|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 272 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
17.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 272/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1205/2007
tal-15 ta’ Ottubru 2007
li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u li jestendi għall-importazzjonijiet ta’ l-istess prodott mibgħuta mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni, u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1470/2001 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazji antidumping definittivi ta’ minn 0 sa 66,1 % fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti elettroniċi u integrati (“CFL-i”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”) (“l-investigazzjoni oriġinali”). Qabel dak, il-Kummissjoni kienet imponiet dazji proviżorji antidumping bir-Regolament (KE) Nru 255/2001 (3) (ir-“Regolament proviżorju”). |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 866/2005 (4) (“ir-Regolament li jestendi”), il-Kunsill estenda l-miżuri fis-seħħ antidumping biex ikopru wkoll l-importazzjonijiet tas-CFL-i ikkonsenjati mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini. L-estensjoni saret wara investigazzjoni ta’ kontra l-evażjoni mwettqa skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(3) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1322/2006, (“ir-Regolament li jemenda”) il-Kunsill emenda l-miżuri fis-seħħ antidumping. L-emendar sar wara reviżjoni interim imwettqa fir-rigward ta’ l-ambitu tal-prodott. Ir-riżultat ta’ l-investigazzjoni u l-effett tar-Regolament li jemenda kien li l-lampi li jaħdmu b’vultaġġ ta’ kurrent elettriku dirett (“DC-CFL-i”) għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-miżuri. Il-miżuri antidumping kellhom minn hemm ‘il quddiem ikopru biss il-lampi ta’ vultaġġ minn kurrent elettriku alternanti (inkluż lampi ta’ skariku florexxenti kompatti u elettroniċi li jaħdmu b’kurrent elettriku kemm alternanti u kemm dirett) (“AC-CFL-I”). |
Investigazzjonijiet korrenti
|
(4) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż ta’ skadenza imminenti, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba saret fit-18 ta’ April 2006 mill-Federazzjoni Komunitarja ta’ l-Industrija tad-Dawl dwar Lampi Florexxenti Kompatti Integrati (CFL-i) (“l-applikant”) f’isem proporzjon maġġuri, f’dan il-każ iktar minn 25 %, tat-total tal-produzzjoni Komunitarja tas-CFL-i. |
|
(5) |
It-talba kienet imsejsa fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx kienet tirriżulta fit-tkomplija tad-dumping u l-ħsara lill-industrija Komunitarja. Wara li ddeterminat, f’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex tinbeda reviżjoni, fid-19 ta’ Lulju 2006 l-Kummissjoni bdiet investigazzjoni (5) skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. L-applikant ressaq ukoll talba għal reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex tinbeda reviżjoni, il-Kummissjoni, fit-8 ta’ Settembru 2006, bdiet investigazzjoni (6) skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. L-ambitu tar-rapport interim huwa limitat għal-livell tad-dumping safejn jirrigwarda wieħed mill-produtturi, Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen). Ir-reviżjoni msemmija l-aħħar għadha għaddejja u mhix is-suġġett tar-Regolament preżenti. |
L-investigazzjoni u l-partijiet ikkonċernati
|
(6) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, il-produtturi Komunitarji, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ (minn hawn ’il quddiem “l-esportaturi Ċiniżi”), l-importaturi, il-kummerċjanti, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom magħrufa bħala kkonċernati, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-gvern tal-pajjiż esportatur, dwar il-bidu tar-reviżjonijiet. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil dawn il-partijiet kollha u lil dawk li għamlu lilhom infushom magħrufa sa l-iskadenza stipulata fl-avviżi tal-bidu. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni tat ukoll l-opportunità lill-partijiet ikkonċernati direttament biex iwasslu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ sa l-iskadenza taż-żmien stipulat fl-avviż tal-bidu. |
|
(9) |
Minħabba l-għadd milli jidher kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ u ta’ importaturi tal-prodott ikkonċernat, il-kampjunament ġie previst fl-avviż tal-bidu, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Biex tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunament kienx meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni bagħtet formoli għall-kampjunament, fejn talbet informazzjoni speċifika dwar il-medja tal-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet ta’ kull produttur esportatur u importatur ikkonċernat. |
|
(10) |
Waslu tweġibiet kompluti minn tliet esportaturi Ċiniżi u tliet importaturi. |
|
(11) |
Intbagħat kwestjonarju wkoll lill-produtturi magħrufa fil-pajjiż analogu potenzjali, ir-Repubblika tal-Korea (“Korea”). |
|
(12) |
Waslu wkoll tweġibiet għall-kwestjonarji minn erba’ produtturi Komunitarji, żewġ produtturi mill-pajjiż analogu: il-Korea, bejjiegħ (li jimporta wkoll) u seba’ fornituri tal-komponenti ta’ produtturi Komunitarji. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni talbet u vverifikat it-tagħrif kollu li dehrilha meħtieġ bl-għan li tiddetermina l-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping u l-ħsara, u l-interessi Komunitarji. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
Il-Perjodu ta’ l-Investigazzjoni
|
(14) |
L-investigazzjoni dwar il-probabbiltà tat-tkomplija u/jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni għar-reviżjoni” jew “RIP” – review investigation period). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà tat-tkomplija jew ir-rikorrenza tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sa l-aħħar ta’ l-RIP (“il-perjodu kkunsidrat”). |
B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
Prodott ikkonċernat
|
(15) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess kif iddeterminat fir-Regolament li jemenda, jiġifieri lampi ta’ skariku florexxenti kompatti u elettroniċi li jaħdmu b’kurrent elettriku alternanti (inklużi lampi ta’ skariku florexxenti kompatti u elettroniċi li jaħdmu b’kurrent elettriku kemm alternanti u kemm dirett), b’tubu tal-ħġieġ wieħed jew iktar, bl-elementi illuminanti u l-komponenti elettroniċi kollha mwaħħla mas-sieq tal-lampa, jew li huma integrati fis-sieq tal-lampa li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), attwalment klassifikabbli fil-kodiċi NM ex 8539 31 90 . |
Prodott simili
|
(16) |
Il-Kummissjoni sabet li
bażikament għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u użi. Għalhekk, dawn il-prodotti huma simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(17) |
Diversi partijiet allegaw li t-tipi ta’ CFL-i importati mir-RPĊ u s-CFL-i manifatturati fil-Komunità ma kinux prodotti simili, billi l-kwalità tal-prodott ikkonċernat (il-ħajja tal-prodott) kienet differenti u billi l-prodott ikkonċernat kellu kategorija differenti ta’ utenti aħħarin (lampi CFL-i għall-konsumatur) mil-lampi CFL-i manifatturati fil-Komunità (lampi CFL-i għal użi professjonali). |
|
(18) |
Fir-rigward ta’ l-allegata differenza bejn il-kwalità tal-lampi CFL-i importati mir-RPĊ u l-lampi CFL-i manifatturati fil-Komunità, l-istess pretensjoni kienet saret fl-ewwel investigazzjoni u ma ntlaqgħetx fir-Regolament oriġinali. Billi l-pretensjoni ma kellha l-ebda element ġdid li juri li d-deskrizzjoni tal-prodott simili, kif definit fil-premessa 13 tar-Regolament proviżorju, kienet żbaljata, id-definizzjoni tar-Regolament oriġinali, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1322/2006, ġiet sostnuta f’din l-investigazzjoni. |
|
(19) |
Fir-rigward ta’ l-allegata differenza bejn l-użu aħħari tal-lampi CFL-i importati u l-lampi CFL-i manifatturati fil-Komunità, din is-sitwazzjoni ma tbiddilx il-fatt li l-lampi CFL-i importati u l-lampi CFL-i manifatturati fil-Komunità huma kompletament sostitwibbli minn perspettiva teknika u qegħdin f’kompetizzjoni diretta bejniethom. Barra minn dan, waqt li l-utenti jistgħu jvarjaw u jitfornew permezz ta’ kanali ta’ bejgħ differenti, dan ma jaffettwax il-fatt li tali lampi CFL-i huma teknikament simili u jintużaw għall-istess skopijiet, jiġifieri biex jiġġeneraw id-dawl b’mod li jiffranka l-enerġija. |
C. IL-PROBABBILTÀ TAT-TKOMPLIJA U/JEW IR-RIKORRENZA TAD-DUMPING
1. Id-dumping ta’ importazzjonijiet tul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni
|
(20) |
Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk attwalment kienx qed isir dumping u jekk l-iskadenza tal-miżuri kinitx x’aktarx twassal jew le għat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping. |
|
(21) |
Skond l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, intużat l-istess metodoloġija ta’ l-investigazzjoni oriġinali. Billi reviżjoni ta’ l-iskadenza ma tipprovdix għall-eżami ta’ bdil fiċ-ċirkostanzi, ma saritx kunsiderazzjoni mill-ġdid dwar jekk il-produtturi kienx jistħoqqilhom jew le li jingħataw trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET” – market economy treatment). |
Kampjunament/Kooperazzjoni
|
(22) |
ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, total ta’ disa’ produtturi esportaturi Ċiniżi kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Tnejn minn dawn il-produtturi esportaturi ngħataw l-MET: Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen) Co., Ltd u Philips & Yaming Lighting Co., Ltd (il-premessa 15 tar-Regolament proviżorju u l-premessa 14 tar-Regolament oriġinali). Sitta mit-total ta’ disgħa ngħataw it-trattament individwali (“IT” – individual treatment) (il-premessa 35 tar-Regolament proviżorju u l-premessa 17 tar-Regolament oriġinali). Hu nnutat li l-ebda kumpanija li ngħatat l-MET ma kkooperat fl-investigazzjoni attwali dwar ir-reviżjoni ta’ l-iskadenza, u kkooperaw tliet kumpaniji biss minn dawk mogħtija l-IT. |
|
(23) |
Minħabba l-għadd milli jidher kbir ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi elenkati fl-ilment, il-kampjunament ġie previst fl-avviż tal-bidu għad-determinazzjoni tad- dumping, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunament ikunx meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha mir-RPĊ intalbu jagħmlu lilhom infushom magħrufa mal-Kummissjoni u jippreżentaw, kif speċifikat fl-avviż tal-bidu, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni. |
|
(24) |
17-il produttur esportatur Ċiniż wieġbu l-formoli tal-kampjunament. L-investigazzjoni ssejset fuq it-tagħrif miksub minn tnejn mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u li oriġinarjament kienu ngħataw it-trattament individwali, u wkoll fuq tagħrif mit-tielet wieħed, li oriġinarjament ma kienx ingħata dan it-trattament jew it-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq. Dan sar bi qbil ma’ l-awtoritajiet Ċiniżi. Dawn it-tliet produtturi esportaturi kienu jirrappreżentaw iktar minn 30 % tat-total tal-kwantitajiet esportati lejn il-Komunità mir-RPĊ, u iktar minn 40 % tal-kwantitajiet jekk jiġi eskluż l-esportatur Ċiniż li kien suġġett għal dazju ta’ 0 %. Iż-żewġ kumpaniji li ngħataw it-trattament individwali jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira ta’ dawn il-kwantitajiet, li juri biċ-ċar li l-kooperazzjoni minn kumpaniji li la jkunu rċevew it-trattament individwali jew l-istatus ta’ l-ekonomija tas-suq hija baxxa. |
|
(25) |
Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw:
|
Valur normali
Prezzijiet tal-Bejgħ Domestiku bbażati fuq il-Pajjiż Analogu
|
(26) |
Billi kellu jiġi stabbilit il-valur normali abbażi tad-data tal-pajjiż analogu għall-produtturi kollha li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ l-MET, intużat l-istess metodoloġija ta’ l-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, il-valur normali għall-esportaturi Ċiniżi kollha kellu jiġi ddeterminat abbażi tad-data miksuba mill- produtturi f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
|
(27) |
Fl-avviż tal-bidu, il-Messiku ġie kkunsidrat bħala l-pajjiż terz xieraq b’ekonomija tas-suq fir-rigward ta’ l-esportazzjonijiet Komunitarji tar-RPĊ. Il-Messiku kien diġà ntuża bħala l-pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(28) |
Madankollu, ma setgħet tinkiseb l-ebda kooperazzjoni mill-Messiku. Instab li fil-Messiku l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat kienet għalqet qabel beda l-RIP. |
|
(29) |
Għalhekk, produtturi f’pajjiżi terzi oħra b’ekonomija tas-suq, inkluża l-Indoneżja, il-Malażja, l-Indja u r-Repubblika tal-Korea (“Korea”), ġew ikkuntattjati bil-ħsieb li jikkooperaw fl-investigazzjoni tar-reviżjoni. |
|
(30) |
L-ogħla livell ta’ kooperazzjoni nkiseb mill-Korea, fejn żewġ produtturi ppreżentaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju u kienu lesti li mbagħad isirulhom verifiki fuq il-post. Produttur mill-Malażja wieġeb ukoll għas-sejħa tas-servizzi tal-Kummissjoni iżda d-data ppreżentata kienet fil-parti l-kbira nieqsa. Wieġeb produttur ieħor mill-Indja, iżda l-bejgħ domestiku tiegħu ma kienx rappreżentattiv. Barra minn dan, instab li l-eżistenza ta’ diversi dazji, bħad-dazju tas-sisa protettiv, dazju tas-sisa protettiv speċjali, u l-Custom Educational Duty, kellhom impatt negattiv fuq il-ħelsien tas-suq Indjan. Għalhekk, u meta jitqies li ma nstabx li jeżistu ostakli kbar għall-kompetizzjoni jew il-kummerċ fis-suq Korean, tqies li l-Korea kienet l-għażla l-iktar xierqa bħala l-pajjiż analogu. |
|
(31) |
Sussegwentement, bosta produtturi u assoċjazzjonijiet tal-produtturi fil-Korea ġew ikkuntattjati u mistiedna jikkooperaw billi jwieġbu kwestjonarju. Żewġ produtturi fil-Korea wieġbu l-kwestjonarju u kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Konsegwentement, il-kalkoli ġew ibbażati fuq l-informazzjoni vverifikata minn dawn iż-żewġ produtturi. |
Prezz ta’ l-Esportazzjoni
|
(32) |
Għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, li kienu ngħataw it-trattament individwali, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kellhom jiġu stabbiliti abbażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa minn konsumaturi mhux relatati fil-Komunità, skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(33) |
Biex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saru provvedimenti għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, it-trasport, l-assigurazzjoni, il-maniġġar, it-tagħbija u l-ispejjeż relatati fejn kien applikabbli u ġustifikat. |
Marġni tad-Dumping
|
(34) |
Ġew stabbiliti l-marġnijiet tad-dumping għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw li rċevew trattament individwali. Għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping, il-medja ppeżata tal-valuri normali tqabblet mal-medja ppeżata tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni għall-Komunità tal-prodott ikkonċernat. |
|
(35) |
Dan il-paragun wera l-eżistenza ta’ dumping ta’ aktar minn 50 % għaż-żewġ kumpaniji. |
|
(36) |
Fir-rigward tal-marġnijiet tad-dumping ta’ kumpaniji li m’għandhomx it-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq jew it-trattament individwali, il-kooperazzjoni ta’ dawn il-kumpaniji kienet baxxa. F’dan l-isfond, ġew stabbiliti marġnijiet ta’ dumping għall-inqas fil-livell imsemmi fil-paragrafu preċedenti. Dan sar abbażi tal-valuri normali kif deskritt fuq, imqabbla mal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni meħuda mill-esportaturi li kkooperaw u l-operaturi Komunitarji, u minn statistika uffiċjali, kif ivverifikata ma’ l-informazzjoni statistika kunfidenzjali disponibbli għall-Kummissjoni. Il-paragun sar ukoll kif ġie spjegat hawn fuq. |
|
(37) |
Ukoll, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni fl-investigazzjoni tar-reviżjoni minn kumpaniji li kisbu t-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq fl-investigazzjoni oriġinali, m’hemmx indikazzjonijiet li l-marġnijiet tad-dumping ivarjaw minn dawk stabbiliti oriġinarjament. |
|
(38) |
Għalhekk, partikolarment abbażi ta’ l-evidenza disponibbli mit-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw, l-investigazzjoni turi li hemm evidenza qawwija ta’ dumping kontinwu. |
2. Żviluppi fl-importazzjonijiet jekk jiġu mħassra l-miżuri
Rimarki preliminarji
|
(39) |
It-tliet produtturi esportaturi għandhom il-kapaċitajiet tal-produzzjoni u l-ħażniet disponibbli biex jibqgħu jagħmlu volumi kbar ta’ bejgħ fis-suq Komunitarju. Barra minn hekk, hu enfasizzat li s-suq Komunitarju hu attraenti ħafna minħabba d-daqs tiegħu u d-domanda dejjem tikber għall-prodott ikkonċernat. Għal din ir-raġuni, ħafna produtturi esportaturi Ċiniżi stabbilixxew netwerk ta’ distribuzzjoni żviluppat ferm, li jiffaċilita l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Dan huwa rifless ukoll mill-fatt li kien hemm evażjoni tal-miżuri eżistenti, li wassal għall-estensjoni ta’ dawn il-miżuri għall-Vjetnam, il-Pakistan u l-Filippini bir-Regolament (KE) Nru 866/2005. Anki l-livell ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kien pjuttost fqir (ara fuq). Barra minn hekk, l-ammont ta’ dumping li ġie identifikat fl-RIP jindika l-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping jekk jiskadu l-miżuri. |
Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-pajjiż esportatur
|
(40) |
Il-prezzijiet fil-Komunità kienu ġeneralment ogħla minn dawk miksuba mit-tliet produtturi esporatuturi Ċiniżi li kkooperaw, għal mudelli paragunabbli fis-suq domestiku tagħhom. Dan jissuġġerixxi li tkun alternattiva attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li jixxiftjaw il-bejgħ lejn il-Komunità kieku l-miżuri antidumping kellhom jiġu mħassra. |
Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur
|
(41) |
Matul l-RIP, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kienu ġeneralment ogħla minn dawk miksuba mit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, għal mudelli paragunabbli fis-suq domestiku tagħhom. Madankollu, kienu inqas mill-valur normali ddeterminat fil-pajjiż analogu. M’hemmx raġuni biex wieħed jassumi li din ix-xejrat ta’ l-aħħar tkun differenti għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità jekk jiġu rrevokati l-miżuri. Għalhekk, dawn il-fatti jappoġġaw il-konklużjoni li hemm kontinwazzjoni u għallinqas riskju ta’ rikorrenza tad-dumping fir-rigward tal-biċċa l-kbira ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi. |
Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità
|
(42) |
Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi kienu bejn wieħed u ieħor fl-istess livell tal-livell tal-prezzijiet fil-Komunità. Madankollu, jekk jiġu rrevokati l-miżuri x’aktarx li s-suq Komunitarju jsir saħansitra aktar attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
Kapaċitajiet mhux użati u ħażniet
|
(43) |
It-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw kollha kienu qrib li jilħqu u jbigħu l-kapaċità produttiva sħiħa tagħhom tul l-RIP. Linji tal-produzzjoni ġodda jistgħu jitwaqqfu relattivament malajr għall-ħtiġijiet ta’ evoluzzjonijiet ġodda tas-suq. Minħabba f’hekk il-probabbiltà hi li l-produtturi Ċiniżi jespandu l-kapaċità produttiva tagħhom b’ħeffa ladarba l-miżuri jiġu rrevokati. Bħala riżultat, id-dumping aktarx li jissokta fuq dik il-bażi. |
Prattiċi ta’ evażjoni
|
(44) |
Kif stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2005, il-miżuri eżistenti ġew evitati permezz ta’ konsenji mill-Vjetnam, il-Pakistan u l-Filippini. Sussegwentement, il-miżuri ġew estiżi għall-konsenji tal-prodott ikkonċernat. Għal darba oħra, il-prattiċi ta’ evażjoni misjuba jenfassizzaw l-attrazzjoni tas-suq Komunitarju għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Hemm probabbiltà kbira li din l-attrazzjoni ġġiegħel lill-produtturi Ċiniżi jesportaw volumi akbar ladarba jiġu rrevokati l-miżuri. Billi l-esportazzjonijiet saru diġà bi prezzijiet ta’ dumping matul l-RIP (bil-miżuri fis-seħħ), id-dumping aktarx li jkompli ladarba l-miżuri jiskadu u sussegwentement jiżdiedu l-volumi ta’ l-esportazzjoni. |
Konklużjoni
|
(45) |
Instab li kien hemm dumping f’livelli sinifikanti (iktar minn 50 %) tul l-RIP. Is-suq Komunitarju kien u jibqa’ attraenti minħabba d-daqs tiegħu u d-domanda dejjem tikber għall-prodott ikkonċernat. Minbarra dan, il-livell tal-prezzijiet fis-suq Komunitarju bi prezzijiet sostanzjalment ‘il fuq mil-livelli fir-RPĊ jkabbar tali attrazzjoni. Ladarba l-miżuri jiġu rrevokati, il-produtturi Ċiniżi aktarx li jespandu l-kapaċitajiet tagħhom biex jisfruttaw bidla bħal din fis-sitwazzjoni tas-suq. Dawn il-fatturi kollha meħuda flimkien jagħmlu t-tkomplija tad-dumping probabbli ħafna ladarba l-miżuri jiġu rrevokati. |
3. Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà tat-tkomplija u/jew ir-rikorrenza tad-dumping
|
(46) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni hi li d-dumping aktarx jitkompla jekk jiġu rrevokati l-miżuri. |
D. PROBABBILTÀ TAT-TKOMPLIJA JEW IR-RIKORRENZA TAL-ĦSARA
1. Analiżi skond l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku
|
(47) |
Is-CFL-i huma manifatturati fil-Komunità minn erba’ produtturi:
|
|
(48) |
L-erba’ manifatturi li kkooperaw kollha ġejjin minn gruppi multinazzjonali u huma attivi fl-iżvilupp u l-manifattura ta’ firxa kbira ta’ prodotti. Kollha għandhom is-sistemi ta’ bejgħ u distribuzzjoni tagħhom fil-Komunità, kif ukoll f’partijiet oħra tad-dinja. |
|
(49) |
Matul l-investigazzjoni, il-manifatturi msemmija qabel ġew eżaminatri fid-dawl ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. Ir-riżultati ddettaljati (ara l-anness) urew stampa komplessa ta’ settur li l-istruttura tiegħu tidher li hi inċerta u fejn l-opinjonijiet huma mħallta, bl-akbar produttur f’termini ta’ volumi tal-produzzjoni favur u l-bqija kontra t-tkomplija bil-miżuri. |
|
(50) |
Huwa nnutat li l-ikbar produttur Komunitarju msemmi qabel, imsemmi bħala l-kumpanija B fl-Anness, jipproduċu madwar 48 % tal-produzzjoni Komunitarja u l-output tiegħu għalhekk, huwa ċertament proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja. Barra minn hekk, l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, jistipula li l-Komunità tista’ tieħu miżuri anki jekk ilment jiġi rtirat, jekk dak ikun fl-interess tal-Komunità. Din ir-regola tapplika wkoll mutatis mutandis f’reviżjoni ta’ skadenza fejn ma jkun hemm ebda rtirar kompluta ta’ ilment, iżda produttur Komunitarju jkompli jkun favur il-miżuri. Sakemm dak il-produttur jirrappreżenta proporzjon kbira ta’ l-industrija Komunitarja, bħal f’dan il-każ, id-data dwar il-ħsara tagħha tkun l-aħjar data disponibbli. |
|
(51) |
Għaldaqstant, għall-fini ta’ l-analiżi tat-tkomplija u/jew ir-rikorrenza tal-ħsara, ġiet analizzata s-sitwazzjoni tal-kumpanija sostenitur. L-analiżi ta’ l-impatt negattiv li kellhom il-miżuri fuq il-manifatturi Komunitarji l-oħra hija deskritta aktar ’il quddiem taħt “L-interess tal-Komunità”. |
2. Is-sitwazzjoni fis-suq komunitarju
Konsum Komunitarju
|
(52) |
Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit abbażi tal-volum tal-bejgħ tal-manifatturi Komunitarji u taċ-ċifri tal-Eurostat dwar il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u pajjiżi terzi oħra, debitament aġġustati fejn kien xieraq. |
|
(53) |
Il-kodiċi NM 8539 31 90 jista’ jinkludi importazzjonijiet ta’ prodotti minbarra l-prodott ikkonċernat. Għalhekk, saret stima tal-persentaġġ ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f’dan il-kodiċi abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-partijiet interessati, l-informazzjoni pprovduta minn min ressaq l-ilment u ġiet ivverifikata ma’ l-informazzjoni statistika kunfidenzjali disponibbli għall-Kummissjoni. Filwaqt li xi drabi jista’ jissostna li d-data sħiħa tal-kodiċi NM tista’ tabilħaqq tirifletti l-volumi u l-valuri ta’ l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat, il-valutazzjoni saret b’mod konservattiv, biex b’hekk ġew imminimizzati dawn l-ammonti. F’kull każ, il-konklużjonijiet huma l-istess kemm jekk tintuża l-modalità konservattiva u kemm jekk id-data sħiħa tal-kodiċi NM. Xi ċifri hawn taħt ġew indiċjati jew mpoġġija f’parenteżi biex titħares l-informazzjoni u/jew statistika kunfidenzjali tal-kumpaniji (bħal dawk li joħorġu minn kodiċijiet ta’ 10 ċifri jew 14-il ċifra). |
|
(54) |
Il-konsum Komunitarju żviluppa kif ġej: Tabella 1
|
|
(55) |
Tul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-prodott ikkonċernat żdied bi 90 %. Din iż-żieda fil-konsum hija parzjalment dovuta għal żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat intenzjonati għall-konsumatur. CFL-i ta’ daqs iżgħar li jixbhu l-bozoz klassiċi inkandexxenti bdew jippenetraw is-suq u, minħabba l-attrazzjoni apparanti tagħhom għall-konsumatur (allegatament minħabba d-disinn u l-prezz baxx tagħhom), qanqlu żieda sinifikanti fid-domanda. |
Żvilupp ta’ l-importazzjonijiet
Volumi, sehem tas-suq u prezzijiet ta’ l-importazzjoni mir-RPĊ
|
(56) |
Il-volumi u l-ishma fis-suq ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żviluppaw skond it-Tabella 2 hawn taħt. F’konformità mas-sejbiet tar-Regolament li jestendi, l-importazzjonijiet irreġistrati taħt il-kodiċi NM 8539 31 90 ikkonsenjati mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini, fil-perjodu mill-2003 sa l-estensjoni tal-miżuri ġew inklużi bħala importazzjonijiet soġġett ta’ dumping hawn taħt. Huwa enfasizzat li din l-inklużjoni ma għandhiex impatt fuq in-natura tax-xejriet deskritti. Billi r-reviżjoni temporanja li għandha x’taqsam ma’ Lisheng Electronics (ara hawn fuq) għadha ma ntemmitx, hu preżunt li l-eżitu ta’ l-investigazzjoni oriġinali (ma nstab l-ebda dumping) hu validu wkoll għal din ir-reviżjoni ta’ l-iskadenza. Tabella 2
|
|
(57) |
Bejn l-2003 u tmiem l-RIP, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdiedu b’235 %. Is-sehem ta’ l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-konsum Komunitarju, fil-frattemp, żdied minn bejn 20 % u 30 % għal bejn 47 % u 57 %. |
|
(58) |
Intant l-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping żiedu wkoll is-sehem tagħhom fis-suq Komunitarju, għalkemm mhux daqs kemm żiedu l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Matul l-RIP, l-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping fis-suq Komunitarju kellhom sehem fis-suq li kien ivarja bejn 17 % u 27 %, ħafna inqas mis-sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(59) |
Kollox ma’ kollox, l-importazzjonijiet mir-RPĊ, oġġett jew mhux oġġett ta’ dumping, matul l-RIP kellhom sehem fis-suq Komunitarju ta’ madwar 72 %. |
|
(60) |
Il-modalità tal-kalkolu tat-tnaqqis tal-prezzijiet taħt dawk tas-suq hija identika għall-modalità deskritta fil-premessa 60 tar-Regolament proviżorju. It-tip ta’ CFL-i esportati lejn il-Komunità mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ (li d-dumping tagħhom ġie stabbilit) ġie kkomparat mat-tip korrispondenti ta’ CFL-i manifatturati mis-sostenitur, u mfisser bħala persentaġġ tal-prezz ex-works tas-sostenitur. Abbażi ta’ dan, irriżulta li l-livell ta’ prezzijiet taħt dawk tas-suq kien ivarja minn 48,2 % sa 61,5 %. |
Volumi, ishma fis-suq u prezzijiet ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi oħra
|
(61) |
Sabiex tiġi ppreżentata stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju, ġew eżaminati wkoll ix-xejriet ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi oħra kkonċernati f’din ir-reviżjoni. |
|
(62) |
Il-volumi ta’ l-importazzjonijiet, l-ishma fis-suq u l-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żviluppaw kif muri fit-tabella 3 hawn taħt (ittieħdu żewġ pajjiżi esportaturi ewlenin). Tabella 3
|
|
(63) |
Bejn l-2003 u tmiem l-RIP, żidiet żgħar fl-importazzjonijiet li oriġinaw mill-Malażja u t-Tajwan. B’kollox, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi rnexxielhom jiksbu sehem mis-suq minkejja li l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ rnexxielhom jippenetraw is-suq Komunitarju b’suċċess. Madankollu, meta mqabbla ma’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ, L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi issa għandhom parti żgħira. |
|
(64) |
Minħabba l-kwantitajiet żgħar li ġew importati, il-prezzijiet misjuba, meħuda minn l-istatistika dwar l-importazzjoni, għal xi pajjiżi, ma tqisux bħala rappreżentattivi għaliex iddevjaw sostanzjalment b’mod ċar mill-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ. Madankollu, m’hemm l-ebda raġuni li tindika li l-produtturi esportaturi f’pajjiżi terzi jistgħu jiddevjaw aktar minn marġinalment mill-prezzijiet mitluba mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ. Anki jekk dawn il-prezzijiet tqiesu li huma rappreżentattivi, meta wieħed iqis id-daqs limitat tal-volumi kkonċernati, u n-natura tal-prezz u l-volumi ta’ l-esportazzjoni Ċiniż, ma jkunx hemm impatt fuq is-sejbiet iddettaljati hawn taħt. |
3. Is-sitwazzjoni ekonomika tas-sostenitur
Rimarki preliminarji
|
(65) |
Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, ġew eżaminati l-indikaturi ekonomiċi kollha rilevanti li jaffettwaw l-istat tas-sostenitur waħdieni ta’ l-investigazzjoni. |
|
(66) |
Minħabba l-fatt li ċ-ċifri ġejjin minn kumpanija waħda biss, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità ċ-ċifri kollha huma rrappreżentati b’indiċi. Tabella 4 Produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni installata u r-rata ta’ l-utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
|
(67) |
Wara żieda fil-produzzjoni bejn l-2003 u l-2004, il-produzzjoni tas-sostenitur waqgħet bi 22 % mill-2004 sa tmiem l-RIP. Billi l-livell tal-kapaċità tal- produzzjoni installata baqgħet ma nbidlitx, ir-rata ta’ l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset b’korrispondenza mar-rata tal-produzzjoni, jiġifieri bi 22 % mill-2004. |
|
(68) |
Ir-raġuni għal livell aktar baxx ta’ produzzjoni (u rati aktar baxxi ta’ l-utilizzazzjoni tal-kapaċità) hi volumi ta’ bejgħ aktar baxxi fis-suq Komunitarju tat-tip ta’ lampi CFL-i li qed jimmanifattura s-sostenitur. Tabella 5 Ħażniet
|
|
(69) |
Waqt li d-domanda għal-lampi CFL-i minn dan il-manifattur naqset (ara l-premessa preċedenti), il-livell ta’ ħażniet ta’ lampi CFL-i manifatturati fil-Komunità żdiedet tul il-perjodu kkunsidrat. Wieħed irid iħares lejn iż-żieda fil-ħażniet tul l-RIP parzjalment fid-dawl tal-fatt li l-lampi CFL-i huma prodott staġonali (b’volumi ta’ bejgħ ogħla qabel u matul il-perjodu l-aktar mudlam tas-sena). Hekk, iż-żieda fil-ħażniet bejn l-2005 u l-RIP hi parzjalment dovuta għall-effetti staġonali. Madankollu, sa ċertu punt hi dovuta wkoll għall-volumi ta’ bejgħ aktar baxxi ta’ lampi CFL-i manifatturati fil-Komunità matul l-RIP. |
|
(70) |
Volumi ta’ bejgħ ta’ lampi CFL-i maħduma fil-Komunità, is-sehem fis-suq tal-konsum Komunitarju u tkabbir Tabella 6
|
|
(71) |
Il-volumi tal-bejgħ ta’ lampi CFL-i maħduma fil-Komunità mis-sostenitur għas-suq Komunitarju baqgħu relattivament stabbli f’termini assoluti matul l-ewwel snin tal-perjodu kkunsidrat. Matul l-RIP, iżda, ġie nnutat tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ ta’ 20 %. |
|
(72) |
Relatat mal-konsum Komunitarju, is-sehem tas-suq ta’ lampi CFL-i mis-sostenitur manifatturati fil-Komunità naqas Tabella 7 Prezzijiet tal-bejgħ
|
|
(73) |
Il-prezz medju għall-bejgħ ta’ lampi CFL-i manifatturati fil-Komunità naqas matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ kull unità naqas bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 8 Impjiegi, il-pagi u l-produttività kull impjegat
|
|
(74) |
L-għadd ta’ impjegati naqas matul il-perjodu kkunsidrat kollu, b’riżultat dirett ta’ produzzjoni aktar baxxa fil-konfini tal-Komunità. |
|
(75) |
L-infiq fil-pagi naqas skond it-tnaqqis fl-għadd ta’ l-impjegati. |
|
(76) |
Il-produttività ta’ l-impjegati fil-produzzjoni żdiedet bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri l-għadd ta’ l-impjegati fil-produzzjoni naqas aktar mill-għadd ta’ lampi CFL-i maħduma. |
Daqs tal-marġni attwali tad-dumping u l-irkuprar mill-effetti tad-dumping ta’ l-imgħoddi
|
(77) |
Fejn jidħol l-impatt ta’ l-iskala tal-marġni attwali ta’ dumping fuq is-sostenitur, apparagun tal-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, dan l-impatt ma jistax jitqies li hu negliġibbli. |
|
(78) |
Fid-dawl ta’ dak li ssemma qabel, wieħed jista’ jikkonkludi li s-sostenitur irkupra kompletament mill-effetti tad-dumping ta’ l-imgħoddi. Tabella 9 Profitabbiltà, redditu fuq l-investiment u likwidità
|
|
(79) |
L-indikaturi kollha tar-riżultati finanzjarji hawn fuq juru tendenza lejn profitabbiltà inqas. F’sitwazzjoni ta’ riżultati finanzjarji raġonevoli (wara l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fl-2001), is-sostenitur gawda perjodu ta’ riżultati finanzjarji b’saħħithom matul l-ewwel snin tal-perjodu kkunsidrat. Madankollu, b’konsegwenza tal-kompetizzjoni minn CFL-i importati li oriġinaw mir-RPĊ, il-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet medji tal-bejgħ naqsu u kellhom effett negattiv fuq ir-riżultati finanzjarji tas-sostenitur. Minkejja li l-miżuri antidumping kienu fis-seħħ, is-sostenitur għamel it-telf matul l-RIP. Tabella 10 Investimenti u l-possibbiltà ta’ ksib ta’ kapital
|
|
(80) |
Il-livell ta’ l-investiment, kollox ma’ kollox, naqas matul il-perjodu kkonċernat. ta’ min isemmi wkoll li l-livell ta’ l-investiment fil-prodott ikkonċernat b’mod ġenerali kien baxx, kif jixhed il-fatt li l-kapaċità tal-produzzjoni installata ma nbidlitx matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(81) |
Is-sostenitur ma rrapporta ebda problema speċifika relatata mal-kapaċità tiegħu ta’ ksib ta’ kapital. |
Il-konklużjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika tas-sostenitur
|
(82) |
Il-perjodu kkunsidrat kien ikkaratterizzat minn żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ li parzjalment batewha r-riżultati finanzjarji tas-sostenitur fejn jidħlu lampi CFL-i maħduma fil-Komunità. Il-volumi tal-bejgħ u l-valuri tal-bejgħ naqsu t-tnejn u l-profitabbiltà naqset għal-livell ta’ telf matul l-RIP. |
|
(83) |
Għalhekk huwa ċar li jekk il-miżuri antidumping jitħallew jiskadu, ir-riżultati finanzjarji tas-sostenitur fir-rigward tal-lampi CFL-i manifatturati fil-Komunità jiħżienu. |
4. Attivitajiet ta’ importazzjoni tas-sostenitur
Tabella 11
|
|
2003 |
2004 |
2005 |
RIP |
|
Bejgħ ta’ lampi CFL-i importati |
100 |
323 |
346 |
941 |
|
Proporzjon tat-total ta’ dħul mill-bejgħ li joriġina minn bejgħ ta’ lampi CFL-i importati |
100 |
104 |
104 |
188 |
|
(84) |
Il-manifattur sostenitur kien stqarr li biex jiddefendi ruħu mill-kompetizzjoni ta’ l-importazzjonijiet u biex iħares sehmu fis-suq Komunitarju, is-sostenitur kien beda jimporta lampi CFL-i mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(85) |
Il-volumi ta’ l-importazzjonijiet jirrappreżentaw biss porzjon relattivament żgħir tat-total tal-volumi ta’ bejgħ fis-suq Komunitarju. |
5. Attivitajiet ta’ esportazzjoni tas-sostenitur
Tabella 12
|
|
2003 |
2004 |
2005 |
RIP |
|
Bejgħ ta’ esportazzjoni ta’ lampi CFL-i manifatturati fil-Komunità |
100 |
68 |
46 |
60 |
|
Prezz medju tal-lampi CFL-i esportati maħduma fil-Komunità |
100 |
96 |
102 |
87 |
|
(86) |
L-andament ta’ l-esportazzjoni mis-sostenitur ħżienu matul il-perjodu kkunsidrat. Parti mill-ispjegazzjoni għal dan hi li għal xi swieq ta’ l-esportazzjoni s-sostenitur biddel il-post minn fejn iforni l-lampi CFL-i, mill-manifattura fil-Komunità għal post eqreb lejn is-suq ta’ l-esportazzjoni. |
|
(87) |
Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ kull unità esportata kien pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, b’tendenza lejn prezzijiet aktar baxxi lejn tmiem l-RIP. |
6. Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà tat-tkomplija jew ir-rikorrenza tal-ħsara
|
(88) |
L-investigazzjoni wriet li l-kapaċità produttiva ta’ l-esportaturi Ċiniżi hi sinifikanti u tista’ tiżdied faċilment. Barra dan, il-livelli tal-prezzijiet fil-Komunità jibqgħu attraenti mqabbla ma’ swieq oħra, u fil-Komunità hemm kanali tad-distribuzzjoni stabbiliti sew għall-esportazzjonijiet Ċiniżi. L-esportazzjonijiet Ċiniżi għalhekk aktarx jiżdiedu. |
|
(89) |
Il-livelli sinifikanti ta’ dumping u ta’ prezzijiet taħt dawk tas-suq innutati, kif ukoll il-livell baxx ta’ prezzijiet applikati fl-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħrajn, jindikaw li l-volumi ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità msemmija hawn fuq isiru bi prezzijiet ta’ dumping li jkunu inqas mill-prezzijiet u l-ispejjeż tas-sostenitur. |
|
(90) |
L-effett flimkien ta’ dawn il-volumi u l-prezzijiet x’aktarx iwassal għad-deterjorament tas-sitwazzjoni tas-sostenitur. Jekk ir-reazzjoni tas-sostenitur għal dan tkunx tnaqqis fil-bejgħ (u għalhekk fil-produzzjoni), tnaqqis fil-prezzijiet, jew it-tnejn, id-deterjorament finanzjarju jkun wieħed sostanzjali. |
|
(91) |
Fl-investigazzjoni ma ġewx identifikati fatturi oħrajn li joħolqu dubju dwar l-effett probabbli ta’ l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq is-sitwazzjoni tas-sostenitur. B’mod partikolari, aktarx li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jaqbdu aktar art minn prodotti minn sorsi oħrajn, inklużi manifatturi Komunitarji oħra u l-produttur Ċiniż suġġett għal dazju ta’ 0 % jekk jiskadu l-miżuri. Anki jekk dan ma jseħħx, id-daqs u l-livelli tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping ikunu ta’ tali daqs li bi probabbiltà kbira l-importazzjonijiet minn sorsi mhux oġġett ta’ dumping ma jħollux ir-rabta kawżali. Barra minn hekk, ebda fatturi oħra li l-ħsara tista’ tiġi attribwita għalihom ma ġew identifikati. Partikolarment, m’hemmx evidenza li japplika kwalunkwe fattur fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament Bażiku, u ċertament mhux li huwa importanti sal-punt li jkisser ir-rabta kawżali bejn id-dumping u l-ħsara. |
|
(92) |
Barra minn hekk ma jistax jitqies li l-importazzjonijiet li jagħmel il-manifattur sostenitur għandu jkollhom impatt sostanzjali fuq il-probabbiltà tat-tkomplija tal-ħsara. F’dan ir-rigward ġie stabbilit li dawn l-importazzjonijiet kienu l-konsegwenza tal-ħtieġa li s-sostenitur jikkompleta l-firxa ta’ prodotti. |
|
(93) |
Fuq din il-bażi, wieħed jikkonkludi li hemm il-probabbiltà tat-tkomplija u r-rikorrenza tad-dumping dannuż jekk il-miżuri antidumping fil-konfront ta’ l-importazzjonijiet ta’ CFL-i li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jitħallew jiskadu. |
E. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ
1. Rimarki preliminarji
|
(94) |
L-ewwelnett, huwa mfakkar (ara l-premessa(50) hawn fuq), li billi l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku jistipula li l-Komunità tista’ tieħu miżuri anki jekk ilment jiġi irtirat jekk it-teħid tal-miżuri jkun fl-interess Komunitarju. A fortiori, din il-possibilità hija miftuħa għall-Komunità f’reviżjoni ta’ skadenza li fiha l-produttur Komunitarju jkompli jkun favur il-miżuri, anki jekk il-manifatturi l-oħra jopponu l-isskutar. Għaldaqstant, u wkoll skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie mistħarreġ jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti antidumping huwiex fl-interess tal-Komunità b’mod ġenerali, u jekk iva għal liema perjodu ta’ żmien. Id-determinazzjoni ta’ l-interess tal-Komunità issejjes fuq il-kunsiderazzjoni tal-ħafna interessi involuti. Fl-investigazzjoni attwali ġiet analizzata sitwazzjoni fejn il-miżuri antidumping kienu diġà ilhom jitħaddmu mill-2001 u għalhekk tippermetti valutazzjoni ta’ kull impatt negattiv bla bżonn fuq il-partijiet ikkonċernati minħabba l-miżuri antidumping korrenti. |
|
(95) |
Fuq din il-bażi, ġie mistħarreġ jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà tat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping dannuż, kienx hemm raġunijiet qawwija li jwasslu għall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari. |
2. L-interess tal-manifattur fil-Komunità li qed isostni l-ilment.
|
(96) |
Kif imsemmi fis-sezzjoni D hawn fuq, teżisti l-probabbiltà tat-tkomplija u r-rikorrenza tad-dumping jekk il-miżuri kellhom jiġu mħassra. |
|
(97) |
Teżisti l-probabbiltà, jekk il-miżuri jiġu mħassra, li tissokta s-sitwazzjoni ta’ operat b’telf. L-impjanti tal-manifattura attwalment iħaddmu diversi mijiet ta’ impjegati. Għalhekk ikun fl-interess tal-manifattur Komunitarju sostenitur ta’ l-ilment li miżuri antidumping fil-konfront ta’ l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat jerġgħu jiġu imposti. |
3. L-interess ta’ manifatturi oħra fil-Komunità
|
(98) |
B’mod ġenerali, wieħed għandu jenfasizza li, meta titqies l-attività ta’ importazzjoni tal-manifatturi Komunitarji, l-eżistenza ta’ dazji kellha impatt negattiv fuq l-attività tagħhom kollox ma’ kollox. Barra l-spejjeż kawża tad-dazji antidumping b’rabta ma’ l-importazzjoni, il-miżuri ma ħallewhomx jottimizzaw it-taħlita tal-produzzjoni, il-portafoll tal-bejgħ, u b’hekk, il-profitabbiltà tagħhom. L-investiment, il-produzzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) u d-deċiżjonijiet strateġiċi l-oħra wkoll ġew affettwati bħala riżultat. Dawn l-effetti negattivi huma aspett importanti li jrid jitqies f’din l-analiżi. |
|
(99) |
Wieħed jintebaħ li l-Kumpanija A kienet ħabbret, apparti l-produzzjoni Ewropea tagħha, strateġija li tixtri mir-RPĊ. Wieħed għalhekk jikkonkludi li l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri ma jkunx fl-interess ta’ dan il-manifattur. |
|
(100) |
Żewġ manifatturi Komunitarji oħra, (identifikati bħala “Kumpanija C” u “Kumpanija D” fl-anness) it-tnejn opponew l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri. Waqt li dawn il-kumpaniji t-tnejn jixtru s-CFL-i mir-RPĊ, it-tnejn għad għandhom produzzjoni sostanzjali fil-Komunità. Għal din ir-raġuni, ma jistax jiġi eskluż li l-miżuri antidumping imorru kontra l-interessi ta’ dawn iż-żewġ produtturi għaż-żmien il-medju |
4. L-interess tal-fornituri
|
(101) |
Diversi fornituri, li jirrappreżentaw ammont sinifikanti tat-total ta’ provvisti lill-industrija Komunitarja, ikkooperaw mal-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Għajr wieħed il-fornituri kollha esprimew appoġġ għat-tkomplija tal-miżuri u esprimew tħassib dwar telf ta’ negozju jekk l-eżistenza tal-manifattura tas-CFL-i fil-Komunità tiġi pperikolata. Dawn il-fornituri meħudin f’daqqa jħaddmu diversi mijiet ta’ impjegati f’postijiet tax-xogħol fil-Ġermanja, Spanja, l-Italja, is-Slovakkja u l-Ungerija. |
|
(102) |
Għalhekk jista’ jiġi konkluż li jkun fl-interess tal-fornituri li miżuri antidumping jiġu imposti mill-ġdid fil-konfront ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. |
5. L-interess ta’ importaturi/kummerċjanti u bejjiegħa bl-imnut
|
(103) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 8 importaturi/kummerċjanti tal-prodott ikkonċernat. Waslu tweġibiet mingħand 3 importaturi li jirrappreżentaw biss kemm xejn aktar minn 1 % tat-total tal-volum ta’ l-importazzjonijiet lejn il-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat. Il-prodott ikkonċernat huwa importanti għat-tliet kumpaniji kollha u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat jikkorrispondi għal bejn 10-70 % tat-total tal-bejgħ ta’ kull kumpanija. Dan il-bejgħ kien mistenni jiżdied meta titqies iż-żieda mistennija fil-konsum ta’ dan il-prodott f’temp għaż-żmien il-medju. Kumpanija waħda li tirrappreżenta s-settur tal-bejgħ bl-imnut ħadet l-inizjattiva wkoll li tagħmel lilha nnifisha magħrufa. |
|
(104) |
Tnejn mill-importaturi u l-unika kumpanija li tirrappreżenta s-settur tal-bejgħ bl-imnut esprimew oppożizzjoni ċara kontra t-tkomplija tal-miżuri, waqt li t-tielet importatur identifikat kemm il-vantaġġi u kemm l-iżvantaġġi tal-miżuri li qed jitħaddmu. It-tliet kumpaniji kollha affermaw li l-Komunità tiddependi mill-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ billi l-produzzjoni tal-Komunità ma tistax tissodisfa d-domanda tas-suq. Barra dan, enfasizzaw li l-konsum fil-Komunità kien mistenni jiżdied b’mod sinifikanti. Ġie rikonoxxut ukoll iżda li l-miżuri fis-seħħ impedew ’l hekk imsejħa lampi tal-grad Ċ ta’ l-ispettri ta’ kwalità baxxa milli jidħlu b’mod sinifikanti fis-suq Komunitarju. Meta wieħed iqis il-fatt li l-konsumatur jista’ jsibha diffiċli biex jiddistingwihom mil-lampi tal-grad B ta’ kwalità ogħla, l-abolizzjoni tal-miżuri tista’ tfisser li l-lampi grad B li huma fil-qalba tan-negozju ta’ l-importaturi milquta jkollhom diffikultà biex jikkompetu. |
6. L-interess tal-konsumatur u l-iżvilupp tal-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju
|
(105) |
Diversi partijiet interessati sostnew li d-dazji antidumping imorru kontra l-politika Komunitarji favur l-iffrankar ta’ l-enerġija, peress li jirriżultaw fi prezzijiet tal-bejgħ eċċessivi għall-konsumatur u għalhekk inaqqqsu l-bejgħ ta’ lampi li jiffrankaw l-enerġija(CFL-i). Għall kuntrarju, kien hemm parti li sostniet li s-sospensjoni tal-miżuri tkun ta’ ħsara għall-politika Komunitarja dwar l-ambjent għax is-CFL-i li jinħadmu ċ-Ċina fihom aktar merkurju u għalhekk għandhom impatt negattiv akbar fuq l-ambjent meta jintremew minn dawk prodotti fil-Komunità. |
|
(106) |
Il-miżuri antidumping huma mmirati biex jindirizzaw l-iżvantaġġi kompetittivi inġusti li jirriżultaw mill-prattiċi tad-dumping ta’ l-importazzjonijiet lejn il-Komunità. L-eżistenza ta’ politiki Komunitarji oħra bħala tali ma teskludix l-impożizzjoni u t-tkomplija tad-dazji kemm-il darba dawn ikunu meħtieġa. |
|
(107) |
Minkejja dan, l-investigazzjoni wriet li l-konsum u d-domanda għall-prodott ikkonċernat żdiedu b’ħeffa kbira fis-suq Ewropew u din iż-żieda fid-domanda probabbli hi l-konsegwenza taż-żieda fl-interess fost konsumaturi Ewropej li jnaqqsu l-ispiża tagħhom ta’ l-enerġija u b’hekk jikkontribwixxu għal żvilupp sostenibbli. Hu ċar ukoll li l-miżuri fis-seħħ għandhom impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet bl-imnut tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità. Dan fisser li l-konsumaturi li setgħu qalbu minn bozoz inkandexxenti għall-prodott ikkonċernat ma setgħux jagħmlu dan minħabba d-differenza sostanzjali fil-prezz tal-bejgħ bl-imnut bejn dawn il-prodotti – differenza li kompliet taggrava inter alia bil-miżuri fis-seħħ. B’dan il-għan il-provvista fis-suq tal-prodott ikkonċernat fi kwantitajiet suffiċjenti u bi prezzijiet raġonevoli jridu għalhekk jiġu kkunsidrati wkoll fil-valutazzjoni ta’ l-interess tal-Komunità f’dan il-każ. |
|
(108) |
Dan għandu jitqies fl-isfond tal-politika Komunitarja biex jitrawwem l-użu ta’ lampi li jiffrankaw l-enerġija, li jista’ biss isaħħaħ l-argumenti msemmija hawn fuq. |
|
(109) |
Meta jitqiesu l-iżviluppi probabbli fis-suq, hemm probabbiltà kbira li tkomplija tal-miżuri titfa’ piż sinifikanti fuq il-konsumatur għaż-żmien il-medju u fit-tul. |
|
(110) |
B’reazzjoni għall-pubblikazzjoni, il-manifattur fil-Komunità li jappoġġa l-ilment argumenta li l-miżuri fis-seħħ ma kellhomx effett sinifikanti ta’ żieda fuq il-prezzijiet tal-konsumaturi fil-Komunità. Fir-rigward ta’ dan l-argument, għandu jiġi nnutat li filwaqt li jista’ jkun vera li l-prezz tal-konsumatur ta’ xi mudelli naqas mindu ġew imposti l-miżuri, ma jistax jinċaħad li dazji sa massimu ta’ 66 % li ġew estiżi iktar bl-evażjoni ta’ importazzjonijiet bilfors kellhom effett ta’ żieda fuq il-prezz. Barra minn hekk, fl-Istat Membru bl-ikbar suq tal-bejgħ bl-imnut, skond id-data tas-sostenitur stess, il-prezzijiet ta’ tlieta minn ħames mudelli kienu ogħla fil-bidu ta’ l-2006 milli fil-bidu ta’ l-2001. Il-kumpanija msemmija bħala l-kumpanija A fl-Anness iddikjarat li ma kienx ċar jekk il-kwerelant irtirax il-kwerela tiegħu. Kif ġie ddikjarat qabel, il-manifattur fil-Komunità li jsostni l-kwerela qiegħed jippreserva l-kwerela tiegħu. |
|
(111) |
Xi partijiet interessati affermaw ukoll li l-miżuri jmorru kontra l-interess tal-Komunità għax il-manifatturi Komunitarji m’għandhomx il-kapaċità li jissodisfaw id-domanda u l-importazzjonijiet huma għaldaqstant meħtieġa biex tiġi żgurata l-provvista fis-suq. |
|
(112) |
L-iskop tal-miżuri antidumping mhux li jipprojbixxi l-importazzjonijiet u lanqas li jillimita l-provvista tas-CFL-i fis-suq Komunitarju. Kif intwera hawn fuq il-miżuri li qed jitħaddmu ma kinux detrimentali għall-importazzjonijiet. Għall-kuntrarju, il-konsum dejjem jikber wassal għal żieda kemm f’termini assoluti u kemm fis-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-perjodu kkunsidrat. Madankollu, jidher biċ-ċar li f’temp ta’ żmien medju, l-impatt fuq il-provvista li jkun ġej mit-tkomplija bil-miżuri jista’ jkun aktar sinifikanti |
|
(113) |
Xi partijiet interessati kienu barra minn hekk iddikjaraw li l-miżuri li qed jitħaddmu jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq Komunitarju billi ftit operaturi biss huma kapaċi jixtru lampi CFL-i mingħand il-produtturi fir-RPĊ li huma suġġetti għal dazji żero jew baxxi ħafna. Operaturi oħra għandhom biss aċċess għas-suq limitat billi dawn jistgħu jimportaw biss mingħand produtturi esportaturi li jkunu suġġetti għal dazji għoljin. |
|
(114) |
Għandu jitfakkar li l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku jirreferi għall-bżonn li jiġu rrimedjati l-effetti tad-dumping dannuż li joħolqu tgħawwiġ tal-kummerċ. Għal dan l-għan, l-impożizzjoni tal-miżuri għandha tgħin biex jixxejjen il-vantaġġ ta’ l-esportaturi li jirriżulta mid-dumping. B’hekk id-dazji jgħinu biex jinżammu l-istess kundizzjonijiet għal minn naħa waħda, il-produtturi Komunitarji, l-esportaturi ta’ pajjiżi terzi u l-esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat fejn ma rriżulta ebda dumping u min-naħa l-oħra, l-esportaturi li nstab li kienu qed joperaw bi prattiċi ta’ dumping. Il-fatt li xi esportaturi huma suġġetti għal dazji ogħla minn oħrajn jirrifletti sempliċement marġnijiet ta’ dumping differenti bejn esportaturi differenti u għalhekk ma jirriżultax f’diskriminazzjoni jew tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn importaturi b’aċċess għal sorsi differenti fir-RPĊ. Barra minn dan, l-investigazzjoni wriet li l-operaturi Komunitarji jista’ jkollhom aċċess għall-provvista ta’ CLF-i minn għadd ta’ produtturi fil-Komunità kif ukoll mill-Pajjiż ikkonċernat u pajjiżi terzi u ma tressqet l-ebda evidenza li ssostni l-pretensjoni li xi operaturi huma esklużi mill-aċċes għas-suq. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni għandha tkun li t-tkomplija bil-miżuri jkollha effett sinifikanti fuq il-konsumatur f’termini ta’ prezzijiet bl-imnut, u d-disponibbiltà tal-provvista, b’mod partikolari għaż-żmien il-medju u fit-tul. |
7. Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità u d-dewmien tal-miżuri
|
(115) |
L-Artikolu 21(1) tar-Regolament Bażiku jipprevedi li għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-bżonn li jiġu eliminati l-effetti ta’ tgħawwiġ tal-kummerċ mid-dumping dannuż u produttur wieħed, li jirrappreżenta proporzjon sostanzjali tal-produzzjoni Komunitarja, qed isofri l-effetti tad-dumping dannuż stabbiliti mill-investigazzjoni. Kontra dan madankollu, jeżistu kunsiderazzjonijiet sostanzjali li jwasslu għall-konklużjoni li hu fl-interess tal-Komunità li ma tkomplix bil-miżuri; l-industrija Komunitarja nfisha tiddependi b’mod qawwi mill-importazzjonijiet mir-RPĊ biex tissodisfa d-domanda, li qed tikber b’ħeffa kbira; xi produtturi Komunitarji stess mhumiex favur it-tkomplija tal-miżuri, u ntwera li l-miżuri għandhom impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-konsumatur u għalhekk fuq l-għażla magħmula mill-konsumaturi dwar jekk jixtrux CFL-i jew bozoz inkandexxenti inqas effiċjenti. |
|
(116) |
Wara li ġew ikkunsidrati l-interessi kollha kkonċernati, hu konkluż li l-bilanċ ġenerali ta’ l-interessi rilevanti hu li l-miżuri ma jitkomplewx. Madankollu, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija qabel dwar l-interessi tal-produttur li jappoġġa t-tkomplija, meta jitqiesu fil-konfront ta’ l-interessi kkonċernati u partikolarment dawk tal-produtti l-oħra tal-Komunità, għaż-żmien il-qasir ikun fl-interess tal-Komunità li tkompli bil-miżuri għal perjodu ieħor ta’ aġġustament. Għalhekk ikun xieraq li l-miżuri jinżammu għal sena waħda biss qabel ma jiskadu. Wara dan iż-żmien l-effetti negattivi probabbli fuq il-konsumaturi u operaturi oħrajn ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-benefiċċji li l-manifatturi Komunitarji jkunu qed jiksbu minn dawn il-miżuri. |
F. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(117) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet maħsuba r-rakkomandazzjoni li l-miżuri eżistenti ma jitkomplewx wara sena. Huma ngħataw ukoll perjodu biex fih iressqu l-kummenti u l-pretensjonijiet wara l-pubblikazzjoni. Ebda kumment li wasal wara l-pubblikazzjoni kien tali li seta’ jbiddel il-konklużjonijiet li hemm f’dan ir-regolament. |
|
(118) |
Jirriżulta minn dan ta’ hawn fuq li d-dazji antidumping m’għandhomx jitkomplew wara sena. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
1. Qed jiġi hawn impost dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ lampi ta’ skariku florexxenti kumpatti u elettroniċi li jaħdmu b’kurrent elettriku alternanti (inklużi lampi ta’ skariku florexxenti kumpatti u elettroniċi li jaħdmu b’kurrent elettriku kemm alternanti u kemm dirett), b’tubu tal-ħġieġ wieħed jew aktar, bl-elementi li jagħtu d-dawl u l-komponenti elettroniċi kollha mwaħħla mas-sieq tal-lampa, jew li huma integrati fis-sieq tal-lampa, li jaqgħu fil-kodiċi NM ex 8539 31 90 (il-kodiċi TARIC 8539 31 90 95) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju antidumping applikabbli fuq il-prezz nett liberu fuq il-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju fuq il-prodotti manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju antidumping (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
||
|
59,5 |
A234 |
||
|
17,1 |
A235 |
||
|
37,1 |
A236 |
||
|
0,0 |
A237 |
||
|
32,3 |
A238 |
||
|
20,2 |
A239 |
||
|
8,4 |
A240 |
||
|
35,3 |
A241 |
||
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
66,1 |
A999 |
3. Id-dazju definittiv antidumping ta’ 66,1 % u li hu applikabbli għall- importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina hu b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ l-istess prodott imsemmi fil-paragrafu 1 ikkunsenjati mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Islamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini kemm jekk ikun iddikjarat li joriġina mir-Repubblika tal-Vjetnam, ir-Repubblika Islamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini u kemm jekk le (il-kodiċi TARIC 8539 31 90 92).
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw dazji doganali għandhom japplikaw.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodu ta’ sena wara li jkun daħal fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 15 ta’ Ottubru 2007
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 195, 19.7.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1322/2006 (ĠU L 244, 7.9.2006, p. 1).
(4) ĠU L 145, 9.6.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1322/2006.
ANNESS
Kumpanija A
(a) Kwantitajiet importati
Matul l-RIP il-Kumpanija A importat bejn 50 u 60 miljun lampa CFL-i mill-pajjiż ikkonċernat. F’termini ta’ volumi mibjugħa fis-suq Komunitarju, il-Kumpanija A importat bejn 70 % u 80 % tal-bejgħ tagħha. F’termini ta’ valur, il-prodotti importati ġġeneraw inqas dħul. Filwaqt li l-volumi importati kienu jirrappreżentaw madwar tliet darbiet tal-volumi manifatturati fil-Komunità, f’termini ta’ dħul għall-Kumpanija A l-importazzjonijiet iġeneraw kemm xejn aktar minn 50 % tat-total tad-dħul mill-bejgħ Komunitarju.
(b) Ir-relazzjoni mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat
Il-Kumpanija A għandha żewġ produtturi esportaturi relatati fil-pajjiż ikkonċernat. Il-Kumpanija A tixtri l-biċċa l-kbira ta’ l-importazzjonijiet tagħha mingħand dawn iż-żewġ produtturi esportaturi relatati. Fl-RIP, dawn iż-żewġ produtturi esportaturi esportaw 47 % tal-produzzjoni tagħhom lejn il-KE.
(ċ) Strateġija ta’ xiri ta’ importazzjonijiet, difensiva (temporanja) jew strateġika (għat-tul)
Il-Kumpanija A ħadet deċiżjoni strateġika għat-tul, li tixtri mill-pajjiż ikkonċernat minħabba li tista’ toffri l-firxa sħiħa tal-prodotti lill-klijenti tagħha.
(d) Produzzjoni fil-Komunità
Il-Kumpanija A hija t-tieni l-akbar manifattur ta’ CFL-i fil-Komunità, u timpjega bejn wieħed u ieħor 600 persuna għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat. Skond il-Kumpanija A għandhom jiġu installati żewġ linji tal-produzzjoni oħra fil-fabbrika tagħha, għal żieda ta’ 15-20 miljun unità li bihom tkun qed iżżid madwar nofs il-kapaċità tal-produzzjoni attwali tagħha. Il-linji ta’ produzzjoni l-ġodda huma maħsuba għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.
Bħal fil-każ tal-manifatturi l-oħra fil-Komunità, il-produzzjoni tal-Kumpanija A fil-Komunità tikkonsisti prinċipalment fl-immuntar ta’ komponenti minn diversi sorsi. F’dan il-każ, ftit inqas minn nofs dawn il-komponenti jinxtraw mill-Komunità. Ir-regoli ta’ l-oriġini huma rregolati mil-Liġi tad-Dwana, partikolarment bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1) li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, partikolarment l-Artikoli 22 sa 27. L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat għandu klassifikazzjoni doganali differenti mill-komponenti importati. Din ir-riklassifikazzjoni tirriżulta minn trasformazzjoni sostanzjali tal-komponenti. Għal dawn ir-raġunijiet, u abbażi ta’ l-informazzjoni miġbura f’din l-investigazzjoni jista’ għalhekk jiġi konkluż li l-prodotti kkonċernati manifatturati mill-Kumpanija A huma ta’ oriġini Komunitarja.
(e) Il-post tal-kwartieri ġenerali u l-azzjonisti ewlenin
Il-Kumpanija A hija diviżjoni ta’ grupp ta’ kumpaniji Ewropew kbir bil-kwartieri ġenerali fil-Komunità.
(f) Il-post tad-dipartimenti għar-Riċerka u l-Iżvilupp
Iċ-ċentru ewlieni għar-riċerka u l-iżvilupp tal-Kumpanija A jinsab fi Stat Membru. Barra minn dan, il-maġġoranza ta’ l-impjanti tar-riċerka u l-iżvilupp, speċjalment dawk marbuta ma’ l-iżvilupp tal-proċess tal-produzzjoni, jinsabu viċin ta’ l-impjanti tal-produzzjoni, jiġifieri fi Stat Membru ieħor u fil-pajjiż ikkonċernat.
Kumpanija B
(a) Kwantitajiet importati
Maul l-RIP, il-Kumpanija B importat bejn 11 u 18-il miljun lampa CFL-i mill-pajjiż ikkonċernat. F’termini ta’ volumi mibjugħa fis-suq Komunitarju, il-Kumpanija B importat bejn 20 % u 30 % tal-bejgħ tagħha tul l-RIP.
F’termini ta’ valur, il-prodotti importati ġġeneraw inqas dħul. Il-prodotti importati ġġeneraw bejn 15 % u 20 % tat-total ta’ dħul.
(b) Ir-relazzjoni mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat
Il-Kumpanija B għandha produttur esportatur relatat fil-pajjiż ikkonċernat. Il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ dan il-produttur esportatur relatat kienet bejn wieħed u ieħor 40 miljun unità tul l-RIP, jew ftit inqas mill-kapaċità tal-produzzjoni tal-Kumpanija B fl-impjanti tagħha fil-Komunità. Madankollu, tul l-RIP, il-Kumpanija B ma importat l-ebda CFL-i mingħand dan il-produttur esportatur relatat, imma mingħand produtturi esportaturi indipendenti.
Produttur esportatur indipendenti minnhom fil-pajjiż ikkonċernat, b’kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti u bejgħ lill-Komunità sinifikanti, allega li l-Kumpanija B uriet l-intenzjoni li takkwistah. Il-produttur esportatur allega li l-Kumpanija B ma għandhiex tkun inkluża fid-definizzjoni tal-produzzjoni Komunitarja billi wriet interess f’akkwisti ta’ produtturi esportaturi indipendenti fil-pajjiż ikkonċernat u, għaldaqstant, tkun aktar protetta minn dumping dannuż ladarba dan jew xi akkwist ieħor iseħħ. L-allegazzjoni ma kienet issostanzjata bl-ebda evidenza dokumentata u għaldaqstant għandha tiġi miċħuda.
(ċ) Strateġija ta’ xiri ta’ importazzjonijiet, difensiva (temporanja) jew strateġika (għat-tul)
Il-Kumpanija B tikkunsidra l-importazzjonijiet tagħha bħala mossa difensiva. Din qed tasserixxi li l-importazzjonijiet tagħha huma ta’ natura temporanja u mistennija li jittiħdilhom posthom minn CFL-i manifatturati fil-Komunità. Fil-fatt, wara tmiem l-RIP, il-Kumpanija B kienet fil-proċess li tinstalla kapaċità ġdida f’wieħed mill-impjanti tagħha fil-Komunità.
(d) Produzzjoni fil-Komunità
Il-Kumpanija B hija l-akbar produttur fil-Komunità. Din timpjega bejn wieħed u ieħor 700 persuna għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Bħal fil-każ ta’ produtturi oħra fil-Komunità, il-produzzjoni tal-Kumpanija B fil-Komunità tikkonsisti prinċipalment fl-immuntar ta’ komponenti minn diversi sorsi. F’dan il-każ, kważi l-komponenti kollha qed jinxtraw mill-Komunità.
(e) Il-post tal-kwartieri ġenerali u l-azzjonisti ewlenin
Il-Kumpanija B hija diviżjoni ta’ grupp ta’ kumpaniji kbir Ewropew bil-kwartieri ġenerali fil-Komunità.
(f) Il-post tad-dipartimenti tar-Riċerka u l-Iżvilupp
Iċ-ċentru ewlieni għar-riċerka u l-iżvilupp tal-Kumpanija B jinsab fi Stat Membru. Barra dan, xi impjanti għar-riċerka u l-iżvilupp speċjalment dawk marbuta ma’ l-iżvilupp tal-proċess tal-produzzjoni jinsabu viċin l-impjanti tal-produzzjoni, jiġifieri f’żewġ Stati Membri oħra (inklużi l-impjanti għall-komponenti) u fil-pajjiż ikkonċernat.
Kumpanija Ċ
(a) Kwantitajiet importati
Matul il-perjodu kkunsidrat il-Kumpanija Ċ importat bejn 3 u 7 miljun lampa CFL-i mill-pajjiż ikkonċernat. F’termini ta’ volumi mibjugħa fis-suq Komunitarju, il-Kumpanija Ċ importat bejn 30 % u 40 % tal-bejgħ tagħha.
F’termini ta’ valur, il-prodotti importati ġġeneraw inqas dħul. Il-prodotti importati ġġeneraw biss bejn 20 % u 30 % tat-total ta’ dħul.
(b) Ir-relazzjoni mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat
Il-Kumpanija Ċ għandha produttur esportatur relatat fil-pajjiż ikkonċernat, li mingħandu tixtri l-biċċa l-kbira ta’ l-importazzjonijiet tagħha. Il-kapaċità ta’ dan il-produttur esportatur relatat kienet bejn wieħed u ieħor ħames darbiet akbar mill-kapaċità tal-produzzjoni tal-Kumpanija Ċ fl-impjanti tagħha fil-Komunità.
(ċ) Strateġija ta’ xiri ta’ importazzjonijiet, difensiva (temporanja) jew strateġika (għat-tul)
Il-Kumpanija Ċ iddikjarat li kienet deċiżjoni strateġika għat-tul li tixtri mill-pajjiż ikkonċernat minħabba li dan seta’ joffri l-firxa sħiħa tal-prodotti lill-klijenti tagħha. Minħabba l-prezzijiet ta’ xiri baxxi u l-ispejjeż baxxi tal-ġarr tal-merkanzija, iċ-ċirkostanzi skond il-kumpanija ma jġibu magħhom l-ebda vantaġġ ekonomiku bil-produzzjoni fl-UE ta’ din ix-xorta ta’ prodotti kkonċernati f’volumi li jissodisfaw id-domanda.
(d) Produzzjoni fil-Komunità
Il-Kumpanija Ċ timpjega bejn wieħed u ieħor 450 persuna fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, prinċipalment fil-fabbriki tagħha fi Stat Membru. Il-produzzjoni tal-Kumpanija Ċ fil-Komunità tikkonsisti prinċipalment fl-immuntar ta’ komponenti minn diversi sorsi. Inqas minn nofs dawn il-komponenti qed jinxtraw mill-Komunità. L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat għandu klassifikazzjoni doganali differenti mill-komponenti importati. Din ir-riklassifikazzjoni tirriżulta minn trasformazzjoni sostanzjali tal-komponenti. Għal dawn ir-raġunijiet, u abbażi ta’ l-informazzjoni miġbura f’din l-investigazzjoni, ġie konkluż li l-prodotti kkonċernati manifatturati mill-Kumpanija Ċ huma ta’ oriġini Komunitarja.
(e) Il-post tal-kwartieri ġenerali u l-azzjonisti ewlenin
Il-Kumpanija Ċ hija diviżjoni ta’ grupp ta’ kumpaniji kbir bil-kwartieri ġenerali f’pajjiż terz. Madankollu, il-kwartieri ġenerali tal-Kumpanija Ċ, li hija entità legali separata, jinsabu fil-Komunità.
Minkejja li tagħmel parti minn grupp globali bil-kwartieri ġenerali f’pajjiż terz, il-Kumpanija Ċ hija kompetenti bis-sħiħ biex tieħu kull deċiżjoni kummerċjali dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni u l-istrateġija tal-bejgħ fejn għandhom x’jaqsmu s-CFL-i għas-suq Komunitarju.
(f) Il-post tad-dipartimenti għar-Riċerka u l-iżvilupp
Iċ-ċentru ewlieni għar-riċerka u l-iżvilupp tal-Kumpanija Ċ għall-prodott ikkonċernat jinsab fi Stat Membru tal-Komunità. Barra minn dan, xi riċerka u żvilupp isiru wkoll fil-kwartieri ġenerali fl-istat terz. Barra minn hekk, ir-riċerka u żvilupp, speċjalment dawk marbuta mal-proċess tal-produzzjoni, jinsabu wkoll viċin ta’ l-impjanti tal-produzzjoni, jiġifieri fil-Komunità u fil-pajjiż ikkonċernat.
Kumpanija D
(a) Kwantitajiet importati
Matul il-perjodu kkunsidrat il-Kumpanija D importat bejn 2 u 3 miljun lampa CFL-i mill-pajjiż ikkonċernat. F’termini ta’ volumi mibjugħa fis-suq Komunitarju, il-Kumpanija D importat bejn 50 % u 60 % tal-bejgħ tagħha.
F’termini ta’ valur, il-prodotti importati ġġeneraw inqas dħul. Il-prodotti importati ġġeneraw inqas minn bejn 40 % u 50 % tat-total ta’ dħul.
(b) Ir-relazzjoni mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat
Il-Kumpanija D ma għandha ebda produttur esportatur relatat fil-pajjiż ikkonċernat. L-importazzjonijiet mill-pajiż ikkonċernat qed jinxtraw mingħand produtturi esportaturi indipendenti.
(ċ) Strateġija ta’ xiri ta’ importazzjonijiet, difensiva (temporanja) jew strateġika (għat-tul)
Il-Kumpanija D iddikjarat li hi deċiżjoni strateġika għat-tul li tixtri mill-pajjiż ikkonċernat, minħabba li dan jista’ joffri l-firxa sħiħa tal-prodotti lill-klijenti tagħha. Skond il-kumpanija, ikun ta’ vantaġġ ekonomiku li tipproduċi din ix-xorta ta’ prodott ikkonċernat fl-UE f’volumi li jissodisfaw id-domanda.
(d) Produzzjoni fil-Komunità
Il-Kumpanija D timpjega bejn 35 u 85 persuna għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, prinċipalment fil-fabbrika tagħha fil-Komunità. L-attività tal-manifattura tagħha tikkonsisti prinċipalment fl-immuntar ta’ komponenti, li inqas minn nofshom jinxtraw mill-UE. L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat għandu klassifikazzjoni doganali differenti mill-komponenti importati. Din ir-riklassifikazzjoni tirriżula minn trasformazzjoni sostanzjali tal-komponenti. Għal dawn ir-raġunijiet, u abbażi ta’ l-informazzjoni li nġabret f’din l-investgazzjoni, ġie konkluż li l-prodotti kkonċernati manifatturati mill-Kumpanija D huma ta’ oriġini Komunitarja.
(e) Il-post tal-kwartieri ġenerali u l-azzjonisti ewlenin
Matul l-RIP, il-Kumpanija D kienet tapparteni lil grupp ta’ ekwità privata. Madankollu, wara tmiem l-RIP, il-Kumpanija D inxtrat minn manifattur f’pajjiż terz. Il-Kumpanija D għandha l-kwartieri ġenerali korporattivi tagħha fil-Komunità.
(f) Il-post tad-dipartimenti tar-Riċerka u l-Iżvilupp
Iċ-ċentri kollha tar-riċerka u l-iżvilupp tal-Kumpanija D huma bbażati fil-Komunità.
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
|
17.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 272/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1206/2007
tas-16 ta’ Ottubru 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
64,1 |
|
MK |
31,4 |
|
|
TR |
117,9 |
|
|
ZZ |
71,1 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
151,2 |
|
JO |
162,5 |
|
|
MK |
25,2 |
|
|
TR |
160,4 |
|
|
ZZ |
124,8 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
120,2 |
|
ZZ |
120,2 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
64,4 |
|
TR |
87,8 |
|
|
UY |
81,6 |
|
|
ZA |
56,5 |
|
|
ZZ |
72,6 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
254,2 |
|
TR |
134,8 |
|
|
US |
284,6 |
|
|
ZZ |
224,5 |
|
|
0808 10 80 |
AU |
188,0 |
|
CA |
101,5 |
|
|
CL |
17,7 |
|
|
NZ |
83,4 |
|
|
US |
96,4 |
|
|
ZA |
78,5 |
|
|
ZZ |
94,3 |
|
|
0808 20 50 |
CN |
71,2 |
|
TR |
127,4 |
|
|
ZA |
84,6 |
|
|
ZZ |
94,4 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
17.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 272/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1207/2007
tas-16 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni ta' l-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur ta' l-inbid
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikoli 53 u 80(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-każ li jkun hemm prattika tradizzjonali rregolata minn dispożizzjonijiet speċjali ta' l-Istat Membru li jipproduċi, dak l-Istat Membru jista', bħala deroga mir-regola normali, permezz ta' awtorizzazzjoni espressa u soġġetta għall-kontrolli addattati, jippermetti li jinkiseb inbid ta' kwalità prodott f'reġjuni speċifiċi billi jiġi miżjud mal-prodott bażiku li minnu jsir l-inbid minn wieħed jew iżjed mill-prodotti tas-settur ta' l-inbid li ma joriġinawx mir-reġjun speċifikat u li l-inbid ikun iġib ismu. Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux ippreġudikati minħabba l-iskadenza ta' din id-deroga kif stipulat fl-Artikolu 31(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 (2), għandha tingħata estensjoni ġdida. |
|
(2) |
L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 753/2002 jelenka l-varjetajiet tad-dwieli u s-sinonimi tagħhom li jinkludu indikazzjoni ġeografika u li għandhom mnejn jidhru fuq it-tikketti ta' l-inbejjed. Dak l-Anness għandu jiġi adattat bit-termini xierqa li jintużaw fir-Rumanija. |
|
(3) |
Minħabba l-piż amministrattiv, u sabiex jiġu evitati diffikultajiet ta' kummerċ, dan ir-regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2007. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandu b'dan jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 31, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness II huwa mibdul bit-test ta' l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 382/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 12).
ANNESS
“ANNESS II
Lista ta’ varjetajiet ta’ dwieli u s-sinonimi tagħhom li jinkludu indikazzjoni ġeografika (1) u li għandhom mnejn jidhru fuq it-tikkettjar ta' l-inbejjed skond l-Artikolu 19(2)
|
|
Isem tal-varjetà jew is-sinonimi tagħha |
Pajjiżi li jistgħu jużaw l-isem tal-varjetà jew wieħed mis-sinonimi tagħha (*1) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1 |
Agiorgitiko |
il-Greċja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2 |
Aglianico |
L-Italja, il-Greċja, Malta |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3 |
Aglianicone |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4 |
Alicante Bouschet |
Il-Greċja°, l-Italja°, il-Portugall°, l-Alġerija°, it-Tuneżija°, l-Istati Uniti°, Ċipru°, l-Afrika t’Isfel N.B.: L-isem ‘Alicante’ ma jistax jintuża waħdu biex jindika inbid. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5 |
Alicante Branco |
Il-Portugall° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6 |
Alicante Henri Bouschet |
Franza, is-Serbja (8), il-Montenegro (8) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
7 |
Alicante |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
8 |
Alikant Buse |
is-Serbja (6), il-Montenegro (6) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
9 |
Auxerrois |
L-Afrika t’Isfel°, l-Awstralja°, il-Kanada°, l-Iżvizzera°, il-Belġju°, il-Ġermanja°, Franza°, il-Lussemburgu°, l-Olanda°, ir-Renju Unit° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
10 |
Barbera Bianca |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
11 |
Barbera |
L-Afrika t’Isfel°, L-Arġentina°, l-Awstralja, Il-Kroazja°, il-Messiku°, is-Slovenja°, l-Urugwaj°, l-Istati Uniti°, il-Greċja°, l-Italja°, Malta° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
12 |
Barbera Sarda |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
13 |
Blauburgunder |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (16-28-115), l-Awstrija (14-16), il-Kanada (16-115), iċ-Ċili (16-115), l-Italja (16-115) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
14 |
Blauer Burgunder |
L-Awstrija (13-16), is-Serbja (24-115), il-Montenegro (24-115), l-Iżvizzera |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
15 |
Blauer Frühburgunder |
Il-Ġermanja (58) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
16 |
Blauer Spätburgunder |
Il-Ġermanja (115), L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (13-28-115), l-Awstrija (13-14), il-Bulgarija (115), il-Kanada (13-115), iċ-Ċili (13-115), ir-Rumanija (115), l-Italja (13-115) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
17 |
Blaufränkisch |
Ir-Repubblika Ċeka (55), l-Awstrija°, il-Ġermanja, is-Slovenja (Modra frankinja, Frankinja), l-Ungerija, ir-Rumanija (22, 55, 67, 71) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
18 |
Borba |
Spanja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
19 |
Bosco |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
20 |
Bragão |
Il-Portugall° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
21 |
Budai |
L-Ungerija° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
22 |
Burgund Mare |
Ir-Rumanija (17, 55, 67, 71) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
23 |
Burgundac beli |
Is-Serbja (136), il-Montenegro (136) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
24 |
Burgundac Crni |
Il-Kroazja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
25 |
Burgundac crni |
Is-Serbja (14-115), il-Montenegro (14-115) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
26 |
Burgundac sivi |
Il-Kroazja°, is-Serbja°, il-Montenegro° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
27 |
Burgundec bel |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
28 |
Burgundec crn |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (13-16-115) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
29 |
Burgundec siv |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
30 |
Busuioacă de Bohotin |
Ir-Rumanija |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
31 |
Cabernet Moravia |
Ir-Repubblika Ċeka° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
32 |
Calabrese |
L-Italja (90) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
33 |
Campanário |
Il-Portugall° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
34 |
Canari |
L-Arġentina° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
35 |
Carignan Blanc |
Franza° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
36 |
Carignan |
L-Afrika t’Isfel°, l-Arġentina°, l-Awstralja (38), iċ-Ċili (38), il-Kroazja°, l-Iżrael°, il-Marokk°, New Zealand°, it-Tuneżija°, il-Greċja°, Franza°, il-Portugall°, Malta° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
37 |
Carignan Noir |
Ċipru° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
38 |
Carignane |
L-Awstralja (36), iċ-Ċili (36), il-Messiku, it-Turkija, l-Istati Uniti |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
39 |
Carignano |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
40 |
Chardonnay |
L-Afrika t’Isfel°, l-Arġentina (95), l-Awstralja (95), il-Bulgarija°, il-Kanada (95), l-Iżvizzera°, iċ-Ċili (95), ir-Repubblika Ċeka°, il-Kroazja°, l-Ungerija (41), l-Indja, l-Iżraell°, il-Moldavja°, il-Messiku (95), New Zealand (95), ir-Rumanija°, ir-Russja°, San Marino°, is-Slovakkja°, is-Slovenja°, it-Tuneżija°, l-Istati Uniti (95), l-Urugwaj°, is-Serbja, il-Montenegro, iż-Żimbabwe°, il-Ġermanja°, Franza, il-Greċja (95), l-Italja (95), il-Lussemburgu° (95), l-Olanda (95), ir-Renju Unit, Spanja, il-Portugall, l-Awstrija°, il-Belġju (95), Ċipru°, Malta° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
41 |
Chardonnay Blanc |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Ungerija (40) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
42 |
Chardonnay Musqué |
Il-Kanada° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
43 |
Chelva |
Spanja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
44 |
Corinto Nero |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
45 |
Cserszegi fűszeres |
L-Ungerija° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
46 |
Děvín |
Ir-Repubblika Ċeka° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
47 |
Devín |
Is-Slovakkja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
48 |
Duna gyöngye |
L-Ungerija |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
49 |
Dunaj |
Is-Slovakkja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
50 |
Durasa |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
51 |
Early Burgundy |
L-Istati Uniti° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
52 |
Fehér Burgundi, Burgundi |
L-Ungerija (133) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
53 |
Findling |
Il-Ġermanja°, ir-Renju Unit° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
54 |
Frâncușă |
Ir-Rumanija |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
55 |
Frankovka |
Ir-Repubblika Ċeka° (17), is-Slovakkja (56), ir-Rumanija (17, 22, 67, 71) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
56 |
Frankovka modrá |
Is-Slovakkja (55) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
57 |
Friulano |
L-Italja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
58 |
Frühburgunder |
Il-Ġermanja (15), l-Olanda° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
59 |
Galbenă de Odobești |
Ir-Rumanija |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
60 |
Girgenti |
Malta (61, 62) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
61 |
Ghirgentina |
Malta (60, 62) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
62 |
Girgentina |
Malta (60, 61) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
63 |
Graciosa |
il-Portugall° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
64 |
Grasă de Cotnari |
Ir-Rumanija |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
65 |
Grauburgunder |
Il-Ġermanja, il-Bulgarija, l-Ungerija°, ir-Rumanija (66) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
66 |
Grauer Burgunder |
Il-Kanada, ir-Rumanija (65), il-Ġermanja, l-Awstrija |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
67 |
Grossburgunder |
Ir-Rumanija (17, 22, 55, 71) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
68 |
Iona |
L-Istati Uniti° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
69 |
Kanzler |
Ir-Renju Unit°, il-Ġermanja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
70 |
Kardinal |
il-Ġermanja°, il-Bulgarija° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
71 |
Kékfrankos |
L-Ungerija, ir-Rumanija (17, 22, 55, 67) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
72 |
Kisburgundi kék |
L-Ungerija (115) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
73 |
Korinthiaki |
Ll-Greċja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
74 |
Leira |
il-Portugall° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
75 |
Limnio |
Il-Greċja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
76 |
Maceratino |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
77 |
Maratheftiko (Μαραθεύτικο) |
Ċipru |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
78 |
Mátrai muskotály |
L-Ungerija° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
79 |
Medina |
L-Ungerija° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
80 |
Monemvasia |
Il-Greċja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
81 |
Montepulciano |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
82 |
Moravia dulce |
Spanja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
83 |
Moravia agria |
Spanja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
84 |
Moslavac |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (85), is-Serbja°, il-Montenegro° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
85 |
Mozler |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (84) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
86 |
Mouratón |
Spanja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
87 |
Müller-Thurgau |
L-Afrika t’Isfel°, l-Awstrija°, il-Ġermanja, il-Kanada, il-Kroazja°, l-Ungerija°, is-Serbja°, il-Montenegro°, ir-Repubblika Ċeka°, is-Slovakkja°, is-Slovenja°, l-Iżvizzera°, il-Lussemburgu, l-Olanda°, l-Italja°, il-Belġju°, Franza°, ir-Renju Unit, l-Awstralja°, il-Bulgarija°, l-Istati Uniti°, New Zealand°, il-Portugall |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
88 |
Muškát moravský |
Ir-Repubblika Ċeka°, is-Slovakkja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
89 |
Nagyburgundi |
L-Ungerija° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
90 |
Nero d‘Avola |
L-Italja (32) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
91 |
Olivella nera |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
92 |
Orange Muscat |
L-Awstralja°, l-Istati Uniti° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
93 |
Pálava |
Ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
94 |
Pau Ferro |
il-Portugall° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
95 |
Pinot Chardonnay |
L-Arġentina (40), l-Awstralja (40), il-Kanada (40), iċ-Ċili (40), il-Messiku (40), New Zealand (40), l-Istati Uniti (40), it-Turkija°, il-Belġju (40), il-Greċja (40), l-Olanda, l-Italja (40) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
96 |
Pölöskei muskotály |
L-Ungerija° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
97 |
Portoghese |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
98 |
Pozsonyi |
L-Ungerija (99) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
99 |
Pozsonyi Fehér |
L-Ungerija (98) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
100 |
Radgonska ranina |
Is-Slovenja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
101 |
Rajnai rizling |
L-Ungerija (104) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
102 |
Rajnski rizling |
Is-Serbja, il-Montenegro (103-106-109) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
103 |
Renski rizling |
Is-Serbja, il-Montenegro (102-106-109), is-Slovenja° (104) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
104 |
Rheinriesling |
Il-Bulgarija°, l-Awstrija, il-Ġermanja (106), l-Ungerija (101), ir-Repubblika Ċeka (112), l-Italja (106), il-Greċja, il-Portugall, is-Slovenja (103) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
105 |
Rhine Riesling |
L-Afrika t’Isfel°, l-Awstralja°, iċ-Ċili (107), il-Moldavja°, New Zealand°, Ċipru, l-Ungerija° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
106 |
Riesling renano |
Il-Ġermanja (104), is-Serbja (102-103-109), il-Montenegro (102-103-109), l-Italja (104) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
107 |
Riesling Renano |
Iċ-Ċili (105), Malta° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
108 |
Riminèse |
Franza° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
109 |
Rizling rajnski |
Is-Serbja u il-Montenegro (102-103-106), |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
110 |
Rizling Rajnski |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja°, il-Kroazja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
111 |
Rizling rýnsky |
Is-Slovakkja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
112 |
Ryzlink rýnský |
Ir-Repubblika Ċeka (104) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
113 |
Santareno |
Il-Portugall° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
114 |
Sciaccarello |
Franza° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
115 |
Spätburgunder |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (13-16-28), is-Serbja (14-25), il-Montenegro (14-25), il-Bulgarija (16), il-Kanada (13-16), iċ-Ċili, l-Ungerija (72), il-Moldavja°, ir-Rumanija (16), l-Italja (13-16), ir-Renju Unit, il-Ġermanja (16) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
116 |
Štajerska Belina |
Il-Kroazja°, is-Slovenja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
117 |
Subirat |
Spanja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
118 |
Terrantez do Pico |
Il-Portugall° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
119 |
Tintilla de Rota |
Spanja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
120 |
Tinto de Pegões |
Il-Portugall° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
121 |
Torrontés riojano |
L-Arġentina° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
122 |
Trebbiano |
L-Afrika t’Isfel°, l-Arġentina°, l-Awstralja, il-Kanada°, Ċipru°, il-Kroazja°, l-Urugwaj°, l-Istati Uniti°, l-Iżraell, l-Italja, Malta |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
123 |
Trebbiano Giallo |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
124 |
Trigueira |
Il-Portugall |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
125 |
Verdea |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
126 |
Verdeca |
L-Italja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
127 |
Verdelho |
L-Afrika t’Isfel°, l-Arġentina, l-Awstralja, New Zealand, l-Istati Uniti, il-Portugall |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
128 |
Verdelho Roxo |
Il-Portugall° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
129 |
Verdelho Tinto |
Il-Portugall° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
130 |
Verdello |
L-Italja°, Spanja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
131 |
Verdese |
L-Italja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
132 |
Verdejo |
Spanja° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
133 |
Weißburgunder |
L-Afrika t’Isfel (135), il-Kanada, iċ-Ċili (134), l-Ungerija (52), il-Ġermanja (134, 135), l-Awstrija (134), ir-Renju Unit, l-Italja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
134 |
Weißer Burgunder |
Il-Ġermanja (133, 135), l-Awstrija (133), iċ-Ċili (133), l-Iżvizzera°, is-Slovenja, l-Italja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
135 |
Weissburgunder |
L-Afrika t’Isfel (133), il-Ġermanja (133, 134), ir-Renju Unit, l-Italja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
136 |
Weisser Burgunder |
Is-Serbja (23), il-Montenegro (23) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
137 |
Zalagyöngye |
L-Ungerija° |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Indiċi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Dawn l-ismijiet tal-varjetà u s-sinonimi tagħhom jikkorrispondu, kollha kemm huma jew parti minnhom, jew fit-traduzzjoni jew fil-forma ta' aġġettiv, għal indikazzjonijiet ġeografiċi użati biex jiddeskrivu inbid.
(*1) Għall-istati kkonċernati, id-derogi previsti f'dan l-Anness huma awtorizzati biss fil-każ ta' nbejjed li għandhom indikazzjoni ġeografika prodotta fl-unitajiet amministrattivi fejn tkun awtorizzata l-produzzjoni tal-varjetajiet kkonċernati fiż-żmien li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ u skond il-kundizzjonijiet stipulati mill-istati kkonċernati għall-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta' dawk l-inbejjed.
|
17.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 272/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1208/2007
tas-16 ta’ Ottubru 2007
li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 f'dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tar-rata ta' rifużjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-każ ta' provvisti kif jissemmew fl-Artikoli 36 u 44 ta' dak ir-Regolament u mwettqa bejn l-1 u l-14 ta’ Ġunju 2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(14) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Mill-15 ta’ Ġunju 2007, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2007 ta' l-14 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2) m'għadux jipprovdi għal rifużjonijiet fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, inklużi prodotti pprovduti kif jissemma fl-Artikoli 36 u 44 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (3). |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-esportaturi jsegwu proċedura skond liema l-aħħar jum tax-xahar jintużaw biex tiġi ddeterminata r-rata ta' rifużjoni applikabbli għall-provvisti msemmija fl-Artikoli 36 u 44 ta' dak ir-Regolament, li jitgħabbew kull xahar. Għalhekk mhux possibbli li tiġi determinata r-rata ta' rifużjoni applikabbli għall-provvisti ta' ħalib u prodotti ta' ħalib taħt dik il-proċedura bejn l-1 u l-14 ta’ Ġunju 2007. |
|
(3) |
L-intitolament għar-rifużjoni fuq provvisti li ssir taħt il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 660/2007, m'għandhiex tiġi affettwata. Biex tkun determinata dik ir-rifużjoni, huwa għalhekk meħtieġ li tiġi ffissata d-data li għandha tintuża għal dak il-għan, b'deroga mill-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, id-data ta' l-14 ta’ Ġunju 2007 għandha tintuża biex tiġi determinata r-rata ta' rifużjoni applikabbli għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib fil-każ ta' provvisti kif jissemmew fl-Artikolu 36(1)(a) u (ċ) u fl-Artikolu 44(1)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament li saru bejn l-1 u l-14 ta’ Ġunju 2007 skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p.1).
(2) ĠU L 155, 15.6.2007, p. 26.
(3) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1001/2007 (ĠU L 226, 30.8.2007, p. 9).