ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
2 ta' Ottubru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1134/2007 ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata ta’ konverżjoni għall-euro għal Malta

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1135/2007 ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-konverżjoni għall-euro għal Ċipru

2

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1136/2007 ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007 ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (O35) bħala addittiv fl-għalf ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2007 ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l-aċidu benzojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1139/2007 ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ L-arginine bħala addittiv fl-għalf ( 1 )

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1140/2007 ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' adittiv diġà awtorizzat fl-għalf ( 1 )

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1141/2007 ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ 3-phytase (ROVABIO PHY AP u ROVABIO PHY LC) bħala addittiv fl-għalf ( 1 )

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2007 ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf ( 1 )

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1143/2007 ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 256/2002 fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta’ l-addittiv għall-għalf Bacillus cereus var. toyoi, li jagħmel parti mill-grupp ta’ mikroorganiżmi ( 1 )

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1144/2007 ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità stabbiliti taħt il-GATT għal ċerti frott u ħxejjex u frott ipproċessat u prodotti veġetali mill-1996

26

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2007/633/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

27

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/634/PESK ta' l-1 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/113/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

28

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/635/PESK ta' l-1 ta’ Ottubru 2007 li testendi l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK dwar iktar miżuri b'sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (TKIJ)

30

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1134/2007

ta’ l-10 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata ta’ konverżjoni għall-euro għal Malta

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 123(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rati ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-muniti ta’ l-Istati Membri li jadottaw l-euro (2) jiddetermina r-rati ta’ konverżjoni mill-1 ta’ Jannar 1999.

(2)

Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, Malta hija Stat Membru b’deroga kif definit fl-Artikolu 122 tat-Trattat.

(3)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta’ l-10 ta' Lulju 2007 bi qbil ma’ l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2008 (3), Malta tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-munita unika u d-deroga favur Malta għandha tiġi rrevokata mill-1 ta’ Jannar 2008.

(4)

L-introduzzjoni ta’ l-euro f’Malta teħtieġ l-adozzjoni tar-rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-lira Maltija. Din ir-rata ta’ konverżjoni għandha tkun stabbilita għal 0,4293 liri Maltin għal kull euro, li tikkorrispondi mar-rata ċentrali preżenti tal-lira fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2866/98 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2866/98, il-linja li ġejja għandha tiddaħħal bejn ir-rati ta’ konverżjoni applikabbli għall-frank tal-Lussemburgu u għall-guilder Olandiż:

“= 0,429300 liri Maltin”,

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU C 160, 13.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 359, 31.12.1998, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1086/2006 (ĠU L 195, 15.7.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.


2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1135/2007

ta’ l-10 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-konverżjoni għall-euro għal Ċipru

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 123(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rati ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-muniti ta’ l-Istati Membri li jadottaw l-euro (2) jiddetermina r-rati ta’ konverżjoni mill-1 ta’ Jannar 1999.

(2)

Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, Ċipru huwa Stat Membru b’deroga kif definit fl-Artikolu 122 tat-Trattat.

(3)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 bi qbil ma’ l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2008 (3), Ċipru jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-munita unika u d-deroga favur Ċipru għandha tiġi revokata mill-1 ta’ Jannar 2008.

(4)

L-introduzzjoni ta’ l-euro f’Ċipru teħtieġ li r-rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-lira Ċiprijotta tiġi adottata. Din ir-rata ta’ konverżjoni għandha tkun determinata bħala 0,585274 liri Ċiprijotti għal kull euro, li tikkorrispondi mar-rata ċentrali preżenti tal-lira fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2866/98 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2866/98, il-linja li ġejja għandha tiddaħħal bejn ir-rati ta’ konverżjoni applikabbli għal-lira Taljana u l-franc tal-Lussemburgu:

“= 0,585274 liri Ċiprijotti”,

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU C 160, 13.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 359, 31.12.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1086/2006 (ĠU L 195, 15.7.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.


2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1136/2007

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-1 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

49,9

TR

109,3

XS

28,3

ZZ

62,5

0707 00 05

JO

151,2

TR

61,3

ZZ

106,3

0709 90 70

TR

116,7

ZZ

116,7

0805 50 10

AR

73,1

TR

99,4

UY

82,6

ZA

65,1

ZZ

80,1

0806 10 10

BR

253,6

IL

284,6

MK

11,8

TR

119,6

US

210,4

ZZ

176,0

0808 10 80

AR

87,7

AU

165,9

BR

45,1

CL

73,7

CN

79,8

NZ

93,9

US

99,9

ZA

77,4

ZZ

90,4

0808 20 50

CN

63,8

TR

121,2

ZA

77,8

ZZ

87,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1137/2007

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

dwar l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (O35) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni ta' l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni ta' l-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 17299 (O35) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-17 ta’ Ottubru 2006 li l-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 17299 (O35) m'għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa ta' l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (2). Ikkonkludiet ukoll li dik il-preparazzjoni ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. L-opinjoni ta' l-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sigurtà ta' l-utent. Hi ma tqisx li hemm ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi ta' l-addittiv fl-għalf, f’għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali u tal-Bord Xjentifiku dwar Organiżmi Modifikati Ġenetikament dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-prodott mikrobijoloġiku “O35”, preparazzjoni tal-Bacillus subtilis, bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fis-17 ta' Ottubru 2006. Il-Ġurnal EFSA (2006) 406, 1-11.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

4b1821

Chr. Hansen A/S

Bacillus subtilis DSM 17299

(O35)

 

Kompożizzjoni ta' l-addittiv

Preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 17299

Li fih minimu ta’ 1,6 × 109 CFU/g ta’ addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Bacillus subtilis DSM 17299 konċentrat ta’ l-ispora

 

Metodu analitiku (1):

Enumerazzjoni tal-metodu spread plate billi jintuża t-tryptone soya agar bi pretrattament tas-sħana tal-kampjuni ta’ l-għalf.

Tiġieġ għat-tismin

8 × 108

1,6 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

L-użu huwa permess f’għalf li jkun fih il-coccidiostats permessi: diclazuril, halofuginone u robenidine.

22 ta’ Ottubru 2017


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1138/2007

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l-aċidu benzojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ aċidu benzojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ aċidu benzojku l (VevoVitall) kien awtorizzat għall-ħnienes miftuma mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006 (2).

(5)

Ġiet sottomessa data ġdida bħala appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Marzu 2007 li l-aċidu benzojku (VevoVitall) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (3). Ikkonkludiet ukoll li l-aċidu benzojku (VevoVitall) ma jippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Skond dik l-opinjoni, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ma għandux effett negattiv fuq dan l-annimal addizzjonali. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sigurtà ta’ min jużah. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandha tiġi awtorizzata, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 9.

(3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effettività tal-prodott VevoVitall (aċidu benżojku) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fit-7 ta’ Marzu 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 457, p. 1-14.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tal-pH urinarju)

4d210

Prodotti Speċjali DSM

Aċidu Benzojk

(VevoVitall)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Aċidu Benzojku (≥ 99,9 %)

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Benzenecarboxylic acid, phenylcarboxylic acid,

C7H6O2

numru CAS 65-85-0

Livell massimu f'

Phtalic acid: ≤ 100 mg/kg

Bifenil : ≤ 100 mg/kg

Metalli tqal: ≤ 10 mg/kg

Arseniku: ≤ 2 mg/kg

 

Metodi analitiċi (1):

HPLC tal-Fażi Riversata flimkien mad-detezzjoni tad-Detezzjoni tad-Diode-Array (DAD).

ħnieżer għas-simna

5 000

10 000

L-indikazzjonijiet għall-użu għandhom jindikaw li ġej:

 

Oġġetti ta’ l-ikel kumplimentari li fihom l-aċidu benżojku ma jistax propjament jiġi mitmugħ lil ħnieżer għat-tismin.

 

Oġġetti ta’ l-ikel kumplimentari għall-ħnieżer għat-tismin għandhom jiġu mħalta sew ma' prodotti oħra ta' għalf tar-razzjon ta' kuljum

 

Għas-sigurtà ta’ min jużah: għandhom jittieħdu miżuri biex tiġi minimizzata l-produzzjoni ta’ trab minn dan l-addittiv li jista’ jidħol fil-pulmun. Folji ta’ l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-materjal (MSDS) huma disponibbli.

22.10.2017


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1139/2007

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ L-arginine bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri sabiex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

Applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ġiet imressqa għal L-arginine bħala aċidu aminiku.

(3)

Minħabba li l-applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ġiet imressqa qabel id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet imressqa taħt id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 dwar ċerti prodotti użati fl-għalf ta’ l-annimali (2). Sa mit-18 ta’ Ottubru 2004, l-aċidi aminiċi, l-imluħ tagħhom u l-analogi jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. L-applikazzjoni għandha għalhekk tiġi kkunsidrata bħala applikazzjoni taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġie mressaq tagħrif addizzjonali bħala appoġġ għall-applikazzjoni.

(5)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ L-arginine bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha ta’ l-annimali, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi nutrittivi” u l-grupp funzjonali “aċidi aminiċi, l-imluħ tagħhom u l-analogi”.

(6)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tas-17 ta’ April 2007 (3) li L-arginine ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll L-arginine ma jippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Hija ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Ir-rapport fuq il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf fl-għalf ġie sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 lill-Awtorità. Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandha tiġi awtorizzata, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘addittivi nutrittivi’ u mill-grupp funzjonali ‘aċidi aminiċi, l-imluħ tagħhom u l-analogi’, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/116/KE (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 81).

(3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effettività tal-prodott L-arginine prodott bil-fermentazzjoni minn Corynebacterium glutamicum (ATCC-13870) għall-ispeċi kollha ta’ l-annimali. Adottata fis-17 ta’ Aptil 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 473, p. 1-19.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

L-isem tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi aminiċi, l-imluħ tagħhom u l-analogi

3c3.6.1

L-arginine

 

Karatterizzazzjoni ta' l-addittiv:

L-arginine 98 %

Prodott minn Corynebacterium glutamicum (ATCC 13870)

C6H14N4O2

 

Metodu analitiku

Il-metodu Komunitarju għad-determinazzjoni ta’ l-aċidi aminiċi (Direttiva 98/64/KE tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 71/393/KEE (1))

L-ispeċi kollha

22.10.2017


(1)  ĠU L 257, 19.9.1998, p. 14.


2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1140/2007

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

rigward l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' adittiv diġà awtorizzat fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9e(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri tranżitorji għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi ta' l-għalf mibgħuta skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għal użu ġdid ta' l-addittiv imniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament intbagħtet qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Il-kummenti tal-bidu dwar din l-applikazzjoni, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqet lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Din l-applikazzjoni għalhekk se tibqa’ titqies skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), bacillolysin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u endo-1,4-beta-xylanase prodott mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) kien awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien għat-tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 (3).

(6)

Tressqet data ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għal erba' snin għal dak il-preparament għat-tiġieġ tal-bajd. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) esprimiet l-opinjoni tagħha dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni fit-18 ta’ April 2007. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament, għandu jkun awtorizzat provviżorjament għal erba’ snin.

(7)

L-evalwazzjoni ta' din l-applikazzjoni turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rekwiżiti sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex iħeġġu t-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (4).

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li hija parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata proviżorjament għal erba’ snin bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 57, 3.3.2005, p. 3.

(4)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva (KE) Nru 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).


ANNESS

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' l-annimal

Età massima

Kontenut Minimu

Kontenut Massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unità ta’ attività/kg ta' għalf sħiħ

Enzimi

53

Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4

Alpha-amylase EC 3.2.1.1

Bacillolysin EC 3.4.24.28

Endo-1,4-beta xylanase EC 3.2.1.8

Il-preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), bacillolysin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) li għandha attività minima ta'

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 2 350  U/g (1)

 

Endo-1,4-beta-glucanase: 4 000  U/g (2)

 

Alpha-amylase: 400 U/g (3)

 

Bacillolysin 450 U/g (4)

 

Endo-1,4-beta-xylanase: 20 000  U/g (5)

Tiġieġ li jbidu

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 587

Endo-1,4-beta-glucanase: 1 000  U

Alpha-amylase: 100 U

Bacillolysin 112 U

Endo-1,4-beta-xylanase: 5 000  U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħażna, il-perjodu ta' ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta' għalf sħiħ:

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 587-2 350  U

Endo-1,4-beta-glucanase: 1 000 -4 000  U

alpha-amylase: 100-400 U

bacillolysin: 112-450 U

endo-1,4-beta-xylanase: 5 000 -20 000  U

3.

Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna polysaccharides mhux mil-lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u speċjalment arabinoxylans) eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ.

22 ta’ Ottubru 2011


(1)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.0056 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f' pH ta' 7.5 u 30 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.0056 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn carboxymethylcellulose fil-minuta f' pH ta' 4.8 u 50 °C.

(3)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' glucożju minn polimeri tal-lamtu cross-linked fil-minuta f' pH ta' 7,5 u 37 °C.

(4)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jagħmel mikrogramma ta' ażo-kaseina li tinħall fl-aċidu trikloraċetiku fil-minuta f' pH ta' 7.5 u 37 °C.

(5)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.0067 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) minn xylan ta' l-injam tal-betula fil-minuta f' pH ta' 5.3 u 50 °C.


2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1141/2007

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

rigward l-awtorizzazzjoni ta’ 3-phytase (ROVABIO PHY AP u ROVABIO PHY LC) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ 3-phytase prodotta minn Penicillium funiculosum (CBS 111 433) (ROVABIO PHY AP u ROVABIO PHY LC), bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għat-tiġieġ li jbidu, ħnienes (miftuma) u ħnieżer għat-tismin sabiex tiġi klassifikata fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà Alimentari (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-17 ta’ April 2007 u tat-22 ta’ Marzu 2007 li l-preparazzjoni 3-phytase prodotta minn Penicillium funiculosum (CBS 111 433) (ROVABIO PHY AP u ROVABIO PHY LC) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (2). Ikkonkludiet ukoll li dik il-preparazzjoni ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sigurtà ta’ l-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żutekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew is-Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali u l-Bord Xjentifiku dwar l-Organiżmi Modifikati Ġenetikament dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-preparazzjoni ta’ l-enżimi ta’ 3-phytase prodotta minn Penicillium funiculosum (CBS 111 433) (ROVABIO PHY AP u ROVABIO PHY LC), bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għat-tiġieġ li jbidu, ħnienes (miftuma) u ħnieżer għat-tismin skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fis-17 ta’ April 2007 u fit-22 ta’ Marzu 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 471, 1-29.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: Sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà.

4a1

Adisseo

3-phytase

EC 3.1.3.8

(ROVABIO PHY AP u ROVABIO PHY LC)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Preparazzjoni ta’ 3-phytase prodotta minn Penicillium funiculosum (CBS 111 433) li fiha attività minima ta’:

Forma solida: 2 500 RPU (1)/g

Forma likwida: 1 000 RPU/ml

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

3-phytase prodott minn Penicillium funiculosum (CBS 111 433)

 

Metodi analitiċi : (2)

Metodu kolorimetriku li jkejjel il-fosfati inorganiċi rilaxxati mill-enżima mis-sustrat tal-phytate.

Tiġieġ għat-tismin

350 RPU

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita magħmula minn qabel, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-tgerbib f’boċċi żgħar.

2.

Għall-użu f’għalf li fih aktar minn 0.23 % ta’ fosforu li huwa phytin bound.

3.

Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg tal-piż tal-ġisem.

4.

Għas-sigurtà ta’ l-utent: protezzjoni għan-nifs u nuċċalijiet u ingwanti tas-sigurtà għandhom jintlibsu waqt l-użu.

5.

Dożi rakkommandati għal kull kilogramma ta’ għalf sħiħ:

Tiġieġ għat-tismin 350-500 RPU;

tiġieġ li jbidu: 300-500 RPU;

ħnienes (miftuma) 250-500 RPU;

ħnieżer għat-tismin: 350-500 RPU;

22.10.2017

Tiġieġ li jbidu

300 RPU

 

Ħnienes

(miftuma)

250 RPU

 

Ħnieżer għat-tismin

350 RPU

 


(1)  1 RPU huwa l-ammont ta’ enżimi li jirrilaxxa 1 mikromole ta’ fosfat inorganiku fil-minuta minn sodium phytate bħala sustrat f’kondizzjonijiet definiti (pH ta’ 5.5 u 37 °C).

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1142/2007

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għall-preparazzjoni ta’ l-enżima 3-phytase (Natuphos 5 000, Natuphos 5 000 G, Natuphos 5 000 L, Natuphos 10 000 G u Natuphos 10 000 L) prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 101 672) għat-tiġieġ li jbidu u għa d-dundjani tas-summa li għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żutekniċi”.

(4)

L-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi kien awtorizzat għal ħnienes li nfatmu, ħnieżer tas-summa u tiġieġ tas-summa mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 243/2007 (2).

(5)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tas-17 ta’ April 2007 li l-preparazzjoni ta’ enżimi 3-phytase (Natuphos 5 000, Natuphos 5 000 G, Natuphos 5 000 L, Natuphos 10 000 G u Natuphos 10 000 L) prodott mill-Aspergillus niger (CBS 101 672) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent (3). Hija kkonkludiet ukoll li dik il-preparazzjoni ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Skond dik l-opinjoni, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ma għandux effett negattiv fuq dawn il-kategoriji addizzjonali ta’ annimali. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sigurtà ta’ min jużaha. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfaċenti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żutekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 73, 13.3.2007, p. 4.

(3)  L-opinjoni tal-Panel Xjentifku dwar Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-preparazzjoni ta’ l-enżimi Natuphos (3-phytase) prodotta mill-Aspergillus niger għat-tiġieġ li jbidu u d-dundjani għat-tismin, adottata fis-17 ta’ April 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 472, 1-4.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà.

4a1600

BASF Aktiengesellschaft

3-phytase EC 3.1.3.8

(Natuphos 5 000 Natuphos 5 000 G Natuphos 5 000 L Natuphos 10 000 G Natuphos 10 000 L)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

3-phytase prodott minn Aspergillus niger (CBS 101 672) li għandu attività minima ta’:

Forma solida: 5 000 FTU (1)/g

Forma likwida: 5 000 FTU/ml

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

3-phytase prodott minn Aspergillus niger (CBS 101 672)

 

Metodu analitiku (2)

Metodu kolorimetriku li jkejjel il-fosfati inorganiċi rilaxxati mill-enżima mill-phytate substrate.

Tiġieġ li jbidu

250 FTU

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ: 300-400 FTU.

3.

Għall-użu f’għalf li fih aktar minn 0,23 % ta’ fosfru li huwa phytin bound.

22.10.2017

Dundjani għat-tismin

 

250 FTU

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ: 500 FTU.

3.

Għall-użu f’għalf li fih aktar minn 0,23 % ta’ fosfru li huwa phytin bound.


(1)  1 FTU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f’pH ta’ 5.5 u 37 °C.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli f’dan l-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1143/2007

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 256/2002 fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta’ l-addittiv għall-għalf Bacillus cereus var. toyoi, li jagħmel parti mill-grupp ta’ mikroorganiżmi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

It-tħejjija Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), li hija parti mill-grupp ta’ “mikro-organiżmi”, kienet awtorizzata skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524KEE (2), b’mod partikolari, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 (3) mingħajr limitu ta’-żmien għall-użu mill-ħnienes, sa xahrejn, u għall-ħnieżer femminili, minn ġimgħa qabel ma jferrgħu sal-ftim. Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-Addittivi fl-Għalf bħala prodott eżistenti, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għal emenda ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ din it-tħejjija biex tippermetti l-użu tagħha fl-għalf għall-ħnieżer femminili mill-inseminazzjoni sal-ftim. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Marzu 2007 li t-tħejjija Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (4). Ikkonkludiet ukoll li dik it-tħejjija ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ din it-tħejjija turi li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma sodisfatti.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 256/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 256/2002 qiegħed jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva tħassret mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)  ĠU L 41, 13.2.2002, p. 6.

(4)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effettività tal-prodott Toyocerin (Bacillus cereus var. Toyoi) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer femminili skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fis-7 ta’ Marzu 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 458, 1-9.


ANNESS

“ANNESS III

Mikroorganiżmi

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

E 1701

Bacillus cereus var. toyoi

NCIMB 40112/CNCM I-1012

Tħejjija ta’ Bacillus cereus var. toyoi li fih minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

Ħnienes

Xahrejn

1 × 109

1 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Ħnieżer femminili

Mill-inseminazzjoni sal-ftim

0,5 × 109

2 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien”


2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1144/2007

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità stabbiliti taħt il-GATT għal ċerti frott u ħxejjex u frott ipproċessat u prodotti veġetali mill-1996

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 34(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim f'forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Arġentina skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 (2), li kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/930/KE (3), jipprovdi għal żieda fil-kwota tariffarja tal-GATT għat-tuffieħ.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/96 tat-23 ta’ Settembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Kommunità stabbiliti taħt il-GATT għal ċerti frott u ħxejjex u frott ipproċessat u prodotti veġetali mill-1996 (4) għandu jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1831/96, il-volum tal-kwota (f'tunnellati) għan-Numru tas-Serje 09.0061 għat-Tuffieħ, frisk, għajr it-tuffieħ tas-sidru, għandu jinbidel b' “696”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Mariann FISCHER BOEL


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 92.

(3)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 91.

(4)  ĠU L 243, 24.9.1996, p. 5 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 973/2006 (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 63).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Settembru 2007

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2007/633/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

B'Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim ma’ New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru bi qbil mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003.

(3)

Il-ftehim ġie ffirmat f'isem il-Komunità suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard, bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/466/KE (2).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa approvat f'isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PEREIRA


(1)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 184, 6.7.2006, p. 25.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/28


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/634/PESK

ta' l-1 ta’ Ottubru 2007

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/113/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/113/PESK (1) li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali.

(2)

Fil-laqgħa tiegħu tal-21-22 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill Ewropew adotta strateġija ta' l-UE għal sħubija ġdida ma' l-Asja Ċentrali. Billi r-RSUE ingħata rwol li jagħmel monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija, il-mandat tiegħu għandu jiġi adattat kif meħtieġ.

(3)

Fis-27 ta' Lulju 2007, abbażi ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' l-Azzjoni Konġunta 2007/113/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li jsiru iktar aġġustamenti għall-mandat tar-RSUE.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2007/113/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Artikolu 3(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2007/113/PESK għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea fl-Asja Ċentrali u jiżgura l-konsistenza ta' l-azzjonijiet esterni ta' l-Unjoni Ewropea fir-reġjun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza Komunitarja;

(b)

jagħmel monitoraġġ, f'isem ir-Rappreżentant Għoli u skond il-mandat tiegħu, flimkien mal-Kummissjoni u mal-Presidenza, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza Komunitarja, tal-proċess ta' implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE għal Sħubija Ġdida ma' l-Asja Ċentrali, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jirrapporta lill-korpi rilevanti tal-Kunsill fuq bażi regolari;

(ċ)

jassisti lill-Kunsill fl-iżvilupp ulterjuri ta' politika komprensiva fir-rigward ta' l-Asja Ċentrali;

(d)

isegwi mill-qrib l-iżviluppi politiċi fl-Asja Ċentrali billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib mal-gvernijiet, il-parlamenti, il-ġudikatura, is-soċjetà ċivili u l-medja tal-massa;

(e)

jinkoraġġixxi lill-Kazakistan, ir-Repubblika tal-Kirgiztan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan biex jikkoperaw fir-rigward ta' kwistjonijiet reġjonali ta' interess komuni;

(f)

jiżviluppa kuntatti u koperazzjoni adatti ma' l-atturi interessati ewlenin fir-reġjun, inkluż l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha, inklużi l-Organizzazzjoni ta' Kooperazzjoni ta' Shanghai (SCO), il-Komunità Ekonomika Ewrasjana (EURASEC), il-Konferenza dwar l-Interazzjoni u Miżuri li jibnu l-Kunfidenza fl-Asja (CICA), l-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO), il-Programm ta' Koperazzjoni Ekonomika Reġjonali ta' l-Asja Ċentrali (CAREC) u ċ-Ċentru ta' Informazzjoni u Kordinazzjoni Reġjonali ta' l-Asja Ċentrali (CARICC);

(g)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal u f'żoni affetwati minn konflitt, speċjalment permezz tal-monitoraġġ u l-indirizzar ta' l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

(h)

jikkontribwixxi, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-OSCE, għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti billi jiżviluppa kuntatti ma' l-awtoritajiet u ma' atturi lokali oħra (NGOs, partiti politiċi, minoritajiet, gruppi reliġjużi u l-mexxejja tagħhom);

(i)

jagħti kontribut għall-formulazzjoni ta' aspetti ta' sigurtà ta' l-enerġija kif ukoll ma' anti-narkotiċi tal-PESK fir-rigward ta' l-Asja Ċentrali.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

Magħmula fil-Lussemburgu, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINO


(1)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 83.


2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/30


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/635/PESK

ta' l-1 ta’ Ottubru 2007

li testendi l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK dwar iktar miżuri b'sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (TKIJ)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-11 ta' Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK (1) dwar iktar miżuri b'sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (TKIJ), sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni kollha li ġew akkużati pubblikament mit-TKIJ b'delitti ta' gwerra iżda li mhumiex fil-kustodja tat-TKIJ.

(2)

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tapplika sa l-10 ta' Ottubru 2007.

(3)

Il-Kunsill iqis li jeħtieġ li tiġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għal perjodu ieħor ta' 12-il xahar.

(4)

Il-miżuri implimentattivi Komunitarji huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 tal-11 ta' Ottubru 2004 li jimponi miżuri restrittivi b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (TKIJ) (2),

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandha tiġi estiża sa l-10 ta' Ottubru 2008.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tieħu effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINO


(1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Pożizzjoni komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/449/PESK (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 75).

(2)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 14. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 789/2007 (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 27).