ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
6 ta' Ottubru 2007

Werrej

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

REGOLAMENTI

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1166/2007 tal-5 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1167/2007 ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIII a u b ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

3

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2007 tal-5 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz fis-subdiviżjonijiet 22-24 tal-Baħar Baltiku (ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Finlandja

5

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1169/2007 tal-5 ta’ Ottubru 2007 li jipprojbixxi s-sajd għall-orange roughy fiż-żoni I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV ta' l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża

7

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2007 tal-5 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

9

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1171/2007 tal-5 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema

11

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1172/2007 tal-5 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanziji suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanziji li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet

12

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1173/2007 tal-5 ta’ Ottubru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (għat-tadam)

24

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

2007/644/KE, Euratom

*

Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-FPK

25

2007/645/KE

*

Deċiżjoni tal-kunsill ta’ l-1 ta' Ottubru 2007 li taħtar membru wieħed Malti u żewġ membri supplenti Maltin għall-Kumitat tar-Reġjuni

26

2007/646/KE

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 li tinnomina membru Estonjan u tliet membri supplenti Estonjani fil-Kumitat tar-Reġjuni

27

2007/647/KE

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2007 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4477)

28

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1166/2007

tal-5 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).

ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

32,3

TR

124,1

ZZ

78,2

0707 00 05

EG

135,3

JO

151,2

TR

103,8

ZZ

130,1

0709 90 70

JO

139,2

TR

118,8

ZZ

129,0

0805 50 10

AR

78,3

TR

91,3

UY

83,2

ZA

60,5

ZZ

78,3

0806 10 10

BR

267,7

IL

284,6

MK

44,5

TR

113,2

US

197,5

ZZ

181,5

0808 10 80

AR

87,7

AU

138,9

BR

45,1

CL

61,2

NZ

85,3

US

96,8

ZA

83,8

ZZ

85,5

0808 20 50

CN

68,1

TR

121,9

ZA

65,2

ZZ

85,1

(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1167/2007

ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIII a u b ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi

(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).

ANNESS

Nru

48

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

SOL/8AB.

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

VIII a u b

Data

16.8.2007

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1168/2007

tal-5 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz fis-subdiviżjonijiet 22-24 tal-Baħar Baltiku (ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Finlandja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006 tal-11 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2007 (traduzzjoni mhux uffiċjali) (3), jistipula kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi

(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).

ANNESS

Nru

43

Stat Membru

Il-Finlandja

Stokk

COD/3BC+24

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

Baħar Baltiku – Subdiviżjonijiet 22-24 (ilmijiet tal-KE)

Data

24.8.2007

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/7

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1169/2007

tal-5 ta’ Ottubru 2007

li jipprojbixxi s-sajd għall-orange roughy fiż-żoni I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV ta' l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-fond (3) jistabbilixxi kwoti għall-2007 u l-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2007 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fl-istess Anness għandha titqies li ġiet eżawrita mid-data indikata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-ppublikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi

(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).

ANNESS

Nru

49

Stat Membru

Franza

Stokk

ORY/1X14-

Speċi

Orange roughy (Hoplostethus atlanticus)

Żona

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV ta’ l-ICES

Data

10.9.2007

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/9

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1170/2007

tal-5 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi

(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).

ANNESS

Nru

51

Stat Membru

Spanja

Stokk

WHB/1X14.

Speċi

Stokkafixx (Micromesistius poutassou)

Żona

L-ilmijiet tal-KE u Internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII a, VIII b, VIII d, VIII e, XII u XIV ta' l-ICES

Data

7.9.2007

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/11

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1171/2007

tal-5 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

It-Taqsima 5 tal-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 (2) tistipula l-proċedura għall-bejgħ ta’ butir ta’ intervent permezz ta’ sejħiet għall-offerti. L-Artikolu 24 jipprovdi li r-rekwiżiti primarji għall-garanzija tas-sejħiet għall-offerti jintlaħqu billi l-butir jittieħed fil-limitu taż-żmien stipulat fl-Artikolu 24f(2). L-Artikolu 24f(3) jirreferi għat-tneħħija tal-butir b’konnessjoni mar-rilaxx tal-garanzija.

(2)

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx jew telf tal-garanzija jridu jiġu ċċarati fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba. B’mod partikolari jeħtieġ jiġi ċċarat li l-garanzija ma għandhiex tintilef f’każijiet fejn l-ammont tas-sejħa għall-offerti kienu mħallsa. Madankollu, għandu jkun hemm provvediment għall-applikazzjoni retroattiva ta’ regola bħal din, sabiex, f’każ ta’ dubju, l-operaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw mir-regoli riveduti.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 24 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 24

Għall-finijiet tal-garanzija tas-sejħa għall-offerti prevista fl-Artikolu 23(3)(b), ir-rekwiżiti primarji fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom ikunu li l-offerti jinżammu wara l-limitu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament u li l-prezz jitħallas sad-data stipulata fl-Artikolu 24f(2) ta’ dan ir-Regolament.”

(2)

Fl-Artikolu 24e għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Għajr fil-każijiet ta' forza maġġuri, jekk min jirbaħ l-offerta ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti pprovduti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-garanzija ta’ l-offerta msemmija fl-Artikolu 23(3)(b) tintilef u l-bejgħ tal-kwantitajiet involuti għandu jitħassar.”

(3)

Fl-Artikolu 24f(3), għandu jitħassar it-tieni subparagrafu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika, fuq talba ta’ l-operaturi kkonċernati, għall-garanziji li għadhom ma ġewx rilaxxati definittivament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 688/2007 (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 36).

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/12

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1172/2007

tal-5 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanziji suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanziji li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanziji suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanziji li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (1), u partikolarment l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 jipprevedi azzjoni ta’ l-awtoritajiet doganali kontra merkanziji suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 (2) stipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam mal-formoli ta’ applikazzjoni għal azzjoni. L-Annessi I u II tiegħu fihom il-mudelli korrispondenti għall-formoli msemmija.

(3)

L-Annessi I-C u II-C tar-Regolament (KE) Nru 1891/2004 fihom il-lista ta’ l-awtoritajiet kompetenti li lihom l-applikazzjonijiet għal azzjoni nazzjonali u Komunitarja rispettivament għandhom jintbagħtu. L-Artikolu 8 tar-Regolament imsemmi jipprevedi l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-lista tas-sevizzi fi ħdan l-awtorità doganali msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, serje C. Ġaladarba l-listi li jinsabu fl-Annessi I-C u II-C fihom xi data varjabbli li teħtieġ aġġornamenti regolari, huwa aktar xieraq li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, serje C. Għaldaqstant, jeħtieġ li jitħassru l-Annessi I-C u II-C tar-Regolament (KE) Nru 1891/2004.

(4)

Mill-1 ta’ Jannar 2007, il-Bulgarija u r-Rumanija saru membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1891/2004 jiġi adattat sabiex isemmi ż-żewġ pajjiżi fil-formola ta’ applikazzjoni għal azzjoni Komunitarja li dan jipprevedi.

(5)

Il-formola ta’ applikazzjoni għal azzjoni Komunitarja kellha tkun adattata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet adottati fil-qasam taċ-ċirkolazzjoni libera ta’ l-oġġetti, iċ-ċirkolazzjoni libera tal-persuni, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura (leġislazzjoni veterinarja u fitosanitarja), is-sajd, il-politika tat-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, il-politika soċjali u l-impjiegi, l-ambjent, l-unjoni doganali u r-relazzjonijiet esterni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (3), li daħal fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ dawn il-pajjiżi.

(6)

Għal finijiet ta’ koerenza, jeħtieġ li jiġi previst l-adattament tal-formola ta’ applikazzjoni għal azzjoni Komunitarja mid-data ta’ adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(7)

Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1891/2004 jiġi emendat f'dan is-sens.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1891/2004 jinbidel kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, fil-kaxxa 2 tal-formola ta’ applikazzjoni għal azzjoni nazzjonali, jitħassru t-termini “(ara Anness I-C għal aktar dettalji)” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(2)

L-Anness I-C huwa mħassar.

(3)

L-Anness II huwa sostitwit bl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Fl-Anness II-A, fl-aħħar sentenza, it-termini “imsemmija fl-Anness II-C” jitħassru.

(5)

L-Anness II-C huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Madanakollu, l-Artikolu 1(3) għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.

(2)  ĠU L 328, 30.10.2004, p. 16

(3)  ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1.

ANNESS

“ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/24

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1173/2007

tal-5 ta’ Ottubru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (għat-tadam)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward ir-rifondi ta' l-esportazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2007 (3) stabbilixxa l-kwantitajiet indikattivi li għalihom jistgħu jinħarġu liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B.

(2)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum, għat-tadam, il-kwantitajiet indikattivi previsti għall-perjodu ta' esportazzjoni li għaddej bħalissa jistgħu jinqabżu dalwaqt. Dan il-qbiż ikun ta' ħsara għar-rendiment tajjeb tas-sistema tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fis-settur tal-frott u tal-ħaxix.

(3)

Biex tittaffa din is-sitwazzjoni, huwa f'loku li jkunu miċħuda l-applikazzjonijiet għal liċenzji tas-sistema B għat-tadam esportat wara l-5 ta’ Ottubru 2007, sa tmiem il-perjodu kurrenti ta' esportazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tadam, l-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B, imressqa skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 628/2007, li għalihom ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni tal-prodotti, wara l-5 ta’ Ottubru 2007 u qabel l-1 ta' Novembru 2007, huma miċħuda.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-6 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 145, 7.6.2007, p. 7.

II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/25

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Settembru 2007

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-FPK

(2007/644/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-FPK (1), ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fis-27 ta’ Marzu 2007 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/251/KE (2).

(2)

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi proviżorja sa mid-data ta’ l-iffirmar.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-FPK, qiegħed b’dan jiġi approvat f’isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 3(2) tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti din in-notifika f’isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007

Għall-Kunsill

Il-President

R. PEREIRA

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 110, 27.4.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 110, 27.4.2007, p. 27.

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/26

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-1 ta' Ottubru 2007

li taħtar membru wieħed Malti u żewġ membri supplenti Maltin għall-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/645/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Malti,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Il-post ta’ membru wieħed fil-Kumitat tar-Reġjuni sar battal wara r-riżenja tas-Sinjura Doris BORG. Żewġ postijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni saru battala wara t-tmiem tal-mandati tas-Sur Joe BORG u tas-Sur Paul BUTTIGIEG,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin membru u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskorri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

is-Sur Frederick CUTAJAR, Sindku, Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sinjura Doris BORG, Viċi Sindku, Kunsill Lokali Birkirkara

is-Sinjura Maria NATOLI, Kunsillier, Kunsill Lokali Nadur

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINO

(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/27

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

li tinnomina membru Estonjan u tliet membri supplenti Estonjani fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/646/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Estonjan,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li tinnomina l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Sar vakanti post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Margus LEPIK. Saru vakanti tliet postijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għall-bidla fil-mandat tas-Sur Mihkel JUHKAMI u t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Laine JÄNES u tas-Sur Juri RATAS,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Huma b’dan innominati membru u membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

is-Sur Mihkel JUHKAMI, President tal-Kunsill tal-Belt ta’ Rakvere

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sinjura Kersti KÕOSAAR, Sindku ta’ Võru

is-Sur Edgar SAVISAAR, Sindku ta’ Tallinn

is-Sur Ivar UNT, Sindku ta’ Valga.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill,

Il-President

M. LINO

(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/28

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Ottubru 2007

li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4477)

(it-testi bil-lingwa Spanjola, Daniża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Franċiża, Taljana, Olandiża, Portugiża u Svediża biss huma awtentiċi)

(2007/647/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta' April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70, l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, u l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95 tas-7 ta' Lulju 1995 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG (3), il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati ta' dawn il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti ta' l-Istati Membri, tibda diskussjonijiet bilaterali sabiex ikun jista' jintlaħaq ftehim ma' l-Istati Membri kkonċernati u tikkomunika formalment il-konklużjonijiet tagħha dwarhom.

(2)

L-Istati Membri ngħataw l-opportunità li jitolbu li tinfetaħ proċedura ta' konċiljazzjoni. F'ċerti każi, dik l-opportunità ttieħdet, u r-rapport maħruġ fi tmiem din il-proċedura ġie eżaminat mill-Kummissjoni.

(3)

Skond l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 kif ukoll l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-interventi maħsuba biex jirregolarizzaw is-swieq agrikoli, rispettivament mogħtija jew magħmula skond ir-regolamenti Komunitarji fil-kuntest ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, jistgħu jiġu ffinanzjati.

(4)

Fid-dawl tal-verifiki mwettqa, tar-riżultati tad-diskussjonijiet bilaterali u tal-proċeduri ta' konċiljazzjoni, parti mill-ispejjeż li ddikjaraw l-Istati Membri ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti, u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata mit-Taqsima Garanzija tal-FAEGG.

(5)

Għandhom jiġu indikati l-ammonti li mhumiex rikonoxxuti bħala li jaqgħu taħt it-Taqsima Garanzija ta' l-FAEGG. Dawn l-ammonti ma jirrelatawx ma' l-ispejjeż li saru iktar minn 24 xahar qabel in-notifika bil-miktub tal-Kummissjoni tar-riżultati tal-verifiki lill-Istati Membri.

(6)

Rigward il-każijiet koperti b'din id-Deċiżjoni, il-valutazzjoni ta' l-ammonti li jridu jiġu esklużi minħabba n-nuqqas ta' konformità tagħhom mar-regolamenti Komunitarji ġiet ikkomunikata lill-Istati Membri mill-Kummissjoni fi ħdan rapport ta' sintesi dwar is-suġġett.

(7)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-konsegwenzi finanzjarji li tista' tasal għalihom il-Kummissjoni fuq il-bażi ta' ġudizzji tal-Qorti tal-Ġustizzja f'każijiet pendenti fit-30 ta' April 2007 li għandhom x'jaqsmu mas-suġġett ta' din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ispejjeż, elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, li għamlu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati ta' l-Istati Membri u ddikjarati taħt it-Taqsima Garanzija tal-FAEGG għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament Komunitarju minħabba n-nuqqas ta' konformità tagħhom mar-regolamenti tal-Komunità.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Greċja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika ta' Franza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika tal-Portugall, ir-Renju ta' l-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 94, 28.4.1970, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1287/95 (ĠU L 125, 8.6.1995, p. 1).

(2)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(3)  ĠU L 158, 8.7.1995, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 465/2005 (ĠU L 77, 23.3.2005, p. 6).

ANNESS

Korrezzjonijiet totali — Partita tal-baġit 6701

Stat Membru

Miżura

Sena Finanzjarja

Raġuni

Tip

%

Munita

Ammont

Tnaqqis li diġà sar

Impatt finanzjarju

BE

Verifika finanzjarja - Ħlas tard

2005

Nuqqas ta' ħlas fiż-żmien stipulat

puntwali

EUR

–45 406,30

–45 406,30

0,00

Total BE

EUR

–45 406,30

–45 406,30

0,00

DE

Miżuri eċċezzjonali tas-suq

2001

Nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni u s-superviżjoni fiżika fuq il-post

rata fissa

5  %

EUR

–1 182 038,83

0,00

–1 182 038,83

DE

Miżuri eċċezzjonali tas-suq

2002

Nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni u s-superviżjoni fiżika fuq il-post

rata fissa

5  %

EUR

– 284 869,30

0,00

– 284 869,30

DE

Ħlasijiet Diretti

2005

Segwitu dgħajjef ta' klejms żejda evidenti identifikati wara li l-istabbilliment tal-GIS

puntwali

EUR

–32 236,96

0,00

–32 236,96

Total DE

EUR

–1 499 145,09

0,00

–1 499 145,09

DK

Approvazzjoni tal-kontijiet

2005

Approvazzjoni finanzjarja

puntwali

DKK

–96 741,70

–23 951,90

–72 789,80

DK

Verifika finanzjarja - Kalkolu li jaqbeż il-mira

2005

Qbiż tal-limiti finanzjarji

puntwali

EUR

– 125 996,55

– 125 996,55

0,00

Total DK

DKK

–96 741,70

–23 951,90

–72 789,80

Total DK

EUR

– 125 996,55

– 125 996,55

0,00

ES

Kwota għall-ħalib

1997

Fornimenti ta' ħalib mhux iddikjarati

puntwali

EUR

–1 350 020,32

0,00

–1 350 020,32

ES

Uċuħ tar-raba'

2004

Is-sanzjonijiet u l-esklużjoni minħabba n-non-konformità intenzjonali previsti fl-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 mhumiex applikati.

rata fissa

2  %

EUR

– 276 716,91

– 274 130,08

0,00

– 274 130,08

ES

Ħaxix u Frott - Proċessar taċ-Ċitru

1998

Rimbors wara annullament parzjali tad-Deċiżjoni 2004/136/KE mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ T-220/04

puntwali

EUR

532 684,56

0,00

532 684,56

ES

Ħaxix u Frott - Proċessar taċ-Ċitru

1999

Rimbors wara annullament parzjali tad-Deċiżjoni 2004/136/KE mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ T-220/04

puntwali

EUR

435 837,70

0,00

435 837,70

ES

Ħaxix u Frott - Proċessar taċ-Ċitru

2000

Rimbors wara annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/136/KE mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ T-220/04

puntwali

EUR

11 032,22

0,00

11 032,22

ES

Primjums għal-Laħam - Bovini

2002

Kontrolli sistematiċi fuq il-post li jsiru tard

rata fissa

5  %

EUR

–30 407,71

0,00

–30 407,71

ES

Primjums għal-Laħam - Bovini

2003

Kontrolli sistematiċi fuq il-post li jsiru tard

rata fissa

5  %

EUR

– 159 064,73

0,00

– 159 064,73

ES

Primjums għal-Laħam - Bovini

2004

Kontrolli sistematiċi fuq il-post li jsiru tard

rata fissa

5  %

EUR

– 232 483,16

0,00

– 232 483,16

ES

Ħżin Pubbliku tal-Butir

2002

Spejjeż mhux dovuti tal-finanzjament

puntwali

EUR

– 141 002,61

0,00

– 141 002,61

ES

Ħżin Pubbliku tal-Butir

2003

Spejjeż mhux dovuti tal-finanzjament

puntwali

EUR

–67 250,22

0,00

–67 250,22

Total ES

EUR

–1 551 521,26

0,00

–1 551 521,26

FR

Verifika finanzjarja - Ħlas tard

2005

Nuqqas ta' ħlas fiż-żmien stipulat

puntwali

EUR

– 696 062,71

– 934 532,21

238 469,50

FR

Verifika finanzjarja - Kalkolu li jaqbeż il-mira

2005

Qbiż tal-limiti finanzjarji

puntwali

EUR

– 501,92

– 501,92

0,00

FR

Ħaxix u Frott - Organizzazzjonijiet tal-produtturi

2003

Nuqqas ta' osservanza tal-kriterji ta' rikonoxximent

puntwali

EUR

–24 478 123,67

0,00

–24 478 123,67

FR

Ħaxix u Frott - Organizzazzjonijiet tal-produtturi

2004

Nuqqas ta' osservanza tal-kriterji ta' rikonoxximent

puntwali

EUR

–25 243 299,77

0,00

–25 243 299,77

FR

Primjums għal-Laħam - Bovini

2003

Nuqqasijiet fir-rigward ta' kontrolli ta' annimali identifikati biss mit-tpinġija.

rata fissa

2  %

EUR

– 168 812,00

0,00

– 168 812,00

FR

Primjums għal-Laħam - Bovini

2004

Nuqqasijiet fir-rigward ta' kontrolli ta' annimali identifikati biss mit-tpinġija.

rata fissa

2  %

EUR

– 115 584,00

0,00

– 115 584,00

FR

Primjums għal-Laħam - Bovini

2005

Nuqqasijiet fir-rigward ta' kontrolli ta' annimali identifikati biss mit-tpinġija.

rata fissa

2  %

EUR

–65 764,00

0,00

–65 764,00

Total FR

EUR

–50 768 148,07

– 935 034,13

–49 833 113,94

GB

Verifika finanzjarja - Kalkolu li jaqbeż il-mira

2005

Qbiż tal-limiti finanzjarji

puntwali

EUR

– 795 921,45

0,00

– 795 921,45

Total GB

EUR

– 795 921,45

0,00

– 795 921,45

IT

Għalf Niexef

2002

Nuqqas ta' konformità mal-kontrolli ta' l-impriżi ta' l-ipproċessar ta' l-għalf

rata fissa

5  %

EUR

–1 828 877,58

0,00

–1 828 877,58

IT

Għalf Niexef

2003

Nuqqas ta' konformità mal-kontrolli ta' l-impriżi ta' l-ipproċessar ta' l-għalf

rata fissa

2  %

EUR

–44 421,46

0,00

–44 421,46

IT

Għalf Niexef

2003

Nuqqas ta' konformità mal-kontrolli ta' l-impriżi ta' l-ipproċessar ta' l-għalf

rata fissa

5  %

EUR

–2 399 395,34

0,00

–2 399 395,34

IT

Għalf Niexef

2004

Nuqqasijiet fil-kontrolli ta' l-operaturi tas-settur

rata fissa

2  %

EUR

– 512 153,03

0,00

– 512 153,03

IT

Għalf Niexef

2004

Nuqqasijiet fil-kontrolli ta' l-operaturi tas-settur

rata fissa

5  %

EUR

–9 132,02

0,00

–9 132,02

IT

Għalf Niexef

2004

Nuqqas ta' konformità mal-kontrolli ta' l-impriżi ta' l-ipproċessar ta' l-għalf

rata fissa

5  %

EUR

– 645 442,92

0,00

– 645 442,92

IT

Għalf Niexef

2005

Nuqqasijiet fil-kontrolli ta' l-operaturi tas-settur

rata fissa

2  %

EUR

– 774 140,65

0,00

– 774 140,65

IT

Għalf Niexef

2005

Nuqqasijiet fil-kontrolli ta' l-operaturi tas-settur

rata fissa

5  %

EUR

–1 552,69

0,00

–1 552,69

IT

Primjums għal-Laħam - Bovini

2003

Kontrolli sistematiċi fuq il-post li jsiru tard

rata fissa

5  %

EUR

– 456 327,00

0,00

– 456 327,00

IT

Primjums għal-Laħam - Bovini

2004

Kontrolli sistematiċi fuq il-post li jsiru tard

rata fissa

5  %

EUR

– 295 911,00

0,00

– 295 911,00

IT

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2001

Nuqqasijiet fil-kontrolli ta' l-imtieħen, l-imsaġar taż-żebbuġ u tal-produzzjoni

rata fissa

5  %

EUR

–40 284 269,55

0,00

–40 284 269,55

IT

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2002

Nuqqasijiet fil-kontrolli ta' l-imtieħen, ta' l-imsaġar taż-żebbuġ u tal-produzzjoni

rata fissa

5  %

EUR

–34 743 757,29

0,00

–34 743 757,29

IT

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2003

Nuqqasijiet fil-kontrolli ta' l-imtieħen, ta' l-imsaġar taż-żebbuġ u tal-produzzjoni

rata fissa

5  %

EUR

– 113 946,89

0,00

– 113 946,89

IT

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2004

Nuqqasijiet fil-kontrolli ta' l-imtieħen, ta' l-imsaġar taż-żebbuġ u tal-produzzjoni

rata fissa

5  %

EUR

–1 289 091,84

0,00

–1 289 091,84

Total IT

EUR

–83 398 419,26

0,00

–83 398 419,26

NL

Verifika finanzjarja - Ħlas tard

2005

Nuqqas ta' ħlas fiż-żmien stipulat

puntwali

EUR

– 206 100,68

– 206 100,68

0,00

NL

Verifika finanzjarja - Kalkolu li jaqbeż il-mira

2005

Qbiż tal-limiti finanzjarji

puntwali

EUR

–60 859,36

–60 859,36

0,00

Total NL

EUR

– 266 960,04

– 266 960,04

0,00

PT

Inbid - Ristrutturar

2001

Nuqqasijiet f'kontrolli ewlenin fuq il-post u fid-determinazzjoni taż-żoni eliġibbli

rata fissa

2  %

EUR

–77 342,02

0,00

–77 342,02

PT

Inbid - Ristrutturar

2002

Nuqqasijiet f'kontrolli ewlenin fuq il-post u fid-determinazzjoni taż-żoni eliġibbli

rata fissa

2  %

EUR

– 649 828,57

0,00

– 649 828,57

PT

Inbid - Ristrutturar

2003

Nuqqasijiet f'kontrolli ewlenin fuq il-post u fid-determinazzjoni taż-żoni eliġibbli

rata fissa

2  %

EUR

– 673 890,89

0,00

– 673 890,89

PT

Inbid - Ristrutturar

2004

Nuqqasijiet f'kontrolli ewlenin fuq il-post u fid-determinazzjoni taż-żoni eliġibbli

rata fissa

2  %

EUR

– 565 733,93

0,00

– 565 733,93

Total PT

EUR

–1 966 795,41

0,00

–1 966 795,41

SE

Uċuħ tar-raba'

2004

Il-livell ta' verifiki fuq il-post (Rapid Field Visits) imwettqa skond ir-rata minima meħtieġa

rata fissa

5  %

SEK

–12 198 084,10

0,00

–12 198 084,10

SE

Ħlasijiet Diretti

2005

Il-livell ta' verifiki fuq il-post (Rapid Field Visits) imwettqa skond ir-rata minima meħtieġa

rata fissa

5  %

SEK

–12 640 336,05

0,00

–12 640 336,05

SE

Ħlasijiet Diretti

2005

Kwalità baxxa tal-verifiki bis-sensing mill-bogħod

rata fissa

2  %

SEK

–9 280 142,64

0,00

–9 280 142,64

Total SE

SEK

–34 118 562,79

0,00

–34 118 562,79

Korrezzjonijiet totali — Partita tal-baġit 05 07 01 07

Stat Membru

Miżura

Sena Finanzjarja

Raġuni

Tip

%

Munita

Ammont

Tnaqqis li diġà sar

Impatt finanzjarju

GR

Verifika finanzjarja - Kalkolu li jaqbeż il-mira

2005

Qbiż tal-limiti finanzjarji

puntwali

EUR

0,00

– 348 181,42

348 181,42

Total GR

EUR

0,00

– 348 181,42

348 181,42

IE

Verifika finanzjarja - Ħlas tard

2005

Nuqqas ta' ħlas fiż-żmien stipulat

puntwali

EUR

–1 064 668,75

–3 495 598,23

2 430 929,48

Total IE

EUR

–1 064 668,75

–3 495 598,23

2 430 929,48