ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 270

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
13 ta' Ottubru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1197/2007 tat-12 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1198/2007 tat-12 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tal-KE u Internazzjonali fiż-żona V ta' l-ICES; l-ilmijiet Internazzjonali taż-żoni XII u XIV ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Latvja

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2007/658/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli

5

Ftehim addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli

6

 

 

2007/659/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa tas-sisa fuq ir-rum tradizzjonali prodott fid-Dipartimenti extra-Ewropej tagħha u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/166/KE

12

 

 

2007/660/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2007 li taħtar erba' membri Olandiżi u erba' membri supplenti Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

15

 

 

2007/661/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2007 li taħtar membru Taljan u membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

16

 

 

2007/662/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2007 li taħtar ħames membri u tliet membri supplenti Sloveni fil-Kumitat tar-Reġjuni

17

 

 

2007/663/KE

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4660)  ( 1 )

18

 

 

2007/664/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4674)  ( 1 )

21

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/665/PESK tat-28 ta' Settembru 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

27

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

28

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE ( ĠU L 323, 9.12.2005 )

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

13.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 270/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1197/2007

tat-12 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

74,4

MK

39,0

TR

117,1

ZZ

76,8

0707 00 05

EG

151,2

JO

162,5

TR

137,0

ZZ

150,2

0709 90 70

TR

113,4

ZZ

113,4

0805 50 10

AR

67,6

TR

87,6

UY

81,6

ZA

55,7

ZW

52,6

ZZ

69,0

0806 10 10

BR

250,1

MK

44,5

TR

117,4

US

199,4

ZZ

152,9

0808 10 80

AR

90,2

AU

188,0

CA

111,7

CL

19,8

MK

13,8

NZ

81,4

US

103,6

ZA

86,5

ZZ

86,9

0808 20 50

CN

64,1

TR

124,2

ZA

88,3

ZZ

92,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


13.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 270/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1198/2007

tat-12 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tal-KE u Internazzjonali fiż-żona V ta' l-ICES; l-ilmijiet Internazzjonali taż-żoni XII u XIV ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Latvja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-ppublikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

54

Stat Membru

Il-Latvja

Stokk

RED/51214.

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-KE u internazzjonali ta' V; l-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV

Data

18.9.2007


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

13.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 270/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Settembru 2007

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli

(2007/658/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Komunità, il-Prinċipat ta’ Liechtenstein u l-Konfederazzjoni Żvizzera nnegozjaw u inizjalaw ftehim addizzjonali sabiex il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli tal-21 ta’ Ġunju 1999 (1) jiġi estiż għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein.

(2)

Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dak il-Ftehim addizzjonali msemmi,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli (“Ftehim addizzjonali”) b’dan huwa approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim addizzjonali huwa anness ma’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat jinnomina persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim addizzjonali sabiex torbot/jorbtu lill-Komunità.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.


FTEHIM ADDIZZJONALI

bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli

IL-KOMUNITÀ EWROPEA (“il-Komunità”), IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA (“l-Iżvizzera”) u l-PRINĊIPAT TA’ LIECHTENSTEIN (“Liechtenstein”),

Billi:

(1)

Liechtenstein tifforma unjoni doganali ma’ l-Iżvizzera skond it-Trattat tad-29 ta’ Marzu 1923 bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jinkorpora lil Liechtenstein fit-territorju doganali Żvizzeru (“Trattat Doganali”).

(2)

Bis-saħħa tat-Trattat Doganali, Id-disposizzjonijiet dwar it-titjib ta’ l-aċċess għas-suq mogħti mill-Iżvizzera għal prodotti agrikoli li joriġinaw mil-Komunità li huma is-suġġett tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli tal-21 ta’ Ġunju 1999 (“Ftehim dwar l-Agrikoltura”) jgħoddu għal Liechtenstein.

(3)

Għall-amministrazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura u sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb tiegħu, l-Artikolu 6 jistabilixxi Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura u l-Artikolu 19 ta’ l-Anness 11 jistabilixxi Kumitat Konġunt Veterinarju, fejn it-tnejn li huma jistgħu jimmodifikaw partijiet speċifiċi tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

(4)

Skond il-Ftehim Addizzjonali li jikkonċerna l-validità, għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972, il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 japplika għal Liechtenstein: Il-Protokoll Nru 3 jistipula li prodotti minn Liechtenstein huma meqjusa bħala prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera. L-Artikolu Nru 4 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura jistipula li r-regoli ta’ oriġini applikabbli taħt l-Annessi 1, 2 u 3 għandhom ikunu kif speċifikati fil-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972.

(5)

Id-disposizzjonijiet kollha tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, inkluż il-modifiki magħmula mill-Kumitati Konġunti tiegħu, għandhom japplikaw għal Liechtenstein. Fl-istess waqt, il-partijiet korrispondenti tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri l-Anness I, il-Kapitoli XII u XXVII ta’ l-Anness II u il-Protokoll 47 għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta’ Liechtenstein, sakemm il-Ftehim dwar l-Agrikoltura jibqa’ japplika għal dan il-pajjiż,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tal-21 ta’ Ġunju 1999 (“il-Ftehim dwar l-Agrikoltura”) inklużi l-modifiki deċiżi mill-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura u mill-Kumitat Konġunt Veterinarju, għandu japplika għal Liechtenstein.

2.   L-adattamenti speċifiċi għal Liechtenstein li jikkonċernaw l-Annessi 4 sa 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura huma stipulati fl-Anness ta’ dan il-Ftehim (“Ftehim Addizzjonali”), li jkun jikkostitwixxi parti integrali minnu.

Artikolu 2

1.   Għall-għan ta’ l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura u mingħajr ma dan jibdel in-natura bilaterali tiegħu, Liechtenstein, sabiex jieħu ħsieb l-interessi tiegħu, ikollu rappreżentant fi ħdan id-delegazzjoniet Żvizzeri tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura u tal-Kumitat Konġunt Veterinarju u tal-gruppi ta’ ħidma tagħhom.

2.   Il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura jista’ jimmodifika l-Anness ta’ dan il-Ftehim Addizzjonali, skond Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6 u 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Il-Kumitat Konġunt Veterinarju jista’ jimmodifika l-Anness ta’ dan il-Ftehim Addizzjonali fir-rigward ta’ dak li jikkonċerna l-Anness 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, skond Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artilkolu 19 ta’ dak l-Anness. Dawn il-modifiki jeħtieġu l-approvazzjoni tar-rappreżentant ta’ Liechtenstein.

Artikolu 3

Dan il-Ftehim Addizzjonali:

(a)

għandhu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-iffirmar tiegħu;

(b)

jista’ jiġi tterminat permezz ta’ notifika bil-miktub lill-partijiet l-oħra. Dan il-Ftehim għandu jtemm mis-seħħ sena wara d-data ta’ din in-notifika;

(c)

ma għandux jibqa’ japplika jekk il-Ftehim dwar l-Agrikoltura jew it-Trattat Doganali ma jibqax fis-seħħ.

Artikolu 4

Dan il-Ftehim Addizzjonali huwa mfassal fi tliet kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, b’kull wieħed minn dawk it-testi ugwalment awtentiċi.

Съставено в Брюксел на двадесет и седми ceптeмври две хиляди и седма година.

Hecho en Bruselas, el veintisiete de septiembre de dos mil siete.

V Bruselu dne dvacátého sedmého září dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende september to tusind og syv.

Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten September zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta septembrikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι επτά Σεπτεμβρίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Brussels on the twenty seventh day of September in the year two thousand and seven.

Fait à Bruxelles, le vingt-sept septembre deux mille sept.

Fatto a Bruxelles, addì ventisette settembre duemilasette.

Briselē, divi tūkstoši septītā gada divdesmit septītajā septembrī.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų rugsėjo dvidešimt septintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-hetedik év szeptember havának huszonhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sebgħa u għoxrin jum ta' Settembru tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste september tweeduizend zeven.

Sporządzono w Brukseli, dnia dwudziestego siódmego września roku dwa tysiące siódmego.

Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Setembro de dois mil e sete.

Întocmit la Bruxelles, douăzeci și șapte septembrie două mii șapte.

V Bruseli dňa dvadsiateho siedmeho septembra dvetisícsedem.

V Bruslju, dne sedemindvajsetega septembra leta dva tisoč sedem.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä syyskuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Bryssel den tjugosjunde september tjugohundrasju.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunitá Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

Image

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā

Šveicarijos Konfederacijos vardu

A Svájci Államszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suíça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarsku konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

För Schweiziska edsförbundet

Image

За Княжество Лихтенщайн

Por el Principado de Liechtenstein

Za Lichtenštejnské knížectví

For Fyrstendømmet Liechtenstein

Für das Fürstentum Liechtenstein

Liechtensteini Vürstiriigi nimel

Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν

For the Principality of Liechtenstein

Pour la Principauté de Liechtenstein

Per il Principato del Liechtenstein

Lihtenšteinas Firstistes vārdā

Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu

A Liechtensteini Hercegség részéről

Għall-Prinċipat ta' Liechtenstein

Voor het Vorstendom Liechtenstein

W imieniu Księstwa Liechtensteinu

Pelo Principado do Liechtenstein

Pentru Principatul Liechtenstein

Za Lichtenštajnské kniežatstvo

Za Kneževino Lihtenštajn

Liechtensleinin ruhtinaskunnan puolesta

För Furstendömet Liechtenstein

Image

ANNESS

għall-Ftehim Addizzjonali

Prinċipju

Il-liġijiet u l-obbligi, id-disposizzjonijiet legali, il-listi, l-ismijiet u l-kundizzjonijiet stipulati għall-Iżvizzera fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura għandhom japplikaw għal Liechtenstein ukoll, suġġetti għall-aġġustamenti u ż-żidiet imsemmija hawn taħt.

Meta jingħataw doveri, responsabiltajiet u poteri lil cantons (reġjuni awtonomi) Żvizzeri, dawn jobbligaw wkoll lill-aġenziji kompetenti tal-gvern ta’ Liechtenstein. Għalhekk, fir-rigward ta’ suġġetti ttrattati mill-awtoritajiet ta’ l-agrikoltura tal-canton dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Agrikoltura (“Landwirtschaftsamt”), Dr. Grass-Strasse 10, FL-9490 Vaduz, filwaqt li fir-rigward ta’ suġġetti ttrattati mill-awtoritajiet veterinarji u ta’ l-ikel tal-canton dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Ispezzjoni ta’ l-Ikel u ta’ l-Affarijiet Veterinarji (OFV) (“Amt für Lebensmittelkontrolle und Veterinärwesen”), Postplatz 2, FL-9494 Schaan.

Barra minn dan, l-organizzazzjonijiet privati li ngħatawlhom kompiti speċifiċi (eż. Korpi ta’ spezzjoni u ċertifikazzjoni) għandhom ukoll dawn il-kompiti fir-rigward ta’ Liechtenstein, sakemm mhux ipprovdut mod ieħor b’dan li ġej.

Aġġustamenti/żidiet li jikkonċernaw l-Annessi 4-11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura

L-Anness 4, Protezzjoni tal-pjanti

L-Anness 5, Għalf

L-Anness 6, Settur taż-żrieragħ

L-Anness 7, Kummerċ ta’ prodotti ta’ l-inbid

Ismijiet protetti ta’ prodotti ta’ l-inbid li joriġinaw minn Liechtenstein (skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 6 ta’ l-Anness 7)

Indikazzjonijiet Ġeografiċi

Inbejjed ta’ kwalità

Balzers

Bendern

Eschen

Eschnerberg

Gamprin

Mauren

Ruggell

Schaan

Schellenberg

Triesen

Vaduz

Inbejjed tal-mejda li jkollhom indikazzjonijiet ġeografiċi

Liechtensteiner Oberländer Landwein

Liechtensteiner Unterländer Landwein

Espressjonijiet tradizzjonali

Ablass

Appellation d’origine contrôlée

Auslese Liechtenstein

Beerenauslese

Beerle

Beerli

Beerliwein

Eiswein

Federweiss (1)

Grand Cru Liechtenstein

Kretzer

Landwein

Sélection Liechtenstein

Strohwein

Süssdruck

Trockenbeerenauslese

Weissherbst

L-Anness 8, Dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni ta’ l-ismijiet ta’ xorb alkoħoliku u ta’ xorb aromatiku bbażat fuq l-inbid

Ismijiet protetti ta’ spirti li joriġinaw minn Liechtenstein (skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4 ta’ l-Anness 8)

Spirtu tal-karfa ta’ l-għeneb magħsur

Balzner Marc

Benderer Marc

Eschner Marc

Eschnerberger Marc

Gampriner Marc

Maurer Marc

Ruggeller Marc

Schaaner Marc

Schellenberger Marc

Triesner Marc

Vaduzer Marc.

L-Anness 9, Prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel imkabbra b’mod organiku

L-Anness 10, Rikonoxximent ta’ kontrolli ta’ konformità għall-frott u l-ħaxix frisk suġġetti għall-istandards kummerċjali

L-Anness 11, Miżuri ta’ saħħa ta’ l-annimali u miżuri żootekniċi applikabbli għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti ta’ l-annimali

Is-sistema TRACES

Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma’ l-Uffiċċju ta’ l-Ispezzjoni ta’ l-Ikel u ta’ l-Affarijiet Veterinarji (OFV, “Amt für Lebensmittelkontrolle und Veterinärwesen”) għandha tintegra lil Liechtenstein fis-sistema TRACES, skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004.

Regoli għal annimali mibgħuta biex jirgħu f’żoni fil-fruntiera

Ir-Regoli għal annimali mibgħuta biex jirgħu fil-fruntiera stabbiliti fl-Appendiċi 5 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, Kapitolu 1, punt III, għandhom japplikaw mutatis mutandis, għal Liechtenstein.

Għal Liechtenstein, il-partijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE ta’ l-20 ta’ Awwissu 2001 li jistipula regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqiegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji u li hemm referenza għalihom fl-Anness korrispondenti għandhom ikunu: Liechtenstein

Leġislazzjoni

Fil-każ ta’ Liechtenstein, il-liġi ta’ Liechtenstein dwar il-benessri ta’ l-annimali (TschG) ta’ l-20 ta’ Diċembru 1988, LGB1. 1989 Nru 3, LR 455.0 u l-Ordinanza ta’ Liechtenstein dwar il-benessri ta’ l-annimali (TschV) tat-12 ta’ Ġunju 1990, LGBl. 1990 Nru 33, LR 455.01 għandhom jissostitwixxu l-Ordinanza dwar il-benessri ta’ l-annimali (SR 455.1) stipulata għall-Iżvizzera fl-Appendiċi 5, Kapitolu 3 III. Benessri ta’ l-Annimali, punt 1.


(1)  Mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ l-espressjoni tradizzjonali Germaniża “Federweißer” li tfisser għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid, li jkun parzjalment iffermentat u maħsub għall-konsum uman dirett, kif previst fil-Paragrafu 34c tar-Regolament dwar l-Inbid Germaniż u fl-Artikoli 12(1)(b) u 14(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002, kif emendat.


13.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 270/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ottubru 2007

li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa tas-sisa fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fid-Dipartimenti extra-Ewropej tagħha u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/166/KE

(2007/659/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 299(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

B’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 299(2) tat-Trattat, it-Trattat huwa applikabbli għad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, għall-Azores, il-Madejra u l-Gżejjer Kanarji. Madanakollu, billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, l-Azores, il-Madejra u l-Gżejjer Kanarji, li hija aktar ikkumplikata bid-distanza u l-insularità tagħhom, bid-daqs żgħir, bit-topografija u l-klima diffiċli, bid-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, li l-permanenza u l-kumbinazzjoni tagħhom jirrestrinġu bi kbir l-iżvilupp tagħhom, il-Kunsill, b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jadotta miżuri speċifiċi bl-iskop li, partikolarment, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tat-Trattat għal dawk ir-reġjuni, inklużi l-politiki komuni. Il-Kunsill huwa mitlub, meta jadotta tali miżuri, jieħu kont ta’ oqsma bħall-politika fiskali. Huwa u jadotta dawn il-miżuri, għandu jikkunsidra l-karatteristiċi u r-restrizzjonijiet speċjali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, bla ħsara għall-integrità u l-koerenza ta’ l-ordni ġuridiku Komunitarju, inklużi s-suq intern u l-politiki komuni.

(2)

Abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, il-Kunsill adotta, rigward id-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, id-Deċiżjoni 2002/166/KE tat-18 ta’ Frar 2002, li tawtorizza lil Franza testendi rata mnaqqsa tas-sisa fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fid-Dipartimenti extra-Ewropej tagħha (2). Meta mqabbla mar-rati fiskali applikati fuq prodotti simili li ma jkunux ġejjin mid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, ir-rata mnaqqsa tista’ tkun anqas mir-rata minima tas-sisa fuq l-alkoħol stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (3), iżda ma tistax tkun aktar minn 50 % anqas mir-rata tas-sisa nazzjonali normali fuq l-alkoħol. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill kellha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2009, b’rapport f’nofs it-terminu li kellu jitfassal sa mhux aktar tard minn Ġunju 2006.

(3)

Fis-27 ta’ Diċembru 2005, il-gvern Franċiż ippreżenta rapport f’nofs it-terminu filwaqt li indika li kien indispensabbli li tinżamm il-miżura fiskali applikabbli għar-rum tradizzjonali mibjugħ fis-suq kontinentali. Barra minn hekk, Franza talbet li l-miżura applikabbli għar-rum tradizzjonali mibjugħ fis-suq kontinentali tiġi estiża sew fil-volum kif ukoll fit-tul ta’ żmien, fid-dawl ta’ l-iżviluppi tas-suq Komunitarju tar-rum li essenzjalment jibbenefika l-prodotti ta’ oriġini minn pajjiżi terzi, u fil-qies ta’ l-importanza ekonomika u soċjali tas-settur u tal-karattru strutturali tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni li jdgħajfu l-produttività tas-settur fid-Dipartimenti extra-Ewropej u li jagħmluha diffiċli li l-produzzjoni tiegħu tinżamm fis-suq Komunitarju.

(4)

Iż-żamma tas-settur tal-kannamieli-zokkor-rum fid-Dipartimenti extra-Ewropej hija indispensabbli biex jiġi żgurat l-ekwilibriju ekonomiku u soċjali tagħhom. Fit-tliet Dipartimenti l-aktar milquta, jiġifieri Réunion, Guadeloupe u Martinique, is-settur jipproduċi volum ta’ kummerċ ta’ aktar minn EUR 250 000 000 u jipprovdi madwar 40 000 impjieg, li minnhom 22 000 huma impjiegi diretti. Ta’ min jinnota wkoll l-impatt pożittiv li l-koltivazzjoni tal-kannamieli għandha fuq il-ħarsien ta’ l-ambjent fid-Dipartimenti extra-Ewropej. Flimkien mas-settur tal-banana, dan is-settur huwa l-unika attività ta’ esportazzjoni sinifikanti f’reġjuni li fihom l-esportazzjoni ma’ tkoprix aktar minn 7 % ta’ l-importazzjoni. Għaldaqstant, iż-żamma min-naħa ta’ Franza, b’deroga mill-Artikolu 90 tat-Trattat, ta’ rata mnaqqsa tas-sisa fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fid-Dipartimenti extra-Ewropej tagħha hija meħtieġa u ġustifikata bil-għan li l-iżvilupp tagħhom ma jiġix ipperikolat.

(5)

Ir-reviżjoni ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor li saret fi Frar 2006 tikkontribwixxi parzjalment għall-assigurazzjoni tal-futur tas-settur. Għaldaqstant, jeżistu pjanijiet biex jiġu introdotti miżuri ta’ appoġġ taħt is-sistemi POSEI (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbegħdin ta’ l-Unjoni (4)), kemm bħala għajnuna Komunitarja kif ukoll nazzjonali, favur it-titjib tal-kompetittività tas-settur tal-kannamieli-zokkor-rum tad-dipartimenti extra-Ewropej. Madankollu, dawn il-miżuri xorta ma jikkumpensawx għat-tneħħija gradwali tal-protezzjoni doganali u jżommu s-sehem tas-suq tar-rum tad-Dipartimenti extra-Ewropej.

(6)

Fid-dawl ta’ kemm huwa ristrett is-suq lokali, id-distillaturi tad-Dipartimenti extra-Ewropej ma jistgħux iżommu l-attivitajiet tagħhom ħlief jekk igawdu minn aċċess suffiċjenti għas-suq ta’ Franza kontinentali, li jikkostitwixxi l-iżbokk prinċipali għall-produzzjoni tagħhom tar-rum (aktar minn 50 % tat-total).

(7)

In-nuqqas ta’ kapaċità kompetittiva fis-suq Ewropew, essenzjalment ikkawżat minn prezzijiet tal-bejgħ għoljin, joriġina mis-sitwazzjoni ta’ kemm jiġi jiswa r-rum, li kompliet sejra għall-agħar mill-2001 ‘l hawn. Wara dik id-data, sew l-ispejjeż tal-produzzjoni kif ukoll tax-xogħol żdiedu bil-qawwi fid-Dipartimenti extra-Ewropej. Barra minn hekk, ir-rum tad-Dipartimenti extra-Ewropej għandhom jikkonformaw ma’ l-istandards regolatorji Komunitarji, li jirrikjedu investiment mhux produttiv importanti. Mill-2001, l-investiment magħmul fid-Dipartimenti extra-Ewropej qabeż EUR 45 500 000, b’aktar minn nofsu destinat għall-konservazzjoni ambjentali, li jirrappreżenta 47 % tat-total. Madankollu, filwaqt li parti minn dan l-investiment ġie kopert permezz tal-fondi strutturali, dan m’huwiex il-każ għall-ispejjeż operattivi li jirriżultaw, li skond id-distillerija, jistgħu jgħollu kemm jiġi jiswa r-rum b’madwar 10 sa 15 %.

(8)

Dawn l-ispejjeż kollha, li żdiedu ħafna mill-2001, lill-impriżi tad-Dipartimenti extra-Ewropej idaħħalhom f’sitwazzjonijiet finazjarji diffiċli. Is-soluzzjoni l-waħdanija biex tiġi żgurata s-sopravivenza fuq perijodu twil tas-settur hija li l-ispejjeż jiġu kkumpensati għal volumi akbar ta’ produzzjoni.

(9)

Mill-2002 ’l hawn, il-volum totali mibgħut lejn is-suq Komunitarju naqas bi 12 %, billi għadda minn 176 791 HAP għal 155 559 HAP. Huwa biss is-suq kontinentali fi Franza, fejn ir-rum mid-Dipartimenti extra-Ewropej jikkwalifika għal arranġamenti fiskali speċjali li jikkumpensaw parzjalment għal kemm jiġi jiswa r-rum, li ppermetta s-sopravivenza ta’ l-industrija tar-rum tad-Dipartimenti extra-Ewropej. Billi jeħtieġ li l-kompetittività tar-rum tradizzjonali mid-Dipartimenti extra-Ewropej tiġi appoġġata fis-suq kontinentali ta’ Franza bil-għan li tiġi mħarsa l-attività tas-settur taz-zokkor-kannamieli-rum, għandha ssir reviżjoni tal-kwantitajiet ta’ rum tradizzjonali li joriġinaw fid-Dipartimenti extra-Ewropej eliġibbli għal rata mnaqqsa tas-sisa meta jitqiegħdu f’dak is-suq għall-konsum.

(10)

Il-vantaġġ fiskali awtorizzat bid-deċiżjoni preżenti ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-produtturi tar-rum tradizzjonali jiffaċċaw l-ispiża għolja tal-produzzjoni li għandhom.

(11)

Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjoni preżenti ma tkunx ta’ ħsara għall-integrità tas-suq wieħed, il-kwantitajiet ta’ rum li joriġinaw fid-Dipartimenti extra-Ewropej eliġibbli għal din il-miżura ma jistgħux, bħalma kien il-każ qabel, ikunu akbar mill-konsum kummerċjali rreġistrat f’dawn l-aħħar snin, għas-sorsi differenti ta’ forniment.

(12)

Fid-dawl tal-ħtieġa li l-operaturi tas-settur tal-kannamieli-zokkor-rum tinħolqilhom klima ta’ ċertezza ġuridika, u b’kunsiderazzjoni tal-perijodi twal meħtieġa biex ikopru l-ispejjeż tat-tagħmir u tal-bini, u fl-interess ta’ konsistenza ma’ regoli oħra Komunitarji għas-settur, id-deroga għandha tingħata sa tmiem l-2012.

(13)

Madankollu, jeħtieġ li l-għotja ta’ tali perijodu tkun soġġetta għall-kondizzjoni li jsir rapport f’nofs it-terminu sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-għoti tad-deroga fiskali għadhomx japplikaw jew le, u jekk ikun il-każ, tikkunsidra jekk għandhomx jiġu riveduti l-perijodu jew il-kwantitajiet ikkonċernati fid-dawl ta’ l-iżviluppi tas-suq Komunitarju tar-rum.

(14)

Id-Deċiżjoni 2002/166/KE għandha tiġi sostitwita.

(15)

Id-Deċiżjoni preżenti hija bla ħsara għall-applikazzjoni possibbli ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 90 tat-Trattat, Franza hija awtorizzata testendi l-applikazzjoni fit-territorju kontinentali tagħha, fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fid-Dipartimenti extra-Ewropej tagħha, ta’ rata tas-sisa anqas mir-rata sħiħa fuq l-alkoħol stabbilita bl-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE.

Artikolu 2

Id-deroga msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun limitata għar-rum kif definit fl-Artikolu 1(4)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb spirituż (5), prodott fid-Dipartimenti extra-Ewropej mill-kannamieli maħsuda fil-post tal-produzzjoni, li jkollu kontenut ta’ sustanzi volatili minbarra l-alkoħol etiliku u metiliku li jkun ugwali jew ogħla minn 225 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol pur, u li jkun kiseb tisħiħ alkometriku li jkun ta’ 40 % vol. jew aktar.

Artikolu 3

1.   Ir-rata mnaqqsa tas-sisa applikabbli għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 2 hija limitata għal kwota annwali ta’ 108 000 ettolitri ta’ alkoħol pur.

2.   Ir-rata mnaqqsa tista’ tkun anqas mir-rata minima tas-sisa fuq l-alkoħol definita bid-Direttiva 92/84/KEE, iżda ma tistax tkun aktar minn 50 % anqas mir-rata tas-sisa nazzjonali normali fuq l-alkoħol.

Artikolu 4

Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010, Franza għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport li jippermetti lil din ta’ l-aħħar tivvaluta l-persistenza tar-raġunijiet li jkunu ġġustifikaw l-għoti ta’ rata mnaqqsa, u jekk ikun il-każ, il-ħtieġa li l-kwota tinbidel skond l-iżvilupp tas-suq.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 6

1.   Id-Deċiżjoni 2002/166/KE hija b’dan mħassra.

2.   Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fil-Lussemburgu, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  Opinjoni tal-25 ta’ Settembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 55, 26.2.2002, p. 33.

(3)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 29.

(4)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).

(5)  ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005.


13.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 270/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ottubru 2007

li taħtar erba' membri Olandiżi u erba' membri supplenti Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/660/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti għall-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Żewġ siġġijiet ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjuri BIJMAN u LOKKER. Żewġ siġġijiet ta’ membri tbattlu wara r-riżenja tas-Sinjuri JANSEN u HOES. Erba’ siġġijiet ta’ membri supplenti tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sinjuri van GELDER, SWIERSTRA, van DIESSEN u EURLINGS,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin membri u membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

 

bħala membri:

 

Is-Sur Co VERDAAS, gedeputeerde in de provincie Gelderland,

 

Is-Sinjura Joanna MAIJ-WEGGEN, Commissaris der Koningin in de provincie Noord-Brabant,

 

Is-Sur Léon FRISSEN, Commissaris der Koningin in de provincie Limburg,

 

Is-Sur Rob BATS, gedeputeerde in de provincie Drenthe,

u

 

bħala membri supplenti:

 

Is-Sinjura Carla PEIJS, Commissaris der Koningin in de provincie Zeeland,

 

Is-Sur Sjoerd GALEMA, gedeputeerde in de provincie Friesland,

 

Is-Sur Joop. BINNEKAMP, gedeputeerde in de provincie Utrecht,

 

Is-Sur Dick BUURSINK, gedeputeerde in de provincie Overijssel.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b’effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


13.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 270/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Ottubru 2007

li taħtar membru Taljan u membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/661/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.

(2)

Post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattal wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur GUARISCHI. Post ta’ membru supplenti tbattal wara l-ħatra tas-Sur SCOMA bħala membru,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

is-Sur Francesco SCOMA, Deputato regionale dell’Assemblea Regionale Siciliana (bidla fil-mandat),

u

(b)

bħala membru supplenti:

is-Sur Sante ZUFFADA, Consigliere della Regione Lombardia.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


13.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 270/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ottubru 2007

li taħtar ħames membri u tliet membri supplenti Sloveni fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/662/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Sloven,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Ħames postijiet ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti bit-tmiem tal-mandati tas-Sur SOVIČ, is-Sur KOVAČIČ, is-Sinjura PEČAN, is-Sur ŠTEBE u s-Sur HALB. Żewġ postijiet ta’ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti bit-tmiem tal-mandat tas-Sur COLARIČ u bir-riżenja tas-Sur KOVŠE. Post ta’ membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara l-ħatra tas-Sinjura MAJCEN bħala membru (bidla fil-mandat),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin bħala membri u membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membri:

 

Is-Sur Franci ROKAVEC, župan Občine Litija,

 

Is-Sur Franci VOVK, župan Občine Dolenjske Toplice,

 

Is-Sinjura Irena MAJCEN, županja Občine Slovenska Bystrica (bidla fil-mandat),

 

Is-Sur Aleš ČERIN, podžupan Mestne občine Ljubljana,

 

Is-Sinjura Jasmina VIDMAR, članica občinskega sveta Mestne občine Maribor

u

(b)

bħala membri supplenti:

 

Is-Sur Antón ŠTIHEC, župan Mestne občine Murska Sobota,

 

Is-Sur Blaž MILAVEC, župan Občine Sodražica,

 

Is-Sur Jure MEGLIČ, podžupan Občine Tržič.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil Lussemburgu, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


13.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 270/18


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Ottubru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4660)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/663/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bl-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Wara t-tifqigħat reċenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Gran Brittanja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad-9 ta’ Awissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (3) biex jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll kontra l-mard ta’ l-ilsien u d-dwiefer meħudin minn dak l-Istat Membru fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tistabbilixxi regoli applikabbli għall-ibgħit minn żoni b’ riskju għoli u baxx fil-Gran Brittanja ta’ prodotti kkunsidrati sikuri li kienu jew prodotti qabel ma daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fir-Renju Unit, minn materja li kellha s-sors tagħha barra minn dawn iż-żoni ristretti, jew li kellha trattament li wera li kien effettiv fl-inattivazzjoni possibbli tal-virus ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(3)

Sabiex il-leġiżlazzjoni Komunitarja tkun ċara, ikun xieraq li l-ewwel u t-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 2(6) tad-Deċiżjoni 2007/554/KE jinkitbu mill-ġdid.

(4)

Xieraq li jitħalla, taħt kondizzjonijiet speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni, l-ibgħit mill-ġdid ta’ semen u embrijuni ffriżati ta’ l-ispeċijiet ovini u kaprini importati mir-Renju Unit skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja u maħżuna separatament mis-semen, l-ova u l-embrijuni li mhumiex eleġibbli li jintbagħtu miż-żoni b’riskju għoli u baxx elenkati fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2007/554/KE. Kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni supplimentari għandhom jiddaħħlu u l-Artikolu 6(2)(b) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Xieraq ukoll li jiġu emendati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/554/KE fir-rigward tal-prodotti ta’ l-annimali, inkluż il-petfood, li sarilhom trattament ta’ sħana li inattivizza b’mod effettiv il-possibilità tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-prodott ikkonċernat. L-Artikolu 8(4) u (6)ta dik id-Deċiżjoni għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi kkjarifikat liema partijiet tat-territorju tar-Renju Unit huma kkonċernati mill-miżuri li jeħtieġ li jittieħdu mill-Istat Membri l-oħra fir-rigward ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli li ntbagħtu matul il-perjodu meta annimali setgħu ntbagħtu minn dawn il-partijiet tar-Renju Unit li mhumiex inklużi fiż-żona ta’ sorveljanza stabbilita fil-kontea ta’ Surrey fir-rigward taż-żewġ tifqigħat ikkonfermati f’Awissu 2007. L-Artikolu 13(2) tad-Deċiżjoni 2007/554/KE għandu għalhekk jiġi emendat biex jirriferi speċifikament għall-Gran Brittanja.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/554/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:

“6.   Il-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal-laħam frisk minn annimali mrobbija barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u ttrasportati għal qatla immedjata, b’deroga mill-Artikolu 1(2) u (3), direttament u taħt kontroll uffiċjali, f’mezzi ssiġillati tat-trasport, lejn biċċerija li tinsab fiż-żoni elenkata fl-Anness I barra ż-żona ta’ protezzjoni, bil-kondizzjoni li laħam frisk ta’ din ix-xorta jitqiegħed fis-suq biss fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull laħam frisk ta’ din ix-xorta għandu jkun immarkat skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE jew skond id-Deċiżjoni 2001/304/KE;

(b)

il-biċċerija tkun imħaddma taħt kontroll veterinarju strett;

(ċ)

il-laħam frisk ikun identifikat b’mod ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra mir-Renju Unit.

Il-kontroll tal-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista ta’ l-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.”

(2)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu (2), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

semen u embrijoni ffriżati ta’ bovini, semen iffriżat tal-porċina, u semen u embrijoni ffriżati tal-kaprini importati fir-Renju Unit, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE jew 92/65/KEE rispettivament, u li, mill-introduzzjoni tagħhom fir-Renju Unit, inħażnu u ġew trasportati separatament minn semen, ova u embrijoni li mhumiex eliġibbli li jintbagħtu skond il-paragrafu 1.”

(b)

Jiżdiedu dawn il-paragrafi 6 sa 7:

“6.   Iċ-ċertifikat sanitarju pprovdut bid-Direttiva 92/65/KEE u li jakkumpanja s-semen ffriżat ta’ l-ovini u l-kaprini mibgħuta mir-Renju Unit lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

‘Semen iffrizat ta’ l-ovini/kaprini konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad-9 ta’ Awissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit’.

7.   Iċ-ċertifikat sanitarju pprovdut bid-Direttiva 92/65.KEE u li jakkumpanja l-embrijoni ffriżati ta’ l-ovini u l-kaprini mibgħuta mir-Renju Unit lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

‘Embrijoni iffrizati ta’ l-ovini/kaprini konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad-9 ta’ Awissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit’.”

(3)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   B’deroga mill-paragrafu 3, għandu jkun biżżejjed, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(a) sa (d) u (f) ta’ dan l-Artikolu li l-konformità mal-kondizzjonijiet tat-trattament imsemmija fid-dokument kummerċjali meħtieġ skond il-leġiżlazzjoni rispettiva tkun approvata skond l-Artikolu 9(1).”

(b)

Il-paragrafu 6 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“6.   B’deroga mill-paragrafu 3 ikun biżżejjed, fil-każ tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 2(g) li ġew prodotti fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-ingredjenti proċessati minn qabel jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali rispettivi stipulati f’din id-Deċiżjoni, jekk dan jiġi ddikjarat fuq id-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat uffiċjalment skond l-Artikolu 9(1).”

(4)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u l-miżuri li diġà ttieħdu mill-Istati Membri, Stati Membri barra r-Renju Unit għandhom jieħdu miżuri xierqa ta’ prekawzjoni relatati ma’ annimali suxxettibbli mibgħuta mir-Renju Unit bejn il-15 ta’ Lulju 2007 u t-13 ta’ Settembru 2007, inklużi iżolament u spezzjoni klinika, flimkien fejn meħtieġ, ma’ ttestjar fil-laboratorju biex tinstab jew tkun eskluża infezzjoni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, u fejn ikun meħtieġ dawk fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/85/KE.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33; verżjoni kkoreġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċizjoni 2007/608/KE (ĠU L 241, 14.9.2007, p. 26).

(4)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).


13.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 270/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Ottubru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4674)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/664/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Wara t-tifqigħat reċenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Gran Brittanja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad-9 ta’ Awwissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (3) biex jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer meħudin minn dak l-Istat Membru fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tistabbilixxi regoli applikabbli għad-dispaċċ minn żoni b’riskju għoli u baxx fil-Gran Brittanja ta’ prodotti kkunsidrati sikuri li jew ġew prodotti, qabel ma daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fir-Renju Unit, minn materja li kellha s-sors tagħha barra minn dawn iż-żoni ristretti, jew li sarilhom trattament li huwa ppruvat effettiv fl-inattivazzjoni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li possibbilment ikun fihom.

(3)

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija mir-Renju Unit, issa jixraq li jiġu stabbiliti regoli għad-dispaċċ ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam minn ċerti żoni fejn ma ġewx irreġistrati tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal 90 jum qabel il-qtil u li jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet speċifikati. Skond dan, għandu jiżdied Anness ġdid mad-Deċiżjoni 2007/554/KE li jelenka dawk iż-żoni bħala l-Anness III tagħha.

(4)

Barra minn hekk, inqalgħu problemi bil-provvista ta’ ċerti mezzi mediċi mmanifatturati skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (5) minn tessuti ta’ l-annimali li ġew soġġetti għal trattamenti li jirrendihom mhux vijabbli u fi stat li ma jistgħux jittrażmettu l-mard. Għalhekk, dan l-apparat mediku ma għandux jiġi soġġett għall-projbizzjoni stipulata fl-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni 2007/554/KE.

(5)

Fl-interessti tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE ta’ l-1 ta’ Marzu 2005 li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċijiet għan-notifika tal-mard ta' l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (6) għandha tintuża għad-deskrizzjoni taż-żoni elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/554/KE, miżjuda mid-Deċiżjoni preżenti.

(6)

Fid-dawl tal-qagħda fir-Renju Unit fir-rigward tal-marda, jixraq li l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/554/KE tiġi estiża sal-15 ta’ Novembru 2007.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/554/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 2 m’ għandhiex tapplika għal laħmijiet li jkollhom marka tas-saħħa fi qbil mal-Kapitolu III tat-Taqsima I ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, sakemm:

(a)

il-laħam ikun identifikat b'mod ċar, u jkun ġie ttrasportat u maħżun mid-data tal-produzzjoni separatament minn laħam mhux eliġibbli, fi qbil ma' din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I.

(b)

il-laħam ikun konformi ma' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikun inkiseb qabel il-15 ta’ Lulju 2007; jew

(ii)

ikun inkiseb minn annimali mrobbija għallinqas għal 90 jum qabel id-data tal-qatla u maqtula; jew fil-każ ta’ laħam miksub minn speċi selvaġġi tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (‘speċi selvaġġi tal-kaċċa’) maqtula, barra miż-żoni elenkati fl-Anness I u II; jew

(iii)

ikun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (ċ), (d) u (e);

(ċ)

il-laħam ikun inkiseb minn ungulati domestiċi jew minn speċi mrobbija tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (‘speċi mrobbija tal-kaċċa’), kif speċifikat għall-kategorija rispettiva ta’ laħam fil-kolonna xierqa mill-kolonni 4 sa 7, fl-Anness III, u jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-annimali jkunu ġew imrobbija għallinqas għal 90 jum qabel id-data tal-qatla fuq stabbilimenti fiż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta' l-Anness III, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas f’dak il-perjodu;

(ii)

matul it-30 jum qabel id-data tat-trasport mill-biċċerija, jew fil-każ ta' speċi mrobbija tal-kaċċa qabel id-data tal-qtil fl-istabbiliment stess, l-annimali nżammu taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet veterinarji kompetenti fuq stabbiliment wieħed li jkun jinsab fiċ-ċentru ta’ ċirku madwar l-istabbiliment b’radju ta’ għallinqas 10 km, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, għallinqas f'dak il-perjodu.

(iii)

ebda annimal ta’ speċi suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ma ddaħħal fl-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii) matul il-21 jum qabel id-data tat-tagħbija, jew fil-każ ta' speċi mrobbija għall-kaċċa, qabel id-data tal-qtil fl-istabbiliment stess, ħlief fil-każ ta' ħnieżer li jkunu ġejjin minn stabbiliment tal-provvista li jkun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii), f’liema każ, il-perjodu ta' 21 jum jista' jitnaqqas għal 7 ijiem;

(iv)

l-annimali jew, fil-każ ta' speċi mrobbija għall-kaċċa maqtula fl-istabbiliment, il-karkassi jkunu ġew ittrasportati taħt kontroll uffiċjali f'mezzi tat-trasport li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati qabel it-tagħbija mill-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii) direttament lejn il-biċċerija ddeżinjata;

(v)

l-annimali jkunu ġew maqtula inqas minn 24 siegħa wara l-ħin tal-wasla fil-biċċerija u separatament minn annimali li l-laħam tagħhom mhux eliġibbli għad-dispaċċ miż-żona elenkata fl-Anness I;

(d)

laħam frisk, jekk ikun immarkat pożittivament fil-kolonna 8 ta’ l-Anness III, li jkun miksub minn speċi selvaġġi tal-kaċċa li nqatlu f’żoni fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal perjodu ta’ 90 jum qabel id-data tal-qtil u f'distanza ta' għallinqas 20 km minn żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta' l-Anness III;

(e)

Laħam imsemmi fil-punti (ċ) u (d) għandu jikkonforma wkoll mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-dispaċċ ta’ laħam bħal dan għandu jiġi awtorizzat biss mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti tar-Renju Unit, jekk l-istabbiliment tad-dispaċċ ikun jinsab fiż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta’ l-Anness III;

(ii)

il-laħam frisk ikun f’kull ħin identifikat b’mod ċar, u jkun amministrat, ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żoni elenkati fl-Anness I;

(iii)

fl-ispezzjoni post-mortem mill-veterinarju uffiċjali fl-istabbiliment tad-dispaċċ, jew fil-każ ta’ qtil fl-istabbiliment stess imsemmi fil-punt (ċ)(ii), jew fil-każ ta' speċi selvaġġi tal-kaċċa, fl-istabbiliment fejn jiġu kkaċċati l-ispeċi tal-kaċċa, ma jkunu ġew stabbiliti ebda sinjali kliniċi jew evidenza post-mortem tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer;

(iv)

il-laħam ikun baqa' fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (iii) ta’ dan il-paragrafu għallinqas għal 24 siegħa wara l-ispezzjoni post-mortem ta’ l-annimali msemmija fil-punt (ċ) u (d);

(v)

fil-każ fejn il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer tkun ġiet djanjostikata fi stabbilimenti msemmija fil-punt (iii) ta’ dan il-paragrafu, kwalunkwe preparazzjoni oħra tal-laħam għad-dispaċċ 'il barra miż-żona msemmija fl-Anness I għandha tiġi awtorizzata biss wara l-qtil ta’ l-annimali l-oħra kollha preżenti, it-tneħħija tal-laħam u l-annimali mejta kollha u mhux qabel 24 siegħa wara t-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni totali ta' dawk l-istabbilimenti taħt il-kontroll ta' veterinarju uffiċjali;

(vi)

l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni lista ta' dawk l-istabbilimenti li jkunu approvaw għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-punti (ċ), (d) u (e)”.

(2)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, il-punt (j) jinbidel b'dan li ġej:

“(j)

prodotti mediċinali kif definiti fid-Direttiva 2001/83/KE, tagħmir mediku mmanifatturat bl-użu ta’ tessuti ta’ l-annimali li jsiru mhux vijabbli kif imsemmi fl-Artikolu 1(5)(g) tad-Direttiva 93/42/KEE, il-prodotti mediċinali kif definiti fid-Direttiva 2001/82/KE, u l-prodotti mediċinali investigattivi kif definiti fid-Direttiva 2001/20/KE.”

(b)

Il-Paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:

“7.   B'deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta' prodotti msemmija fil-paragrafu 2(i) u (j), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b'dokument kummerċjali li jiddikjara li l-prodotti jkunu għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro jew tal-laboratorju, prodotti mediċi jew tagħmir mediku bil-kundizzjoni li l-prodotti jkollhom tikketta li tgħid ċar ‘għall-użu dijanjostiku in-vitro biss’ jew ‘għall-użu fil-laboratorju biss’, bħala ‘prodotti mediċinali’ jew bħala ‘tagħmir mediku’.”

(3)

Fl-Artikolu 17, “il-15 ta’ Ottubru 2007” tinbidel bi “il-15 ta’ Novembru 2007”;

(4)

Jiżdied Anness III ġdid, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/608/KE (ĠU L 241, 14.9.2007, p. 26).

(4)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(5)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(6)  ĠU L 59, 5.3.2005; p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/924/KE (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 48).


ANNESS

“L-ANNESS III

1

2

3

4

5

6

7

8

GRUPP

ADNS

Unità Amministrattiva

B

S/G

P

FG

WG

Il-Gżejjer Skoċċiżi

131

Shetland Islands

+

+

+

 

 

123

Orkney Islands

+

+

+

 

 

124

NA H-Eileanan An Iar

+

+

+

 

 

L-Iskozja

121

Highland

+

+

+

 

 

122

Moray

+

+

+

 

 

126

Aberdeenshire

+

+

+

 

 

128

Aberdeen City

+

+

+

 

 

79

Angus

+

+

+

 

 

81

Dundee City

+

+

+

 

 

80

Clackmannanshire

+

+

+

 

 

90

Perth & Kinross

+

+

+

 

 

127

Fife

+

+

+

 

 

85

Falkirk

+

+

+

 

 

88

Midlothian

+

+

+

 

 

96

West Lothian

+

+

+

 

 

129

City of Edinburgh

+

+

+

 

 

130

East Lothian

+

+

+

 

 

92

Scottish Borders

+

+

+

 

 

94

Stirling

+

+

+

 

 

125

Argyll and Bute

+

+

+

 

 

83

East Dunbartonshire

+

+

+

 

 

84

East Renfrewshire

+

+

+

 

 

86

City of Glasgow

+

+

+

 

 

87

Inverclyde

+

+

+

 

 

89

North Lanarkshire

+

+

+

 

 

91

Renfrewshire

+

+

+

 

 

93

South Lanarkshire

+

+

+

 

 

95

West Dunbartonshire

+

+

+

 

 

82

East Ayrshire

+

+

+

 

 

132

North Ayrshire

+

+

+

 

 

133

South Ayrshire

+

+

+

 

 

134

Dumfries & Galloway

+

+

+

 

 

L-Ingilterra

141

Cumbria

+

+

+

 

 

169

Northumberland

+

+

+

 

 

10

Gateshead

+

+

+

 

 

16

Newcastle upon Tyne

+

+

+

 

 

17

North Tyneside

+

+

+

 

 

26

South Tyneside

+

+

+

 

 

29

Sunderland

+

+

+

 

 

144

Durham

+

+

+

 

 

52

Darlington

+

+

+

 

 

55

Hartlepool

+

+

+

 

 

58

Middlesbrough

+

+

+

 

 

64

Redcar and Cleveland

+

+

+

 

 

69

Stockton-on-Tees

+

+

+

 

 

151

Lancashire

+

+

+

 

 

38

Blackburn with Darwen

+

+

+

 

 

39

Blackpool

+

+

+

 

 

176

North Yorkshire minbarra Selby

+

+

+

 

 

177

Selby District

+

+

+

 

 

78

York

+

+

+

 

 

53

East Riding of Yorkshire

+

+

+

 

 

45

City of Kingston upon Hull

+

+

+

 

 

60

North East Lincolnshire

+

+

+

 

 

61

North Lincolnshire

+

+

+

 

 

 

West Yorkshire li tikkonsisti minn

 

 

 

 

 

32

Wakefield District

+

+

+

 

 

11

Kirklees District

+

+

+

 

 

6

Calderdale District

+

+

+

 

 

4

Bradford

+

+

+

 

 

13

Leeds

+

+

+

 

 

 

South Yorkshire li tikkonsisti minn

 

 

 

 

 

1

Barnsley District

+

+

+

 

 

8

Doncaster District

+

+

+

 

 

20

Rotherham District

+

+

+

 

 

24

Sheffield District

+

+

+

 

 

 

Greater Manchester li tikkonsisti minn

 

 

 

 

 

30

Tameside District

+

+

+

 

 

18

Oldham District

+

+

+

 

 

19

Rochdale District

+

+

+

 

 

5

Bury District

+

+

+

 

 

3

Bolton District

+

+

+

 

 

21

Salford District

+

+

+

 

 

31

Trafford District

+

+

+

 

 

15

Manchester District

+

+

+

 

 

27

Stockport District

+

+

+

 

 

34

Wigan District

+

+

+

 

 

 

Merseyside li tikkonsisti minn

 

 

 

 

 

12

Knowsley District

+

+

+

 

 

14

Liverpool District

+

+

+

 

 

23

Sefton District

+

+

+

 

 

28

St. Helens District

+

+

+

 

 

74

Warrington

+

+

+

 

 

140

Cheshire County

+

+

+

 

 

54

Halton

+

+

+

 

 

35

Wirral District

+

+

+

 

 

142

Derbyshire County

+

+

+

 

 

44

City of Derby

+

+

+

 

 

157

Nottinghamshire County

+

+

+

 

 

47

City of Nottingham

+

+

+

 

 

153

Lincolnshire

+

+

+

 

 

159

Shropshire

+

+

+

 

 

71

Telford and Wrekin

+

+

+

 

 

161

Staffordshire County

+

+

+

 

 

50

City of Stoke-on-Trent

+

+

+

 

 

170

Devon County

+

+

+

 

 

73

Torbay

+

+

+

 

 

136

Plymouth

+

+

+

 

 

171

Cornwall County

+

+

+

 

 

172

Isles of Scilly

+

+

+

 

 

114

Isle of Wight

+

+

+

 

 

Wales

115

Sir Ynys Mon – Isle of Anglesey

+

+

+

 

 

116

Gwynedd

+

+

+

 

 

103

Conwy

+

+

+

 

 

108

Sir Ddinbych-Denbigshir

+

+

+

 

 

111

Sir Y Fflint-Flintshire

+

+

+

 

 

113

Wrecsam-Wrexham

+

+

+

 

 

173

North Powys

+

+

+

 

 

174

South Powys

+

+

+

 

 

118

Sir Ceredigion-Ceredigion

+

+

+

 

 

110

Sir Gaerfyrddin-Carmarthen

+

+

+

 

 

119

Sir Benfro-Pembrokeshire

+

+

+

 

 

97

Abertawe-Swansea

+

+

+

 

 

102

Castell-Nedd Port Talbot-Neath Port Talbot

+

+

+

 

 

105

Pen-y-Bont Ar Ogwr – Bridgend

+

+

+

 

 

107

Rhondda/Cynon/Taf

+

+

+

 

 

99

Bro Morgannwg-The Valee of Glamorgan

+

+

+

 

 

98

Bleanau Gwent

+

+

+

 

 

112

Tor-Faen – Tor Faen

+

+

+

 

 

101

Casnewydd – Newport

+

+

+

 

 

104

Merthyr Tudful-Merthyr Tydfil

+

+

+

 

 

100

Caerffili – Caerphilly

+

+

+

 

 

117

Caerdydd – Cardiff

+

+

+

 

 

109

Sir Fynwy – Monmouthshire

+

+

+

 

 

ADNS

=

Animal Disease Notification System Code (il-Kodiċi għan-Notifika tal-Mard ta’ l-Annimali) (id-Deċiżjoni 2005/176/KE)

B

=

bovine meat (laħam tal-bovini)

S/G

=

laħam tan-ngħaġ u l-mogħoż

P

=

pig meat (laħam tal-majjal)

FG

=

farmed game of species susceptible to foot-and-mouth disease (speċi mrobbija għall-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer)

WG

=

wild game of species susceptible to foot-and-mouth disease (speċi selvaġġi tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer)”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

13.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 270/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/665/PESK

tat-28 ta' Settembru 2007

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Mejju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (1).

(2)

L-Artikolu 12(5) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK jipprevedi li l-arranġamenti dettaljati fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ Ftehim, konformement ma’ l-Artikolu 24 tat-Trattat.

(3)

Fit-13 ta’ Settembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Presidenza, assistita fejn meħtieġ mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, f’każ ta’ operazzjonijiet futuri ta’ l-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet ċivili sabiex tiftaħ negozjati ma’ Stati terzi bil-ħsieb li tikkonkludi Ftehim abbażi tal-mudell tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Stat terz dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stat terz f’operazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ maniġġar ta’ kriżi ċivili. Abbażi ta’ dan, il-Presidenza nnegozjat Ftehim mar-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. PINHO


(1)  ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

L-UNJONI EWROPEA (UE),

minn naħa waħda, u

R-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Partijiet”,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW:

l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, fit-30 ta’ Mejju 2007, ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (1),

l-istedina lir-Repubblika tal-Kroazja sabiex tipparteċipa fl-EUPOL AGHANISTAN,

id-deċiżjoni mir-Repubblika tal-Kroazja sabiex tipparteċipa fl-EUPOL AGHANISTAN,

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut tar-Repubblika tal-Kroazja lill-EUPOL AFGHANISTAN

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Parteċipazzjoni fl-operazzjoni

1.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tassoċja ruħha ma’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK u ma’ kwalunkwe Azzjoni Konġunta jew Deċiżjoni li permezz tagħhom il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-EUPOL AFGHANISTAN, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament implimentattiv meħtieġ.

2.   Il-kontribut tar-Repubblika tal-Kroazja lill-EUPOL AFGHANISTAN hu mingħajr preġudizzju għall-awtonomija deċiżjonali ta’ l-Unjoni Ewropea.

3.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tiżgura li l-persunal tagħha li jipparteċipa fl-EUPOL AFGHANISTAN iwettaq il-missjoni tiegħu b’konformità ma’:

l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK u emendi sussegwenti possibbli;

il-Pjan Operattiv;

miżuri implimentattivi.

4.   Il-persunal sekondat lill-EUPOL AFGHANISTAN mir-Repubblika tal-Kroazja għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu biss bl-interess ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN f’moħħu.

5.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tinforma fiż-żmien debitu lill-Kap ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea bi kwalunkwe bidla fil-kontribut tagħha lill-EUPOL AFGHANISTAN.

6.   Il-persunal sekondat lill-EUPOL AFGHANISTAN għandu jiġi sottopost għal eżami mediku, vaċċinazzjoni u għandu jkun ċertifikat medikament b’saħħtu għax-xogħol minn awtorità kompetenti mir-Repubblika tal-Kroazja. Il-persunal sekondat lill-EUPOL AFGHANISTAN għandu jipproduċi kopja ta’ din iċ-ċertifikazzjoni.

Artikolu 2

Status tal-persunal

1.   L-istatus tal-persunal b’kontribuzzjoni lill-EUPOL AFGHANISTAN mir-Repubblika tal-Kroazja għandu jkun regolat mill-Ftehim dwar l-istatus tal-missjoni konkluża bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Islamika ta’ l-Afganistan.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Ftehim imsemmi fil-paragrafu 1, ir-Repubblika tal-Kroazja għandha teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal tagħha li jipparteċipa fl-EUPOL AFGHANISTAN.

3.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tkun responsabbli sabiex twieġeb kwalunkwe pretensjoni marbuta mal-parteċipazzjoni fl-EUPOL AFGHANISTAN, minn jew dwar kwalunkwe membru tal-persunal tagħha. Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tkun responsabbli li tressaq kwalunkwe azzjoni, b’mod partikolari legali jew dixxiplinari, kontra kwalunkwe mill-persunal tagħha, skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

4.   Ir-Repubblika tal-Kroazja timpenja ruħha li tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja tal-pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat parteċipanti fl-EUPOL AFGHANISTAN, u li tagħmel dan meta tiffirma dan il-Ftehim. Mudell għal tali dikjarazzjoni huwa anness ma’ dan il-Ftehim.

5.   L-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li l-Istati Membri tagħha jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja tal-pretensjonijiet għar-Repubblika tal-Kroazja fl-EUPOL AFGHANISTAN, u li tagħmel dan meta tiffirma dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Informazzjoni klassifikata

1.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tieħu l-miżuri adegwati sabiex tiżgura li l-informazzjoni klassifikata ta’ l-UE tkun protetta skond ir-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE (2), u skond kull gwida ulterjuri maħruġa minn awtoritajiet kompetenti, inkluż il-Kap tal-Missjoni ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ l-informazzjoni klassifikata ta’ l-UE (3), datati l-10 ta’ April 2006, għandhom japplikaw fil-kuntest ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN.

Artikolu 4

Linja ta’ kmand

1.   Il-persunal kollu li jipparteċipa fl-EUPOL AFGHANISTAN għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ ta’ l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv lill-Kap tal-Missjoni ta’ l-EUROPOL AFGHANISTAN, li għandu jeżerċita dak il-kmand permezz ta’ struttura ġerarkika ta’ kmand u kontroll.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jmexxi l-EUPOL AFGHANISTAN u jieħu f’idejh l-amministrazzjoni tagħha ta’ kuljum.

4.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha jkollha l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ amministrazzjoni ta’ kuljum ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN bħal Stati Membri parteċipanti ta’ l-Unjoni Ewropea li jieħdu sehem fl-operazzjoni, skond l-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan il-Ftehim.

5.   Il-Kap tal-Missjoni ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN. Meta jkun meħtieġ, għandha tittieħed azzjoni dixxiplinarja mill-awtorità nazzjonali kkonċernata.

6.   Għandu jiġi maħtur mir-Repubblika tal-Kroazja Punt Kontinġenti ta’ Kuntatt Nazzjonali (NPC) sabiex jirrappreżenta l-kontinġent fl-EUPOL AFGHANISTAN. L-NPC għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina kontinġenti ta’ kuljum.

7.   Id-deċiżjoni li tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Kroazja, dment li r-Repubblika tal-Kroazja tkun għadha qed tikkontribwixxi għall-EUROPOL AFGHANISTAN fid-data tat-tmiem ta’ l-operazzjoni.

Artikolu 5

Aspetti finanzjarji

1.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni minbarra l-ispejjeż li huma soġġetti għal finanzjament komuni, kif stabbilit fil-baġit operattiv ta’ l-operazzjoni.

2.   F’każ ta’ mewt, korriment, telf jew ħsara lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Afganistan, ir-Repubblika tal-Kroazja għandha, meta r-responsabbiltà tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-Ftehim dwar l-istatus tal-missjoni, jekk disponibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Kontribut għall-baġit operattiv

Ladarba l-parteċipazzjoni mir-Repubblika tal-Kroazja tikkostitwixxi kontribut sinifikanti li hu essenzjali għall-operazzjoni, ir-Repubblika tal-Kroazja hija eżentata minn kontributi għall-baġit operattiv ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN.

Artikolu 7

Arranġamenti għall-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim

Kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ sabiex jiġi implimentat dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kroazja.

Artikolu 8

Nuqqas ta’ konformità

Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma ma’ l-obbligi tagħha stabbiliti f’dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim b’notifika bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi minn xahar qabel.

Artikolu 9

Riżoluzzjoni ta’ disputi

Disputi li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti b’mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu notifikaw lil xulxin permezz ta’ mezzi diplomatiċi bit-tlestija tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma.

3.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għat-tul ta’ żmien tal-kontribut tar-Repubblika tal-Kroazja lill-operazzjoni.

Magħmul fi Brdo pri Kranju, fir-raba' ġurnata ta' Ottubru fis-sena elfejn u sebgħa duplikatament fil-lingwa Ingliża.

Għall-Unjoni Ewropea

Image

Għar-Repubblika tal-Kroazja

Image


(1)  ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33.

(2)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/438/KE(ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24).

(3)  ĠU L 116, 29.4.2006, p. 74.

ANNESS

Dikjarazzjonijiet

Imsemmija fl-Artikolu 2(4) u (5)

DIKJARAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TA’ L-UE:

“L-Istati Membri ta’ l-UE, fil-kors ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN), ser jagħmlu ħilithom, safejn is-sistemi legali interni tagħhom jippermettu, sabiex jirrinunzjaw safejn possibbli pretensjonijiet kontra r-Repubblika tal-Kroazja għal korriment, mewt ta’ persunal tagħhom, jew ħsara lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tagħhom u utilizzati mill-EUPOL AFGHANISTAN jekk tali korriment, mewt, ħsara jew telf:

kienu kkawżati minn persunal mir-Repubblika tal-Kroazja fit-twettiq tad-doveri tagħhom marbutin ma’ l-EUPOL AFGHANISTAN, ħlief fil-każ ta’ nuqqas serju ta’ diliġenza jew kondotta skorretta volontarja,

jew irriżultaw mill-użu ta’ kwalunkwe assi fil-proprjetà tar-Repubblika tal-Kroazja, sakemm l-assi ġew utilizzati b’konnessjoni ma’ l-operazzjoni u ħlief fil-każ ta’ nuqqas serju ta’ diliġenza jew kondotta skorretta volontarja tal-persunal ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN mir-Repubblika tal-Kroazja li juża dawk l-assi.”

DIKJARAZZJONI MIR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA:

“Ir-Repubblika tal-Kroazja, fil-kors ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN), ser tagħmel ħilitha, safejn is-sistemi legali interni tagħha jippermettu, li tirrinunzja safejn possibbli pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat parteċipanti fl-EUPOL AFGHANISTAN għal korriment, mewt ta’ persunal tagħhom, jew ħsara lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tagħha u utilizzati mill-EUPOL AFGHANISTAN jekk tali korriment, mewt, ħsara jew telf:

kien ikkawżat minn persunal fit-twettiq tad-doveri tiegħu marbutin ma’ l-operazzjoni ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN, ħlief fil-każ ta’ nuqqas serju ta’ diliġenza jew kondotta skorretta volontarja,

jew irriżulta mill-użu ta’ kwalunkwe assi fil-proprjetà ta’ l-Istati parteċipanti fl-EUPOL AFGHANISTAN, sakemm l-assi jkunu ntużaw b’konnessjoni ma’ l-operazzjoni u ħlief fil-każ ta’ nuqqas serju ta’ diliġenza jew kondotta skorretta volontarja ta’ persunal ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN li juża dawk l-assi.”


Corrigendum

13.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 270/32


Rettifika għad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 323, tad-9 ta' Diċembru 2005 )

1.

F'paġna 30, l-Artikolu 58 dwar l-emendament tad-Direttiva 92/49/KEE:

(a)

punt 2, frażi tal-bidu:

minflok

:

“2

Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:”,

aqra

:

“2

Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 4, 5 u 5a għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:”;

(b)

punt 2, ir-raba' inċiz ta' l-Artikolu 16, paragrafu 4:

minflok

:

“—

fi proċeduri tal-qorti mibdija taħt l-Artikolu 53 jew taħt dispożizzjonijiet speċjali provduti f’din id-Direttiva u f’Direttivi oħrajn adottati fil-qasam ta’l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u l-impriżi tar-riassigurazzjoni.”,

aqra

:

“—

fi proċeduri tal-qorti mibdija taħt l-Artikolu 56 jew taħt dispożizzjonijiet speċjali provduti f’din id-Direttiva u f’Direttivi oħrajn adottati fil-qasam ta’l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u l-impriżi tar-riassigurazzjoni.”

2.

F'paġna 39, l-Artikolu 60 dwar l-emendament tad-Direttiva 2002/83/KE, punt 11, il-frażi introduttorja:

minflok:

“11.

L-Artikolu 37(4)għandu jinbidel b’dan li ġej:”

aqra:

“11.

L-Artikolu 38(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:”