ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 278 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
22.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 278/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1183/2007
tat-18 ta’ Settembru 2007
li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000 (1) jobbliga li oġġetti b'użu doppju (inklużi software u teknoloġija) jkunu suġġetti għal kontroll effettiv meta jkunu se jiġu esportati mill-Komunità. |
(2) |
Sabiex l-Istati Membri u l-Komunità jkunu jistgħu jikkonformaw ma' l-impenji internazzjonali tagħhom, l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jistabbilixxi lista komuni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju msemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, li jimplimenta kontrolli ta' l-użu doppju li internazzjonalment hemm qbil dwarhom, inklużi l-Arranġament Wassenaarm, ir-Reġim għall-Kontroll tat-Teknoloġija Missilistika (MTCR), il-Grupp tal-Fornituri Nukleari (NSG), il-Grupp Awstralja u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC). |
(3) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jipprevedi l-aġġornament ta' l-Anness I u l-Anness IV skond l-obbligi u l-impenji relevanti, u kwalunkwe modifika tagħhom, li kull Stat Membru aċċetta bħala membru tar-reġimi internazzjonali ta' non-proliferazzjoni u ta' arranġamenti għall-kontrolli ta' esportazzjonijiet, jew permezz tar-ratifika tat-trattati internazzjonali relevanti. |
(4) |
L-Anness I u l-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għandhom jiġu emendati sabiex jittieħed kont tal-bidliet adottati taħt l-Arranġament Wassenaar, mill-Grupp Awstralja, taħt l-MTCR u mill-NSG sussegwentement għall-emendi magħmula lil dawk l-Annessi mir-Regolament (KE) Nru 394/2006. |
(5) |
Sabiex ikunu ffaċilitati r-referenzi għall-awtoritijiet u operaturi ta' kontroll fuq l-esportazzjonijiet, huwa neċessarju li tiġi pubblikata verżjoni aġġornata u kkonsolidata ta' l-Annessi mar-Regolament (KE) Nru 1334/2000. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond il-każ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi mar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 huma b'dan sostitwiti bit-test fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill
R. PEREIRA
Il-President
(1) ĠU L 159, 30.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 394/2006 (ĠU L 74, 13.3.2006, p. 1).
ANNESS
ANNESS I
LISTA' TA' OĠĠETTI U TEKNOLOĠIJI B'UŻU DOPPJU
(imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000)
Din il-lista timplimenta kontrolli ta' oġġetti b'użu doppju maqbula internazzjonaliment inkluż l-Arranġament Wassenaar, ir-Reġim għall-Kontroll tat-Teknoloġija Missilistika (MTCR), il-Grupp tal-Fornituri Nukleari (NSG), il-Grupp Awstralja u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC). Ma ttieħed ebda kont ta' oġġetti li l-Istati Membri jixtiequ jpoġġu fuq lista ta' esklużjoni. Ma ttieħed ebda kont ta' kontrolli nazzjonali (kontrolli ta' oriġini mhux skond is-sistema) li jistgħu jinżammu mill-Istati Membri.
NOTI ĠENERALI GĦALL-ANNESS I
1. |
Għal kontroll ta' oġġetti li huma ddisinjati jew modifikati għal użu militari, ara l-lista(i) rilevanti ta' kontrolli tal-merkanzija militari miżmuma mill-Istati Membri individwali. Referenzi f'dan l-Anness li jiddikjaraw "ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI" jirreferu għall-istess listi. |
2. |
L-oġġett tal-kontrolli msemmija f'dan l-Anness m'għandux ikun megħlub mill-esportazzjoni ta' kwalunkwe oġġetti mhux ikkontrollati (inklużi pjanti) li fihom komponent ikkontrollat wieħed jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali ta' l-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn. N.B.: Waqt li jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxi l- komponent jew komponenti kkontrollati bħala l-element prinċipali ta' l-oġġetti li jkun qed jiġu akkwistati. |
3. |
Oġġetti speċifikati f'dan l-Anness jinkludu kemm oġġetti ġodda kif ukoll dawk użati. |
NOTA DWAR IT-TEKNOLOĠIJA NUKLEARI (NTN)
(Għandha tinqara flimkien mat-taqsima E tal-Kategorija 0)
It-"teknoloġija" direttament assoċjata ma' kwalunkwe oġġett ikkontrollat fil-Kategorija 0 hi kkontrollata skond id-dispożizzjonijiet tal-Kategorija 0.
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' oġġetti taħt kontroll tibqa' taħt kontroll anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.
L-approvazzjoni ta' oġġetti għal esportazzjoni tawtorizza wkoll l-esportazzjoni lill-istess utent finali t-"teknoloġija" minima meħtieġa għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni u t-tiswija ta' l-oġġetti.
Kontrolli fuq trasferiment ta' "teknoloġija" ma japplikawx għal informazzjoni "fl-isfera pubblika" jew għal "riċerka xjentifika bażika".
NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (GTN)
(Għandha tinqara flimkien mat-taqsima E tal-Kategoriji 1 sa 9)
L-esportazzjoni tat-"teknoloġija" li hi "meħtieġa" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' oġġetti kkontrollati fil-Kategoriji 1 sa 9, hi kkontrollata skond id-dispożizzjonijiet tal-Kategoriji 1 sa 9.
"Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' oġġetti taħt kontroll tibqa' taħt kontroll anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.
Il-kontrolli ma japplikawx għal dik it-"teknoloġija" li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) u t-tiswija ta' dawk l-oġġetti li m'humiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom kienet awtorizzata.
N. B.: Dan ma jeskludix tali "teknoloġija" speċifikata f'1E002.e., 1E002.f., 8E002.a. u 8E002.b.
Kontrolli fuq trasferiment ta' "teknoloġija" ma japplikawx għal informazzjoni "fl-isfera pubblika", għal "riċerka xjentifika bażika" jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet għal privattivi.
NOTA ĠENERALI DWAR IS-SOFTWARE (GSN)
(Din in-nota tipprevali fuq kwalunkwe kontroll fit-taqsima D tal-Kategoriji 0 sa 9)
Il-Kategoriji 0 sa 9 ta' din il-lista ma jikkontrollawx "software" li hu jew:
a. |
Ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jkun:
N.B.: L-entrata a. tan-Nota Ġenerali dwar is-Software ma teskludix "software" speċifikat fil- Kategorija 5 — Parti 2 ("Sigurtà ta' l-Informazzjoni"). |
b. |
"Fl-isfera pubblika" |
PRATTIKI EDITORJALI
Skond ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 101 fil-paġna 86 tal-gwida ta' stil interistituzzjonali (edizzjoni ta' l-1997), għal test bl-Ingliż ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali fil-Komunitajiet Ewropej:
— |
tintuża virgola sabiex tissepara n-numru sħiħ mid-deċimali, |
— |
in-numri sħaħ huma ppreżentati f'serje ta' tlieta, b'kull serje sseparata bi spazju rqiq. |
DEFINIZZJONIJIET TA' TERMINI UŻATI F'DAN L-ANNESS
Definizzjonijiet ta' termini bejn ’virgoletti singoli’ jingħataw fin-Nota Teknika tal-punt rilevanti.
Definizzjonijiet ta' termini bejn "virgoletti doppji" huma kif ġej:
N. B.: Referenzi għall-kategorija jingħataw fil-parentesi wara t-terminu ddefinit.
|
"Adattat għal użu fil-gwerra" (1) tfisser kwalunkwe modifika jew selezzjoni (bħal alterazzjoni fil-purità, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) iddisinjati sabiex iżidu l-effettività fil-produzzjoni ta' ferimenti ta' bnedmin jew annimali, fid-degradazzjoni ta' tagħmir jew fil-ħsara lill-għelejjel jew lill-ambjent. |
|
"Aġilità tal-frekwenza tar-radar" (6) tfisser kwalunkwe teknika li tibdel, f'sekwenza psewdo-każwali, il-frekwenza tat-trasportatur ta' trasmettitur radar ta' l-impuls bejn l-impulsi jew bejn gruppi ta' impulsi b'ammont ugwali jew ikbar mill-faxxa tal-frekwenza ta' l-impuls. |
|
"Algoritmu asimmetriku" (5) tfisser algoritmu kriptografiku li juża ċwievet differenti, matematikament relatati għall-kodifikazzjoni u d-deċifrar. N. B.: Użu komuni ta' "algoritmi asimmetriċi" hu amministrazzjoni taċ-ċwievet. |
|
"Algoritmu simmetriku" (5) tfisser algoritmu kriptografiku li juża ċavetta identika għall-kodifikazzjoni kif ukoll għad-deċifrar. N.B.: Użu komuni ta' "algoritmi simmetriċi" hija l-kunfidenzjalità tad-data. |
|
"Allokati mill-ITU" (3 5) tfisser l-allokazzjoni ta' faxex ta' frekwenza skond l-edizzjoni attwali tar-Regolamenti tar-Radju ta' l-ITU għal servizzi primarji, permessi u sekondarji. N. B.: "Allokazzjonijiet addizzjonali u alternattivi m'humiex inklużi." |
|
"Amplifikazzjoni ottika" (5), fil-komunikazzjoni ottika, tfisser teknika ta' amplifikazzjoni li tintroduċi ksib ta' sinjali ottiċi li jkunu ġew iġġenerati minn sors ottiku separat, mingħajr konverżjoni f'sinjali elettriċi, jiġifieri bl-użu ta' ampifikaturi ottiċi semikondutturi, amplifikaturi luminixxenti tal-fibra ottika. |
|
"Analizzaturi dinamiċi tas-sinjali" (3) tfisser "analizzaturi tas-sinjali" li jużaw teknika diġitali ta' teħid ta' kampjuni u ta' trasformazzjoni sabiex juru viżwali ta' spettru Fourier tal-forma tal-mewġa partikolari inkluża informazzjoni dwar l-amplitudni u l-fażi. N. B.: Allokazzjonijiet addizzjonali u alternattivi m'humiex inklużi. |
|
"Analizzaturi tas-sinjal" (3) tfisser tagħmir li kapaċi jkejjel u juri l-karatteristiċi bażiċi tal-komponenti ta' frekwenza unika ta' sinjali b'ħafna frekwenzi. |
|
"Angle random walk" (7) tfisser l-iżball angulari li jinbeda maż-żmien li hu dovut għall-ħoss abjad f'rata angolari. (IEEE STD 528-2001) |
|
"Antenna b'arranġament ffażijiet, orjentabbli elettronikament" (5 6) tfisser antenna li tifforma raġġ permezz ta' fażi li takkoppja, jiġifieri, id-direzzjoni tar-raġġ huwa kkontrollat mill-koeffiċjenti ta' eċċitazzjoni kumplessi ta' l-elementi li jirradjaw u d-direzzjoni ta' dak ir-raġġ tista' tvarja fl-ażimut jew fl-elevazzjoni, jew fi tnejn, bl-applikazzjoni, kemm fit-trasmissjoni u r-riċeviment, ta' sinjal elettroniku. |
|
"APP" (4) hu ekwivalenti għal "L-Ogħla Rendiment Aġġustat". |
|
"Arranġament tas-sensur ottiku għall-kontroll tat-titjir" (7) huwa netwerk ta' sensers ottiċi distribwiti, li jużaw raġġi tal-"laser", sabiex jipprovdi data dwar il-kontroll tat-titjir fi żmien reali għall-ipproċessar abbord. |
|
"Assemblaġġ elettroniku" (2 3 4 5) tfisser numru ta' komponenti elettroniċi (jiġifieri, ’elementi ta' ċirkwiti’, ’komponenti diskreti’, ċirkwiti integrati, eċċ.) konnessi flimkien sabiex jagħmlu (a) funzjoni(jiet) speċifika (speċifiċi), sostitwibbli bħala entità u normalment jistgħu jiġu żmuntati. N.B. 1: ’Element taċ-ċirkwit’: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċċ. N.B. 2: ’Komponent diskret’: ’element taċ-ċirkwit’ ippakjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu stess. |
|
"Atomizzazzjoni ċirkolari" (1) tfisser proċess sabiex tiċċekken nixxiegħa jew għadira ta' metall imdewweb f'taqtir żgħir ta' dijametru ta' 500 mikrometru jew inqas b'forza ċentrifugali. |
|
"Atomizzazzjoni f'Vakwu" (1) tfisser proċess sabiex tiċċekken nixxiegħa ta' metall imdewweb fi qtar żgħir ta' dijametru ta' 500 mikrometru jew inqas bl-evoluzzjoni rapida ta' gass maħlul ma' l-espożizzjoni f'vakwu. |
|
"Atomizzazzjoni tal-Gass" (1) tfisser proċess sabiex tnaqqas il-fluss ta' liegi tal-metall mdewweb għal qtar ta' dijametru ta' 500 mikrometru jew inqas bi fluss ta' pressjoni għolja ta' gass. |
|
"Camming" (2) tfisser iċ-ċaqliq ta' l-assi f'rotazzjoni waħda tal-fus prinċipali mkejjel f'ajruplan b'mod perpendikulari mal-wiċċ tal-fus, f'punt qrib iċ-ċirkonferenza tal-wiċċ tal-fus (Referenza: ISO 230/1 1986, paragrafu 5.63). |
|
"CE" hu ekwivalenti għal "element kompjutazzjonali". |
|
"Atomizzazzjoni ċirkolari" (1) tfisser proċess sabiex tiċċekken nixxiegħa jew għadira ta' metall imdewweb f'taqtir żgħir ta' dijametru ta' 500 mikrometru jew inqas b'forza ċentrifugali. |
|
"Ċirkuwiti integrati tat-tip tal-pellikola" (3) tfisser arranġament ta' ’elementi taċ-ċirkwit’ u interkonnessjonijiet metalliċi ffurmati minn depożitu ta' pellikola ħoxna jew irqiqa fuq "sottostrat" ta' iżolazzjoni. N.B.: ’Element ta' ċirkwit’ huwa parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċċ. |
|
"Ċirkwit integrat b'ħafna ċippi" (3) tfisser żewġ "ċirkwiti integrati monolitiċi" jew iktar magħquda ma' "sottostrat" komuni. |
|
"Ċirkwit integrat ibridu" (3) tfisser kwalunkwe kombinazzjoni ta' ċirkwit(i) integrat(i), jew ċirkwit integrat b' ’elementi taċ-ċirkwit’ jew ’komponenti diskreti’ konnessi flimkien sabiex iwettqu funzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi, u li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
N.B. 1: ’Element taċ-ċirkwit’: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċċ. N.B. 2: ’Komponent diskret’: ’element taċ-ċirkwit’ ippakjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu. |
|
"Ċirkwit integrat monolitiku" (3) tfisser kombinazzjoni ta' ’elementi ċirkwiti’ attivi jew passivi jew it-tnejn li:
N.B.: "Element ta' ċirkwit" huwa parti funzjonali unika attiva jew passiva ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapasiter wieħed, eċċ. |
|
"Ċirkwit integrat ottiku" (3) tfisser "ċirkwit integrat monolitiku" jew "ċirkwit integrat ibridu", li fih parti waħda jew iktar, iddisinjat sabiex jiffunzjona bħala fotosensur jew fotoemittent jew sabiex jeżegwixxi funzjoni ottika jew elettro-ottika waħda jew aktar. |
|
"Densifikazzjoni iżostatika taħraq" (2) tfisser il-proċess ta' applikazzjoni ta' pressjoni waqt l-ikkastjar f'temperaturi li jaqbżu 375 K (102 °C) f'kavità magħluqa ġo diversi tipi ta' mezzi (gass, likwidu, partiċelli solidi, eċċ.) sabiex tinħoloq forza ugwali fid-direzzjonijiet kollha għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' spazji interni fl-ikkastjar. |
|
"Densità Ekwivalenti" (6) tfisser il-massa ta' ottiku kull unità ta' erja ottika proġettata fuq il-wiċċ ottiku. |
|
"Densità totali tal-kurrent" (3) tfisser in-numru totali ta' tidwir ta' l-ampere fil-bobin (jiġifieri t-total tan-numru ta' tidwir multiplikat bil-kurrent massimu li jinġarr minn kull dawra) diviż bis-sezzjoni trasversali totali tal-bobin (inklużi l-filamenti superkonduttivi, il-matriċi metallika li fiha hemm l-filamenti superkonduttivi, il-materjal inkapsulanti, kanali li jkessħu, eċċ.). |
|
"Devjazzjoni tal-pożizzjoni angolari" (2) tfisser id-differenza massima bejn il-pożizzjoni angolari u l-pożizzjoni angolari attwali, imkejla b'mod preċiż ħafna wara li l-muntaġġ li jżomm l-oġġett ta' ħidma jkun tneħħa mill-pożizzjoni inizjali tiegħu (ref. VDI/VDE 2617, Abbozz: "Imwejjed rotatorji fuq makkinarji li jkejlu l-koordinati"). |
|
"Dewmien tal-propagazzjoni tal-bieb bażiku" (3) tfisser il-valur tad-dewmien tal-propagazzjoni li jikkorrispondi għall-bieb bażiku użat f"ċirkwit integrat monolitiku". Għal ’familja’ ta' "ċirkwiti integrati monolitiċi", dan jista' jkun speċifikat jew bħala d-dewmien tal-propagazzjoni għal bieb tipiku fil-’familja’ partikolari jew bħala d-dewmien tal-propagazzjoni tipiku għal bieb fil-’familja’ partikolari. N.B. 1: "Dewmien tal-propagazzjoni tal-bieb bażiku" m'għandux ikun konfuż mad-dewmien tad-dħul/ħruġ ta' "ċirkwit integrat monolitiku" kumpless. N.B. 2: "Familja" tikkonsisti fiċ-ċirkwiti integrati kollha li għalihom dawn li ġejjin huma applikati skond il-metodoloġija u l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura tagħhom minbarra l-funzjonijiet rispettivi tagħhom:
|
|
"Durata ta' l-impuls" (6) hija d-durata ta' impuls "laser" imkejla fil-livelli ta' Wisa' Sħiħ Nofs Intensità (FWHI). |
|
"Durata tal-laser" (6) tfisser il-ħin li matulu l-"laser" jipproduċi r-radjazzjoni "laser", li għal-"lasers pulsati" jikkorrispondi għall-ħin li matulu jinħareġ impuls wieħed jew serje ta' impulsi konsekuttivi. |
|
"Element prinċipali" (4), kif japplika fil-Kategorija 4, huwa "element prinċipali" meta l-valur tas-sostituzzjoni tiegħu jkun iktar minn 35 % tal-valur totali tas-sistema li tagħha huwa element. Il-valur ta' l-element huwa l-prezz imħallas għall-element mill-fabbrikant tas-sistema, jew mill-integratur tas-sistema. Il-valur totali huwa l-prezz tal-bejgħ normali internazzjonali lil partijiet li m'għandhomx x'jaqsmu fil-punt tal-fabbrikazzjoni jew tal-konsolidazzjoni tal-konsenji. |
|
"Element ta' kompjutazzjoni" ("CE") (4) tfisser l-iżgħar unità kompjutattiva li tipproduċi riżultat aritmetiku jew loġiku. |
|
"Estrazzjoni mit-Tidwib" (1) tfisser proċess ta' ’solidifikazzjoni rapida’ u estrazzjoni ta' prodott ta' liega li qisu żigarella permezz ta' l-inserzjoni ta' segment qasir ta' blokka kiesħa rotanti f'banju ta' liega tal-metall imdewba. N.B.: ’Solidifikazzjoni rapida’: solidifikazzjoni ta' materjal imdewweb b'rati ta' tkessiħ ogħla minn 1,000 K/s. |
|
"Faċilitajiet ta' produzzjoni" (7 9) tfisser it-tagħmir u s-software iddisinjat apposta għal hekk integrati fi stallazzjonijiet għal "żvillup" jew għal fażi ta' "produzzjoni" waħda jew iktar. |
|
"Dewmien tal-propagazzjoni tal-bieb bażiku" m'għandux ikun konfuż mad-dewmien tad-dħul/ħruġ ta' "ċirkwit integrat monolitiku" kumpless. |
|
"FADEC" hija ekwivalenti għal "kontroll diġitali tal-mutur b'awtorità sħiħa". |
|
"Fattur ta' l-iskala" (ġiroskopju jew aċċellerometru) (7) tfisser il-proporzjon tal-bidla fil-ħruġ ma' bidla fid-dħul li hu intenzjonat li jitkejjel. Il-fattur ta' l-iskala huwa ġeneralment evalwat bħala l-pendil tal-linja dritta li tista' tiġi adattata bil-metodu ta' l-inqas kwadrati għad-data ta' dħul-ħruġ miksuba billi d-dħul jitvarja ċiklikament tul il-medda tad-dħul. |
|
"Faxxa tal-frekwenza f'ħin reali" (2 3) għal "analizzaturi tas-sinjal dinamiċi" hi l-usa' medda tal-frekwenza li l-analizzatur jista' jipproduċi sabiex juri jew jaħżen fil-kwantità mingħajr ma joħloq diskontinwità fl-analiżi tad-data tad-dħul. Għal analizzaturi b'iktar minn kanal wieħed, għandha tintuża l-konfigurazzjoni tal-kanal li jipproduċi l-usa' "faxxa tal-frekwenza f'ħin reali" sabiex isir il-kalkolu. |
|
"Faxxa tal-frekwenza frazzjonali" (3) tfisser il-"Faxxa tal-frekwenza istantanja" diviża bil-frekwenza ċentrali, espressa bħala persentaġġ. |
|
"Faxxa tal-frekwenza istantanja" (3 5 7) tfisser il-faxxa tal-frekwenza li fuqha s-saħħa tal-produzzjoni tibqa' kostanti b'varjazzjoni ta' 3 dB mingħajr aġġustament ta' parametri operattivi oħra. |
|
"Fiss" (5) tfisser li l-algoritmu li jikkowdja jew tal-kompressjoni ma jistax jaċċetta parametri forniti esternament (eż., varjabbli kriptografiċi jew ċwievet) u ma jistax jiġi modifikat mill-utent. |
|
"Fl-isfera pubblika" (GTN NTN GSN), hekk kif tapplika f'dan id-dokument, tfisser "teknoloġija" jew "software" li jkunu saru disponibbli mingħajr restrizzjoni wara d-disseminazzjoni ulterjuri tiegħu (restrizzjonijiet tad-dritt ta' l-awtur ma jneħħux "teknoloġija" jew "software" milli jkunu "fl-isfera pubblika"). |
|
"Formatura superplastika" (1 2) tfisser proċess ta' deformazzjoni li juża s-sħana għal metalli li huma normalment karatterizzati b'valuri baxxi ta' elongazzjoni (inqas minn 20 %) fil-punt li jinqasmu kif determinat f'temperatura ambjentali normali bl-ittestjar konvenzjonali tar-reżistenza għat-tensjoni, sabiex jinkisbu elongazzjonijiet waqt l-ipproċessar li huma mill-inqas id-doppju ta' dawk il-valuri. |
|
"Fus inklinabbli" (2) tfisser fus li jżomm għodda li jbiddel, waqt il-proċess ta' mmaxinjar, il-pożizzjoni angolari tal-linja ċentrali tiegħu fir-rigward ta' xi assi ieħor. |
|
"Ġeografikament imxerred" (6) huwa fejn kull post huwa ‘l bogħod mill-oħrajn kollha b'iktar minn 1 500 m fi kwalunkwe direzzjoni. Sensers mobbli huma dejjem ikkunsidrati "ġeografikament imxerrda". |
|
"Ġestjoni tal-qawwa" (7) tfisser it-tibdil tal-qawwa trasmessa tas-sinjal ta' l-altimetru sabiex il-qawwa riċevuta fl-altitudni ta' l-"inġenju ta' l-ajru" tkun dejjem fil-minimu neċessarju sabiex tiddetermina l-altitudni. |
|
"Għażla tar-rotta adattiva dinamika" (5) tfisser għażla mill-ġdid awtomatika tar-rotta tat-traffiku bbażata fuq ir-rilevament u l-analiżi tal-kondizzjonijiet kurrenti attwali tan-netwerk. N.B.: Dan ma jinkludix każijiet ta' deċiżjonijiet ta' għażla tar-rotta meħuda fuq informazzjoni predefinita. |
|
"Gradjometri manjetiċi" (6) huma strumenti ddisinjati sabiex isibu l-varjazzjoni spazjali tal-kampijiet manjetiċi minn sorsi esterni għall-istrument. Huma jikkonsistu f' "manjetometri" u elettronika assoċjata li l-produzzjoni tagħhom huwa kejl tal-gradjent tal-kamp manjetiku. N.B.: Ara wkoll "gradjometru manjetiku intrinsiku". |
|
"Gradjometru Manjetiku Intrinsiku" (6) hu element uniku ta' kejl tal-gradjent tal-kamp manjetiku u elettronika assoċjata li l-produzzjoni tagħhom hi miżura ta' gradjent tal-kamp manjetiku. N.B.: Għall-iżotopi tal-plutonju u l-uranju-233, il-piż ta' l-iżotopi fi grammi; |
|
Għal uranju arrikkit b'1 fil-mija jew aktar fl-iżotopu uranju-235, il-piż ta' l-element fi grammi mmultiplikat bil- kwadrat ta' l-arrikiment tiegħu espress bħala frazzjon tal-piż f'deċimali; |
|
Għal uranju arrikkit b'anqas minn 1 fil-mija fl-iżotopu uranju-235, il-piż ta' l-element fi grammi mmultiplikat b'0.0001; |
|
"Gramm effettiv" (0 1) ta' "materjal fissili speċjali" tfisser:
|
|
"Ħażna ewlenija" (4) tfisser il-ħażna primarja għad-data jew għal istruzzjonijiet għal aċċess rapidu minn unità ċentrali ta' proċessar. Din tikkonsisti fil-ħażna interna ta' "kompjuter diġitali" u kwalunkwe estensjoni ġerarkika għal dan, bħal ħażna moħbija jew ħażna estiża b'aċċess mhux sekwenzali. |
|
"Ħin sabiex tinbidel il-frekwenza" (3 5) tfisser il-ħin massimu (jiġifieri, dewmien), li jieħu sinjal, meta jinbidel minn frekwenza prodotta magħżula għal frekwenza prodotta oħra, sabiex jintlaħqu:
|
|
"Ħin ta' ssetiljar" (3) tfisser il-ħin meħtieġ għall-ħruġ sabiex jasal sa nofs bit tal-valur finali meta jkun hemm swiċċjar bejn kwalunkwe żewġ livelli tal-konvertitur. |
|
"Ħjut" (1) huwa mazz ta' ’filamenti’ mibrumin. N.B.: "Filament" huwa mazz ta' "monofilamenti" (tipikament iktar minn 200) irranġati b'mod bejn wieħed u ieħor parallel. |
|
"Ħażna ewlenija" (4) tfisser il-ħażna primarja għad-data jew għal istruzzjonijiet għal aċċess rapidu minn unità ċentrali ta' proċessar. Din tikkonsisti fil-ħażna interna ta' "kompjuter diġitali" u kwalunkwe estensjoni ġerarkika għal dan, bħal ħażna moħbija jew ħażna estiża b'aċċess mhux sekwenzali. |
|
"Imħallat" (1) tfisser taħlit minn filament għal filament ta' fibri termoplastiċi u fibri ta' rinfurzar sabiex tiġi prodotta taħlita ta' "matriċi" ta' rinfurzar ta' fibri f'forma ta' fibri totali. |
|
"Immunotossina" (1) hija konjugat ta' antikorp monoklonali speċifiku monoċellulari u "tossina" jew "sotto-unità ta' tossina", li b'mod selettiv taffettwa ċ-ċelluli morda. |
|
"Inċertezza tal-kejl" (2) hija l-parametru karatteristiku li jispeċifika f'liema medda madwar il-valur tal-produzzjoni l-valur korrett ta' kwantità varjabbli miżurabbli jaqa' f'livell ta' kunfidenza ta' 95 %. Dan jinkludi d-devjazzjonijiet sistematiċi mhux ikkoreġuti, ir-reazzjonijiet mhux ikkoreġuti u d-devjazzjonijiet każwali (ref. ISO 10360-2, jew VDI/VDE 2617). |
|
"Inġenju ta' l-ajru ċivili" (1 7 9) tfisser dawk l-"inġenji ta' l-ajru" elenkati skond id-deżinjazzjoni f'listi ta' ċertfikazzjoni li turi li huma tajbin għat-titjir ippubblikati mill-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni ċivili sabiex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew ta' negozju. N.B.: Ara wkoll "inġenju ta' l-ajru". |
|
"Insegwiment awtomatiku tal-bersall" (6) tfisser teknika ta' proċessar li awtomatikament tiddetermina u tipproduċi valur estrapolat ta' l-aktar pożizzjoni probabbli tal-bersall f'ħin reali. |
|
"Intonabbli" (6) tfisser il-kapaċità ta' "laser" li jipproduċi ħruġ kontinwu fit-tulijiet tal-mewġ kollha fuq firxa ta' diversi transizzjonijiet tal-"laser". "Laser" ta' linja magħżula jipproduċi tul tal-mewġ diskreti fi transizzjoni ta' "laser" waħda u ma jitqiesx bħala "intonabbli". |
|
"Iżolazzjoni" (9) hija applikata lill-komponenti ta' mutur rokit, jiġifieri l-kaxxa, iż-żennuna, id-dħul, l-għeluq tal-kaxxa, u tinkludi folji kompożiti tal-lastiku kkurati jew semi-kkurati li fihom materjal iżolanti jew refrattorju. Hija tista' wkoll tkun inkorporata bħala boots jew flaps li jtaffu l-isforz. |
|
"Karta intelliġenti personalizzata" (5) tfisser karta intelliġenti li fiha mikroċirkwit li ġie programmat għal applikazzjoni speċifika u li ma tistax tiġi programmata għal kwalunkwe applikazzjoni oħra mill-utent. |
|
"Kisja interna" (9) hija adatta għar-rabta bejn il-propellant solidu u l-kaxxa jew il-kisja iżolanti. Normalment tixrid ibbażat fuq polimeru likwidu ta' materjali refrattarji jew iżolanti, eż. carbon filled hydroxyl terminated polybutadiene (HTPB) jew polimeru ieħor b'aġenti kurattivi addizzjonali sprejjati jew simentati fuq l-intern tal-kaxxa. |
|
"Kodiċi ta' l-oġġett" (9) tfisser forma eżegwibbli permezz ta' tagħmir ta' espressjoni konvenjenti ta' proċess wieħed jew aktar ("kodiċi tas-sors" (lingwa tas-sors)) li ġiet konvertita minn sistema li tipprogramma. |
|
"Kodiċi tas-sors" (jew lingwa tas-sors) (4 6 7 9) hija espressjoni konvenjenti ta' proċess wieħed jew aktar li jista' jinbidel minn sistema ta' programmar f'forma eżegwibbli minn tagħmir ("kodiċi ta' l-oġġett" (jew lingwa ta' l-oġġett)). |
|
"Koltivazzjonijiet ħajja iżolati" (1) tinkludi koltivazzjonijiet ħajja reqdin u fi preparati niexfa. |
|
"Kompjuter b'arranġament sistoliku" (4) tfisser kompjuter fejn il-fluss u l-modifika tad-data huma dinamikament kontrollabbli fil-livell tax-xatba tal-loġika mill-utent. |
|
"Kompjuter diġitali" (4 5) tfisser tagħmir li jista', fil-forma ta' kwantità varjabbli diskreta waħda jew aktar, iwettaq dan kollu li ġej:
N.B.: Modifikazzjonijiet ta' sekwenza maħżuna ta' istruzzjonijiet tinkludi s-sostituzzjoni ta' tagħmir ta' ħażna fiss, iżda mhux bidla fiżika fil-wajering jew l-interkonnessjonijiet |
|
"Kompjuter ibridu" (4) tfisser tagħmir li jista' jwettaq dawn kollha li ġejjin:
|
|
"Kompjuter newrali" (4) tfisser tagħmir tal-komputazzjoni ddisinjat jew immodifikat sabiex jimita l-imġiba ta' newron jew ġabra ta' newroni, jiġifieri tagħmir tal-komputazzjoni li jingħaraf bil-kapaċità tal-hardware tiegħu li jimmodula l-piżijiet u n-numri ta' l-interkonnessjonijiet ta' multipliċità ta' komponenti tal-komputazzjoni abbażi ta' data preċedenti. |
|
"Kompjuter ottiku" (4) tfisser kompjuter iddisinjat jew immodifikat sabiex juża d-dawl sabiex jirrappreżenta d-data u li l-elementi loġiċi tal-komputazzjoni tiegħu huma bbażati fuq tagħmir ottiku akkoppjat direttament. "Kompożitu" (1 2 6 8 9) tfisser "matriċi" u fażi addizzjonali jew fażijiet addizzjonali li jikkonsisti f'partiċelli, fibri tal-kristalli, fibri jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, preżenti għal skop jew skopijiet speċifiku/speċifiċi. |
|
"Kompressjoni ta' l-impuls" (6) tfisser l-ikkowdjar u l-ipproċessar ta' impuls ta' sinjal radar ta' duratura twila f'waħda ta' duratura qasira, filwaqt li jinżammu l-benefiċċji ta' impuls b'enerġija qawwija. |
|
"Kontroll Diġitali tal-Mutur b'Awtorità Sħiħa" ("FADEC") (7 9) tfisser sistema ta' kontroll elettroniku għal turbina li taħdem bil-gass jew magni b'ċiklu kombinat li tuża kompjuter diġitali sabiex tikkontrolla l-kwantitajiet varjabbli meħtieġa sabiex tirregola l-forza tal-magna jew il-produzzjoni tal-qawwa tax-xaft f'kull parti tal-medda ta' operazzjoni tal-magna mill-bidu tal-kejl tal-karburant sakemm dan jispiċċa. |
|
"Kontroll numeriku" (2) tfisser il-kontroll awtomatiku ta' proċess eżegwit b'tagħmir li jagħmel użu minn data numerika normalment introdotta waqt li l-operazzjoni tkun qiegħda sseħħ (ref. ISO 2382). |
|
"Kontroll tal-kontorn" (2) tfisser żewġ movimenti jew aktar "ikkontrollati numerikament" li joperaw skond l-istruzzjonijiet li jispeċifikaw il-pożizzjoni meħtieġali jmiss u r-rati ta' dħul meħtieġa għal dik il-pożizzjoni. Dawn ir-rati ta' dħul ivarjaw waħda skond l-oħra sabiex jinħoloq kontorn mixtieq (ref. ISO/DIS 2806 1980). |
|
"Kontroll tat-titjir primarju" (7) tfisser stabbiltà ta' "inġenju ta' l-ajru" jew kontroll ta' l-immanuvrar li juża ġeneraturi ta' forza/mument, jiġifieri uċuħ ta' kontroll aerodinamiċi jew gwida ta' l-ispinta propulsiva. |
|
"Kontroll totali tat-titjir" (7) tfisser kontroll awtomatizzat ta' kwantitajiet varjabbli ta' l-istat u t-trajettorja ta' "inġenju ta' l-ajru" sabiex jintlaħqu objettivi ta' missjoni li jirrispondu għal bidliet fid-data fil-ħin reali li jirrigwardaw objettivi, perikli jew "inġenji ta' l-ajru" oħrajn. |
|
"Kontrollur ta' l-aċċess fin-netwerk" (4) tfisser wiċċ fiżiku għal netwerk ta' swiċċjar imqassam. Dan juża mezz komuni li jaħdem f'kull parti bl-istess "rata ta' trasferiment diġitali" bl-użu ta' arbitraġġ (eż., token jew carrier sense) għat-trasmissjoni. Indipendentement minn kull wieħed ieħor, huwa jagħżel pakketti ta' data jew gruppi ta' data (eż., IEEE 802) indirizzati lilu. Huwa assemblaġġ li jista' jiġi integrat f'kompjuter jew f'tagħmir ta' telekomunikazzjoni sabiex tipprovdi aċċess għall-komunikazzjoni. |
|
"Kontrollur tal-kanal ta' komunikazzjoni" (4) tfisser l-interface fiżiku li jikkontrolla l-fluss ta' informazzjoni diġitali sinkrona jew asinkrona. Hi assemblaġġ li jista' jkun integrat fil-kompjuter jew fl-tagħmir ta' telekomunikazzjoni sabiex jipprovdi aċċess għall-komunikazzjoni. |
|
"Kostanti tal-ħin" (6) huwa l-ħin meħud mill-applikazzjoni ta' stimolu tad-dawl għall-inkrement kurrenti sabiex jilħaq valur ta' 1-1/e immultiplikat bil-valur finali (jiġifieri 63 % tal-valur finali). |
|
"Kriptografija kwantistika" (5) tfisser familja ta' tekniki għall-istabbiliment ta' ċavetta kondiviża għall-"kriptografija" permezz ta' kejl tal-karatteristiċi kwantistiċi-mekkaniċi ta' sistema fiżika (inklużi dawk il-karatteristiċi fiżiċi espliċitament irregolati mill-ottika kwantistika, it-teorija tal-kamp kwantistiku jew l-elettrodinamika kwantistika). |
|
"Kriptografija" (5) tfisser id-dixxiplina li tinkorpora l-prinċipji, il-mezzi u l-metodi għat-trasformazzjoni tad-data sabiex taħbi l-kontenut ta' l-informazzjoni tagħha, tipprevjeni l-modifika mhux osservata tagħha jew tipprevjeni l-użu mhux awtorizzat tagħha. Il-"Kriptografija" hi limitata għat-trasformazzjoni ta' l-informazzjoni bl-użu ta' "parametru sigriet" wieħed jew aktar (eż., kwantitajiet kripto-varjabbli) jew amministrazzjoni taċ-ċavetta assoċjata. N. B.: ’Parametru sigriet’: kwantità kostanti jew ċavetta li tinżamm sigrieta mill-oħrajn jew kondiviża biss fi grupp. |
|
"Kwalifikat għall-użu spazjali" (3 6) tirreferi għal prodotti ddisinjati, fabbrikati u ttestjati sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet speċjali elettriċi, mekkaniċi jew ambjentali għall-użu fil-varar u t-tqegħid ta' satelliti jew sistemi ta' titjir f'altitudni għolja li jaħdmu f'altitudni ta' 100 km jew ogħla. |
|
"Laser b'Enerġija Għolja Ħafna" ("SHPL") (6) tfisser "laser" li kapaċi jitfa' (it-total jew porzjon ta') l-enerġija ta' ħruġ li teċċedi 1 kJ f'ħin ta' 50 ms jew b'medja jew enerġija ta' mewġa kontinwa ogħla minn 20 kW. |
|
"Laser bi trasferiment" (6) tfisser "laser" eċċitat permezz tat-trasferiment ta' enerġija miksuba mill-kolliżjoni ta' atomu jew molekula li ma tipproduċix effett laser ma' atomu jew molekula li tipproduċi effett laser. |
|
"Laser CW" (6) tfisser "laser" li jipproduċi enerġija tal-ħruġ nominattivament kostanti għal aktar minn 0,25 sekondi. |
|
"Laser kimiku" (6) tfisser "laser" li fih l-ispeċi fi stat eċċitat tkun prodotta permezz ta' l-enerġija tal-ħruġ minn reazzjoni kimika. |
|
"Laser Q-switched" (6) tfisser "laser" li fih l-enerġija hija maħżuna fl-inverżjoni tal-popolazzjoni jew fir-reżonatur ottiku u sussegwentement maħruġa f'impuls. |
|
"Laser ta' impuls" (6) tfisser "laser" b' "durata ta' l-impuls" li hi inqas minn jew ugwali għal 0,25 sekondi. |
|
"Laser" (0 2 3 5 6 7 8 9) hu ġabra ta' komponenti li jipproduċu dawl koerenti kemm fl-ispazju kif ukoll fil-ħin li hu amplifikat b'emissjoni simulata ta' radjazzjoni. N.B.: Ara wkoll:
|
|
"Livell ta' ħoss" (6) tfisser sinjal elettriku mogħti fit-termini ta' densità spettrali ta' qawwa. Ir-relazzjoni bejn "livell ta' ħoss" espress minn quċċata għal quċċata jingħata minn S 2 pp = 8No(f2 f1), fejn Spp huwa l-valur tas-sinjal minn quċċata għal quċċata (eż., nanoteslas), No huwa d-densità spettrali ta' qawwa (eż., (nanotesla)2/Hz) u (f2 f1) jiddefinixxi l-faxxa tal-frekwenza konċernata. "Monofilamenti" kontinwi; |
|
"L-ogħla qawwa" (6), tfisser l-ogħla livell ta' qawwa miksub fid-"duratura tal-laser"."Ħjut" u "rovings" kontinwi; |
|
"L-Ogħla Rendiment Aġġustat" (4) hi l-ogħla rata aġġustata li fiha l-"kompjuters diġitali" jwettqu addizzjonijiet u multiplikazzjoni ta' punt li jvarja ta' 64-bit jew akbar, u hu espress f'Weighted TeraFLOPS (WT) b'unitajiet ta' 1 012 operazzjonijiet ta' punt li jvarja aġġustat kull sekonda. N. B.: Ara l-Kategorija 4, Nota Teknika. |
|
"L-ottimizzazzjoni tat-trajettorja tat-titjir" (7) hija proċedura li timminimizza d-devjazzjonijiet minn trajettorja mixtieqa f’erba’ dimensjonijiet (spazju u ħin) abbażi ta' l-immassimizzar tal-prestazzjoni jew l-effettività għal kompiti tal-missjoni. |
|
"Manjetometri" (6) huma strumenti ddisinjati sabiex jirrilevaw kampijiet manjetiċi minn sorsi esterni għall-istrument. Huma jikkonsistu f'element ta' rilevament ta' kamp manjetiku uniku u elettronika assoċjata li l-produzzjoni tagħhom huwa kejl tal-kamp manjetiku. |
|
"Materjal fissili speċjali" (0) tfisser plutonju-239, uranju-233, "uranju arrikkit fl-iżotopi 235 jew 233", u kwalunkwe materjal li jinkludi lil dawn. |
|
"Materjali fibrużi jew bil-filamenti" (0 1 2 8) jinkludu:
|
|
"Materjali reżitenti għal korrużjoni mill-UF6" (0) jistgħu jkunu ram, azzar inossidabbli, aluminju, ossidu ta' l-aluminju, liegi ta' l-aluminju, nikil jew liegi li fihom 60 fil-mija piż jew iktar nikil u polimeri idrokarburi fluworinati reżistenti għall-UF6, kif adatt għat-tip ta' proċess ta' separazzjoni. |
|
"Matriċi fuq il-pjan fokali" (6) tfisser saff planari lineari jew bi-dimensjonali, jew taħtlita ta' saffi planari, ta' elementi ta' rilevaturi individwali, b'elettronika li tinqara jew mingħajrha, li jaħdmu fil-pjan fokali. N. B.: Dan mhux intenzjonat li jinkludi arranġament ta' elementi rilevaturi singoli fuq xulxin jew kwalunkwe żewġ, tliet jew erba' elementi rilevaturi dment li d-dewmien u l-integrazzjoni ma jitwettqux fl-element. |
|
"Matriċi" (1 2 8 9) tfisser fażi sostanzjalment kontinwa li timla l-ispazju bejn il-partiċelli, il-fibri tal-kristall jew il-fibri. |
|
"Medda strumentata" (6) tfisser il-medda speċifikata mhux ambigwa viżwalizzata ta' radar. |
|
"Meħtieġ" (NĠT 1-9), kif applikat għal "teknoloġija", jirreferi għal dik il-biċċa biss ta' "teknoloġija" li hi partikolarment responsabbli sabiex tilħaq jew testendi l-livelli ta' prestazzjoni, il-karatteristiċi jew il-funzjonijiet ikkontrollati. "Teknoloġija""meħtieġa" bħal din tista' tkun kondiviża bejn oġġetti differenti. |
|
"Mikroċirkwit tal-mikrokompjuter" (3) tfisser "ċirkwit integrat monolitiku" jew "ċirkwit integrat b'ħafna ċippi" li fih unità loġika aritmetika (ALU) li kapaċi twettaq istruzzjonijiet ta' skop ġenerali minn ħażna interna, fuq data li tinsab fil-ħażna interna. N.B. 1: Il-"mikroċirkwit tal-mikroproċessur" normalment ma jkunx fih ħażna integrali aċċesibbli għall-utent, għalkemm il-ħażna preżenti fiċ-ċippa tista' tintuża waqt li titwettaq il-funzjoni loġika. N.B. 2: Dan jinkludi settijiet ta' ċippi li huma ddisinjati sabiex jaħdmu flimkien sabiex jipprovdu l- funzjoni ta' "mikroċirkwit tal-mikroproċessur". |
|
"Mikroċirkwit tal-mikroproċessur" (3) tfisser "ċirkwit integrat monolitiku" jew "ċirkwit integrat b'ħafna ċippi" li jinkludi unità loġika aritmetika (ALU) li kapaċi twettaq serje ta' struzzjonijiet ta' skop ġenerali minn ħażna esterna. |
|
"Mikroorganiżmi" (1 2) tfisser batteri, virus, mikoplażmi, riketzji, klamidji jew fungi, sew naturali, imkabbra jew modifikati, kemm fil-forma ta' "kulturi ħajjin iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie deliberatament imlaqqam jew ikkontaminat b'dawn il-kulturi. |
|
"Mirja deformabbli" (6) (magħrufa wkoll bħala mirja ottiċi adattivi) tfisser mirja li jkollhom:
|
|
"Missili" (1 3 6 7 9) tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ, kapaċi jwasslu mill-inqas 500 kg tagħbija għal medda ta' mill-inqas 300 km. |
|
Dan ma jinkludix każijiet ta' deċiżjonijiet ta' għażla tar-rotta meħuda fuq informazzjoni predefinita. |
|
"Modulus speċifiku" (0 1 9) huwa l-modulus ta' Young f'pascals, ekwivalenti għal N/m2 diviż bil-piż speċifiku fi N/m3, imkejjel f'temperatura ta' (296 + 2) K ((23 + 2)oC) u umdità relattiva ta' (50 + 5)%. |
|
"Monofilament" (1) jew filament huwa l-iżgħar inkrement ta' fibra, normalment ta' diversi mikrometri fid-dijametru. |
|
"Navigazzjoni b'Riferiment għal Bażijiet ta' Data" ("DBRN") (7) tfisser sistemi li jużaw diversi sorsi ta' data ta' immappjar ġeografiku preċedentement imkejla integrata sabiex tipprovdi informazzjoni ta' navigazzjoni eżatta taħt kondizzjonijiet dinamiċi. Is-sorsi tad-data jinkludu mapep batimetriċi, mapep stellari, mapep tal-gravità, mapep manjetiċi jew mapep ta' l-art diġitali 3-D. |
|
"Netwerk ta' erja lokali" (4) hija sistema tal-komunikazzjoni tad-data li għandha l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
N.B.: ’Tagħmir tad-data’ tfisser tagħmir li kapaċi jittrasmetti jew jirċievi sekwenzi ta' informazzjoni diġitali. |
|
"Pixel attiv" (6 8) hu element minimu (uniku) ta' l-arranġament ta' l-istat solidu li għandu funzjoni ta' trasferiment fotoelettrika meta jkun espost għar-radjazzjoni mid-dawl (elettromanjetika). |
|
"Polarizzazzjoni" (aċċellerometru) (7) tfisser ħruġ ta' aċċellerometru meta ma tkun applikata ebda aċċellerazzjoni. |
|
"Preċedentement separat" (0 1) tfisser l-applikazzjoni ta' kwalunkwe proċess intenzjonat li jżid il-konċentrazzjoni ta' l-iżotopu kkontrollat. |
|
"Preċiżjoni" (2 6), normalment imkejla f'termini ta' impreċiżjoni, tfisser id-devjazzjoni massima, pożittiva jew negattiva, ta' valur indikat minn stardard aċċettat jew valur ta' veru. |
|
"Preforom tal-fibra tal-karbonju" (1) tfisser arranġament b'ordni ta' fibri mhux miksija jew miksija maħsuba sabiex jikkostitwixxu qafas ta' parti qabel il-"matriċi" ma tkun introdotta sabiex tifforma "kompożitu". |
|
"Pressa iżostatika" (2) tfisser tagħmir kapaċi sabiex jippressa kavità magħluqa permezz ta' diversi mezzi (gass, likwidi, partiċelli solidi, eċċ) sabiex joħloq pressjoni ugwali fid-direzzjonijiet kollha fil-kavità fuq oġġett tal-ħidma jew fuq materjal. |
|
"Pressjoni idrawlika b'azzjoni diretta" (2) tfisser proċess ta' deformazzjoni li juża borża flessibbli mimlija bil-fluwidu f'kuntatt dirett ma' l-oġġett tal-ħidma. |
|
"Proċessar f'ħin reali" (6 7) tfisser l-ipproċessar tad-data b'sistema ta' kompjuter li tipprovdi livell meħtieġ ta' servizz, bħala funzjoni tar-riżorsi disponibbli, f'ħin ta' rispons garantit, ikun xi jkun il-piż fuq is-sistema, meta stimulat b'avveniment estern. |
|
"Proċessar ta' fluss tad-data multipli" (4) tfisser il-"mikroprogramm" jew it-teknika ta' l-arkitettura tat-tagħmir li tippermetti l-ipproċessar simultanju ta' żewġ sekwenzi tad-data jew iktar taħt il-kontroll ta' sekwenza ta' l-istruzzjonijiet waħda jew iktar b'mezzi bħal:
N.B.: "Mikroprogramm" tfisser sekwenza ta' struzzjonijiet elementari, miżmuma f'ħażna speċjali, li l- eżekuzzjoni tagħhom hija mibdija bl-introduzzjoni ta' l-istruzzjoni ta' referenza tiegħu f'reġistru ta' struzzjonijiet. |
|
"Proċessar tas-sinjal" (3 4 5 6) tfisser l-ipproċessar ta' sinjali li jġorru l-informazzjoni li ġejjin minn barra b'algoritmi bħal kompressjoni tal-ħin, filtrazzjoni, estrazzjoni, selezzjoni, korrelazzjoni, konvoluzzjoni jew it-trasformazzjonijiet bejn id-dominji (eż., trasformat fast Fourier jew trasformat Walsh). |
|
"Produzzjoni" (NĠT NTN Kollha) tfisser il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, bħal: kostruzzjoni, inġinerija tal-produzzjoni, manifattura, integrazzjoni, assemblaġġ (immuntar), spezzjoni, ittestjar, assigurazzjoni tal-kwalità. |
|
"Profili aerodinamiċi b'ġeometrija varjabbli" (7) tfisser l-użu ta' flaps jew tabs fit-tarf ta' wara ta' ġewnaħ, jew paletti ċatti jew immejlin rashom 'l isfel fuq il-pern, li l-pożizzjoni tagħhom tista' tiġi kkontrollata fit-titjir. |
|
"Programm" (2 6) tfisser sekwenza ta' struzzjonijiet sabiex jitwettaq proċess, jew konvertibbli, f'forma eżegwibbli minn kompjuter elettroniku. |
|
"Programmabbiltà aċċessibbli għall-utent" (6) tfisser il-faċilità li tippermetti lill-utent idaħħal, jimmodifika jew jissostitwixxi "programmi" b'metodi minbarra:
|
|
"Qawwa medja tal-ħruġ" (6) tfisser l-enerġija totali tal-ħruġ tal-"laser" f'joules diviża bid-"durata tal-laser" f'sekondi. |
|
"Qbiż tal-frekwenza" (5) tfisser forma ta' "spettru mifrux" li fih il-frekwenza tat-trasmissjoni ta' kanal ta' komunikazzjoni wieħed hija magħmula sabiex tinbidel minn sekwenza ta' passi diskreti każwali jew psewdo-każwali. |
|
"Rabta ta' diffużjoni" (1 2 9) tfisser rabta molekulari fi stat solidu ta' mill-anqas żewġ metalli separati f'oġġett uniku b'saħħa konġunta ekwivalenti għal dik tal-materjal l-aktar dgħajjef. |
|
"Radar spettru mifrux" (6) — ara "Spettru mifrux tar-radar". |
|
"Rata ta' trasferiment diġitali totali" (5) tfisser in-numru ta' bits, inkluż il-kodifika tal-linji, bits supplimentari eċċ. għal kull unità ta' ħin li jgħaddu bejn tagħmir li jikkorrispondi f'sistema ta' trasmissjoni diġitali. N.B.: Ara wkoll "rata ta' trasferiment diġitali". |
|
"Rata ta' trasferiment diġitali" tfisser ir-rata totali ta' unità ta' l-informazzjoni li hi trasferita direttament fuq kwalunkwe tip ta' mezz. N.B.: Ara wkoll "rata ta' trasferiment diġitali totali". |
|
"Rata tal-moviment" (ġiroskopju) (7) tfisser il-komponent tal-produzzjoni tal-ġiroskopju li hi funzjonament indipendenti mir-rotazzjoni tad-dħul. Hi espressa bħala rata angolari. (IEEE STD 528-2001). |
|
"Reattur nukleari" (0) tfisser l-oġġetti fil-kontenitur reattur jew li huma mqabbda miegħu direttament, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta' l-enerġija fil-qalba, u l-komponenti li normalment ikun fihom, jiġu f'kuntatt dirett ma' jew jikkontrollaw l-aġent tat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur. |
|
"Reżistenza għat-tensjoni speċifika" (0 1 9) hija l-limitu tar-reżistenza għat-tensjoni f'pascals, ekwivalenti għal N/m2 diviż bil-piż speċifiku fi N/m3, imkejla f'temperatura ta' (296 + 2) K ((23 + 2)oC) u umdità relattiva ta' (50 + 5)%. |
|
"Riċerka xjentifika bażika" (GTN NTN) tfisser xogħol sperimentali jew teoretiku magħmul prinċipalment sabiex tinkiseb konoxxenza ġdida tal-prinċipji fundamentali ta' fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn għan jew objettiv prattiku speċifiku. |
|
"Ripetibbiltà" (7) tfisser kemm ikun qrib lejn xulxin kejl ripetut ta' l-istess kwantità varjabbli taħt l-istess kondizzjonijiet operattivi meta jkun hemm bidliet fil-kondizzjonijiet jew perijodu mhux operattivi bejn il-kejl. (Referenza: (IEEE STD 528-2001 (devjazzjoni standard ta' 1 sigma)) |
|
"Riżoluzzjoni" (2) tfisser l-inqas inkrement ta' tagħmir li jkejjel; fuq strumenti diġitali, il-bit l-anqas sinifikanti (ref. ANSI B-89.1.12). |
|
"Robot" (2 8) tfisser mekkaniżmu ta' manipulazzjoni, li jista' jkun tat-tip ta' trajettorja kontinwa jew punt sa punt, jista' juża sensuri, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
N.B.: Id-definizzjoni ta' hawn fuq ma' tinkludix it-tagħmir li ġej:
|
|
"Rotazzjoni falza" (2) (rotazzjoni mhix vera) tfisser ċaqliq radjali f'rotazzjoni waħda tal-fus ewlieni mkejjel fi pjan perpendikulari ma' l-assi tal-fus f'punt fuq il-wiċċ rotanti intern jew estern li jrid jiġi ttestjat (Referenza: ISO 230/1 1986, paragrafu 5.61). |
|
"Roving" (1) huwa mazz (tipikament 12-120) ta' "filamenti" bejn wieħed u ieħor paralleli. N.B.: ’Filament’ huwa mazz ta' "monofilamenti" (tipikament fuq 200) irranġati b'mod bejn wieħed u ieħor parallel. |
|
"Sensuri monospettrali li juru immaġini" (6) huma kapaċi li jiksbu data ta' l-immaġini minn faxxa spettrali diskreta waħda. |
|
"Sensuri ta' l-immaġini multispettrali" (6) kapaċi jiksbu simultanjament jew f'serje data ta' l-immaġini minn żewġ faxex spettrali diskreti jew iktar. Sensuri li għandhom iktar minn għoxrin faxxa spettrali diskreta ġieli jissejħu sensuri ta' l-immaġini iperspettrali. |
|
"Sensuri tar-radar interkonnessi" (6) tfisser li żewġ sensuri tar-radar jew iktar huma interkonnessi meta dawn reċiprokament jiskambjaw id-data f'ħin reali. |
|
"Sett ta' gwida" (7) tfisser sistemi li jintegraw il-proċess ta' kejl u l-komputazzjoni tal-pożizzjoni u l-veloċità ta' vettura (jiġifieri navigazzjoni) b'dak ta' komputazzjoni u trasmissjoni ta' kmandi lis-sistemi ta' kontroll tat-titjir tal-vetturi sabiex jikkoreġu t-trajettorja. |
|
"SHPL" hija ekwivalenti għal "laser b'enerġija għolja ħafna". |
|
"Sigurtà ta' l-informazzjoni" (4 5) hi l-mezzi u l-funzjonijiet kollha li jiżguraw l-aċċessibbiltà, il-kunfidenzjalità jew l-integrità ta' l-informazzjoni jew il-komunikazzjonijiet, minbarra l-mezzi u l-funzjonijiet maħsuba sabiex jissalvagwardjaw kontra funzjonament ħażin. Din tinkludi "kriptografija", ’kriptanaliżi’, protezzjoni kontra l-emanazzjonijiet kompromettenti u s-sigurtà tal-kompjuter. N.B.: "Kriptanaliżi": analiżi ta' sistema kriptografika jew id-dħul u l-ħruġ tagħha sabiex toħroġ kwantitajiet varjabbli kunfidenzali jew data sensittiva, inkluż test ċar. |
|
"Sinjalazzjoni tal-kanal komuni" (5) hu metodu ta' sinjalazzjoni li fih kanal uniku bejn l-iskambji jwassal, permezz ta' messaġġi ttikkettati, informazzjoni ta' sinjalazzjoni relatata ma' multipliċità ta' ċirkwiti jew sejħiet jew informazzjoni oħra bħal dik użata għall-amministrazzjoni tan-netwerk. |
|
"Sintetizzatur tal-frekwenza" (3) tfisser kwalunkwe tip ta' sors ta' frekwenza jew ġeneratur tas-sinjal, tkun xi tkun it-teknika attwali użata, li jipprovdu multipliċità ta' frekwenzi ta' ħruġ simultanji jew alternattivi, minn produzzjoni waħda jew iktar, ikkontrollati bi, derivati minn jew dixxiplinati minn numru inqas ta' frekwenzi standard (jew master). |
|
"Sistemi anti-torque bil-kontroll taċ-ċirkulazzjoni jew kontroll tad-direzzjoni bil-kontroll taċ-ċirkulazzjoni" (7) huma sistemi li jużaw arja minfuħa fuq uċuħ aerodinamiċi sabiex iżidu jew jikkontrollaw il-forzi ġġenerati mill-uċuħ. |
|
"Sistemi esperti" (7) tfisser sistemi li jipprovdu riżultati bl-applikazzjoni tar-regoli lil data li hija maħżuna indipendentement mill-"programm" u kapaċi li jagħmlu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
|
|
"Sistemi ta' kontroll attiv tat-titjir" (7) huma sistemi li jiffunzjonaw sabiex jipprevjenu ċaqliq mhux mixtieq ta' "inġenji ta' l-ajru" u ta' missili jew tagħbijiet strutturali permezz ta' proċessar awtonomu ta' ħruġ minn sensuri multipli u wara jiġu provduti l-kmandi preventivi meħtieġa sabiex isir kontroll awtomatiku. |
|
"Sistemi ta' kumpens" (6) tikkonsisti fis-sensur ta' skalar primarju, f'sensur ta' referenza wieħed jew aktar (eż. manjetometri vetturi) flimkien ma' software li jippermetti t-tnaqqis tal-ħoss ta' rotazzjoni ta' korp iebes tal-pjattaforma. |
|
"Software" (NĠS Kollha) tfisser ġabra ta' "programm" jew "mikroprogramm" wieħed jew aktar stabbiliti fi kwalunkwe mezz tanġibbli ta' espressjoni. N.B.: ’Mikroprogramm’ tfisser sekwenza ta' struzzjonijiet elementari, miżmuma f'ħażna speċjali, li l- eżekuzzjoni tagħhom tinbeda bl-introduzzjoni ta' l-istruzzjoni ta' referenza tiegħu f'reġistru ta' struzzjonijiet. |
|
"Software" (NĠS Kollha) tfisser ġabra ta' "programm" jew "mikroprogramm" wieħed jew aktar stabbiliti fi kwalunkwe mezz tanġibbli ta' espressjoni. N.B.: "Mikroprogramm" tfisser sekwenza ta' struzzjonijiet elementari, miżmuma f'ħażna speċjali, li l- eżekuzzjoni tagħhom tinbeda bl-introduzzjoni ta' l-istruzzjoni ta' referenza tiegħu f'reġistru ta' struzzjonijiet. |
|
"Sottostrati grezzi" (6) tfisser komposti monolitiċi b'dimensjonijiet tajbin għall-produzzjoni ta' elementi ottiċi bħal mirja jew twieqi ottiċi. |
|
"Sotto-unità ta' tossin" (1) huwa komponent strutturalment u funzjonalment diskret ta' "tossin" sħiħ. |
|
"Spettru mifrux tar-radar" (6) tfisser kwalunkwe teknika ta' modulazzjoni għat-tifrix ta' l-enerġija li toriġina minn sinjal li għandu faxxa tal-frekwenza relattivament dejqa, fuq medda ta' frekwenzi ħafna usa', billi tuża' kkowdjar każwali jew psewdo-każwali. |
|
"Spettru mifrux" (5) tfisser it-teknika li permezz tagħha enerġija f'kanal ta' komunikazzjoni f'faxxa relattivament dejqa tinfirex fuq spettru ta' enerġija ħafna usa'. |
|
L-istat "superkonduttiv" ta' materjal huwa karatterizzat individwalment b' "temperatura kritika", kamp manjetiku kritiku, li hija funzjoni tat-temperatura, u densità ta' kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm tal-kamp manjetiku kif ukoll tat-temperatura. |
|
"Stabbiltà" (7) tfisser id-devjazzjoni standard (1 sigma) tal-varjazzjoni ta' parametru partikolari mill-valur kalibrat tiegħu mkejjel taħt kondizzjonijiet ta' temperatura stabbli. Dan jista' jiġi espress bħala funzjoni tal-ħin. |
|
"Stat parteċipant" (7 9) huwa Stat li jipparteċipa fl-Arranġament Wassenaar. (Ara www.wassenaar.org) |
|
"Stati (mhux) Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi" (1) huma dawk l-Istati li għalihom il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta' l-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Kumulazzjoni u l-Użu ta' Armi Kimiċi daħlet (ma daħlitx) fis-seħħ (Ara www.opcw.org) |
|
"Superkondutturi" (1 3 6 8) tfisser materjali, jiġifieri metalli, liegi jew komposti, li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha, jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana b'effett Joule. N.B.: L-istat "superkonduttiv" ta' materjal huwa karatterizzat individwalment b' "temperatura kritika", kamp manjetiku kritiku, li hija funzjoni tat-temperatura, u densità ta' kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm tal-kamp manjetiku kif ukoll tat-temperatura. |
|
"Superliegi" (2 9) tfisser liegi abbażi ta' nikil, kobalt jew ħadid li għandhom saħħa aqwa minn kwalunkwe liega fis-serje AISI 300 f'temperaturi ogħla minn 922 K (649 °C) taħt kondizzjonijiet ambjentali u operattivi ħorox. |
|
"Swiċċjar ottiku" (5) tfisser it-traffikar jew l-iswiċċjar ta' sinjali f'forma ottika mingħajr konverżjoni għal sinjali elettriċi. |
|
"Tabella rotatorja kompożita" (2) tfisser mejda li tippermetti lill-oġġetti tal-ħidma sabiex idur u jinklina madwar żewġ assi mhux paralleli, li jistgħu jkunu kkoordinati b'mod simultanju għal "kontroll tal-kontorn". |
|
"Tagħmir tal-produzzjoni" (1 7 9) tfisser għodod, mudelli, ġiggijiet, mandrini tat-torn, forom, forom imnaqqxin, muntaġġi ddisinjati, mekkaniżmi ta' allinjament, tagħmir ta' ttestjar, makkinarju ieħor jew komponenti għalihom, limitati għal dawk iddisinjati apposta jew modifikati għal "żvilupp" jew għal fażi ta' "produzzjoni" waħda jew iktar. |
|
"Tagħmir tat-tarf" (2) tfisser tagħmir li jaħtaf, ’unitajiet ta' għodda attivi’ u kwalunkwe għodda oħra mwaħħla mal-pjanċa tal-bażi fit-tarf ta' driegħ manipulatur ta' "robot". N.B.: "Assistenza teknika" tista' tieħu forom bħal struzzjonijiet, abbiltajiet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol u servizzi ta' konsulenza u tista' tinvolvi t-trasferiment ta' ’data teknika’. |
|
"Data teknika" tista' tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, tabelli, disinni u speċifikazzjonijiet ta' l-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq mezzi jew tagħmir oħrajn bħal diska, tejp, u memorji li jinqraw-biss. |
|
"Taħlita kimika" (1) tfisser prodotti solidu, likwidu jew taħt forma ta' gass magħmul minn żewġ komponenti jew aktar li ma jirreaġixxux flimkien taħt il-kondizzjonijiet li fihom it-taħlita hi maħżuna. |
|
"Tejp" (1) hu materjal magħmul minn "monofilamenti", "filamenti", "rovings", "wajers" jew "ħjut" eċċ., intreċċati jew unidirezzjonali, normalment mgħaqqdin minn qabel bir-resina. N.B.: "Filament" huwa mazz ta' "monofilamenti" (tipikament iktar minn 200) irranġati b'mod bejn wieħed u ieħor parallel. |
|
"Teknoloġija" (NĠT NTN Kollha) tfisser informazzjoni speċifika meħtieġa għall-"iżvilupp", "il-produzzjoni" jew "l-użu" ta' oġġetti. Din l-informazzjoni tieħu l-forma ta' "data teknika" jew "assistenza teknika". N.B.: 1: "Assistenza teknika" tista' tieħu forom bħal struzzjonijiet, abbiltajiet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol u servizzi ta' konsulenza u tista' tinvolvi t-trasferiment ta' "data teknika". N.B. 2: "Data teknika" tista' tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, tabelli, disinni u speċifikazzjonijiet ta' l-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq mezzi jew tagħmir oħrajn bħal diska, tejp, u memorji li jinqraw-biss. |
|
"Temperatura kritika (1 3 6) (xi kultant imsejħa it-temperatura transitorja) ta' materjal" superkonduttiv speċifiku tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għall-fluss ta' kurrent elettriku dirett. |
|
"Tempra Rapida" (1) tfisser proċess ta' ’solidifikazzjoni rapida’ ta' nixxiegħa ta' metal imdewweb li jaħbat ma' blokka kiesħa rotanti, u jifforma prodott li jixbaħ lil laqxa, żigarella jew virga. N.B.: "Solidifikazzjoni rapida": solidifikazzjoni ta' materjal imdewweb b'rati ta' tkessiħ ogħla minn 1,000 K/s. |
|
"Tifrik" (1) tfisser proċess sabiex materjal jiċċekken f'partiċelli żgħar permezz ta' tgħaffiġ jew tħin. |
|
"Tkabbir ta' l-immaġini" (4) tfisser l-ipproċessar ta' immaġini li jġorru l-informazzjoni li ġejjin minn barra permezz ta' algoritmi bħal kompressjoni tal-ħin, iffiltrar, estrazzjoni, għażla, korrelazzjoni, konvoluzzjoni jew trasformazzjonijiet bejn id-dominji (eż., trasformat fast Fourier jew trasformat Walsh). Dan ma jinkludix alogoritmi li jużaw trasformazzjoni lineari jew tar-rotazzjoni biss ta' immaġini waħda, bħal traduzzjoni, selezzjoni tal-karatteristiċi, reġistrazzjoni jew kolorazzjoni falza. |
|
"Tkessiħ Rapidu" (1) tfisser proċess ta' ’solidifikazzjoni rapida’ ta' nixxiegħa ta' metall imdewweb li taħbat ma' blokka kiesħa, bil-formazzjoni ta' prodott li jixbaħ lil laqxa N.B.: "Solidifikazzjoni rapida" — solidifikazzjoni ta' materjal imdewweb b'rati ta' tkessiħ ogħla minn 1,000 K/s. |
|
"Tolleranza għal ħsara" (4) hija l-kapaċità ta' sistema tal-kompjuter, wara kwalunkwe ħsara serja fi kwalunkwe komponent tal-hardware jew is-"software" tiegħu, li jkompli jaħdem mingħajr l-intervent uman, fil-livell ta' servizz partikolari li jipprovdi: kontinwità fil-ħidma, integrità tad-data u rkupru ta' servizzi fi żmien partikolari. |
|
"Tossini" (1 2) tfisser tossini fil-forma ta' preparati jew taħlitiet deliberatament iżolati, irrispettivament minn kif ġew prodotti, minbarra tossini preżenti bħala kontaminanti ta' materjali oħra bħala kampjuni patoloġiċi, għelejjel, oġġetti ta' l-ikel jew ħażniet ta' żerriegħa ta' "mikroorganiżmi". |
|
"Traċċi tas-sistema" (6) tfisser rapport tal-pożizzjoni tat-titjir ta' inġenju ta' l-ajru li huwa proċessat, korrelatat (fużjoni tad-data tal-bersall tar-radar mal-pożizzjoni tal-pjan tat-titjira) u aġġornat disponibbli għall-kontrolluri taċ-ċentru tal-Kontroll tat-Traffiku ta' l-Ajru. |
|
"Trasdutturi tal-pressjoni" (2) huma tagħmir li jikkonvertu l-kejl tal-pressjoni f'sinjal elettriku. |
|
"Uranju arrikkit fl-iżotopi 235 jew 233" (0) tfisser uranju li fih l-iżotopi 235 jew 233, jew it-tnejn, f'tali ammont li l-abbundanza tal-proporzjon tas-somma ta' dawn l-iżotopi ma' l-iżotopu 238 hija iktar mill-proporzjon ta' l-iżotopu 235 ma' l-iżotopu 238 li jseħħ fin-natura (proporzjon ta' l-iżotopu 0,71 fil-mija). |
|
"Uranju mfaqqar" (0) tfisser uranju mfaqqar fl-iżotopu 235 inqas minn dak li jinstab fin-natura. |
|
"Uranju naturali" (0) tfisser uranju li fih it-taħlitiet ta' iżotopi li jseħħu fin-natura. |
|
"Użu" (NĠT NTN Kollha) tfisser tħaddim, stallazzjoni (li tinkludi stallazzjoni fil-post), manutenzjoni (iċċekkjar), tiswija, rinnovament totali u restawr. |
|
"Vaċċin" (1) huwa prodott mediċinali f'formulazzjoni farmaċewtika lliċenzjata minn, jew li għandha awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni jew prova klinika minn, l-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż ta' manifattura jew ta' l-użu, li huwa intenzjonat sabiex jistimola rispons immunoloġiku prottettiv fil-bnedmin jew fl-annimali sabiex jipprevjeni mard f'min jew f'xiex jiġi amministrat. |
|
"Vettura spazjali" (7 9) tfisser satelliti attivi u passivi u sondi spazjali. |
|
"Vetturi eħfef mill-arja" (9) tfisser bżieżaq jew vapuri ta' l-arja li sabiex itiru jużaw l-arja taħraq jew gassijiet eħfef mill-arja bħall-elju jew l-idroġenu. |
|
(1) "Linearità" (2) (normalment imkejla f'termini ta' non-linearità) tfisser id-devjazzjoni massima tal-karatteristika attwali (medja ta' qari superjuri u inferjuri), pożittiva jew negattiva, minn linja dritta hekk pożizzjonata sabiex tugwalizza u timminimizza d-devjazzjonijiet massimi. |
|
"Wajer" (1) huwa mazz ta' "monofilamenti", normalment bejn wieħed u ieħor paralleli. |
|
"Żvilupp" (NĠT NTN Kollha) hu relatat mal-fażijiet kollha qabel il-produzzjoni serjali, bħal: disinn, riċerka dwar disinn, analiżi tad-disinn, kunċetti tad-disinn, immuntar u ttestjar ta' prototipi, skemi ta' produzzjoni ta' piloti, data tad-disinn, proċess tat-trasformazzjoni tad-data tad-disinn fi prodott, disinn ta' konfigurazzjoni, disinn ta' integrazzjoni, arranġamenti skond pjan. |
|
"Tagħmir tad-data" tfisser tagħmir li kapaċi jittrasmetti jew jirċievi sekwenzi ta' informazzjoni diġitali. |
|
(1) "Linearità" (2) (normalment imkejla f'termini ta' non-linearità) tfisser id-devjazzjoni massima tal-karatteristika attwali (medja ta' qari superjuri u inferjuri), pożittiva jew negattiva, minn linja dritta hekk pożizzjonata sabiex tugwalizza u timminimizza d-devjazzjonijiet massimi. |
|
(3) "Vettura ta' l-Ajru bla Ekwipaġġ" ("UAV") (9) tfisser kwalunkwe inġenju ta' l-ajru li kapaċi jibda titjira u jwettaq titjira u navigazzjoni kkontrollati mingħajr ebda preżenza umana abbord. |
AKRONOMI U ABBREVJAZZJONIJIET UŻATI F'DAN L-ANNESS
Akronimu jew abbrevjazzjoni, meta użat bħala terminu definit, jinstab f' "Definizzjonijiet ta' Termini użati f'dan l-Anness".
Akronimu jew |
Tifsira abbrevjazzjoni |
ABEC |
Kumitat ta' l-Inġiniera tad-Direzzjoni Annulari |
AGMA |
Assoċjazzjoni tal-Manifatturi Amerikani ta' l-Ingranaġġi |
AHRS |
sistema ta' referenza ta' attitudni u direzzjoni |
AISI |
Istitut Amerikan tal-Ħadid u l-Azzar |
ALU |
unità loġika aritmetika |
ANSI |
Istitut ta' l-Istandards Nazzjonali Amerikan |
ASTM |
is-Soċjetà Amerikana għall-Ittestijar u l-Materjali |
ATC |
kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru |
AVLIS |
separazzjoni iżotopika ta' fwar atomiku bil-laser |
CAD |
disinn megħjun mill-kompjuter |
CAS |
Servizz ta' l-Astratti tal-Kimiċi |
CCITT |
Kumitat Konsultattiv Internazzjonali tat-Telegrafu u t-Telefonija |
CDU |
unità ta' kontroll u viżwalizzazzjoni |
CEP |
żball ċirkulari probabbli |
CNTD |
depożitu termiku b'nukleazzjoni kontrollata |
CRISLA |
reazzjoni kimika permezz ta' attivazzjoni iżotopika selettiva bil-laser |
CVD |
depożizzjoni ta' sustanza kimika mill-fwar |
CW |
gwerra kimika |
CW (għal-lasers) |
mewġa kontinwa |
DME |
tagħmir li jkejjel id-distanza |
DS |
direzzjonalment solidifikat |
EB-PVD |
depożitu fiżiku f'fażi ta' fwar permezz ta' raġġ elettroniku |
EBU |
European Broadcasting Union |
ECM |
immaxinjar elettro-kimiku |
ECR |
riżonanza elettroċiklotrun |
EDM |
magni ta' skariku elettriku |
EEPROMS |
memorja li tinqara biss programmabbli u li titħassar elettrikament |
EIA |
Assoċjazzjoni ta' l-Industriji Elettroniċi |
EMC |
kompatibbiltà elettromanjetika |
ETSI |
Istitut Ewropew għall-Istandards ta’ Telekomunikazzjoni |
FFT |
Trasformat Fast Fourier |
GLONASS |
sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita |
GPS |
sistema ta' pożizzjonar globali |
HBT |
transisters etero-bipolari |
HDDR |
irrekordjar diġitali b'densità għolja |
HEMT |
transisters b'mobbiltà ta' elettroni għolja |
ICAO |
Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili |
IEC |
Kummissjoni Internazzjonali Elettro-teknika |
IEEE |
Istitut ta' l-Inġiniera Elettriċi u Elettroniċi |
IFOV |
kamp tal-viżjoni istantaneu |
ILS |
sistema ta' nżul bi strument |
IRIG |
inter-range instrumentation group |
ISAR |
radar b'apertura sintetika bil-maqlub |
ISO |
Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni |
ITU |
Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni |
JIS |
Japanese Industrial Standard |
JT |
Joule-Thomson |
LIDAR |
rilevament u firxa tad-dawl |
LRU |
unità rimpjazzabbli tal-linja |
MAC |
kodiċi ta' awtentikar tal-messaġġ |
Mach |
proporzjon tal-veloċità ta' oġġett mal-veloċità tal-ħoss (imsemmi għal Ernst Mach) |
MLIS |
separazzjoni iżotopika molekulari bil-laser |
MLS |
sistemi ta' nżul microwave |
MOCVD |
depożizzjoni ta' sustanza kimika mill-fwar organo-metalliku |
MRI |
immaġini b'riżonanza manjetika |
MTBF |
ħin medju bejn il-ħsarat |
Mtops |
miljun operazzjoni teoretika kull sekonda |
MTTF |
ħin medju qabel il-ħsara |
NBC |
Nukleari, Bijoloġiku u Kimiku |
NDT |
test mhux distruttiv |
PAR |
radar ta' approċċ ta' preċiżjoni |
PIN |
numru ta' identifikazzjoni personali |
ppm |
partijiet kull miljun |
PSD |
densità spettrali tal-qawwa |
QAM |
quadrature-amplitude-modulation |
RF |
frekwenza tar-radju |
SACMA |
Suppliers of Advanced Composite Materials Association |
SAR |
radar b'apertura sintetika |
SC |
kristall uniku |
SLAR |
radar laterali fl-ajru |
SMPTE |
Society of Motion Picture and Television Engineers |
SRA |
assemblaġġ rimpjazzabbli fil-laboratorju |
SRAM |
memorja b'aċċess każwali statika |
SRM |
Metodi Rakkomandati mill-SACMA |
SSB |
faxxa laterali unika |
SSR |
radar sekondarju ta' sorveljanza |
TCSEC |
kriterji ta' evalwazzjoni għal sistema ta' kompjuter fdata |
TIR |
qari totali indikat |
UV |
ultravjola |
UTS |
limitu tar-reżistenza għat-tensjoni |
VOR |
firxa omni-direzzjonali ta' frekwenza għolja ħafna |
YAG |
granata ta' l-aluminju/l-ittriju |
KATEGORIJA 0
MATERJALI, FAĊILITAJIET U TAGĦMIR NUKLEARI
0A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
0A001
"Reatturi Nukleari" u tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għalihom, kif ġej:
a. |
"Reatturi Nukleari" kapaċi li jaħdmu sabiex iżommu katina ta' reazzjoni ta' fissjoni kkontrollata li ssostni lilha nnifisha; |
b. |
Kontenituri tal-metall, jew partijiet ewlenin prodotti fil-fabbrika għalihom, iddisnjati jew ippreparati apposta sabiex jinkludu l-qalba ta' "reattur nukleari", inkluża l-parti ta' fuq tal-kontenitur tar-reattur għal kontenitur tal-pressjoni ta' reattur; |
ċ. |
Tagħmir manipulattiv iddisinjat apposta jew ippreparat sabiex jinserixxi jew ineħħi l-karburant f' "reattur nukleari"; |
d. |
Vireg tal-kontroll iddisinjati apposta jew ippreparati għall-kontroll tal-proċess ta' fissjoni f' "reattur nukleari", strutturi ta' appoġġ jew ta' sospensjoni għalihom, mekkaniżmi li jħaddmu l-vireg u tubi gwida tal-vireg; |
e. |
Tubi ta' pressjoni ddisinjati apposta jew ippreparati sabiex ikun fihom elementi ta' karburant u l-aġent tat-tkessiħ primarju f' "reattur nukleari" fi pressjoni operattiva ta' aktar minn ta' 5,1 MPa; |
f. |
Metall u liegi taż-żirkonju fil-forma ta' tubi jew assemblaġġi ta' tubi li fihom il-proporzjon ta' ħafnju għal żirkonju huwa inqas minn 1:500 partijiet bl-użin, iddisinjati apposta jew ippreparati għall-użu f' "reattur nukleari"; |
g. |
Pompi ta' aġenti tat-tkessiħ iddisinjati apposta jew ippreparati għaċ-ċirkulazzjoni ta' l-aġent tat-tkessiħ primarju ta' "reatturi nukleari"; |
h. |
’Interni ta' reatturi nukleari’ ddisinjati apposta jew ippreparati għall-użu f' "reattur nukleari", inklużi kolonni ta' appoġġ għall-qalba, kanali tal-karburant, tarki termali, defletturi, pjanċi tal-grilja tal-qalba, u pjanċi ta' diffużjoni; Nota: F' 0A001.h ’interni ta' reatturi nukleari’ tfisser kwalunkwe struttura ewlenija fil-kontenitur ta' reattur li għandha funzjoni waħda jew aktar bħal appoġġ tal-qalba, li żżomm l-allinjament tal-karburant, tidderieġi l-fluss ta' l-aġent tat-tkessiħ primarju, tipprovdi tarki tar-radjazzjoni għar-reċipjent tar-reattur, u tiggwida l-istrumentazzjoni fil-qalba. |
i. |
Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana (ġeneraturi ta' l-istim) iddisinjati apposta jew ippreparati għal użu fiċ-ċirkwit ta' l-aġent tat-tkessiħ primarju ta' "reattur nukleari"; |
j. |
Strumenti għar-rilevament u t-tkejjil tan-newtroni ddisinjati apposta jew ippreparati sabiex jiddeterminaw il-livelli ta' fluss ta' newtroni fil-qalba ta' "reattur nukleari". |
0B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
0B001
Impjant għas-separazzjoni ta' iżotopi ta' "uranju naturali", "uranju mfaqqar" u "materjali fissili speċjali", u tagħmir u komponenti ddisinjati apposta jew ippreparati għalihom, kif ġej:
a. |
Impjant iddisinjat apposta għas-separazzjoni ta' iżotopi ta' "uranju naturali", "uranju mfaqqar", u "materjali fissili speċjali", kif ġej:
|
b. |
Ċentrifugi tal-gass u assemblaġġi u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni b'ċentrifugi tal-gass, kif ġej: Nota: F' 0B001.b ’materjal ta' proporzjon saħħa-għal-densità għoli’ tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
|
ċ. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni b'diffużjoni gassuża, kif ġej:
|
d. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni aerodinamika, kif ġej:
|
e. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni bi skambju kimiku, kif ġej:
|
f. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni bi skambju ta' joni, kif ġej:
|
g. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni iżotopika tal-fwar atomiku bil-"laser" (AVLIS), kif ġej:
|
h. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni iżotopiku molekulari "laser" (MLIS) jew reazzjoni kimika permezz ta' attivazzjoni iżotopika selettiva bil-laser (CRISLA), kif ġej:
|
i. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni bil-plażma, kif ġej:
|
j. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni elettromanjetika, kif ġej:
|
0B002
Sistemi awżiljarji, tagħmir u komponenti, iddisinjati jew ippreparati apposta, kif ġej, għal impjant ta' separazzjoni ta' l-iżotopi speċifikat f'0B001, magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6":
a. |
Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess ta' l-arrikkiment; |
b. |
Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin; |
ċ. |
Stazzjonijiet tal-prodotti u tad-dnub sabiex jiġi trasferit l-UF6 ġewwa l-kontenituri; |
d. |
Stazzjonijiet ta' likwefazzjoni jew solidifikazzjoni użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment billi jikkompressaw, ikessħu u jikkonvertu l-UF6 f'forma likwida jew solida; |
e. |
Sistemi ta' kanen u sistemi ta' intestazzjoni ddisinjati apposta sabiex jittrasportaw l-UF6 fil-kaskati tad-diffużjoni gassuża, ċentrifugali jew aerodinamika; |
f. |
|
g. |
Spettrometri tal-massa/sorsi joniċi għall-UF6 iddisinjati apposta jew ippreparati sabiex jieħdu kampjuni on-line ta' alimentazzjoni, prodotti jew dnub, minn flussi ta' gass UF6 u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
0B003
Impjant għall-konverżjoni ta' l-uranju u tagħmir iddisinjat apposta jew ippreparat għalih, kif ġej:
a. |
Sistemi għall-konverżjoni ta' konċentrati ta' minerali ta' l-uranju għal UO3; |
b. |
Sistemi għall-konverżjoni ta' UO għal UF6; |
ċ. |
Sistemi għall-konverżjoni ta' UO3 għal UO2; |
d. |
Sistemi għall-konverżjoni ta' UO2 għal UF4; |
e. |
Sistemi għall-konverżjoni ta' UF4 għal UF6; |
f. |
Sistemi għall-konverżjoni ta' UF4 għal uranju metall; |
g. |
Sistemi għall-konverżjoni ta' UF6 għal UO2; |
h. |
Sistemi għall-konverżjoni ta' UF6 għal UF4; |
i. |
Sistemi għall-konverżjoni ta' UO2 għal UCl4. |
0B004
Impjant għall-produzzjoni jew il-konċentrazzjoni ta' ilma tqil, dewterju u komposti tad-dewterju u tagħmir u komponenti ddisinjati apposta jew ippreparati għalih, kif ġej:
a. |
Impjant għall-produzzjoni ta' ilma tqil, dewterju jew komposti tad-dewterju, kif ġej:
|
b. |
Tagħmir u komponenti, kif ġej:
|
0B005
Impjanti iddisinjati apposta għall-fabbrikazzjoni ta' elementi karburanti ta' "reattur nukleari" u tagħmir iddisinjat apposta jew ippreparat għalihom.
Nota: Impjant għall-fabbrikazzjoni ta' elementi karburanti ta' "reattur nukleari" jinkludi tagħmir li:
a. |
Normalment jiġi f'kuntatt dirett ma' jew jipproċessa jew jikkontrolla direttament il-fluss tal-produzzjoni ta' materjali nukleari; |
b. |
Jissiġilla l-materjali nukleari fil-ġewwieni tal-kisi; |
ċ. |
Jiċċekkja l-integrità tal-kisi jew tas-siġill; jew |
d. |
Jiċċekkja t-trattament tal-finitura tal-karburant issiġillat. |
0B006
Impjanti għar-riproċessar ta' l-elementi karburanti irradjati ta' "reattur nukleari", u tagħmir u komponenti ddisinjati apposta jew ippreparati għalihom.
Nota: 0B006 jinkludi:
a. |
Impjant għar-riproċessar ta' l-elementi karburanti irradjati ta' "reattur nukleari" inkluż tagħmir u komponenti li normalment jiġu f'kuntatt dirett ma' u jikkontrollaw direttament il-karburant irradjat u l-materjal nukleari ewlieni u l-flussi ta' l-ipproċessar tal-prodott tal-fissjoni; |
b. |
Magni għat-tqattigħ jew it-tqattigħ f'biċċiet żgħar ħafna ta' l-element karburanti, jiġifieri tagħmir li jaħdem remotement sabiex iqatta', iqatta' f'biċċiet, iqatta' f'biċċiet żgħar ħafna jew iġiżż l-assemblaġġi, il-mazzi jew il-vireg ta' karburant irradjat ta' "reattur nukleari"; |
ċ. |
Dissoluturi, tankijiet ta' sikurezza kritika (eż. tankijiet b'dijametru żgħir, anulari jew ċatti) iddisinjati apposta jew ippreparati għad-dissoluzzjoni ta' karburant irradjat ta' "reattur nukleari", li kapaċi jirreżistu likwidi jaħarqu u korrożivi ħafna, u li jistgħu jiġu mgħobbija u miżmuma remotement; |
d. |
Estratturi tas-solvent tal-kontrokurrent u tagħmir għal ipproċessar ta' l-iskambju joniku ddisinjati apposta jew ippreparati għal użu f'impjant għar-riproċessar ta' "uranju naturali", "uranju mfaqqar" jew "materjali fissili speċjali" irradjati; |
e. |
Kontenituri għaż-żamma jew il-ħażna ddisinjati apposta sabiex ikunu kritikament siguri u reżistenti għall-effetti korrożivi ta' l-aċidu nitriku; Nota: Kontenituri għaż-żamma jew il- ħażna jista' jkollhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:
|
f. |
Strumentazzjoni tal-kontroll tal-proċess iddisinjata apposta jew ippreparata għal monitoraġġ jew kontroll tar-riproċessar ta' "uranju naturali", "uranju mfaqqar" jew "materjali fissili speċjali" irradjati. |
0B007
Impjant għall-konverżjoni tal-plutonju u tagħmir iddisinjat apposta jew ippreparat għalih, kif ġej:
a. |
Sistemi għall-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għal ossidu; |
b. |
Sistemi għall-produzzjoni tal-plutonju metall. |
0C
Materjali
0Ċ001
"Uranju naturali" jew "uranju mfaqqar" jew torju fil-forma ta' metall, liega, kompost kimiku jew konċentrat u kwalunkwe materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn imsemmija;
Nota: 0Ċ001 ma jikkontrollax dawn li ġejjin:
a. |
Erba' grammi jew inqas ta' "uranju naturali" jew "uranju mfaqqar" meta jkun miżmum f'komponent sensittiv fi strumenti; |
b. |
"Uranju mfaqqar" immanifatturat apposta għall-applikazzjonijiet ċivili non-nukleari li ġejjin:
|
ċ. |
Liegi li fihom inqas minn 5 % torju; |
d. |
Prodotti taċ-ċeramika li fihom it-torju, li ġew immanifatturati għal użu non-nukleari. |
0Ċ002
"Materjali fissili speċjali"
Nota: 0Ċ002 ma jikkontrollax erba' "grammi effettivi" jew inqas meta jkunu f'komponent sensittiv fi strumenti.
0Ċ003
Dewterju, ilma tqil (ossidu tad-dewterju) u komposti oħrajn tad-dewterju, u taħlitiet u soluzzjonijiet li jkunu fihom id-dewterju, li fihom il-proporzjon iżotopiku tad-dewterju għall-idroġenu hu ogħla minn 1:5 000.
0Ċ004
Grafit, grad nukleari, b'livell ta' purità ta' inqas minn 5 partijiet fil-miljun ta' ’ekwivalent tal-boron’ u b'densità ikbar minn 1,5 g/cm3.
N.B.: ARA WKOLL 1Ċ107
Nota 1: 0Ċ004 ma jikkontrollax dawn li ġejjin
a. |
Manifatturi ta' grafit li għandhom massa ta' inqas minn 1 kg, ħlief għal dawk iddisinjati apposta jew ippreparati għal użu f'reattur nukleari; |
b. |
Trab tal-grafit. |
Nota 2: F'0Ċ004, ’ekwivalent tal-boron’ (BE) huwa definit bħala s-somma ta' BEz għal impuritajiet (eskluż BEcarbon billi l-karbonju m'hux meqjus bħala impurità) inkluż il-boron, fejn:
BEz (ppm) = CF × konċentrazzjoni ta' l-element Z f'ppm;
fejn CF hu l-fattur ta' konverżjoni
u σB u σZ huma t-trans-sezzjonijiet tal-ġbir tan-newtroni termiċi (f'barns) għall-boron naturali u l-element Z rispettivament, u AB u AZ huma l-mases atomiċi tal-boron naturali u l-element Z rispettivament.
0Ċ005
Komposti jew trabijiet ippreparati apposta għall-manifattura ta' barrieri għad-diffużjoni gassuża, reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6 (eż. nikil jew liegi li fihom 60 fil-mija bl-użin jew iktar nikil, ossidu ta' l-aluminju u polimeri ta' idrokarbori fluworinati kompletament), li għandhom purità ta' 99,9 fil-mija bl-użin jew aktar u medja tal-qies tal-partiċelli ta' inqas minn 10 mikrometri mkejla bl-istandard tas-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u l-Materjali (ASTM) B330 u grad għoli ta' uniformità fil-qies tal-partiċelli.
0D
Software
0D001
"Software" iddisinjat apposta jew immodifikat għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' oġġetti speċifikati f'din il-Kategorija.
0E
Teknoloġija
0E001
Kategorija 1 — materjali, sustanzi kimiĊi, "mikroorganiŻmi" u "tossini"
KATEGORIJA 1
MATERJALI, SUSTANZI KIMIĊI, "MIKROORGANIŻMI" U "TOSSINI"
1A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
1A001
Komponenti magħmula minn komposti fluworinati, kif ġej:
a. |
Siġilli, gaskits, siġillanti jew bżieżaq tal-karburant iddisinjati apposta għall-użu f' "inġenju ta' l-arju" jew fl-aerospazju magħmulin minn iktar minn 50 % bil-piż tal-materjali speċifikati f'1Ċ009.b. jew 1Ċ009.ċ.; |
b. |
Polimeri u kopolimeri pjeżoelettriċi magħmulin minn materjali ta' fluworidu tal-viniliden speċifikati f'1Ċ009.a.:
|
ċ. |
Siġilli, gaskits, sitijiet tal-valv, bżieżaq jew dijaframmi magħmulin minn fluworoelastomeri li fihom mill-inqas grupp wieħed ta' viniletere bħala unità kostituttiva, iddisinjati apposta għall-użu f' "inġenji ta' l-ajru", l-aerospazju jew ’missili’. Nota: F'1A001.ċ., ’missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ. |
1A002
Strutturi jew laminati "kompożiti", li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
N.B.: ARA WKOLL 1A202, 9A010 u 9A110
a. |
Jikkonsistu f'"matriċi" organika u materjali speċifikati f'1Ċ010.ċ., 1Ċ010.d. jew 1Ċ010.e.; jew |
b. |
Jikkonsistu f'"matriċi" tal-metall jew tal-karbonju u xi wieħed minn dan li ġej:
|
Nota 1: 1A002 ma jikkontrollax strutturi kompożiti jew laminati magħmulin minn "materjali fibrużi u filamentari" tal-karbonju mimlija b'reżina epossidika użati għat-tiswija ta' strutturi jew laminati ta' "inġenji ta' l-ajru ċivili" bil-kondizzjoni li l-qies ma jkunx iktar minn 100 cm x 100 cm.
Nota 2: 1A002 ma jikkontrollax oġġetti lesti jew nofshom lesti ddisinjati apposta għal applikazzjonijiet purament ċivili kif ġej:
a. |
Merkanzija sportiva; |
b. |
Industrija awtomobilistika; |
ċ. |
Industrija ta' l-għodod bil-magna; |
d. |
Applikazzjonijiet mediċi. |
1A003
Manifatturi ta' sustanzi polimeriċi non-fluworinati speċifikati f'1Ċ008.a.3. fil-forma ta' pellikoli, folji, tejp jew strixxi b'waħda minn fost il-karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Bi ħxuna ta' iżjed minn 0,254 mm; jew |
b. |
Miksijin jew laminati b'karbonju, grafit, metalli jew sustanzi manjetiċi. |
Nota: 1A003 ma jikkontrollax il-manifatturi meta miksija jew laminati bir-ram u ddisinjati għall-produzzjoni ta' ċirkwiti elettroniċi stampati.
1A004
Tagħmir u komponenti protettivi u ta' rilevament, minbarra dawk speċifikati fil-kontrolli tal-merkanzija militari, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 2B351 U 2B352.
a. |
Maskri tal-gass, filtri u tagħmir ta' dekontaminazzjoni għalihom iddisinjati jew immodifikati għad-difiża kontra aġenti bijoloġiċi jew materjali radjuattivi "adattati għal użu fil-gwerra" jew aġenti tal-gwerra kimika (CW) u komponenti ddisinjati apposta għalihom; |
b. |
Ilbies protettiv, ingwanti u żraben iddisinjati apposta jew immodifikati għad-difiża kontra aġenti bijoloġiċi jew materjali radjuattivi "adattati għal użu fil-gwerra" jew aġenti tal-gwerra kimika (CW); |
ċ. |
Sistemi ta' rilevament nukleari, bijoloġiċi u kimiċi (NBC) iddisinjati apposta jew immodifikati għar-rilevament jew l-identifikazzjoni ta' aġenti bijologiċi jew materjali radjuattivi "adattati għal użu fil-gwerra" jew aġenti tal-gwerra kimika (CW) u komponenti ddisinjati apposta għalihom. |
Nota: 1A004 ma jikkontrollax:
a. |
Dożimetri għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni personali; |
b. |
Tagħmir illimitat bid-disinn jew bil-funzjoni sabiex jipproteġi kontra perikli speċifiċi għall-industriji ċivili, bħal dik tal-mini, tal-barrieri, l-agrikoltura, il-farmaċewtika, il-mediċina, l-industrija veterinarja, dik ambjentali, tat-trattament ta' l-iskart, jew l-industrija ta' l-ikel. |
1A005
Ilbies korazzat, u komponenti ddisinjati apposta għalih, minbarra dawk manifatturati għal standards jew speċifikazzjonijiet militari jew l-ekwivalenti tagħhom fil-prestazzjoni.
N.B.: ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.
N.B.: Għal "materjali fibrużi jew filamentari" użati fil-manifattura ta' l-ilbies korazzat, ara 1Ċ010.
Nota 1: 1A005 ma jikkontrollax ilbies korazzat jew ilbies protettiv meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali ta' l-utent stess.
Nota 2: 1A005 ma jikkontrollax ilbies korazzat iddisinjat sabiex jipprovdi protezzjoni frontali biss minn frammenti kif ukoll l-effett ta' splużjoni minn apparat splussiv non-militari.
1A102
Komponenti karbonju-karbonju pirolizzati risaturati ddisinjati għal vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew rokits sonda speċifikati f'9A104.
1A202
Strutturi kompożiti, minbarra dawk speċifikati f'1A002, fil-forma ta' tubi u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
N.B.: ARA WKOLL 9A010 U 9A110.
a. |
Dijametru intern ta' bejn 75 mm u 400 mm; u |
b. |
Magħmulin bi kwalunkwe wieħed mill-"materjali fibrużi u filamentari" speċifikati f'1Ċ010.a. jew b. jew 1Ċ210.a. jew b'materjali pre-impregnati bil-karbonju speċifikati f'1Ċ210.ċ. |
1A225
Katalizzaturi miksijin bil-platinu ddisinjati apposta jew ippreparati għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta' skambju iżotopiku ta' l-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkuprar tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta' ilma tqil.
1A226
Imballaġġi speċjalizzati li jistgħu jintużaw fis-separazzjoni ta' ilma tqil minn ilma ordinarju, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Magħmulin minn malja ta' bronż fosforuż kimikament trattata sabiex ittejjeb il-kapaċità li tixxarrab; u |
b. |
Iddisinjati sabiex jintużaw fit-torrijiet tad-distillazzjoni fil-vakwu. |
1A227
Twieqi bi lqugħ għar-radjazzjoni ta' densità għolja (ħġieġ taċ-ċomb jew ieħor), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u frejmijiet iddisinjati apposta għalihom:
a. |
’Żona kiesħa’ ikbar minn 0,09 m2; |
b. |
Densità ikbar minn 3 g/cm3; u |
ċ. |
Ħxuna ta' 100 mm jew akbar. |
Nota Teknika:
F'1A227 t-terminu ’żona kiesħa’ jfisser il-parti viżwali tat-tieqa esposta għall-iktar livell baxx ta' radjazzjoni fl-applikazzjoni tad-disinn.
1B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
1B001
Tagħmir għall-produzzjoni ta' fibri, pre-impregnati, pre-formati jew "kompożiti" speċifikati f'1A002 jew 1Ċ010, kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:
N.B.: ARA WKOLL 1B101 U 1B201.
a. |
Magni għat-tkebbib tal-filament li l-movimenti tagħhom għat-tqegħid, it-tgeżwir u t-tkebbib ta' fibri huma koordinati u programmati fi tliet assi jew aktar, iddisinjati apposta għall-manifattura ta' strutturi jew laminati "kompożiti" minn "materjali fibrużi jew filamentari"; |
b. |
Magni għat-tqegħid tat-tejp jew pjazzament tal-wajers li l-movimenti tagħhom għall-ippożizzjonar u t-tqegħid tat-tejp, il-wajers jew il-folji huma koordinati u programmati f'żewġ assi jew aktar, iddisinjati apposta għall-manifattura ta' strutturi "kompożiti" ta' korp ta' ajruplan jew "missili"; Nota: F'1B001.b., ’missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ. |
ċ. |
Magni ta' l-insiġ multidirezzjonali u multidimensjonali jew magni tad-dafar, inklużi adattaturi u kittijiet għall-modifika, għall-insiġ, id-dafar jew l-immaljar ta' fibri għall-manifattura ta' strutturi "kompożiti"; Nota Teknika: Għall-iskopijiet ta' 1B001.ċ. it-teknika ta' dafar tinkludi n-niting. Nota: 1B001.ċ. ma jikkontrollax makkinarju tat-tessili mhux immodifikat għal użi finali ta' hawn fuq. |
d. |
Tagħmir iddisinjat apposta jew adattat għall-produzzjoni ta' fibri rinforzanti, kif ġej:
|
e. |
Tagħmir sabiex jipproduċi pre-impregnati speċifikati f'1Ċ010.e. bil-metodu ta' tidwib bis-sħana; |
f. |
Tagħmir għall-ispezzjoni non-distruttiva ddisinjat apposta għal materjali "kompożiti", kif ġej:
|
1B002
Tagħmir sabiex jipproduċi liegi tal-metall, trab ta' liegi tal-metall jew materjali tal-liegi, iddisinjati apposta sabiex jevitaw il-kontaminazzjoni u ddisinjati apposta għall-użu f'wieħed mill-proċessi speċifikati f'1Ċ002.ċ.2.
N.B.: ARA WKOLL 1B102.
1B003
Għodod, forom, forom imħaffrin jew muntaġġi, għal "formazzjoni superplastika" jew "irbit bid-diffużjoni" ta' titanju jew aluminju jew il-liegi tagħhom, iddisinjati apposta għall-manifattura ta':
a. |
Strutturi ta' korp ta' ajruplan jew ta' l-aerospazju; |
b. |
Magni ta' "inġenji ta' l-ajru" jew ta' l-aerospazju; jew |
ċ. |
Komponenti ddisinjati apposta għal dawk l-istrutturi jew magni. |
1B101
Tagħmir, minbarra dak speċifikat f'1B001, għall-"produzzjoni" ta' kompożiti strutturali kif ġej; u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalih:
N.B.: ARA WKOLL 1B201.
Nota: Komponenti u aċċessorji speċifikati f'1B101 inkluż forom imħaffrin, mandrini tat-torn, forom, muntaġġi u għodod għall-ippressar tal-preforma, ikkurar, ikkastjar, tgħaqqid bis-sħana jew irbit ta' strutturi kompożiti, laminati u manifatturi tagħhom.
a. |
Magni għat-tkebbib tal-filament li l-movimenti tagħhom għat-tqegħid, it-tgeżwir u t-tkebbib ta' fibri jistgħu jiġu koordinati u programmati fi tliet assi jew aktar, iddisinjati għall-manifattura ta' strutturi jew laminati kompożiti minn materjali fibrużi jew filamentari, u kontrolli li jikkoordinaw u jipprogrammaw; |
b. |
Magni ta' tqegħid ta' tejp li l-movimenti tagħhom għat-tqegħid jew il-pjazzament tat-tejp u l-folji jistgħu jiġu koordinati u programmati f'żewġ assi jew aktar, iddisinjati għall-manifattura ta' strutturi kompożiti ta' korp ta' l-ajruplan jew "missili"; |
ċ. |
Tagħmir iddisinjat jew immodifikat għall-"produzzjoni" ta' "materjali fibrużi jew filamentari" kif ġej:
|
d. |
Tagħmir iddisinjat jew modifikat għat-trattament speċjali tal-wiċċ tal-fibri jew għall-produzzjoni ta' pre-impregnati u pre-formati speċifikati fil-punt 9Ċ110. Nota: 1B101.d. jinkludi rombli, tagħmir għat-tiġbid, għall- kisi, għall-qtugħ u forom tal-qtugħ. |
1B102
"Tagħmir tal-produzzjoni" tat-trab tal-metall, minbarra dak speċifikat f'1B002, u komponenti kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 1B115.b.
a. |
"Tagħmir tal-produzzjoni" tat-trab tal-metall li jista' jintuża għall-"produzzjoni", f'ambjent ikkontrollat, ta' materjali sferiċi jew atomizzati speċifikati f'1Ċ011.a., 1Ċ011.b., 1Ċ111.a.1., 1Ċ111.a.2. jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari. |
b. |
Komponenti ddisinjati apposta għal "tagħmir tal-produzzjoni" speċifikat f'1B002 jew 1B102.a. |
Nota: 1B102 jinkludi:
a. |
Ġeneraturi tal-plażma (ġett forma ta' arka ta' frekwenza għolja) li jistgħu jintużaw sabiex jinkisbu trabijiet metalliċi atomizzati jew sferiċi bl-organizzazzjoni tal-proċess f'ambjent argon-ilma; |
b. |
Tagħmir ta' elettrosplużjoni li jista' jintuża sabiex jinkisbu trabijiet metalliċi atomizzati jew sferiċi bl-organizzazzjoni tal-proċess f'ambjent argon-ilma; |
ċ. |
Tagħmir li jista' jintuża għall-"produzzjoni" ta' trabijiet ta' l-aluminju sferiċi bil-polverizzazzjoni ta' tidwiba f'ambjent inert (eż. nitroġenu). |
1B115
Tagħmir, minbarra dak speċifikat f'1B002 jew 1B102, għall-produzzjoni ta' propellant u kostitwenti ta' propellant, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalih:
a. |
"Tagħmir tal-produzzjoni" għall-"produzzjoni", il-maniġġar jew l-ittestjar għall-aċċettazzjoni ta' propellanti likwidi jew kostitwenti ta' propellanti speċifikati f'1Ċ011.a., 1Ċ011.b., 1Ċ111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari; |
b. |
"Tagħmir tal-produzzjoni" għal "produzzjoni", maniġġar, taħlit, ikkurar, ikkastjar, ippressar, immaxinjar, estrużjoni jew ittestjar għall-aċċettazzjoni ta' propellanti jew kostitwenti ta' propellanti solidi speċifikati f'1Ċ011.a., 1Ċ011.b., 1Ċ111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari. Nota: 1B115.b. ma jikkontrollax tagħmir għat-taħlit diskontinwu, kontinwu jew imtieħen ta' enerġija bil-fluwidu. Għall-kontroll ta' tagħmir għat-taħlit diskontinwu, kontinwu jew imtieħen ta' enerġija bil-fluwidu ara 1B117, 1B118 u 1B119. |
Nota 1: Għal tagħmir iddisinjat apposta għall-produzzjoni ta' merkanzija militari, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
Nota 2: 1B115 ma jikkontrollax tagħmir għall-"produzzjoni", il-maniġġar u l-ittestjar għall-aċċettazzjoni tal-karbur tal-boron.
1B116
Żennuni ddisinjati apposta għall-produzzjoni ta' materjali miksubin pirolitikament ifformati fuq forma, mandrin jew sottostrati oħra minn gassijiet prekursuri li jiddikomponu fil-firxa tat-temperatura 1 573 K (1 300 °C) sa 3 173 K (2 900 °C) fi pressjonijiet ta' 130 Pa sa 20 kPa.
1B117
Tagħmir għat-taħlit diskontinwu li għandu tagħmir għat-taħlit taħt vakwu fil-firxa ta' zero sa 13,326 kPa u b'kapaċità ta' kontroll tat-temperatura tal-kamra tat-taħlit u li għandu dawn li ġejjin kollha, u komponenti ddisinjati apposta għalih:
a. |
Kapaċità volumetrika totali ta' 110 litri jew aktar; u |
b. |
Mill-inqas wieħed mix-xaftijiet għat-taħlit/impastar immuntat lil hinn miċ-ċentru. |
1B118
Tagħmir għat-taħlit kontinwu li għandu tagħmir għat-taħlit taħt vakwu fil-firxa ta' zero sa 13 326 kPa u b'kapaċità ta' kontroll tat-temperatura tal-kamra tat-taħlit u li għandu xi wieħed minn dan li ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalih:
a. |
Żewġ xaftijiet jew aktar għat-taħlit/impastar; jew |
b. |
Xaft li jdur uniku li joxxilla u li għandu pinnijiet/snien ta' l-impastar fuq ix-xaft kif ukoll fil-ġewwieni tal-ħitan tal-kamra tat-taħlit. |
1B119
Imtieħen ta' l-enerġija bil-fluwidu li jistgħu jintużaw sabiex għat-tifrik jew it-tħin tas-sustanzi speċifikati f'1Ċ011.a., 1Ċ011.b., 1Ċ111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.
1B201
Magni għat-tkebbib ta' filament, minbarra dawk speċifikati f'1B001 jew 1B101, u tagħmir relatat, kif ġej:
a. |
Magni għat-tkebbib ta' filament li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
b. |
Kontrolli li jikkoordinaw u jipprogrammaw għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f'1B201.a.; |
ċ. |
Mandrini ta' preċiżjoni għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f'1B201.a. |
1B225
Ċelluli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworin b'kapaċità ta' produzzjoni ikbar minn 250 g ta' fluworin fis-siegħa.
1B226
Separaturi elettromanjetiċi ta' l-iżotopi ddisinjati għal, jew mgħammra bi, sorsi joniċi singoli jew multipli li kapaċi jipprovdu kurrent totali ta' raġġ joniku ta' 50 mA jew ogħla.
Nota: 1B226 jinkludi separaturi:
a. |
Li kapaċi jarrikkixxu iżotopi stabbli; |
b. |
Bis-sorsi joniċi u l-kolletturi t-tnejn fil-kamp manjetiku u dawk il-konfigurazzjonijiet li fihom huma barra mill-kamp manjetiku. |
1B227
Konvertituri tas-sintesi ta' l-ammonja jew unitajiet tas-sintesi ta' l-ammonja, li fihom il-gass tas-sintesi (nitroġenu u idroġenu) huwa irtirat minn kolonna ta' skambju ta' pressjoni għolja ammonja/idroġenu u l-ammonja sintetizzata hija rritornata ġewwa l-kolonna msemmija.
1B228
Kolonni ta' distillazzjoni krijoġeniċi ta' l-idroġenu li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:
a. |
Iddisinjati sabiex jaħdmu b'temperaturi interni ta' 35 K (– 238 °C) jew inqas; |
b. |
Iddisinjati sabiex jaħdmu bi pressjoni interna ta' 0,5 sa 5 MPa; |
ċ. |
Magħmula jew minn:
|
d. |
B'dijametri interni ta' 1 m jew ikbar u tulijiet effettivi ta' 5 m jew ikbar. |
1B229
Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfid ta' l-idroġenu u ’kuntatturi interni’, kif ġej:
N.B.: Għal kolonni li huma ddisinjati apposta jew ippreparati għall-produzzjoni ta' ilma tqil ara 0B004.
a. |
Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfid ta' l-idroġenu, li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:
|
b. |
’Kuntatturi interni’ għal kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfid ta' l-idroġenu speċifikati f'1B229.a. Nota Teknika: ’Kuntatturi interni’ tal-kolonni huma pjanċi segmentati li għandhom dijametru mmuntat effettiv ta' 1,8 m jew ikbar, huma ddisinjati sabiex jiffaċilitaw il-kuntattar kontrokurrenti u magħmulin minn azzar inossidabbli b'kontenut ta' karbonju ta' 0,03 % jew inqas. Dawn jistgħu jkunu pjanċi li jgħarblu, pjanċi bil-valvijiet, pjanċi bil-kapep għall-bżieżaq, jew pjanċi turbogradilja. |
1B230
Pompi kapaċi jiċċirkulaw soluzzjonijiet ta' katalizzatur ta' amidju tal-potassju konċentrati jew dilwiti f'ammonja likwida (KNH2/NH3), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. |
Mitbuqin (jiġifieri ssiġillati ermetikament); |
b. |
Kapaċità ikbar minn 8,5 m3/h; u |
c. |
Waħda mill-karatteristċi li ġejjin:
|
1B231
Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:
a. |
Faċilitajiet jew impjanti għal produzzjoni, irkupru, estrazzjoni, konċentrazzjoni, jew maniġġar tat-tritju; |
b. |
Tagħmir għal faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, kif ġej:
|
1B232
Turbini ta' espansjoni jew settijiet ta' turbina ta' espansjoni-kompressur li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Iddisinjati sabiex jaħdmu b'temperatura tal-ħruġ ta' 35 K (– 238 °C) jew inqas; u |
b. |
Iddisinjati għal fluss ta' gass idroġenu ta' 1 000 kg/h jew ikbar. |
1B233
Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-litju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:
a. |
Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-litju; |
b. |
Tagħmir għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-litju, kif ġej:
|
1Ċ
Materjali
Nota Teknika:
Metalli u liegi:
|
Dment li ma ssir ebda dispożizzjoni għall-kuntrarju, il-kliem "metalli" u "liegi" f'1Ċ001 sa 1Ċ012 ikopru forom grezzi u semi-fabbrikati, kif ġej: |
Forom grezzi:
|
Anodi, blalen, żbarri (inkluż żbarri intaljati u żbarri tal-wajer), billetti, blokok, watet, brikketti, tjun, katodi, kristalli, kubi, dadi, frak, granuli, ingotti, bċejjeċ, gerbub, mases tawwalin, trab, rondelli, balal, ċangaturi, biċċiet tondi, sponża, stikek; |
Forom semi-fabbrikati (sew jekk miksija, ibbanjati, imtaqqbin jew ippanċjati u sew jekk le):
a. |
Materjali tal-ferrobattut jew maħdumin fabbrikati permezz ta' rrumblar, ġbid, estrużjoni, forġa, estrużjoni b'impatt, ippressar, trammil, atomizzazzjoni u tħin, jiġifieri: angoli, kanali, ċrieki, diski, trab, laqx, fuljetti u folji, metall mikwi, pjanċi, trab, metall ippressat u stampjat, żigarelli, ċrieki, vireg (inklużi vireg issaldjati, vireg tal-wajer, u vireg irrumblati), sezzjonijiet, forom, folji, strixxi, pajpijiet u tubi (inkluż tondi, kwadri u vojti), wajer imġebbed jew bl-estrużjoni; |
b. |
Materjal ikkastjat prodott b'ikkastjar ġo ramel, forma, metall, ġips jew tipi ta' forom oħra, inkluż ikkastjar bi pressjoni għolja, forom magħqudin bis-sħana, u forom magħmula bil-metallurġija tat-trab. |
L-għan tal-kontroll m'għandux jintilef bl-esportazzjoni ta' forom mhux elenkati allegatament prodotti lesti iżda li jirrappreżentaw fir-realtà forom grezzi jew forom semi-fabbrikati.
1Ċ001
Materjali ddisinjati apposta għal użu bħala assorbituri ta' mewġ elettromanjetiku, jew polimeri intrinsikament konduttivi, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 1Ċ101.
a. |
Materjali sabiex jassorbu frekwenzi li jeċċedu 2 x 108 Hz iżda inqas minn 3 x 1012 Hz; Nota 1: 1Ċ001.a. ma jikkontrollax:
Nota 2: Xejn min-Nota 1 għal1Ċ001.a. ma jirrilaxxa materjali manjetiċi sabiex jipprovdu assorbiment meta jkunu jinsabu fiż-żebgħa. |
b. |
Materjali sabiex jassorbu frekwenzi li jeċċedu 1,5 × 1014 Hz iżda inqas minn 3,7 x 1014 Hz u mhux trasparenti għad-dawl viżibbli; |
ċ. |
Materjali polimeriċi intrinsikament konduttivi b' ’konduttività elettrika tal-volum’ ogħla minn 10 000 S/m (Siemens kull metru) jew ’reżistività tal-wiċċ’ ta' inqas minn 100 ohm/kwadrat, ibbażati fuq xi wieħed mill-polimeri li ġejjin:
Nota Teknika: ’Konduttività elettrika tal-volum’ u ’reżistività tal-wiċċ’ għandhom jiġu determinati bl-użu ta' ASTM D-257 jew ekwivalenti nazzjonali. |
1Ċ002
liegi tal-metall, trab tal-liegi tal-metall jew materjali tal-liegi, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 1Ċ202.
Nota: 1Ċ002 ma jikkontrollax liegi tal-metall, trab tal-liegi tal-metall u materjali tal-liegi għas-sottostrati tal-kisi.
Noti Tekniċi:
1. |
Il-liegi tal-metall f'1Ċ002 huma dawk li jkollhom persentaġġ ogħla bil-piż tal-metall imsemmi minn kwalunkwe element ieħor. |
2. |
Il-ħajja sakemm il-materjal jinqasam bl-isforz għandha titkejjel skond l-Istandard ASTM E-139 jew normi nazzjonali ekwivalenti. |
3. |
Ir-reżistenza għall-għejja oligoċiklika għandha titkejjel skond l-Istandard ASTM E-606 "Prattika Rakkomandata għall-Ittestjar tar-Reżistenza għall-Għejja Oligoċiklika b'Amplitudni Kostanti" jew normi ekwivalenti nazzjonali. L-ittestjar għandu jkun assjali bi proporzjon ta' stress medju ugwali għal 1 u fattur ta' konċentrazzjoni ta' stress (Kt) ugwali għal 1. L-istress medju hu definit bħala l-istress massimu li jitnaqqaslu l-istress minimu diviż bl-istress massimu. |
a. |
Aluminidi, kif ġej:
|
b. |
Liegi tal-metall, kif ġej, magħmulin minn materjal speċifikat f'1Ċ002.ċ.:
|
ċ. |
Trab ta' liega tal-metall jew materjal partikulat, li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
d. |
Materjali lligati li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
1Ċ003
Metalli manjetiċi, ta' kull tip u ta' kwalunkwe forma, li għandhom xi waħda minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Permeabilità relattiva inizjali ta' 120 000 jew aktar u ħxuna ta' 0,05 mm jew inqas; Nota Teknika: Il-kejl tal-permeabilità inizjali għandu jsir fuq materjali kompletament ittemprati. |
b. |
Liegi manjetostrittivi, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
ċ. |
Strippi ta' liegi amorfi jew ’nanokristallini’, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Nota Teknika: Materjali "nanokristallini" f'1Ċ003.ċ. huma dawk il-materjali li għandhom daqs ta' farka ta' kristall ta' 50 nm jew inqas, kif determinati bid-diffrazzjoni bir-raġġi-X. |
1Ċ004
Liegi ta' l-uranju titanju jew liegi tat-tungstenu b' "matriċi" bbażati fuq ħadid, nikil jew ram, li għandhom dan kollu li ġej:
a. |
Densità ogħla minn 17,5 g/cm3; |
b. |
Limitu elastiku ogħla minn 880 MPa; |
ċ. |
Limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ogħla minn 1 270 MPa; u |
d. |
Allungament ogħla minn 8 %. |
1Ċ005
"Kondutturi""kompożiti""superkonduttivi" f'tulijiet ogħla minn 100 m jew b'massa ikbar minn 100 g, kif ġej:
a. |
"Kondutturi" kompożiti "superkonduttivi" li fihom filament tan-nijobju-titanju wieħed jew aktar, li għandhom dan kollu li ġej:
|
b. |
"Kondutturi""kompożiti""superkonduttivi" li jikkonsistu f'filament "superkonduttiv" wieħed jew aktar li m'hux nijobju-titanju, li għandhom dan kollu li ġej:
|
ċ |
"Kondutturi""kompożiti""superkonduttivi" li jikkonsistu f'filament "superkonduttiv" wieħed jew aktar li jibqgħu "superkonduttivi" f'aktar minn 115 K (– 158,16 °C). Nota Teknika: Għall-iskop ta' 1Ċ005, il-filamenti jistgħu jkunu f'forma ta' wajer, ċilindru, pellikola, tejp jew żigarella. |
1Ċ006
Fluwidi u materjali lubrikanti, kif ġej:
a. |
Fluwidi idrawliċi li, bħala ingredjenti prinċipali tagħhom, ikollhom xi wieħed mill-komposti jew materjali li ġejjin:
|
b. |
Materjali lubrikanti li bħala l-ingredjenti prinċipali tagħhom fihom xi wieħed mill-komposti jew materjali li ġejjin:
|
ċ. |
Fluwidi li jtaffu l-iskossi jew ta' flottazzjoni b'purità li teċċedi 99,8 %, b'inqas minn 25 partiċella ta' 200 μm jew ikbar fil-qies għal kull 100 ml u magħmula minn ta' l-inqas 85 % ta' xi wieħed mill-komposti jew materjali li ġejjin:
|
d. |
Fluwidi fluworokarburi li jkessħu għall-elettronika, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
Nota Teknika:
Għall-iskop ta' 1Ċ006:
a. |
Il-punt ta' infjammabbiltà tiġi determinata bl-użu tal-Metodu Cleveland Open Cup deskritt f'ASTM D-92 jew ekwivalenti nazzjonali; |
b. |
Il-punt fejn jitferra' jiġi determinat bl-użu tal-metodu deskritt f'ASTM D-97 jew ekwivalenti nazzjonali; |
ċ. |
L-indiċi tal-viskożità jiġi determinat bl-użu tal-metodu deskritt f'ASTM D-2270 jew ekwivalenti nazzjonali; |
d. |
L-istabbilità termika tiġi determinata bil-proċedura ta' l-ittestjar li ġejja jew ekwivalenti nazzjonali:
|
e. |
It-temperatura fejn jieħu n-nar tiġi determinata bl-użu tal-metodu deskritt f'ASTM E-659 jew ekwivalenti nazzjonali. |
1Ċ007
Materjali ta' bażi ċeramika, materjali taċ-ċeramika mhux "kompożiti", materjali "kompożiti" tal-"matriċi" taċ-ċeramika u materjali prekursuri, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 1Ċ107.
a. |
Materjali tal-bażi ta' boruri kumplessi jew singoli tat-titanju li jkollhom impuritajiet metalliċi totali, esklużi żidiet intenzjonali, ta' inqas minn 5 000 ppm, qies ta' partiċella medja daqs jew inqas minn 5 μm u mhux iktar minn10 % tal-partiċelli ikbar minn10 μm; |
b. |
Materjali taċ-ċeramika mhux "kompożiti" fil-forma grezzi jew semi-fabbrikati, magħmula minn boruri tat-titanju b'densità ta' 98 % jew aktar tad-densità teoretika; Nota: 1Ċ007.b. ma jikkontrollax abrażivi. |
ċ. |
Materjali "kompożiti" ċeramika-ċeramika b' "matriċi" ta' ħġieġ jew ossidu u rinfurzati b'fibri li għandhom dan kollu li ġej:
|
d. |
Materjali "kompożiti" ċeramika-ċeramika, b'fażi metallika kontinwa jew mingħajrha, li jinkorporaw partiċelli, fibri tal-kristall jew fibri, fejn il-"matriċi" hi ffurmata minn karburi jew nitridi ta' silikon, żirkonju jew boron; |
e. |
Materjali prekursuri (jiġifieri materjali polimeriċi jew metallo-organiċi għal użu speċjali) sabiex tkun prodotta kwalunkwe fażi jew fażijiet tal-materjali speċifikati f'1Ċ007.ċ., kif ġej:
|
f. |
Materjali "kompożiti" ċeramika-ċeramika b' "matriċi" ta' ħġieġ jew ossidu rinfurzata b'fibri kontinwi minn xi waħda mis-sistemi li ġejjin:
Nota: 1Ċ007.f. ma jikkontrollax "kompożiti" li jkollhom fibri minn dawn is-sistemi b'reżistenza għat-tensjoni tal-fibra ta' inqas minn 700 MPa f'1 273 K (1,000 °C) jew b'reżistenza għat-tensjoni qabel il-qsim tal-fibra ta' aktar minn 1 % pressjoni tal-qsim b'tagħbija ta'100 MPa u 1 273 K (1 000 °C) għal100 siegħa. |
1Ċ008
Sustanzi polimeriċi non-fluworinati, kif ġej:
a. |
Nota 1: 1Ċ008.a. jikkontrolla s-sustanzi f'forma likwida jew solida, inkluża reżina, trab, boċċi żgħar, pellikola, folja, tejp jew żigarella; Nota 2: 1Ċ008.a. ma jikkontrollax trab li ma jdubx bil-kompressjoni jew forom iffurmati. |
b. |
Kopolimeri kristalli likwidi termoplastiċi li għandhom temperatura ta' distorsjoni bis-sħana ogħla minn 523 K (250 °C) imkejla skond ISO 75-2 (2004), metodu A, jew ekwivalenti nazzjonali, b'tagħbija ta' 1,80 N/mm2 u magħmula minn:
|
ċ. |
Mhux użat; |
d. |
Ketoni poliarilini; |
e. |
Sulfidi tal-poliarilin, fejn il-grupp arilin huwa bifenilin, trifenilin jew kombinazzjonijiet tagħhom; |
f. |
Polibifenilenetersulfun b'temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) ogħla minn 513 K (240 °C). |
Nota Teknika:
It-temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) għal materjali ta' 1Ċ008 hija determinata bl-użu tal-metodu deskritt f'ISO 11357-2 (1999) jew ekwivalenti nazzjonali.
1Ċ009
Komposti fluworinati mhux ipproċessati, kif ġej:
a. |
Kopolimeri ta' fluworur tal-vinilidin li għandhom 75 % jew aktar ta' struttura kristallina beta mingħajr tiġbid; |
b. |
Polimidi fluworinati li fihom 10 % bil-piż jew aktar ta' fluworin kkombinat; |
ċ. |
Elastomeri tal-fosfażin fluworinat li fihom ta' 30 % bil-piż jew aktar ta' fluworin ikkombinat. |
1Ċ010
"Materjali fibrużi jew filamentari" li jistgħu jintużaw fi strutturi jew laminati "kompożiti" ta' "matriċi" organika, "matriċi" metallika jew "matriċi" tal-karbonju, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 1Ċ210 U 9Ċ110.
a. |
"Materjali fibrużi jew filamentari" organiċi, li għandhom dan kollu li ġej:
Nota: 1Ċ010.a. ma jikkontrollax il-polietilin. |
b. |
"Materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbonju, li għandhom dan kollu li ġej:
Nota: 1Ċ010.b. ma jikkontrollax drapp magħmul minn "materjali fibrużi jew filamentari" għat-tiswija ta' strutturi jew laminati ta' "inġenji ta' l-ajru ċivili", li d-daqs tal-folji individwali fihom ma jeċċedix 100 cm × 100 cm. Nota Teknika: Karatteristiċi għal materjali deskritti f'1Ċ010.b. għandhom jiġu determinati bl-użu ta' metodi SACMA rakkomandati SRM 12 sa 17, jew ittestjar ekwivalenti nazzjonali għall-wajers, bħall-Japanese Industrial Standard JIS-R-7601, Paragrafu 6.6.2., u bbażati fuq medja tal-lott. |
ċ. |
"Materjali fibrużi jew filamentari" inorganiċi, li għandhom dan kollu li ġej:
Nota: 1Ċ010.ċ. ma jikkontrollax:
|
d. |
"Materjali fibrużi jew filamentari":
|
e. |
Fibri impregnati bir-reżina jew biż-żift (preimpregnati), fibri miksija bil-metall jew bil-karbonju (preformati) jew "preformati tal-fibri tal-karbonju", kif ġej:
Noti: 1Ċ010.e. ma jikkontrollax:
Nota Teknika: It-temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) għall-materjali f'1Ċ010.e. tiġi determinata bl-użu tal-metodu deskritt f'ASTM D 3418 bl-użu tal-metodu fix-xott. It-temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ għar-reżini fenoliċi u epossidiċi tiġi determinata bl-użu tal-metodu deskritt f'ASTM D 4065 fi frekwenza ta' 1Hz u rata ta' tisħin ta' 2 K (°C) kull minuta bl-użu tal-metodu fix-xott. |
1Ċ011
Metalli u komposti, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI u 1Ċ111.
a. |
Metalli f'daqs ta' partiċelli ta' inqas minn 60 μm kemm jekk sferikali, atomizzati, sferojdali, f'laqx jew mitħuna, manifatturati minn materjal li jikkonsisti minn 99 % jew aktar ta' żirkonju, manjesju u l-liegi tagħhom; Nota Teknika: Il-kontenut naturali tal-ħafnju fiż-żirkonju (tipikament 2 % sa 7 %) jingħadd maż-żirkonju. Nota: Il-metalli jew il-liegi elenkati f'1Ċ011.a. huma kkontrollati kemm jekk il-metalli jew il-liegi huma inkapsulati fl-aluminju, il-manjesju, iż-żirkonju jew il-berillju kif ukoll jekk le. |
b. |
Boron jew il-karbur tal-boron ta' 85 % purità jew iktar u daqs ta' partiċella ta' 60 μm jew inqas; Nota: Il-metalli jew il-liegi elenkati f'1Ċ011.b. huma kkontrollati kemm jekk il-metalli jew il-liegi huma inkapsulati fl-aluminju, il-manjesju, iż-żirkonju jew il-berillju kif ukoll jekk le. |
ċ. |
Nitrat tal-gwanidin; |
d. |
Nitrogwanidin (NQ) (CAS 556-88-7). |
1Ċ012
Materjali kif ġej:
Nota Teknika:
Dawn il-materjali tipikament jintużaw għal sorsi ta' sħana nukleari.
a. |
Plutonju f'kull forma b'analiżi isotopika tal-plutonju ta' plutonju-238 ta' aktar minn 50 % bil-piż; Nota: 1Ċ012.a. ma jikkontrollax:
|
b. |
Nettunju-237 "preċedentement separat" taħt kwalunkwe forma. Nota: 1Ċ012.b. ma jikkontrollax konsenji b'kontenut ta' nettunju-237 ta' 1 g jew inqas. |
1Ċ101
Materjali u apparat għat-tnaqqis ta' karatteristiċi osservabbli bħar-riflettività radar, karatteristiċi ultravjola/infra-aħmar u karatteristiċi akustiċi, minbarra dawk speċifikati f'1Ċ001, li jistgħu jintużaw f' ’missili’, sottosistemi ta' "missili" jew vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f'9A012.
Nota 1: 1Ċ101 jinkludi:
a. |
Materjali strutturali u kisjiet iddisinjati apposta għat-tnaqqis tar-riflettività radar; |
b. |
Kisjiet, inkluż żebgħa, iddisinjati apposta għat-tnaqqis jew l-adattament tar-riflettività jew emissività fil-partijiet microwave, infra-aħmar jew ultravjola ta' l-ispettru elettromanjetiku. |
Nota 2: 1Ċ101 ma jinkludix kisjiet meta użati apposta għall-kontroll termiku tas-satelliti.
Nota Teknika:
F'1Ċ101 ’missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.
1Ċ102
Materjali karbonju-karbonju risaturati u pirolizzati ddisinjati għal vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew rokits sonda speċifikati f'9A104.
1Ċ107
Grafit u materjali taċ-ċeramika, minbarra dawk speċifikati f'1Ċ007, kif ġej:
a. |
Grafiti fi frak fin b'densità tal-massa ta' 1,72 g/cm3 jew ikbar, imkejla f'288 K (15 °C), u li għandhom id-daqs tal-frak ta' 100 µm jew inqas, li jistgħu jintużaw għaż-żennuni tar-rokits u l-ponot ta' quddiem ta' vetturi tad-dħul fl-atmosfera, li jistgħu jiġu mmaxinjati ma' xi wieħed mill-prodotti li ġejjin:
N.B.: ARA WKOLL 0Ċ004 |
b. |
Grafiti pirolitiċi jew fibrużi rinfurzati, li jistgħu jintużaw għaż-żennuni tar-rokits u l-ponot ta' quddiem ta' vetturi tad-dħul fl-atmosfera li jintużaw f' "missili", vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew rokits sonda speċifikati f'9A104; N.B.: ARA WKOLL 0Ċ004 |
ċ. |
Materjali kompożiti taċ-ċeramika (kostant dielettriku inqas minn 6 f'kull frekwenza minn 100 MHz sa 100 GHz) għall-użu f'randomes li jistgħu jintużaw fil-"missili", il-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104; |
d. |
Ċeramika fi kwantità rinfurzata bil-karbur tas-silikon mhix moħmija u li tista' tiġi mmaxinjata, li tista' tintuża għall-ponot ta' quddiem li jistgħu jintużaw fil-"missili", il-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104; |
e. |
Kompożiti taċ-ċeramika rinfurzati bil-karbur tas-silikon, li jistgħu jintużaw għall-ponot ta' quddiem, il-vetturi tad-dħul fl-atmosfera u l-flaps taż-żennuni li jistgħu jintużaw fil-"missili", il-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104. |
1Ċ111
Propellanti u sustanzi kimiċi kostitwenti għall-propellanti, minbarra dawk speċifikati f'1Ċ011, kif ġej:
a. |
Sustanzi propulsivi:
|
b. |
Sustanzi polimeriċi:
|
ċ. |
Addittivi u aġenti oħrajn tal-propellant:
|
Nota: Għall-propellanti u s-sustanzi kimiċi kostitwenti għall-propellanti mhux speċifikati f'1Ċ111, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
1Ċ116
Azzar maraging (azzar ġeneralment karatterizzat minn kontenut għoli ta' nikil, kontenut baxx ħafna ta' karbonju u l-użu ta' elementi ta' sostituzjoni jew preċipitati sabiex jipproduċu twebbis biż-żmien) li għandu limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ta' 1,500 MPa jew aktar, imkejla f'293 K (20 °C), fil-forma ta' folji, pjanċi jew tubi bi ħxuna tal-ħajt jew tal-pjanċa daqs jew inqas minn 5 mm.
N.B.: ARA WKOLL 1Ċ216.
1Ċ117
Tungstenu, molibdenu u liegi ta' dawn il-metalli fil-forma ta' partiċelli uniformi sferikali jew atomizzati b'dijametru ta' 500 mikrometru jew inqas u b'purità ta' 97 % jew akbar għall-manifattura ta' komponenti ta' muturi rokit li jistgħu jintużaw fil-"missili", il-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104 (jiġifieri tarki tas-sħana, sottostrati taż-żennuni, għenuq taż-żennuni u wċuħ ta' kontroll tal-vettur ta' l-ispinta).
1Ċ118
Azzar inossidabbli dupleks stabilizzat bit-titanju (Ti-DSS) li għandu dan kollu li ġej:
a. |
Li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
b. |
Li għandu xi waħda mill-forom li ġejjin:
|
1Ċ202
Liegi, minbarra dawk speċifikati f'1Ċ002.b.3. jew .b.4., kif ġej:
a. |
Liegi ta' l-aluminju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Liegi tat-titanju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
Nota Teknika:
Il-frażi liegi "kapaċi għal" tinkorpora liegi qabel jew wara t-trattament bis-sħana.
1Ċ210
"Materjali fibrużi jew filamentari" jew preimpregnati, minbarra dawk speċifikati f'1Ċ010.a., b. jew e., kif ġej:
a. |
"Materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbonju jew ta' l-aramid li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
Nota: 1Ċ210.a. ma jikkontrollax "materjali fibrużi jew filamentari" ta' l-aramid li għandhom 0,25 fil-mija jew aktar bil-piż ta' modifikatur ta' wċuħ tal-fibra bbażat fuq l-esteri; |
b. |
"Materjali fibrużi jew filamentari" tal-ħġieġ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
ċ. |
"Ħjut", "rovings", "wajers" jew "tejps" kontinwament impregnati bir-reżina fformata bis-sħana b'wisa' ta' 15 mm jew inqas (preimpregnati), magħmula mill-’materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju jew tal-ħġieġ speċifikati f'1Ċ210.a. jew b. Nota Teknika: Ir-reżina tifforma l-matriċi tal-kompożitu. |
Nota: F'1Ċ210, ’materjali fibrużi jew filamentari’ hija ristretta għal "monofilamenti", "ħjut", "rovings", "wajers" jew "tejps" kontinwi.
1Ċ216
Azzar maraging, minbarra dak speċifikat f'1Ċ116, ’kapaċi għal’ limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ta' 2 050 MPa jew aktar, f'293 K (20 oC).
Nota: 1Ċ216 ma jikkontrollax forom li d-dimensjonijiet lineari kollha fihom huma ta' 75 mm jew inqas.
Nota Teknika:
Il-frażi azzar maraging "kapaċi għal" tinkorpora azzar maraging qabel jew wara t-trattament bis-sħana.
1Ċ225
Boron arrikkit fl-iżotopu boron-10 (10B) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali tiegħu, kif ġej: boron elementari, komposti, taħlitiet li fihom il-boron, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: F'1Ċ225 taħlitiet li fihom il-boron jinkludu materjali mgħobbija bil-boron.
Nota Teknika:
L-abbundanza iżotopika naturali tal-boron-10 hija bejn wieħed u ieħor 18,5 fil-mija bil-piż (20 fil-mija ta' l-atomi).
1Ċ226
Tungstenu, karbur tat-tungstenu, u liegi li fihom aktar minn 90 % tungstenu bil-piż, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
F'forom b'simetrija ċilindrika vojta (inklużi segmenti taċ-ċilindru) b'dijametru intern bejn 100 mm u 300 mm; u |
b. |
Massa ta' aktar minn 20 kg. |
Nota: 1Ċ226 ma jikkontrollax il-prodotti manifatturati ddisinjati apposta bħala piżijiet jew kollimaturi tar-raġġi gamma.
1Ċ227
Kalċju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Li fih inqas minn 1 000 parti kull miljun bil-piż ta' impuritajiet metalliċi minbarra l-manjesju; u |
b. |
Li fih inqas minn 10 partijiet kull miljun bil-piż ta' boron. |
1Ċ228
Manjesju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Li fih inqas minn 200 parti kull miljun bil-piż ta' impuritajiet metalliċi minbarra l-kalċju; u |
b. |
Li fih inqas minn 10 partijiet kull miljun bil-piż ta' boron. |
1Ċ229
Bismut li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Purità ta' 99,99 % jew akbar bil-piż; u |
b. |
Li fih inqas minn 10 partijiet kull miljun bil-piż ta' fidda. |
1Ċ230
Berillju metall, liegi li fihom aktar minn 50 % berillju bil-piż, komposti tal-berillju, prodotti manifatturati minnhom, u skart jew skrapp ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: 1Ċ230 ma jikkontrollax dan li ġej:
a. |
Twieqi tal-metall għal magni tar-raġġi-X, jew għal apparat għar-reġistrazzjoni ta' karatteristiċi ta' spieri; |
b. |
Għamliet ta' ossidu f'forom fabbrikati jew semi-fabbrikati ddisinjati apposta għal partijiet ta' komponenti elettroniċi jew bħala sottostrati għal ċirkwiti elettroniċi; |
ċ. |
Berill (silikat ta' berillju u aluminju) fil-forma ta' żmeraldi jew akkwamarini. |
1Ċ231
Ħafnju metall, liegi li fihom aktar minn 60 % ħafnju bil-piż, komposti tal-ħafnju li fihom aktar minn 60 % ħafnju bil-piż, prodotti manifatturati minnhom, skart jew skrapp ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.
1Ċ232
Elju-3 (3He), taħlitiet li fihom l-elju-3, u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: 1Ċ232 ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkollu inqas minn 1 g ta' elju-3.
1Ċ233
Litju arrikkit fl-iżotopu litju-6 (6Li) għal aktar mill-abbundanza iżotopika tiegħu, u prodotti jew apparat li fihom litju arrikkit, kif ġej: litju elementari, liegi, komposti, taħlitiet li fihom il-litju, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: 1Ċ233 ma jikkontrollax dożimetri termoluminixxenti.
Nota Teknika:
L-abbundanza iżotopika naturali tal-litju-6 hija bejn wieħed u ieħor 6,5 fil-mija bil-piż (7,5 fil-mija ta' l-atomi).
1Ċ234
Żirkonju b'kontenut ta' ħafnju ta' inqas minn parti waħda ta' afnju għal 500 parti ta' żirkonju bil-piż, kif ġej: metall, liegi li fihom aktar minn 50 % żirkonju bil-piż, komposti, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: 1Ċ234 ma jikkontrollax iż-żirkonju fil-forma ta' fojl li għandu ħxuna ta' 0,10 mm jew inqas.
1Ċ235
Tritju, komposti tat-tritju, taħlitiet li fihom it-tritju fejn il-proporzjon ta' l-atomi tat-tritju ma' dawk ta' l-idroġenu hu ogħla minn parti waħda f'kull 1 000, u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: 1Ċ235 ma jikkontrollax prodott jew apparat li fih inqas minn 1,48 x 103 GBq (40 Ci) ta' tritju.
1Ċ236
Radjunuklidi li jarmu r-radjazzjoni alfa bi żmien ta' tnaqqis bin-nofs tar-radjazzjoni alfa ta' 10 ġranet jew aktar iżda inqas minn 200 sena, fil-forom li ġejjin:
a. |
Elementari; |
b. |
Komposti li għandhom attività alfa totali ta' 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar; |
ċ. |
Taħlitiet li għandhom attività alfa totali ta' 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar; |
d. |
Prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin. |
Nota: 1Ċ236 ma jikkontrollax prodott jew apparat li fih inqas minn 3,7 GBq (100 millicuries) ta' attività alfa.
1Ċ237
Radjum-226 (226Ra), liegi tar-radjum-226, komposti tar-radjum-226, taħlitiet li fihom radjum-226, prodotti maħdumin minnhom, u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: 1Ċ237 ma jikkontrollax dan li ġej:
a. |
Applikaturi mediċi; |
b. |
Prodott jew apparat li fih inqas minn 0,37 GBq (10 millicuries) ta' radjum-226. |
1Ċ238
Trifluworur tal-kloru (ClF3).
1Ċ239
Splussivi qawwijin, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, jew sustanzi jew taħlitiet li fihom aktar minn 2 % bil-piż tagħhom, b'densità tal-kristalli akbar minn 1,8 g/cm3 u li għandhom veloċità ta' l-isplużjoni akbar minn 8 000 m/s.
1Ċ240
Trab tan-nikil u metall poruż tan-nikil, minbarra dawk speċifikati f'0Ċ005, kif ġej:
a. |
Trab tan-nikil li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Metall poruż tan-nikil prodott mill-materjali speċifikati f'1Ċ240.a. |
Nota: 1Ċ240 ma jikkontrollax dan li ġej:
a. |
Trab filamentari tan-nikil; |
b. |
Folji singli porużi tan-nikil b'wiċċ ta' 1 000 cm2 kull folja jew inqas. |
Nota Teknika:
1Ċ240.b. jirreferi għall-metall poruż iffurmat bil-kumpattazzjoni u s-sinterizzazzjoni tal-materjali f'1Ċ240.a. sabiex jiġi ffurmat materjal tal-metall b'pori fini interkonnessi fl-istruttura kollha.
1Ċ350
Sustanzi kimiċi, li jistgħu jintużaw bħala prekursuri għal aġenti kimiċi tossiċi, kif ġej, u "taħlitiet ta' sustanzi kimiċi" li fihom wieħed jew aktar minnhom:
N.B.: ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI U 1Ċ450.
1. |
Tijodiglikol (111-48-8); |
2. |
Ossiklorur tal-fosfru (10025-87-3); |
3. |
Metilfosfonat tad-dimetil (756-79-6); |
4. |
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦALDifluworur tal-metil-fosfonil (676-99-3); |
5. |
Diklorur tal-metil fosfonil (676-97-1); |
6. |
Fosfit tad-dimetil (DMP) (868-85-9); |
7. |
Triklorur tal-fosfru (7719-12-2); |
8. |
Fosfit tat-trimetil (TMP) (121 45 9); |
9. |
Klorur tat-tijonil (7719-09-7); |
10. |
3-Idrossi-l-metilpiperidin (3554-74-3); |
11. |
Klorur ta' N,N-diisopropil-(beta)-aminoetil (96-79-7); |
12. |
N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetan-tijol (5842-07-9); |
13. |
3-Kinuklidinol (1619-34-7); |
14. |
Fluworur tal-potassju (7789-23-3); |
15. |
2-Kloroetanol (107-07-3); |
16. |
Dimetilamina (124-40-3); |
17. |
Etilfosfonat tad-dietil (78-38-6); |
18. |
N,N-dimetilfosforamidat tad-dietil (2404-03-7); |
19. |
Fosfit tad-dietil (762-04-9); |
20. |
Idroklorur tad-dimetilamina (506-59-2); |
21. |
Diklorur ta' l-etil-fosfinil (1498-40-4); |
22. |
Diklorur ta' l-etil-fosfonil (1066-50-8); |
23. |
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL Difluworur ta' l-etil-fosfonil (753-98-0); |
24. |
Fluworur ta' l-idroġenu (7664-39-3); |
25. |
Benżilat tal-metil (76-89-1); |
26. |
Diklorur tal-metil-fosfinil (676-83-5); |
27. |
N,N-Diisopropil-(beta)-amino-etanol (96-80-0); |
28. |
Alkoħol pinakoliliku (464-07-3); |
29. |
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL O-Etil-2-diisopropilaminoetil-metil-fosfonit (QL) (57856-11-8); |
30. |
Fosfit tat-trietil (122-52-1); |
31. |
Triklorur ta' l-arseniku (7784-34-1); |
32. |
Aċidu benżiliku (76-93-7); |
33. |
Metilfosfonit tad-dietil (15715-41-0); |
34. |
Etilfosfonat tad-dimetil (6163-75-3); |
35. |
Difluworur ta' l-etil-fosfinil (430-78-4); |
36. |
Difluworur tal-metil-fosfonil (753-59-3); |
37. |
3-Kinuklidun (3731-38-2); |
38. |
Pentaklorur tal-fosfru (10026-13-8); |
39. |
Pinakolun (75-97-8); |
40. |
Ċjanur tal-potassju (151-50-8); |
41. |
Bifluworur tal-potassju (7789-29-9); |
42. |
Idroġenu fluworur ta' l-ammonju jew bifluworur ta' l-ammonju (1341-49-7); |
43. |
Fluworur tas-sodju (7681-49-4); |
44. |
Bifluworur tas-sodju (1333-83-1); |
45. |
Ċjanur tas-sodju (143-33-9); |
46. |
Trietanolamina (102-71-6); |
47. |
Pentasulphid tal-fosfru (1314-80-3); |
48. |
Di-isopropilamina (108-18-9); |
49. |
Dietilaminoetanol (100-37-8); |
50. |
Sulfid tas-sodju (1313-82-2); |
51. |
Monoklorur tal-kubrit (10025-67-9); |
52. |
Diklorur tal-kubrit (10545-99-0); |
53. |
Idroklorur tat-trietanolamina (637-39-8); |
54. |
Idroklorur ta' N,N-diisopropil-(Beta)-aminoetilklorur (4261-68-1); |
55. |
Aċidu metilfosfoniku (993-13-5); |
56. |
Metilfosfonat tad-dietil (683-08-9); |
57. |
Diklorur ta' N,N-dimetilaminofosforil (677-43-0); |
58. |
Fosfit tat-triiżopropil (116-17-6); |
59. |
Etildietanolamina (139-87-7); |
60. |
O,O-Dietil fosforotijoat (2465-65-8); |
61. |
O,O-Dietil fosforoditijoat (298-06-6); |
62. |
Essafluworosilikat tas-sodju (16893-85-9); |
63. |
Diklorur metilfosfonotijoiku (676-98-2); |
Nota 1: Għall-esportazzjoni lil "Stati mhux Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi", 1Ċ350 ma jikkontrollax "taħlitiet ta' sustanzi kimiċi" li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1Ċ350.1, .3, .5, .11, .12, .13, .17, .18, .21, .22, .26, .27, .28, .31, .32, .33, .34, .35, .36, .54, .55, .56, .57 u .63 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 10 % bil-piż tat-taħlita.
Nota 2: Għall-esportazzjoni lil "Stati Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi", 1Ċ350 ma jikkontrollax "taħlitiet ta' sustanzi kimiċi" li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1Ċ350.1, .3, .5, .11, .12, .13, .17, .18, .21, .22, .26, .27, .28, .31, .32, .33, .34, .35, .36, .54, .55, .56, .57 u .63 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.
Nota 3: 1Ċ350 ma jikkontrollax "taħlitiet ta' sustanzi kimiċi" li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1Ċ350.2, .6, .7, .8, .9, .10, .14, .15, .16, .19, .20, .24, .25, .30, .37, .38, .39, .40, .41, .42, .43, .44, .45, .46, .47, .48, .49, .50, .51, .52, .53, .58, .59, .60, .61 u .62 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.
Nota 4: 1Ċ350 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.
1Ċ351
Patoġeni tal-bniedem, żoonosi u "tossini", kif ġej:
a. |
Virus, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ "koltivazzjonijiet ħajja iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:
|
b. |
Riketzji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ "koltivazzjonijiet ħajja iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:
|
ċ. |
Batterji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ "koltivazzjonijiet ħajja iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:
|
d. |
"Tossini", kif ġej, u "sotto-unità ta’ tossini" tagħhom:
Nota: 1Ċ351.d. ma jikkontrollax it-tossini botulinum jew il-konotossini f’forma ta’ prodotti li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
|
e. |
Fungi, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ "koltivazzjonijiet ħajja iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:
|
Nota: 1Ċ351 ma jikkontrollax il-"vaċċini" jew l-"immunotossini".
1Ċ352
Patoġeni ta' l-annimali, kif ġej:
a. |
Virus, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ "koltivazzjonijiet ħajja iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:
|
b. |
Mycoplasma mycoides, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ "koltivazzjonijiet ħajja iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali Mycoplasma mycoides.
|
Nota: 1Ċ352 ma jikkontrollax il-"vaċċini".
1Ċ353
Elementi ġenetiċi u organiżmi modifikati ġenetikament, kif ġej:
a. |
Organiżmi modifikati ġenetikament jew elementi ġenetiċi li fihom sekwenzi ta’ aċidu nuklejku assoċjati mal-patoġeniċità ta’ l-organiżmi speċifikati f’1Ċ351.a., 1Ċ351.b., 1Ċ351.ċ, 1Ċ351.e., 1Ċ352 jew 1Ċ354; |
b. |
Organiżmi modifikati ġenetikament jew elementi ġenetiċi li fihom sekwenzi ta’ aċidu nuklejku li jikkodifikaw għal xi waħda mit-"tossini" speċifikati f’1Ċ351.d. jew is-"sotto-unitajiet ta’ tossini"” tagħhom. |
Noti Tekniċi:
1. |
Elementi ġenetiċi jinkludu, inter alia, kromosomi, ġenomi, plasmidi, transposoni u vetturi kemm jekk ġenetikament modifikati jew le. |
2. |
Sekwenzi ta’ aċidu nuklejku assoċjati mal-patoġeniċità ta’ xi wieħed mill-mikro-organiżmi speċifikati f'1Ċ351.a., 1Ċ351.b., 1Ċ351.ċ., 1Ċ351.e., 1Ċ352 jew 1Ċ354 tfisser kwalunkwe sekwenza speċifika għall-mikro-organiżmu speċifikat li:
|
Nota: 1Ċ353 ma japplikax għal sekwenzi ta’ aċidu nuklejku assoċjati mal-patoġeniċità ta’ Escherichia coli enteroemorraġika, serotip O157 u razez oħra li jipproduċu verotossina, minbarra dawk li jikkodifikaw għall-verotossina, jew għas-sotto-unitajiet tagħha.
1Ċ354
Patoġeni tal-pjanti, kif ġej:
a. |
Virus, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ "koltivazzjonijiet ħajja iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:
|
b. |
Batterji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ "koltivazzjonijiet ħajja iżolati" jew bħala materjal li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:
|
ċ. |
Fungi, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ "koltivazzjonijiet ħajja iżolati" jew bħala materjal li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:
|
1Ċ450
Sustanzi kimiċi tossiċi u prekursuri ta' sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej, u "taħlitiet kimiċi" li fihom waħda jew aktar minnhom:
N. B.: ARA WKOLL L-ENTRATA 1Ċ350, 1Ċ351.d. U L-KONTROLLI TA' MERKANZIJA MILITARI.
a. |
Sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej:
Nota 1: Għall-esportazzjoni lejn "Stati mhux Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi", 1Ċ450 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1Ċ450.a.1. u .a.2. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 1 % bil-piż tat-taħlita. Nota 2: Għal esportazzjonijiet lejn "Stati Parti għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi", 1Ċ450 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrata 1Ċ450.a.1. u .a.2. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita. Nota 3: 1Ċ450 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1Ċ450.a.4., .a.5., .a.6. and .a.7. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita. Nota 4: 1Ċ450 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali. |
b. |
Prekursuri ta' sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej:
Nota 1: Għall-esportazzjoni lejn "Stati mhux Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi", 1Ċ450 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1Ċ450.b.1., .b.2., .b.3., .b.4., .b.5. u .b.6. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 10 % bil-piż tat-taħlita. Nota 2: Għall-esportazzjoni lejn "Stati Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi", 1Ċ450 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1Ċ450.b.1., .b.2., .b.3., .b.4., .b.5. u .b.6. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita. Nota 3: 1Ċ450 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrata 1Ċ450.b.8 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita. Nota 4: 1Ċ450 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali. |
1D
Software
1D001
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni"jew l-"użu" tat-tagħmir speċifikat f'1B001 sa 1B003.
1D002
"Software" għall-"iżvilupp" ta' prodotti laminati jew "kompożiti" b' "matriċi" organika, "matriċi" metallika jew "matriċi" tal-karbonju.
1D003
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat sabiex jippermetti lit-tagħmir iwettaq il-funzjonijiet tat-tagħmir speċifikat f'1A004.ċ.
1D101
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"użu" ta' oġġetti speċifikati f'1B101, 1B102, 1B115, 1B117, 1B118 jew 1B119.
1D103
"Software" iddisinjat apposta għall-analiżi ta' karatteristiċi osservabbli mnaqqsa bħar-riflettività tar-radar karatteristiċi ultravjola/infra-aħmar u karatteristiċi akustiċi.
1D201
"Software" iddisinjat apposta għall-"użu" ta' l-oġġetti speċifikati f'1B201.
1E
Teknoloġija
1E001
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' tagħmir jew materjali speċifikati f'1A001.b., 1A001.ċ., 1A002 sa 1A005, 1B jew 1Ċ.
1E002
"Teknoloġija" oħra, kif ġej:
a. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' polibenżotijażoli jew polibenżoxażoli; |
b. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' komposti tal-fluworoelastomer li fihom mill-inqas monomeru wieħed tal-viniletere; |
ċ. |
"Teknoloġija" għad-disinn jew il-"produzzjoni" tal-materjali bażi jew materjali taċ-ċeramika mhux "kompożiti" li ġejjin:
|
d. |
"Teknoloġija" għall-"produzzjoni" ta' fibri ta' poliamidi aromatiċi; |
e. |
"Teknoloġija" għall-installazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-materjali speċifikati f'1Ċ001; |
f. |
"Teknoloġija" għat-tiswija ta' strutturi "kompożiti", prodotti laminati jew materjali speċifikati f'1A002, 1Ċ007.ċ. jew 1Ċ007.d.; Nota: 1E002.f. ma jikkontrollax "teknoloġija" għat-tiswija ta' strutturi ta' "inġenji ta' l-ajru ċivili" bl-użu ta' "materjali fibrużi jew bil-filamenti" tal-karbonju u reżini epossidiċi, li jinsabu fil-manwali tal-manifatturi ta' l-inġenji ta' l-ajru. |
g. |
’Libreriji (bażijiet ta' data tekniċi parametriċi)’ iddisinjati apposta jew modifikati sabiex jippermettu lit-tagħmir iwettaq il-funzjonijiet ta' tagħmir speċifikat f'1A004.ċ. Nota Teknika: Għall-iskop ta' 1E002.g., it-terminu ’librerija (bażijiet ta' data tekniċi parametriċi)’ ifisser ġabra ta' informazzjoni teknika, li referenza għaliha tista' ttejjeb ir-rendiment tat-tagħmir jew is-sistemi rilevanti. |
1E101
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' l-oġġetti speċifikati f'1A102, 1B001, 1B101, 1B102, 1B115 sa 1B119, 1Ċ001, 1Ċ101, 1Ċ107, 1Ċ111 sa 1Ċ118, 1D101 jew 1D103.
1E102
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" ta' "software" speċifikat f'1D001, 1D101 jew 1D103.
1E103
"Teknoloġija" għar-regolamentazzjoni ta' temperatura, pressjoni jew atmosfera f'awtoklavi jew idroklavi, meta jkunu użati għall-"produzzjoni" ta' "kompożiti" jew "kompożiti" ipproċessati parzjalment.
1E104
"Teknoloġija" relatata mal-"produzzjoni" ta' materjali derivati pirolitikament imsawra fuq forma, fus jew sottostrat ieħor minn gassijiet prekursuri li jiddekomponu fil-medda ta' temperaturi minn 1 573 K (1 300 °C) sa 3 173 K (2 900 °C) u pressjoni ta' 130 Pa sa 20 kPa.
Nota: 1E104 jinkludi "teknoloġija" għall-kompożizzjoni ta' gassijiet prekursuri, rati ta' fluss u skedi u parametri għall-kontroll tal-proċess.
1E201
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' l-oġġetti speċifikati f'1A002, 1A202, 1A225 sa 1A227, 1B201, 1B225 sa 1B233, 1Ċ002.b.3. jew b.4., 1Ċ010.b., 1Ċ202, 1Ċ210, 1Ċ216, 1Ċ225 sa 1Ċ240 jew 1D201.
1E202
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' l-oġġetti speċifikati f'1A202 jew 1A225 sa 1A227.
1E203
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" ta' "sofware" speċifikat f'1D201.
KATEGORIJA 2
L-IPPROĊESSAR TA' MATERJALI
2A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
N.B.: Għal kuxxinetti li jaħdmu b'mod silenzjuż, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
2A001
Kuxxinetti anti-frizzjoni u sistemi ta' kuxxinetti, kif ġej, u komponenti għalihom:
Nota: 2A001 ma jikkontrollax boċċi b'tolleranzi speċifikati mill-manifattur skond l-ISO 3290 bħala ta' grad 5 jew inqas.
a. |
Kuxxinetti u kuxxinetti bir-rombli solidi li għandhom it-tolleranzi kollha speċifikati mill-manifattur skond l-ISO 492 Klassi ta' Tolleranza 4 (jew ANSI/ABMA Standard 20 Klassi ta' Tolleranza ABEC-7 jew RBEC-7, jew ekwivalenzi oħra nazzjonali), jew aħjar, u li għandhom kemm ċrieki u elementi li jduru (ISO 5593) magħmula minn monel jew berillju; Nota: 2A001.a. ma jikkontrollax kuxxinetti bir-rombli bil-ponta. |
b. |
Kuxxinetti u kuxxinetti bir-rombli solidi oħra li għandhom it-tolleranzi kollha speċifikati mill-manifattur skond l-ISO 492 Klassi ta' Tolleranza 2 (jew ANSI/ABMA Standard 20 Klassi ta' Tolleranza ABEC-9 jew RBEC-9, jew ekwivalenzi oħra nazzjonali), jew aħjar; Nota: 2A001.b. ma jikkontrollax kuxxinetti bir-rombli bil-ponta. |
ċ. |
Sistemi ta' kuxxinetti manjetiċi attivi li jużaw xi wieħed minn dan li ġej:
|
2A225
Griġjoli magħmula minn materjali reżistenti għall-metalli aktinidi likwidi, kif ġej:
a. |
Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
ċ. |
Griġjoli li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
2A226
Valvijiet li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. |
’Daqs nominali’ ta' 5 mm jew akbar; |
b. |
Li għandhom siġill minfaħ; u |
ċ. |
Magħmula fl-intier tagħom minn jew miksija bl-aluminju, liega ta' l-aluminju, nikil jew liega tan-nikil li fihom aktar minn 60 % nikil bil-piż. |
Nota Teknika:
Għall-valvijiet bi ftuħ għad-dħul u ħruġ ta' dijametri differenti, id-’daqs nominali’ fi 2A226 jirreferi għall-iżgħar dijametru.
2B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
Noti Tekniċi:
1. |
L-assi tal-kontorn paralleli sekondarji (eż., l-assi-w f'magni għat-tħaffir orizzontali jew assi rotatorju sekondarju li l-linja ċentrali tiegħu hi parallela ma' l-assi rotatorju primarju) ma jingħaddux man-numru totali ta' l-assi tal-kontorn. M'hemmx bżonn li l-assi rotatorji jkunu jduru b'aktar minn 360o. Assi rotatorju jista' jitħaddem permezz ta' apparat lineari (e.ż., vit jew ingranaġġ u fus bis-snien). |
2. |
Għall-iskopijiet ta' 2B, in-numru ta' assi li jistgħu jkunu ko-ordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorn" huwa n-numru ta' assi li tulhom jew madwarhom, matul l-ipproċessar ta' l-oġġett tal-ħidma, isiru movimenti simultanji u inter-relatati bejn l-oġġett tal-ħidma u biċċa għodda. Dan ma jinkludix kwalunkwe assi addizzjonali li tulu jew madwaru jsir moviment ieħor relattiv fil-magna bħal:
|
3. |
In-nomenklatura ta' l-assi għandha tkun skond l-Istandard Internazzjonali ISO 841, "Magni b'Kontroll Numeriku — Nomenklatura ta' Assi u Movimenti". |
4. |
Għall-iskopijiet ta' 2B001 sa 2B009 "fus inklinabbli" hu kkonsidrat bħala assi rotatorju. |
5. |
Livelli ddikjarati ta' preċiżjoni tal-pożizzjoni ġejjin minn qisien magħmula skond l-ISO 230/2 (1988) (1) jew ekwivalenzi nazzjonali jistgħu jintużaw għal kull mudell ta' għodda bil-magna minflok testijiet ta' magni individwali. Preċiżjoni tal-pożizzjoni ddikjarata tfisser il-valur ta' preċiżjoni mogħti lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-esportatur huwa stabbilit bħala r-rappreżentant tal-preċiżjoni ta' mudell ta' magna. Determinazzjoni tal-Valuri Iddikjarati
|
2B001
Għodod bil-magna u kwalunkwe għaqda ta' dawn, għat-tneħħija (jew il-qtugħ) ta' metalli, ċeramika jew "kompożiti", li, skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b'apparat elettroniku għall-"kontroll numeriku", u komponenti ddisinjati apposta kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 2B201.
Nota 1: 2B001 ma jikkontrollax għodod bil-magna bi skop speċjali limitati għall-manifattura ta' ingranaġġi. Għal magni bħal dawn ara 2B003.
Nota 2: 2B001 ma jikkontrollax għodod bil-magna bi skop speċjali limitati għall-manifattura ta' xi waħda mill-partijiet li ġejjin:
a. |
Krankxafts jew kamxafts; |
b. |
Għodod jew għodod tal-qtugħ; |
ċ. |
Extruder worms; |
d. |
Partijiet ta' ġojjellerija minquxa jew b'aktar minn wiċċ wieħed. |
Nota 3: Għodda bil-magna li għandha ta' l-inqas tnejn mit-tliet kapaċitajiet ta' tornitura, tħin jew tisnin (eż., magna tat-tornitura bil-kapaċità li titħan), għandha tiġi evalwata skond kull entrata applikabbli 2B001.a., b. jew ċ.
a. |
Għodod bil-magna għat-tornitura, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Nota: 2B001.a. ma jikkontrollax magni tat-tornitura ddisinjati apposta għall-produzzjoni ta' lenti tal-kuntatt, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
b. |
Għodod bil-magna għat-tħin, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
ċ. |
Għodod bil-magna għat-tisnin, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
Nota: 2B001.ċ. ma jikkontrollax magni tat-tisnin, kif ġej:
|
d. |
Magni li jgħaddu karga elettrika (EDM) tat-tip bla wajer li fihom żewġ assi rotatorji jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorn"; |
e. |
Għodod bil-magna għat-tneħħija ta' metalli, ċeramika jew "kompożiti" li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
f. |
Magni għat-tħaffir fil-fond u magni tat-tornitura modifikati għat-tħaffir fil-fond, li għandhom kapaċità massima tat-tħaffir ta' fond ta' aktar minn 5 000 mm u komponenti ddisinjati apposta għalihom. |
2B002
Għodod bil-magna għall-irfinar ottiku kkontrollati numerikament u mgħammra sabiex jipproduċu wċuħ ottiċi non-sferiċi, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. |
Irfinar tal-forma sa inqas (aħjar) minn 1,0 µm; |
b. |
Irfinar tal-livell ta' tħattib sa inqas (aħjar) minn 100 nm rms. |
c. |
Tliet assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorn"; u |
d. |
L-użu ta' xi wieħed mill-proċessi li ġejjin:
|
Nota Teknika:
Għall-iskopijiet ta' 2B002, ’MRF’ huwa proċess għat-tneħħija ta' materjal li juża fluwidu manjetiku barrax li l-viskożità tiegħu hija kkontrollata minn kamp manjetiku. ’ERF’ huwa proċess ta' tneħħija bl-użu ta' fluwidu barrax li l-viskożità tiegħu hija kkontrollata minn kamp elettriku. ’Irfinar b'raġġ ta' partiċelli enerġetiċi’ juża Plażmi Atomiċi Reattivi (RAP) jew raggi tal-joni sabiex ineħħi l-materjal selettivament.
2B003
Għodod bil-magna manwali jew "ikkontrollati numerikament" u komponenti, kontrolli u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom, iddisinjati apposta għat-tqaxxir, irfinar, tisnin jew temprar ta' xpruni (Rc = 40 jew aktar) ittemprati, ingranaġġi elikojdali u elikojdali doppju li għandhom dijametru tal-kamin (pitch diameter) ta' aktar minn 1 250 mm u wisa' tal-wiċċ ta' 15 % tad-dijametru tal-kamin jew ikbar irfinuti għall-kwalità AGMA 14 jew aħjar (ekwivalenti għal ISO 1328 klassi 3).
2B004
"Pressi iżostatiċi" jaħarqu li għandhom il-komponenti kollha li ġejjin, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:
N.B.: ARA WKOLL 2B104 u 2B204.
a. |
Ambjent termiku kkontrollat fil-kavità magħluqa u kavità tal-kamra b'dijametru intern ta' 406 mm jew aktar; u |
b. |
Xi wieħed minn dan li ġej:
|
Nota Teknika:
Id-dimensjoni interna tal-kamra hi dik tal-kamra fejn jintlaħqu kemm it-temperatura ta' tħaddim kif ukoll il-pressjoni ta' tħaddim u ma tinkludix il-muntaġġi. Dik id-dimensjoni għandha tkun l-iżgħar minn jew id-dijametru intern tal-kamra tal-pressjoni jew id-dijametru intern tal-kamra iżolata tal-forn, skond liema miż-żewġ kmamar tinsab ġewwa l-oħra.
N.B. Għal forom imnaqqxin, forom u għodod iddisinjati apposta ara 1B003, 9B009 u l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
2B005
Tagħmir iddisinjat apposta għad-depożizzjoni, l-ipproċessar u l-kontroll ta' waqt il-proċess ta' kisi inorganiku, kisi u modifiki ta' l-uċuħ, kif ġej, għal sottostrati mhux elettroniċi, permezz tal-proċessi indikati fit-Tabella u n-Noti assoċjati li jiġu wara 2E003.f., u l-komponenti ddisinjati apposta għalihom għall-immaniġġar, il-pożizzjonar, il-manipulazzjoni u l-kontroll awtomatiku:
a. |
Tagħmir ta' produzzjoni għad-depożizzjoni kimika mill-fwar (CVD) li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin: N.B.: ARA WKOLL 2B105.
|
b. |
Tagħmir ta' produzzjoni għall-impjantazzjoni ta' joni li għandu kurrenti ta' raġġi ta' 5 mA jew aktar; |
ċ. |
Tagħmir ta' produzzjoni għad-depożizzjoni fiżiku mill-fwar ta' raġġ ta' elettroni (EB-PVD) li jinkorpora sistemi li huma previsti li jħaddmu enerġija ta' aktar minn 80 kW, b'xi wieħed minn dan li ġej:
|
d. |
Tagħmir tal-produzzjoni għat-traxxix permezz tal-plażma li għandu xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
e. |
Tagħmir ta' produzzjoni għad- depożizzjoni permezz ta' polverizzazzjoni katodika kapaċi għal densitajiet tal-kurrent ta' 0,1 mA/mm2 jew ogħla f'rata ta' depożizzjoni ta' 15 μm/h jew aktar; |
f. |
Tagħmir ta' produzzjoni għad-depożizzjoni b'ark katodiku li jinkorpora grilja ta' elettromanjeti għall-kontroll tal-punt ta' l-impatt ta' l-ark mal-katodu; |
g. |
Tagħmir ta' produzzjoni tal-plakkatura jonika li jippermetti l-kejl in situ ta' xi wieħed minn dan li ġej:
|
Nota: 2B005 ma jirregolax it-tagħmir għad-depożizzjoni kimika mill-fwar, id-depożizzjoni b'ark katodiku, id-depożizzjoni permezz ta' polverizzazzjoni katodika, il-produzzjoni ta' plakkatura jonika jew l-impjantazzjoni ta' joni ddisinjat apposta għall-għodod ta' qtugħ jew ta' mmaxinjar.
2B006
Sistemi, tagħmir u "assemblaġġi elettroniċi" għall-ispezzjoni dimensjonali jew għal kejl, kif ġej:
a. |
Magni tal-kejl tal-koordinat (CMM) ikkontrollati minn kompjuter jew "ikkontrollati numerikament", li għandhom żball ta' indikazzjoni massimu tridimensjonali (volumetriku) permissibbli (MPEE) f'xi punt fil-medda operattiva tal-magna (jiġifieri, fit-tul ta' assi) daqs jew inqas (aħjar) minn(1,7 + L/1 000) μm (L huwa t-tul imkejjel f'mm), ittestjati skond l-ISO 10360-2 (2001); N.B.: ARA WKOLL 2B206. |
b. |
Strumenti ta' kejl ta' spostament lineari u angolari, kif ġej:
|
ċ. |
Tagħmir għall-kejl ta' l-irregolaritajiet tal-wiċċ, billi jkejjel il-firxa ottika bħala funzjoni ta' l-angolu, b'sensittività ta' 0,5 nm jew inqas (aħjar). |
Nota: Għodod bil-magna li jistgħu jintużaw bħala magni tal-kejl huma kkontrollati jekk jilħqu jew jeċċedu l-kriterji speċifikati għall-funzjoni ta' għodod bil-magna jew għall-funzjoni ta' magni tal-kejl.
2B007
"Robots" li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u kontrolluri u "tagħmir tat-tarf" iddisinjati apposta għalihom:
N.B.: ARA WKOLL 2B207.
a. |
Kapaċi li f'ħin reali jipproċessaw immaġini kompleta tridimensjonali jew "analiżi tax-xena" kompleta tridimensjonali sabiex jiġġeneraw jew jimmodifikaw "programmi" jew sabiex jiġġeneraw jew jimmodifikaw data numerika ta' programm; Nota Teknika: "Il-limitazzjoni ta' l-'analiżi tax-xena" ma tinkludix approssimazzjoni tat-tielet dimensjoni billi tiqies minn angolu speċifiku, jew interpretazzjoni limitata ta' l-iskala griża għall-perċezzjoni tal-fond jew l-kwalità għall-kompiti approvati (2 1/2 D). |
b. |
Iddisinjati apposta sabiex ikunu konformi ma' l-istandards nazzjonali tas-sikurezza applikabbli għall-ambjenti fejn jinsab munizzjon splussiv; |
ċ. |
Iddisinjati apposta jew previsti bħala reżistenti għar-radjazzjoni sabiex jifilħu doża totali ta' radjazzjoni akbar minn 5 × 103 Gy (silikon) mingħajr degradazzjoni funzjonali; jew Nota Teknika: It-terminu Gy (silikon) jirreferi għall-enerġija f'Joules għal kull kilogramm li hija assorbita minn kampjun mhux protett tas-silikon meta espost għar-radjazzjoni jonizzanti. |
d. |
Iddisinjati apposta sabiex jaħdmu f'altitudnijiet ta' aktar minn 30 000 m. |
2B008
Assemblaġġi jew unitajiet, iddisinjati apposta għal għodod bil-magna, jew spezzjoni dimensjonali jew sistemi u tagħmir ta' kejl, kif ġej:
a. |
Unitajiet ta' retroazzjoni f'pożizzjoni lineari (eż., apparat tat-tip induttiv, skali ggradwati, sistemi infra-aħmar jew sistemi "laser") bi "preċiżjoni" totali ta' inqas (aħjar) minn (800 + (600 × L × 10–3)) nm (L tirrappreżenta t-tul effettiv f'mm); N.B.: Għal sistemi "laser" ara wkoll n-Nota fi 2B006.b.1. |
b. |
Unitajiet ta' retroazzjoni b'pożizzjoni rotatorja (eż., apparat tat-tip induttiv, skali ggradwati, sistemi infra-aħmar jew sistemi "laser") bi "preċiżjoni" ta' inqas (aħjar) minn 0,00025o; N.B.: Għal sistemi "laser" ara wkoll in-Nota fi 2B006.b.1. |
ċ. |
"Tabelli rotatorji kompożiti" u "fusijiet inklinabbli", kapaċi li jtejbu l-kwalità ta' għodod bil-magna, skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur, għal livelli daqs jew ogħla minn dawk speċifikati fi 2B. |
2B009
Magni spin-forming u magni flow-forming, li, skond l- ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b'unitajiet ta' "kontroll numeriku" jew kontroll minn kompjuter u li għandhom dawn kollha li ġejjin:
N.B.: ARA WKOLL 2B109 U 2B209.
a. |
Żewġ assi kkontrollati jew aktar li mill-inqas tnejn minnhom jistgħu jiġu kkoordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorn"; u |
b. |
Forza tar-romblu ta' aktar minn 60 kN. |
Nota Teknika:
Magni li jgħaqqdu l-funzjoni ta' spin-forming u flow-forming huma meqjusa bħala magni flow-forming għall-iskop ta' 2B009.
2B104
"Pressi iżostatiċi", minbarra dawk speċifikati fi 2B004, li għandhom dawn kollha li ġejjin:
N.B.: ARA WKOLL 2B204.
a. |
Pressjoni massima ta' tħaddim ta' 69 MPa jew aktar; |
b. |
Iddisinjati sabiex jiksbu u jżommu ambjent termiku kkontrollat ta' 873 K (600 °C) jew aktar; u |
ċ. |
Li għandhom kavità tal-kamra b'dijametru intern ta' 254 mm jew aktar. |
2B105
Fran għad-depożizzjoni kimika mill-fwar (CVD), minbarra dawk speċifikati fi 2B005.a., iddisinjati jew modifikati għad-densifikazzjoni ta' kompożiti ta' karbonju-karbonju.
2B109
Magni flow-forming, minbarra dawk speċifikati fi 2B009, u komponenti ddisinjati apposta kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 2B209.
a. |
Magni flow-forming li għandhom dawn kollha li ġejjin:
|
b. |
Komponenti ddisinjati apposta għall-magni flow-forming speċifikati fi 2B009 sa 2B109.a. |
Nota: 2B109 ma jikkontrollax magni li ma jistgħux jintużaw fil-produzzjoni ta' komponenti u tagħmir ta' propulsjoni (eż. kontenituri ta' muturi) għas-sistemi speċifikati f'9A005, 9A007.a. jew 9A105.a.
Nota Teknika:
Magni li jgħaqqdu l-funzjoni ta' spin-forming u flow-forming huma meqjusa bħala magni flow-forming għall-iskop ta' 2B109.
2B116
Sistemi għat-test tal-vibrazzjoni, tagħmir u komponenti għalihom, kif ġej:
a. |
Sistemi għat-test tal-vibrazzjoni li jużaw metodi ta' retroazzjoni jew ta' ċirkwit magħluq u li jinkorporaw kontrollur diġitali, li kapaċi jivvibraw sistema b'aċċellerazzjoni daqs jew akbar minn 10 g rms bejn 20 Hz u 2 kHz u jagħtu forza daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b' ’mejda vojta’; |
b. |
Kontrolluri diġitali, flimkien ma' software ta' l-ittestjar tal-vibrazzjoni ddisinjat apposta, b' "faxxa tal-frekwenza f'ħin reali" ta' aktar minn 5 kHz iddisinjati għall-użu mas-sistemi ta' l-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati fi 2B116.a.; |
ċ. |
Magni li jagħtu mbuttatura b'vibrazzjoni (unitajiet ta' vibrazzjoni), b'amplifikaturi assoċjati jew mingħajr, li kapaċi jagħtu forza ta' 50 kN jew aktar, imkejla b' ’mejda vojta’, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta' l-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati fi 2B116.a.; |
d. |
Strutturi li jsostnu l-parti għall-ittestjar u unitajiet elettroniċi ddisinjati sabiex jgħaqqdu unitajiet ta' vibrazzjoni multipli f'sistema li hi kapaċi tipprovdi forza effettiva kombinata daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b' ’mejda vojta’, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta' vibrazzjoni speċifikati fi 2B116.a. |
Nota Teknika:
Fi 2B116, ’mejda vojta’ tfisser mejda ċatta, jew wiċċ ċatt, mingħajr muntaġġi jew tagħmir.
2B117
Kontrolli ta' tagħmir u ta' proċessi, minbarra dawk speċifikati fi 2B004, 2B005.a., 2B104 jew 2B105, iddisinjati jew modifikati għad-densifikazzjoni u l-piroliżi taż-żennuni ta' rokits kompożiti strutturali u tal-ponot ta' quddiem ta' vetturi tad-dħul fl-atmosfera.
2B119
Magni ta' l-ibbilanċjar u tagħmir relatat, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 2B219.
a. |
Magni ta' l-ibbilanċjar li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Nota: 2B119.a. ma jikkontrollax magni ta' l-ibbilanċjar iddisinjati jew modifikati għal tagħmir dentali jew tagħmir mediku ieħor. |
b. |
Irjus indikaturi ddisinjati jew modifikati għall-użu mal-magni speċifikati fi 2B119.a. Nota Teknika: Irjus indikaturi huma kultant magħrufa bħala strumentazzjoni ta' l-ibbilanċjar. |
2B120
Simulaturi tal-moviment jew imwejjed rotatorji li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. |
Żewġ assi jew aktar; |
b. |
Ċrieki tal-kuntatt li kapaċi jittrasmettu qawwa elettrika u/jew informazzjoni tas-sinjali; u |
ċ. |
Li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
Nota: 2B120 ma jikkontrollax imwejjed rotatorji ddisinjati jew modifikati għal għodod bil-magna jew għal tagħmir mediku. Għal kontrolli fuq imwejjed rotatorji għall-għodod bil-magni ara 2B008. |
2B121
Imwejjed għall-ippożizzjonar (tagħmir kapaċi għall-ippożizzjonar rotatorju preċiż fi kwalunkwe assi), minbarra dawk speċifikati fi 2B120, li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:
a. |
Żewġ assi jew aktar; u |
b. |
Preċiżjoni tal-pożizzjoni daqs jew aħjar minn 5 sekondi ta' arkata. |
Nota: 2B121 ma jikkontrollax imwejjed rotatorji ddisinjati jew modifikati għal għodod bil-magna jew għal tagħmir mediku. Għal kontrolli fuq imwejjed rotatorji għall-għodod bil-magna ara 2B008.
2B122
Ċentrifugi kapaċi li jagħtu aċċellerazzjoni 'l fuq minn 100 g u li għandhom ċrieki tal-kuntatt li huma kapaċi jittrasmettu qawwa elettrika u informazzjoni tas-sinjali.
2B201
Għodod bil-magna jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, minbarra dawk speċifikati fi 2B001, kif ġej, għat-tneħħija jew il-qtugħ ta' metalli, ċeramika jew "kompożiti", li, skond l-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b'apparat elettroniku għal "kontroll tal-kontorn" simultanju f'żewġ assi jew aktar:
a. |
Għodod bil-magna għat-tħin, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Għodod bil-magna għat-tisnin, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
Nota: 2B201.b. ma jikkontrollax il-magni tat-tisnin li ġejjin:
Nota 1: 2B201 ma jikkontrollax għodod bil-magna bi skop speċjali limitati għall-manifattura ta' xi waħda mill-partijiet li ġejjin:
Nota 2: Għodda bil-magna li għandha ta' l-inqas tnejn mit-tliet kapaċitajiet ta' tornitura, tħin jew tisnin (eż., magna tat-tornitura bil-kapaċità li titħan), għandha tiġi evalwata skond kull entrata applikabbli 2B001.a. jew 2B201.a. jew b. |
2B204
"Pressi iżostatiċi", minbarra dawk speċifikati fi 2B004 jew 2B104, u tagħmir relatat, kif ġej:
a. |
"Pressi iżostatiċi" li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Forom imnaqqxin, forom u kontrolli, iddisinjati apposta għall-"pressi iżostatiċi" speċifikati fi 2B204.a. |
Nota Teknika:
Fi 2B204 d-dimensjoni interna tal-kamra hi dik tal-kamra fejn jintlaħqu kemm it-temperatura ta' tħaddim kif ukoll il-pressjoni ta' tħaddim u ma tinkludix il-muntaġġi. Dik id-dimensjoni għandha tkun l-iżgħar minn jew id-dijametru intern tal-kamra tal-pressjoni jew id-dijametru intern tal-kamra iżolata tal-forn, skond liema miż-żewġ kmamar tinsab ġewwa l-oħra.
2B206
Magni, strumenti jew sistemi ta' spezzjoni dimensjonali, minbarra dawk speċifikati fi 2B006, kif ġej:
a. |
Magni ta' spezzjoni dimensjonali kkontrollati minn kompjuter jew ikkontrollati numerikament li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Sistemi għall-ispezzjoni simultanja lineari-angolari ta' hemishells, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
Nota 1: Għodod bil-magna li jistgħu jintużaw bħala magni tal-kejl huma kkontrollati jekk jilħqu jew jeċċedu l-kriterji speċifikati għall-funzjoni ta' għodod bil-magna jew għall-funzjoni ta' magni tal-kejl.
Nota 2: Magna speċifikata fi 2B206 hija kkontrollata jekk teċċedi l-limitu ta' kontroll fi kwalunkwe post fil-medda operattiva tagħha.
Noti Tekniċi:
1. |
Is-sonda użata fid-determinazzjoni ta' l-inċertezza tal-kejl ta' sistema ta' spezzjoni dimensjonali għandha tkun deskritta f'VDI/VDE 2617 partijiet 2, 3 u 4. |
2. |
Il-parametri kollha tal-valuri tal-kejl fi 2B206 jirrapreżentaw devjazzjonijiet pożittivi jew negattivi, jiġifieri mhux il-medda totali. |
2B207
"Robots", "tagħmir tat-tarf" u unitajiet ta' kontroll, minbarra dawk speċifikati fi 2B007, kif ġej:
a. |
"Robots" jew "tagħmir tat-tarf" iddisinjati apposta sabiex ikunu konformi ma' l-istandards ta' sigurtà nazzjonali applikabbli għall-immaniġġar ta' splussivi qawwijin (per eżempju, li jissodisfaw il-kodiċi elettrika nominali għal splussivi qawwijin); |
b. |
Unitjiet ta' kontroll iddisinjati apposta għal xi wieħed mir-"robots" jew "tagħmir tat-tarf" speċifikati fi 2B207.a. |
2B209
Magni flow forming, magni spin forming bil-kapaċità ta' funzjonijiet flow forming, minbarra dawk speċifikati fi 2B009 jew 2B109, u mandarini tat-torn, kif ġej:
a. |
Magni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Mandarini tat-torn li jifformaw skrejjen iddisinjati sabiex jifformaw skrejjen ċilindriċi b'dijametru intern ta' bejn 75 mm u 400 mm. |
Nota: 2B209.a. jinkludi magni li għandhom romblu wieħed biss iddisinjati sabiex jiddeformaw il-metall u żewġ rombli awżiljarji li jsostnu l-mandarin tat-torn, iżda li ma jipparteċipawx direttament f'dan il-proċess ta' deformazzjoni.
2B219
Magni ta' l-ibbilanċjar ċentrifugali fuq aktar minn pjan wieħed, fissi jew portabbli, orizzontali jew vertikali, kif ġej:
a. |
Magni ta' l-ibbilanċjar ċentrifugali ddisinjati għall-ibbilanċjar ta' skrejjen flessibbli li għandhom tul ta' 600 mm jew aktar u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
b. |
Magni ta' l-ibbilanċjar ċentrifugali ddisinjati għall-ibbilanċjar ta' komponenti ta' skrejjen ċilindriċi vojta u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
2B225
Manipulaturi minn distanza li jistgħu jintużaw sabiex jipprovdu azzjonijiet minn distanza f'operazzjonijiet ta' separazzjoni radju-kimika jew f'ċelluli jaħarqu, li għandhom xi waħda mill-karatteristika li ġejjin:
a. |
Kapaċi jippenetraw 0,6 m jew aktar mill-ħajt ta' cellula taħraq (operazzjoni tat-tip minn ġol-ħajt (through-the-wall)); jew |
b. |
Kapaċi jgħaddu minn fuq naħa għal oħra ta' ħajt ta' cellula taħraq bi ħxuna ta' 0,6 m jew aktar (operazzjoni tat-tip minn fuq il-ħajt (over-the-wall)). |
Nota Teknika:
Manipulaturi minn distanza jbiddlu l-azzjonijiet ta' operatur uman għal driegħ li jaħdem minn distanza u muntaġġ terminali. Dawn jistgħu jkunu tat-tip "prinċipali/sekondarja" ("master/slave") jew imħaddma b'joystick jew tastiera.
2B226
Fran ta' l-induzzjoni f'atmosfera kkontrollata (vakwu jew gass inert), u provvisti ta' qawwa għalihom, kif ġej:
N. B: ARA WKOLL 3B.
a. |
Fran li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
b. |
Provvisti ta' qawwa, bi ħruġ speċifikat ta' qawwa ta' 5 kW jew aktar, iddisinjati apposta għall-ifran speċifikati fi 2B226.a. |
Nota: 2B226.a. ma jikkontrollax fran iddisinjati għall-ipproċessar ta' fetet semikondutturi.
2B227
Fran għat-tidwib u l-ikkastjar tal-metall f'vakwu jew atmosfera oħra kkontrollata u tagħmir relatat kif ġej:
a. |
Fran b'ark għat-tidwib mill-ġdid u fran għall-ikkastjar li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Fran għat-tidwib b'raġġ ta' elettroni u fran ta' atomizzazzjoni u tidwib ta' plażma, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
ċ. |
Sistemi ta' kontroll u monitoraġġ minn kompjuter ikkonfigurati apposta għal xi wieħed mill-ifran speċifikati fi 2B227.a. jew b. |
2B228
Tagħmir għall-fabbrikazzjoni jew l-assemblaġġ ta' skrejjen, tagħmir li jidritta l-iskrejjen, mandarini tat-torn li jifformaw imniefaħ u forom imnaqqxin, kif ġej:
a. |
Tagħmir għall-assemblaġġ ta' skrejjen għall-assemblaġġ ta' sezzjonijiet ta' tubi, dijaframmi u għotjien tat-tarf ta' skrejjen ta' ċentrifugi bil-gass; Nota: 2B228.a. jinkludi mandarini tat-torn ta' preċiżjoni, morsat u magni shrink fit. |
b. |
Tagħmir li jiddritta l-iskrejjen għall-allinjament ta' sezzjonijiet ta' tubi ta' skrejjen ta' ċentrifugi bil-gass fuq assi komuni; Nota Teknika: Fi 2B228.b. tali tagħmir ġeneralment jikkonsisti f'sondi tal-kejl ta' preċiżjoni konnessi ma' kompjuter li sussegwentement jikkontrolla l-azzjoni ta', per eżempju, pistuni pnewmatiċi li jintużaw għall-allinjament tas-sezzjonijiet tat-tubi ta' l-iskrejjen. |
ċ. |
Mandarini tat-torn li jifformaw imniefaħ u forom imnaqqxin għall-produzzjoni ta' mniefaħ b'konvoluzzjoni unika. Nota Teknika: Fi 2B228.ċ. l-imniefaħ għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
2B230
"Trasdutturi tal-pressjoni" kapaċi jkejlu pressjonijiet assoluti fi kwalunkwe punt fil-medda 0 sa 13 kPa u li għandhom ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Elementi ta' rilevament tal-pressjoni magħmula minn jew protetti b'aluminju, liega ta' l-aluminju, nikil jew liega tan-nikil b'aktar minn 60 % nikil bil-piż; u |
b. |
Li fihom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
Nota Teknika:
Għall-iskopijiet ta' 2B230, ’preċiżjoni’ tinkludi non-linearità, isterisi u ripetibbiltà fit-temperatura ta' l-ambjent.
2B231
Pompi tal-vakwu li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. |
Id-daqs ta' l-iżgħar parti tad-dħul daqs jew akbar minn 380 mm; |
b. |
Il-veloċità ta' l-ippumpjar daqs għal jew akbar minn 15 m3/s; u |
ċ. |
Kapaċi jipproduċu vakwu finali aħjar minn13 mPa. |
Noti Tekniċi:
1. |
Il-veloċità ta' l-ippumpjar hi determinata fil-punt tal-kejl b'gass tan-nitroġenu jew arja. |
2. |
Il-vakwu finali hu ddeterminat fid-dħul tal-pompa bid-dħul tal-pompa bblokkat. |
2B232
Kanuni b'diversi stadji b'gass ħafif jew sistemi oħrajn ta' kanuni b'veloċità għolja (tipi bil-bobini, elettromanjetiċi, u elettrotermiċi, u sistemi avvanzati oħrajn) li kapaċi jaċċelleraw projettili għal 2 km/s jew aktar.
2B350
Faċilitajiet, tagħmir u komponenti għall-manifattura ta' sustanzi kimiċi, kif ġej:
a. |
Kontenituri għar-reazzjoni jew reatturi, b'aġitaturi jew mingħajrhom, b'volum intern totali (ġeometriku) ta' aktar minn 0,1 m3 (100 litru) u inqas minn 20 m3 (20 000 litru), fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed tiġi(u) pproċessata(i) jew li tkun tinsab(jkunu jinsabu) fihom huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
b. |
Aġitaturi għall-użu fil-kontenituri għar-reazzjoni jew ir-reatturi speċifikati fi 2B350.a.; u impellers, xfafar jew xaftijiet iddisinjati għal tali aġitaturi, fejn l-uċuħ kollha ta' l-aġitatur li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed tiġi(u) pproċessata(i) jew li tkun tinsab(jkunu jinsabu) fihom huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
ċ. |
Tankijiet tal-ħżin, kontenituri jew reċipjenti b'volum intern totali (ġeometriku) ta' aktar minn 0,1 m3 (100 litru) fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed tiġi(u) pproċessata(i) jew li tkun tinsab(jkunu jinsabu) fihom huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
d. |
Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b'erja tal-wiċċ għat-trasferiment tas-sħana akbar minn 0,15 m2, u inqas minn 20 m2; u tubi, pjanċi, bobini jew blokok (qlub) iddisinjati għal tali tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi, fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed jiġi(u) pproċessata(i) huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
e. |
Kolonni tad-distillazzjoni jew l-assorbiment b'dijametru intern ta' aktar minn 0,1 m; u distributuri ta' likwidi, distributuri ta' fwar jew kolletturi ta' likwidi ddisinjati għal tali kolonni tad-distillazzjoni jew ta' l-assorbiment, fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed jiġi(u) pproċessata(i) huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
f. |
Tagħmir tal-mili li jaħdem remotement fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed jiġi(u) pproċessata(i) huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
g. |
Valvijiet b'daqsijiet nominali akbar minn 10 mm u l-kejsings (korpi tal-valvijiet) jew l-inforor preformati tal-kejsings ddisinjati għal tali valvijiet, fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed jiġi(u) pproċessata(i) jew li tkun tinsab(jkunu jinsabu) fihom huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
h. |
Kanen b'aktar minn ħajt wieħed li jinkorporaw fetħa għar-rilevament ta' nixxija, fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed jiġi(u) pproċessata(i) huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
i. |
Pompi b'siġilli multipli jew mingħajr siġill, b'rata ta' fluss massima speċifikata mill-manifattur ta' aktar minn 0,6 m3/siegħa, jew pompi tal-vakwu b'rata ta' fluss massima speċifikata mill-manifattur ta' aktar minn 5 m3/siegħa (taħt kondizzjonijiet ta' temperatura standard (273 K (0 °C)) u pressjoni standard (101,3 kPa)); u kejsings (korpi tal-pompa), inforor tal-kejsings preformati, impellers, rotors jew żennuni tal-pompi tal-ġett iddisinjata għal tali pompi, fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza/i kimika/kimiċi li qed jiġu pproċessati huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
j. |
Inċineraturi ddisinjati sabiex jeqirdu s-sustanzi kimiċi speċifikati f'1Ċ350, b'sistemi ta' forniment ta' l-iskart iddisinjati apposta, faċilitajiet tal-immaniġġar speċjali u temperatura medja fil-kamra tal-kombustjoni ta' aktar minn 1 273 K (1 000 °C), fejn l-uċuħ kollha fis-sistema tal-forniment ta' l-iskart li jiġu f'kuntatt dirett mal-prodotti ta' l-iskart huma magħmula minn jew miksija b'xi wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
Nota Teknika:
"Grafit tal-karbonju" huwa kompożizzjoni ta' karbonju amorfu u grafit, fejn il-kontenut ta' grafit huwa tmienja fil-mija jew aktar bil-piż.
2B351
Sistemi ta' monitoraġġ ta' gassijiet tossiċi, kif ġej; u rilevaturi dedicati għalihom:
a. |
Iddisinjati għal tħaddim kontinwu u li jistgħu jintużaw għar-rilevament ta' l-aġenti tal-gwerra kimika jew is-sustanzi kimiċi speċifikati f'1Ċ350, f'konċentrazzjonijiet ta' anqas minn 0.3 mg/m3; jew |
b. |
Iddisinjati għar-rilevament ta' attività li timpedixxi l-kolinesterasi. |
2B352
Tagħmir li jista' jintuża fl-immaniġġar ta' materjal bijoloġiku, kif ġej:
a. |
Faċilitajiet ta' konteniment bijoloġiku kompluti fil-livell ta' konteniment P3, P4; Nota Teknika: Il-livelli ta' konteniment P3 jew P4 (BL3, BL4, L3, L4) huma kif speċifikati fil-manwal tal-WHO Laboratory Biosafety (it-tieni edizzjoni, Ġinevra 1993). |
b. |
Fermentaturi li kapaċi jikkoltivaw "mikroorganiżmi" patoġeniċi, virus jew li kapaċi jipproduċu tossini, mingħajr il-propagazzjoni ta' erosol, u li għandhom kapaċità totali ta' 20 litru jew aktar; Nota Teknika: Fermentaturi jinkludu bijoreatturi, kemostati u sistemi ta' fluss kontinwu. |
ċ. |
Separaturi ċentrifugali, b'kapaċità ta' separazzjoni kontinwa mingħajr propagazzjoni ta' erosol, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Nota Teknika: Separaturi ċentrifugali jinkludu dekantaturi. |
d. |
Tagħmir u komponenti ta' filtrazzjoni bi fluss imsallab (tanġenzjali) kif ġej:
Nota: 2B352.d. ma jikkontrollax it-tagħmir tar-reverse osmosis kif speċifikat mill-manifattur. |
e. |
Tagħmir li jnixxef bl-iffriżar li hu sterilizzabbli bl-istim bil-kapaċità tal-kondensatur ta' aktar minn 10 kg ta' silġ f'24 siegħa u anqas minn 1 000 kg ta' silġ f'24 siegħa; |
f. |
Tagħmir ta' protezzjoni u ta' konteniment, kif ġej:
|
g. |
Kmamar iddisinjati għall-ittestjar tal-konfront ta' erosol ma' "mikroorganiżmi", virus jew "tossini" u li għandhom kapaċità ta' 1 m3 jew akbar. |
2Ċ
Materjali
Xejn.
2D
Software
2D001
"Software", minbarra dak speċifikat fi 2D002, iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" tat-tagħmir speċifikat fi 2A001 jew 2B001 sa 2B009.
2D002
"Software" għal apparat elettroniku, ukoll meta jkun residenti f'apparat jew sistema elettronika, li jippermetti lil dan l-apparat jew sistemi li jiffunzjonaw bħala unità ta' "kontroll numeriku", b'kapaċità li jikkoordina simultanjament aktar minn erba' assi għall-"kontroll tal-kontorn".
Nota 1: 2D002 ma jikkontrollax "software" iddisinjat apposta jew modifikat għat-tħaddim ta' l-għodod bil-magna mhux speċifikati fil-Kategorija 2.
Nota 2: 2D002 ma jikkontrollax "software" għall-oġġetti speċifikati fi 2B002. Ara 2D001 għall-kontroll ta' "software" għall-oġġetti speċifikati fi 2B002.
2D101
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"użu" tat-tagħmir speċifikat fi 2B104, 2B105, 2B109, 2B116, 2B117 jew 2B119 sa 2B122.
N.B.: ARA WKOLL 9D004.
2D201
"Software" ddisinjat apposta għall-"użu" tat-tagħmir speċifikat fi 2B204, 2B206, 2B207, 2B209, 2B219 jew 2B227.
2D202
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" tat-tagħmir speċifikat fi 2B201.
2E
Teknoloġija
2E001
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" tat-tagħmir jew is-"software" speċifikati fi 2A, 2B jew 2D.
2E002
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat fi 2A jew 2B.
2E003
"Teknoloġija" oħra, kif ġej:
a. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp" ta' grafika interattiva bħala parti integrata fl-unitajiet ta' "kontroll numeriku" għall-preparazzjoni jew il-modifika ta' programmi parzjali; |
b. |
"Teknoloġija" għall-proċessi ta' manifatturar fix-xogħol fuq il-metall, kif ġej:
|
ċ. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' makkinarju idrawliku li jifforma l-oġġetti bl-istirar u l-forom għalih, għall-manifattura ta' strutturi ta' korpi ta' ajruplani; |
d. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp" ta' ġeneraturi ta' struzzjonijet għal għodod bil-magna (eż., programmi parzjali) minn data għad-disinn residenti f'unitajiet ta' "kontroll numeriku"; |
e. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp" ta' "software" ta' integrazzjoni għall-inkorporazzjoni f'unitajiet ta' "kontroll numeriku" ta' sistemi esperti għall-appoġġ ta' deċiżjonijiet avvanzati dwar operazzjonijiet fil-fabbriki; |
f. |
"Teknoloġija" għall-applikazzjoni ta' kisi mill-ġdid inorganiku jew kisi inorganiku li jimmodifika l-uċuħ (speċifikati fil-kolonna 3 tat-tabella li ġejja) lil sottostrati non-elettroniċi (speċifikati fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja), bi proċessi speċifikati fil-kolonna 1 tat-tabella li ġejja u definiti fin-Nota Teknika. Nota: It-tabella u n-Nota Teknika jidhru wara l-entrata 2E301. |
2E101
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tat-tagħmir jew is-"software" speċifikati fi 2B004, 2B009, 2B104, 2B109, 2B116, 2B119 sa 2B122 jew 2D101.
2E201
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tat-tagħmir jew is-"software" speċifikat fi 2A225, 2A226, 2B001, 2B006, 2B007.b., 2B007.ċ., 2B008, 2B009, 2B201, 2B204, 2B206, 2B207, 2B209, 2B225 sa 2B232, 2D201 jew 2D202.
2E301
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' l-oġġetti speċifikati fi 2B350 sa 2B352.
Tabella
Metodi ta' depożizzjoni
|
|
|
||||||
|
"Superliegi" |
Aluminuri għal passaġġi interni |
||||||
Ċeramika (19) u ħġieġ b'espansjoni baxxa (14) |
Siliċuri Karburi Saffi dielettriċi (15) Djamant Karbonju bħad-djamant (17) |
|||||||
"Kompożiti" ta' "matriċi" tal-karbonju-karbonju, taċ-ċeramika jew tal-metall |
Siliċuri Karburi Metalli refrattarji Taħlitiet tagħhom (4) Saffi dielettriċi (15) Aluminuri Aluminuri lligati (2) Nitrur tal-boron |
|||||||
Karbur tat-tungstenu ssimentat (16), Karbur tas-silikon (18) |
Karburi Tungstenu Taħlitiet tagħhom (4) Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Molibdenu u liegi tal-molibdenu |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Berillju u liegi tal-berillju |
Saffi dielettriċi (15) Djamant Karbonju bħad-djamant (17) |
|||||||
Materjali għat-twieqi tas-sensuri (9) |
Saffi dielettriċi (15) Djamant Karbonju bħad-djamant (17) |
|||||||
|
|
|
||||||
|
"Superliegi" |
Siliċuri lligati Aluminuri lligati (2) MCrAlX (5) Ossidi taż-żirkonju modifikati (12) Siliċuri Aluminuri Taħlitiet tagħhom (4) |
||||||
Ċeramika (19) u ħġieġ b'espansjoni baxxa (14) |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Azzar reżistenti għall-korrużjoni (7) |
MCrAlX (5) Ossidi taż-żirkonju modifikati (12) Taħlitiet tagħhom (4) |
|||||||
"Kompożiti" ta' "matriċi" tal-karbonju-karbonju, taċ-ċeramika jew tal-metall |
Siliċuri Karburi Metalli refrattarji Taħlitiet tagħhom (4) Saffi dielettriċi (15) Nitrur tal-boron |
|||||||
Karbur tat-tungstenu ssimentat (16), Karbur tas-silikon (18) |
Karburi Tungstenu Taħlitiet tagħhom (4) Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Molibdenu u liegi tal-molibdenu |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Berillju u liegi tal-berillju |
Saffi dielettriċi (15) Boruri Berillju |
|||||||
Materjali għat-twieqi tas-sensuri (9) |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Liegi tat-titanju (13) |
Boruri Nitruri |
|||||||
|
Ċeramika (19) u ħġieġ b'espansjoni baxxa (14) |
Saffi dielettriċi (15) Karbonju bħad-djamant (17) |
||||||
"Kompożiti" ta' "matriċi" tal-karbonju-karbonju, taċ-ċeramika jew tal-metall |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Karbur tat-tungstenu ssimentat (16), |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Karbur tas-silikon Molibdenu u liegi tal-molibdenu |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Berillju u liegi tal-berillju |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Materjali għat-twieqi tas-sensuri (9) |
Saffi dielettriċi (15) Karbonju bħad-djamant (17) |
|||||||
|
Ċeramika (19) u ħġieġ b'espansjoni baxxa (14) |
Siliċuri Saffi dielettriċi (15) Karbonju bħad-djamant (17) |
||||||
"Kompożiti" ta' "matriċi" tal-karbonju-karbonju, taċ-ċeramika jew tal-metall |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Karbur tat-tungstenu ssimentat (16), |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Karbur tas-silikon Molibdenu u liegi tal-molibdenu |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Berillju u liegi tal-berillju |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Materjali għat-twieqi tas-sensuri (9) |
Saffi dielettriċi (15) Karbonju bħad-djamant |
|||||||
|
"Superliegi" |
Siliċuri lligati Aluminuri lligati (2) MCrAlX (5) |
||||||
Polimeri (11) u kompożiti ta' "matriċi" organika |
Boruri Karburi Nitruri Karbonju bħad-djamant (17) |
|||||||
|
"Kompożiti" ta' "matriċi" taċ-ċeramika jew tal-metall |
Siliċuri Karburi Taħlitiet tagħhom (4) |
||||||
Liegi tat-titanju (13) |
Siliċuri Aluminuri Aluminuri lligati (2) |
|||||||
Metalli u liegi refrattarji (8) |
Siliċuri Ossidi |
|||||||
|
"Superliegi" |
MCrAlX (5) Ossidi taż-żirkonju modifikati (12) Taħlitiet tagħhom (4) Nikil-grafit li jista' jinbarax Materjali li jistgħu jinbarxu li fihom Ni-Cr-Al Al-Si-Poliester li jista' jinbarax Aluminuri lligati (2) |
||||||
Aluminuri lligati (6) |
MCrAlX (5) Ossidi taż-żirkonju modifikati (12) Siliċuri Taħlitiet tagħhom (4) |
|||||||
Metalli u liegi refrattarji (8) |
Aluminuri Siliċuri Karburi |
|||||||
Azzar reżistenti għall-korrużjoni (7) |
MCrAlX (5) Ossidi taż-żirkonju modifikati (12) Taħlitiet tagħhom (4) |
|||||||
Liegi tat-titanju (13) |
Karburi Aluminuri Siliċuri Aluminuri lligati (2) Nikil-grafit li jista' jinbarax Materjali li jistgħu jinbarxu li fihom Ni-Cr-Al Al-Si-Poliester li jista' jinbarax |
|||||||
|
Metalli u liegi refrattarji (8) |
Siliċuri mdewba Aluminuri mdewba ħlief għal elementi ta' tisħin bir-reżistenza |
||||||
"Kompożiti" ta' "matriċi" tal-karbonju-karbonju, taċ-ċeramika jew tal-metall |
Siliċuri Karburi Taħlitiet tagħhom (4) |
|||||||
|
"Superliegi" |
Siliċuri lligati Aluminuri lligati (2) Aluminuri modifikati b'metall nobbli (3) MCrAlX (5) Ossidi taż-żirkonju modifikati (12) Platinu Taħlitiet tagħhom (4) |
||||||
Ċeramika u ħġieġ b'espansjoni baxxa (14) |
Siliċuri Platinu Taħlitiet tagħhom (4) Saffi dielettriċi (15) Karbonju bħad-djamant (17) |
|||||||
Liegi tat-titanju (13) |
Boruri Nitruri Ossidi Siliċuri Aluminuri Aluminuri lligati (2) Karburi |
|||||||
"Kompożiti" ta' "matriċi" tal-karbonju-karbonju, taċ-ċeramika jew tal-metall |
Siliċuri Karburi Metalli refrattarji Taħlitiet tagħhom (4) Saffi dielettriċi (15) Nitrur tal-boron |
|||||||
Karbur tat-tungstenu ssimentat (16), Karbur tas-silikon (18) |
Karburi Tungstenu Taħlitiet tagħhom (4) Saffi dielettriċi (15) Nitrur tal-boron |
|||||||
Molibdenu u liegi tal-molibdenu |
Saffi dielettriċi (15) |
|||||||
Berillju u liegi tal-berillju |
Boruri Saffi dielettriċi (15) Berillju |
|||||||
Materjali għat-twieqi tas-sensuri (9) |
Saffi dielettriċi (15) Karbonju bħad-djamant (17) |
|||||||
Metalli u liegi refrattarji (8) |
Aluminuri Siliċuri Ossidi Karburi |
|||||||
|
Azzar għal kuxxinetti ta' temperatura għolja |
Addizzjonijiet ta' kromju Tantalu jew Nijobju (Kolumbju) |
||||||
Liegi tat-titanju (13) |
Boruri Nitruri |
|||||||
Berillju u liegi tal-berillju |
Boruri |
|||||||
Karbur tat-tungstenu ssimentat (16) |
Karburi Nitruri |
Tabella — Metodi ta' Depożizzjoni — Noti
1. |
It-terminu ’proċess ta' kisi’ jinkludi tiswija ta' kisi u restawr kif ukoll kisi oriġinali. |
2. |
It-terminu ’kisi ta' aluminuri lligati’ jinkludi kisjiet fi stadju wieħed jew stadji multipli li fihom element jew elementi huma depożitati qabel jew matul l-applikazzjoni tal-kisi bl-aluminur, anke jekk dawn l-elementi huma depożitati bi proċess ta' kisi ieħor. Dan, madankollu, ma jinkludix l-użu multipli ta' proċessi ta' simentazzjoni f'pakkett fi stadju wieħed sabiex jinkisbu aluminuri lligati. |
3. |
It-terminu kisi ta' ’aluminur modifikat b'metall nobbli’ jinkludi kisjiet bi stadji multipli li fihom il-metall nobbli jew metalli nobbli huma mqiegħda b'xi proċess ta' kisi ieħor qabel l-applikazzjoni tal-kisja ta' l-aluminur. |
4. |
It-terminu ’taħlitiet tagħhom’ jinkludi materjal infiltrat, kompożizzjonijiet gradati, ko-depożiti u depożiti f'ħafna saffi u li huma miksuba b'wieħed jew aktar mill-proċessi ta' kisi speċifikati fit-Tabella. |
5. |
’MCrAlX’ jirreferi għal liega ta' kisi fejn M tirrappreżenta kobalt, ħadid, nikil jew kombinazzjonijiet tagħhom u X tirrappreżenta ħafnju, ittriju, silikon, tantalu fi kwalunkwe ammont jew addizzjonijiet intenzjonali oħrajn ta' aktar minn 0.01 fil-mija bil-piż f'diversi proporzjonijiet u kombinazzjonijiet, minbarra:
|
6. |
It-terminu ’liegi ta' l-aluminju’ jirreferi għal liegi li għandhom limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ta' 190 MPa jew aktar imkejla f'293 K (20 °C). |
7. |
It-terminu "azzar reżistenti għall-korrużjoni" jirreferi għall-azzar tas-serje 300 ta' l-AISI (Istitut Amerikan tal-Ħadid u l-Azzar) jew azzar ta' standards nazzjonali ekwivalenti. |
8. |
’Metalli u liegi refrattarji’ jinkludu l-metalli li ġejjin u l-liegi tagħhom: nijobju (kolumbju), molibdenu, tungstenu u tantalu. |
9. |
’Materjali għat-twieqi tas-sensuri’, kif ġej: ossidu ta' l-aluminju, silikon, ġermanju, sulfid taż-żingu, selenjur taż-żingu, arsenjur tal-gallju, djamant, fosfur tal-gallju, żaffir u l-alidi ta' metalli li ġejjin: materjali għat-twieqi tas-sensuri ta' dijametru ta' aktar minn 40 mm għall-fluworur taż-żirkonju u l-fluworur tal-ħafnju. |
10. |
"Teknoloġija" għas-simentazzjoni f'pakkett fi stadju wieħed ta' profili aerodinamiċi solidi m'hix ikkontrollata mill-Kategorija 2. |
11. |
’Polimeri’, kif ġej: polimmidi, poliester, polisulfid, polikarbonati u polyiuretani. |
12. |
’Ossidu taż-żirkonju modifikat’ jirreferi għall-addizzjonijiet ta' ossidi metalliċi oħrajn (eż., ossidi tal-kalċju, tal-manjesju, ta' l-ittriju, tal-ħafnju, u ta' metalli ta' l-art rari) ma' l-ossidu taż-żirkonju sabiex jiġu stabbilizzati ċerti fażijiet kristallografiċi u kompożizzjonijiet ta' fażi. Kisjiet li jservu ta' barriera termika magħmula minn ossidi taż-żirkonju, modifikati b'ossidi tal-kalċju jew tal-manjesju bit-taħlit jew bil-fużjoni, m'humiex ikkontrollati. |
13. |
’Liegi tat-titanju’ tirreferi biss għal liegi ta' l-aerospazju li għandhom limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ta' 900 MPa jew aktar imkejla f'293 K (20 °C). |
14. |
’Ħġieg b'espansjoni baxxa’ tirreferi għal ħġieg li għandhom koeffiċjent ta' espansjoni termika ta' 1 x 10–7 K–1 jew anqas imkejla f'293 K (20 °C). |
15. |
’Saffi dielettriċi’ huma kisjiet mibnija minn għadd ta' saffi ta' materjali iżolaturi li fihom il-proprjetajiet ta' interferenza ta' disinn kompost minn materjali ta' diversi indiċi rifrattivi huma użati sabiex jirriflettu, jittrasmettu jew jassorbu diversi faxex ta' tul ta' mewġ. Saffi dielettriċi tirreferi għal aktar minn erba' saffi dielettriċi jew saffi "kompożiti" dielettriċi/metall. |
16. |
"Karbur tat-tungstenu ssimentat" ma jinkludix materjali ta' l-għodod tal-qtugħ u ta' l-iffurmar li jikkonsistu minn karbur tat-tungstenu/(kobalt, nikil), karbur tat-titanju/(kobalt, nikil), karbur tal-kromju/nikil-kromju u karbur tal-kromju/nikil. |
17. |
"Teknoloġija" ddisinjata apposta sabiex jiġi depożitat karbonju bħad-djamant fuq xi wieħed minn dawn li ġejjin m'hix ikkontrollata:
|
18. |
’Karbur tas-silikon’ ma jinkludix materjali għall-għodod tal-qtugħ u ta' l-iffurmar. |
19. |
Sottostrati taċ-ċeramika, kif użati f'din l-entrata, ma jinkludux materjali taċ-ċeramika li fihom 5 % bil-piż, jew aktar, kontenut tat-tafal jew tas-siment, kemm bħala kostitwenti separati jew f'kombinazzjoni. |
Tabella — Metodi ta' depożizzjoni — Nota Teknika
Proċessi speċifikati fil-Kolonna 1 tat-Tabella huma definiti kif ġej:
a. |
Depożizzjoni Kimika mill-Fwar (CVD) hija proċess ta' kisi għall-kisi mill-ġdid jew proċess ta' kisi li jimmodifika l-uċuħ fejn metall, liega, "kompożitu", dielettriku jew ċeramika hija ddepożitata fuq sottostrat imsaħħan. Reaġenti gassużi huma dekomposti jew kombinati fil-viċin ta' sottostrat bir-riżultat tad-depożizzjoni ta' l-elemental, il-liega jew il-materjal kompost mixtieq fuq is-sottostrat. L-enerġija għal dan il-proċess ta' dekompożizzjoni jew reazzjoni kimika tista' tiġi pprovduta mis-sħana tas-sottostrat, plażma ta' skarika luminixxenti, jew irradjazzjoni bil-"laser". N.B.1 CVD tinkludi l-proċessi li ġejjin: depożizzjoni barra mill-pakkett bi fluss ta' gass direzzjonat, CVD bl-impulsi, depożizzjoni termika b'nukleazzjoni kontrollata (CNTD), proċessi CVD imtejbin bil-plażma jew assistiti mill-plażma. N.B.2 Pakkett jiddenota sottostrat mgħaddas f'taħlita ta' trab. N.B.3 Ir-reaġenti gassużi użati fil-proċess ta' barra mill-pakkett huma prodotti bl-użu ta' l-istess reazzjonijiet bażiċi u parametri bħall-proċess tas-simentazzjoni f'pakkett, ħlief li s-sottostrat li għandu jinkesa ma jkunx f'kuntatt mat-taħlita tat-trab. |
b. |
Depożizzjoni Fiżika mill-Fwar permezz ta' Evaporazzjoni Termika (TE-PVD) hija proċess ta' kisi mill-ġdid imwettaq f'vakwu bi pressjoni ta' anqas minn 0.1 Pa fejn sors ta' enerġija termika huwa użat sabiex jivvaporizza l-materjal tal-kisi. Dan il-proċess jirriżulta fil-kondensazzjoni, jew id-depożizzjoni, ta' l-ispeċi evaporata fuq sottostrati pożizzjonati b'mod adatt. Iż-żieda ta' gassijiet fil-kamra tal-vakwu matul il-proċess ta' kisi sabiex jiġu sintetizzati kisjiet komposti hija modifika ordinarja tal-proċess. L-użu ta' raġġi ta' joni jew ta' elettroni, jew plażma, sabiex tiġi attivata jew assistita d-depożizzjoni tal-kisja hija wkoll modifika komuni f'din it-teknika. L-użu ta' monituri sabiex jiġi pprovdut kejl waqt il-proċess tal-karatteristiċi ottiċi u tal-ħxuna tal-kisjiet tista' tkun karatteristika ta' dawn il-proċessi. Proċessi TE-PVD speċifiċi huma kif ġej:
|
ċ. |
Simentazzjoni f'Pakkett huwa proċess ta' kisi li jimmodifika l-uċuħ jew proċess ta' kisi mill-ġdid fejn is-sottostrat huwa mgħaddas f'taħlita ta' trab (pakkett), li jikkonsisti minn:
Is-sottostrat u t-taħlita tat-trab jinżammu fi storta li hija msaħħna għal bejn 1 030 K (757 °C) u 1 375 K (1 102 °C) għal ħin biżżejjed sabiex tiġi depożitata l-kisja. |
d. |
Traxxix bi Plażma huwa proċess ta' kisi mill-ġdid fejn pistola (torċa tal-bexx) li tipproduċi u tikkontrolla plażma tilqa' materjali tal-kisi fil-forma ta' trab jew ta' wajer, iddewwibhom u timbottahom lejn sottostrat, li fuqu tifforma kisja marbuta integralment. Traxxix bi plażma jikkostitwixxi kemm traxxix bi plażma fi pressjoni baxxa jew traxxix bi plażma b'veloċità għolja. N.B.1 Pressjoni baxxa tfisser pressjoni anqas mill-pressjoni atmosferika ta' l-ambjent. N.B.2 Veloċità għolja tirreferi għal veloċità tal-ħruġ tal-gass miż-żennuna ta' aktar minn 750 m/s kkalkulata f'293 K (20 °C) f'0.1 MPa. |
e. |
Depożizzjoni ta' Suspensjonijiet hija proċess ta' kisi li jimmodifika l-uċuħ jew proċess ta' kisi mill-ġdid fejn trab tal-metall jew taċ-ċeramika b'materjal organiku li jgħaqqad isir f'suspensjoni f'likwidu u jiġi applikat għal sottostrat bit-traxxix, bl-immersjoni jew billi jinżeba', sussegwentement jitnixxef bl-arja jew fil-forn, u jiġi ttrattat bis-sħana sabiex tinkiseb il-kisja mixtieqa. |
f. |
Depożizzjoni permezz ta' traxxix katodiku huwa proċess ta' kisi mill-ġdid ibbażat fuq fenomenu ta' transferiment ta' momentum, fejn joni pożittivi jiġu aċċellerati permezz ta' kamp elettriku lejn il-wiċċ ta' bersall (materjal tal-kisi). L-enerġija kinetika miksuba mill-impatt tal-joni hija suffiċjenti sabiex tikkawża r-rilaxx ta' atomi mill-wiċċ tal-bersall u d-depożitu tagħhom fuq sottostrat pożizzjonat b'mod adatt. N.B.1 It-Tabella tirreferi biss għal depożizzjoni permezz ta' traxxix katodiku bi triodu, manjetron jew reattiva li hija użata sabiex tiżdied l-adeżjoni tal-kisja u r-rata ta' depożizzjoni u għad-depożizzjoni permezz ta' traxxix katodiku miżjud bil-frekwenza tar-radju (RF) użata sabiex tippermetti l-vaporizzazzjoni ta' materjali tal-kisi mhux metalliċi. N.B.2 Raġġi tal-joni ta' enerġija baxxa (anqas minn 5 keV) jistgħu jintużaw sabiex jattivaw id-depożizzjoni. |
g. |
Impjantazzjoni Jonika hija proċess ta' kisi li jimmodifika l-uċuħ fejn l-element li għandu jiġi illigat jiġi jonizzat, aċċellerat minn gradjent ta' potenzjal u impjantat fir-reġjun tal-wiċċ tas-sottostrat. Dan jinkludi proċessi li fihom l-impjantazzjoni jonika ssir simultanjament mad-depożizzjoni fiżika mill-fwar permezz ta' raġġ ta' l-elettroni jew mad-depożizzjoni permezz ta' traxxix katodiku. |
KATEGORIJA 3
ELETTRONIKA
3A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
Nota 1: L-istatus ta' kontroll tat-tagħmir u tal-komponenti deskritti fi 3A001 jew 3A002, minbarra dawk deskritti fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.10. jew 3A001.a.12., li huma ddisinjati apposta għal jew li għandhom l-istess karatteristiċi funzjonali bħal tagħmir ieħor huwa determinat mill-istatus ta' kontroll tat-tagħmir l-ieħor.
Nota 2: L-istatus ta' kontroll taċ-ċirkwiti integrati deskritti fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.9. jew 3A001.a.12. li huma pprogrammati b'mod li ma jistax jinbidel jew iddisinjati għal funzjoni speċifika għal tagħmir ieħor huwa determinat mill-istatus ta' kontroll tat-tagħmir l-ieħor.
N.B.: Meta l-manifattur jew l-applikant ma jistax jiddetermina l-istatus ta' kontroll tat-tagħmir l-ieħor, l-istatus ta' kontroll taċ-ċirkwiti integrati huwa determinat fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.9. u 3A001.a.12.
Jekk iċ-ċirkwit integrat huwa "mikroċirkwit mikrokompjuter" abbażi tas-silikon jew mikroċirkwit mikrokontrollur deskritt fi 3A001.a.3. li għandu tul ta' kliem ta' l-operand (data) ta' 8 bit jew anqas, l-istatus ta' kontroll taċ-ċirkwit integrat huwa determinat fi 3A001.a.3.
3A001
Komponenti elettroniċi, kif ġej:
a. |
Ċirkwiti integrati bi skop ġenerali, kif ġej: Nota 1: L-istatus ta' kontroll ta' fetet (mitmuma jew mhux mitmuma), li fihom il-funzjoni ġiet determinata, għandu jiġi evalwat skond il-parametri ta' 3A001.a. Nota 2: Ċirkwiti integrati jinkludi t-tipi li ġejjin:
|
b. |
Komponenti ta' microwave jew ta' mewġa millimetrika, kif ġej:
|
ċ. |
Apparat tal-mewġ akustiku, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalih:
|
d. |
Apparat elettroniku u ċirkwiti li fihom komponenti, manifatturati minn materjali "superkonduttivi" ddisinjati apposta għal tħaddim f'temperaturi taħt "it-temperatura kritika" ta' mill-anqas wieħed mill-kostitwenti "superkonduttivi", b'xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
e. |
Apparat b'enerġija għolja, kif ġej:
|
f. |
Kodifikaturi ta' pożizzjoni assoluta b'assi primarju tat-tip rotanti li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
g. |
Apparat ta' l-iswiċċjar b'tiristori bil-qawwa ta' l-impuls fl-istat solidu u ’moduli tat-tiristori’ li jużaw metodi ta' swiċċjar ikkontrollati elettrikament, ottikament jew b'radjazzjoni ta' l-elettroni, li għandu xi wieħed minn dawn li ġejjin:
Nota 1: 3A001.g. jinkludi:
Nota 2: 3A001.g. ma jikkontrollax apparat ta' tiristori u ’moduli ta' tiristori’ inkorporati f'tagħmir iddisinjat għal applikazzjonijiet għal ferroviji ċivili jew "inġenji ta' l-ajru ċivili". Nota Teknika: Għall-iskopijiet ta' 3A001.g., ’modulu ta' tiristori’ fih apparat wieħed ta' tiristori jew aktar. |
3A002
Tagħmir elettroniku għal skop ġenerali, kif ġej:
a. |
Tagħmir tar-reġistrazzjoni, kif ġej, u tejp ta' ttestjar iddisinjat apposta għalih:
|
b. |
"Assemblaġġi elettroniċi" ta' "sintetizzaturi tal-frekwenza" li għandhom "ħin għall-bdil tal-frekwenza" minn frekwenza waħda magħżula għal oħra ta' anqas minn 1 ms; Nota: L-istatus ta' kontroll ta' analizzaturi tas-sinjali, ġeneraturi tas-sinjali, analizzaturi tan-netwerks, u riċevituri ta' ttestjar microwave bħala strumenti awtonomi huwa ddeterminat minn 3A002.ċ., 3A002.d., 3A002.e., and 3A002.f., rispettivament. |
ċ. |
"Analizatturi tas-sinjali" tal-frekwenza tar-radju, kif ġej:
|
d. |
Ġeneraturi tas-sinjali sintetizzati bil-frekwenza li jipproduċu frekwenzi ta' ħruġ, li l-preċiżjoni u l-istabbiltà tagħhom fuq perijodu qasir jew fuq perijodu twil huma kkontrollati, idderivati minn jew iddixxiplinati mill-oxxillatur ta' riferiment intern prinċipali, u li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:
Nota 1.: Għall-iskop ta' 3A002.d., it-terminu ġeneraturi tas-sinjali sintetizzati bil-frekwenza jinkludi ġeneraturi tal-forma tal-mewġa arbitrarja u ġeneraturi tal-funzjoni. Nota 2.: 3A002.d. ma jikkontrollax tagħmir li fih il-frekwenza ta' ħruġ hija prodotta biż-żieda jew bit-tnaqqis ta' żewġ frekwenzi jew aktar ta' oxxillattur tal-kristall, jew inkella biż-żieda jew bit-tnaqqis segwiti minn multiplikazzjoni tar-riżultat. Noti Tekniċi:
|
e. |
Analizzaturi tan-netwerk bi frekwenza operattiva massima ta' aktar minn 43,5 GHz; |
f. |
Riċevituri ta' ttestjar microwave li għandhom dawn kollha li ġejjin:
|
g. |
Standards tal-frekwenza atomiċi li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:
Nota: 3A002.g.1. ma jikkontrollax standards ta' rubidju li m'humiex "kwalifikati għall-użu spazjali". |
3A003
Sistemi ta' ġestjoni termika bi tkessiħ permezz ta' traxxix li jużaw tagħmir ta' maniġġar u rikondizzjonar b'ċirkwit magħluq tal-fluwidu fi spazju ssiġġillat fejn fluwidu dielettriku jiġi mraxxax fuq komponenti elettroniċi li jużaw żennuni tal-bexx iddisinjati apposta sabiex iżommu l-komponenti elettroniċi fil-medda tat-temperatura operattiva tagħhom, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.
3A101
Tagħmir, apparat u komponenti elettroniċi, minbarra dawk speċifikati fi 3A001, kif ġej:
a. |
Konvertituri minn analoġiku għal diġitali, li jistgħu jintużaw f' "missili", iddisinjati sabiex jissodisfaw speċifikazzjonijiet militari għal tagħmir rinfurzat; |
b. |
Aċċelleraturi li kapaċi jwasslu radjazzjoni elettromanjetika prodotta bi bremsstrahlung minn elettroni aċċellerati ta' 2 MeV jew akbar, u sistemi li fihom dawk l-aċċelleraturi. Nota: 3A101.b. hawn fuq ma jispeċifikax tagħmir iddisinjat apposta għal skopijiet mediċi. |
3A102
’Batteriji termiċi’ ddisinjati jew modifikati għal ’missili’.
Noti Tekniċi:
1. |
Fi 3A102 ’batteriji termiċi’ huma batteriji li jintużaw darba li fihom melħ inorganiku solidu non-konduttiv bħala l-elettrolit. Dawn il-batteriji jinkorporaw materjal pirolitiku li, meta jitqabbad, idewweb l-elettrolit u jattiva l-batterija. |
2. |
Fi 3A102 ’missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km. |
3A201
Komponenti elettroniċi, minbarra dawk speċifikati fi 3A001, kif ġej;
a. |
Kapaċituri li għandhom xi wieħed minn dawn il-gruppi ta' karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Elettromanjeti tas-solenojdi superkonduttivi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Nota: 3A201.b. ma jikkontrollax kalamiti ddisinjati apposta għal u esportati "bħala parti minn" sistemi mediċi ta' ħolqien ta' immaġini b'reżonanza manjetika nukleari (NMR). Il-frażi "bħala parti minn" ma tfissirx neċessarjament parti fiżika fl-istess kunsinna; kunsinni separati minn sorsi differenti huma permessi, sakemm id-dokumenti ta' l-esportazzjoni relatati jispeċifikaw b'mod ċar li l-kunsinni jintbagħtu "bħala parti minn" sistemi ta' immaġini. |
ċ. |
Ġeneraturi tar-raġġi-X bil-flash jew aċċelleratturi ta' l-elettroni bl-impulsi li għandhom wieħed mill-gruppi ta' karatteristiċi li ġejjin:
Nota: 3A201.ċ. ma jikkontrollax aċċelleraturi li huma partijiet komponenti ta' apparat iddisinjat għal skopijiet oħra minbarra radjazzjoni b'raġġ ta' l-elettroni jew radjazzjoni bir-raġġi-X (mikroskopija ta' l-elettroni, per eżempju) u lanqas dawk iddisinjati għal skopijiet mediċi: Noti Tekniċi:
|
3A225
Varjaturi tal-frekwenza jew ġeneraturi, minbarra dawk speċifikati f'0B001.b.13., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. |
Ħruġ multifażi li kapaċi jipprovdi qawwa ta' 40 W jew aktar; |
b. |
Kapaċi jaħdmu fil-medda ta' frekwenzi bejn 600 u 2 000 Hz; |
ċ. |
Distorsjoni armonika totali aħjar (anqas) minn 10 %; u |
d. |
Kontroll tal-frekwenza aħjar minn (anqas) minn 0,1 %. |
Nota Teknika:
Varjaturi tal-frekwenza fi 3A225 huma magħrufa wkoll bħala konvertituri jew invertituri.
3A226
Provvisti ta' enerġija ta' kurrent dirett ta' qawwa għolja, minbarra dawk speċifikati f'0B001.j.6., li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Kapaċi li jipproduċu kontinwament, fuq perjodu ta' ħin ta' 8 sigħat, 100 V jew aktar bi ħruġ ta' kurrent ta' 500 A jew aktar; u |
b. |
Kurrent jew stabbiltà ta' vultaġġ aħjar minn 0,1 % fuq perijodu ta' ħin ta' 8 sigħat. |
3A227
Provvisti ta' enerġija ta' kurrent dirett ta' vultaġġ għoli, minbarra dawk speċifikati f'0B001.j.5., li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Kapaċi li jipproduċu kontinwament, fuq perijodu ta' ħin ta' 8 sigħat, 20 kV jew aktar bi ħruġ ta' kurrent ta' 1 A jew aktar; u |
b. |
Stabbiltà tal-kurrent jew tal-vultaġġ aħjar minn 0,1 % fuq perijodu ta' ħin ta' 8 sigħat. |
3A228
Apparat ta' l-iswiċċjar, kif ġej:
a. |
Tubi b'katodu kiesaħ, kemm jekk mimlija bil-gass jew le, li jaħdmu b'mod simili għal spinterometru (spark gap), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Nota: 3A228 jinkludi tubi tal-gass tat-tip krytron u tubi tal-vakwu tat-tip sprytron. |
b. |
Spinterometri (triggered spark-gaps) li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
ċ. |
Moduli jew assemblaġġi b'funzjoni ta' swiċċjar mgħaġġel, minbarra dawk speċifikati fi 3A001.g., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
3A229
Settijiet li jqabbdu u ġeneraturi ekwivalenti ta' impuls b'kurrent għoli kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.
a. |
Settijiet li jixegħlu detonaturi splussivi ddisinjati sabiex iħaddmu detonaturi multipli kkontrollati speċifikati fi 3A232; |
b. |
Ġeneraturi modulari b'impuls elettriku (pulsers) li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Nota: 3A229.b. jinkludi unitajiet tal-kmand ta' lampi tal-flash tal-ksenon. Nota Teknika: Fi 3A229.b.5. "ħin ta' tlugħ" huwa definit bħala l-intervall tal-ħin minn 10 % sa 90 % ta' l-amplitudni tal-kurrent meta tkun qed titmexxa tagħbija reżistiva. |
3A230
Ġeneraturi ta' impuls b'veloċità għolja li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Vultaġġ ta' ħruġ akbar minn 6 V f'tagħbija reżistiva ta' anqas minn 55 ohm, u |
b. |
’Ħin ta' transizzjoni ta' l-impuls’ anqas minn 500 ps. |
Nota Teknika:
Fi 3A230, ’ħin ta' transizzjoni ta' l-impuls’ huwa definit bħala l-intervall tal-ħin bejn 10 % u 90 % ta' l-amplitudni tal-vultaġġ.
3A231
Sistemi ġeneraturi tan-newtroni, inklużi t-tubi, li għandhom iż-żewġ karatteristiċili ġejjin:
a. |
Iddisinjati sabiex jaħdmu mingħajr sistema ta' vakwu esterna; u |
b. |
Jużaw aċċellerazzjoni elettrostatika sabiex jikkaġunaw reazzjoni nukleari tritju-dewterju. |
3A232
Detonaturi u sistemi ta' inizjazzjoni b'ħafna punti, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.
a. |
Detonaturi splussivi mħaddma bl-elettriku, kif ġej:
|
b. |
Arranġamenti li jużaw detonatur wieħed jew detonaturi multipli ddisinjati sabiex jinizjaw kważi simultanjament wiċċ li jisplodi fuq aktar minn 5 000 mm2 minn sinjal li jqabbad wieħed b'ħin ta' inizjazzjoni mifrux fuq il-wiċċ ta' anqas minn 2,5 μs. |
Nota: 3A232 ma jikkontrollax detonaturi li jużaw splussivi primarji biss, bħall-ażid taċ-ċomb.
Nota Teknika:
Fi 3A232 id-detonaturi konċernati kollha jutilizzaw konduttur elettriku żgħir (pont, wajer tal-pont jew fojl) li jevaporizza b'mod splussiv meta impuls elettriku rapidu ta' kurrent għoli jiġi mgħoddi minnu. F'tipi nonslapper, il-konduttur li jisplodi jibda detonazzjonai kimika f'materjal splussiv ħafna ta' kuntatt bħal PETN (Pentaeritritoltetranitrat). F'detonaturi slapper, il-vaporizzazzjoni splussiva tal-konduttur elettriku jmexxi flyer jew slapper minn naħa għal oħra ta' fetħa u l-impatt tas-slapper fuq splussiv jibda detonazzjoni kimika. Is-slapper f'xi disinji huwa mmexxi minn forza manjetika. It-terminu detonatur tal-fojl li jisplodi jista' jirreferi għal EB jew għal detonatur tat-tip slapper. Ukoll, il-kelma inizjatur xi kultant tintuża minflok il-kelma detonatur.
3A233
Spettrometri tal-massa, minbarra dawk speċifikati f'0B002.g., b'kapaċità li jkejlu joni ta' unità ta' massa atomika daqs jew akbar minn 230 u li għandhom riżoluzzjoni ta' aħjar minn 2 partijiet f'230, kif ġej, u s-sorsi ta' joni għalihom:
a. |
Spettrometri tal-massa bil-plażma b'akkoppjament induttiv (ICP/MS); |
b. |
Spettrometri tal-massa bi skarika inkandexxenti (GDMS); |
ċ. |
Spettrometri tal-massa b'jonizzazzjoni termika (TIMS); |
d. |
Spettrometri tal-massa b'bumbardament ta' elettroni li għandhom kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew ibbanjata b'materjali reżistenti għall-UF6; |
e. |
Spettrometri tal-massa b'raġġi molekulari li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
f. |
Spettrometri tal-massa mgħammra b'sors joniku ta' mikrofluworizzazzjoni ddisinjati għal aktinidi jew fluworidi ta' l-aktinid. |
3B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
3B001
Tagħmirgħall-manifattura ta' apparat jew materjali semikondutturi, kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:
a. |
Tagħmir iddisinjat għal tkabbir epitassjali, kif ġej:
|
b. |
Tagħmir iddisinjat għall-impjantazzjoni jonika, li għandu xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
ċ. |
Tagħmir ta' inċiżjoni fix-xott anisotropiku bil-plażma, kif ġej:
|
d. |
Tagħmir ta' CVD imtejjeb bil-plażma, kif ġej:
|
e. |
Sistemi ċentrali b'numru ta' kmamar li jimmanipulaw fetet b'karika awtomatika, li għandhom dawn kollha li ġejjin:
Nota: 3B001.e. ma jikkontrollax sistemi robotiċi awtomatiċi ta' manipulazzjoni tal-fetet li m'humiex iddisinjati sabiex jaħdmu f'ambjent ta' vakwu. |
f. |
Tagħmir litografiku, kif ġej:
|
g. |
Maskri u rettikoli ddisinjati għaċ-ċirkwiti integrati speċifikati fi 3A001; |
h. |
Maskri b'numru ta' saffi b'saff ta' spostament tal-fażi. Nota: 3B001.h. ma jikkontrollax maskri b'numru ta' saffi b'saff ta' spostament tal-fażi ddisinjat għall-manifattura ta' apparat ta' memorja li m'hux ikkontrollat minn 3A001. |
i. |
Mudelli għal stampar litografiku ddisinjati għaċ-ċirkwiti integrati speċifikati fi 3A001. |
3B002
Tagħmir għall-ittestjar, iddisinjat apposta għall-ittestjar ta' apparat semikonduttur mitmum jew mhux mitmum, kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalih:
a. |
Għall-ittestjar tal-parametri-S ta' apparat ta' transisters fi frekwenzi ta' aktar minn 31,8 GHz; |
b. |
Mhux użat; |
ċ. |
Għall-ittestjar taċ-ċirkwiti integrati microwave speċifikati fi 3A001.b.2. |
3Ċ
Materjali
3Ċ001
Materjali etero-epitassjali li jikkonsistu minn "sottostrat" b'numru ta' saffi fuq xulxin prodotti mit-tkabbir epitassjali ta' xi wieħed minn dawn li ġejjin:
a. |
Silikon; |
b. |
Ġermanju; |
ċ. |
Karbur tas-silikon; jew |
d. |
III/V komposti ta' gallju jew indju. Nota Teknika: Komposti III/V huma prodotti polikristallini jew binarji jew monokristallini kumplessi li jikkonsistu minn elementi tal-gruppi IIIA u VA tat-tabella ta' klassifikazzjoni perjodika ta' Mendeleyev (eż., arsenjur tal-gallju, arsenjur tal-gallju-aluminju, fosfur ta' l-indju). |
3Ċ002
Materjali fotosensibbli (resist), kif ġej, u "sottostrati" miksija b'materjali fotosensibbli kkontrollati:
a. |
Materjali fotosensibbli pożittivi ddisinjati għal-litografija ta' semikondutturi aġġustati apposta (ottimizzati) għall-użu f'tul tal-mewġ ta' anqas minn 245 nm; |
b. |
Il-materjali fotosensibbli kollha ddisinjati għall-użu ma' raġġi ta' elettroni jew raġġi ta' joni, b'sensittività ta' 0,01 μcoulomb/mm2 jew aħjar; |
ċ. |
Il-materjali fotosensibbli kollha ddisinjati għall-użu ma' raġġi X, b'sensittività ta' 2,5 mJ/mm2 jew aħjar; |
d. |
Il-materjali fotosensibbli kollha ottimizzati għal teknoloġiji ta' ħolqien ta' immaġini tal-wiċċ, inkluż materjali fotosensibbli b' ’sililazzjoni’. Nota Teknika: Metodi ta' ’sililazzjoni’ huma definiti bħala proċessi li jinkorporaw l-ossidazzjoni tal-wiċċ tal-materjali fotosensibbli sabiex jitjieb ir-rendiment ta' l-iżviluppar kemm fl-imxarrab kif ukoll fix-xott. |
3Ċ003
Komposti organo-inorganiċi, kif ġej:
a. |
Komposti organo-metalliċi ta' l-aluminju, il-gallju jew l-indju li għandhom purità (bażi tal-metall) aħjar minn 99,999 %; |
b. |
Komposti ta' organo-arseniku, organo-antimonju u organo-fosfru li għandhom purità (bażi ta' l-element inorganiku) aħjar minn 99,999 %. |
Nota: 3Ċ003 jikkontrolla biss komposti li l-element metalliku, parzjalment metalliku jew non-metalliku tagħhom huwa marbut direttament mal-karbonju fil-parti organika tal-molekula.
3Ċ004
Idruri tal-fosfru, l-arseniku jew l-antimonju, li għandhom purità aħjar minn 99,999 %, ukoll jekk dilwiti f'gassijiet inerti jew idroġenu.
Nota: 3Ċ004 ma jikkontrollax idruri li fihom 20 % molari jew aktar ta' gassijiet inerti jew idroġenu.
3Ċ005
Fetet tal-karbur tas-silikon (SiC) li għandhom reżistività ta' aktar minn 10 000 ohm-cm.
3D
Software
3D001
"Software" iddisinjat apposta għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat fi 3A001.b. sa 3A002.g. jew 3B.
3D002
"Software" iddisinjat apposta għall-"użu" ta' xi wieħed milli ġejjin:
a. |
Tagħmir speċifikat fi 3B001.a. sa f.; jew |
b. |
Tagħmir speċifikat fi 3B002. |
3D003
"Software" ta' simulazzjoni bbażat fuq il-fiżika ddisinjat apposta għall-"iżvilupp" ta' proċessi litografiċi, ta' inċiżjoni jew ta' depożizzjoni għat-trasformazzjoni ta' disinji ta' maskri f'disinji topografiċi speċifiċi f'materjali kondutturi, dielettriċi jew semikondutturi.
Nota Teknika:
’Ibbażat fuq il-fiżika’ fi 3D003 tfisser l-użu ta' kalkoli għad-determinazzjoni ta' sekwenza ta' avvenimenti fiżiċi ta' kawża u effett ibbażati fuq proprjetajiet fiżiċi (eż. temperatura, pressjoni, kostanti tad-diffużjoni u proprjetajiet ta' materjali semikondutturi).
Nota: Libreriji, attributi tad-disinn jew data assoċjata għad-disinn ta' apparat semikonduttur jew ċirkwiti integrati huma kkunsidrati bħala "teknoloġija".
3D004
"Software" iddisinjat apposta għall-"iżvilupp" tat-tagħmir speċifikat fi 3A003.
3D101
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"użu" tat-tagħmir speċifikat fi 3A101.b.
3E
Teknoloġija
3E001
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tat-tagħmir jew il-materjali speċifikati fi 3A, 3B jew 3Ċ;
Nota 1: 3E001 ma jikkontrollax "teknoloġija" għall-"produzzjoni" ta' tagħmir jew komponenti kkontrollati minn 3A003.
Nota 2: 3E001 ma jikkontrollax "teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" taċ-ċirkwiti integrati speċifikati fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.12., li għandhom dawn kollha li ġejjin:
1. |
Li jużaw "teknoloġija" ta' 0,5 μm jew aktar, u |
2. |
’Li ma jinkorporawx’ strutturi b'numru ta' saffi. |
Nota Teknika:
It-terminu ’strutturi b'nurmru ta' saffi’ ma jinkludix apparat li jinkorpora massimu ta' tliet saffi tal-metall u tliet saffi ta' polisilikon.
3E002
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija, minbarra dik speċifikata fi 3E001, għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' "mikroċirkwit mikroproċessur", "mikroċirkwit mikrokompjuter" jew il-parti ċentrali ta' mikroċirkwit mikrokontrollur, li għandhom unità loġika aritmetika b’wisa’ ta' aċċess ta' 32 bit jew aktar u xi waħda mill-kwalitajiet jew il-karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Unità ta' proċessar vettorjali ddisinjata sabiex twettaq aktar minn żewġ kalkoli simultanjament fuq vetturi b'punt li jvarja (arranġamenti f'dimensjoni waħda ta' numri ta' 32-bit jew akbar); Nota Teknika: Unità ta' proċessar vettorjali hija element proċessur bi struzzjonijiet inkorporati li jwettqu kalkoli multipli simultanjament fuq vetturi b'punt li jvarja (arranġamenti f'dimensjoni waħda ta' numri ta' 32-bit jew akbar), li għandha mill-anqas unità loġika aritmetika vettorjali waħda. |
b. |
Iddisinjati sabiex jipprovdu aktar minn żewġ riżultati ta' operazzjoni kull ċiklu b'punt li jvarja ta' 64-bit jew akbar; jew |
ċ. |
Iddisinjati sabiex jipprovdu aktar minn erba' riżultati ta' multiplikazzjoni-addizzjoni kull ċiklu b'punt fiss ta' 16-il bit (eż. manipulazzjoni diġitali ta' informazzjoni analoġika li kienet ġiet ikkonvertita f'forma diġitali, magħrufa wkoll bħala proċessar diġitali tas-sinjali). Nota: 3E002.ċ. ma jikkontrollax it-teknoloġija għall-estensjonijiet multimedjali. |
Nota 1: 3E002 ma jikkontrollax "teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tal-partijiet ċentrali ta' mikro-proċessuri, li għandhom dawn kollha li ġejjin:
a. |
Li jużaw "teknoloġija" ta' 0,130 μm jew ogħla, u |
b. |
Li jinkorporaw strutturi b'numru ta' saffi b'ħames saffi jew anqas tal-metall. |
Nota 2: 3E002 jinkludi "teknoloġija" għal proċessuri tas-sinjali diġitali u proċessuri matriċjali diġitali.
3E003
"Teknoloġija" oħra għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta':
a. |
Apparat mikroelettroniku bil-vakwu; |
b. |
Apparat semikonduttur b'etero-struttura bħal transisters b'mobbiltà għolja ta' l-elettroni (HEMT), transisters etero-bipolari (HBT), apparat b'ħofra kwantistika u b'super rettikolat; Nota: 3E003.b. ma jikkontrollax teknoloġija għal transisters b'mobbiltà għolja ta' l-elettroni (HEMT) li jaħdmu fi frekwenzi aktar baxxi minn 31,8 GHz u transisters bipolari etero-ġonta (HBT) li jaħdmu fi frekwenzi aktar baxxi minn 31,8 GHz. |
ċ. |
Apparat elettroniku "superkonduttiv"; |
d. |
Sottostrati ta' pellikoli tad-djamant għal komponenti elettroniċi. |
e. |
Sottostrati ta' silikon fuq iżolatur (SOI) għal ċirkwiti integrati li fihom l-iżolatur huwa d-diossidu tas-silikon; |
f. |
Sottostrati tal-karbur tas-silikon għal komponenti elettroniċi; |
g. |
Tubi elettroniċi bil-vakwu li jaħdmu fi frekwenzi ta' 31,8 GHz jew ogħla. |
3E101
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tat-tagħmir jew is-"software" speċifikat fi 3A001.a.1. jew 2., 3A101, 3A102 jew 3D101.
3E102
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" tas-"software" speċifikat fi 3D101.
3E201
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tat-tagħmir speċifikat fi 3A001.e.2., 3A001.e.3., 3A001.g., 3A201, 3A225 sa 3A233.
KATEGORIJA 4
KOMPJUTERS
Nota 1: Kompjuters, tagħmir relatat u "software" li jwettaq funzjonijiet ta' telekomunikazzjoni jew ta' "netwerks ta' erja lokali" għandhom ukoll jiġu evalwati skond il-karatteristiċi tar-rendiment tal-Kategorija 5, Parti 1 (Telekomunikazzjoni).
Nota 2: Unitajiet ta' kontroll li jagħmlu interkonnessjoni diretta tal-buses jew tal-kanali ta' unitajiet ċentrali ta' proċessar, ta' "ħażna prinċipali" jew ta' kontrolluri tad-diski m'humiex ikkunsidrati bħala tagħmir ta' telekommunikazzjoni deskritti fil-Kategorija 5, Parti 1 (Telekommunikazzjoni).
N.B.: Għall-istatus ta' kontroll ta' "software" iddisinjat apposta għall-iswiċċjar ta' pakkett, ara 5D001.
Nota 3: Kompjuters, tagħmir relatat u "software" li jwettaq funzjonijiet kriptografiċi, kriptoanalitiċi, ta' sigurtà ċertifikabbli ta' numru ta' livelli jew ta' iżolazzjoni ċertifikabbli ta' l-utent, jew li jillimitaw il-kompatibbiltà elettromanjetika (EMC), għandhom ukoll jiġu evalwati skond il-karatteristiċi tar-rendiment fil-Kategorija 5, Parti 2 ("Sigurtà ta' l-Informazzjoni").
4A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
4A001
Kompjuters elettroniċi u tagħmir relatat, kif ġej, u "assemblaġġi elettroniċi" u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
N.B.: ARA WKOLL 4A101.
a. |
Iddisinjati apposta sabiex ikollhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Li jkollhom karatteristiċi jew li jwettqu funzjonijiet li jaqbżu l-limiti fil-Kategorija 5, Parti 2 ("Sigurtà ta' l-Informazzjoni"). Nota: 4A001.b. ma jikkontrollax kompjuters elettroniċi u tagħmir relatat li jakkumpanjaw lill-utent tagħhom għall-użu personali ta' l-utent. |
4A003
"Kompjuters diġitali", "assemblaġġi elettroniċi", u tagħmir relatat għalihom, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
Nota 1: 4A003 jinkludi dan li ġej:
a. |
Proċessuri vettorjali; |
b. |
Proċessuri matriċjali; |
ċ. |
Proċessuri tas-sinjali diġitali; |
d. |
Proċessuri loġiċi; |
e. |
Tagħmir iddisinjat għat-"titjib fil-kwalità ta' l-immaġini"; |
f. |
Tagħmir iddisinjat għal "proċessar tas-sinjali". |
Nota 2: L-istatus ta' kontroll tal-"kompjuters diġitali" u t-tagħmir relatat deskritt f'4A003 huwa determinat mill-istatus ta' kontroll ta' tagħmir jew sistemi oħrajn sakemm:
a. |
Il-"kompjuters diġitali" jew tagħmir relatat huma essenzjali għat-tħaddim tat-tagħmir jew is-sistemi l-oħrajn; |
b. |
Il-"kompjuters diġitali" jew tagħmir relatat m'humiex "element prinċipali" tat-tagħmir jew is-sistemi l-oħrajn; u N.B. 1: L-istatus ta' kontroll ta' "proċessuri tas-sinjali" jew tagħmir għat-"titjib tal-kwalità ta' l-immaġini" ddisinjati apposta għal tagħmir ieħor b'funzjonijiet limitati għal dawk meħtieġa għat-tagħmir l-ieħor huwa determinat mill-istatus ta' kontroll tat-tagħmir l-ieħor anke jekk dan jaqbeż il-kriterju ta' l-"element prinċipali". N.B. 2: Għall-istatus ta' kontroll ta' "kompjuters diġitali" jew tagħmir relatat għal tagħmir tat-telekomunikazzjoni, ara l-Kategorija 5, Parti 1 (Telekomunikazzjoni). |
ċ. |
It-"teknoloġija" għall-"kompjuters diġitali" u t-tagħmir relatat hija determinata minn 4E. |
a. |
Iddisinjat jew modifikat għal "tolleranza għal ħsara"; Nota: Għall-iskopijiet ta' 4A003.a., "kompjuters diġitali" u tagħmir relatat m'humiex ikkunsidrati li huma ddisinjati jew modifikati għal "tolleranza għal ħsara" jekk huma jużaw xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
b. |
"Kompjuters diġitali" li għandhom "L-Ogħla Rendiment Aġġustat" ("APP") ta' aktar minn 0,75 TeraFLOPS Peżati (WT); 4A003 ikompli |
ċ. |
"Assemblaġġi elettroniċi" ddisinjati apposta jew modifikati sabiex itejbu r-rendiment permezz ta' l-aggregazzjoni ta' proċessuri sabiex l-"APP" ta' l-aggregazzjoni jaqbeż il-limitu f'4A003.b.; Nota 1: 4A003.ċ. japplika biss għal "assemblaġġi elettroniċi" u interkonnessjonijiet programmabbli li ma jaqbżux il-limitu f'4A003.b. meta jkunu konsenjati bħala "assemblaġġi elettroniċi" mhux integrati. Ma japplikax għal "assemblaġġi elettroniċi" limitati minnhom infushom minħabba n-natura tad-disinn tagħhom għall-użu bħala tagħmir relatat speċifikat f'4A003.e. Nota 2: 4A003.ċ. ma jikkontrollax "assemblaġġi elettroniċi" ddisinjati apposta għal prodott jew familja ta' prodotti li jkollhom konfigurazzjoni massima li ma taqbiżx il-limitu ta' 4A003.b. |
d. |
Mhux użat; |
e. |
Tagħmir li jwettaq konverżjonijiet minn analoġiku għal diġitali li jaqbeż il-limiti fi 3A001.a.5.; |
f. |
Mhux użat; |
g. |
Tagħmir iddisinjat apposta sabiex jipprovdi interkonnessjoni esterna ta' "kompjuters diġitali" jew tagħmir assoċjat li jippermetti komunikazzjonijiet b'rati ta' data li jaqbżu l-1.25 Gbyte/s. Nota: 4A003.g. ma jikkontrollax tagħmir għal interkonnessjonijiet interni (eż. pannelli ta' wara, buses), tagħmir għal interkonnessjonijiet passivi, "kontrolluri ta' l-aċċess għan-netwerk" jew "kontrolluri ta' kanali ta' komunikazzjonijiet". |
4A004
Kompjuters, kif ġej, u tagħmir relatat iddisinjat apposta, "assemblaġġi elettroniċi"" u komponenti għalihom:
a. |
"Kompjuters b'arranġamenti sistoliċi"; |
b. |
"Kompjuters newrali"; |
ċ. |
"Kompjuters ottiċi". |
4A101
Kompjuters analoġiċi, "kompjuters diġitali" jew analizzaturi differenzjali diġitali, minbarra dawk speċifikati f'4A001.a.1., li huma rinfurzati u ddisinjati jew modifikati għall-użu f'vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew rokits sonda speċifikati f'9A104.
4A102
"Kompjuters ibridi" ddisinjati apposta għall-immudellar, is-simulazzjoni jew l-integrazzjoni tad-disinn tal-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104.
Nota: Dan il-kontroll japplika biss meta t-tagħmr ikollu s-"software" speċifikat f'7D103 jew 9D103.
4B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
Xejn.
4Ċ
Materjali
Xejn.
4D
Software
Nota: L-istatus ta' kontroll ta' "software" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni", jew l-"użu" tat-tagħmir deskritt f'Kategoriji oħrajn huwa ttrattat fil-Kategorija adatta. L-istatus ta' kontroll ta' "software" għat-tagħmir deskritt f'din il-Kategorija huwa ttrattat hawnhekk.
4D001 |
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew, l-"użu" tat-tagħmir jew is-"software" speċifikat f'4A001 sa 4A004, jew 4D. |
b. |
"Software", minbarra dak speċifikat f'4D001.a., iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta':
|
4D002
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat sabiex isostni t-"teknoloġija" speċifikata f'4E.
4D003
"Software" speċifiku, kif ġej:
a. |
"Software" għal sistemi operattivi, għodod għall-iżvilupp ta' "software" u kompilaturi ddisinjati apposta għal tagħmir ta' "proċessar ta' multi-data-stream", fil-"kodiċi tas-sors"; |
b. |
Mhux użat; |
ċ. |
"Software" li għandu karatteristiċi jew li jwettaq funzjonijiet li jaqbżu l-limiti fil-Kategorija 5, Parti 2 ("Sigurtà ta' l-Informazzjoni"); Nota: 4D003.ċ. ma jikkontrollax "software" li jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-użu personali ta' l-utent. |
4E
Teknoloġija
4E001 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija, għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" tat-tagħmir jew is-"software" speċifikat f'4A jew 4D. |
b. |
"Teknoloġija", minbarra dik speċifikata f'4E001.a., iddisinjata apposta jew modifikata għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta':
|
NOTA TEKNIKA DWAR "L-OGĦLA RENDIMENT AĠĠUSTAT" ("APP")
"APP" huwa l-ogħla rata aġġustata li fiha l-"kompjuters diġitali" jwettqu addizzjonijiet u multiplikazzjonijiet b'punt li jvarja ta' 64 bit jew akbar.
"APP" huwa espress f'TeraFLOPS Peżati (WT), f'unitajiet ta' 1 012 operazzjonijiet b'punt li jvarja aġġustat kull sekonda.
Abbrevjazzjonijiet użati f'din in-Nota Teknika
n |
: |
numru ta' proċessuri fil-"kompjuter diġitali" |
i |
: |
numru tal-proċessur (i,…n) |
ti |
: |
tul ta' ħin taċ-ċiklu tal-proċessur (ti = 1/Fi) |
Fi |
: |
frekwenza tal-proċessur |
Ri |
: |
l-ogħla rata ta' kalkolu b'punt li jvarja |
Wi |
: |
fattur ta' aġġustament ta' l-arkitettura |
Deskrizzjoni qasira tal-metodu ta' kalkolu "APP"
1. |
Għal kull proċessur i, iddetermina l-ogħla numru ta' operazzjonijiet b'punt li jvarja ta' 64-bit jew akbar, FPOi, imwettqa f'kull ċiklu għal kull proċessur fil-"kompjuter diġitali". Nota Fid-determinazzjoni ta' l-FPO, inkludi biss addizzjonijiet u/jew multiplikazzjonijiet b'punt li jvarja ta' 64-bit jew akbar. L-operazzjonijiet kollha b'punt li jvarja għandhom ikunu espressi f'operazzjonijiet kull ċiklu tal-proċessur; operazzjonijiet li jeħtieġu numru ta' ċikli jistgħu jiġu espressi f'riżultati frazzjonali għal kull ċiklu. Għal proċessuri li m'humiex kapaċi jwettqu kalkoli fuq operazzjonijiet b'punt li jvarja ta' 64-bit jew aktar, ir-rata effettiva ta' kalkolu R hija żero. |
2. |
Ikkalkula r-rata b'punt li jvarja R għal kull proċessur Ri = FPOi/ti. |
3. |
Ikkalkola l-"APP" bħala "APP" = W1 x R1 + W2 x R2 + … + Wn x Rn. |
4. |
Għal "proċessuri vettorjali", Wi = 0.9. Għal proċessuri non-vettorjali, Wi = 0.3. |
Nota 1 Għal proċessuri li jwettqu operazzjonijiet komposti f'ċiklu, bħal addizzjoni u multiplikazzjoni, tingħadd kull operazzjoni.
Nota 2 Għal proċessur pipelined ir-rata effettiva ta' kalkolu R hija l-aktar veloċi bejn ir-rata pipelined, ladarba l-pipeline jimtela, u r-rata mhux pipelined.
Nota 3 Ir-rata ta' kalkolu R għal kull proċessur kontribwenti għandha tiġi kkalkulata bil-valur massimu tiegħu teoretikament possibbli qabel ma jiġi derivat l-"APP" tal-kombinazzjoni. Operazzjonijiet simultanji huma assunti li jeżistu meta l-manifattur tal-kompjuter jafferma tħaddim jew eżekuzzjoni konkorrenti, paralleli jew simultanji f'manwal jew fuljett għall-kompjuter.
Nota 4 Tinkludix proċessuri li huma limitati għal funzjonijiet ta' dħul/ħruġ u dawk periferali (eż. disk drive, komunikazzjoni u viżwali tal-video) fil-kalkolu ta' l-"APP".
Nota 5 Valuri "APP" m'għandhomx jiġu kkalkulati għal kombinazzjonijet ta' proċessuri (inter)konnessi minn "Netwerks ta' Erja Lokali", Netwerks ta' Erja Wiesgħa, konnessjonijiet/apparat kondiviżi ta' dħul/ħruġ, kontrolluri ta' dħul/ħruġ u kull interkonnessjoni ta' komunikazzjoni implimentata permezz ta' "software".
Nota 6 Għandhom jiġu kkalkulati l-valuri ta' l-"APP" għal:
1. |
Kombinazzjonijiet ta' proċessuri li fihom proċessuri ddisinjati apposta sabiex itejbu r-rendiment permezz ta' l-aggregazzjoni, it-tħaddim simultanju u l-kondiviżjoni tal-memorja; jew |
2. |
Kombinazzjonijiet multipli ta' memorja/proċessuri li jaħdmu simultanjament li jużaw hardware iddisinajt apposta. |
Nota 7 "Proċessur vettorjali" huwa definit bħala proċessur bi struzzjonijiet inkorporati li jwettaq kalkoli multipli simultanjament fuq vetturi b'punt li jvarja (arranġamenti f'dimensjoni waħda ta' numri ta' 64 bit jew akbar), li għandu mill-anqas 2 unitajiet funzjonali vettorjali u mill-inqas 8 reġistri vettorjali ta' mill-inqas 64 element kull wieħed.
KATEGORIJA 5
TELEKOMUNIKAZZJONI U "SIGURTÀ TA' L-INFORMAZZJONI"
PARTI 1
TELEKOMUNIKAZZJONI
Nota 1: L-istatus ta' kontroll ta' komponenti, "lasers", tagħmir għall-ittestjar u l-"produzzjoni" u "software" għalihom li huma ddisinjati apposta għal tagħmir jew sistemi tat-telekomunikazzjoni huwa determinat fil-Kategorija 5, Parti 1.
Nota 2: "Kompjuters diġitali", tagħmir relatat jew "software", meta essenzjali għat-tħaddim u s-sostenn tat-tagħmir tat-telekomunikazzjoni deskritt f'din il-Kategorija, huma kkunsidrati bħala komponenti ddisinjati apposta, sakemm dawn ikunu l-mudelli standard li normalment jiġu pprovduti mill-manifattur. Dan jinkludi sistemi ta' kompjuters għat-tħaddim, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni, l-inġinerija jew il-komputazzjoni tal-fatturi.
5A1
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
5A001 |
Kull tip ta' tagħmir tat-telekomunikazzjoni li għandu xi wieħed mill-karatteristiċi, il-funzjonijiet jew il-kwalitajiet li ġejjin:
Nota: 5A001.a.2. u 5A001.a.3. ma jikkontrollawx tagħmir iddisinjat jew modifikat għall-użu abbord satelliti. |
b. |
Sistemi u tagħmir tat-telekomunikazzjoni, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi, il-funzjonijiet jew il-kwalitajiet li ġejjin:
|
ċ. |
Kejbils tat-telekomunikazzjoni tal-fibra ottika, fibri ottiċi u aċċessorji, kif ġej:
|
d. |
"Antenni b'arranġament f'fażijiet orjentabbli elettronikament" li joperaw 'il fuq minn 31,8 GHz. Nota: 5A001.d. ma jikkontrollax "antenni b'arranġament f'fażijiet orjentabbli elettronikament" għal sistemi ta' nżul bi strumenti li jissodisfaw l-istandards ICAO li jkopru sistemi ta' nżul microwave (MLS). |
e. |
Tagħmir tar-radju li jsib id-direzzjoni li jopera fuq frekwenzi 'l fuq minn 30 MHz u li jkollu l-karatteristiċi kollha li ġejjin, u l-komponenti ddisinjati apposta għalih:
|
f. |
Tagħmir ta' imblukkar elettroniku ddisinjat jew modifikat sabiex b'mod intenzjonali u selettiv jinterferixxi, iċaħħad, irażżan, jiddegrada jew jisseduċi servizzi ta' telekomunikazzjoni mobbli ċellulari, li għandu xi wieħed mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalih:
N.B. Għal tagħmir ta' imblukkar elettroniku GNSS ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari. |
g. |
Sistemi jew tagħmir ta' Lokalizzazzjoni Koerenti Passiva ddisinjat apposta sabiex jindividwa u jsegwi oġġetti li jkunu mexjin billi jkejjel ir-riflessjonijiet ta' l-emissjonijiet fl-ambjent tal-frekwenzi tar-radju, ipprovduti minn trasmettituri mhux tar-radar. Nota Teknika: Trasmettituri mhux tar-radar jistgħu jinkludu stazzjonijiet bażi tar-radju kummerċjali, tat-televiżjoni jew tat-telekomunikazzjoni ċellulari. Nota: 5A001.g. ma jikkontrollax:
|
5A101
Tagħmir ta' telemetraġġ u telekontroll, inkluż tagħmir fuq l-art, iddisinjatjew modifikat għal ’missili’
Nota Teknika:
F'5A101 ’missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.
Nota: 5A101 ma jikkontrollax:
a. |
Tagħmir iddisinjat jew modifikat għal inġenji ta' l-ajru bl-ekwipaġġ jew satelliti; |
b. |
Tagħmir ibbażat fuq l-art iddisinjat jew modifikat għal applikazzjonijiet terrestri jew marittimi; |
ċ. |
Tagħmir iddisinjat għal servizzi GNSS kummerċjali, ċivili jew "Sikurezza tal-Ħajja" (eż. integrità tad-data, sikurezza tat-titjira); |
5B1
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
5B001 |
Tagħmir u komponenti jew aċċessorji ddisinjati apposta għalih, iddisinjati apposta għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir, funzjonijiet jew kwalitajiet speċifikati f'5A001, 5B001 jew 5E001. Nota: 5B001.a. ma jikkontrollax tagħmir ta' karatterizzazzjoni ta' fibra ottika. |
b. |
Tagħmir u komponenti jew aċċessorji ddisinjati apposta għalih, iddisinjati apposta għall-"iżvilupp" ta' xi tagħmir tat-trasmissjoni jew ta' l-iswiċċjar tat-telekomunikazzjoni minn dawn li ġejjin:
|
5C1
Materjali
Xejn
5D1
Software
5D001 |
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' tagħmir, funzjonijiet jew kwalitajiet speċifikati minn 5A001 jew 5B001. |
b. |
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat sabiex isostni "teknoloġija" speċifikata f'5E001. |
ċ. |
"Software" speċifiku ddisinjat apposta jew modifikat sabiex jipprovdi karatteristiċi, funzjonijiet jew kwalitajiet ta' tagħmir speċifikat f'5A001 jew 5B001; |
d. |
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp" ta' xi tagħmir tat-trasmissjoni jew ta' l-iswiċċjar tat-telekomunikazzjoni minn dawn li ġejjin:
|
5D101
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat f'5A101.
5E1
Teknoloġija
5E001 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" (eskluża l-operazzjoni) ta' tagħmir, funzjonijiet jew kwalitajiet jew "software" speċifikat f' 5A001, 5B001 jew 5D001. |
b. |
"Teknoloġiji" speċifiċi, kif ġejjin:
|
ċ. |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta' xi tagħmir, funzjonijiet jew kwalitajiet ta' trasmissjoni jew swiċċjar tat-telekomunikazzjoni minn dawn li ġejjin:
|
5E101
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp,"produzzjoni" jew "użu" tat-tagħmir speċifikat f'5A101.
PARTI 2
"SIGURTÀ TA' L-INFORMAZZJONI"
Nota 1: L-istatus tal-kontroll ta' tagħmir għas-"sigurtà ta' l-informazzjoni", "software", sistemi, "assemblaġġi elettroniċi" għal applikazzjoni speċifika, moduli, ċirkwiti integrati, komponenti jew funzjonijiet huwa determinat fil-Kategorija 5, Parti 2 anki jekk ikunu komponenti jew "assemblaġġi elettroniċi" ta' tagħmir ieħor.
Nota 2: Il-Kategorija 5 — Parti 2 ma tikkontrollax il-prodotti meta jakkumpanjaw lill-utent tagħhom għall-użu personali ta' l-utent.
Nota 3:
Nota Kriptografika
5A002 u 5D002 ma jikkontrollawx oġġetti li jissodisfaw dan kollu li ġej:
a. |
Ikunu ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jinbiegħu, mingħajr restrizzjoni, mill-ħażna f'postijiet tal-bejgħ bl-imnut permezz ta' xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
b. |
Il-funzjonalità kriptografika ma tistax tinbidel faċilment mill-utent; |
ċ. |
Ikun iddisinjat għall-istallazzjoni mill-utent mingħajr aktar sostenn sostanzjali mill-fornitur; u |
d. |
Fejn ikun meħtieġ, dettalji ta' l-oġġetti jkunu aċċessibbli u jingħataw, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-esportatur ikun stabbilit sabiex tkun żgurata l-osservanza tal-kondizzjonijiet deskritti fil-paragrafi a. sa ċ. hawn fuq. |
Nota Teknika:
Fil-Kategorija 5 — Parti 2, il-bits ta' parità m'humiex inklużi fit-tul taċ-ċavetta.
5A2
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
5A002 |
Sistemi, tagħmir, "assemblaġġi elettroniċi" għal applikazzjoni speċifika, moduli u ċirkwiti integrati għas-"sigurtà ta' l-informazzjoni", kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom: N.B.: Għall-kontroll ta' sistemi globali ta' navigazzjoni bis-satellita li jirċievu tagħmir li jkun fih jew juża deċifrar (jiġifieri GPS jew GLONASS), ara 7A005.
Nota Teknika: "Kriptografija kwantistika" hija magħrufa wkoll bħala (distribuzzjoni kwantistika taċ-ċavetta) (quantum key distribution — QKD). Nota: 5A002 ma jikkontrollax:
|
5B2
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
5B002 |
Tagħmir iddisinjat apposta għal:
|
b. |
Tagħmir għall-kejl iddisinjat apposta sabiex ikunu evalwati u vvalidati l-funzjonijiet tas-"sigurtà ta' l-informazzjoni" speċifikati f'5A002 jew 5D002. |
5Ċ2
Materjali
Xejn.
5D2
Software
5D002 |
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir jew "software" speċifikat f'5A002, 5B002 jew 5D002; |
b. |
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat sabiex isostni "teknoloġija" speċifikata f'5E002; |
ċ. |
"Software" speċifiku, kif ġej:
|
Nota: 5D002 ma jikkontrollax:
a. |
"Software" meħtieġ għall-"użu" ta' tagħmir eskluż mill-kontroll skond in-Nota għal 5A002; |
b. |
"Software" li jipprovdi xi waħda mill-funzjonijiet tat-tagħmir eskluż mill-kontroll skond in-Nota għal 5A002. |
5E2
Teknoloġija
5E002
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' tagħmir jew "software" speċifikat f'5A002, 5B002 jew 5D002.
KATEGORIJA 6
SENSURI U LASERS
6A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
6A001
Akustika:
a. |
Sistemi u tagħmir akustiċi tat-tbaħħir u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:
|
b. |
Tagħmir tar-reġistrazzjoni tas-sonar b'korrelazzjoni tal-veloċità ddisinjat sabiex ikejjel il-veloċità orizzontali tat-trasportatur tat-tagħmir relattiv ma' qiegħ il-baħar fuq distanzi bejn it-trasportatur u qiegħ il-baħar ta' aktar minn 500 m. |
6A002
Sensuri ottiċi
N.B.: ARA WKOLL 6A102.
a. |
Rilevaturi ottiċi, kif ġej: Nota: 6A002.a. ma jikkontrollax il-fotoapparati tal-ġermanju jew tas-silikon. N.B.: Il-"matriċi fuq pjan fokali" mhux "kwalifikati għall-użu spazjali" magħmulin minn mikrobolometri abbażi tas-silikon jew ta' materjal ieħor huma speċifikati biss f'6A002.a.3.f
|
b. |
"Sensuri monospettrali li juru l-immaġini" u "sensuri multispettrali li juru l-immaġini" ddisinjati għal applikazzjonjiet ta' telerilevament, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
ċ. |
Tagħmir għall-immaġini ta' ’viżjoni diretta’ li jaħdem fl-ispettru viżibbli jew fl-infra-aħmar, u li fih xi wieħed minn dan li ġej:
Nota Teknika: ’Viżjoni diretta’ tirreferi għal tagħmir għall-immaġini, li jaħdem fl-ispettru viżibbli jew fl-infra-aħmar, li juri immaġini viżiva lill-osservatur uman mingħajr ma jbiddel l-immaġini f'sinjal elettroniku għall-viżjoni televiżiva, u li ma jistax jirreġistra jew jaħżen l-immaġini b'mezzi fotografiċi, elettroniċi jew b'kull mezz ieħor. Nota: 6A002.ċ. ma jikkontrollax it-tagħmir li ġej li fih fotokatodi li m'humiex GaAs jew GaInAs:
|
d. |
Komponenti ta' support speċjali għas-sensuri ottiċi, kif ġej:
|
e. |
"Matriċi fuq pjan fokali""kwalifikati għall-użu spazjali" b'aktar minn 2 048 element għal kull matriċi u bl-ogħla rispons fil-medda tat-tul ta' mewġ ta' iżjed minn 300 nm iżda mhux iżjed minn 900 nm. |
6A003
Kameras
N.B.: ARA WKOLL 6A203.
N.B.: Għall-kameras iddisinjati apposta jew modifikati għall-użu taħt wiċċ l-ilma, ara
a. |
Kameras għall-istrumentazzjoni u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej: Nota: Kameras għall-istrumentazzjoni, speċifikati f'6A003.a.3. sa 6A003.a.5., bi strutturi modulari għandhom jiġu evalwati abbażi tal-kapaċità massima tagħhom, bl-użu ta' moduli ta' estensjoni disponibbli skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-kamera.
|
b. |
Kameras ta' l-immaġini, kif ġej: Nota: 6A003.b. ma jikkontrollax kameras televiżivi jew tal-video ddisinjati apposta għax-xandir televiżiv.
|
6A004
Ottika
a. |
Mirja ottiċi (rifletturi), kif ġej: N.B.: Għal mirja ottiċi ddisinjati apposta għal tagħmir litografiku, ara 3B001
|
b. |
Komponenti ottiċi magħmulin minn selenid taż-żingu (ZnSe) jew sulfid taż-żingu (ZnS) bi trasmissjoni fil-medda tat-tul ta' mewġ ta' iktar minn 3 000 nm iżda mhux iżjed minn 25 000 nm u b'xi wieħed minn dan li ġej:
|
ċ. |
Komponenti "kwalifikati għall-użu spazjali" għas-sistemi ottiċi, kif ġej:
|
d. |
Tagħmir ta' kontroll ottiku, kif ġej:
|
e. |
’Elementi ottiċi asferiċi’ li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Noti Tekniċi:
Nota: 6A004.e. ma jikkontrollax l-elementi ottiċi asferiċi li għandhom wieħed minn dan li ġej:
N.B.: Għall-elementi ottiċi asferiċi iddisinjati apposta għal tagħmir litografiku, ara 3B001. |
6A005
"Lasers", minbarra dawk speċifikati f'0B001.g.5. jew 0B001.h.6., komponenti u tagħmir ottiku, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 6A205.
Nota 1: "Lasers" ta' l-impuls jinkludu dawk li jaħdmu f'modalità ta' mewġ kontinwu (CW) b'impulsi superimposti.
Nota 2: "Lasers" eċċimeri, semikondutturi, kimiċi, CO, CO2, u Nd:glass b'impulsi non-repetittivi huma speċifikati biss f'6A005.d.
Nota 3: 6.A005 jinkludi "lasers" tal-fibra.
Nota 4: L-istatus ta' kontroll tal-"lasers" li jinkorporaw tibdil tal-frekwenza (jiġifieri, tat-tul ta' mewġ) b'mezzi għajr dak ta' "laser" wieħed jippompja "laser" ieħor hu ddeterminat bl-applikazzjoni tal-parametri ta' kontroll kemm għall-ħruġ mil-"laser" tas-sors kif ukoll għall-ħruġ ottiku bil-frekwenza mibdula.
Nota 5: 6.A005 ma jikkontrollax il-"lasers" li ġejjin:
a. |
Rubin b'enerġija ta' ħruġ ta' inqas minn 20 J; |
b. |
Nitroġenu; |
ċ. |
Kripton. |
Nota Teknika:
F'6A005 l-'Effiċjenza tal-plagg tal-ħajt ’hi ddefinita bħala l-proporzjon tal-qawwa tal-ħruġ tal-’laser (jew il-"qawwa medja tal-ħruġ") mal-qawwa elettrika totali tad-dħul meħtieġa sabiex tħaddem il-"laser", inkluż il-provvista ta' enerġija/kondizzjonar u l-kondizzjonar termiku/skambjatur tas-sħana.
a. |
"Lasers (CW)" b'mewġ kontinwu non-"intonabbli", b'xi wieħed milli ġej:
|
b. |
"Lasers bl-impulsi" non-"intonabbli", b'xi wieħed milli ġej:
|
ċ. |
"Lasers""intonabbli", b'xi wieħed minn dan li ġej: Nota: 6.A005.ċ. jinkludi "lasers" tat-titanju-żefir (Ti: Al2O3), thulium-YAG (Tm: YAG), thulium-YSGG (Tm: YSGG), alessandrite (Cr: BeAl2O4), "lasers" b'ċentru kulurit, "lasers" b'kolorant, u "lasers" bil-likwidu.
|
d. |
"Lasers" oħrajn, mhux speċifikati f'6A005.a., 6A005.b. jew 6A005.ċ. kif ġej:
Nota: ’B'impulsi non-repetittivi’ tirreferi għal "lasers" li jipproduċu impuls tal-ħruġ uniku jew li għandhom intervall ta' ħin bejn l-impulsi ta' aktar minn minuta. |
e. |
Komponenti, kif ġej:
|
f. |
Tagħmir ottiku, kif ġej: N.B.: Għall-elementi ottiċi b'apertura komuni, li jistgħu jaħdmu f'applikazzjonijiet ta' "lasers ta' qawwa kbira ħafna" ("SHPL"), ara l-Listi tal-Merkanzija Militari.
|
6A006
"Manjetometri", "gradjometri manjetiċi", "gradjometri manjetiċi instrinsiċi", sensuri ta' kamp elettriku ta' taħt wiċċ l-ilma u "sistemi ta' kumpens", u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:
Nota: 6A006 ma jikkontrollax strumenti ddisinjati apposta għal applikazzjoniet fis-sajd jew kejl bijomanjetiku għad-dijanjostika medika.
a. |
"Manjetometri" u sottosistemi kif ġej:
|
b. |
Sensuri ta' kamp elettriku ta' taħt wiċċ l-ilma b' "livell ta' ħoss" (sensittività) inqas (aħjar) minn 8 nanovolt kull metru kull għerq kwadrat meta mkejjel f' 1 Hz; |
ċ. |
"Gradjometri manjetiċi", kif ġej:
|
d. |
"Sistemi ta' kumpens" għal sensuri ta' kamp elettriku manjetiċi jew ta' taħt wiċċ l-ilma li jirriżultaw fi prestazzjoni ugwali għal jew aħjar mill-parametri ta' kontroll ta' 6A006.a., 6A006.b. jew 6A006.ċ. |
6A007
Gravimetri u gradjometri tal-gravità, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 6A107.
a. |
Gravimetri ddisinjati jew modifikati għall-użu fuq l-art li għandhom preċiżjoni statika ta' inqas (aħjar) minn 10 μgal; Nota: 6A007.a. ma jikkontrollax gravimetri ta' fuq l-art tat-tip bl-element tal-kwartz (Worden). |
b. |
Gravimetri ddisinjati għal pjattaformi mobbli, li għandhom dan kollu li ġej:
|
ċ. |
Gradjometri tal-gravità. |
6A008
Sistemi, tagħmir u assemblaġġi tar-radar li għandhom xi wieħed mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
N.B.: ARA WKOLL 6A108.
Nota: 6A008 ma jikkontrollax:
a. |
Radar sekondarju ta' sorveljanza (SSR); |
b. |
Radar Awtomottiv Ċivili; |
ċ. |
Mezzi viżivi jew monitors użati għall-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru (ATC) li għandhom mhux iktar minn 12-il element riżolvibbli kull millimetru; |
d. |
Radar meteoroloġiku (tat-temp). |
a. |
Jaħdmu fi frekwenzi minn 40 GHz sa 230 GHz u għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
b. |
Għandhom faxxa tal-frekwenza intonabbli ogħla minn ±6,25 % tal-’frekwenza operattiva ċentrali’; Nota Teknika: ’Il-'frekwenza operattiva ċentrali’ hija nofs is-somma ta' l-ogħla u l-inqas frekwenzi operattivi speċifikati. |
ċ. |
Kapaċi jaħdmu fl-istess ħin fuq aktar minn żewġ frewkenzi portanti; |
d. |
Kapaċi jaħdmu b'mod b'apertura sintetika (SAR), b'mod ta' radar b'apertura sintetika invertita (ISAR), jew b'mod ta' radar laterali fl-ajru (SLAR); |
e. |
Fihom "antenni b'arranġament f'fażijiet orjentabbli elettronikament"; |
f. |
Jistgħu jiddetermninaw l-għoli ta' bersalli non-koperattivi; Nota: 6A008.f. ma jikkontrollax tagħmir ta' radar ta' approċċ ta' preċiżjoni (PAR) li jikkonforma ma' l-istandards ta' l-ICAO. |
g. |
Iddisinjati apposta għat-tħaddim fl-ajru (immuntati fuq ballun ta' l-ajru jew qafas ta' arjuplan) u li għandhom "proċessar tas-sinjal" Doppler għar-rilevament ta' bersalli li jiċċaqalqu; |
h. |
Għandhom proċessar tas-sinjali tar-radar li juża xi wieħed minn dan li ġej:
|
i. |
Jipprovdu tħaddim fuq l-art b' "medda strumentata" massima ogħla minn 185 km; Nota: 6A008.i. ma jikkontrollax:
|
j. |
Huma radar bil-"laser" jew tagħmir għar-rilevament u l-kejl tad-distanza bid-dawl (LIDAR), b'xi wieħed minn dan li ġej:
Nota: 6A008.j. ma jikkontrollax tagħmir LIDAR iddisinjat apposta għas-servejing jew għall-osservazzjoni meteoroloġika. |
k. |
Għandhom sottosistemi ta' "pproċessar tas-sinjal" li jużaw "kompressjoni ta' l-impuls", b'xi wieħed minn dan li ġej:
|
l. |
Għandhom sottosistemi għall-ipproċessar tad-data b'xi wieħed minn dan li ġej:
|
6A102
’Rilevatur’ reżistenti għar-radjazzjoni, għajr dawk speċifikati f'6A002, iddisinjati jew modifikati apposta għall-protezzjoni mill-effetti nukleari (eż. impulsi elettromanjetiċi (EMP), raġġi-X, effetti flimkien ta' splużjoni u sħana) u li jistgħu jintużaw għal "missili", iddisinjati jew previsti li jirreżistu livelli ta' radjazzjoni ugwali għal jew ogħla minn doża ta' radjazzjoni totali ta' 5 x 105 rads (silikon).
Nota Teknika:
F'6A102, ’rilevatur’ huwa definit bħala apparat mekkaniku, elettriku, ottiku jew kimiku li awtomatikament jiddentifika u jirrekordja, jew jirreġistra stimulu bħal bidla ambjentali fil-pressjoni jew fit-temperatura, sinjal elettriku jew elettromanjetiku jew radjazzjoni minn materjal radjuattiv. Dan jinkludi apparat li jirrileva b'operazzjoni ta' darba jew bi ħsara.
6A107
Gravimetri u komponenti għall-gravimetri u gradjometri tal-gravità, kif ġej:
a. |
Gravimetri, għajr dawk speċifikati f'6A007.b, iddisinjati jew modifikati għall-użu fl-ajru jew fil-baħar, u li għandhom preċiżjoni statika jew operattiva ta' 7 x 10–6 m/s2 (0,7 milligal) jew inqas (aħjar), u ħin ta' reġistrazzjoni valur stabbli ta' żewġ minuti jew inqas; |
b. |
Komponenti ddisinjati apposta għall-gravimetri speċifikati f'6A007.b. jew 6A107.a. u gradjometri tal-gravità speċifikati f'6A007.ċ. |
6A108
Sistemi ta' radar u sistemi ta' insegwiment, għajr dawk speċifikati f'6A008, kif ġej:
a. |
Sistemi ta' radar u sistemi ta' radar bil-laser iddisinjati jew modifikati għall-użu f'vetturi tal-varar fl-ispażju speċifikati f'9A004 jew rokits sonda speċifikati f'9A104; Nota: 6A108.a. jinkludi dan li ġej:
|
b. |
Sistemi ta' insegwiment bi preċiżjoni, li jistgħu jintużaw għal ’missili’, kif ġej:
|
6A202
Tubi fotomultiplikaturi li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Erja ta' fotokatodu ikbar minn 20 cm2; u |
b. |
Ħin ta' tlugħ ta' l-impuls anodiku ta' inqas minn 1 ns. |
6A203
Kameras u komponenti, għajr dawk speċifikati f'6A003, kif ġej:
a. |
Kameras mekkaniċi b'mera li ddur, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
Nota: F'6A203.a. komponenti ta' tali kameras jinkludu l-unitajiet elettroniċi sinkronizzanti tagħhom u l-assemblaġġi rotorji li jikkonsistu f'turbini, mirja u kuxxinetti. |
b. |
Streak cameras elettroniċi, framing cameras elettroniċi, tubi u apparati, kif ġej:
|
ċ. |
Kameras tat-TV reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet għalihom, iddisinjati apposta jew previsti bħala reżistenti għal doża ta' radjazzjoni totali ogħla minn 50 x 103 Gy(silikon) (5 x 106 rad (silikon)) mingħajr degradazzjoni operattiva. Nota Teknika: It-terminu Gy(silikon) jirreferi għall-enerġija f'Joules kull kilogramm li tiġi assorbita minn kampjun ta' silikon mhux mgħotti meta dan ikun espost għal radjazzjoni jonizzanti. |
6A205
"Lasers", amplifikaturi u oxxillaturi "laser", għajr dawk speċifikati f'0B001.g.5., 0B001.h.6. u 6A005; kif ġej:
a. |
"Lasers" ta' l-argon jonizzat li għandhom dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Oxxillaturi laser bl-impulsi b'modalità unika b'koloranti intonabbli li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
ċ. |
Amplifikaturi u oxxillaturi laser bl-impulsi b'koloranti intonabbli, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Nota: 6A205.ċ. ma jikkontrollax oxxillaturi b'modalità unika;i |
d. |
"Lasers" bl-impulsi tad-diossidu tal-karbonju li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
e. |
Sfażaturi Raman bil-paraidroġenu ddisinjati sabiex jaħdmu fuq tul ta' mewġ tal-ħruġ ta' 16-il mikrometru u b'rata ta' repetizzjoni ogħla minn 250 kHz; |
f. |
"Lasers" miżjuda bin-neodimju (għajr ħġieġ) b'tul ta' mewġ tal-ħruġ bejn 1 000 u 1 100 nm li għandhom wieħed jew l-ieħor minn dan li ġej
|
6A225
Interferometri tal-veloċità għall-kejl ta' veloċitajiet ogħla minn 1 km/s f'intervalli ta' ħin ta' inqas minn 10 mikrosekondi.
Nota: 6A225 jinkludi interferometri tal-veloċità bħall-VISAR (Velocity interferometer systems for any reflector) u d-DLI (Doppler laser interferometers).
6A226
Sensuri tal-pressjoni, kif ġej:
a. |
Strumenti tal-kejl bil-manganin għal pressjonijiet ogħla minn 10 GPa; |
b. |
Trasdutturi tal-pressjoni tal-kwarz għal pressjonijiet ogħla minn 10 GPa. |
6B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
6B004
Tagħmir ottiku, kif ġej:
a. |
Tagħmir għall-kejl tal-fattur ta' riflessjoni assolut bi preċiżjoni ta' ±0,1 % tal-valur ta' riflessjoni; |
b. |
Tagħmir għajr dak għall-kejl tad-dispersjoni ta' l-uċuh ottiċi, li għandu apertura netta ta' iktar minn 10 cm, iddisinjat apposta għall-kejl ottiku mingħajr kuntatt ta' forma (profil) ta' wiċċ ottiku mhux ċatt bi "preċiżjoni" ta' 2 nm jew inqas (aħjar) fir-rispett tal-profil meħtieġ. |
Nota: 6B004 ma jikkontrollax il-mikroskopji.
6B007
Tagħmir li jipproduċi, jallinja u jikkalibra gravimetri bbażati fuq l-art bi preċiżjoni statika ta' aħjar minn 0,1 mgal.
6B008
Sistemi ta' kejl tal-wiċċ ekwivalenti bir-radar bl-impulsi li jittrasmettu impulsi b'wisa' ta' 100 ns jew inqas u komponenti ddisinjati apposta għalihom.
N.B.: ARA WKOLL 6B108.
6B108
Sistemi, għajr dawk speċifikati f'6B008, iddisinjati apposta għall-kejl tal-wiċċ ekwivalenti li jistgħu jintużaw għall-’missili’ u s-sottosistemi tagħhom.
Nota Teknika:
F'6B108 ’missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.
6Ċ
Materjali
6Ċ002
Materjali għal sensuri ottiċi, kif ġej:
a. |
Tellurju elementari (Te) b'livelli ta' purezza ta' 99,9995 % jew iżjed; |
b. |
Kristalli singoli (inkluż fetet epitassjali) ta' xi wieħed minn dan li ġej:
Nota Teknika: ’Frazzjoni molari’ hija definita bħala l-proporzjon tal-moli ta' ZnTe u s-somma tal-moli ta' CdTe u ZnTe preżenti fil-kristall. |
6Ċ004
Materjal ottiku, kif ġej:
a. |
"Substrati grezzi" ta' selenid taż-żingu (ZnSe) u sulfid taż-żingu (ZnS) magħmulin mill-proċess kimiku ta' depożitu mill-fwar, b'xi wieħed minn dan li ġej:
|
b. |
Kristalli sintetiċi tal-materjali elettro-ottiċi li ġejjin:
|
ċ. |
Materjali ottiċi non-lineari, li għandhom dan kollu li ġej:
|
d. |
"Substrati grezzi" ta' karbur tas-silikon jew ta' materjali depożitati ta' berillju/berillju (Be/Be) ta' dijametru jew tul ta' l-assi prinċipali ikbar minn 300 mm; |
e. |
Ħġieġ, inkluż silika mdewba, ħġieġ fosfat, ħġieġ fluworofosfat, fluworur taż-żirkonju (ZrF4) u fluworur ta' l-afnju (HfF4), li għandu dan kollu li ġej:
|
f. |
Materjal tad-djamant magħmul sintetikament b'assorbiment ta' inqas minn 10–5 cm–1 għal tul ta' mewġ ogħla minn 200 nm iżda mhux iżjed minn 14 000 nm. |
6Ċ005
Materjal kristallin sintetiku li jospita l-"laser" fil-forma mhux raffinata, kif ġej:
a. |
Żefir miżjud bit-titanju; |
b. |
Alessandrit. |
6D
Software
6D001
"Software" iddisinjat apposta għall-"iżvilupp" jew"produzzjoni" ta' tagħmir speċifikat f6A004, 6A005, 6A008 jew 6B008.
6D002
"Software" iddisinjat apposta għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat f'6A002.b., 6A008 jew 6B008.
6D003
"Software" ieħor, kif ġej:
a. |
|
b. |
|
ċ. |
"Software" iddisinjat apposta sabiex jikkoreġi l-influwenzi tal-moviment ta' gravimetri jew gradjometri tal-gravità; |
d. |
|
6D102
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"użu" ta' l-oġġetti indikati f'6A108.
6D103
"Software" li jipproċessa data rreġistrata wara t-titjir, li jippermetti li ssir magħrufa l-pożizzjoni tal-vettura tul it-trajettorja tagħha, iddisinjat apposta jew modifikat għal "missili".
Nota Teknika:
F'6D103 ’missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.
6E
Teknoloġija
6E001
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" ta' tagħmir, materjali jew "software" speċifikati f'6A, 6B, 6Ċ jew 6D.
6E002
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"produzzjoni" ta' tagħmir jew materjali speċifikati f'6A, 6B jew 6Ċ.
6E003
"Teknoloġija" oħra, kif ġej:
a. |
|
b. |
"Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' strumenti ta' dijanjostika jew bersalli ddisinjati apposta għall-impjanti għall-ittestjar ta' "SHPL" jew l-ittestjar jew l-evalwazzjoni ta' materjali irradjati b'raġġi "SHPL"; |
6E101
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' tagħmir jew "software" speċifikat f'6A002, 6A007.b. u ċ., 6A008, 6A102, 6A107, 6A108, 6B108, 6D102 jew 6D103.
Nota: 6E101 jispeċifika biss "teknoloġija" għat-tagħmir speċifikat f'6A008 meta dan ikun iddisinjat għal applikazzjonjiet fl-ajru u jista' jintuza f' "missili".
6E201
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat f'6A003, 6A005.a.1.ċ., 6A005.a.2.a., 6A005.ċ.1.b., 6A005.ċ.2.ċ.2., 6A005.ċ.2.d.2.b., 6A202, 6A203, 6A205, 6A225 jew 6A226.
KATEGORIJA 7
NAVIGAZZJONI U AVJONIKA
7A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
N.B.: Għal piloti awtomatiċi għall-vetturi ta' taħt wiċċ l-ilma, ara l-Kategorija 8.
Għar-radar, ara l-Kategorija 6.
7A001
Aċċellerometri, kif ġej, u komponeneti ddisinjati apposta għalihom:
N.B.: ARA WKOLL 7A101.
a. |
Aċċellerometri lineari li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
b. |
Aċċellerometri angulari jew rotazzjonali speċifikati sabiex jaħdmu f'livelli ta' aċċellerazzjoni lineari ogħla minn 100 g. |
7A002
Ġiroskopji, u sensuri tar-rata angulari, b'xi wieħed mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
N.B.: ARA WKOLL 7A102.
N.B.: Għall-aċċellerometri angulari jew rotazzjonali, ara 7A001.b.
a. |
"Stabbiltà" tar-"rata tal-moviment", meta mkejla f'ambjent ta' 1 g fuq perijodu ta' xahar, u mqabbla ma' valur fiss ta' kalibrazzjoni ta' inqas (aħjar) minn 0,5 gradi fis-siegħa meta speċifikati sabiex jaħdmu f'livelli ta' aċċellerazzjoni lineari sa u inkluż 100 g; |
b. |
"Spostament angulari każwali" ta' inqas (aħjar) minn jew ugwali għal 0,0035 gradi kull għerq kwadrat ta' siegħa; jew Nota: 7A002.b. ma jikkontrollax ġiroskopji b'massa rotanti (ġiroskopji b'massa rotanti jużaw massa li ddur kontinwament għar-rilevament ta' moviment angulari). |
ċ. |
Medda tar-rata ta' 500 grad kull sekonda jew iżjed u għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
d. |
Speċifikati sabiex jaħdmu f'livelli ta' aċċellerazzjoni lineari ogħla minn 100 g. |
7A003
Sistemi Inerzjali u komponenti ddisinjati apposta, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 7A103.
a. |
Sistemi ta' navigazzjoni inerzjali (INS) (gimballed jew strapdown) u tagħmir inerzjali ddisinjat għall-"inġenji ta' l-ajru", vetturi ta' l-art, bċejjeċ tat-tbaħħir (tal-wiċċ jew ta' taħt wiċċ l-ilma) jew "vetturi spazjali" għall-attitudni, gwida jew kontroll, b'xi wieħed mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
|
b. |
Sistemi ta' Navigazzjoni Inerzjali Ibridi integrati f'Sistema/i Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) jew f'Sistema/i ta' "Navigazzjoni b'Riferiment għal Bażijiet ta' Data" ("DBRN") għall-attitudni, gwida jew kontroll, sussegwenti għal allinjament normali, bi preċiżjoni tal-pożizzjoni tan-navigazzjoni INS, wara telf tal-GNSS jew id-"DBRN" għal perijodu sa erba' minuti, ta' inqas (aħjar) minn 10 metri ’Żball Ċirkolari Probabbli’ (CEP). |
ċ. |
Tagħmir Inerzjali għall-Indikazzjoni ta' l-Ażimut, id-Direzzjoni, jew it-Tramuntana b'xi wieħed mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalih:
|
d. |
Tagħmir tal-kejl inerzjali li jinkludi Unitajiet ta' Kejl Inerzjali (IMU) u Sistemi ta' Referenza Inerzjali (IRS), li jinkorpora aċċellerometri jew ġiroskopji speċifikati f'7A001 jew 7A002, u komponenti ddisinjati apposta għalihom. |
Nota 1: Il-parametri ta' 7A003.a. u 7A003.b. huma applikabbli f'kull waħda mill-kondizzjonijiet ambjentali li ġejjin:
1. |
Vibrazzjoni każwali tad-dħul ta' kobor globali ta' 7,7 g rms fl-ewwel nofs siegħa u durata totali tat-test ta' siegħa u nofs għal kull assi f'kull wieħed mit-tliet assi perpendikolari, meta l-vibrazzjoni każwali tissodisfa dan li ġej:
|
2. |
Rata ta' rrolljar u imbardata daqs jew aktar minn +2,62 radjani/s (150 gradi/s); jew |
3. |
Skond l-istandards nazzjonali ekwivalenti għal 1. jew 2. hawn fuq. |
Nota 2: 7A003 ma jikkontrollax is-sistemi ta' navigazzjoni inerzjali li huma ċċertifikati għall-użu fuq "inġenji ta' l-ajru ċivili" minn awtoritajiet ċivili ta' "stat parteċipant".
Nota 3: 7A003.ċ.1. ma jikkontrollax sistemi ta' teodolit li jinkorporaw tagħmir inerzjali ddisinjat apposta għal skopijiet ta' servejing ċivili.
Noti Tekniċi:
1. |
7A003.b. jirreferi għal sistemi li fihom jiġu integrati f'unità waħda INS u għajnuniet indipendenti oħra għan-navigazzjoni sabiex tinkiseb prestazzjoni aħjar. |
2. |
’Żball Ċirkolari Probabbli’ (CEP) — F'distribuzzjoni normali ċirkolari, ir-raġġ taċ-ċirku li fih 50 fil-mija tal-kejl individwali li jkunu qed jittieħdu, jew ir-raġġ taċ-ċirku li fih hemm probabbiltà ta' lokalizzazzjoni ta' 50 fil-mija. |
7A004
Boxxli ġiro-astrali, u apparat ieħor li jikkalkula l-pożizzjoni jew l-orjentazzjoni billiawtomatikament isegwi korpi ċelesti jew satelliti, bi preċiżjoni ta' l-ażimut ta' 5 sekondi ta' arkata jew inqas (aħjar).
N.B.: ARA WKOLL 7A104.
7A005
Tagħmir li jirċievi ta' sistemi globali ta' navigazzjoni bis-satellita (jiġifieri, GPS jewGLONASS) b'xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalih:
N.B.: ARA WKOLL 7A105.
a. |
Juża d-deċifrar; jew |
b. |
Antenna awto-adattiva. |
7A006
Altimetri fl-ajru li jaħdmu fi frekwenzi minbarra 4,2 sa 4,4 GHz inklużi, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
N.B.: ARA WKOLL 7A106.
a. |
"Ġestjoni tal-qawwa"; jew |
b. |
Jużaw modulazzjoni ta' spostament tal-fażi. |
7A008
Sistemi ta' navigazzjoni sonar ta' taħt wiċċ l-ilma, li jużaw reġistrazzjoni tal-veloċità Doppler jew tal-veloċità ta' korrelazzjoni integrati ma' sors tad-direzzjoni, li għandhom preċiżjoni ta' lokalizzazzjoni ta' 3 % jew inqas (aħjar) tad-distanza vvjaġġata Żball Ċirkolari Probabbli (CEP), u komponenti ddisinjati apposta għalihom.
Nota: 7A008 ma jikkontrollax sistemi ddisinjati apposta għall-istallazzjoni fuq bastimenti tal-wiċċ jew sistemi li jeħtieġu bagi jew illuminaturi akustiċi sabiex jipprovdu d-data ta' lokalizzazzjoni.
N.B.: Ara 6A001.a. għas-sistemi akustiċi, u 6A001.b. għal tagħmir ta' reġistrazzjoni sonar tal-korrelazzjoni tal-veloċità. Ara 8A002 għal sistemi marittimi oħrajn.
7A101
Aċċellerometri, minbarra dawk speċifikati f'7A001, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
a. |
Aċċellerometri lineari, iddisinjati għall-użu f'sistemi ta' navigazzjoni inerzjali jew f'sistemi ta' gwida ta' kull xorta, li jistgħu jintużaw f' ’missili’, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
Nota: 7A101.a. ma jispeċifikax aċċellerometri li huma ddisinjati u żviluppati apposta bħala Sensuri MWD (Kejl Waqt it-Tħaffir) għall-użu f'operazzjonijiet ta' tħaffir. Noti Tekniċi:
|
b. |
Aċċellerometri ta' ħruġ kontinwu speċifikati sabiex jaħdmu f'livelli ta' aċċellerazzjoni ogħla minn 100 g. |
7A102
Kull xorta ta' ġiroskopju, minbarra dawk speċifikati f'7A002, li jistgħu jintużaw f'’missili’, bi ’stabbiltà’ tar-"rata tal-moviment" ta' inqas minn 0.5° (1 sigma jew rms) fis-siegħa f'ambjent ta' 1 g u komponenti ddisinjati apposta għalihom.
Noti Tekniċi:
1. |
F'7A102 ’missila’ tfisser sistemi ta' rokit kompluti u sistemi ta' vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km. |
2. |
F'7A102 ’stabbiltà’ hi ddefinita bħala kejl tal-kapaċità ta' mekkaniżmu jew koeffiċjent ta' prestazzjoni speċifiku li ma jvarjax meta jkun espost kontinwament għal kondizzjoni operattiva fissa (IEEE STD 528-2001 paragrafu 2.247). |
7A103
Strumentazzjoni, tagħmir u sistemi ta' navigazzjoni, minbarra dawk speċifikati f'7A003, kif ġej; u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
a. |
Tagħmir inerzjali jew tagħmir ieħor li juża l-aċċellerometri speċifikati f'7A001 jew 7A101 jew il-ġiroskopji speċifikati f'7A002 jew 7A102 u s-sistemi li jinkorporaw tagħmir bħal dan; Nota: 7A103.a. ma jispeċifikax tagħmir li jkun fih l-aċċellerometri speċifikati f'7A001 fejn tali aċċellerometri huma ddisinjati u żviluppati apposta bħala sensuri MWD (Kejl Waqt it-Tħaffir) għall-użu f'operazzjonijiet ta' tħaffir. |
b. |
Sistemi ta' strumenti għat-titjir integrati li jinkludu ġirostabbilizzaturi jew piloti awtomatiċi, iddisinjati jew modifikati għall-użu f' ’missili’; |
ċ. |
’Sistemi ta' navigazzjoni integrati’, iddisinjati jew modifikati għal ’missili’ u kapaċi jipprovdu preċiżjoni navigattiva ta' 200m Ċirku ta' Probabbiltà Ugwali (CEP) jew inqas. Noti Tekniċi: ’Sistema ta' navigazzjoni integrata’ tipikament tinkorpora l-komponenti li ġejjin:
|
d. |
Sensuri tad-direzzjoni manjetiċi ta' tliet assi, iddisinjati jew modifikati sabiex ikunu integrati ma' sistemi ta' navigazzjoni u kontroll tat-titjiriet, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
Nota: Sistemi ta' navigazzjoni u kontroll tat-titjir f'7A103.d. jinkludu ġirostabbilizzaturi, piloti awtomatiċi u sistemi ta' navigazzjoni inerzjali. |
Nota Teknika:
F'7A103 ’missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.
7A104
Boxxli ġiro-astrali u apparat ieħor, minbarra dawk speċifikati f'7A004, li jikkalkulaw il-pożizzjoni jew l-orjentazzjoni billi jsegwu awtomatikament korpi ċelesti jew satelliti u komponenti ddisinjati apposta għalihom.
7A105
Tagħmir li jirċievi għal Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS; eż. GPS, GLONASS, jew Galileo), li għandu xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalih:
a. |
Iddisinjat jew modifikat għall-użu f'vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004, vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ speċifikati f'9A012 jew rokits sonda speċifikati f'9A104; jew |
b. |
Iddisinjat jew modifikat għal applikazzjonijiet fl-ajru u li għandu xi wieħed minn dan li ġej:
Nota: 7A105.b.2. u 7A105.b.3. ma jikkontrollawx tagħmir iddisinjat għal servizzi GNSS kummerċjali, ċivili jew tas-"Sigurtà tal-Ħajja" (e.ż., integrità tad-data, SIGURTÀ tat-titjir). |
7A106
Altimetri, minbarra dawk speċifikati f'7A006, tax-xorta tar-radar jew radar tal-laser, iddisinjati jew modifikati għall-użu f'vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew rokits sonda speċifikati f'9A104.
7A115
Sensuri passivi sabiex jiddeterminaw l-orjentazzjoni ma' sors elettromanjetiku speċifiku(tagħmir sabiex tinstab id-direzzjoni) jew mal-karatteristiċi tat-terren, iddisinjati jew modifikati għall-użu f'vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew rokits sonda speċifikati f'9A104.
Nota: 7A115 jinkludi sensuri għat-tagħmir li ġej:
a. |
Tagħmir li jimmarka l-kontorni ta' l-art fil-mapep; |
b. |
Tagħmir sensur ta' l-immaġini (attiv kif ukoll passiv); |
ċ. |
Tagħmir passiv ta' l-interferometrija. |
7A116
Sistemi ta' kontroll tat-titjir u servovalvijiet, kif ġej; iddisinjati jew modifikati għall-użu f'vetturi tal-varar fl-ispażju speċifikati f'9A004 jew rokits sonda speċifikati f'9A104.
a. |
Sistemi ta' kontroll tat-titjir idrawliċi, mekkaniċi, elettro-ottiċi, jew elettromekkaniċi (inluż tat-tip elettriku); |
b. |
Tagħmir għall-kontroll ta' l-attitudni; |
ċ. |
Servovalvijiet għall-kontroll tat-titjir iddisinjati jew modifikati għas-sistemi speċifikati f'7A116.a. jew 7A116.b., u ddisinjati jew modifikati sabiex jaħdmu f'ambjent ta' vibrazzjoni ta' aktar minn 10 g rms bejn 20 Hz u 2 kHz. |
7A117
"Settijiet ta' gwida", li jistgħu jintużaw f' "missili" li kapaċi jilħqu preċiżjoni tas-sistema ta' 3,33 % jew inqas tal-medda (eż. "CEP" ta' 10 km jew inqas fuq medda ta' 300 km).
7B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
7B001
Tagħmir għall-ittestjar, il-kalibrazzjoni jew l-allinjament iddisinjat apposta għat-tagħmir speċifikat f'7A.
Nota: 7B001 ma jikkontrollax tagħmir ta' l-ittestjar, il-kalibrazzjoni jew l-allinjament għal-Livell ta' Manutenzjoni I jew il-Livell ta' Manutenzjoni II.
Noti Tekniċi:
1. |
Livell ta' Manutenzjoni I Ħsara f'unità ta' navigazzjoni inerzjali tiġi rilevata fuq l-inġenju ta' l-ajru minn indikazzjonijiet mill-unità ta' kontroll u viżwalizzazzjoni (CDU) jew mill-messaġġ dwar l-istatus mis-sottosistema korrispondenti. Billi jiġi segwit il-manwal tal-manifattur, il-kawża tal-ħsara tista' tiġi lokalizzata fil-livell ta' l-unità rimpjazzabbli tal-linja (LRU) difettuża. L-operatur imbagħad ineħħi l-LRU u jqiegħed sostitut minflokha. |
2. |
Livell ta' Manutenzjoni II L-LRU difettuża tintbagħat fil-laboratorju tal-manutenzjoni (tal-manifattur jew dak ta' l-operatur responsabbli għall-manutenzjoni tal-livell II). Fil-laboratorju tal-manutenzjoni, l-LRU difettuża tiġi ttestjata b'diversi mezzi adatti sabiex jiġi vverifikat u lokalizzat il-modulu difettuż ta' l-assemblaġġ rimpjazzabbli fil-laboratorju (SRA) responsabbli għall-ħsara. Dan l-SRA jitneħħa u minfloku jitqiegħed sostitut operattiv. L-SRA difettuż (jew possibilment l-LRU sħiħa) imbagħad jintbagħat lill-manifattur.N.B. Il-Livell ta' Manutenzjoni II ma jinkludix it-tneħħija mill-SRA ta' aċċellerometri jew ġiroskopji kkontrollati. |
7B002
Tagħmir, kif ġej, iddisinjat apposta sabiex jikkaratterizza l-mirja għal ġiroskopji "laser" biċ-ċrieki:
N.B.: ARA WKOLL 7B102.
a. |
Diffużometri li għandhom preċiżjoni fil-kejl ta' 10 ppm jew anqas (aħjar); |
b. |
Profilometri li għandhom preċiżjoni fil-kejl ta' 0,5 nm (5 angstrom) jew anqas (aħjar). |
7B003
Tagħmir iddisinjat apposta għall-"produzzjoni" ta' tagħmir speċifikat f'7A.
Nota: 7B003 jinkludi:
a. |
Stazzjonijet ta' l-ittestjar għall-aġġustament tal-ġiroskopji; |
b. |
Stazzjonijiet għall-ibbilanċjar dinamiku tal-ġiroskopji; |
ċ. |
Stazzjonijiet ta' l-ittestjar għar-running-in tal-muturi tal-ġiroskopji; |
d. |
Stazzjonijiet għall-iżvujtar u l-mili tal-ġiroskopji; |
e. |
Muntaġġi ta' ċentrifugazzjoni għal kuxxinetti tal-ġiroskopji; |
f. |
Stazzjonijiet għall-allinjament ta' l-assi ta' l-aċċellerometri. |
g. |
Magni għat-tkebbib ta' bobini tal-ġiroskopji tal-fibra ottika. |
7B102
Riflettometri ddisinjati apposta sabiex jikkaraterizzaw il-mirja, għal ġiroskopji "laser", li għandhompreċiżjoni tal-kejl ta' 50 ppm jew inqas (aħjar).
7B103
"Faċilitajiet tal-produzzjoni" u "tagħmir tal-produzzjoni" kif ġej:
a. |
"Faċilitajiet tal-produzzjoni" ddisinjati apposta għat-tagħmir speċifikat f'7A117; |
b. |
"Tagħmir tal-produzzjoni", u tagħmir ieħor għall-ittestjar, il-kalibrazzjoni u l-allinjament, minbarra dak speċifikat f'7B001 sa 7B003, iddisinjat jew modifikat sabiex jintuża mat-tagħmir speċifikat f'7A. |
7Ċ
Materjali
Xejn.
7D
Software
7D001
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat f'7A. jew 7B.
7D002
"Kodiċi tas-sors" għall-"użu" ta' kwalunkwe tagħmir navigattiv inerzjali, inkluż tagħmirinerzjali mhux kontrollat minn 7A003 jew 7A004, jew Sistemi ta' Referenza ta' l-Attitudni u d-Direzzjoni (AHRS).
Nota: 7D002 ma jikkontrollax il-"kodiċi tas-sors" għall-"użu" ta' gimballed AHRS.
Nota Teknika:
Id-differenza bejn l-AHRS u s-sistemi navigattivi inerzjali (INS) ġeneralment hi li l-AHRS tipprovdi informazzjoni dwar l-attitudni u d-direzzjoni u normalment ma tipprovdix l-informazzjoni dwar l-aċċellerazzjoni, il-veloċità u l-pożizzjoni assoċjata ma' INS.
7D003
"Software" ieħor, kif ġej:
a. |
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat sabiex itejjeb il-prestazzjoni operattiva jew inaqqas l-iżball navigattiv tas-sistemi sal-livelli speċifikati f'7A003, 7A004 jew 7A008; |
b. |
"Kodiċi tas-sors" għal sistemi integrati ibridi li jtejjeb il-prestazzjoni operattiva jew inaqqas l-iżball navigattiv tas-sistemi sal-livell speċifikat f'7A003 jew 7A008 billi kontinwament jikkombina d-data tad-direzzjoni ma' xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
ċ. |
"Kodiċi tas-sors" għal sistemi avjoniċi integrati jew sistemi ta' missjoni li jikkombinaw data ta' sensuri u jużaw "sistemi esperti"; |
d. |
"Kodiċi tas-sors" għall-"iżvilupp" ta' xi wieħed minn dan li ġej:
|
e. |
"Software" ta' disinn bl-għajnuna tal-kompjuter (CAD) iddisinjat apposta għall-"iżvilupp" ta' "sistemi ta' kontroll attiv tat-titjir", kontrolluri tat-titjir bl-elettriku jew bil-fibra ottika multi-assjali għall-ħelikopters jew "sistemi anti-torque bil-kontroll taċ-ċirkulazzjoni jew kontroll tad-direzzjoni bil-kontroll taċ-ċirkulazzjoni" għall-ħelikopters li t-"teknoloġija" tagħhom hi speċifikata f'7E004.b., 7E004.ċ.1. jew 7E004.ċ.2. |
7D101
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"użu" tat-tagħmir speċifikat f'7A001 sa 7A006, 7A101 sa 7A106, 7A115, 7A116.a., 7A116.b., 7B001, 7B002, 7B003, 7B102 jew 7B103.
7D102
"Software" ta' integrazzjoni kif ġej:
a. |
"Software" ta' integrazzjoni għat-tagħmir speċifikat f'7A103.b.; |
b. |
"Software" ta' integrazzjoni ddisinjat apposta għat-tagħmir speċifikat f'7A003 jew 7A103.a. |
ċ. |
"Software" ta' integrazzjoni ddisinjat jew modifikat għat-tagħmir speċifikat f'7A103.ċ. Nota: Forma komuni ta' "software" ta' integrazzjoni tuża l-filtraġġ Kalman. |
7D103
"Software" iddisinjat apposta għall-immodellar jew is-simulazzjoni tas-"settijiet ta' gwida" speċifikati f'7A117 jew għall-integrazzjoni tad-disinn tagħhom mal-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew mar-rokits sonda speċifikati f'9A104.
Nota: "Software" speċifikat f'7D103 jibqa' kkontrollat meta jkun ma' hardware ddisinjat apposta speċifikat f'4A102.
7E
Teknoloġija
7E001
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" tat-tagħmir jew is-"software" speċifikati f'7A, 7B jew 7D.
7E002
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat f'7A jew 7B.
7E003
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għat-tiswija, ir-restawr jew ir-rinnovament totali tat-tagħmir speċifikat f'7A001 sa 7A004.
Nota: 7E003 ma jikkontrollax it-"teknoloġija" ta' manutenzjoni assoċjata direttament mal-kalibrazzjoni, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' LRUs u SRAs li għandhom il-ħsara jew ma jissewwewx ta' "inġenju ta' l-ajru ċivili" kif hemm deskritt fil-Livell ta' Manutenzjoni I jew il-Livell ta' Manutenzjoni II.
N.B.: Ara n-Noti Tekniċi għal 7B001.
7E004
"Teknoloġija" oħra, kif ġej:
a. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta':
|
b. |
"Teknoloġija" ta' "żvilupp", kif ġej, għal "sistemi ta' kontroll attiv tat-titjir" (inkluż bl-elettriku jew bil-fibra ottika):
|
ċ. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp" ta' sistemi tal-ħelikopter, kif ġej:
|
7E101
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tat-tagħmir speċifikat f'7A001 sa 7A006, 7A101 sa 7A106, 7A115 sa 7A117, 7B001, 7B002, 7B003, 7B102, 7B103, 7D101 sa 7D103.
7E102
"Teknoloġija" għall-protezzjoni ta' sottosistemi avjoniċi u elettriċi kontra l-periklu minn impulsi elettromanjetiċi (EMP) u interferenza elettromanjetika (EMI), minn sorsi esterni, kif ġej:
a. |
"Teknoloġija" għad-disinn ta' sistemi ta' lqugħ; |
b. |
"Teknoloġija" għad-disinn tal-konfigurazzjoni ta' ċirkwiti u sottosistemi elettriċi reżistenti għar-radjazzjoni; |
ċ. |
"Teknoloġija" tad-disinn għad-determinazzjoni tal-kriterji għall-ħolqien ta' reżistenza għar-radjazzjoni ta' 7E102.a. u 7E102.b. |
7E104
"Tekonoloġija" għall-integrazzjoni tad-data tal-kontroll tat-titjir, tal-gwida u tal-propulsjonif'sistema ta' ġestjoni tat-titjir għall-ottimizzazzjoni tat-trajettorja ta' sistema rokit.
KATEGORIJA 8
MATERJAL NAVALI
8A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
8A001
Vetturi sommerġibbli u tal-wiċċ, kif ġej:
Nota: Għall-istatus ta' kontroll tat-tagħmir għall-vetturi sommerġibbli, ara:
— |
Kategorija 5, Parti 2 "Sigurtà ta' l-Informazzjoni" għat-tagħmir ta' komunikazzjoni kriptata; |
— |
Kategorija 6 għas-sensuri; |
— |
Kategoriji 7 u 8 għat-tagħmir ta' navigazzjoni; |
— |
Kategorija 8A għat-tagħmir ta' taħt wiċċ l-ilma. |
a. |
Vetturi sommerġibbli bl-ekwipaġġ u marbutin (tethered) iddisinjati sabiex jaħdmu f'fond ta' aktar minn 1 000 m; |
b. |
Vetturi sommerġibbli bl-ekwipaġġ u mhux marbutin (untethered), li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
Noti Tekniċi:
|
ċ. |
Vetturi sommerġibbli bla ekwipaġġ u marbutin (tethered) iddisinjati sabiex jaħdmu f'fond ta' aktar minn 1 000 m, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
d. |
Vetturi sommerġibbli bla ekwipaġġ u mhux marbutin (untethered), b'xi wieħed minn dan li ġej:
|
e. |
Sistemi ta' salvataġġ fl-oċean li kapaċi jerfgħu iżjed minn 5 MN għas-salvataġġ ta' oġġetti minn fond ta' aktar minn 250 m u b'xi wieħed minn dan li ġej:
|
f. |
Vetturi b'effett tal-wiċċ (b'għata mad-dawra kollha) bil-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
g. |
Vetturi b'effett tal-wiċċ (ġnub riġidi) b'veloċità proġettata massima, b'tagħbija sħiħa, ogħla minn 40 knot b'għoli sinifikattiv tal-mewġ ta' 3.25 m (Stat tal-Baħar 5) jew aktar; |
h. |
Aliskafi b'sistemi attivi għall-kontroll awtomatiku tas-sistemi ta' aletti, b'veloċità proġettata massima, b'tagħbija sħiħa, ta' 40 knot jew aktar b'għoli sinifikattiv tal-mewġ ta' 3.25 m (Stat tal-Baħar 5) jew aktar; |
i. |
’Bastimenti bi pjan ta' galleġġament żgħir’ li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
Nota Teknika: ’Bastiment bi pjan ta' galleġġament żgħir’ hi ddefinita bil-formola li ġejja: erja tal-pjan ta' galleġġament b'pixka operattiva proġettata inqas minn 2 x (volum spjazzat bil-pixka operattiva proġettata)2/3. |
8A002
Sistemi, tagħmir u komponenti, kif ġej:
Nota: Għal sistemi ta' komunikazzjoni taħt wiċċ l-ilma, ara l-Kategorija 5, Parti 1 — Telekomunikazzjoni.
a. |
Sistemi, tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew modifikati għal vetturi sommerġibbli, iddisinjati sabiex jaħdmu f'fond ogħla minn 1 000 m, kif ġej:
Nota Teknika: L-għan ta' dan il-kontroll m'għandux jintilef bl-esportazzjoni tal-fowm sintattiku speċifikat fi 8Ċ001 meta jkun twettaq stadju intermedju ta' manifattura u ma jkunx għadu ssawwar fil-komponent finali. |
b. |
Sistemi ddisinjati apposta jew modifikati għall-kontroll awtomatizzat tal-moviment tal-vetturi sommerġibbli speċifikati fi 8A001 li jużaw data tan-navigazzjoni u għandhom servo-kontrolli b'ċirkwit magħluq:
|
ċ. |
Penetraturi jew konnetturi tal-fibra ottika tal-buq; |
d. |
Sistemi ta' viżjoni taħt wiċċ l-ilma, kif ġej:
|
e. |
Kameras tar-ritratti ddisinjati apposta jew modifikati għall-użu taħt wiċċ l-ilma 'l isfel minn 150 m li għandhom format ta' film ta' 35 mm jew akbar, u li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
f. |
Sistemi ta' immaġini elettroniċi, iddisinjati apposta jew modifikati għall-użu taħt wiċċ l-ilma, kapaċi li jaħżnu aktar minn 50 immaġini esposta f'forma diġitali; Nota: 8A002.f. ma jikkontrollax kameras diġitali ddisinjati apposta għall-iskopijiet tal-konsumatur, ħlief dawk li jużaw teknika ta' multiplikazzjoni ta' l-immaġini elettronika. |
g. |
Sistemi ta' dwal, kif ġej, iddisinjati apposta jew modifikati għall-użu taħt wiċċ l-ilma:
|
h. |
"Robots" iddisinjati apposta għall-użu taħt wiċċ l-ilma, ikkontrollati bl-użu ta' kompjuter speċjalizzat, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
i. |
Manipulaturi artikulati kkontrollati minn distanza ddisinjati apposta jew modifikati għall-użu ma' vetturi sommerġibbli, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
j. |
Sistemi ta' qawwa indipendenti mill-arja, iddisinjati apposta għall-użu taħt wiċċ l-ilma, kif ġej:
|
k. |
Għata mad-dawra, siġilli u swaba', li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
l. |
Skrejjen ta' l-irfigħ previsti għal aktar minn 400 kW iddisinjati apposta għal vetturi b'effett tal-wiċċ speċifikati fi 8A001.f. jew 8A001.g.; |
m. |
Aletti idrodinamiċi subkavitanti jew superkavitanti mgħaddsin kompletament iddisinjati apposta għal vetturi speċifikati fi 8A001.h.; |
n. |
Sistemi attivi ddisinjati apposta jew modifikati sabiex jikkontrollaw awtomatikament il-moviment ikkawżat mill-baħar ta' vetturi jew bastimenti speċifikati fi 8A001.f., 8A001.g., 8A001.h. jew 8A001.i.; |
o. |
Skrejjen, sistemi ta' trasmissjoni ta' qawwa, sistemi ta' ġenerazzjoni ta' qawwa, u sistemi ta' tnaqqis ta' ħsejjes, kif ġej:
|
p. |
Sistemi ta' propulsjoni bil-ġett li jipproduċu qawwa ogħla minn 2.5 MW billi jużaw teknika ta' żennuni diverġenti u paletti għall-kondizzjonament tal-fluss sabiex itejbu l-effiċjenza propulsiva jew inaqqsu l-ħsejjes iġġenerati taħt wiċċ l-ilma mill-propulsjoni; |
q. |
Tagħmir awtonomu, b'ċirkwit magħluq jew nofsu magħluq (respirazzjoni mill-ġdid) għall-għadis u l-għawm taħt wiċċ l-ilma. Nota: 8A002.q. ma jikkontrollax tagħmir individwali għall-użu personali li jakkumpanja lill-utent tiegħu. |
8B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
8B001
Mini ta' l-ilma, bi ħsejjes ta' l-isfond ta' inqas minn 100 dB (referenza 1 μPa, 1 Hz), fil-medda ta' frekwenzi minn 0 sa 500 Hz, iddisinjati sabiex ikejlu l-kampi akustiċi ġġenerati minn fluss idrawliku madwar mudelli ta' sistemi ta' propulsjoni.
8Ċ
Materjali
8Ċ001
’Fowm sintattiku’ ddisinjat għall-użu taħt wiċċ l-ilma, li għandu dan kollu li ġej:
N.B.: ARA WKOLL 8A002.a.4.
a. |
Iddisinjat għal fond taħt wiċċ l-ilma ta' aktar minn 1 000 m; u |
b. |
Densità ta' anqas minn 561 kg/m3. |
Nota Teknika:
’Fowm sintattiku’ jikkonsisti minn sferi vojta tal-plastik jew tal-ħġieġ imdaħħlin f'matriċi tar-reżina.
8D
Software
8D001
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" tat-tagħmir jew il-materjali speċifikati fi 8A, 8B jew 8Ċ.
8D002
"Software" speċifiku ddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni", it-tiswija, ir-rinnovament totali jew ir-restawr (immaxinjar mill-ġdid) ta' skrejjen iddisinjati apposta għat-tnaqqis tal-ħsejjes taħt wiċċ l-ilma.
8E
Teknoloġija
8E001
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tat-tagħmir jew il-materjali speċifikati fi 8A, 8B jew 8Ċ.
8E002
"Teknoloġija" oħra, kif ġej:
a. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni", it-tiswija, ir-rinnovament totali jew ir-restawr (immaxinjar mill-ġdid) ta' skrejjen iddisinjati apposta għat-tnaqqis ta' ħsejjes taħt wiċċ l-ilma; |
b. |
"Teknoloġija" għar-rinnovament totali jew ir-restawr tat-tagħmir speċifikat fi 8A001, 8A002.b., 8A002.j., 8A002.o. jew 8A002.p. |
KATEGORIJA 9
AEROSPAZJU U PROPULSJONI
9A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
N.B.: Għal sistemi ta' propulsjoni ddisinjati jew previsti sabiex jirreżistu r-radjazzjoni bin-newtroni jew ir-radjazzjoni jonizzanti transitorja, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
9A001
Magni b'turbini tal-gass aeronawtiċi li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
N.B.: ARA WKOLL 9A101.
a. |
Jinkorporaw xi waħda mit-"teknoloġiji" speċifikati f'9E003.a.; jew Nota: 9A001.a. ma jikkontrollax magni b'turbini tal-gass aeronawtiċi li jissodisfaw dan kollu li ġej:
|
b. |
Iddisinjati sabiex iħaddmu inġenju ta' l-ajru sabiex itir b'veloċità ta' Mach 1 jew ogħla għal iktar minn tletin minuta. |
9A002
’Magni b'turbini tal-gass marittimi’ b'qawwa kontinwa nominali skond l-istandard ISO ta' 24 245 kW jew aktar u konsum ta' karburant speċifiku mhux ogħla minn 0.219 kg/kWh fil-medda tal-qawwa minn 35 sa 100 %, u assemblaġġi u komponenti ddisinjati apposta għalihom.
Nota: It-terminu ’magni b'turbini tal-gass marittimi’ jinkludi dawk il-magni b'turbini tal-gass industrijali, jew dawk derivati minn magni aeronawtiċi, adattati għall-ġenerazzjoni tal-qawwa elettrika jew għall-propulsjoni ta' bastiment.
9A003
Assemblaġġi u komponenti ddisinjati apposta, li jinkorporaw xi waħda mit-"teknoloġiji" speċifikati f'9E003.a., għas-sistemi ta' propulsjoni b'magni b'turbini tal-gass li ġejjin:
a. |
Speċifikati f'9A001; |
b. |
Li l-oriġini tad-disinn jew tal-produzzjoni tagħhom m'humiex minn "stati parteċipanti" jew m'humiex magħrufin mal-manifattur. |
9A004
Vetturi tal-varar fl-ispazju u "vetturi spazjali".
N.B.: ARA WKOLL 9A104.
Nota: 9A004 ma jikkontrollax it-tagħbija li tinġarr.
N.B.: Għall-istatus ta' kontroll ta' prodotti li jinsabu fit-tagħbija li tinġarr fil-"vetturi spazjali", ara l-Kategoriji pertinenti.
9A005
Sistemi ta' propulsjoni rokit bi propellant likwidu li fihom xi waħda mis-sistemi jew komponenti speċifikati f'9A006.
N.B.: ARA WKOLL 9A105 U 9A119.
9A006
Sistemi u komponenti ddisinjati apposta għal sistemi ta' propulsjoni rokit bi propellant likwidu, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 9A106, 9A108 U 9A120.
a. |
Refriġeraturi krijoġeniċi, fliexken ħfief Dewar, pajpijiet tat-tisħin krijoġeniċi jew sistemi krijoġeniċi ddisinjati apposta għal użu f'vetturi spazjali u li kapaċi jirrestrinġu t-telf ta' fluwidu krijoġeniku għal inqas minn 30 % fis-sena; |
b. |
Kontenituri krijoġeniċi jew sistemi ta' refriġerazzjoni b'ċiklu magħluq li kapaċi jipprovdu temperaturi ta' 100 K (– 173 °C) jew anqas għal "inġenji ta' l-ajru" li kapaċi jtiru b'veloċità sostnuta ogħla minn Mach 3, vetturi tal-varar jew "vetturi spazjali"; |
ċ. |
Sistemi ta' ħażna jew ta' trasferiment ta' idroġenu semi-likwidu; |
d. |
Turbopompi bi pressjoni għolja (ogħla minn 17,5 MPa), komponenti tal-pompi jew is-sistemi assoċjati tagħhom ta' trasmissjoni ta' qawwa permezz ta' turbini b'ċiklu ta' espansjoni jew ta' ġeneraturi tal-gass; |
e. |
Kmamar ta' l-ispinta bi pressjoni għolja (ogħla minn 10,6 MPa) u ż-żennuni għalihom; |
f. |
Sistemi ta' ħażna ta' propellant li jużaw il-prinċipju ta' konteniment kapillari jew ta' tkeċċija pożittiva (jiġifieri, bi bżieżaq flessibbli); |
g. |
Injettaturi ta' propellant likwidu, b'toqob individwali b'dijametru ta' 0.381 mm jew inqas (erja ta' 1,14 × 10–3 cm2 jew inqas għal toqob mhux fl-għamla ta' ċirku) iddisinjati apposta għal magni rokit bi propellant likwidu; |
h. |
Kmamar ta' l-ispinta karbonju-karbonju f'biċċa waħda jew koni tal-ħruġ karbonju-karbonju f'biċċa waħda b'densità ogħla minn 1,4 g/cm3 u reżistenza għat-tensjoni ogħla minn 48 MPa. |
9A007
Sistemi ta' propulsjoni rokit bi propellant solidu b'xi wieħed milli ġej:
N.B.: ARA WKOLL 9A107 U 9A119.
a. |
Kapaċità ta' impuls totali ogħla minn 1,1 MNs; |
b. |
Impuls speċifiku ta' 2,4 kNs/kg jew aktar meta l-fluss miż-żennuna jespandi għall-kondizzjonijiet ambjentali tal-livell tal-baħar għal pressjoni tal-kamra aġġustata ta' 7 MPa; |
ċ. |
Frazzjonijiet tal-massa ta' l-istadji ogħla minn 88 % u tagħbijiet ta' propellant solidu ogħla minn 86 %; |
d. |
Xi wieħed mill-komponenti speċifikati f'9A008; jew |
e. |
Sistemi ta' rbit ta' l-iżolazzjoni u l-propellant li jużaw disinni tal-mutur bi rbit dirett sabiex jipprovdu ’rbit mekkaniku qawwi’ jew barriera għall-migrazzjoni kimika bejn il-propellant solidu u l-materjal ta' iżolazzjoni tal-kontenitur. Nota Teknika: Għall-finijiet ta' 9A007.e., ’irbit mekkaniku qawwi’ tfisser qawwa ta' rbit daqs jew aktar mill-qawwa tal-propellant. |
9A008
Komponenti, kif ġej, iddisinjati apposta għal sistemi ta' propulsjoni rokit bi propellant solidu:
N.B.: ARA WKOLL 9A108.
a. |
Sistemi ta' rbit ta' l-iżolazzjoni u l-propellant li jużaw kisjiet sabiex jipprovdu ’rbit mekkaniku qawwi’ jew barriera għall-migrazzjoni kimika bejn il-propellant solidu u l-materjal ta' iżolazzjoni tal-kontenitur; Nota Teknika: Għall-finijiet ta' 9A008.a., ’irbit mekkaniku qawwi’ tfisser qawwa ta' rbit daqs jew aktar mill-qawwa tal-propellant. |
b. |
Kontenituri tal-muturi "kompożiti" mdawrin b'filament ta' dijametru ikbar minn 0,61 m jew ta' ’proporzjonijiet ta' effiċjenza strutturali (PV/W)’ ta' iktar minn 25 km; Nota Teknika: Il-’proporzjon ta' effiċjenza strutturali (PV/W)’ huwa l-pressjoni tat-tifqigħ (P) immultiplikata bil-volum tal-kontenitur (V) diviż bil-piż totali (W) tal-kontenitur tal-pressjoni. |
ċ. |
Żennuni b'livelli ta' spinta ogħla minn 45 kN jew rati ta' tgħawwir ta' l-għenuq taż-żennuni ta' inqas minn 0,075 mm/s; |
d. |
Żennuni li jistgħu jiċċaqalqu jew sistemi ta' kontroll tal-vettur ta' l-ispinta b'injezzjoni sekondarja ta' fluwidu li kapaċi jwettqu xi wieħed minn dan li ġej:
|
9A009
Sistemi ta' propulsjoni rokit ibridi li għandhom:
N.B.: ARA WKOLL 9A109 U 9A119.
a. |
Kapaċità ta' impuls totali ogħla minn 1,1 MNs; jew |
b. |
Livelli ta' spinta ogħla minn 220 kN f'kondizzjonijiet ta' ħruġ fil-vakwu. |
9A010
Komponenti, sistemi u strutturi ddisinjati apposta għal vetturi tal-varar, sistemi ta' propulsjoni għal vetturi tal-varar jew "vetturi spazjali", kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 1A002 U 9A110.
a. |
Komponenti u strutturi kull wieħed minnhom ta' iktar minn 10 kg, iddisinjati apposta għal vetturi tal-varar manifatturati bl-użu ta' "matriċi" tal-metall, "kompożitu", "kompożitu" organiku, "matriċi" taċ-ċeramika jew materjali intermetalliċi rinfurzati speċifikati f'1Ċ007 jew f'1Ċ010; Nota: Il-limitu tal-piż mhux rilevanti għall-koni ta' quddiem. |
b. |
Komponenti u strutturi ddisinjati apposta għas-sistemi ta' propulsjoni għall-vetturi tal-varar speċifikati f'9A005 sa 9A009 manifatturati bl-użu ta' matriċi tal-metall, kompożitu, kompożitu organiku, matriċi taċ-ċeramika jew materjali intermetalliċi rinfurzati speċifikati f'1Ċ007 jew f'1Ċ010; |
ċ. |
Komponenti strutturali u sistemi ta' iżolazzjoni ddisinjati apposta sabiex jikkontrollaw attivament ir-rispons dinamiku jew id-distorsjoni ta' strutturi ta' "vetturi spazjali"; |
d. |
Magni rokit bi propellant likwidu bl-impulsi bil-proporzjon ta' l-ispinta mal-piż ta' 1 kN/kg jew aktar u b'ħin ta' rispons (il-ħin meħtieġ sabiex tinkiseb 90 % ta' l-ispinta prevista totali mit-tluq) ta' inqas minn 30 ms. |
9A011
Magni awtoreatturi, awtoreatturi supersoniċi jew dawk b'ċiklu kkombinat u komponenti ddisinjati apposta għalihom.
N.B.: ARA WKOLL 9A111 U 9A118.
9A012
"Vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ" ("UAVs"), sistemi, tagħmir u komponenti assoċjati magħhom kif ġej:
a. |
"UAVs" li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
b. |
Sistemi, tagħmir u komponenti assoċjati kif ġej:
|
9A101
Magni turboreatturi u turbopropulsuri (inklużi magni turbokompożiti), minbarra dawk speċifikati f'9A001, kif ġej:
a. |
Magni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Magni ddisinjati jew modifikati għall-użu f' "missili". |
9A104
Rokits sonda, li kapaċi jilħqu distanza ta' mill-inqas 300 km.
N.B.: ARA WKOLL 9A004.
9A105
Magni rokit bi propellant likwidu, kif ġej:
N.B.: ARA WKOLL 9A119.
a. |
Magni rokit bi propellant likwidu li jistgħu jintużaw f' "missili", minbarra dawk speċifikati f'9A005, u li għandhom kapaċità ta' impuls totali ta' 1,1 MNs jew ogħla; |
b. |
Magni rokit bi propellant likwidu, li jistgħu jintużaw f'sistemi rokit kompluti jew f'vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ, li kapaċi jilħqu distanza ta' 300 km, minbarra dawk speċifikati f'9A005 jew 9A105.a., u li għandhom kapaċità ta' impuls totali ta' 0,841 MNs jew ogħla. |
9A106
Sistemi jew komponenti, minbarra dawk speċifikati f'9A006, li jistgħu jintużaw f' "missili", kif ġej, iddisinjati apposta għal sistemi ta' propulsjoni rokit bi propellant likwidu:
a. |
Inforor ablattivi għal kmamar ta' l-ispinta jew tal-kombustjoni; |
b. |
Żennuni rokit; |
ċ. |
Sotto-sistemi għall-kontroll tal-vettur ta' l-ispinta; Nota Teknika: Eżempji ta' metodi sabiex jinkiseb il-kontroll tal-vettur ta' l-ispinta speċifikat f'9A106.ċ. huma:
|
d. |
Sistemi ta' kontroll għal propellant likwidu u f'suspensjoni (inkluż ossidanti), u komponenti ddisinjati apposta għalihom, iddisinjati jew modifikati sabiex jaħdmu f'ambjenti ta' vibrazzjoni ta' aktar minn 10 g rms bejn 20 Hz u 2 kHz. Nota: L-uniċi servovalvalvijiet u pompi speċifikati f'9A106.d., huma dawn li ġejjin:
|
9A107
Magni rokit bi propellant solidu, li jistgħu jintużaw f'sistemi rokit kompluti jew f'vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ, li kapaċi jilħqu distanza ta' 300 km, minbarra dawk speċifikati f'9A007, u li għandhom kapaċità ta' impuls totali ta' 0,841 MNs jew ogħla.
N.B.: ARA WKOLL 9A119.
9A108
Komponenti, minbarra dawk speċifikati f'9A008, li jistgħu jintużaw f' "missili", kif ġej, iddisinjati apposta għal sistemi ta' propulsjoni rokit bi propellant solidu:
a. |
Korpi ta' konteniment ta' muturi rokit u komponenti ta' "iżolazzjoni" għalihom; |
b. |
Żennuni rokit; |
ċ. |
Sotto-sistemi għall-kontroll tal-vettur ta' l-ispinta. Nota Teknika: Eżempji ta' metodi sabiex jinkiseb il-kontroll tal-vettur ta' l-ispinta speċifikat f'9A108.ċ. huma:
|
9A109
Muturi rokit ibridi, li jistgħu jintużaw f' ’missili’, minbarra dawk speċifikati f'9A009, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.
N.B.: ARA WKOLL 9A119.
Nota Teknika:
F'9A109 ’missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.
9A110
Strutturi kompożiti, laminati u prodotti maħdumin minnhom, minbarra dawk speċifikati f'9A010, iddisinjati apposta għall-użu fil-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew fir-rokits sonda speċifikati f'9A104 jew is-sottosistemi speċifikati f'9A005, 9A007, 9A105.a., 9A106 sa 9A108, 9A116 jew 9A119.
N.B.: ARA WKOLL 1A002.
9A111
Magni pulso-reatturi, li jistgħu jintużaw f'"missili" jew vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f'9A012, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.
N.B.: ARA WKOLL 9A011 U 9A118.
9A115
Tagħmir ta' sostenn għall-varar kif ġej:
a. |
Tagħmir u apparat għall-maniġġar, kontroll, attivazzjoni jew varar, iddisinjat jew modifikat għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004, il-vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f'9A012 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104; |
b. |
Vetturi għat-trasport, maniġġar, kontroll, attivazzjoni jew varar, iddisinjati jew modifikati għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104. |
9A116
Vetturi tad-dħul lura, li jistgħu jintużaw f'"missili", u tagħmir iddisinjat jew modifikat għalihom, kif ġej:
a. |
Vetturi tad-dħul lura; |
b. |
Tarki tas-sħana u komponenti għalihom magħmulin miċ-ċeramika jew minn materjali ablattivi; |
ċ. |
Korpi sabiex jixorbu s-sħana u komponenti għalihom magħmulin minn materjali ħfief ta' kapaċità termika għolja; |
d. |
Tagħmir elettroniku ddisinjat apposta għall-vetturi tad-dħul lura. |
9A117
Mekkaniżmi ta' separazzjoni fi stadji, mekkaniżmi ta' separazzjoni, u stadji intermedji, li jistgħu jintużaw f' "missili".
9A118
Apparat sabiex jirregola l-kombustjoni li jista' jintuża fil-magni, li jistgħu jintużaw fil-"missili" jew il-vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f'9A012, speċifikati f'9A011 jew 9A111.
9A119
Stadji individwali ta' rokit, li jistgħu jintużaw f'sistemi rokit kompluti jew vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ, li kapaċi jilħqu medda ta' 300 km, minbarra dawk speċifikati f'9A005, 9A007, 9A009, 9A105, 9A107 u 9A109.
9A120
Tankijiet ta' propellant likwidu, minbarra dawk speċifikati f'9A006, iddisinjati apposta għall-propellanti speċifikati f'1Ċ111 jew ’propellanti likwidi oħrajn’, użati f'sistemi rokit li kapaċi jġorru tagħbija ta' mill-inqas 500 kg għal medda ta' mill-inqas 300 km.
Nota: F'9A120 ’propellanti likwidi oħrajn’ tinkludi, iżda mhix limitata għal, propellanti speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
9A350
Sistemi ta' bexx jew ħolqien ta' ċpar, iddisinjati apposta jew modifikati għall-immuntar fuq inġenji ta' l-ajru, "vetturi eħfef mill-arja" jew vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ, u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:
a |
Sistemi kompluti ta' bexx jew ħolqien ta' ċpar li kapaċi jagħtu, minn suspensjoni likwida, taqtir inizjali ta' ’VMD’ inqas minn 50 µm b'rata ta' fluss ogħla minn żewġ litri fil-minuta; |
b |
Dirgħajn ta' bexxiexi jew arranġamenti ta' unitajiet li jiġġeneraw l-erosol li kapaċi jagħtu, minn suspensjoni likwida, taqtir inizjali ta' ’VMD’ inqas minn 50 µm b'rata ta' fluss ogħla minn żewġ litri fil-minuta; |
ċ |
Unitajiet li jiġġeneraw l-erosol iddisinjati apposta għall-immuntar fis-sistemi speċifikati f'9A350.a. u b. |
Nota: Unitajiet li jiġġeneraw l-erosol huma apparat iddisinjat apposta jew modifikat għall-immuntar f'inġenji ta' l-ajru bħal żennuni, atomizzaturi b'tambur li jdur u apparat simili.
Nota: 9A350 ma jikkontrollax sistemi u komponenti ta' bexx jew ta' ħolqien ta' ċpar li jintwerew li m'humiex kapaċi jxerrdu aġenti bijoloġiċi fis-sura ta' erosol infettiv.
Noti Tekniċi:
1. |
Id-daqs tat-taqtir għaż-żennuni jew it-tagħmir tal-bexx iddisinjat apposta għall-użu fuq inġenji ta' ajru, "vetturi eħfef mill-arja" jew vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ għandu jitkejjel bl-użu ta' wieħed minn dan li ġej:
|
2. |
F'9A350 ’VMD’ tfisser Dijametru Medjan Volumetriku u għas-sistemi bbażati fuq l-ilma dan hu ugwali għad-Dijametru Medjan tal-Massa (MMD). |
9B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
9B001
Tagħmir, għodod u muntaġġi ddisinjati apposta, kif ġej, għall-fabbrikazzjoni ta' paletti mobbli, paletti fissi jew karenaturi tat-tarf ikkastjati tat-turbini tal-gass:
a. |
Tagħmir ta' solidifikazzjoni direzzjonali jew ta' l-ikkastjar monokristallin; |
b. |
Animi jew qxur taċ-ċeramika; |
9B002
Sistemi ta' kontroll on-line (fil-ħin reali), strumentazzjoni (inkluż sensuri) jew tagħmir awtomatizzat għall-akkwist u l-ipproċessar tad-data, iddisinjati apposta għall-"iżvilupp" ta' magni, assemblaġġi jew komponenti ta' turbini tal-gass li jinkorporaw "teknoloġiji" speċifikati f'9E003.a.
9B003
Tagħmir iddisinjat apposta għall-"produzzjoni" jew l-ittestjar ta' brush seals ta' turbini tal-gass iddisinjat apposta sabiex jaħdem f'veloċitajiet tat-truf ogħla minn 335 m/s, u f'temperaturi ogħla minn 773 K (500 °C), u komponenti jew aċċessorji ddisinjati apposta għalih.
9B004
Għodod, forom imnaqqxin jew muntaġġi għall-assemblaġġ fl-istat solidu ta' kombinazzjonijiet paletta-diska ta' "superliega", tat-titanju jew intermetalliċi deskritti f'9E003.a.3. jew 9E003.a.6. għal turbini tal-gass.
9B005
Sistemi ta' kontroll on-line (fil-ħin reali), strumentazzjoni (inkluż sensuri) jew tagħmir awtomatizzat għall-akkwist u l-ipproċessar tad-data, iddisinjati apposta għall-użu ma' xi wieħed mill-mini tar-riħ jew l-apparat li ġej:
N.B.: ARA WKOLL 9B105.
a. |
Mini tar-riħ iddisinjati għal veloċità ta' Mach 1.2 jew aktar, minbarra dawk iddisinjati apposta għal skopijiet edukattivi u li għandhom ’daqs tas-sezzjoni ta' l-ittestjar’ (imkejjel lateralment) ta' inqas minn 250 mm; Nota Teknika: ’Daqs tas-sezzjoni ta' l-ittestjar’ f'9B005.a. tfisser id-dijametru taċ-ċirku, jew il-ġenb tal-kwadru, jew l-itwal ġenb tar-rettangolu, fil-post bl-ikbar dimensjoni fis-sezzjoni ta' l-ittestjar. |
b. |
Apparati għas-simulazzjoni ta' ambjenti ta' fluss f'veloċitajiet ogħla minn Mach 5, inkluż mini b'impuls termiku, mini b'arka tal-plażma, tubi tax-xokk, mini tax-xokk, mini tal-gass u xkubetti ta' gass ħafif; jew |
ċ. |
Mini tar-riħ jew apparat, minbarra sezzjonijiet ta' żewġ dimensjonijiet, li kapaċi jissimulaw flussi bin-numru ta' Reynolds ogħla minn 25 × 106. |
9B006
Tagħmir ta' l-ittestjar tal-vibrazzjoni akustika li kapaċi jipproduċi livelli ta' pressjoni ta' ħoss ta' 160 dB jew aktar (referenzat għal 20 μPa) b'qawwa tal-ħruġ nominali ta' 4 kW jew aktar f'temperatura taċ-ċellola ta' l-ittestjar ogħla minn 1 273 K (1 000 °C), u tagħmir tat-tisħin kwarz iddisinjat apposta għalih.
N.B.: ARA WKOLL 9B106.
9B007
Tagħmir iddisinjat apposta għall-ispezzjonar ta' l-integrità ta' muturi rokit bl-użu ta' teknika ta' l-ittestjar non-distruttiva (NDT) minbarra l-analiżi planari bir-raġġi X jew analiżi bażika fiżika jew kimika.
9B008
Trasdutturi ddisinjati apposta għall-kejl dirett tal-frizzjoni mal-qoxra tal-ħajt tal-fluss tat-test b'temperatura ta' l-istaġnar ogħla minn 833 K (560 °C).
9B009
Għodod iddisinjati apposta għall-produzzjoni ta' komponenti ta' skrejjen ta' magni turbini magħmulin permezz tal-metallurġija tat-trab li kapaċi jaħdmu f'livelli ta' tensjoni ta' 60 % tal-limitu tar-reżistenza għat-tensjoni (UTS) jew aktar u f'temperaturi tal-metall ta' 873 K (600 °C) jew aktar.
9B010
Tagħmir iddisinjat apposta għall-produzzjoni ta' "UAVs" u sistemi, tagħmir u komponenti assoċjati speċifikati f'9A012.
9B105
Mini tar-riħ għal veloċitajiet ta' Mach 0,9 jew aktar, li jistgħu jintużaw għal ’missili’ u s-sottosistemi tagħhom.
N.B.: ARA WKOLL 9B005.
Nota Teknika:
F'9B105 ’missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.
9B106
Kmamar ambjentali u kmamar anekoiċi, kif ġej:
a. |
Kmamar ambjentali li kapaċi jissimulaw il-kondizzjonijiet tat-titjir li ġejjin:
|
b. |
Kmamar ambjentali li kapaċi jissimulaw il-kondizzjonijiet tat-titjir li ġejjin:
|
9B115
"Tagħmir ta' produzzjoni" ddisinjat apposta għas-sistemi, sotto-sistemi u komponenti speċifikati f'9A005 sa 9A009, 9A011, 9A101, 9A105 sa 9A109, 9A111, 9A116 sa 9A119.
9B116
"Faċilitajiet ta' produzzjoni" ddisinjati apposta għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004, jew is-sistemi, is-sotto-sistemi, u l-komponenti speċifikati f'9A005 sa 9A009, 9A011, 9A101, 9A104 sa 9A109, 9A111, jew 9A116 sa 9A119.
9B117
Bankijiet u postazzjonijiet ta' l-ittestjar għal rokits jew muturi rokit bi propellant solidu jew likwidu, li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Jifilħu għal spinta ogħla minn 68 kN; jew |
b. |
Kapaċi jkejlu fl-istess ħin it-tliet komponenti assjali ta' spinta. |
9Ċ
Materjali
9Ċ108
Materjal ta' "iżolazzjoni" fi kwantità u "kisi intern", minbarra dak speċifikat f'9A008, għal korpi ta' konteniment ta' muturi rokit li jistgħu jintużaw f'"missili" jew iddisinjati apposta għal ’missili’.
Nota Teknika:
F'9Ċ108 ’missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.
9Ċ110
Pre-impregnati bil-fibri impregnati bir-reżina u pre-formati bil-fibri miksijin bil-metall għalihom, għal strutturi kompożiti, laminati u prodotti maħdumin minnhom speċifikati f'9A110, magħmulin b'matriċi organika jew b'matriċi metallika li jużaw rinforzi fibrużi jew bil-filamenti li għandhom "reżistenza għat-tensjoni speċifika" ogħla minn 7.62 × 104 m u "modulus speċifiku" ogħla minn 3.18 × 106 m.
N.B.: ARA WKOLL 1Ċ010 U 1Ċ210.
Nota: L-uniċi pre-impregnati bil-fibri impregnati bir-reżina speċifikati f'9Ċ110 huma dawk li jużaw reżini b'temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg), wara t-trattament, ogħla minn 418 K (145 °C) kif determinat mill-ASTM D4065 jew l-ekwivalenti.
9D
Software
9D001
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp" tat-tagħmir jew it-"teknoloġija" speċifikata f'9A001 sa 9A119, 9B jew 9E003.
9D002
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat f'9A001 sa 9A119 jew 9B.
9D003
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"użu" ta' "kontroll elettroniku diġitali tal-mutur b'awtorità sħiħa" ("FADEC") għas-sistemi ta' propulsjoni speċifikati f'9A jew it-tagħmir speċifikat f'9B, kif ġej:
a. |
"Software" f'kontrolli elettroniċi diġitali għal sistemi ta' propulsjoni, faċilitajiet ta' l-ittestjar aerospazjali jew faċilitajiet ta' l-ittestjar ta' magni aeronawtiċi aerobiċi; |
b. |
"Software" li tittollera l-ħsarat użat f'sistemi "FADEC" għal sistemi ta' propulsjoni u faċilitajiet ta' l-ittestjar assoċjati. |
9D004
"Software" ieħor, kif ġej:
a. |
"Software" ta' fluss 2D jew 3D viskuż ivvalidat b'data ta' l-ittestjar minn mina tar-riħ jew minn titjir meħtieġ għall-ħolqien ta' mudelli ta' fluss fil-magni; |
b. |
"Software" għall-ittestjar ta' magni aeronawtiċi b'turbini tal-gass, assemblaġġi jew komponenti, iddisinjati apposta sabiex jiġbru, inaqqsu u janalizzaw data fil-ħin reali, u li kapaċi jikkontrollaw ir-retroazzjoni, inkluż l-aġġustament dinamiku ta' l-oġġetti ttestjati jew il-kondizzjonijiet ta' l-ittestjar, waqt li jkun għaddej it-test; |
ċ. |
"Software" iddisinjat apposta sabiex jikkontrolla s-solidifikazzjoni direzzjonali jew l-ikkastjar monokristallin; |
d. |
"Software" fil-"kodiċi tas-sors", fil-"kodiċi ta' l-oġġett" jew fil-kodiċi tal-magna meħtieġ għall-"użu" ta' sistemi attivi ta' kumpens għall-kontroll tad-distanza vojta mit-truf tal-pali ta' l-iskrejjen; Nota: 9D004.d. ma jikkontrollax "software" integrat f'tagħmir mhux ikkontrollat jew meħtieġ għall-attivitajiet ta' manutenzjoni assoċjati ma' l-ikkalibrar jew it-tiswija jew aġġornamenti tas-sistema għall-kontroll tad-distanza vojta b'kumpens attiv. |
e. |
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"użu" ta' "UAVs" u sistemi, tagħmir u komponenti assoċjati speċifikati f'9A012; |
f. |
"Software" iddisinjat apposta għall-iddisinjar ta' passaġġi interni għat-tkessiħ ta' paletti mobbli, paletti fissi u karenaturi tat-tarf ta' turbini tal-gass aeronawtiċi; |
g. |
"Software" li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
9D101
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"użu" ta' l-oġġetti speċifikati f'9B105, 9B106, 9B116 jew 9B117.
9D103
"Software" iddisinjat apposta għall-immudellar, is-simulazzjoni jew l-integrazzjoni tad-disinn tal-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104, jew is-sottosistemi speċifikati f'9A005, 9A007, 9A105.a., 9A106, 9A108, 9A116 jew 9A119.
Nota: "Software" speċifikat f'9D103 jibqa' kkontrollat meta jkun flimkien ma' hardware iddisinjat apposta speċifikat f'4A102.
9D104
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall "użu" ta' l-oġġetti speċifikati f'9A001, 9A005, 9A006.d., 9A006.g., 9A007.a., 9A008.d., 9A009.a., 9A010.d., 9A011, 9A101, 9A105, 9A106.ċ., 9A106.d., 9A107, 9A108.ċ., 9A109, 9A111, 9A115.a., 9A116.d., 9A117 jew 9A118.
9D105
"Software" li jikkoordina l-funzjoni ta' aktar minn sottosistema waħda, iddisinjat apposta jew modifikat għall-"użu" fil-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104.
9E
Teknoloġija
Nota: "Żvilupp" jew "teknoloġija" ta' l-"iżvilupp" speċifikat f'9E001 sa 9E003 għall-magni b'turbini tal-gass jibqa' kkontrollat meta jintuża bħala "teknoloġija" ta' l-"użu" għat-tiswija, bini mill-ġdid u rinnovament totali. Esklużi mill-kontroll huma: data teknika, pjanti jew dokumentazzjoni għal attivitajiet ta' manutenzjoni assoċjati direttament ma' l-ikkalibrar, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' unitajiet rimpjazzabbli tal-linja li jkunu bil-ħsara jew li ma jistgħux jissewwew, inkluż is-sostituzzjoni ta' magni sħaħ jew ta' moduli tal-magni.
9E001
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" tat-tagħmir jew is-"software" speċifikat f'9A001.b., 9A004 sa 9A012, 9A350, 9B jew 9D.
9E002
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat f' 9A001.b., 9A004 sa 9A011, 9A350 jew 9B.
N.B.: Għat-"teknoloġija" tat-tiswija ta' strutturi, laminati jew materjali kkontrollati, ara 1E002.f.
9E003
"Teknoloġija" oħra, kif ġej:
a. |
"Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' xi wieħed mill-komponenti jew is-sistemi għall-magni b'turbini tal-gass li ġejjin:
|
b. |
"Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
ċ. |
"Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' komponenti għal magni b'turbini tal-gass li jużaw proċessi ta' titqib bl-użu ta' "laser", ġett ta' l-ilma, ECM jew EDM sabiex jipproduċu toqob li għandhom xi wieħed mill-gruppi ta' karatteristiċi li ġejjin:
|
d. |
"Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' sistemi ta' trasmissjoni ta' qawwa ta' ħelikopters jew sistemi ta' trasmissjoni ta' qawwa ta' "inġenji ta' l-ajru" bi skrun inklinat jew b'ġewnaħ inklinat; |
e. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' sistemi ta' propulsjoni ta' vetturi ta' l-art b'magni tal-pistun diesel li għandhom dan kollu li ġej:
Nota Teknika: Il-’volum tal-kaxxa f'’9E003.e. huwa l-prodott ta' tliet dimensjonijiet perpendikolari mkejlin kif ġej:
|
f. |
"Teknoloġija""meħtieġa" għall-"produzzjoni" ta' komponenti ddisinjati apposta, kif ġej, għal magni diesel bi prestazzjoni għolja:
|
g. |
"Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' magni diesel bi prestazzjoni għolja għal-lubrikazzjoni tal-ħitan taċ-ċilindri b'pellikola solida, likwida jew f'fażi ta' gass (jew kombinazzjonijiet tagħhom), li tippermetti tħaddim sa temperaturi ogħla minn 723 K (450 °C), imkejla fuq il-ħajt taċ-ċilindru fil-limitu ta' fuq nett tal-moviment taċ-ċirku ta' fuq nett tal-pistun. Nota Teknika: Magni diesel bi prestazzjoni għolja: magni diesel bi pressjoni effettiva medja speċifikata tal-brejkijiet ta' 1,8 MPa jew aktar f'veloċità ta' 2 300 r.p.m., dment li l-veloċità nominali hi ta' 2 300 r.p.m. jew aktar. |
9E101
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' l-oġġetti speċifikati f'9A101, 9A104 sa 9A111 jew 9A115 sa 9A119.
9E102
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tal-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004, jew l-oġġetti speċifikati f'9A005 sa 9A011, 9A101, 9A104 sa 9A111, 9A115 sa 9A119, 9B105, 9B106, 9B115, 9B116, 9B117, 9D101 jew 9D103.
ANNESS II
AWTORIZZAZZJONI TA' ESPORTAZZJONI KOMUNITARJA ĠENERALI Nru EU001
(imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000)
Awtorità tal-ħruġ: Komunità Ewropea
Parti 1
Din l-awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni tkopri l-oġġetti li ġejjin:
L-oġġetti kollha b'użu doppju speċifikati f'kull annotazzjoni fl-Anness I tar-Regolament preżenti minbarra dawk elenkati fil-Parti 2 hawn taħt.
Parti 2
— |
|
L-oġġetti kollha speċifikati fl-Anness IV. |
— |
0Ċ001 |
"Uranju naturali" jew "uranju mfaqqar" jew torju fil-forma ta' metall, liega, kompost kimiku jew konċentrat u kwalunkwe materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn imsemmija. |
— |
0Ċ002 |
"Materjali fissili speċjali" minbarra dawk speċifikati fl-Anness IV. |
— |
0D001 |
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' oġġetti speċifikati fil-Kategorija 0, safejn jirrelata ma' 0Ċ001 jew ma' dawk l-oġġetti ta' 0Ċ002 li huma esklużi mill-Anness IV. |
— |
0E001 |
"Teknoloġija" skond in-Nota dwar it-Teknoloġija Nukleari għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' oġġetti speċifikati fil-Kategorija 0, safejn tirrelata ma' 0Ċ001 jew ma' dawk l-oġġetti ta' 0Ċ002 li huma esklużi mill-Anness IV. |
— |
1A102 |
Komponenti karbonju-karbonju risaturati u pirolizzati ddisinjati għal vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew rokits sonda speċifikati f'9A104. |
— |
1Ċ351 |
Patoġeni tal-bniedem, żoonosi u "tossini". |
— |
1Ċ352 |
Patoġeni ta' l-annimali. |
— |
1Ċ353 |
Elementi ġenetiċi u organiżmi ġenetikament modifikati. |
— |
1Ċ354 |
Patoġeni tal-pjanti. |
— |
7E104 |
"Teknoloġija" għall-integrazzjoni tad-data tal-kontroll tat-titjir, il-gwida, u l-propulsjoni f'sistema ta' ġestjoni tat-titjir għall-ottimizzazzjoni ta' trajettorja ta' sistema rokit. |
— |
9A009.a. |
Sistemi ta' propulsjoni rokit ibridi b'kapaċità ta' impuls totali ogħla minn 1.1 MNs. |
— |
9A117 |
Mekkaniżmi ta' separazzjoni fi stadji, mekkaniżmi ta' separazzjoni, u stadji intermedji, li jistgħu jintużaw f' "missili". |
Parti 3
Din l-awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni hija valida fil-Komunità kollha għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:
— |
Awstralja |
— |
Kanada |
— |
Ġappun |
— |
New Zealand |
— |
Norveġja |
— |
Żvizzera |
— |
Stati Uniti ta' l-Amerika |
Nota: Il-partijiet 2 u 3 jistgħu jiġu emendati biss f'konformità ma' l-obbligi u l-impenji rilevanti li kull Stat Membru aċċetta bħala membru ta' reġimi internazzjonali ta' non-proliferazzjoni u arranġamenti ta' kontroll ta' l-esportazzjoni, u f'konformità ma' l-interess tas-sigurtà pubblika ta' kull Stat Membru kif rifless fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju taħt l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament.
Kondizzjonijiet u ħtiġiet għall-użu ta' din l-awtorizzazzjoni
(1) |
Din l-awtorizzazzjoni ġenerali ma tistax tintuża jekk l-esportatur ikun ġie infurmat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih huwa stabbilit li l-oġġetti in kwistjoni huma jew jistgħu jkunu maħsuba, kollha jew parti minnhom, għal użu konness ma’ l-iżvilupp, il-produzzjoni, l-immaniġġar, it-tħaddim, il-manutenzjoni, il-ħżin, ir-rilevament, l-identifikazzjoni jew it-tixrid ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew ta’ apparati splussivi nukleari oħrajn jew l-iżvilupp, il-produzzjoni, il-manutenzjoni jew il-ħżin ta’ missili li kapaċi jwasslu tali armi, jew jekk l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti in kwistjoni huma maħsuba għal tali użu. |
(2) |
Din l-awtorizzazzjoni ġenerali ma tistax tintuża jekk l-esportatur ikun ġie infurmat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih huwa stabbilit li l-oġġetti in kwistjoni huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal użu aħħari militari kif definit fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament f’pajjiż suġġett għal embargo ta’ l-UE, l-OSCE jew in-NU fuq l-armi, jew jekk l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti in kwistjoni huma maħsuba għal tali użu. |
(3) |
Din l-awtorizzazzjoni ġenerali ma tistax tintuża meta l-oġġetti rilevanti jiġu esportati lejn żona ħielsa mid-dazju jew maħżen ħieles mid-dazju li jinsab f’destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni. |
(4) |
Il-ħtiġiet ta’ reġistrazzjoni u rappurtar marbutin ma’ l-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni ġenerali, u t-tagħrif addizzjonali li l-Istat Membru minn fejn saret l-esportazzjoni jista’ jeħtieġ dwar oġġetti esportati taħt din l-awtorizzazzjoni, huma definiti mill-Istati Membri. Dawn il-ħtiġiet għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni mogħtijin minn dawk l-Istati Membri li jipprevedu tali awtorizzazzjonijiet. |
ANNESS IIIb
ELEMENTI KOMUNI GĦALL-PUBBLIKAZZJONI TA' AWTORIZZAZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-ESPORTAZZJONI
(imsemmijin fl-Artikolu 10(3))
(1) |
Titolu ta' l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni |
(2) |
Awtorità li toħroġ l-awtorizzazzjoni |
(3) |
Validità tal-KE. Għandu jintuża t-test li ġej: “Din hija awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni taħt it-termini ta' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000. Din l-awtorizzazzjoni, skond l-Artikolu 6(2) ta' dak ir-Regolament, hija valida fl-Istati Membri kollha tal-Komunità Ewropea”. |
(4) |
Oġġetti konċernati: għandu jintuża t-test introduttorju li ġej: “Din l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti li ġejjin” |
(5) |
Destinazzjonijiet konċernati: Għandu jintuża t-test introduttorju li ġej: “Din l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni hija valida għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin” |
(6) |
Kondizzjonijiet u ħtiġiet |
ANNESS IV
(Lista msemmija fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000)
L-annotazzjonijiet ma jkoprux dejjem id-deskrizzjoni sħiħa ta' l-oġġett u n-noti relatati fl-Anness I (2). L-Anness I biss jagħti d-deskrizzjoni sħiħa ta' l-oġġetti.
Ir-referenza għal oġġett f'dan l-Anness ma taffettwax l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw prodotti tas-suq tal-massa fl-Anness I.
Parti I
(possibbilità ta' Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju)
Prodotti tat-teknoloġija tal-furtività (stealth)
1Ċ001 |
Materjali ddisinjati apposta għall-użu bħala assorbituri ta' mewġ elettromanjetiku, jew polimeri intrinsikament kondutturi. NB: ARA WKOLL 1Ċ101 |
1Ċ101 |
Materjali jew apparati għat-tnaqqis ta' karatteristiċi osservabbli bħar-riflettività tar-radar, firem ultravjola/infra-aħmar u firem akustiċi; minbarra dawk speċifikati f'1Ċ001, li jistgħu jintużaw f' ’missili’, sottosistemi "missili" jew vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f'9A012. Nota: 1Ċ101 ma jikkontrollax materjali jekk tali oġġetti jkunu maħsubin unikament għal applikazzjonijiet ċivili. Nota Teknika: F'1Ċ101 ’missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' iktar minn 300 km. |
1D103 |
"Software" iddisinjat apposta għall-analiżi ta' karatteristiċi osservabbli bħar-riflettività tar-radar, firem ultravjola/infra-aħmar u firem akustiċi. |
1E101 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' oġġetti speċifikati f'1Ċ101 jew 1D103. |
1E102 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" ta' "software" speċifikat f'1D103. |
6B008 |
Sistemi ta' kejl ta' l-erja ekwivalenti radar bl-impulsi li għandhom wesgħat ta' trasmissjoni ta' impuls ta' 100 ns jew inqas u komponenti ddisinjati apposta għalihom. NB: ARA WKOLL 6B108 |
6B108 |
Sistemi ddisinjati apposta għall-kejl ta' l-erja ekwivalenti radar li jistgħu jintużaw għal "missili" u s-sottosistemi tagħhom. |
Oġġetti tal-kontroll strateġiku Komunitarju
1Ċ239 |
Splussivi ta' qawwa kbira, minbarra dawk speċifikati fil-kontrolli tal-merkanzija militari, jew sustanzi jew taħlitiet li fihom aktar minn 2 % minnhom, b'densità tal-kristalli ogħla minn 1,8 gm kull cm3 u li għandhom veloċità ta' detonazzjoni ogħla minn 8 000 m/s. |
||||
1E201 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' oġġetti speċifikati f'1Ċ239. |
||||
3A229 |
Detonaturi u ġeneraturi ta' impuls b'kurrent għoli ekwivalenti, kif ġej … NB: ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI |
||||
3A232 |
Detonaturi u sistemi ta' inizjazzjoni multipunti, kif ġej … NB: ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI |
||||
3E201 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat fi 3A229 jew 3A232. |
||||
6A001 |
Akustika, limitata għal dan li ġej: |
||||
6A001.a.1.b. |
Sistemi ta' rilevament jew lokalizzazzjoni ta' oġġetti, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
||||
6A001.a.2.a.2. |
Idrofoni … Li jinkorporaw … |
||||
6A001.a.2.a.3. |
Idrofoni … Li għandhom xi wieħed … |
||||
6A001.a.2.a.6 |
Idrofoni … Iddisinjati għal … |
||||
6A001.a.2.b. |
Arranġamenti ta' idrofoni akustiċi rmunkat i … |
||||
6A001.a.2.ċ. |
Tagħmir ta' pproċessar, iddisinjat apposta għal applikazzjoni fil-ħin reali ma ' arranġamenti ta' idrofoni akustiċi rmunkati, li għandhom "programmabbiltà aċċessibbli għall-utent" u pproċessar u korrelazzjoni tad-dominji tal-ħin u l-frekwenza, inkluż l-analiżi spettrali, il-filtraġġ diġitali u t-tiswir ta' raġġi bl-użu tal-Fast Fourier jew trasformati jew proċessi oħrajn; |
||||
6A001.a.2.e. |
Sistemi ta' kejbil tal-qiegħ jew tal-bajja li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
||||
6A001.a.2.f. |
Tagħmir ta' pproċessar, iddisinjat apposta għal applikazzjoni fil-ħin reali ma ' sistemi ta' kejbil tal-qiegħ jew tal-bajja, li għandhom "programmabbiltà aċċessibbli għall-utent" u pproċessar u korrelazzjoni tad-dominji tal-ħin u l-frekwenza, inkluż l-analiżi spettrali, il-filtraġġ diġitali u t-tiswir ta' raġġi bl-użu tal-Fast Fourier jew trasformati jew proċessi oħrajn; |
||||
6D003.a. |
"Software" għall-"ipproċessar fil-ħin reali" tad-data akustika; |
||||
8A002.o.3. |
Sistemi ta' tnaqqis tal-ħsejjes iddisinjati għall-użu fuq bastimenti ta' 1 000 tunnellata spjazzament jew aktar, kif ġej:
|
||||
8E002.a. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni", it-tiswija, ir-rinnovament totali jew ir-restawr (immaxinjar mill-ġdid) ta' skrejjen iddisinjati apposta għat-tnaqqis tal-ħsejjes taħt l-ilma. |
Oġġetti tal-kontroll strateġiku Komunitarju — Kriptografija — kategorija 5 Parti 2
5A002.a.2. |
tagħmir iddisinjat jew modifikat sabiex jwettaq funzjonijiet kriptoanalitiċi. |
5D002.ċ.1. |
is-software biss li għandu l-karatteristiċi, jew li jwettaq jew jissimula l-funzjonijiet, tat-tagħmir speċifikat f' 5A002.a.2. |
5E002 |
it-"teknoloġija" biss għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' l-oġġetti speċifikati f'5A002.a.2. jew 5D002.ċ.1. hawn fuq. |
Oġġetti tat-teknoloġija MTCR
7A117 |
"Settijiet ta' gwida", li jistgħu jintużaw f' "missili" li kapaċi jilħqu preċiżjoni tas-sistema ta' 3,33 % jew inqas tal-medda (eż., "CEP" ta' 10 km jew inqas f'medda ta' 300 km), minbarra "settijiet ta' gwida" ddisinjati għal missili b'medda ta' inqas minn 300 km jew inġenji ta' l-ajru bl-ekwipaġġ . |
||||||||||||
7B001 |
Tagħmir għall-ittestjar, il-kalibrazzjoni jew l-allinjament iddisinjat apposta għat-tagħmir speċifikat f'7A117 hawn fuq . Nota: 7B001 ma jikkontrollax tagħmir għall-ittestjar, il-kalibrazzjoni jew l-allinjament għal-Livell ta' Manutenzjoni I jew il-Livell ta' Manutenzjoni II. |
||||||||||||
7B003 |
Tagħmir iddisinjat apposta għall-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat f' 7A117 hawn fuq . |
||||||||||||
7B103 |
"Tagħmir ta' produzzjoni" ddisinjat apposta għat-tagħmir speċifikat f'7A117 hawn fuq . |
||||||||||||
7D101 |
"Software" iddisinjat apposta għall-"użu" tat-tagħmir speċifikat f'7B003 jew 7B103 hawn fuq . |
||||||||||||
7E001 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" tat-tagħmir jew "software" speċifikat f'7A117, 7B003, 7B103 jew 7D101 hawn fuq . |
||||||||||||
7E002 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat f'7A117, 7B003 u 7B103 hawn fuq . |
||||||||||||
7E101 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tat-tagħmir speċifikat f'7A117, 7B003, 7B103 u 7D101 hawn fuq . |
||||||||||||
9A004 |
Vetturi tal-varar fl-ispazju kapaċi li jwasslu tagħbija ta' mill-inqas 500 kg għal medda ta' mill-inqas 300 km . N.B.: ARA WKOLL 9A104. Nota 1: 9A004 ma jikkontrollax it-tagħbijiet li jinġarru. |
||||||||||||
9A005 |
Sistemi ta' propulsjoni rokit bi propellant likwidu li fihom xi waħda mis-sistemi jew mill-komponenti speċifikati f'9A006 li jistgħu jintużaw għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 hawn fuq jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104 hawn taħt . N.B.: ARA WKOLL 9A105 u 9A119. |
||||||||||||
9A007.a. |
Sistemi ta' propulsjoni rokit bi propellant solidu, li jistgħu jintużaw għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 hawn fuq jew għar-rokits sonda speċifikati f'9A104 hawn taħt , b'xi wieħed minn dan li ġej: N.B.: ARA WKOLL 9A119.
|
||||||||||||
9A008.d. |
Komponenti, kif ġej, iddisinjati apposta għal sistemi ta' propulsjoni ta' rokit bi propellant solidu: N.B.: ARA WKOLL 9A108.ċ.
|
||||||||||||
9A104 |
Rokits sonda, li kapaċi jwasslu tagħbija ta' mill-inqas 500 kg għal medda ta' mill-inqas 300 km. N.B.: ARA WKOLL 9A004. |
||||||||||||
9A105.a. |
Magni rokit bi propellant likwidu, kif ġej: N.B.: ARA WKOLL 9A119.
|
||||||||||||
9A106.ċ. |
Sistemi jew komponenti, minbarra dawk speċifikati f'9A006, li jistgħu jintużaw f' "missili", kif ġej, iddisinjati apposta għal sistemi ta' propulsjoni rokit bi propellant likwidu:
Nota Teknika: Eżempji ta' metodi sabiex jinkiseb il-kontroll tal-vettur ta' l-ispinta speċifikat f'9A106.ċ. huma:
|
||||||||||||
9A108.ċ. |
Komponenti, minbarra dawk speċifikati f'9A008, li jistgħu jintużaw f' "missili", kif ġej, iddisinjati apposta għal sistemi ta' propulsjoni rokit bi propellant solidu:
Nota Teknika: Eżempji ta' metodi sabiex jinkiseb il-kontroll tal-vettur ta' l-ispinta speċifikat f'9A108.ċ. huma:
|
||||||||||||
9A116 |
Vetturi tad-dħul lura, li jistgħu jintużaw f' "missili", u tagħmir iddisinjat jew modifikat għalihom, kif ġej, ħlief għal vetturi tad-dħul lura ddisinjati sabiex iġorri tagħbijiet li m'humiex armamenti :
|
||||||||||||
9A119 |
Stadji individwali rokit, li jistgħu jintużaw f'sistemi kompluti rokit jew vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ, li kapaċi jwasslu tagħbija ta' mill-inqas 500 kg għal medda ta' 300 km, minbarra dawk speċifikati f'9A005 jew 9A007.a. hawn fuq . |
||||||||||||
9B115 |
"Tagħmir ta' produzzjoni" ddisinjat apposta għas-sistemi, is-sottosistemi u l-komponenti speċifikati f'9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9A105.a., 9A106.ċ., 9A108.ċ., 9A116 jew 9A119 hawn fuq . |
||||||||||||
9B116 |
"Faċilitajiet ta' produzzjoni" ddisinjati apposta għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004, jew għas-sistemi, is-sottosistemi u l-komponenti speċifikati f'9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9A104, 9A105.a., 9A106.ċ., 9A108.ċ., 9A116 jew 9A119 hawn fuq . |
||||||||||||
9D101 |
"Software" iddisinjat apposta għall-"użu" ta' l-oġġetti speċifikati f'9B116 hawn fuq . |
||||||||||||
9E001 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" tat-tagħmir jew is-"software" speċifikat f'9A004, 9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9B115, 9B116 jew 9D101 hawn fuq . |
||||||||||||
9E002 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat fi: 9A004, 9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9B115 jew 9B116 hawn fuq . Nota: Għat-"teknoloġija" tat-tiswija ta' strutturi, laminati jew materjali kkontrollati, ara 1E002.f. |
||||||||||||
9E101 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' l-oġġetti speċifikati f'9A104, 9A105.a., 9A106.ċ., 9A108.ċ., 9A116 jew 9A119 hawn fuq . |
||||||||||||
9E102 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tal-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004, 9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9A104, 9A105.a., 9A106.ċ., 9A108.ċ., 9A116, 9A119, 9B115, 9B116 jew 9D101 hawn fuq . |
— Eżenzjonijiet:
L-Anness IV ma jikkontrollax l-oġġetti li ġejjin tat-teknoloġija MTCR:
1) |
li huma trasferiti abbażi ta' ordnijiet skond relazzjoni kuntrattwali magħmulin mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) jew li huma trasferiti mill-ESA sabiex twettaq il-kompiti uffiċjali tagħha; |
2) |
li huma trasferiti abbażi ta' ordnijiet skond relazzjoni kuntrattwali magħmulin minn organizzazzjoni spazjali nazzjonali ta' Stat Membru jew li huma trasferiti minnha sabiex twettaq il-kompiti uffiċjali tagħha; |
3) |
li huma trasferiti abbażi ta' ordnijiet skond relazzjoni kuntrattwali magħmulin f'konnessjoni ma' programm Komunitarju ta' żvilupp u produzzjoni ta' varar fl-ispazju ffirmat minn żewġ gvernijiet Ewropej jew aktar; |
4) |
li huma trasferiti għal sit tal-varar fl-ispazju kkontrollat mill-Istat fit-territorju ta' Stat Membru, ħlief jekk dak l-Istat Membru jikkontrolla tali trasferimenti skond it-termini ta' dan ir-Regolament. |
Parti II
(l-ebda Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju)
Prodotti tas-CWC (Konvenzjoni ta' l-Armi Kimiċi)
1Ċ351.d.4. |
Riċin |
1Ċ351.d.5. |
Sassitossina |
Prodotti tat-teknoloġija NSG
Il-Kategorija 0 kollha ta' l-Anness I hija inkluża fl-Anness IV, suġġett għal dan li ġej:
— |
0Ċ001: dan il-prodott mhux inkluż fl-Anness IV. |
— |
0Ċ002: dan il-prodott mhux inkluż fl-Anness IV, ħlief għall-materjali fissili speċjali kif ġej:
|
— |
0D001 (software) huwa inkluż fl-Anness IV ħlief safejn jirrelata ma' 0Ċ001 jew għal dawk il-prodotti ta' 0Ċ002 li huma esklużi mill-Anness IV. |
— |
0E001 (teknoloġija) hija inkluża fl-Anness IV ħlief safejn jirrelata ma' 0Ċ001 jew għal dawk il-prodotti ta' 0Ċ002 li huma esklużi mill-Anness IV. |
N.B.: Għal 0Ċ003 u 0Ċ004, jekk għall-użu f' "reattur nukleari" biss (fl-ambitu ta' 0A001.a.).
1B226 |
Separaturi elettromanjetiċi ta' l-iżotopi ddisinjati għal, jew mgħammra bi, sorsi joniċi singoli jew multipli li kapaċi jipprovdu kurrent totali ta' raġġ joniku ta' 50 mA jew ogħla. Nota: 1B226 jinkludi separaturi:
|
||||||||||||||||
1Ċ012 |
Materjali kif ġej: Nota Teknika: Dawn il-materjali tipikament jintużaw għal sorsi ta' sħana nukleari.
|
||||||||||||||||
1B231 |
Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:
|
||||||||||||||||
1B233 |
Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-litju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:
|
||||||||||||||||
1Ċ233 |
Litju arrikkit fl-iżotopu litju-6 (6Li) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali tiegħu, u prodotti jew apparati li fihom litju arrikkit, kif ġej: litju elementali, liegi, komposti, taħlitiet li fihom il-litju, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin. Nota: 1Ċ233 ma jikkontrollax dożimetri termoluminixxenti. Nota Teknika: L-abbundanza iżotopika naturali tal-litju-6 hija bejn wieħed u ieħor 6,5 fil-mija bil-piż(7,5 fil-mija ta' l-atomi). |
||||||||||||||||
1Ċ235 |
Tritju, komposti tat-tritju, taħlitiet li fihom it-tritju fejn il-proporzjon ta' l-atomi tat-tritju ma' dawk ta' l-idroġenu hu ogħla minn 1 kull 1 000, u prodotti jew apparati li jkun fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin. Nota: 1Ċ235 ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkun fih inqas minn 1,48 × 103 GBq (40 Ci) ta' tritju. |
||||||||||||||||
1E001 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tat-tagħmir jew il-materjali speċifikati f'1Ċ012.b. |
||||||||||||||||
1E201 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' l-oġġetti speċifikati f'1B226, 1B231, 1B233, 1Ċ233 jew 1Ċ235. |
||||||||||||||||
3A228 |
Swiċċijiet, kif ġej:
|
||||||||||||||||
3A231 |
Sistemi ġeneraturi tan-newtroni, inkluż tubi, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
||||||||||||||||
3E201 |
"Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tat-tagħmir speċifikat f'3A228.a., 3A228.b. jew 3A231. |
||||||||||||||||
6A203 |
Kameras u komponenti, minbarra dawk speċifikati f'6A003, kif ġej:
|
||||||||||||||||
6A225 |
Interferometri tal-veloċità għall-kejl ta' veloċitajiet ogħla minn 1 km/s f'intervalli ta' ħin ta' inqas minn 10 mikrosekondi. Nota: 6A225 jinkludi interferometri tal-veloċità bħall-VISARs (Velocity interferometer systems for any reflector) u d-DLIs (Doppler laser interferometers). |
||||||||||||||||
6A226 |
Sensorji tal-pressjoni, kif ġej:
|
(1) Manifatturi li jkunu qed jikkalkulaw il-preċiżjoni tal-pożizzjoni skond l-ISO 230/2 (1997) għandhom jikkonsultaw l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih huma stabbiliti.
(*) In-numri fil-parentesi jirriferu għan-Noti li jsegwu din it-Tabella.
(2) Id-differenzi fil-kliem/kampijiet ta' applikazzjoni bejn l-Anness I u l-Anness IV huma indikati b'tipa grassa fil-korsiv.