 14-il jum u jkunu ġew suġġetti matul dan il-perjodu għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent skond il-Manwal għall-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE, b’riżultati negattivi, li jkun sar mill-inqas 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu jew tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun;

(5)

L-annimali jkunu joriġinaw minn merħla vvaċċinata skond programm ta’ tilqim adottat mill-awtorità kompetenti u l-annimali jkunu ġew ivvaċċinati kontra s-serotip(i) preżenti jew li x’aktarx ikun(u) preżenti f'żona ġeografika ta’ l-oriġini rilevanti b’mod epidemjoloġiku, l-annimali jkunu għadhom fi ħdan il-perjodu ta’ żmien ta’ l-immunità ggarantit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin approvat fil-programm ta’ tilqim u l-annimali jkunu jissodisfaw mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu ġew ivvaċċinati iktar minn 60 jum qabel id-data tal-moviment;

(b)

ikunu ġew ivvaċċinati b’vaċċin inattiv qabel mill-inqas in-numru ta’ jiem neċessarju għall-bidu tal-protezzjoni ta’ l-immunità stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin approvat fil-programm ta’ tilqim u jkunu ġew suġġetti għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE, b’riżultati negattivi, li jkun sar mill-inqas 14-il jum wara l-bidu tal-protezzjoni ta’ l-immunità stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin approvat fil-programm ta’ tilqim;

(c)

qabel ikunu ġew ivvaċċinati u jkunu ġew ivvaċċinati mill-ġdid b’vaċċin inattiv fi ħdan il-perjodu ta’ żmien ta’ l-immunità ggarantit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin approvat fil-programm ta’ tilqim;

(d)

ikunu nżammu matul il-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun, iddefinit f’konformità ma’ l-Anness V, f’żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun, sa mit-twelid jew għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel id-data tat-tilqim u jkunu ġew ivvaċċinati b’vaċċin inattiv mill-inqas qabel in-numru ta’ jiem neċessarju għall-bidu tal-protezzjoni ta’ l-immunità stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin approvat fil-programm ta' tilqim.

Meta l-annimali rreferiti f’dan il-punt ikunu maħsubin għall-kummerċ fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:

“Annimal(i) ivvaċċinat(i) kontra serotip/i tal-bluetongue … (niżżel is-serotip/i) bi … (niżżel l-isem tal-vaċċin) b’vaċċin inattiv/immodifikat li jagħmel użu minn batterji/virus “ħajjin” għall-immunità (indika, kif xieraq) nhar … (niżżel id-data) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (*).

(*)  GU L 283, 27.10.2007, p. 37.”"

(6)

L-annimali jkunu nżammu dejjem f’żona ġeografika ta’ l-oriġini rilevanti b’mod epidemjoloġiku fejn mhux iktar minn serotip wieħed kien preżenti jew huwa preżenti jew x’aktarx li jkun preżenti u:

(a)

ikunu ġew suġġetti għal test seroloġiku skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE għas-sejbien ta’ antikorpi kontra s-serotip tal-virus bluetongue, b’riżultati pożittivi; it-test irid isir bejn 60 u 360 jum qabel id-data tal-moviment; jew

(b)

ikunu ġew suġġetti għal test seroloġiku skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE għas-sejbien ta’ antikorpi kontra s-serotip tal-virus bluetongue, b’riżultati pożittivi; it-test irid isir mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-moviment u l-annimali jridu jkunu suġġetti għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent skond il-Manwal ta' l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE, b’riżultati negattivi, li jkun sar mhux iktar kmieni minn sebat ijiem qabel id-data tal-moviment.

Meta l-annimali rreferiti f’dan il-punt ikunu maħsubin għall-kummerċ fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:

“Annimal(i) f’konformità ma’ l-Anness III(6) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (**).

(**)  GU L 283, 27.10.2007, p. 37.”"

(7)

L-annimali jkunu ġew suġġetti għal test seroloġiku speċifiku xieraq skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE għas-sejbien ta’ l-antikorpi speċifiċi kontra s-serotipi kollha tal-virus bluetongue preżenti jew li x’aktarx ikunu preżenti, b’riżultati pożittivi għas-serotipi kollha preżenti jew li x’aktarx ikunu preżenti fiż-żona ġeografika ta’ l-oriġini rilevanti b’mod epidemjoloġiku, u

(a)

it-test seroloġiku speċifiku tas-serotipi jsir bejn 60 u 360 jum qabel id-data tal-moviment; jew

(b)

it-test seroloġiku speċifiku tas-serotipi jsir mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-moviment u l-annimali jkunu ġew suġġetti għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE, b’riżultati negattivi, li jkun sar mhux iktar kmieni minn sebat ijiem qabel id-data tal-moviment.

Meta l-annimali rreferiti f’dan il-punt ikunu maħsubin għall-kummerċ fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:

“Annimal(i) f’konformità ma’ l-Anness III(7) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (***).

(***)  GU L 283, 27.10.2007, p. 37.”"

B.   Is-semen ta’ l-annimali

Is-semen irid jinkiseb minn annimali donaturi li jkunu konformi mill-inqas ma’ waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu nżammu barra żona ristretta għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir tas-semen u matulu;

(b)

ikunu ġew protetti kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir tas-semen u matulu;

(c)

ikunu nżammu matul il-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun f’żona ħielsa skond l-istaġun mill-bluetongue, iddefinita f’konformità ma’ l-Anness V, għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir tas-semen u matulu u jkunu ġew suġġetti għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE, b’riżultati negattivi, li jkun sar mhux iktar kmieni minn sebat ijiem qabel id-data tal-bidu tal-ġbir tas-semen.

Madankollu, dan it-test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent m’għandux ikun neċessarju fi Stati Membri jew f’reġjuni ta’ Stat Membru fejn dejta epidemjoloġika biżżejjed, li tinkiseb wara l-implimentazzjoni ta’ programm għall-immonitorjar matul perjodu ta’ mhux inqas minn tliet snin, tissostanzja d-determinazzjoni tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun, kif iddefinit fl-Anness V.

L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(d)

ikunu ġew suġġetti għal test seroloġiku skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE għas-sejbien ta’ antikorpi għall-grupp tal-virus bluetongue, b’riżultati negattivi, mill-inqas kull 60 jum matul il-perjodu ta’ ġbir u bejn 21 u 60 jum wara l-ġabra finali;

(e)

ikunu ġew suġġetti għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent, b’riżultati negattivi, skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE li jkun sar fuq kampjuni tad-demm li nġabru:

(i)

mal-ġabra tal-bidu u dik finali; u

(ii)

matul il-perjodu ta’ ġbir tas-semen:

mill-inqas kull sebat ijiem, f’każ ta’ test għall-iżolazzjoni tal-virus,

mill-inqas kull 28 jum, f’każ ta’ test ta’ reazzjoni katina ta’ enzimi li jikkatalizzaw il-polimerizzazzjoni.

C.   Bajd u embrijuni ta’ l-annimali

1.

Embrijuni u bajd li jitnisslu minn organiżmi ħajjin ta’ l-ifrat għandhom jinġabru f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE (2).

2.

Embrijuni u bajd li jitnisslu minn organiżmi ħajjin ta’ annimali barra l-ifrat u embrijuni ta’ l-ifrat prodotti fil-laboratorju jridu jkunu nkisbu minn annimali donaturi, li jkunu konformi ma’ mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu nżammu barra żona ristretta għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir ta’ l-embrijuni/tal-bajd u matulu;

(b)

ikunu ġew protetti kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir ta’ l-embrijuni/tal-bajd u matulu;

(c)

ikunu ġew suġġetti għal test seroloġiku skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE għas-sejbien ta’ antikorpi għall-grupp tal-virus bluetongue, bejn 21 u 60 jum wara l-ġbir ta’ l-embrijuni/tal-bajd, b’riżultati negattivi;

(d)

ikunu ġew suġġetti għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE fuq kampjun tad-demm li jkun ittieħed nhar il-jum tal-ġbir ta’ l-embrijuni/tal-bajd, b’riżultati negattivi.


(1)  http://www.oie.int/eng/normes/en_mcode.htm?e1d10

(2)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.


ANNESS IV

Kriterji għall-għażla tal-biċċeriji għall-eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ (irreferiti fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 8(5))

Għall-finijiet ta’ l-evalwazzjoni tar-riskji għall-għażla tal-biċċeriji sabiex il-movimenti ta’ l-annimali jkunu ggwidati minn azjenda li tinsab f’żona ristretta lejn il-qatla immedjata, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tuża mill-inqas il-kriterji li ġejjin:

1.

id-dejta disponibbli permezz ta’ programmi għall-immonitorjar u għas-sorveljanza, l-iktar fir-rigward ta’ l-attività ta’ organiżmi li jġorru l-mikrobu;

2.

id-distanza mill-punt tad-dħul fiż-żona mhux ristretta sal-biċċerija;

3.

id-dejta entomoloġika dwar ir-rotta;

4.

il-perjodu tal-jum li matulu jseħħ it-trasport f’relazzjoni mas-sigħat ta’ attività ta’ l-organiżmi li jġorru l-mikrobu;

5.

l-użu possibbli ta’ insettiċidi u ta’ elementi kimiċi li jkeċċu l-insetti f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (1);

6.

il-post fejn tinsab il-biċċerija fir-rigward ta’ l-azjendi tal-bhejjem;

7.

il-miżuri ta’ bijosigurtà fis-seħħ fil-biċċerija.


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.


ANNESS V

Kriterji għad-definizzjoni tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun (irreferiti fl-Artikolu 9(3))

Għall-finijiet li tiġi ddeterminata żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun, il-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun għal żona ġeografika speċifika rilevanti b’mod epidemjoloġiku ta’ Stat Membru (“żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku”) għandha tkun iddefinita mill-awtorità kompetenti bl-użu ta’ mill-inqas il-kriterji li ġejjin:

1.   Kriterji ġenerali

(a)

Irid ikun hemm fis-seħħ programm għall-immonitorjar u/jew għas-sorveljanza tal-bluetongue.

(b)

Il-kriterji speċifiċi u l-limiti użati għad-determinazzjoni tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun għandhom ikunu ddefiniti billi jitqiesu l-ispeċi tal-Culicoides li ġew ippruvati jew li huma ssuspettati li huma l-organiżmi ewlenin li jġorru l-mikrobu fiż-żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku.

(c)

Il-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun għandhom jiġu applikati filwaqt li titqies id-dejta minn snin kurrenti u preċedenti (dejta storika). Barra minn hekk, għandhom jitqiesu l-aspetti marbutin ma’ l-istandardizzazzjoni ta’ dejta ta’ sorveljanza.

2.   Kriterji speċifiċi

(a)

Ebda ċirkolazzjoni tal-virus bluetongue fi ħdan iż-żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku, kif muri mill-programmi għas-sorveljanza tal-bluetongue jew minn evidenza oħra li tissuġġerixxi waqfa fil-virus bluetongue.

(b)

Waqfien ta' l-organiżmu li jġorr il-mikrobu u ta’ l-attività probabbli ta' l-organiżmu li jġorr il-mikrobu, kif muri permezz ta’ sorveljanza entomoloġika bħala parti mill-programmi għall-immonitorjar u/jew għas-sorveljanza tal-bluetongue.

(c)

Qbid ta’ speċi tal-Culicoides ippruvati jew issuspettati li huma l-organiżmi li jġorru l-mikrobu tas-serotip preżenti fiż-żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku taħt limitu massimu ta’ organiżmi li jġorru l-mikrobu miġburin li għandu jiġi ddefinit għaż-żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku. Fl-assenza ta’ evidenza soda li ssostni d-determinazzjoni tal-limitu massimu, għandu jkun hemm assenza totali ta’ kampjuni tal-Culicoides imicola u għandhom jintużaw inqas minn ħames parous Culicoides għal kull nasba.

3.   Kriterji addizzjonali

(a)

Kondizzjonijiet tat-temperatura li jħallu impatt fuq l-imġiba ta’ l-attività ta' organiżmi li jġorru l-mikrobu għaż-żona ġeografika rilevanti b'mod epidemjoloġiku. Il-limiti tat-temperatura għandhom jiġu ddefiniti billi titqies l-imġiba ekoloġika ta’ l-ispeċi tal-Culicoides ippruvati jew issuspettati li huma l-organiżmi li jġorru l-mikrobu tas-serotip preżenti fiż-żona ġeografika rilevanti b'mod epidemjoloġiku.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/53


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1267/2007

tas-26 ta’ Ottubru 2007

dwar kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Miżuri ta' l-intervent jistgħu jittieħdu fir-rigward tal-laħam tal-majjal jekk, fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità, il-prezz medju tal-karkassi tal-majjal ikun anqas minn 103 % tal-prezz bażiku u jkun aktarx sa jibqa' taħt dak il-livell.

(2)

Il-prezzijiet tas-suq waqgħu taħt dak il-livell u, minħabba tendenzi staġjonali u ċikliċi, din is-sitwazzjoni jkollha mnejn tibqa'.

(3)

Miżuri ta' l-intervent għandhom jittieħdu. Dawn jistgħu jiġu llimitati għall-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3444/90 tas-27 ta' Novembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta' l-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal (2).

(4)

Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2763/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ assistenza ta’ ħażna privata għal-laħam tal-majjal (3), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tnaqqas jew testendi l-perjodu tal-ħżin. Flimkien ma' l-ammonti ta' għajnuna għal perjodi speċifiċi ta' ħżin, għandhom jiġu stabbiliti l-ammonti li jkollhom jiżdiedu jew jitnaqqsu fil-każ li l-Kummissjoni tadotta din id-deċiżjoni.

(5)

Biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol amministrattiv u ta' kontroll rigward il-konklużjoni ta' kuntratti, għandhom jiġu stabbiliti kwantitajiet minimi.

(6)

Il-garanzija għandha tiġi stabbilita f'livell li jiżgura li l-inkarigati mill-ħżin iwettqu l-obbligi kuntrattwali tagħhom.

(7)

Il-Kumitat tal-Ġestjoni għal-laħam tal-majjal ma tax opinjoni fl-iskadenza stabbilita mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mid-29 ta' Ottubru 2007, jistgħu jitressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat skond ir-Regolament (KEE) Nru 3444/90. Il-lista tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna u l-ammonti rilevanti huma spjegati fl-Anness li hawn ma' dan.

2.   F'każ li l-Kummissjoni testendi jew tnaqqas il-perjodu tal-ħżin, l-ammont ta' l-għajnuna għandu jiġi aġġustat skond il-każ. Is-supplimenti u t-tnaqqis kull xahar u kull jum jingħataw fil-kolonni 6 u 7 ta' l-Anness.

Artikolu 2

Il-kwantitajiet minimi għal kull kuntratt u għal kull prodott għandhom ikunu:

(a)

10 tunnellati għal prodotti diżussati;

(b)

15-il tunnellata għal prodotti oħra.

Artikolu 3

Il-garanzija għandha tkun ta' 20 % ta' l-ammont ta' għajnuna li jingħata fl-Anness.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 333, 30.11.1990, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(3)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 19.


ANNESS

(EUR/tunnellata)

Kodiċi NM

Il-prodotti li għalihom tingħata l-għajnuna

L-ammont ta' l-għajnuna għal perjodu ta' ħżin ta'

Is-suppliment jew it-tnaqqis

3 xhur

4 xhur

5 xhur

Kull xahar

Kull jum

1

2

3

4

5

6

7

ex 0203

Il-laħam tal-ħnieżer domestiċi, frisk jew imkessaħ

 

 

 

 

 

ex 0203 11 10

In-nofs karkassi, mingħajr is-sieq ta' quddiem, id-denb, il-kliewi, il-falda l-irqiqa u s-sinsla tad-dahar (1)

278

315

352

37

1,24

ex 0203 12 11

Il-prieżet

337

379

421

42

1,41

ex 0203 12 19

L-ispallejn

337

379

421

42

1,41

ex 0203 19 11

It-trufijiet ta' quddiem

337

379

421

42

1,41

ex 0203 19 13

Il-ġenbejn, bit-tarf ta' l-għonq jew mingħajru, jew it-truf ta' l-għonq separatament, il-ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha (2)  (3)

337

379

421

42

1,41

ex 0203 19 15

Iż-żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari

164

197

230

33

1,09

ex 0203 19 55

Iż-żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari, mingħajr il-ġilda ta' barra u l-kustilji

164

197

230

33

1,09

ex 0203 19 55

Ir-riġlejn, l-ispallejn, it-truf ta' quddiem, il-ġenbejn, bit-tarf ta' l-għonq jew mingħajru, jew it-truf ta' l-għonq separatament, il-ġenbejn biċ-chump jew mingħajru, diżussati (2)  (3)

337

379

421

42

1,41

ex 0203 19 55

Il-qatgħat li jikkorrispondu għan-“nofsijiet”, bil-ġilda ta' barra jew bix-xaħam jew mingħajrhom, diżussati (4)

255

290

325

35

1,17


(1)  L-għajnuna tista' tingħata wkoll għan-nofs karkassi ppreżentati bħala Wiltshire sides, jiġifieri mingħajr ir-ras, il-ħadd, ix-xedaq, is-saqajn, id-denb, il-grass tas-simna, il-kliewi, it-tenderloin, l-għadma ta' l-ispalla, l-isternu, is-sinsla, l-għadma pelvika u d-dijaframma.

(2)  Il-ġenbejn u t-truf ta' l-għonq jistgħu jkunu bil-ġilda ta' barra jew mingħajrha, imma s-saff tax-xaħam ta' magħha ma għandux jaqbeż fond ta' 25mm.

(3)  Il-kwantità kkuntrattata tista' tkopri kull tagħqida tal-prodotti msemmija.

(4)  L-istess preżentazzjoni bħall-prodotti koperti bil-kodiċi NM 0210 19 20.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/55


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1268/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fiż-żona IIIa ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

62

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

HER/03A.

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

IIIa

Data

12.10.2007


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/57


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1269/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° Tramuntana minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

56

Stat Membru

L-Iżvezja

Stokk

COD/04-N.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

l-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° Tramuntana

Data

8.10.2007


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/59


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1270/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-linarda fiż-żona IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIċ u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

55

Stat Membru

L-Iżvezja

Stokk

LIN/03.

Speċi

Linarda (Molva molva)

Żona

IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIċ u IIId

Data

8.10.2007


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/61


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1271/2007

tas-26 ta’ Ottubru 2007

li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet għall-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2681/74 tal-21 ta' Ottubru 1974 dwar il-finanzjament tal-Komunità tan-nefqa magħmula fir-rigward tal-provvista ta' prodotti agrikoli bħala għajnuna ta' l-ikel (3), jistipula l-proporzjon mill-Fondi Ewropej għall-Gwida u Garanzija Agrikola, sezzjoni “Garanzija”, il-parti tan-nefqiet li tikkorrispondi mar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, determinati skond ir-regoli Komunitarji fir-rigward.

(2)

Biex it-tlestija u l-amministrazzjoni tal-baġit għall-azzjonijiet Komunitarji relatati ma' l-għajnuniet alimentari jkunu ffaċilitati, u biex l-Istati Membri jkunu jafu l-livell tal-parteċipazzjoni Komunitarja fil-finanzjament ta' l-azzjonijiet nazzjonali għall-għajnuniet alimentari, huwa meħtieġ li jiġi determinat il-livell tar-rifużjonijiet mogħtija għal dawn l-azzjonijiet.

(3)

Ir-regoli ġenerali u dawk dettaljati dwar l-applikazzjoni, stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 għar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, japplikaw mutatis mutandis għall-azzjonijiet hawn fuq imsemmija.

(4)

Il-kriterji speċifiċi li għandhom jitqiesu fil-kalkolu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni tar-ross huma definiti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-azzjonijiet ta' l-għajnuna alimentari Komunitarja u nazzjonali previsti fil-qafas tal-konvenzjonijiet internazzjonali jew programmi oħra komplimentari, kif ukoll azzjonijiet oħra komunitarji tal-provvista bla ħlas, ir-rifużjonijiet applikabbli gћall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross huma stipulati fl-anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 288, 25.10.1974, p. 1.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni fis-26 ta’ Ottubru 2007 li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet ta' l-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali

(EUR/t)

Il-kodiċi tal-prodott

L-ammont tar-rifużjonijiet

1001 10 00 9400

0,00

1001 90 99 9000

0,00

1002 00 00 9000

0,00

1003 00 90 9000

0,00

1005 90 00 9000

0,00

1006 30 92 9100

0,00

1006 30 92 9900

0,00

1006 30 94 9100

0,00

1006 30 94 9900

0,00

1006 30 96 9100

0,00

1006 30 96 9900

0,00

1006 30 98 9100

0,00

1006 30 98 9900

0,00

1006 30 65 9900

0,00

1007 00 90 9000

0,00

1101 00 15 9100

0,00

1101 00 15 9130

0,00

1102 10 00 9500

0,00

1102 20 10 9200

0,92

1102 20 10 9400

0,79

1103 11 10 9200

0,00

1103 13 10 9100

1,19

1104 12 90 9100

0,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Settembru 2006

dwar proċedura skond l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ Nru COMP/F/38.121 – Attrezzaturi)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 4180)

(Il-verżjonijiet bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol, bit-Taljan u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/691/KE)

IL-KSUR FIL-QOSOR

(1)

Id-Deċiżjoni kienet indirizzata lil Aalberts Industries NV, Aquatis France SAS, Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG, VSH Italia S.r.l., Yorkshire Fittings Limited, Advanced Fluid Connections plc, IBP Limited, International Building Products France SA, International Building Products GmbH, Delta plc, Aldway Nine Limited, Delta Engineering Holdings Limited, Druryway Samba Limited, Flowflex Holdings Ltd, Flowflex Components Ltd, IMI plc, IMI Kynoch Ltd, Mueller Industries Inc, Mueller Europe Ltd, WTC Holding Company Inc, Pegler Ltd, Tomkins plc, FRA.BO S.p.A., Supergrif SL, SANHA Kaimer GmbH & Co. KG, Kaimer GmbH & Co. Holdings KG, Sanha Italia srl, Viega GmbH & Co. KG, Legris Industries SA u Comap SA.

(2)

Dawn it-30 entità legali (li jappartjenu għal 11-il intrapriża, fejn xi entitajiet legali inżammu responsabbli bħala kumpaniji parent) wettqu ksur ta’ l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE billi pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu bejn il-31 ta’ Diċembru 1988 u l-1 ta’ April 2004 fl-industrija ta’ l-attrezzaturi fiż-ŻEE. Mhux l-intrapriżi kollha pparteċipaw fil-ksur għat-tul kollu tiegħu.

(3)

Il-karatteristiċi ewlenin tal-ksur inkludew: il-kompetituri ddiskutew il-prezzijiet, qablu dwar, implimentaw u mmonitorjaw il-ftehimiet dwar prezzijiet kif ukoll dwar skontijiet u roħs, qbil dwar il-mekkaniżmi ta’ l-implimentazzjoni, l-allokazzjoni tas-swieq u tal-klijenti, skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment importanti u kunfidenzjali u/jew rilevanti għall-kumpanija, ipparteċipaw f’laqgħat regolari u kellhom kuntatti oħrajn biex jiftiehmu dwar ir-restrizzjonijiet ta’ hawn fuq u jissorveljaw l-implimentazzjoni fiż-ŻEE.

L-INDUSTRIJA TA’ L-ATTREZZATURI

(4)

Il-prodott ikkonċernat huwa attrezzaturi tar-ram li jinkludu attrezzaturi tal-liga tar-ram (bħal gunmetal, ram isfar u ligi oħrajn ibbażati fir-ram). Fitting torbot it-tubi użati fit-trasport ta’ l-ilma, l-arja, il-gass, eċċ għall-plaming, għas-sħana, għas-sanitazzjoni u għal skopijiet oħrajn. Hemm bosta tipi ta’ attrezzaturi bħal dawk end-feed, taċ-ċirku ta’ l-istann, tal-kompressjoni, u press and push-fit. Dawn it-tipi kollha huma implikati f’din id-Deċiżjoni.

(5)

L-investigazzjoni wriet li l-kartell kopra ż-ŻEE kollha. Il-valur tas-suq taż-ŻEE għall-2003 għall-attrezzaturi tar-ram u attrezzaturi tal-liga tar-ram kien madwar € 525 miljun għal madwar 960 miljun biċċa.

IL-PROĊEDURA

(6)

F’Jannar 2001 il-kumpanija Mueller Industries Inc għarrfet lill-Kummisjoni dwar l-eżistenza ta’ kartell fl-industrija ta’ l-attrezzaturi (u f’industriji oħrajn relatati fis-suq tat-tubi tar-ram) u esprimiet ix-xewqa li tikkoopera mal-Kummissjoni taħt l-Avviż ta’ Klemenza 1996. Mueller ipprovdiet lill-Kummissjoni provi li ppermettew li jsiru l-ispezzjonijiet.

(7)

Fit-22 u t-23 ta’ Marzu 2001, il-Kummissjoni wettqet l-ewwel ispezzjonijiet għall-għarrieda dwar kemm it-tubi kif ukoll l-attrezzaturi tar-ram. Wara dan, f’April 2001, ġie deċiż li l-każijiet jiġu mqassma f’tubi tal-Plaming tar-Ram (38.069), tubi Industrijali (38.240) u Attrezzaturi (38.121). Imbagħad, fl-24 u fil-25 ta’ April 2001, il-Kummissjoni wettqet aktar ispezzjonijiet għall-għarrieda fuq il-post għand il-grupp Delta. Dawn l-ispezzjonijiet ta’ l-aħħar koprew biss l-attrezzaturi. Fis-settur tat-tubi tar-ram il-Kummissjoni adottat żewġ deċiżjonijiet fejn imponiet multi fil-każ tat-tubi Industrijali (fl-2003) u fil-każ dwar it-tubi tal-Plaming tar-Ram (fl-2004).

(8)

F’Settembru 2003, wara l-ispezzjonijiet u wara li ntbagħtu l-ittri fejn intalbet l-informazzjoni, il-grupp IMI applika għall-klemenza. Wara din l-applikazzjoni għall-klemenza kien hemm dawk tal-grupp Delta (Marzu 2004) u Frabo (Lulju 2004). L-aħħar applikazzjoni għall-klemenza ġiet sottomessa minn Oystertec/Advanced Fluid Connections plc, f’Mejju 2005.

(9)

Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Oġġezzjonijiet ġiet indirizzata lit-30 intrapriża li kienu jappartjenu għal 11-il intrapriża u lil assoċjazzjoni waħda ta’ intrapriżi. Il-partijiet kollha ħlief Flowflex, Comap u Supergrif eżerċitaw id-dritt tagħhom li jinstemgħu u ħadu sehem fis-smigħ bil-fomm li sar fil-25 u s-26 ta’ Jannar 2006.

IL-ĦIDMA TAL-KARTELL

(10)

Filwaqt li hemm indikazzjonijiet li l-ewwel kuntatti anti-kompetittivi bejn il-produtturi ta’ l-attrezzaturi tar-Renju Unit saru qabel l-1988, l-evidenza li għandha l-Kummissjoni turi fuq bażi solida u għal żmien twil li Diċembru 1988 kienet id-data tal-bidu tal-ksur. Fuq din il-bażi l-Kummissjoni qieset li l-arranġamenti ta’ kollużjoni bdew fir-Renju Unit fost il-manifatturi tar-Renju Unit fil-31 ta’ Diċembru 1988. Dwar l-imġieba tal-manifatturi ta’ l-attrezzaturi fuq livell pan-Ewropew, minħabba l-forma laxka u esploratorja tal-kuntatti qabel Jannar 1991, il-Kummissjoni llimitat l-evalwazzjoni tagħha taħt ir-regoli tal-kompetizzjoni għall-perjodu mill-31 ta’ Jannar 1991, id-data ta’ l-ewwel laqgħa “Super-EFMA”, meta l-kompetituri qablu dwar il-prezzijiet u meta l-arranġamenti pan-Ewropej ġew ippruvati bħal skema organizzata u strutturata.

(11)

Aktar evidenza fil-fajl tal-Kummissjoni turi li dan il-ksur kompla wkoll wara l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni f’Marzu u f’April 2001, sa fejn kienu kkonċernati Comap, IBP/Oystertec (Advanced Fluid Connections) u Frabo sa April 2004 u xi ftit inqas sa fejn hija kkonċernata Delta. Fir-rigward ta’ Aalberts, hija pparteċipat fil-ksur wara l-ispezzjonijiet bejn Ġunju 2003 u April 2004. Dan huwa l-ewwel każ dwar il-kartelli li għal xi kumpaniji li pparteċipaw kompla għal 3 snin wara l-ispezzjonijiet.

(12)

L-istruttura totali ta’ l-arranġamenti anti-kompetittivi għall-prodotti ta’ l-attrezzaturi turi li jistgħu jitqiesu bħala ksur wieħed filwaqt li l-kompetituri ddiskutew il-prezzijiet, qablu dwar, implimentaw u mmonitorjaw il-ftehimiet dwar prezzijiet kif ukoll dwar skontijiet u roħs, qablu dwar mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni, allokaw is-swieq u l-klijenti u skambjaw informazzjoni ta’ importanza kummerċjali u kunfidenzjali dwar is-suq.

MULTI

L-ammont bażiku

Gravità

(13)

Dwar il-gravità tal-ksur, l-impatt fis-suq u l-ambitu ġeografiku, il-ksur għandu jiġi kkwalifikat bħala gravi ħafna.

Trattament differenzjali

(14)

Minħabba li kien hemm disparità konsiderevoli bejn il-piż ta’ kull intrapriża f’termini ta’ bejgħ fl-industrija kartellizzata, il-Kummissjoni applikat trattament differenzjali (gruppi) biex tqis il-piż ta’ kull intrapriża: din l-istrateġija tipprova tiddifferenzja kif il-piż ta’ kull intrapriża għamlet ħsara lill-kompetizzjoni.

(15)

L-intrapriżi ġew maqsuma f’sitt kategoriji skond l-importanza relattivo. Bħala bażi biex tiġi ddeterminata l-importanza relattivo ta’ l-intrapriżi f’dan il-ksur, il-Kummissjoni qieset l-ishma rispettivi ta’ kull intrapriża mal-prodott ikkonċernat. Il-piż individwali tal-parteċipanti fil-ksur ġie mqabbel fuq il-bażi ta’ l-ishma tagħhom tas-suq tal-prodott fiż-ŻEE għall-intrapriżi kollha, fis-sena 2000, ħlief għal Aalberts u Advanced Fluid Connections, li għalihom ittieħdet l-2003 bħala l-bażi tad-differenzjament. Il-Kummissjoni għażlet l-2000 għaliex kienet is-sena l-aktar riċenti tal-ksur fejn l-intrapriżi kollha li lilhom kienet indirizzata din id-Deċiżjoni kienu attivi fil-kartell, ħlief iż-żewġ intrapriżi msemmija.

(16)

Għalhekk Viegener u Aalberts tqiegħdu fl-ewwel kategorija. IMI u Delta tqiegħdu fit-tieni kategorija, Advanced Fluid Connections fit-tielet, Legris Industries fir-raba’, Sanha Kaimer, Flowflex, Frabo u Mueller fil-ħames u Pegler fis-sitt kategorija.

Deterrenza suffiċjenti

(17)

Sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa f’livell li jiżgura li għandha effett deterrenti suffiċjenti, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li tapplika fattur ta’ multiplikazzjoni għall-multa imposta fuq Tomkins/Pegler. Fl-2005, is-sena finanzjarja l-aktar rilevanti qabel id-Deċiżjoni, id-dħul totali ta’ Tomkins, il-kumpanija parent ta’ Pegler, kien ta’ 4,65 biljun EUR.

(18)

Għalhekk, u skond deċiżjonijiet ta’ qabel, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li timmultiplika l-multa ta’ Tomkins.

Tul ta’ żmien

(19)

Il-fatturi individwali tal-multiplikazzjoni ġew ukoll applikati skond kemm dam il-ksur minn kull entità legali.

IĊ-ĊIRKOSTANZI AGGRAVANTI

Il-parteċipazzjoni fil-ksur wara l-ispezzjonijiet

(20)

Id-Deċiżjoni stabbiliet li Oystertec/Advanced Fluid Connections, Comap, Frabo u sa grad inqas Delta ma temmewx il-ksur minnufih wara l-ispezzjonijiet. Dawn l-intrapriżi ħadu sehem fil-ksur wara li kienu saru l-ispezzjonijiet. Sa fejn hija kkonċernata Aalberts, huwa stabbilit li hija pparteċipat fil-ksur wara li kienu saru l-ispezzjonijiet bejn Ġunju 2003 u April 2004. Din l-imġieba hija ksur lampanti tar-regoli tal-kompetizzjoni. Meta l-Kummissjoni twettaq ispezzjoni f’każ tal-kartelli, hija uffiċjalment tavża bil-quddiem lill-intrapriżi kkonċernati li r-regoli tal-kompetizzjoni setgħu ġew miksura. Fil-maġġoranza kbira ta’ ħafna mill-każijiet, l-esperjenza wriet li l-ispezzjonijiet iħeġġu lill-intrapriżi jtemmu l-ksur minnufih, u b’hekk jipprovdu serħan tal-moħħ minnufih lill-konsumaturi, waqt li jkunu qed jistennew id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ. F’dan is-sens, l-ispezzjonijiet għandhom il-funzjoni li jrażżnu lill-intrapriżi involuti milli jkomplu l-ksur. Għalhekk, għall-perjodu wara l-ispezzjonijiet, l-intrapriżi għandhom minnufih iwaqqfu kull imġieba ta’ ksur. Madankollu, dawn l-intrapriżi ma tawx każ l-ispezzjonijiet u xi wħud minnhom komplew sa 3 snin wara.

(21)

Dan iġġustifika żjieda fl-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta fuq Aalberts, Advanced Fluid Connections, Comap, Frabo u Delta.

(22)

Iżda, sa fejn hija kkonċernata Frabo, id-Deċiżjoni tagħraf li l-kontribuzzjoni tagħha f’dan ir-rigward kien partikolarment deċiżiv. Frabo kienet l-ewwel kumpanija li żvelat l-imġieba anti-kompetittiva wara l-ispezzjonijiet u pprovdiet il-konnessjoni għas-snin ta’ qabel u wara l-ispezzjonijiet. Għalhekk il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi kontinwità bejn iż-żewġ perjodi li mingħajr il-kontribuzzjoni ta’ Frabo, ma setgħetx tiġi ppruvata. Filwaqt li qieset din iċ-ċirkostanza u skond il-prinċipju ta’ l-ekwità, Frabo ma ġietx penalizzata talli żvelat dan l-arranġament ta’ wara l-ispezzjonijiet. Għalhekk Frabo ġiet eżentata minn dan il-fattur aggravanti.

L-informazzjoni li tiżgwida

(23)

Barra minn dan, fir-risposta tagħha għad-Dikjarazzjoni ta’ l-Oġġezzjonijiet, Advanced Fluid Connections ipprovdiet lill-Kummissjoni informazzjoni li tiżgwida. F’dikjarazzjoni mehmuża mar-risposta għad-Dikjarazzjoni ta’ l-Oġġezzjonijiet, impjegat ta’ Advanced Fluid Connections iddikjara li ma kellu ebda kuntatti bit-telefon ma Frabo fiż-żmien bejn l-2001 u l-2005. Bosta kontijiet tat-telefon provduti minn Frabo juru, kontra din id-dikjarazzjoni, li bejn April 2002 u Lulju 2003, Frabo kkuntattjat lil Advanced Fluid Connections permezz tat-telefon ċellulari għall-inqas 28 darba.

(24)

Din iċ-ċirkostanza li taggrava ġġustifikat żjieda fl-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta fuq Advanced Fluid Connections.

IĊ-ĊIRKOSTANZI ATTENWANTI

(25)

Bosta intrapriżi ppretendew uħud minn dawn iċ-ċirkostanzi attenwanti li ġejjin, jew kollha: terminazzjoni kmieni tal-ksur, rwol minuri / passiv, in-nuqqas ta’ implimentazzjoni effettiva tal-prattika, l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ konformità, in-nuqqas ta’ benefiċċju, diffikultajiet fl-industrija ta’ l-attrezzaturi. Dawn il-pretensjonijiet huma kollha miċħuda bħala infondati ħlief għar-rwol minuri / passiv pretiż minn Flowflex. Għalhekk l-ammont bażiku għal Flowflex ġie mnaqqas b’10 %.

Il-kooperazzjoni barra mill-avviż dwar il-klemenza

(26)

Id-Deċiżjoni qieset li l-kooperazzjoni ta’ Frabo kienet tikkwalifika għal fattur attenwanti f’dan ir-rigward. Frabo kienet l-ewwel li żvelat it-terminu tal-kartell wara l-ispezzjonijiet u, b’mod partikolari, kienet l-ewwel li pprovdiet provi u spjegazzjonijiet biex tipprova l-kontinwità tal-ksur wara l-ispezzjonijiet u sa April 2004. Qabel l-applikazzjoni ta’ Frabo għall-klemenza, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi t-terminu u l-kontinwità tal-ksur minn Marzu 2001 sa April 2004.

(27)

Frabo m’għandhiex tkun ippenalizzata għall-kooperazzjoni tagħha billi tiġi imposta fuqha multa aktar għolja minn dik li kien ikollha tħallas mingħajr il-kooperazzjoni tagħha. Għalhekk l-ammont bażiku tal-multa ta’ Frabo ġie mnaqqas bl-ammont ipotetiku tal-multa li kienet tkun imposta fuq Frabo għal ksur ta’ tliet snin.

L-APPLIKAZZJONI TAL-LIMITU TAL-VALUR TAL-BEJGĦ TA’ 10 %

(28)

Fejn xieraq, il-limitu ta’ fatturat dinji ta’ 10 % ta’ l-Artikolu 23 (2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) ġie applikat għall-multi kkalkolati.

L-APPLIKAZZJONI TA’ L-AVVIŻ TAL-KLEMENZA 1996

(29)

Mueller, IMI, Delta, Frabo u Advanced Fluid Connections ikkooperaw mal-Kummissjoni fi stadji differenti ta’ l-investigazzjoni bl-għan li jirċievu t-trattament favorevoli stabbilit fl-Avviż tal-Klemenza 1996, li jgħodd għal dan il-każ.

Eżenzjoni mill-multi

(30)

Mueller kienet l-ewwel intrapriża li għarrfet lill-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ kartell fis-settur ta’ l-attrezzaturi li affettwa s-suq taż-ŻEE fis-snin 1990. L-evidenza li pprovdiet Mueller ippermettiet lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-eżistenza, il-kontenut u l-parteċipanti ta’ għadd ta’ laqgħat ta’ kartelli u kuntatti oħrajn li saru b’mod partikolari bejn l-1991 u l-2000 kif ukoll biex isiru l-ispezzjonijiet fit-22 ta’ Marzu 2001 u wara. Għalhekk, Mueller ikkwalifikat għal eżenzjoni totali minn kull multa.

It-tnaqqis tal-multi

(31)

Fit-18 ta’ Settembru 2003 IMI resqet lejn il-Kummissjoni bl-għan li tissottometti applikazzjoni għall-klemenza. IMI għamlet kontribuzzjoni materjali biex tiġi stabbilita l-eżistenza tal-ksur, u wara li rċeviet id-Dikjarazzjoni ta’ l-Oġġezzjonijiet, IMI għarrfet lill-Kummissjoni li kkonfermat il-fatti ppreżentati fis-sottomissjonijiet tagħha dwar il-klemenza. Il-kooperazzjoni ta’ IMI ġiet ippremjata bi tnaqqis ta’ 50 % mill-multa.

(32)

Fl-10 ta’ Marzu 2004, Delta ssottomettiet applikazzjoni għall-klemenza. Wara l-applikazzjoni ta’ Delta kien hemm sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub, laqgħa u l-preżentata ta’ dikjarazzjonijiet bil-fomm. Sa estent kbir, Delta kkorroborat il-fatti li ppreżentat IMI fis-sottomissjonijiet tagħha għall-klemenza. Il-kooperazzjoni ta’ Delta ġiet ippremjata bi tnaqqis ta’ 20 % mill-multa.

(33)

Fid-19 ta’ Lulju 2004, Frabo ssottomettiet applikazzjoni għall-klemenza. Fil-parti l-kbira, Frabo kkorroborat il-fatti li ppreżentaw IMI u Delta fis-sottomissjonijiet tagħhom għall-klemenza. Frabo kienet l-ewwel li żvelat li l-ksur kompla għall-perjodu wara l-investigazzjonijiet u sa April 2004. Barra minn dan, l-informazzjoni ta’ Frabo ntużat ukoll biex jiġu abbozzati t-talbiet għall-informazzjoni li kkontribwiet biex iġġiegħel is-sottomissjoni ta’ Advanced Fluid Connections għall-klemenza, fejn tressqet prova dwar il-parteċipazzjoni fil-ksur wara l-ispezzjoni. Fuq bażi ta’ dan, il-kooperazzjoni ta’ Frabo ġiet ippremjata bi tnaqqis ta’ 20 % mill-multa.

(34)

Fl-24 ta’ Mejju 2005, Advanced Fluid Connections (Oystertec) issottomettiet applikazzjoni għall-klemenza. Fil-parti l-kbira Advanced Fluid Connections ikkorroborat il-fatti li ppreżentat Frabo fis-sottomissjonijiet tagħha għall-klemenza. Madankollu, fir-risposta tagħha għad-Dikjarazzjoni ta’ l-Oġġezzjonijiet, u matul is-Smigħ Orali, Advanced Fluid Connections kkountestat bil-qawwa li l-Kummissjoni kienet stabbiliet il-kontinwità bejn il-perjodi qabel u wara l-ispezzjonijiet sa April 2004. Fl-aħħar, kif indikat hawn fuq, Advanced Fluid Connections żgwidat lill-Kummissjoni u ppruvat iddgħajjef l-abilità tagħha li tipprova l-ksur. Għalhekk, wara konsiderazzjoni xierqa ta’ dawn iċ-ċirkostanzi kollha, il-Kummissjoni ma tatx lil Advanced Fluid Connections tnaqqis tal-multa.

L-GĦELUQ TAL-PROĊEDURI

(35)

Minħabba l-elementi kollha mressqa mill-intrapriżi u l-assoċjazzjoni ta’ intrapriżi fir-risposti tagħhom għad-Dikjarazzjoni ta’ l-Oġġezzjonijiet u fis-Smigħ Orali, il-Kummissjoni kellha provi li implikaw lill-Fédération Française des Négociants en Appareils Sanitaires, Chauffage-Climatisation et Canalisations (FNAS) indirettament fi ftehim milħuq fis-16 ta’ Frar 2004 biex iżidu l-prezzijiet.

(36)

Iżda ma kienx hemm biżżejjed provi li jindikaw li FNAS aċċettat attivament il-funzjoni fdata lilha mill-manifatturi u li tassew iffaċilitat l-implimentazzjoni tal-ftehim.

(37)

Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li FNAS ma kinitx parti mill-ftehim jew ta’ xi arranġament ieħor anti-kompetittiv. Għaldaqstant il-proċeduri kontra l-Fédération Française des Négociants en Appareils Sanitaires, Chauffage-Climatisation et Canalisations (FNAS) ingħalqu.

ID-DEĊIŻJONI

(38)

Dawk indirizzati mid-Deċiżjoni u t-terminu ta’ l-involviment tagħhom kienu dawn:

Aalberts Industries NV, mill-25 ta’ Ġunju 2003 sa l-1 ta’ April 2004

Aquatis France SAS, mill-31 ta’ Jannar 1991 sat-22 ta’ Marzu 2001 (IMI) u mill-25 ta’ Ġunju 2003 sa l-1 ta’ April 2004 (Aalberts)

Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG, mill-31 ta’ Jannar 1991 sat-22 ta’ Marzu 2001 (IMI) u mill-25 ta’ Ġunju 2003 sa l-1 ta’ April 2004 (Aalberts)

VSH Italia S.r.l, mill-15 ta’ Marzu 1994 sat-22 ta’ Marzu 2001

Yorkshire Fittings Limited, mill-31 ta’ Diċembru 1988 sat-22 ta’ Marzu 2001

Advanced Fluid Connections plc, mit-23 ta’ Novembru 2001 sa l-1 ta’ April 2004

IBP Limited, mit-23 ta’ Novembru r 2001 sa l-1 ta’ April 2004

International Building Products France SA, mill-4 ta’ April 1998 sat-23 ta’ Novembru 2001 (Delta) u mit-23 ta’ Novembru 2001 until 1 April 2004 (Advanced Fluid Connections)

International Building Products GmbH, sal-31 ta’ Jannar 1991 sat-23 ta’ Novembru 2001

Delta plc, mill-31 ta’ Diċembru 1988 sat-23 ta’ Novembru 2001

Aldway Nine Limited, mit-28 ta’ Lulju 1999 sat-23 ta’ Novembru 2001

Delta Engineering Holdings Limited, mill-31 ta’ Diċembru 1988 sat-23 ta’ Novembru 2001

Druryway Samba Limited, mill-31 ta’ Diċembru 1988 sat-23 ta’ Novembru 2001

Flowflex Holdings Ltd, mill-1 ta’ April 1989 sat-22 ta’ Marzu 2001

Flowflex Components Ltd, mill-31 ta’ Diċembru 1988 sat-22 ta’ Marzu 2001

FRA.BO S.p.A, mit-30 ta’ Lulju 1996 sa l-1 ta’ April 2004

IMI plc, mill-31 ta’ Diċembru 1988 sat-22 ta’ Marzu 2001

IMI Kynoch Ltd, mill-31 ta’ Diċembru 1988 sat-22 ta’ Marzu 2001

Legris Industries SA, mill-31 ta’ Jannar 1991 sa l-1 ta’ April 2004

Comap SA, mill-31 ta’ Jannar 1991 sa l-1 ta’ April 2004

Mueller Industries Inc., mit-12 ta’ Diċembru 1991 sat-12 ta’ Diċembru 2000

Mueller Europe Ltd., mit-28 ta’ Frar 1997 sat-12 ta’ Diċembru 2000

WTC Holding Company, Inc., mit-28 ta’ Frar 1997 sat-12 ta’ Diċembru 2000

Pegler Ltd, mill-31 ta’ Diċembru 1988 sat-22 ta’ Marzu 2001

SANHA Kaimer GmbH & Co. KG, mit-30 ta’ Lulju 1996 sat-22 ta’ Marzu 2001

Kaimer GmbH & Co. Holdings KG, from 30 Lulju 1996 sat-22 ta’ Marzu 2001

Sanha Italia srl, mill-1 ta’ Jannar 1998 sat-22 ta’ Marzu 2001

Supergrif SL, mit-22 ta’ Lulju 1991 sat-23 ta’ Novembru 2001

Tomkins plc, mill-31 ta’ Diċembru 1988 sat-22 ta’ Marzu 2001

Viega GmbH & Co. KG, mit-12 ta’ Diċembru 1991 sat-22 ta’ Marzu 2001.

(39)

Wara dawn il-preamboli ta’ hawn fuq, ġew imposti dawn il-multi li ġejjin :

a)

Aalberts Industries NV:

li minnhom in solidum ma’:

(i)

Aquatis France SAS: EUR 55,15 miljun; u

(ii)

Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG: EUR 55,15 miljun

EUR 100,80 miljun

b)

1.

IMI plc in solidum ma’ IMI Kynoch Ltd:

li minnhom in solidum ma’:

(i)

Yorkshire Fittings Limited: EUR 9,64 miljun; u

(ii)

VSH Italia S.r.l: EUR 0,42 miljun; u

(iii)

Aquatis France SAS: EUR 48,30 miljun; u

(iv)

Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG: EUR 48,30 miljun

EUR 48,30 miljun

2.

Aquatis France SAS u Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG huma obbligati in solidum għall-ammont addizzjonali ta’:

EUR 2,04 miljun

ċ)

Advanced Fluid Connections plc:

li minnhom in solidum ma’:

(i)

IBP Limited: EUR 11,26 miljun; u

(ii)

International Building Products

France SA: EUR 5,63 million

EUR 18,08 miljun

d)

Delta plc jointly in solidum ma’ Delta Engineering Holdings Limited:

li minnhom in solidum ma’:

(i)

Druryway Samba Limited: EUR 28,31 miljun; u

(ii)

International Building Products GmbH: EUR 2,81 miljun; u

(iii)

International Building Products France SA: EUR 5,63 miljun; u

(iv)

Aldway Nine Limited: EUR 28,31 miljun u

(v)

Supergrif SL: EUR 0,59 miljun

EUR 28,31 miljun

e)

Flowflex Holdings Ltd

in solidum ma’ Flowflex Components Ltd:

EUR 1,34 miljun

f)

FRA.BO SpA:

EUR 1,58 miljun

g)

Legris Industries SA:

li minnhom in solidum ma’

Comap SA: EUR 18,56 miljun

EUR 46,80 miljun

h)

Tomkins plc

in solidum ma’Pegler Ltd:

EUR 5,25 miljun

i)

Kaimer GmbH & Co. Holdings KG:

li minnhom in solidum ma’

(i)

SANHA Kaimer GmbH & Co. KG: EUR 7,97 miljun; u

(ii)

Sanha Italia srl: EUR 7,15 miljun

EUR 7,97 miljun

j)

Viega GmbH & Co. KG:

EUR 54,29 miljun

(40)

L-intrapriżi elenkati fil-preambolu (38) ġew ordnati jtemmu minnufih il-ksur immsemmi fil-preambolu (3), sa fejn ma kinux diġà għamlu dan u jżommu lura milli jirrepetu kull att jew imġieba deskritta fil-preambolu (3), u minn kull att jew imġieba li għandu għan jew effett identiku jew simili.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 (ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1).


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/69


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf prodott minn pitravi ħelu modifikat ġenetikament H7-1 (KM-ØØØH71-4) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5125)

(It-testi bil-Franċiż, bl-Olandiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/692/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Novembru 2004, KWS SAAT AG u Monsanto Europe S.A., ippreżentaw applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, skond l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti ta’ l-ikel, u għalf prodotti mill-pitravi ħelu H7-1 (“l-applikazzjoni”).

(2)

L-ambitu inizjali ta’ l-applikazzjoni inkluda weraq tal-pitravi ħelu u biċċiet żgħar ta’ għeruq li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ l-għeruq li jista' jkun iffermentat biex jipproduċi ħażna għall-għalf ta’ l-annimali. Dawn il-prodotti, li mhumiex meqjusa bħala prodotti minn GMOs imma bħala li fihom jew jikkonsistu minn GMOs, tneħħew mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni mill-applikanti fl-14 ta’ Frar 2006.

(3)

Fl-20 ta’ Diċembru 2006, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skond l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li mhux probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti magħmula mill-pitravi ħelu H7-1 kif deskritt fl-applikazzjoni (“il-prodotti”) iħalli effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew fuq l-ambjent fil-kuntest ta’ l-użi li huma maħsuba għalihom (2). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset kull mistoqsija u tħassib speċifiċi mqajma mill-Istati Membri.

(4)

Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għall-prodotti.

(5)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull GMO kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 ta’ l-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjament ta’ identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (3).

(6)

Fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżit speċifiku għat-tqegħid tat-tikketti għajr dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ma jidher li hemm bżonnu.

(7)

Bl-istess mod, l-opinjoni ta’ l-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta’ superviżjoni ta’ wara t-tqegħid fis-suq, kif stipulat fil-punt (e) ta’ l-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(8)

L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(9)

Skond l-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti jorbtu lill-persuni kollha li jqegħduhom fis-suq.

(10)

Il-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ma tax opinjoni sal-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu: il-Kummissjoni għalhekk bagħtet il-proposta lill-Kunsill fil-25 ta’ Ġunju 2007 skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (4), bil-Kunsill ikollu jaġixxi fi żmien tliet xhur.

(11)

Madankollu, il-Kunsill m’ aġixxiex fil-limiti taż-żmien mitluba; issa għandha tiġi adottata Deċiżjoni mill-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmu modifikat ġenetikament u identifikatur uniku

Il-pitravi ħelu modifikat ġenetikament (Beta vulgaris subsp. vulgaris) H7-1, kif speċifikat fil-punt (b) ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku KM-ØØØH71-4, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Dawn il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet ta’ l-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) 1829/2003, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti ta’ l-ikel prodotti minn pitravi ħelu KM-ØØØH71-4;

(b)

għalf prodott minn pitravi ħelu KM-ØØØH71-4.

Artikolu 3

Ittikkettjar

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi dwar l-ittikkettjar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “pitravi ħelu”.

Artikolu 4

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 5

Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni

1.   Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni huma:

(a)

KWS SAAT AG, il-Ġermanja;

u

(b)

Monsanto Europe S.A., il-Belġju, li tirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

2.   Iż-żewġ detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom ikunu responsabbli biex iwettqu l-impenji imposti fuq id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni minn din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data ta’ l-avviż tagħha.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

(a)

KWS SAAT AG, Grimsehlstraße 31, D-37574 Einbeck, il-Ġermanja;

u

(b)

Monsanto Europe S.A., Scheldelaan 460, Haven 627, B-2040 Antwerp, il-Belġju.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).

(2)  http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753816_1178620785055.htm

(3)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS

(a)   L-Applikanti u d-detenturi ta’ l-Awtorizzazzjoni:

Isem

:

KWS SAAT AG.

Indirizz

:

Grimsehlstraße 31, D-37574 Einbeck, il-Ġermanja

u

Isem

:

Monsanto Europe S.A.

Indirizz

:

Scheldelaan 460, Haven 627 – B 2040 Antwerp, il-Belġju

F'isem Monsanto Company - 800 N. Lindbergh Boulevard – St. Louis, Missouri 63167 – l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

(b)   Għażla u speċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

Ikel u ingredjenti ta’ l-ikel prodotti minn pitravi ħelu KM-ØØØH71-4;

(2)

Għalf prodott minn pitravi ħelu KM-ØØØH71-4.

Il-pitravi ħelu KM-ØØØH71-4 modifikati ġenetikament, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi l-proteina CP4 EPSPS wara d-dħul tal-ġene cp4 epsps minn Agrobacterium sp. strain CP4 fil-pitravi ħelu (Beta vulgaris subsp. vulgaris).

Il-proteina CP4 EPSPS tikkonferixxi tolleranza għall-glyphosate li fihom l-erbiċidi.

(ċ)   Ittikkettjar:

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi dwar l-ittikkettjar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “pitravi ħelu”.

(d)   Metodu ta’ detezzjoni:

Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tal-pitravi ħelu modifikat ġenetikament KM-ØØØH71-4.

Ivvalidat fuq iż-żrieragħ mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.it/statusofdoss.htm

Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF419 aċċessibli permezz taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Kejl u l-Materjali ta’ Referenza (IRMM) fuq: http://www.irmm.jrc.be/html/reference_materials_catalogue/index.htm

(e)   Identifikatur uniku:

KM-ØØØH71-4

(f)   L-informazzjoni meħtieġa skond l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

Mhux applikabbli.

(g)   Il-kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-ġarr tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ superviżjoni

Mhux applikabbli.

(i)   Rekwiżiti ta’ superviżjoni wara t-tqegħid fis-suq għall-użu ta’ l-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: il-ħolqiet għad-dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki ser ikunu disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ l-aġġornament tar-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Ottubru 2007

li tirrigwarda ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja fil-Kanada

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5202)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/693/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 18(1) u (6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 22(1) u (5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE tat-28 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom it-tjur, il-bajd tat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata, laħam tat-tjur, għasafar ma jtirux u tal-kaċċa, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat mingħajr patoġeni jistgħu jiġu importati fil-Komunità, jew jgħaddu bi tranżitu mill-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni veterinarja applikabbli, u temenda id-Deċiżjonijiet 93/342/KEE, 2000/585/KE u 2003/812/KE (3) tistipula lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom dawn il-prodotti jistgħu jiġu importati fil-Komunità jew jgħaddu bi tranżitu mill-Komunità u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni veterinarja.

(2)

Skond din id-Deċiżjoni, l-importazzjonijiet fil-Komunità mill-Kanada, tat-tjur, tal-bajd tat-tfaqqis, ta’ flieles ta’ ġurnata, tal-laħam tat-tjur, u ta’ għasafar ma jtirux u tal-kaċċa, huma awtorizzati.

(3)

Fis-27 ta’ Settembru 2007, il-Kanada irrappurtat lill-Kummissoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sotto tip H7n3 fi stabbiliment tat-tjur fil-provinċja ta’ Saskatchewan. Hija għarrfet ukoll li ċ-ċertifikazzjoni ġiet sospiża minnufih għat-tjur, għal-laħam tat-tjur u għal prodotti oħra li jistgħu jferrxu dak il-vajrus, għall-importazzjonijiet fil-Komunità mit-territorju kollu tal-Kanada.

(4)

Il-Kanada ħadet miżuri ta’ ħarsien immedjati u xierqa, inklużi restrizzjonijiet dwar il-moviment tal-tjur u l-prodotti tagħhom ġewwa u barra ż-żona affettwata mill-marda u pprovdiet lill-Kummissjoni b’tagħrif dwar il-qagħda epidemjoloġika. Skond it-tagħrif disponibbli ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ aktar firxa tal-vajrus miż-żona affettwata. Fid-dawl ta’ dan it-tagħrif u minħabba fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u ta’ saħħet l-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali kif approvat f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (4), huwa xieraq li s-sospensjoni ta’ l-importazzjonijiet mill-Kanada lejn iż-żona affettwata mill-marda fil-provinċja ta’ Saskatchewan tiġi ristretta.

(5)

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2005/432/KE tat-3 ta’ Ġunju 2005 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika u ta’ saħħet l-annimali u ċ-ċertifikati mudelli għall-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tneħħi d-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE u 97/222/KE (5) tistipula l-lista tal-pajjiżi terzi li minnha l-Istati Membri, skond l-istatus ta’ saħħet l-annimali tal-pajjiż terz, għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ dawk il-prodotti suġġetti għal ċerti reġimi ta’ trattament.

(6)

L-importazzjonijiet fil-Komunità mill-Kanada ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur li għaddew minn trattament mhux speċifiku, huma attwalment awtorizzati. Madankollu, fil-każ tat-tifqigħ ta’ l-influwenza tat-tjur, dan it-trattament mhuwiex biżżejjed biex jiddiżattiva l-vajrus ta’ l-influwenza tat-tjur. Huwa għalhekk xieraq, f’din id-Deċiżjoni, li miż-żona affettwata jiġu biss awtorizzati importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur li kienu suġġetti għat-trattament B, Ċ jew D, skond il-Parti 4 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/432/KE.

(7)

Fid-dawl tal-qagħda epidemjoloġika attwali fil-Kanada din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Novembru 2007 u l-miżuri għandhom jiġu rreveduti.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati membri għandhom jissospendu l-importazzjonijiet tal-prodotti li ġejjin, mit-territorju tal-Kanada msemmi fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

tjur ta’ l-irziezet, bajd għat-tifqis u flieles ta’ ġurnata kif iddefiniti fl-Artikolu 2(a), (b) u (ċ) tad-Deċiżjoni 2006/696/KE;

(b)

laħam, kif definit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2006/696/KE;

(c)

preparazzjonijiet ta’ laħam u prodotti tal-laħam kif definiti fil-punti 1.15 u 7.1 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u li huma magħmula minn, jew li fihom laħam imsemmi fil-punt (b);

(d)

ikel mhux imsajjar għall-annimali tad-dar u materjal mhux ipproċessat għall-għalf li fih kwalunkwe parti minn dawn l-ispeċi imsemmija fil-punt (a);

(e)

laħam mhux ttrattat minn tjur tal-priża minn kwalunkwe għasfur.

Artikolu 2

L-importazzjonijiet ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu awtorizzati mit-territorju msemmi fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni sakemm fiċ-ċertifikati ta’ l-importazzjoni mehmużin mal-kunsinni ta’ dawn il-prodotti, huwa indikat biċ-ċar li:

(a)

ġejjin mit-territorju tal-kodiċi “CA-1” fejn irid jiġi ċċertifikat il-ħelsien mill-influwenza tat-tjur.

(b)

“Din il-kunsinna hija konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/693/KE.”

Artikolu 3

B’deroga mill-Artikolu I, il-prodotti tal-laħam imsemmija fl-Artikolu 1(ċ), għandhom jiġu awtorizzati għall-importazzjoni fil-Komunità, sakemm dawn ġew suġġetti għat-trattament B, Ċ jew D, skond il-Parti 4 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/432/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Novembru 2007.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(3)  ĠU L 295, 25.10.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 71, 18.3.1999, p. 3.

(5)  ĠU L 151, 14.6.2005, p. 3. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004.


ANNESS I

Iż-żona ristretta (10 km) fil-provinċja ta’ Saskatchewan inkluża parti mill-Muniċipalità Rurali ta’ Lumsden #189 li tmiss:

Fil-parti ta’ nofs in-nħar ma’ l-Awtostrada 11

Fil-parti tax-xlokk ma’ l-Awtostrada 20 sa Last Mountain Creek

Fil-parti tal-lvant u tat-tramuntana ma’ Last Mountain Creek u Last Mountain Lake

Fil-parti tal-punent mal-parti li tinsab fil-lvant ta’ Range 23 (3 mili) minn Township 21 u 20 mill-intersezzjoni ta’ l-Awtostrada 11 fil-Muniċipalità Rurali ta’ Dufferin #190.


ANNESS II

CA-1

:

It-territorju tal-Kanada, għajr iż-żona ristretta stipulata fl-Anness I.