|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 233 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2007/599/KE |
|
|
|
* |
|
|
|
Corrigendum |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
5.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 233/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1026/2007
ta' l-4 ta’ Settembru 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Settembru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-4 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
22,0 |
|
XS |
28,3 |
|
|
ZZ |
25,2 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
162,5 |
|
TR |
150,3 |
|
|
ZZ |
156,4 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
111,0 |
|
ZZ |
111,0 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
68,9 |
|
UY |
59,5 |
|
|
ZA |
68,3 |
|
|
ZZ |
65,6 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
164,2 |
|
TR |
105,5 |
|
|
ZZ |
134,9 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
53,0 |
|
BR |
77,5 |
|
|
CL |
81,8 |
|
|
CN |
89,9 |
|
|
NZ |
95,7 |
|
|
US |
99,5 |
|
|
ZA |
84,8 |
|
|
ZZ |
83,2 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
46,9 |
|
CN |
66,4 |
|
|
TR |
125,5 |
|
|
ZA |
88,7 |
|
|
ZZ |
81,9 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
147,7 |
|
US |
222,5 |
|
|
ZZ |
185,1 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
49,8 |
|
TR |
140,2 |
|
|
ZZ |
95,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
|
5.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 233/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Awwissu 2007
li timplimenta d-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ linji gwida strateġiċi mill-2007 sa l-2013
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3925)
(it-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż biss huma awtentiċi)
(2007/599/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond tal-Fruntieri Esterni għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-flussi Migratorji” (1), u partikolarment l-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida stateġiċi li jistabbilixxu qafas għall-intervent tal-fond b’rabta mal-perjodu ta’ pprogrammar multi-annwali bejn l-2007 u l-2013. |
|
(2) |
Il-linji gwida għandom ifissru l-prijoritajiet u, skond l-Artikolu 16(4) tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE, il-prijoritajiet speċifiċi li jippermettu lill-Istati Membri li m’humiex koperti mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex iżidu l-kofinanzjament tal-kontribuzzjoni Komunitarja għal 75 % għal proġetti kofinanzjati mill-Fond. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta mad-Deċiżjoni preżenti u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Billi d-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 ta’ l-imsemmi Protokoll, tiddeċiedi fi żmien perjodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni jekk hix ser timplimentha fil-liġi nazzjonali tagħha. |
|
(4) |
Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fl-ambitu tat-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (2), li jaqgħu taħt l-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika ta’ l-Iżlanda u mir-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen. |
|
(5) |
Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fl-ambitu tat-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ l-Iżvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen li jaqgħu taħt l-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, li ma japplikawx għar-Renju Unit, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE sussegwenti tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar id-dħul fis-seħħ ta’ partijiet mill-acquis ta’ Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (4). Għalhekk ir-Renju Unit mhux marbut minnha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(7) |
Din id-deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li ma japplikawx għall-Irlanda, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda sabiex tipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (5). Għalhekk l-Irlanda mhix marbuta jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat komuni “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” stabbilita mill-Artikolu 56 tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-linji gwida li jistabbilixxu l-prijoritajiet u l-prijoiritajiet speċifiċi għall-ipprogrammar multi-annwali għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 huma mfassla fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika ta’ l-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran-Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika ta’ l-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju ta’ l-Olanda, lir-Repubblika ta’ l-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika ta’ Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju ta’ l-Iżvezja.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Franco FRATTINI
Viċi President
(1) ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.
(2) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(3) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
ANNESS
Għall-għanijiet a), b) u ċ) elenkati fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 574/2007/KE l-linji gwida strateġiċi stabbiliti iktar ’l isfel wieħed għandu jarahom fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tal-politika Ewropea dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni (1) kif imfassl fil-Programm ta’ l-Aja (2). Il-linji gwida għandhom partikolarment jimplimentaw il-prijoritajiet tal-Komunità bil-għan ta’ l-istabbiliment gradwali ulterjuri tas-sistema komuni u integrata ta’ ġestjoni tal-fruntieri esterni u t-tisħiħ tal-kontrolli u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri.
Għall-iskop d) ta’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE, il-linji gwida għandhom partikolarment jimplimentaw il-prijoritajiet Komunitarji għall-iżvilupp ulterjuri ta’ politika komuni dwar il-viża bħala, fuq in-naħa l-waħda, parti minn sistema b’ħafna livelli mmirata għat-trattament ta’ l-immigrazzjoni illegali permezz tat-titjib tat-trattament fil-missjonijiet konsulari lokali u, fuq in-naħa l-oħra, l-iffaċilitar ta’ l-ivvjaġġar leġittimu.
L-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ l-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali msemmija fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE għandha tiġi stabbilita fil-qafas tal-programm multi-annwali tar-Repubblika tal-Litwanja b’konformità ma’ dawn il-linji gwida.
L-Istati Membri għandhom jiddetterminaw l-iktar tqassim effettiv tar-riżorsi finanzjarji allokati lilhom skond ħtiġijitethom. Madanakollu, waqt it-tħejjija tal-programmi multi-annwali tagħhom għall-2007-2013, l-Istati Membri għandhom jallokaw ir-riżorsi Komunitarji disponibbli taħt dan il-Fond għal mill-inqas tlieta mill-ħames prijoritajiet elenkati hawn taħt.
Il-prijoritajiet speċifiċi elenkati hawn taħt jirreferu għal azzjonijiet nazzjonali li jew iżidu l-valur ta’ strumenti u għodod komuni għall-prattikanti jew jolqtu b’mod dirett il-kapaċità ta’ l-Istati Membri l-oħra jew lill-Komunità fl-intier tagħha sabiex jiżguraw il-fruntieri esterni.
Barra minn hekk, meta jabbozzaw il-programmi multi-annwali tagħhom, l-Istati Membri huma mistiedna jikkunsidraw is-sinerġiji mal-ħidma mwettqa mill-Aġenzija FRONTEX dwar il-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni.
IL-PRIJORITÀ 1: Appoġġ għat-twaqqif gradwali ulterjuri tas-sistema komuni u integrata ta’ ġestjoni tal-fruntieri fir-rigward tal-verifiki fuq persuni fil-fruntieri esterni u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni.
Dan jista’ jinvolvi investiment fl-infrastruttura, fis-sistemi, u fit-tagħmir fi ħdan il-qafas tar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-Fond. Dawn l-investimenti għandhom jimmiraw partikolarment lejn l-iżgurar ta’ konverġenza fil-ġestjoni ta’ l-informazzjoni għall-iffaċilitar tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, kif ukoll għat-titjib ta’ l-arkitettura u tal-proċessi għat-titjib ulterjuri tas-sigurtà fil-fruntieri, inkluża l-proviżjoni ta’ tagħmir li jikxef l-iffalsifikar.
F’din il-prijorità, il-kontribut Komunitarju jista’ jiżdied b’75 % għal proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:
|
(1) |
L-aġġornar tas-sistemi nazzjonali ta’ komunikazzjoni sabiex jagħmilhom interoperabbli ma’ Stati Membri oħra; |
|
(2) |
Ix-xiri u/jew l-aġġornar ta’ tagħmir operattiv għall-kontroll tal-fruntieri esterni li jkun interoperabbli ma’ Stati Membri oħra u li jikkunisdra r-riżultati ta’ analiżi tar-riskju integrata u komuni. |
|
(3) |
Ix-xiri u/jew l-aġġornar ta’ tagħmir operattiv għaż-żieda tal-kapaċità ta’ l-Istati Membri sabiex jipparteċipaw u/jew jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri kif ikkoordinat mill-Aġenzija FRONTEX. |
IL-PRIJORITÀ 2: Appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-komponenti nazzjonali ta’ Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza għall-fruntieri esterni u ta’ Netwerk Ewropew ta’ Għassa permanenti fil-fruntieri marittimi tan-nofsinhar ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE.
Din tista’ tinkludi l-aġġornar ta’ sistemi ta’ sorveljanza sabiex jillokalizzaw u jidentifikaw vetturi, dgħajjes u ajruplani b’mod korrett.
F’din il-prijorità, il-kontribut Komunitarju jista’ jiżdied b’75 % għal proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:
|
(1) |
Investimenti għall-ħolqien jew l-aġġornar ta’ ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni uniku, li jikkoordina 24/7 l-attivitajiet ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kollha li jwettqu ħidma ta’ kontroll tal-fruntieri esterni (il-kxif, l-identifikar, l-intervent) li jkun jista’ jiskambja informazzjoni maċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni fi Stati Membri oħra; |
|
(2) |
Investimenti fil-ħolqien jew l-aġġornar ta’ sistema nazzjonali ta’ sorveljanza unika, li tkopri l-partijiet kollha, jew partijiet partikolari, tal-fruntieri esterni u li tippermetti 24/7 it-tixrid ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fil-kontroll tal-fruntieri esterni; |
|
(3) |
Ix-xiri u/jew l-aġġornar ta’ tagħmir għall-kxif, l-identifikar u l-intervent fil-fruntieri (eż. vetturi, dgħajjes, ajruplani, ħelikopters, sensors, u kameras eċċ.), sakemm il-ħtieġa għal dan it-tagħmir tkun identifikata b’mod ċar fuq livell Ewropew. |
IL-PRIJORITÀ 3: Appoġġ għall-ħruġ ta’ viżi u t-trattament ta’ l-immigrazzjoni illegali, inkluż il-kxif ta’ dokumenti foloz jew iffalsifikati permezz tat-tisħiħ ta’ l-attivitajiet organizzati mis-servizzi konsulari jew minn servizzi oħrajn ta’ l-Istati Membri f’pajjiżi terzi.
F’din il-prijorità, il-kontribut Komunitarju jista’ jiżdied b’75 % għal proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:
|
(1) |
Il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni sistematika u regolari bejn is-servizzi konsulari ta’ l-Istati Membri u bejn is-servizzi konsulari u servizzi oħra ta’ Stati Membri differenti fil-qasam tal-viża; |
|
(2) |
Inizjattivi għall-iżvilupp u l-ħolqien ta’ rappreżentanza limitata, kolokazzjoni jew ċentri komuni għall-applikazzjoni tal-viża li, fi stadju bikri jilqa’ filwaqt li fi stadju iktar tard, jipproċessa l-applikazzjonijiet tal-viża. |
IL-PRIJORITÀ 4: Appoġġ għall-ħolqien ta’ sistemi ta’ l-IT meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-istrumenti Komunitarji legali fil-qasam tal-fruntieri esterni u l-viżi
F’din il-prijorità, il-kontribut Komunitarju jista’ jiżdied b’75 % għal proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:
|
(1) |
Investimenti marbuta mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS); |
|
(2) |
Investimenti marbuta mas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS); |
IL-PRIJORITÀ 5: Appoġġ għall-applikazzjoni effettiva u effiċjenti ta’ strumenti legali Komunitarji rilevanti fil-qasam tal-fruntieri esterni u tal-viżi, partikolarment il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u l-Kodiċi Ewropew dwar il-Viżi (3)
Dan jista’ jinvolvi t-tixrid ta’ informazzjoni dwar l-istrumenti rilevanti inklużi testi bħal gwida prattika għall-għassiesa tal-fruntieri, kif ukoll attivitajiet ta’ taħriġ immirati għal uffiċjali ta’ servizzi ta’ għassa tal-fruntieri u fil-konsulati.
F’din il-prijorità, il-kontribut Komunitarju jista’ jiżdied b’75 % għal proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:
|
(1) |
L-implimentazzjoni fuq livell nazzjonali tal-kurrikulu bażiku komuni għat-taħriġ ta’ l-għassiesa tal-fruntieri; |
|
(2) |
It-titjib tal-kwalità tal-kontribut nazzjonali fil-mudell ta’ analiżi tar-riskju integrata komuni |
(1) Fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tirreferi biss għall-kontrolli fuq il-persuni.
(2) Għall-iktar dokumenti riċenti dwar il-politika Ewropea f'dan il-qasam, ara partikolarment: “Strateġija globali għall-Emigrazzjoni: Azzjonijiet ta' prijorità li jiffokaw fuq l-Afrika u l-Mediterran” adottat mill-Kunsill Ewropew tal-15-16 ta’ Diċembru 2005 (Bull. 12-2005, punti I.6. u I.15-I.20.) u l-Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tal-ġestjoni tal-Fruntieri Marittimi ta' Nofisnhar ta' l-Unjoni Ewropea adottata mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Novembru 2006 (COM (2006) 733 finali).
(3) L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-karigi konsulari ser jiġu ssostitwiti mill-Kodiċi Ewropew dwar il-Viżi ladarba jiġi adottat mill-Kunsill.
Corrigendum
|
5.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 233/7 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja, u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, L 270 tad-29 ta’ Settembru 2006 )
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, L 76M tas-16 ta’ Marzu 2007 )
Paġna 38, Anness I, lista ta' produtturi Ċiniżi:
Flok:
“JINAN BAIHE PLASTIC PRODUCTS COMPANY LIMITED”
Aqra:
“JINAN BAIHE PLASTIC CO., LTD”