|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
|
|
|
Corrigendum |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
22.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1098/2007
tat-18 ta’ Settembru 2007
li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-parir xjentifiku riċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jindika li l-istokk tal-merluzz fis-Suddiviżjonijiet ICES 25 sa 32 tal-Baħar Baltiku naqqset għal livelli fejn qed issofri minn kapaċità riproduttiva ridotta u li qed isir qbid mill-istokk b’rata insostenibbli. |
|
(2) |
Il-parir xjentifiku riċenti mill-ICES jindika li l-istokk tal-merluzz fis-Suddiviżjonijiet ICES 22, 23 u 24 tal-Baħar Baltiku hija sopra-esplojtata u laħqet livelli fejn hija f’riskju ta’ kapaċità riproduttiva ridotta. |
|
(3) |
Jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex ikun stabbilit pjan pluriennali għall-ġestjoni tas-sajd ta’ l-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku. |
|
(4) |
L-objettiv tal-pjan huwa li jiġi żgurat li l-istokkijiet tal-merluzz tal-Baltiku jkunu jistgħu jiġu sfruttati f’kondizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni għas-Sajd (2) jeħtieġ inter alia li, biex jintlaħaq l-objettiv, il-Komunità għandha tapplika approċċ prekawzjonarju billi tieħu miżuri li jipproteġu u jikkonservaw l-istokk, jipprovdu għall-isfruttament sostenibbli tagħha u jirriduċu l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi marini. Huwa għandu jimmira lejn implimentazzjoni progressiva ta’ approċċ ibbażat fuq ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jikkontribwixxi għal attivitajiet tas-sajd effiċjenti fi ħdan industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva, li tipprovdi standard ta’ għajxien ġust għal dawk li jiddependu mis-sajd tal-merluzz tal-Baltiku u tieħu kont ta’ l-interessi tal-konsumaturi. |
|
(6) |
Sabiex jintlaħaq l-objettiv, l-istokk tal-Lvant għandha tinbena mill-ġdid għal limiti bijoloġiċi siguri u, għaż-żewġ stokkijiet, għandhom jiġu żgurati livelli sabiex tinżamm il-kapaċità riproduttiva sħiħa tagħhom u l-ogħla rikavati għall-perijodu fit-tul. |
|
(7) |
Dan jista’ jintlaħaq billi jkun stabbilit metodu xieraq għat-tnaqqis gradwali ta’ l-isforz tas-sajd fejn l-attivitajiet tas-sajd qed jaqbdu merluzz għal livelli li huma konsistenti ma’ l-objettiv, u billi jkunu stabbiliti l-Qabdiet Totali Permissibbli (TACs) għall-istokkijiet tal-merluzz f’livelli konsistenti ma’ l-isforz tas-sajd. |
|
(8) |
Minħabba li l-qabdiet ta’ merluzz fl-attivitajiet tas-sajd għall-aringi u għal-laċċa kaħla u f’attivitajiet tas-sajd bix-xibka tal-garġi u bix-xibka tat-tħabbil għas-salamun huma limitati ħafna, dawn l-attivitajiet tas-sajd m’għandhomx ikunu soġġetti għar-riduzzjoni gradwali fl-isforz tas-sajd. |
|
(9) |
Biex tkun żgurata stabbiltà fil-possibbiltajiet tas-sajd, huwa xieraq li tkun limitata l-varjazzjoni fit-TACs minn sena għall-oħra. |
|
(10) |
Implimentazzjoni xierqa tal-kontroll ta’ l-isforz tas-sajd hija li tirregola t-tul tal-perijodu meta s-sajd tal-merluzz huwa permess. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ġranet komuni meta l-bastimenti Komunitarji kollha li jtajru l-bandiera tagħhom ikollhom permess ikunu neqsin mill-port. |
|
(11) |
Huma meħtieġa miżuri ta’ kontroll b’żjieda għal jew b’deroga minn dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta’ Ġunju 1994 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar permessi tas-sajd speċjali (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet tal-ħut (5) ta’ l-Istati Membri sabiex tkun żgurata konformità mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Matul l-ewwel tliet snin ta’ l-applikazzjoni tiegħu, il-pjan pluriennali għandu jitqies bħala pjan ta’ rkupru fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |
|
(13) |
Is-Suddiviżjoni ta’ l-ICES 27 jew 28 tista’ tiġi eskluża mid-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni ta’ l-isforz tas-sajd minħabba l-qabdiet minimi f’dawn is-Suddiviżjonijiet ta’ l-ICES. |
|
(14) |
Il-pjan pluriennali li jipprovdi għalih dan ir-Regolament jissostitwixxi l-arranġamenti eżistenti dwar il-ġestjoni ta’ l-isforzi tas-sajd fil-Baħar Baltiku. Għalhekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/97 ta’ l-24 ta’ April 1997 li jintroduċi arranġamenti għall-ġestjoni ta’ l-isforzi tas-sajd fil-Baħar Baltiku (6) għandu jiġi revokat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz li ġejjin (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “stokkijiet tal-merluzz konċernati”) u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet:
|
(a) |
merluzz li jgħix fiż-Żona A; |
|
(b) |
merluzz li jgħix fiż-Żoni B u Ċ. |
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul globali daqs jew akbar minn tmien metri li joperaw fil-Baħar Baltiku u l-Istati Membri madwar il-Baħar Baltiku (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Istati Membri konċernati”). Madankollu, l-Artikolu 9 għandu japplika għal bastimenti b’tul globali ta’ inqas minn tmien metri li joperaw fil-Baħar Baltiku.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw barra dawk stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżosrsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, iċ-Ċintorini u s-Sound (7):
|
(a) |
id-Diviżjonijiet u s-Suddiviżjonijiet tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistika ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Lvant ta’ l-Atlantiku (8); |
|
(b) |
“Baħar Baltiku” tfisser id-Diviżjonijiet IIIb, IIIċ u IIId ta’ l-ICES; |
|
(ċ) |
“qabdiet totali permessi (TAC)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena; |
|
(d) |
VMS tfisser sistema ta’ sorveljanza tal-bastimenti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati rigward Sistemi tas-Sorveljanza tal-Bastimenti bbażati fuq satellita (9) għal bastimenti ta’ kwalunkwe tul; |
|
(e) |
“Żona A” tfisser is-Suddiviżjonijiet ta’ l-ICES 22 sa 24; “Żona B” tfisser is-Suddiviżjonijiet ta’ l-ICES 25 sa 28; “Żona Ċ” tfisser is-Suddiviżjonijiet ta’ l-ICES 29 sa 32; |
|
(f) |
“jiem nieqsa mill-port” tfisser kwalunkwe perijodu kontinwu ta’ 24 siegħa jew parti tiegħu li matulu l-bastiment ikun nieqes mill-port. |
KAPITOLU II
OBJETTIV U MIRI
Artikolu 4
Objettiv u miri
Il-pjan għandu jiżgura l-isfruttament sostenibbli ta’ l-istokkijiet tal-merluzz konċernati billi gradwalment inaqqas u jżomm ir-rati ta’ mortalità tal-ħut f’livelli mhux aktar baxxi minn:
|
(a) |
0,6 għall-etajiet bejn 3 u 6 snin għall-istokk tal-merluzz fiż-Żona A, u |
|
(b) |
0,3 għall-etajiet bejn 4 u 7 snin għall-istokk tal-merluzz fiż-Żoni B u Ċ. |
KAPITOLU III
TOTAL TAL-QABDIET PERMISSIBBLI
Artikolu 5
Stabbiliment tat-TACs
1. Kull sena, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni dwar it-TACs għas-sena ta’ wara għall-istokkijiet tal-merluzz konċernati.
2. It-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz konċernati għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikoli 6 u 7.
Artikolu 6
Proċedura għall-istabbiliment tat-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz konċernati
1. Il-Kunsill għandu jadotta t-TAC għall-istokkijiet tal-merluzz konċernati li, skond evalwazzjoni xjentifika mwettqa mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), hija l-ogħla minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
it-TAC li l-applikazzjoni tagħha tirriżulta fi tnaqqis ta’ 10 % fir-rata ta’ mortalità tal-ħut fis-sena ta’ applikazzjoni tagħha meta mqabbla mar-rata ta’ mortalità tal-ħut stmata għas-sena preċedenti; |
|
(b) |
it-TAC li kieku twassal għal rata tal-mortalità tal-ħut definita fl-Artikolu 4. |
2. Fejn l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tirriżulta f’TAC li teċċedi t-TAC tas-sena preċedenti b’aktar minn 15 %, il-Kunsill għandu jadotta TAC li hija 15 % akbar mit-TAC ta’ dik is-sena.
3. Fejn l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tirriżulta f’TAC li hija aktar minn 15 % inqas mit-TAC tas-sena preċedenti, il-Kunsill għandu jadotta TAC li hija 15 % inqas mit-TAC ta’ dik is-sena.
4. Il-paragrafu 3 m’għandux japplika meta evalwazzjoni xjentifika mwettqa mill-STECF turi li r-rata tal-mortalità tal-ħut fis-sena ta’ applikazzjoni tat-TAC ser teċċedi valur ta’ 1 għal kull sena mill-etajiet ta’ 3 sa 6 snin għall-istokk tal-merluzz fiż-Żona A jew valur ta’ 0,6 kull sena għall-etajiet ta’ bejn 4 u 7 snin għall-istokk tal-merluzz fiż-Żoni B u Ċ.
Artikolu 7
Deroga
B’deroga mill-Artikolu 6, il-Kunsill jista’, meta huwa jikkunsidra li jkun xieraq, jadotta TAC li huwa aktar baxx mit-TAC li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6.
KAPITOLU IV
LIMITAZZJONI FUQ L-ISFORZ TA’ SAJD
Artikolu 8
Proċedura għall-iffissar ta’ perijodi meta hu permess sajd b’ċerti tipi ta’ rkaptu
1. Il-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu projbiti milli jistadu bit-tkarkir, bit-tartaruni jew b’irkaptu simili ta’ malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 90 mm, b’għeżul mitfugħa fil-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti ta’ malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 90 mm, b’konzijiet mitfugħa fil-qiegħ, xlief twil minbarra l-lenez tal-mitlaq, is-siegli taż-żonda u xlief maħdum mid-dories:
|
(a) |
mill-1 sat-30 ta’ April fiż-Żona A, u |
|
(b) |
mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu fiż-Żona B. |
2. Meta jsir sajd bil-lenez tal-mitlaq m’għandu jinżamm l-ebda merluzz abbord.
3. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi kull sena b’maġġoranza kwalifikata dwar in-numru massimu ta’ jiem nieqsa mill-port barra l-perijodi speċifikati fil-paragrafu 1 fis-sena ta’ wara meta jkun permess sajd bl-irkaptu msemmi fil-paragrafu 1, skond ir-regoli mniżżla fil-paragrafi 4 u 5.
4. Fejn ir-rata ta’ mortalità tal-ħut għall-waħda mill-istokkijiet tal-merluzz konċernati kienet stmata mill-STECF li hija ta’ l-inqas 10 % akbar mir-rati minimi ta’ mortalità tal-ħut definiti fl-Artikolu 4, in-numru total ta’ jiem meta s-sajd bl-irkaptu msemmi fil-paragrafu 1 huwa permess għandu jitnaqqas b’10 % meta mqabbel man-numru total ta’ jiem permess fis-sena attwali.
5. Fejn ir-rata ta’ mortalità tal-ħut għall-waħda mill-istokkijiet tal-merluzz konċernata kienet stmata mill-STECF li hija ta’ l-inqas 10 % akbar mir-rata ta’ mortalità tal-ħut minima definita fl-Artikolu 4, in-numru total ta’ jiem meta s-sajd bl-irkaptu msemmi fil-paragrafu 1 huwa permess għandu jitnaqqas b’10 % meta mqabbel man-numru total ta’ ġranet permess fis-sena kurrenti, immultiplikat bir-rata ta’ mortalità tas-sajd minima definita fl-Artikolu 4 diviża bir-rata ta’ mortalità tas-sajd stmata mill-STECF.
6. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, bastimenti tas-sajd b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru għandhom ikunu permessi jużaw sa ħamest ijiem kull xahar diviżi f’perijodi ta’ mill-anqas jumejn konsekuttivi min-numru massimu ta’ ġranet neqsin minn port li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 3-5 matul il-perijodi magħluqa msemmija fil-paragrafu 1. Matul dawn il-ġranet, il-bastimenti tas-sajd jistgħu jgħaddsu x-xbieki tagħhom u jistadu mill-art mis-6 am tat-Tnejn sas-6 pm tal-Ġimgħa ta’ l-istess ġimgħa.
L-Artikolu 16 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-ewwel subparagrafu mingħajr ma jkollhom permess għas-sajd tal-merluzz.
7. Fuq it-talba tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli fuq il-website tagħhom jew jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha deskrizzjoni tas-sistema applikata biex tkun żgurata konformità mal-paragrafi 3, 4 u 5.
Artikolu 9
Restrizzjonijiet għas-sajd skond iż-żona
1. Għandu jkun projbit li jitwettqu kwalunkwe attivitajiet tas-sajd mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru fiż-żoni magħluqin bit-tgħaqqid b’linji ta’ rombu tal-pożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jitkejlu skond is-sistema tal-koordinati WGS84:
|
(a) |
Żona 1:
|
|
(b) |
Żona 2:
|
|
(ċ) |
Żona 3:
|
2. B’deroga mill-paragrafu 1, is-sajd b’għeżul mitfugħa fil-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti ta’ malji b’daqs ekwivalenti għal 157 mm jew aktar jew bil-lenez tal-mitlaq għandu jkun permess. L-ebda rkaptu ieħor m’għandu jinżamm abbord.
3. Meta jsir sajd bi kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ rkaptu definiti fil-paragrafu 2, m’għandu jinżamm l-ebda merluzz abbord.
KAPITOLU V
MONITORAĠĠ, SPEZZJONI U SORVELJANZA
Artikolu 10
Permess speċjali għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku
1. B’deroga mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94, il-bastimenti Komunitarji kollha b’tul globali daqs jew akbar minn tmien metri li jġorru abbord jew jużaw kwalunkwe rkaptu awtorizzat għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 għandu jkollhom permess speċjali għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku.
2. L-Istati Membri jistgħu joħorġu l-permess speċjali għas-sajd tal-merluzz imsemmi fil-paragrafu 1 biss lill-bastimenti Komunitarji li fl-2005 kellhom permess speċjali biex jistadu għall-merluzz fil-Baħar Baltiku skond il-punt 6.2.1 ta’ l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 27/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistipula għall-2005 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji u, għall-bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa l-limitazzjonijiet dwar il-qbid (10). Madankollu, Stat Membru jista’ joħroġ permess speċjali għas-sajd għall-merluzz għal bastiment Komunitarju, li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru, li m’għandux permess speċjali tas-sajd fl-2005 jekk dan jiżgura li almenu kapaċità ekwivalenti, imkejla f’kilowats (kW), tinżamm milli tistad fil-Baħar Baltiku bi kwalunkwe rkaptu msemmi fil-paragrafu 1.
3. Kull Stat Membru konċernat għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta’ bastimenti li għandhom permess speċjali għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u jagħmilha disponibbli fuq il-website uffiċjali tiegħu.
4. Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu/tagħha, li Stat Membru ħariġlu permess speċjali għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku, għandu jżomm kopja ta’ dan il-permess abbord il-bastiment tas-sajd.
Artikolu 11
Ġurnali ta’ abbord
1. B’deroga mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji kollha b’tul globali daqs jew akbar minn tmien metri għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord ta’ l-operazzjonijiet tagħhom skond l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-bastimenti tas-sajd b’tul globali bejn 8 u 10 metri li jkollhom abbord merluzz maqbud fiż-Żona Ċ għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kif stabbiliti fil-punt 2 ta’ l-Anness IV għar-Regolament (KEE) Nru 2807/83.
2. Għal bastimenti mgħammra b’VMS, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-informazzjoni rċevuta fiċ-ċentri għall-monitoraġġ tas-sajd (FMĊ) jikkorrispondi għall-attivitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord permezz tad-data VMS. Dawk l-ispezzjonijiet għandhom jiġu reġistrati f’forma li tinqara mill-kompjuter għal perijodu ta’ tliet snin.
3. Kull Stat Membru għandu jżomm u jagħmel disponibbli fil-website uffiċjali tiegħu d-dettalji ta’ kuntatt għall-preżentazzjoni tal-ġurnali ta’ abbord, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-iżbarki l-art u notifiki minn qabel kif speċifikat fl-Artikolu 17.
Artikolu 12
Reġistrazzjoni u trasmissjoni elettroniċi ta’ data dwar il-qabda
B’deroga mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2807/83 l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kaptan ta’ bastiment tas-sajd armat b’VMS biex jirrapporta l-informazzjoni meħtieġa fil-ġurnal ta’ abbord b’mezzi elettroniċi. L-informazzjoni għandha tiġi trasmessa lill-FMĊ ta’ l-Istat Membru tal-bandiera kuljum wara li l-operazzjoni tas-sajd ta’ dak il-jum kalendarju tkun intemmet. L-informazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord għandha tkun disponibbli fuq it-talba tal-FMĊ ta’ l-Istat kostali matul iż-żmien li fih il-bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet ta’ l-Istat kostali u fuq it-talba ta’ spezzjoni.
Artikolu 13
Reġistrar tad-Data dwar l-Isforz tas-Sajd
1. B’deroga mill-Artikolu 19b tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju, li jġorr abbord kwalunkwe mit-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament meta jħalli u jidħol il-port, jew meta jidħol jew iħalli l-Baħar Baltiku, għandu jittrasmetti rapport ta’ l-isforz li jkun fih l-informazzjoni li ġejja lill-FMĊ ta’ l-Istat Membru tal-bandiera:
|
(a) |
Meta jħalli l-port jew jidħol fil-Baħar Baltiku
|
|
(b) |
Meta jidħol il-port jew iħalli l-Baħar Baltiku
|
2. Il-punti (i) u (ii) tal-paragrafu 1(a) u l-paragrafu 1(b) m’għandhomx japplikaw għal bastimenti mgħammra b’VMS.
3. L-FMĊ ta’ l-Istat Membru tal-bandiera għandu jirreġistra r-rapport ta’ l-isforz fid-database kompjuterizzata tiegħu.
4. Fuq talba, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jipprovdi l-informazzjoni li tinsab fil-paragrafu 1 lill-Istat Membru kostali.
Artikolu 14
Monitoraġġ u Kontroll ta’ l-Isforz tas-Sajd
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera għandhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw il-konformità ma’:
|
(a) |
il-limiti ta’ l-isforz tas-sajd previsti fl-Artikolu 8. |
|
(b) |
ir-restrizzjonijiet fuq sajd previsti fl-Artikolu 9. |
Artikolu 15
Marġni ta’ tolleranza fil-ġurnal ta’ abbord
B’deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2807/83, il-marġni permess ta’ tolleranza fl-estimi tal-kwantitajiet, f’kilogrammi, ta’ ħut soġġetti għat-TAC li huma miżmuma abbord għandu jkun ta’ 10 % taċ-ċifra fil-ġurnal ta’ abbord minbarra għal merluzz f’liema każ il-marġini ta’ tolleranza għandu jkun ta’ 8 %.
Għal qabdiet meħuda fiż-Żona A u B li jiġu żbarkati mħalltin il-marġni ta’ tolleranza permess fl-istima tal-kwantitajiet għandu jkun ta’ 10 % tal-kwantità totali li tinżamm abbord.
Artikolu 16
Dħul jew Ħruġ minn Żoni Speċifiċi
1. Bastiment tas-sajd li jkollu permess speċjali għas-sajd tal-merluzz jista’ jistad biss f’waħda miż-Żoni A, B jew Ċ waqt vjaġġ tas-sajd wieħed.
2. Bastiment tas-sajd jista’ biss jibda l-attività tas-sajd f’ilmijiet Komunitarji f’waħda miż-Żoni A, B jew Ċ mingħajr merluzz abbord.
Jekk il-bastiment tas-sajd imur f’port, mingħajr ma jiżbarka l-ħut tiegħu, fiż-żona fejn kien qed jistad, il-bastiment jista’ jkompli l-attività tas-sajd tiegħu f’dik iż-żona bil-merluzz abbord.
3. Meta bastiment tas-sajd joħroġ minn waħda miż-Żoni A, B jew Ċ bil-merluzz abbord huwa għandu:
|
(a) |
imur direttament f’port barra miż-Żona fejn kien qed jistad u jiżbarka l-ħut l-art; |
|
(b) |
meta jħalli ż-Żona fejn il-bastiment ikun stad, tistiva x-xbieki skond il-kundizzjonijiet li ġejjin sabiex ma jkunux jistgħu jintużaw faċilment:
|
4. Permezz ta’ deroga għall-paragrafi 1, 2 u 3 bastiment tas-sajd jista’ jistad fiż-Żoni A u B matul vjaġġ tas-sajd wieħed u jista’ jibda attività ta’ sajd fi kwalunkwe żona biss b’anqas minn 150 kg ta’ merluzz abbord fis-sena 2008. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi biex jiżguraw kontroll effettiv. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar dawn il-miżuri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2008.
Artikolu 17
Notifika minn qabel
1. Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li jkun ħiereġ minn Żona A, B jew Ċ b’aktar minn 300 kg ta’ piż ħaj ta’ merluzz abbord għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kostali li fih huwa jkun ser jiżbarka l-ħut, mhux inqas minn siegħa qabel ma jitlaq miż-Żona, b’dan li ġej:
|
(a) |
il-ħin u l-pożizzjoni tal-ħruġ; |
|
(b) |
il-kwantitajiet ta’ merluzz u l-piż totali ta’ speċi oħra f’piż ħaj miżmuma abbord; |
|
(ċ) |
isem il-post ta’ l-iżbark; |
|
(d) |
il-ħin stmat tal-wasla fil-post ta’ l-iżbark, |
L-Istat Kostali għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera dwar l-iżbark.
2. Meta bastiment tas-sajd Komunitarju jkun bi ħsiebu jidħol f’port fiż-żona fejn kien qed jistad b’iktar minn 300 kg ta’ piż ħaj ta’ merluzz abbord, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kostali u lill-Istat Kostali għandu jinnotifika lill-istat tal-bandiera mill-inqas siegħa qabel jidħol fil-port bl-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1(b), (ċ) u (d).
3. Il-preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) m’għandhiex tapplika għal bastimenti soġġetti għall-Artikolu 12.
4. Il-paragrafu 1 (a) m’għandux japplika għal bastimenti mgħammra b’VMS.
5. In-notifika prevista fil-paragrafi 1 u 2 tista’ ssir ukoll minn rappreżentant tal-kaptan tal-bastiment tas-sajd Komunitarju.
Artikolu 18
Portijiet magħżulin
1. Meta bastiment iżomm aktar minn 750 kilogramm ta’ merluzz f’piż ħaj, il-merluzz jista’ jiġi żbarkat esklussivament f’portijiet magħżulin.
2. Kull Stat Membru jista’ jagħżel il-portijiet li fihom għandha tiġi żbarkata kwalunkwe kwantità ta’ piż ħaj ta’ merluzz Baltiku ta’ aktar minn 750 kilogramm.
3. Sa l-10 ta’ Ottubru, kull Stat Membru li jkun stabbilixxa lista ta’ portijiet magħżulin, għandu jżomm u jkollu disponibbli fil-website uffiċjali tiegħu lista ta’ portijiet magħżulin.
Artikolu 19
Użin ta’ merluzz li jiġi żbarkat l-ewwel
Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd għandu jiżgura li kwalunkwe kwantità ta’ merluzz maqbud fil-Baħar Baltiku u li jiġi żbarkat f’port Komunitarju għandu jintiżen qabel jinbiegħ jew qabel jiġi trasportat x’imkien ieħor mill-port ta’ l-iżbark. Il-miżien li jintuża għall-użin għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Iċ-ċifra li tirriżulta mill-użin għandha tintuża għad-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.
Artikolu 20
Punti ta’ referenza għall-Ispezzjoni
Kull Stat Membru tal-Baħar Baltiku għandu jiffissa punti ta’ referenza speċifiċi għall-ispezzjoni. Tali punti ta’ referenza għandhom jiġu riveduti perjodikalment wara li tkun saret analiżi tar-riżultati miksubin. Il-punti ta’ referenza għall-ispezzjoni għandhom jevolvu progressivament sakemm jilħqu l-punti ta’ referenza ta’ mira definiti fl-Anness I.
Artikolu 21
Projbizzjoni ta’ transitu u trasbord
1. It-transitu fiż-żoni magħluqin għas-sajd tal-merluzz huwa projbit għajr jekk l-irkaptu tas-sajd abbord ikun marbut u stivat b’mod sigur skond il-punt (b) ta’ l-Artikolu 16(3).
2. It-trasbord tal-merluzz huwa projbit.
Artikolu 22
Trasport ta’ merluzz Baltiku
B’deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd li jkollu tul globali daqs jew aktar minn tmien metri, għandu jimla dikjarazzjoni ta’ żbark meta l-ħut jiġi trasportat għal post ieħor minbarra dak ta’ l-iżbark.
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, id-dikjarazzjoni ta’ żbark għandha takkumpanja d-dokumenti ta’ trasport previsti fl-Artikolu 13(1) ta’ dak ir-Regolament b’pertinenza għall-kwantitajiet trasportati. L-eżenzjoni prevista fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(4) ta’ dak ir-Regolament m’għandhiex tapplika.
Artikolu 23
Sorveljanza konġunta u skambju ta’ spetturi
L-Istati Membri konċernati għandhom jimpenjaw ruħhom f’attivitajiet ta’ spezzjoni u sorveljanza konġunti.
Artikolu 24
Programmi nazzjonali ta’ azzjoni għall-kontroll
1. L-Istati Membri tal-Baħar Baltiku għandhom jiddefinixxu programmi nazzjonali ta’ azzjoni għall-kontroll għall-Baħar Baltiku skond l-Anness II.
2. L-Istati Membri għandhom jistipulaw punti speċifiċi ta’ referenza skond l-Anness I. Tali punti ta’ referenza għandhom jiġu riveduti perjodikalment wara li tkun saret analiżi tar-riżultati miksubin. Il-punti ta’ referenza għall-ispezzjoni għandhom jevolvu progressivament sakemm jilħqu l-punti ta’ referenza ta’ mira definiti fl-Anness I.
3. Qabel il-31 ta’ Jannar kull sena, l-Istati Membri tal-Baħar Baltiku għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni u Stati Membri oħra madwar il-Baħar Baltiku fil-website uffiċjali tagħhom il-programmi nazzjonali ta’ azzjoni għall-kontroll kif imsemmi fil-paragrafu 1, flimkien ma’ skeda ta’ implimentazzjoni.
4. Mill-inqas darba f’sena, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħa tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akwakoltura biex tevalwa l-konformità ma’ u r-riżultati mal-programmi nazzjonali ta’ azzjoni għall-kontroll ta’ l-istokkijiet ta’ merluzz fil-Baħar Baltiku.
Artikolu 25
Programm ta’ monitoraġġ speċifiku
B’deroga mill-ħames subparagrafu ta’ l-Artikolu 34ċ(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-programm ta’ kontroll u spezzjoni speċifiku għall-istokkijiet ta’ merluzz konċernati jista’ jdum aktar minn tliet snin.
KAPITOLU VI
SEGWITU
Artikolu 26
Evalwazzjoni tal-pjan
1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ parir mill-STECF u mill-Kunsill Konsultatttiv Reġjonali Baltiku (RAC), tevalwa l-impatt tal-miżuri ta’ ġestjoni fuq l-istokkijiet konċernati u fuq is-sajd li jisfrutta dawn l-istokkijiet fit-tielet sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u f’kull waħda mis-snin ta’ wara.
2. Il-Kummissjoni għandha tieħu parir xjentifiku mill-STECF dwar ir-rata ta’ progress lejn il-miri speċifikati fl-Artikolu 4 fit-tielet sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u kull tielet sena suċċessiva ta’ l-applikazzjoni tiegħu. Fejn il-parir jindika li x’aktarx il-miri ma jintlaħqux, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata dwar proposta mill-Kummissjoni dwar miżuri addizzjonali u/jew alternattivi meħtieġa biex jiġi żgurat li l-objettivi jintlaħqu.
Artikolu 27
Reviżjoni ta’ rati minimi ta’ mortalità tas-sajd
Fejn il-Kummissjoni, abbażi ta’ parir mill-STECF, issib li r-rati minimi ta’ mortalità tas-sajd imniżżla fl-Artikolu 4 ma jaqblux ma’ l-objettivi tal-pjan ta’ ġestjoni, il-Kunsill għandu, abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata dwar rati minimi ta’ mortalità tas-sajd riveduti li jkunu skond l-objettiv.
Artikolu 28
Fond Ewropew tas-Sajd
Matul l-ewwel tliet snin ta’ l-applikazzjoni tiegħu, il-pjan pluriennali għandu jitqies bħala pjan ta’ rkupru fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u għall-fini ta’ l-Artikolu 21(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.
Artikolu 29
Suddiviżjonijiet ta’ l-ICES 27 u 28
1. Kull sena u mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru, l-Istati Membri li jistadu fiż-Żona B għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport tal-qabdiet u tal-qabdiet sekondarji kollha tal-merluzz matul it-tnax-il xahar preċedenti fiż-Żona B kif ukoll l-iskart ta’ dik l-ispeċi speċifikata skond is-Suddiviżjoni ta’ l-ICES u t-tipi ta’ tagħmir imsemmija fl-Artikolu 8(1).
2. Kull sena u mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u abbażi tar-rapport mill-Istati Membri msemmi fil-paragrafu 1 u l-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd li teskludi s-Suddiviżjonijiet ta’ l-ICES 27 u/jew 28.2 mir-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8 (1)(b), 3, 4 u 5 u l-Artikolu 13 jekk ikun hemm evidenza li l-qabdiet tal-merluzz f’dawn is-Suddiviżjonijiet ta’ l-ICES huma anqas minn 3 % tal-qabdiet totali ta’ merluzz fiż-Żona B.
3. L-esklużjoni tas-Suddiviżjonijiet ta’ l-ICES 27 u/jew 28.2 għandha tieħu effett mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara.
4. L-Artikolu 8 (1)(b), 3, 4 u 5 m’għandux japplika għas-Suddiviżjoni ta’ l-ICES 28.1. Madankollu, jekk ikun hemm evidenza li l-qabdiet ta’ merluzz huma ogħla minn 1,5 % tal-qabdiet totali tal-merluzz fiż-Żona B, l-Artikolu 8 paragrafi (1)(b), 3, 4 u 5 għandu japplika u l-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu huma applikabbli.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 30
Revoka
1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/97 huwa hawnhekk irrevokat.
2. Il-paragrafu 1a ta’ l-Artikolu 19a tar-Regolament (KEE) Nru 2847/923 huwa b’dan revokat.
Artikolu 31
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PEREIRA
(1) Opinjoni tas-7 ta’ Ġunju 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(4) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).
(5) ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1804/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 10).
(6) ĠU L 113, 30.4.1997, p. 1.
(7) ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.
(8) ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2005 (ĠU L 74, 19.3.2005, p. 5).
(9) ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.
(10) ĠU L 12, 14.1.2005, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1936/2005 (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 1).
ANNESS I
PUNTI TA’ REFERENZA SPEĊIFIĊI GĦALL-ISPEZZJONI
Objettiv
|
1. |
Kull Stat Membru għandu jistipula punti ta’ referenza speċifiċi għall-ispezzjoni skond dan l-Anness. |
Strateġija
|
2. |
L-ispezzjoni u s-sorveljanza ta’ l-attivitajiet tas-sajd għandhom jikkonċentraw fuq bastimenti li x’aktarx jistadu għall-merluzz. Spezzjonijiet każwali tat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-merluzz għandhom jintużaw bħala mekkaniżmu komplimentari ta’ konferma biex jiċċekkja l-effettività ta’ l-ispezzjoni u s-sorveljanza. |
Prijoritajiet
|
3. |
Tipi differenti ta’ rkaptu għandhom ikunu soġġetti għal livelli differenti ta’ prijoritizzazzjoni skond il-punt sa fejn il-flotot ikunu affettwati mil-limiti fuq l-opportunitajiet tas-sajd. Minħabba f’hekk, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi. |
Punti ta’ referenza fil-mira
|
4. |
Mhux aktar tard minn xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iskedi ta’ spezzjoni tagħhom filwaqt li jqisu l-miri stabbiliti hawn taħt.
L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw u jiddeskrivu liema strateġija ta’ teħid ta’ kampjuni għandha tiġi applikata. Fuq talba, il-Kummissjoni jista’ jkollha aċċess għall-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni li jintuża mill-Istat Membru. |
(a) Livell ta’ spezzjoni fil-portijiet
B’regola ġenerali, l-eżattezza li għandha tintlaħaq għandha tkun għallinqas ekwivalenti għal dak li jinkiseb minn metodu sempliċi każwali għat-teħid tal-kampjuni, fejn l-ispezzjonijiet għandhom ikopru 20 % ta’ l-iżbarkar kollu tal-merluzz fi Stat Membru.
(b) Livell ta’ spezzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni
Spezzjoni ta’ 5 % tal-kwantitajiet ta’ merluzz offruti għall-bejgħ bl-irkant.
(ċ) Livell ta’ spezzjoni fuq il-baħar
Punt ta’ referenza flessibbli: għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljat ta’ l-attività tas-sajd f’kull żona. Il-punti ta’ referenza fuq il-baħar għandhom jirreferu n-numru ta’ jiem ta’ għassa fuq il-baħar fiż-żoni tal-ġestjoni tal-merluzz, possibbilment b’punt ta’ referenza separat għal jiem ta’ sorveljanza fiż-Żoni speċifiċi.
(d) Livell ta’ sorveljanza mill-ajru
Punt ta’ referenza flessibbli: għandu jiġu stabbilit wara analiżi dettaljata ta’ l-attività tas-sajd imwettqa f’kull żona u filwaqt li jitqiesu r-riżorsi disponibbli għall-Istati Membri.
ANNESS II
KONTENUT TAL-PROGRAMMI NAZZJONALI TA’ AZZJONI GĦALL-KONTROLL
Programmi nazzjonali ta’ azzjoni għall-kontroll għandhom jimmiraw, inter alia, li jispeċifikaw dan li ġej.
1. MEZZI TA’ KONTROLL
Riżorsi umani
|
1.1. |
In-numru ta’ spetturi fuq l-art u fuq il-baħar u l-perjodi u ż-żoni fejn ser jiġu mobilizzati. |
Riżorsi tekniċi
|
1.2. |
In-numru ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru għas-sorveljanza u l-perijodi u ż-żoni fejn ser jiġu mobilizzati. |
Riżorsi finanzjarji
|
1.3. |
L-allokazzjoni tal-baġit għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi umani, il-bastimenti u l-inġenji ta’ l-ajru għas-sorveljanza. |
2. REĠISTRAZZJONI U RAPPORTAR ELETTRONIKU TA’ INFORMAZZJONI MARBUTA MA’ L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD
Deskrizzjoni tas-sistemi implimentati biex jiżguraw konformità ma’ l-Artikoli 13, 14, 15 u 18.
3. GĦAŻLA TA’ PORTIJIET
Fejn rilevanti, lista tal-portijiet magħżulin għall-iżbarkar tal-merluzz skond l-Artikolu 19.
4. DĦUL JEW ĦRUĠ MINN ŻONI SPEĊIFIĊI.
Deskrizzjoni tas-sistemi implimentati biex jiżguraw konformità ma’ l-Artikolu 17.
5. KONTROLL TA’ ŻBARKAR L-ART
Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe faċilità u/jew sistemi implimentati biex tiġi żgurata konformità mad-disposizzjonijiet fl-Artikoli 12, 16, 20, 22 u 23.
6. PROĊEDURI TA’ SPEZZJONI
Il-programmi nazzjonali ta’ azzjoni għall-kontroll għandhom jispeċifikaw il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti:
|
(a) |
waqt li jsiru spezzjonijiet fuq il-baħar u fl-art; |
|
(b) |
għall-komunikazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti magħżulin minn Stati Membri oħra bħala responsabbli għall-programm nazzjonali ta’ azzjoni għall-kontroll tal-merluzz; |
|
(c) |
għas-sorveljanza u l-iskambju ta’ spetturi, inkluż l-ispeċifikazzjoni tas-setgħat u l-awtorità ta’ spetturi li joperaw f’ilmijiet ta’ Stati Membri oħra. |
|
22.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/11 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1099/2007
tat-18 ta’ Settembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 601/2004 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta’ l-Antartiku
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 601/2004 (2) jimplimenta ċerti miżuri ta’ konservazzjoni adottati mill-Kummissjoni għall-Konservazzjoni ta’ Riżorsi Marittimi Ħajjin ta’ l-Antartiku, minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala “CCAMLR”. |
|
(2) |
Fit-tielet u għoxrin, fir-raba’ u għoxrin u fil-ħames u għoxrin laqgħat annwali tagħha f’Novembru 2004, 2005 u 2006, il-CCAMLR adottat numru ta’ emendi għall-miżuri ta’ konservazzjoni sabiex, fost l-oħrajn, jittejbu l-ħtiġiet tal-liċenzjar, jitħares l-ambjent, tittejjeb ir-riċerka xjentifika dwar id-Dissostichus spp. kif ukoll jiġu miġġielda l-attivitajiet tas-sajd illegali. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 601/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 601/2004 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni, bi trażmissjoni bil-kompjuter, fi żmien tlett ijiem mid-data tal-ħruġ tal-permess imsemmi fil-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja li tikkonċerna d-dgħajsa koperta bil-permess:
L-Istati Membri għandhom, safejn huwa prattikabbli, jgħaddu wkoll lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja dwar id-dgħajjes awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-CCAMLR:
Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti tali informazzjoni mingħajr dewmien lis-Segretarjat tal-CCAMLR.” |
|
(2) |
L-Artikolu 4(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “3. Kull Stat Membru għandu jivverifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 mad-data li tkun waslet permezz tas-sistemi VMS li jitħaddmu abbord dgħajjes tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera tiegħu. Hu għandu jittrażmetti d-data VMS lis-Segretarjat tas-CCAMLR bi trażmissjoni bil-kompjuter fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħha, b’ mod kunfidenzjali skond ir-regoli tal-kunfidenzjalità stabbiliti mis-CCAMLR.” |
|
(3) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 5a Notifiki ta’ intenzjoni ta’ parteċipazzjoni fis-sajd għall-krill Il-Partijiet Kontraenti kollha li bi ħsiebhom jistadu għall-krill fiż-żona tal-Konvenzjoni għandhom jinnotifikaw lis-Segretarjat bl-intenzjoni tagħhom mhux inqas minn xhur minn qabel il-laqgħa annwali regolari tal-CCAMLR, immedjatament qabel l-istaġun li fih bi ħsiebhom jistadu.” |
|
(4) |
L-Artikolu 6(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba’ xhur minn qabel il-laqgħa annwali tal-CCAMLR bl-intenzjoni ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li jiżviluppa sajd ġdid fiż-żona tal-Konvenzjoni. L-Istat Membru m’għandux jibda sajd ġdid sakemm jitwettaq il-proċess stabbilit mis-CCAMLR, għall-eżaminazzjoni tas-sajd. In-notifika għandha tkun akkumpanjata b’kemm jista’ jkun mill-informazzjoni li ġejja li l-Istat Membru jista’ jipprovdi:
|
|
(5) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 7a Ħtiġiet speċjali għas-sajd esploratorju Dgħajjes tas-sajd li jipparteċipaw f’sajd esploratorju għandhom ikunu suġġetti għall-ħtiġiet addizzjonali li ġejjin:
Artikolu 7b Programm ta’ tikkettar 1. Kull bastiment tas-sajd li jipparteċipa fis-sajd esploratorju għandu jimplimenta programm ta’ tikkettar (tagging) kif ġej:
2. Toothfish li huma ttikkettati u meħlusa m’għandhomx jinqatgħu mil-limiti tal-qabda.” |
|
(6) |
L-Artikolu 9(4) għandu jiġi sostitwiti b’dan li ġej: “4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill CCAMLR, b’kopja lill-Kummissjoni, bi trażmissjoni bil-kompjuter, mill-anqas fi żmien tlett ijiem mid-data tat-tmiem ta’ kull perijodu ta’ rapportaġġ, tar-rapport tal-qabda u l-isforz trażmess minn kull bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tagħhom u rreġistrat fil-Komunità. Kull rapport tal-qabda u ta’ l-isforz għandu jispeċifika l-perijodu ta’ rapportaġġ tal-qabda kkonċernata.” |
|
(7) |
L-Artikolu 9(5) għandu jitħassar. |
|
(8) |
L-Artikolu 13(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “4. L-Istati Membri għandhom jittrażmetti d-data msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 lill-CCAMLR fit-tmiem ta’ kull xahar kalendarju, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni.” |
|
(9) |
L-Artikolu 14(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “4. Fi tmiem kull xahar, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu n-notifika li jkunu rċevew lill-CCAMLR.” |
|
(10) |
L-Artikolu 16(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-CCAMLR, sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, bil-qabdiet totali għas-sena preċedenti miġbura mid-dgħajjes tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera tagħhom, imqassma skond id-dgħajsa, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni.” |
|
(11) |
L-Artikolu 17(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jgħaqqdu d-data dwar qabdiet u sforzi ta’ skala żgħira b’rettangolu ta’ 10 × 10 mili nawtiċi u b’perijodu ta’ 10 t’ijiem, u jittrażmettu din id-data lill-CCAMLR sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni.” |
|
(12) |
L-Artikolu 18(1) u (2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. Id-dgħajjes tas-sajd Komunitarji għas-sajd tal-granċi fis-subżona statistika 48.3 tal-FAO, għandhom jittrażmettu lill-CCAMLR, sal-25 ta’ Settembru ta’ kull sena, id-data li tikkonċerna l-attivitajiet tas-sajd u tal-qabdiet tal-granċi li jkunu saru qabel il-31 ta’ Awwissu ta’ dik is-sena, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni. 2. Id-data li tikkonċerna l-qabdiet mill-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena għandha tiġi trażmessa lill-CCAMLR fi żmien xahrejn mid-data ta’ l-għeluq tas-sajd, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni.” |
|
(13) |
L-Artikolu 19(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. Id-dgħajjes tas-sajd Komunitarji għas-sajd tal-klamari (Martialia hyadesi) fis-subżona statistika 48.3 tal-FAO għandhom jittrażmettu lill-CCAMLR, sal-25 ta’ Settembru ta’ kull sena, id-data dwar qabdiet u sforzi ta’ skala żgħira għal dak is-sajd, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni. Id-data għandha tinkludi n-numru ta’ għasafar tal-baħar u mammiferi marini maqbugħda u meħlusa jew maqtula.” |
|
(14) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 26a Rappurtar ta’ avvistamenti ta’ dgħajjes 1. Fil-każ li l-kaptan ta’ bastiment tas-sajd liċenzjat jilmaħ bastiment tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni, il-kaptan għandu, fejn ikun possibbli, jirreġistra kemm jista’ jkun informazzjoni dwar kull avvistament bħal dan, inklużi:
2. Il-kaptan għandu jibgħat, malajr kemm jista’ jkun, rapport bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istat tal-bandiera tiegħu. L-Istat tal-Bandiera għandu jressaq kwalunkwe rapporti bħal dawn lis-Segretarjat tal-CCAMLR jekk id-dgħajsa avvistata tkun involuta f’attivitajiet IUU skond l-istandards tal-CCAMLR.” |
|
(15) |
L-Artikolu 28(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, bastiment ta’ Parti Kontraenti jista’ jitqies li jkun wettaq attivitajiet IUU bi ħsara għall-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-CCAMLR meta dan ikun:
|
|
(16) |
L-Artikolu 30(1) u (2) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa skond il-liġi nazzjonali u Komunitarja, sabiex:
2. L-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti
|
|
(17) |
L-Artikolu 31 għandu jiġi sostitwit: “Artikolu 31 Skema għall-promozzjoni tal-konformità miċ-ċittadini mal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-CCAMLR 1. Mingħajr preġudizzju għall-prevalenza tar-responsabbiltà ta’ l-Istat tal-Bandiera, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa, suġġetti għal u f’konformità mal-liġijiet u r-regoli applikabbli tagħhom, ta’:
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapporti lis-Segretarjat tal-CCAMLR u l-Partijiet Kontraenti u l-Partijiet Mhux Kontraenti li qed jikkoperaw mal-CCAMLR, għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Iskema ta’ Dokumentazzjoni tal-Qabda għad-Dissostichus spp., fuq l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda skond paragrafu 1, f’waqthom, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni, sabiex jassistu fl-implimentazzjoni ta’ din il-miżura ta’ konservazzjoni.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PEREIRA
(1) Opinjoni mogħtija fl-10 ta’ Lulju 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
|
22.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/17 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1100/2007
tat-18 ta’ Settembru 2007
li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru ta’ l-istokk tas-sallura Ewropea
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ Lulju 2004, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jikkonċernaw il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew, ta’ l-1 ta’ Ottubru 2003, dwar l-iżvilupp ta’ Pjan ta’ Azzjoni Komunitarju għall-Ġestjoni tas-Sallura Ewropea (2), li nkludew talba lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti għall-ġestjoni tas-sallur fl-Ewropa fuq terminu twil. |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Novembru 2005 l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li ssejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta immedjatament proposta għal regolament għall-irkupru ta’ stokk tas-sallura Ewropea. |
|
(3) |
L-aħħar avviż xjentifiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (KIEB) li jikkonċerna s-sallura Ewropea huwa li l-istokk jinsab ’il barra mil-limiti bijoloġiċi siguri u li s-sajd attwali mhuwiex sostenibbli. Il-KIEB jirrakkomanda li jiġi żviluppat pjan ta’ rkupru għall-istokk kollu tas-sallura Ewropea bħala kwistjoni ta’ urġenza u li jiġu mnaqqsa kemm jista’ jkun l-isfruttament u l-attivitajiet oħra tal-bniedem li jolqtu s-sajd jew l-istokk. |
|
(4) |
Hemm kondizzjonijiet u ħtiġijiet diversi fil-Komunità li jeħtieġu soluzzjonijiet speċifiċi differenti. Dik id-diversità għandha tiġi meqjusa fl-ippjanar u fl-eżekuzzjoni ta’ miżuri sabiex jiġu żgurati protezzjoni u użu sostenibbli tal-popolazzjoni tas-sallura Ewropea. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu viċin kemm jista’ jkun il-postijiet fejn is-sallura qed jiġu sfruttati. Għandha tingħata prijorità lill-azzjoni li ssir mill-Istati Membri permezz tat-tfassil ta’ Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura aġġustati għall-kundizzjonijiet reġjonali u lokali. |
|
(5) |
Id-Direttiva 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (3) u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (4) huma maħsuba, inter alia, sabiex jipproteġu, jikkonservaw u jsaħħu l-ambjent akkwatiku fejn is-sallur iqatta’ parti miċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu u huwa meħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm koordinazzjoni u konsistenza bejn il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u dawk meħuda taħt id-Direttivi msemmija hawn fuq. B’mod partikolari, il-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura għandhom ikopru baċini ta’ xmajjar definiti skond id-Direttiva 2000/60/KE. |
|
(6) |
Is-suċċess ta’ miżuri għall-irkupru ta’ l-istokk ta’ sallura Ewropea jiddipendi minn kooperazzjoni mill-qrib u azzjoni koerenti fil-livelli ta’ Komunità, ta’ Stat Membru u lokali u reġjonali kif ukoll minn informazzjoni, konsultazzjoni u involviment tas-setturi pubbliċi involuti. Għal dan il-għan, l-appoġġ mill-Fond Ewropew tas-Sajd jista’ jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effettiva tal-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura. |
|
(7) |
Jekk il-baċini ta’ xmajjar fit-territorju nazzjonali ta’ Stat Membru ma jistgħux jiġu identifikati u definiti bħala li jikkostitwixxu habitat naturali għas-sallura Ewropea, għandu jkun possibbli għal dak l-Istat Membru li jiġi eżentat mill-obbligu li jipprepara Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri għall-irkupru tas-sallura huma effettivi u ekwi, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jidentifikaw il-miżuri li bi ħsiebhom jieħdu u ż-żoni li għandhom jiġu koperti, li din l-informazzjoni tiġi komunikata b’mod wiesa’, u li tiġi evalwata l-effikaċja tal-miżuri. |
|
(9) |
Il-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni abbażi ta’ evalwazzjoni teknika u xjentifika mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STEFC). |
|
(10) |
F’baċin ta’ xmara fejn is-sajd u l-attivitajiet l-oħra tal-bniedem li jolqtu s-sallura jistgħu ikollhom effetti transkonfinali, il-programmi u l-miżuri kollha għandhom ikunu kkoordinati għall-baċin ta’ xmara rilevanti kollu. Madankollu, il-koordinazzjoni m’għandhiex isseħħ b’dannu għall-introduzzjoni rapida tal-partijiet nazzjonali tal-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura. Għall-baċini ta’ xmajjar li jestendu lil hinn mill-konfini tal-Komunità, il-Komunità għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura koordinazzjoni xierqa mal-pajjiżi terzi kkonċernati. |
|
(11) |
Fil-kuntest ta’ koordinazzjoni transkonfinali, kemm fi ħdan il-Komunità kif ukoll barra minnha, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-Baħar Baltiku u għall-ilmijiet kostali Ewropej li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE. Madankollu, il-ħtieġa għal tali koordinazzjoni m’għandhiex tipprevjeni li tittieħed azzjoni urġenti mill-Istati Membri. |
|
(12) |
Għandhom għalhekk jiġu implimentati miżuri speċjali sabiex jiżdied in-numru ta’ sallura ta’ tul inqas minn 12 cm rilaxxati f’ilmijiet Ewropej kif ukoll għat-trasferiment ta’ sallura ta’ tul inqas minn 20 cm għall-iskop ta’ riforniment bħala parti mill-Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura. |
|
(13) |
Sal-31 ta’ Lulju 2013, 60 % tas-sallura ta’ tul inqas minn 12 cm maqbuda kull sena għandhom jiġu riservati għar-riforniment. L-evoluzzjoni tal-prezzijiet tas-suq tas-sallura ta’ tul inqas minn 12 cm għandha tiġi monitorjata kull sena. Fil-każ ta’ deklin sinifikanti fil-prezzijiet tas-suq medji għas-sallura ta’ tul inqas minn 12 cm użata għar-riforniment f’baċini tax-xmara tas-sallura kif definit mill-Istati Membri, meta mqabbel mal-prezz tas-sallura ta’ tul inqas minn 12 cm użata għal skopijiet oħra, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tieħu l-miżuri xierqa li jistgħu jinkludu tnaqqis temporanju fil-perċentwali tas-sallura ta’ tul inqas minn 12 cm li jridu jiġu riservati għar-riforniment. |
|
(14) |
Il-qabdiet ta’ sallura f’ilmijiet Komunitarji min-naħa li tagħti għall-baħar tal-konfini tal-baċini tax-xmara tas-sallura definiti mill-Istati Membri bħala li jikkostitwixxu habitat naturali tas-sallura għandhom jitnaqqsu gradwalment permezz tat-tnaqqis fl-isforz tas-sajd jew fil-qabdiet b’mill-inqas 50 % bbażat fuq l-isforz tas-sajd jew il-qabdiet medji fis-snin 2004 sa 2006. |
|
(15) |
Abbażi ta’ informazzjoni li għandha tiġi provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport dwar l-eżitu ta’ l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura u jekk meħtieġ tipproponi kwalunkwe miżura adatta sabiex jinkiseb, bi probabbiltà kbira, l-irkupru tas-sallura Ewropea. |
|
(16) |
Għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri sistema ta’ kontroll u monitoraġġ adattata għaċ-ċirkostanzi u għall-qafas legali diġà applikabbli għas-sajd intern b’konsistenza mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (5). F’dan il-kuntest l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċerti informazzjoni u estimi li jikkonċernaw is-sajd kummerċjali u dak rikreattiv sabiex jekk ikun meħtieġ jiġu appoġġati r-rapportar u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura kif ukoll il-miżuri ta’ kontroll u ta’ infurzar. L-Istati Membri għandhom barra minn hekk jieħdu miżuri sabiex jiżguraw il-kontroll u l-infurzar ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-sallura, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli ta’ l-istokk tas-sallura Ewropea ta’ l-ispeċi Anguilla anguilla f’ilmijiet Komunitarji, f’laguni mal-kosta, fl-estwarji, u fi xmajjar u ilmijiet interni komunikanti ta’ l-Istati Membri li jiffluwixxu fl-ibħra fiż-żoni ICES III, IV, VI, VII, VIII, IX jew fil-Baħar Mediterran.
2. Fir-rigward tal-Baħar l-Iswed u s-sistemi ta’ xmajjar konnessi miegħu, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (6), wara li tikkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd sal-31 ta’ Diċembru 2007 dwar jekk dawn l-ilmijiet jikkostitwixxux habitats naturali għas-sallura Ewropea skond l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-miżuri taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati u implimentati mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi 92/43/KEE u 2000/60/KE.
Artikolu 2
Stabbiliment ta’ Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura
1. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jiddefinixxu l-baċini ta’ xmajjar individwali li jinsabu fit-territorju nazzjonali tagħhom li jikkostitwixxu habitats naturali għas-sallura Ewropea (“baċini ta’ xmajjar tas-sallura”) li jistgħu jinkludu ilmijiet marittimi. Jekk tiġi provduta ġustifikazzjoni adegwata, Stat Membru jista’ jagħżel it-territorju nazzjonali tiegħu kollu jew unità amministrattiva reġjonali eżistenti bħala baċin wieħed ta’ xmara tas-sallura.
2. Fid-definizzjoni ta’ baċini ta’ xmajjar tas-sallura, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-aktar konsiderazzjoni possibbli għall-arranġamenti amministrattivi msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/60/KE.
3. Għal kull baċin ta’ xmara tas-sallura definit taħt il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iħejju Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura.
4. L-objettiv ta’ kull Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura għandu jkun li jitnaqqsu l-mortalitajiet antropoġeniċi sabiex tiġi permessa l-ħarba għall-baħar bi probabbiltà għolja ta’ mill-inqas 40 % tal-bijomassa tas-sallura tal-fidda relattiva għall-aqwa stima ta’ ħarba li kienet teżisti kieku ebda influwenza antropoġenika ma kellha impatt fuq l-istokk. Il-Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura għandu jitħejja bl-iskop li jinkiseb dan l-objettiv għall-perijodu fit-tul.
5. Il-livell ta’ ħarba mmirat għandu jiġi determinat, b’kont meħud tad-data disponibbli għal kull baċin ta’ xmara tas-sallura, b’wieħed jew aktar minn dawn it-tliet modi li ġejjin:
|
(a) |
l-użu ta’ data miġbura fl-iktar perijodu adegwat qabel l-1980, sakemm din tkun disponibbli fi kwantità u kwalità suffiċjenti; |
|
(b) |
stima, ibbażata fuq il-habitat, ta’ produzzjoni potenzjali tas-sallura, fin-nuqqas ta’ fatturi antropoġeniċi ta’ mortalità; |
|
(ċ) |
b’referenza għall-ekoloġija u l-idrografija ta’ sistemi ta’ xmajjar simili. |
6. Kull Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura għandu jkun fih deskrizzjoni u analiżi tas-sitwazzjoni preżenti tal-popolazzjoni tas-sallura fil-baċin ta’ xmara tas-sallura u jorbotha mal-livell ta’ ħarba mmirat stabbilit fil-paragrafu 4.
7. Kull Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura għandu jkun fih miżuri sabiex jiġi milħuq, sorveljat u verifikat l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 4. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu l-mezzi skond il-kondizzjonijiet lokali u reġjonali.
8. Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura jista’ jkun fih, iżda ma jkunx limitat għal, il-miżuri li ġejjin:
|
— |
tnaqqis fl-attività tas-sajd kummerċjali, |
|
— |
restrizzjoni tas-sajd rikreattiv, |
|
— |
miżuri ta’ riforniment, |
|
— |
miżuri strutturali sabiex ix-xmajjar isiru passabbli u jitjiebu l-abitat tax-xmajjar, flimkien ma’ miżuri oħra ambjentali, |
|
— |
trasport ta’ sallura tal-fidda minn ilmijiet interni għal ilmijiet li minnhom jistgħu jaħarbu liberament għall-Baħar Sargassu, |
|
— |
miżuri kontra l-predaturi, |
|
— |
tifi temporanju ta’ turbini ta’ l-enerġija idro-elettrika, |
|
— |
miżuri relatati ma’ l-akkwakultura. |
9. Kull Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura għandu jkun fih skeda ta’ żmien għall-kisba tal-livell ta’ ħarba mmirat stabbilit fil-paragrafu 4, wara approċċ gradwali u skond livell ta’ reklutaġġ mistenni; għandu jinkludi miżuri li jiġu applikati sa mill-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura.
10. Fil-Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura, kull Stat Membru għandu jimplimenta miżuri adatti malajr kemm jista’ jkun għat-tnaqqis tal-mortalità tas-sallura kkawżata minn fatturi esterni għas-sajd, inklużi t-turbini idroelettriċi, il-pompi jew il-predaturi, sakemm dan ma jkunx meħtieġ għall-kisba ta’ l-objettiv tal-pjan.
11. Kull Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura għandu jinkludi deskrizzjoni tal-miżuri ta’ kontroll u ta’ infurzar li ser japplikaw f’ilmijiet diversi mill-ilmijiet marittimi Komunitarji skond l-Artikolu 10.
12. Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura għandu jikkostitwixxi pjan ta’ ġestjoni adottat fuq livell nazzjonali fil-qafas ta’ miżura ta’ konservazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 24(1)(v) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (7).
Artikolu 3
Eżenzjoni mill-obbligu li jitħejja Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura
1. Stat Membru jista’ jkun eżentat mill-obbligu li jħejji Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura jekk tingħata ġustifikazzjoni adegwata li baċini ta’ xmajjar jew ilmijiet marittimi li huma fit-territorju tiegħu ma jikkostitwixxux abitat naturali għas-sallura Ewropea.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008 talba għall-eżenzjoni mħejjija skond il-paragrafu 1.
3. Abbażi ta’ evalwazzjoni teknika u xjentifika mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd jew minn korpi xjentifiċi adegwati oħrajn, it-talba għall-eżenzjoni għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
4. Fejn il-Kummissjoni tapprova talba għal eżenzjoni, l-Artikolu 4 m’għandux japplika għall-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 4
Komunikazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008 l-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura ppreparati skond l-Artikolu 2.
2. Stat Membru li ma jkunx ippreżenta Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2008 għandu jnaqqas l-isforz tas-sajd b’mill-inqas 50 % relattivament għall-isforz medju magħmul mill-2004 sa l-2006 jew inaqqas l-isforz tas-sajd sabiex jiżgura tnaqqis fil-qabdiet ta’ sallura b’mill-inqas 50 % relattivament għall-qabda medja mill-2004 sa l-2006 billi jqassar l-istaġun tas-sajd għas-sallura jew b’mezzi oħrajn. Dan it-tnaqqis għandu jiġi implimentat mill-1 ta’ Jannar 2009.
3. It-tnaqqis fil-qabdiet stabbilit fil-paragrafu 2 jista’ jiġi sostitwit b’mod sħiħ jew parzjali b’miżuri immedjati li jikkonċernaw fatturi antropoġeniċi ta’ mortalità oħrajn, li jippermettu numru ta’ sallura tal-fidda migranti ekwivalenti għal dak li t-tnaqqis tal-qabdiet għandu jippermetti sabiex taħrab għall-baħar sabiex tbid.
Artikolu 5
Approvazzjoni u implimentazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura
1. Abbażi ta’ evalwazzjoni teknika u xjentifika mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd jew minn korpi xjentifiċi adegwati oħrajn, il-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
2. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura approvati mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 1 mill-1 ta’ Lulju 2009, jew l-aktar kmieni possibbli qabel dik id-data.
3. Mill-1 ta’ Lulju 2009, jew mid-data ta’ l-implimentazzjoni ta’ Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura qabel dik id-data, is-sajd għas-sallura ta’ l-ispeċi Anguilla anguilla għandu jkun permess matul is-sena kollha sakemm l-industrija tas-sajd tikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet u r-restrizzjonijiet stabbiliti fi Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura approvat mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 1.
4. Stat Membru li jkun ippreżenta Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura lill-Kummissjoni għal approvazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008, li ma jistax jiġi approvat mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 1, għandu jnaqqas l-isforz tas-sajd b’mill-inqas 50 % relattivament għall-isforz medju użat mill-2004 sa l-2006 jew inaqqas l-isforz tas-sajd sabiex jiżgura tnaqqis fil-qabdiet ta’ sallura b’mill-inqas 50 % relattivament għall-qabda medja mill-2004 sa l-2006, billi jqassar l-istaġun tas-sajd għas-sallura jew b’mezzi oħrajn. Dan it-tnaqqis għandu jiġi implimentat fi żmien tliet xhur mid-deċiżjoni li ma jiġix approvat il-pjan.
5. It-tnaqqis fil-qabdiet stabbilit fil-paragrafu 4 jista’ jiġi sostitwit b’mod sħiħ jew parzjali b’miżuri immedjati li jikkonċernaw fatturi antropoġeniċi ta’ mortalità oħrajn, li jippermettu numru ta’ sallura tal-fidda migranti ekwivalenti għal dak li t-tnaqqis tal-qabdiet jippermetti sabiex taħrab għall-baħar sabiex tbid.
6. F’każ li l-Kummisssjoni ma tistax tapprova Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura, l-Istat Membru jista’ jippreżenta pjan rivedut fi żmien 3 xhur mid-deċiżjoni li ma jiġix approvat il-pjan.
Il-Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura rivedut għandu jiġi approvat skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1. L-implimentazzjoni tat-tnaqqis fil-qabdiet stabbilit fil-paragrafu 4 m’għandhiex tapplika jekk ma jiġiix approvat pjan rivedut mill-Kummissjoni.
Artikolu 6
Pjanijiet Transkonfinali ta’ Ġestjoni tas-Sallura
1. Għall-baċini ta’ xmajjar tas-sallura li jestendu għat-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri involuti għandhom iħejju b’mod konġunt Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura.
Jekk il-koordinazzjoni tkun fil-periklu li tirriżulta f’tali dewmien li jsir impossibbli li l-Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura jiġi ppreżentat fil-ħin, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura għall-parti tal-baċin ta’ xmara nazzjonali tagħhom.
2. Fejn baċin ta’ xmara tas-sallura jestendi lil hinn mit-territorju tal-Komunità, l-Istati Membri involuti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżviluppaw Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura f’koordinazzjoni mal-pajjiżi terzi rilevanti, u għandha tiġi rispettata l-kompetenza ta’ kwalunkwe organizzazzjoni tas-sajd rilevanti. Jekk il-pajjiżi terzi rilevanti ma jipparteċipawx fit-tħejjija konġunta ta’ Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura, l-Istati Membri konċernati jistgħu jippreżentaw Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura għall-parti tal-baċin ta’ xmara tas-sallura li jinsab fit-territorju tagħhom, bl-objettiv li jinkiseb il-livell tal-mira ta’ ħarba stabbilit fl-Artikolu 2(4).
3. L-Artikoli 2, 4 u 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-pjanijiet transkonfinali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 7
Miżuri li jikkonċernaw ir-riforniment
1. Jekk Stat Membru jippermetti s-sajd għal sallur iqsar minn 12 cm, kemm bħala parti minn Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura stabbilit skond l-Artikolu 2, jew bħala parti mit-tnaqqis fl-isforz tas-sajd skond l-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 5(4), huwa għandu jirriżerva mill-inqas 60 % tas-sallur iqsar minn 12 cm maqbud mis-sajd f’dak l-Istat Membru matul kull sena sabiex jiġi kummerċjalizzat fir-riforniment f’baċini ta’ xmajjar tas-sallur kif definit mill-Istati Membri skond l-Artikolu 2(1) għall-fini ta’ żieda tal-livelli ta’ ħarba għas-sallur tal-fidda.
2. Is-60 % għar-riforniment għandhom jiġu ffissati fi Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura stabbilit skond l-Artikolu 2. Dan għandu jibda mill-inqas b’35 % fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura u għandu jiżdied b’passi ta’ mill-inqas 5 % kull sena. Il-livell ta’ 60 % għandu jinkiseb sal-31 ta’ Lulju 2013.
3. Sabiex jiġi żgurat li l-perċentwali rispettivi stabbiliti fil-paragrafu 2, ta’ sallur iqsar minn 12 cm maqbud jintuża fi programm ta’ riforniment, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema adegwata ta’ rappurtar.
4. It-trasferiment ta’ sallur għar-riforniment għandu jkun parti minn Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallur kif definit fl-Artikolu 2. Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallur għandhom jispeċifikaw il-kwantità ta’ sallur iqsar minn 20 cm meħtieġ għar-riforniment għall-iskop taż-żieda tal-livelli ta’ ħarba tas-sallur tal-fidda.
5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Kunsill dwar l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tas-suq għas-sallur iqsar minn 12 cm. Għal dan l-iskop l-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sistema adegwata għall-monitoraġġ tal-prezzijiet u għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar dawn il-prezzijiet.
6. Fil-każ ta’ tnaqqis sinifikattiv tal-prezzijiet medji tas-suq għas-sallur użat għar-riforniment, imqabblin ma’ dawk tas-sallur użat għal skopijiet oħrajn, l-Istat Membru konċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza s-sitwazzjoni, li jistgħu jinkludu tnaqqis temporanju tal-perċentwali msemmijin fil-paragrafu 2.
7. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2011, tirrapporta lill-Kunsill u tevalwa l-miżuri li jikkonċernaw ir-riforniment inkluża l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tas-suq. Fid-dawl ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni dwar miżuri adegwati sabiex jiġu bbilanċjati l-miżuri li jikkonċernaw ir-riforniment filwaqt li jinkisbu l-perċentwali msemmijin fil-paragrafu 2.
8. Ir-riforniment għandu jitqies bħala miżura ta’ konservazzjoni għall-finijiet ta’ l-Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, sakemm:
|
— |
ikun parti minn Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura stabbilit skond l-Artikolu 2; |
|
— |
jikkonċerna sallur iqsar minn 20 cm; u |
|
— |
jikkontribwixxi għall-kisba ta’ 40 % tal-livell ta’ ħarba mmirat kif imsemmi fl-Artikolu 2(4). |
Artikolu 8
Miżuri fir-rigward ta’ ilmijiet Komunitarji
1. Fejn Stat Membru jwettaq operazzjoni tas-sajd f’ilmijiet Komunitarji li tinvolvi l-qbid tas-sallura, l-Istat Membru għandu jnaqqas l-isforz tas-sajd b’mill-inqas 50 % relattivament għall-isforz medju użat bejn l-2004-2006 jew inaqqas l-isforz tas-sajd sabiex jiżgura tnaqqis fil-qabdiet tas-sallura b’mill-inqas 50 % relattivament għall-qabda medja mill-2004 sa l-2006. Dan it-tnaqqis għandu jintlaħaq gradwalment, inizjalment b’inkrimenti ta’ 15 % kull sena fl-ewwel sentejn fuq perijodu ta’ 5 snin, mill-1 ta’ Lulju 2009.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ilmijiet Komunitarji huma dawk l-ilmijiet esposti għall-baħar mal-fruntiera ta’ dawk il-baċini ta’ xmajjar tas-sallura li jikkostitwixxu habitats naturali tas-sallura kif definiti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 2(1).
Artikolu 9
Rappurtar u Evalwazzjoni
1. Kull Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni, inizjalment, kull tielet sena, bl-ewwel rapport jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2012. Il-frekwenza tar-rappurtar għandha tonqos għal darba kull sitt sena, wara li jiġu preżentati l-ewwel tliet rapporti triennali. Ir-rapporti għandhom jiddeskrivu l-monitoraġġ, l-effikaċja u l-eżitu, u b’mod partikolari għandhom jipprovdu l-aqwa estimi disponibbli ta’:
|
(a) |
għal kull Stat Membru, il-proporzjon tal-bijomassa tas-sallura tal-fidda li taħrab għall-baħar sabiex tbid, jew il-proporzjon tal-bijomassa tas-sallura tal-fidda li tħalli t-territorju ta’ dak l-Istat Membru bħala parti mill-migrazzjoni lejn il-baħar sabiex tbid, relattiv għal-livell ta’ ħarba mmirat stabbilit fl-Artikolu 2(4); |
|
(b) |
il-livell ta’ l-isforz tas-sajd għas-sallura kull sena, u t-tnaqqis li jsir skond l-Artikoli 4(2) u 5(4); |
|
(ċ) |
il-livell ta’ fatturi ta’ mortalità barra mis-sajd, u t-tnaqqis li jsir skond l-Artikolu 2(10); |
|
(d) |
l-ammont ta’ sallur ta’ tul iqsar minn 12 cm maqbud u l-proporzjonijiet ta’ dan utilizzat għal skopijiet differenti. |
2. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’evalwazzjoni statistika u xjentifika ta’ l-eżitu ta’ l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura akkumpanjata bl-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.
3. Il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, tipproponi kwalunkwe miżura adegwata sabiex jinkiseb, bi probabbiltà għolja, l-irkupru ta’ l-istokk tas-sallura Ewropea u l-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata dwar miżuri alternattivi sabiex jinkiseb il-livell ta’ ħarba mmirat stabbilit fl-Artikolu 2(4) jew it-tnaqqis fl-isforz tas-sajd skond l-Artikoli 4(2) u 5(4).
Artikolu 10
Kontroll u infurzar f’ilmijiet diversi mill-ilmijiet Komunitarji
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ monitoraġġ ta’ kontroll u qbid adatta għaċ-ċirkostanzi u għall-qafas legali diġà applikabbli għas-sajd intern tagħhom, li għandha tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2847/93.
2. Is-sistema ta’ monitoraġġ ta’ kontroll u qbid għandu jkun fiha deskrizzjoni dettaljata tas-sistemi kollha ta’ allokazzjoni tad-drittijiet tas-sajd fil-baċini tax-xmara tas-sallura li jikkostitwixxu habitats naturali tas-sallura kif definit mill-Istati Membri skond l-Artikolu 2(1), inklużi ilmijiet ta’ proprjetà tal-privat.
Artikolu 11
Informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet tas-sajd
1. Sa l-1 ta’ Jannar 2009, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-informazzjoni li ġejja li tikkonċerna l-attivitajiet tas-sajd kummerċjali:
|
— |
lista tal-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tiegħu awtorizzati sabiex jistadu għas-sallura fl-ilmijiet Komunitarji skond l-Artikolu 8, minkejja t-tul globali tal-bastiment; |
|
— |
lista tal-bastimenti tas-sajd kollha, l-entitajiet kummerċjali jew is-sajjieda, awtorizzati sabiex jistadu għas-sallura fil-baċini ta’ xmajjar tas-sallura li jikkostitwixxu habitats naturali tas-sallura kif definit mill-Istati Membri skond l-Artikolu 2(1); |
|
— |
lista taċ-ċentri ta’ l-irkant kollha, korpi jew persuni oħrajn awtorizzati mill-Istati Membri li jimpenjaw ruħhom għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tas-sallura. |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fuq bażi regolari stima tan-numru ta’ sajjieda dilettanti u l-qabdiet ta’ sallur tagħhom.
3. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 12
Kontroll u infurzar dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tas-sallura
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom:
|
— |
jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jidentifikaw l-oriġini u jiżguraw it-traċċabbiltà tas-sallur ħaj kollu impurtat jew esportat mit-territorju tagħhom; |
|
— |
jiddeterminaw jekk is-sallura maqbuda fiż-żona Komunitarja u esportata mit-territorju tagħhom inqabditx b’mod konsistenti mal-miżuri ta’ konservazzjoni Komunitarji; |
|
— |
jieħdu l-miżuri sabiex jiddeterminaw jekk is-sallura maqbuda fl-ilmijiet ta’ kwalunkwe organizzazzjoni rilevanti tas-sajd reġjonali u importata fit-territorju tagħhom inqabditx b’mod konsistenti mar-regoli miftiehma fl-organizzazzjoni tas-sajd reġjonali in kwistjoni. |
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PEREIRA
(1) Opinjoni tas-16 ta’ Mejju 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) COM(2003) 573 finali
(3) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/105/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).
(4) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).
(5) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), (ikkorreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).
|
22.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1101/2007
tal-21 ta’ Settembru 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Settembru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
78,7 |
|
TR |
85,0 |
|
|
XK |
55,1 |
|
|
XS |
67,1 |
|
|
ZZ |
71,5 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
151,2 |
|
MK |
29,6 |
|
|
TR |
132,0 |
|
|
ZZ |
104,3 |
|
|
0709 90 70 |
IL |
51,9 |
|
TR |
106,7 |
|
|
ZZ |
79,3 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
66,7 |
|
UY |
82,6 |
|
|
ZA |
72,1 |
|
|
ZZ |
73,8 |
|
|
0806 10 10 |
IL |
65,2 |
|
TR |
106,4 |
|
|
ZZ |
85,8 |
|
|
0808 10 80 |
AU |
196,6 |
|
CL |
38,6 |
|
|
CN |
79,8 |
|
|
NZ |
94,6 |
|
|
US |
96,4 |
|
|
ZA |
83,3 |
|
|
ZZ |
98,2 |
|
|
0808 20 50 |
CN |
59,6 |
|
TR |
122,3 |
|
|
ZA |
105,6 |
|
|
ZZ |
95,8 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
152,3 |
|
US |
194,7 |
|
|
ZZ |
173,5 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
49,8 |
|
IL |
113,5 |
|
|
TR |
107,3 |
|
|
ZZ |
90,2 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
Corrigendum
|
22.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/26 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 124, tas-27 ta' April 2004 )
(Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01, Volum 02, p. 130)
Anness I, Emendi tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej
|
|
Paġna 145, punt 41, punt (b) (emendament tas-seba' subparagrafu ta' l-Artikolu 41(3))
|
|
|
Paġna 160, punt 90 (emendament ta' l-Anness I), it-Tabella “A. Tipi ta' pożizzjonijiet f’kull grupp tal-funzjoni, kif ipprovdut …”, il-kolonna fuq ix-xellug korrispondenti kemm għall-grad AD 6 kif ukoll għall-grad AD 5
|
|
|
Paġna 160, punt 90 (emendament ta' l-Anness I), it-Tabella “A. Tipi ta' pożizzjonijiet f’kull grupp tal-funzjoni, kif ipprovdut …”, il-kolonna fuq il-lemin korrispondenti għall-grad AST 4
|
|
|
Paġna 160, punt 90 (emendament ta' l-Anness I), it-Tabella “A. Tipi ta' pożizzjonijiet f’kull grupp tal-funzjoni, kif ipprovdut …”, il-kolonna fuq il-lemin korrispondenti għall-grad AST 3
|
|
|
Paġna 164, punt 94, sostituzzjoni ta' l-Anness IVa, “Xogħol Part-Time ”, Artikolu 3, it-tieni paragrafu, it-tieni sentenza
|
|
|
Paġna 173, punt 98, punt li jikkonċerna emendament ta' l-Anness VIII, f'Artikolu 9
|
Anness II, Emendi tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej
|
|
Paġna 223, punt 4 (l-Artikolu 3b ġdid, il-frażi introduttorja)
|
|
|
Paġna 224, punt 10 (emendament ta' l-Artikolu 10, ir-raba' paragrafu)
|
|
22.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/27 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Ir-Regolamenti ta' l-lstaff)
(Il- ĠU L 56, 4.3.1968 )
(Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01, Volum 02, p. 5)
Paġna kopertina, it-Titolu
Flok:
“Nota Għall-partijiet I u II”,
Aqra:
“Ir-Regolamenti tal-Persunal”.
Paġna 5, it-Titolu
Flok:
“Ir-Regolamenti ta’ l-lstaff”,
Aqra:
“Ir-Regolamenti tal-Persunal”.
Paġna 42, l-Artikolu 90(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza
Flok:
“… tista’ tibgħat ilment lill-awtorità tal-ħatra kontra att li taffettwah ħażin, kemm jekk l-imsemmi awtorità ħadet deċiżjoni, jew fejn naqset li tadotta …”,
Aqra:
“… tista’ tibgħat ilment lill-awtorità tal-ħatra kontra att li taffettwaha ħażin, kemm jekk l-imsemmija awtorità ħadet deċiżjoni, kif ukoll jekk naqset li tadotta …”.
Paġni 42 u 43, l-Artikolu 90(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż
Flok:
“…; madankollu, jekk att li jaffettwa persuna speċifikata wkoll fih ilment kontra persuna oħra, il-perjodu jibda dwar dik il-persuna l-oħra fid-data meta tirċievi n-notifika tagħha iżda fl-ebda każ mhux aktar tar mid-data tal-pubblikazzjoni;”,
Aqra:
“…; madankollu, jekk att li jaffettwa persuna speċifikata ikun tali li jaffetwa ħażin lil persuna oħra, fir-rigward ta' dik il-persuna l-oħra l-perjodu jibda fid-data meta tirċievi n-notifika tagħha iżda fl-ebda każ mhux aktar tard mid-data tal-pubblikazzjoni;”.