ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 230

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
1 ta' Settembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2007 tal-31 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1021/2007 tal-31 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta' Settembru 2007

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2007 tal-31 ta’ Awwissu 2007 li jibda l-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji ta’ esportazzjoni għall-ġobon li jrid jiġi esportat lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fl-2008 taħt ċerti kwoti ta’ GATT, u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

6

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/595/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2007 li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ Nru: COMP/M.4404 – UNIVERSAL/BMG MUSIC PUBLISHING) (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2160)

12

 

 

2007/596/KE

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 3/2007 tal-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera tat-23 ta’ Awwissu 2007 li jibdel it-Tabelli III u IV b) għal protokoll Nru 2

15

 

 

2007/597/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Awwissu 2007 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-guazatine triacetate f'Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3979)  ( 1 )

18

 

 

2007/598/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2007 dwar il-miżuri biex jiġi evitat it-tixrid ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja fost għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati fl-Istati Membri (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3987)  ( 1 )

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

1.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 230/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1020/2007

tal-31 ta’ Awwissu 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

15,7

TR

85,9

XS

25,9

ZZ

42,5

0707 00 05

TR

129,1

ZZ

129,1

0709 90 70

TR

111,0

ZZ

111,0

0805 50 10

AR

63,1

UY

61,2

ZA

59,5

ZZ

61,3

0806 10 10

EG

157,6

TR

94,6

ZZ

126,1

0808 10 80

AR

52,7

AU

166,3

BR

77,2

CL

86,7

CN

103,0

NZ

96,1

US

99,6

ZA

91,0

ZZ

96,6

0808 20 50

AR

46,9

CN

82,7

TR

124,6

ZA

88,7

ZZ

85,7

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

130,0

US

222,5

ZZ

176,3

0809 40 05

IL

89,0

MK

44,8

TR

47,1

ZZ

60,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 230/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1021/2007

tal-31 ta’ Awwissu 2007

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta' Settembru 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2007 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Settembru 2007 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 31 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)   ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2007

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

5,53

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

5,53

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

17.8.2007-30.8.2007

1.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (*2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (*3)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

193,41

96,96

Prezz FOB USA

229,61

219,61

199,61

127,40

Tariffa fuq il-Golf

17,76

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

6,44

2.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

41,77  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

44,00  EUR/t


(*1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(*2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(*3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


1.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 230/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1022/2007

tal-31 ta’ Awwissu 2007

li jibda l-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji ta’ esportazzjoni għall-ġobon li jrid jiġi esportat lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fl-2008 taħt ċerti kwoti ta’ GATT, u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 30(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 (2) tipprevedi li l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-ġobon esportat lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bħala parti mill-kwoti taħt il-ftehimiet konklużi waqt in-negozjati kummerċjali multilaterali jistgħu jiġu allokati skond proċedura speċjali li biha jistgħu jinħatru l-importaturi ppreferuti fl-Istati Uniti.

(2)

Dik il-proċedura ser tinfetaħ għall-esportazzjoni waqt l-2008 u r-regoli addizzjonali relatati magħha ser ikunu stabbiliti.

(3)

Fl-amministrazzjoni ta’ l-importazzjonijiet l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Uniti jagħmlu distinzjoni bejn il-kwota addizzjonali mogħtija lill-Komunità Ewropea taħt l-Uruguay Round u l-kwoti li rriżultaw mit-Tokyo Round. Il-liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom jiġu allokati waqt li titqies l-eliġibilità ta’ dawk il-prodotti għall-kwota ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kif deskritt fl-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

(4)

Sabiex tiġi esportata l-kwantità massima taħt il-kwoti li għalihom hemm interess moderat, għandhom jiġu permessi l-applikazzjonijiet li jkopru l-kwantità kollha tal-kwotà.

(5)

Sabiex jippermettu li l-operaturi fil-Bulgarija u r-Rumanija jadattaw ruħhom għas-sistema li tiġi applikata fil-Komunità, għandhom jiġu introdotti miżuri tranżitorji għas-sena tal-kwota 2008 għat-talbiet ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni mressqa f’dawk l-Istati Membri.

(6)

L-arranġamenti tranżitorji għandhom japplikaw għall-kriterju storiku ta’ esportazzjoni u l-kriterju tas-sussidjarji.

(7)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-liċenzji ta’ esportazzjoni għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kodiċi NM 0406 u huma elenkati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament li jkunu se jiġu esportati lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fl-2008 taħt il-kwoti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandhom jiġu ppubblikati skond is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament u bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “l-applikazzjonijiet”) għandhom jitressqu għand l-awtoritajiet kompetenti mhux aktar tard mill-10 sa l-14 ta’ Settembru 2007.

2.   L-applikazzjonijiet ikunu ammissibbi biss jekk ikun fihom l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 u jekk ikunu akkumpanjati mid-dokumenti msemmija hemmhekk.

Fejn, għall-istess grupp ta’ prodotti msemmi fil-kolonna 2 ta’ l-Anness I ma’ dan ir-Regolament, il-kwantità disponibbli hija maqsuma bejn il-kwota ta’ l-Uruguay Round u l-kwota tat-Tokyo Round, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji jistgħu jkopru biss waħda minn dawk il-kwoti u għandhom jindikaw il-kwota kkonċernata, billi jispeċifikaw l-identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota indikata fil-kolonna 3 ta’ l-Anness I.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandha tiġi ppreżentata skond il-mudell stabbilit fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

3.   Fir-rigward tal-kwoti identifikati minn 22-Tokyo u 22-Uruguay fil-kolonna 3 ta’ l-Anness I, l-applikazzjonijiet għandhom ikopru ta’ l-anqas 10 tunnellati u m’għandhomx jaqbżu l-kwantità disponibbli taħt il-kwota kkonċernata kif stipulat fil-kolonna 4 ta’ dak l-Anness.

Fir-rigward tal-kwoti l-oħra indikati fil-kolonna 3 ta’ l-Anness I, l-applikazzjonijiet għandhom ikopru ta’ l-anqas 10 tunnellati u mhux aktar minn 40 % tal-kwantità disponibbli taħt il-kwota kkonċernata kif stipulat f’kolonna 4 ta’ dak l-Anness.

4.   L-applikazzjonijiet ser ikunu ammissibbli biss jekk l-applikanti jiddikjaraw bil-miktub li ma ressqu l-ebda applikazzjoni oħra għall-istess grupp ta’ prodotti u l-istess kwota u li jaċċettaw li ma jagħmlux dan.

Jekk applikant iressaq diversi applikazzjonijiet għall-istess grupp ta’ prodotti u l-istess kwota ġewwa wieħed jew aktar mill-Istati Membri, l-applikazzjonijiet kollha tiegħu għandhom ikunu meqjusa bħala inammissibbli.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li jispiċċa l-perjodu li fih ikunu jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet, l-applikazzjonijiet imressqa għal kull grupp ta’ prodotti u, fejn applikabbli, il-kwoti indikati fl-Anness I.

In-notifiki kollha, inklużi n-notifiki “vojta”, għandhom isiru permezz ta’ feks jew posta elettronika fuq il-formola mudell li tidher fl-Anness III.

2.   In-notifika għandha tinkludi għal kull grupp, u fejn applikabbli, għal kull kwota:

(a)

lista ta’ applikanti;

(b)

il-kwantitajiet li kull applikant ikun applika għalihom, imqassma skond il-kodiċi tal-prodott tan-Nomenklatura Magħquda u skond il-Harmonised Tariff Schedule ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (2007);

(ċ)

l-isem u l-indirizz ta’ l-importatur magħżul mill-applikant.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006, għandha tistabbilixxi l-allokazzjoni tal-liċenzji mingħajr dewmien u għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar dan sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2007.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien ħamest ijiem wara l-pubblikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni, dwar il-kwantitajiet allokati mill-applikant għal kull grupp, u fejn applikabbli, għal kull kwota, skond l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.

In-notifika għandha ssir permezz tal-feks jew posta elettronika fuq il-formola mudell li tidher fl-Anness IV ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

L-informazzjoni nnotifikata taħt l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandha tkun ivverifikata mill-Istati Membri qabel ma jinħarġu l-liċenzji u sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru 2007.

Jekk jinstab li operatur li nħarġitlu liċenzja provviżorja, ikun ipprovda informazzjoni żbaljata, il-liċenzja għandha titħassar u tintilef il-garanzija. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 6

B’deroga mill-Artikolu 24(3) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006, għas-sena tal-kwota 2008, l-applikanti stabbiliti fir-Rumanija u l-Bulgarija u li japplikaw fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti, jistgħu japplikaw jekk huma:

(a)

iressqu evidenza dokumentata quddiem l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn tkun saret l-applikazzjoni, li turi li qabel ma ressqu l-applikazzjoni, kien ilhom stabbiliti għal ta’ l-anqas tliet snin fil-Bulgarija u r-Rumanija u li esportaw prodotti tal-kodiċi NM 0406 lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika f’ta' l-anqas sena waħda mit-tliet snin kalendarji qabel it-tressiq ta’ l-applikazzjoni;

(b)

jipprovdi lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih tkun tressqet l-applikazzjoni, impenn bil-miktub li se jibda l-proċedura biex jistabbilixxi sussidarju fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)   ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).


ANNESS I

Ġobon li jrid jiġi esportat lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika fl-2008 taħt ċerti kwoti ta' GATT

Sezzjoni 2 tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1022/2007

L-identifikazzjoni tal-grupp skond in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 ta' l-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati ta’ l-Istati Uniti

L-identifikazzjoni tal-grupp u l-kwota

Il-kwantità disponibbli għall-2008

Nota lil

Il-grupp

Tunnellati

(1)

(2)

(3)

(4)

16

Mhuwiex speċifikament previst (NSPF)

16-Tokyo

908,877

16-Uruguay

3 446,000

17

Blue Mould

17

350,000

18

Cheddar

18

1 050,000

20

Edam/Gouda

20

1 100,000

21

Italian type

21

2 025,000

22

Swiss or Emmenthaler cheese other than with eye formation

22-Tokyo

393,006

22-Uruguay

380,000

25

Swiss or Emmenthaler cheese with eye formation

25-Tokyo

4 003,172

25-Uruguay

2 420,000


ANNESS II

Il-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006

Image 1

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Il-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 3 mar-Regolament (KE) Nru 1282/2006

Għandu jintbagħat lil + 32 2 295 3310 jew AGRI-MILK-USA@ec.europa.eu

Image 2

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Il-preżentazzjoni tal-liċenzji li ngħataw skond l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006

Għandu jintbagħat lil + 32 2 295 3310 jew AGRI-MILK-USA@ec.europa.eu

Image 3

Test ta 'immaġni

II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

1.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 230/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Mejju 2007

li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ Nru: COMP/M.4404 – UNIVERSAL/BMG MUSIC PUBLISHING)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2160)

(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(2007/595/KE)

Fit-22.5.2007 l-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta’ amalgamazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (1), u partikolarment l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhix kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna proċedurali tal-Kummissjoni fuq is-sit internet tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI

(1)

Il-każ jikkonċerna konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament tal-Konċentrazzjoni”), li permezz tiegħu l-Universal Music Group Inc. (“Universal”, l-Istati Uniti), propjetà tal-grupp Vivendi S.A. (“Vivendi”, Franza) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ ta’ l-impriża BMG Music Publishing Group (“BMG”, il-Ġermanja et al.) li attwalment tagħmel parti mill-Bertelsmann group, permezz tax-xiri ta’ ishma u assi.

(2)

Il-Universal hija sussidjarja tal-Vivendi li hija kumpanija internazzjonali tal-midja. L-attivitajiet tagħha madwar id-dinja jinkludu r-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-mużika. Il-Universal hija attiva fil-pubblikazzjoni tal-mużika permezz tal-Universal Music Publishing Group (“UMPG”).

(3)

Il-BMG hija parti mill-Bertelsmann group (“Bertelsmann”) li hija kumpanija internazzjonali tal-medja. Il-BMG tinkludi l-attivitajiet ta’ pubblikazzjoni tal-Bertelsmann madwar id-dinja.

(4)

L-investigazzjoni tas-suq żvelat li fis-suq tad-drittijiet online fl-Awstrija, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fil-Polonja, u fir-Renju Unit kif ukoll fuq livell wiesa' madwar iż-ŻEE l-konċentrazzjoni, f'termini ta’ dubji serji, tostakola b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva permezz ta’ effetti unilaterali. Madanakollu l-impenji proposti mill-partijiet huma opportuni għat-tneħħija tat-tħassib fir-rigward tal-komunikazzjoni.

(1)   Is-Swieq rilevanti tal-Prodotti

(5)

Il-pubblikazzjoni tal-mużika hija l-użu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ l-awturi (minn issa 'l quddiem, it-terminu “awturi” ser jintuża biex ikopri kemm librettisti (test) u kompożituri (mużika)). Ġeneralment, l-awturi jittrasferixxu d-drittijiet fuq ix-xogħol tagħhom (“id-drittijiet tal-pubblikazzjoni”) lil pubblikaturi tal-mużika u mingħand dawn ta’ l-aħħar jirċievu pagamenti bil-quddiem u sehem mir-royalties iġġenerati mill-użu kummerċjali tax-xogħol tagħhom.

(6)

Il-pubblikaturi tal-mużika jisfruttaw id-drittijiet li jirċievu mill-awturi billi jagħtu liċenzji lill-utenti tad-dritt. L-utenti jħallsu r-royalties għall-użu ta’ dawn ix-xogħlijiet mużikali. Skond it-tipi speċifiċi ta’ drittijiet, il-liċenzji jingħataw lill-utenti tad-drittijiet direttament mill-pubblikaturi jew mingħand collecting societies.

(7)

L-investigazzjoni tas-suq sabiex jiġu definiti s-swieq rilevanti tal-prodotti kkonfermat li fir-rigward ta’ l-użu tad-drittijiet tal-pubblikazzjoni jeħtieġ li ssir differenza bejn kategoriji differenti ta’ drittijiet, jiġifieri, drittijiet mekkaniċi, drittijiet ta’ esibizzjoni, drittijiet ta’ sinkronizzazzjoni, drittijiet ta’ l-istampar u drittijiet online. Dawn il-kategoriji ta’ drittijiet japplikaw fuq suriet differenti ta’ l-użu tal-mużika, eż. huma meħtieġa drittijiet mekkaniċi sabiex jiġu rreġistrati s-CDs; jeħtieġ li jiġu akkwsitati d-drittijiet ta’ l-esibizzjoni jekk il-mużika tindaqq fuq ir-radju jew f'barijiet; id-drittijiet ta’ sinkronizzazzjoni huma meħtieġa jekk il-miżika ser tintuża f'films; id-drittijiet ta’ l-istampar jippermettu lill-utent sabiex jipproduċi libretti mużikali; u drittijiet online huma meħtieġa sabex tinbiegħ il-mużika permezz ta’ l-internet u tat-telefonija mobbli. Għalhekk dawn il-kategoriji ta’ drittijiet jikkostitwixxu swieq separati.

(8)

Fir-rigward ta’ l-għoti ta’ servizzi ta’ pubblikazzjoni ta’ mużika lill-awturi, l-investigazzjoni tas-suq ikkonfermant li ma saret l-ebda distinzjoni ulterjuri billi normalment l-awturi ma jużawx pubblikaturi differenti għall-kategoriji ta’ drittijiet.

(2)   Is-Swieq Ġeografiċi Rilevanti

(9)

L-investigazzjoni tas-suq uriet li l-iskop ġeografiku fir-rigward tas-suq għall-għoti ta’ servizzi ta’ pubblikazzjoni lill-awturi, u s-swieq għall-użu tad-drittijiet ta’ esibizzjoni, mekkaniċi, ta’ sinkronizzazzjoni, ta’ stampar u drittijiet online jidhru li huma nazzjonali. X'aktarx li fil-ġejjieni ser jiżviluppa suq madwar iż-ŻEE fir-rigward tad-drittijiet online. L-iskop ġeografiku eżatt tas-swieq rilevanti tal-prodotti jista' jitħalla miftuħ ladarba l-konklużjonijiet ta’ l-analiżi huma l-istess, irrispettivament mid-dimensjoni ġeografika tas-swieq.

(3)   Is-Swieq effettwati u l-analiżi tal-kompetizzjoni

(10)

Il-konċentrazzjoni notifikata teffettwa s-suq ta’ l-għoti ta’ servizzi tal-pubblikazzjoni ta’ mużika lill-awturi, u s-swieq għall-użu tad-drittijiet ta’ eżibizzjoni, mekkaniċi, ta’ sinkronizzazzjoni, ta’ l-istampar u tad-drittijiet online fiż-ŻEE kif ukoll fuq livell wiesa' iż-ŻEE. L-investigazzjoni tas-suq uriet li l-konċentrazzjoni ma twassalx għal tħassib dwar il-kompetizzjoni fi kwalunkwe suq effettwat ħlief f'dawk tad-drittijiet online.

(11)

Fis-swieq għall-għoti ta’ servizzi ta’ pubblikazzjoni ta’ mużika lill-awturi l-investigazzjoni tas-suq uriet li l-awturi ser jibqa' jkollhom għadd suffiċjenti ta’ alternattivi għall-entità amalgamata. Għalhekk l-amalgamazzjoni ma toħloqx tħassib fir-rigward tal-kompetizzjoni fi kwalunkwe suq effettwat għas-servizzi ta’ pubblikazzjoni ta’ mużika lill-awturi.

(12)

B'rabta ma’ l-użu tad-drittijiet tal-pubblikazzjoni tal-mużika l-investigazzjoni tas-suq uriet li x'aktarx l-amalgamazzjoni m'hix ser toħloq tħassib fir-rigward tal-kompetizzjoni fis-swieq għad-drittijiet mekkaniċi, ta’ l-esibizzjoni, tas-sinkronizzazzjoni u ta’ l-istampar. F'dawk is-swieq, fejn il-collecting societies għandhom rwol predominanti (id-drittijiet mekkaniċi u ta’ l-esibizzjoni), l-amalgamazzjoni mhix ser tħalli effett sinifikanti ladarba l-collecting socieities jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-prezz u jagħtu liċenzji lill-utenti fuq bażi non-diskriminatorja. Fis-swieq fejn il-pubblikaturi jamministraw id-drittijiet mingħajr l-involviment tal-collecting societies (id-drittijiet ta’ sinkronizzazzjoni u ta’ l-istampar) l-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li wara l-amalgamazzjoni l-klijenti ser jibqa' jkollhom alternattivi suffiċjenti għall-entità amalgamata. Għalhekk, x'aktarx li wara l-amalgamazzjoni l-Universal ma tkunx tista' tgħolli l-prezzijiet għad-drittijiet ta’ esibizzjoni, mekkaniċi, ta’ sinkronizzazzjoni u ta’ l-istampar.

(13)

Fis-suq tad-drittijiet online, ftit ta’ żmien ilu l-pubblikaturi bdew jirtiraw id-drittijiet rispettivi tagħhom għal repertorji Anglo-Amerikani mis-sistema tradizzjonali ta’ collecting societies. Huma bdew jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom lil collecting societies partikolari li jaġixxu ta’ aġenti għall-pubblikatur individwali – li hija possibbiltà li ġiet affermata mill-ġdid permezz ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li nħarġet fl-2005.

(14)

L-investigazzjoni tas-suq uriet li wara l-irtirar, is-setgħa li jiġi stabbilit prezz għaddiet minn idejn il-collecting societies f'idejn il-pubblikaturi. F'dawn iċ-ċirkostanzi ġodda, wara l-amalgamazzjoni l-Universal ser tkun tista' teżerċita kontroll fuq perċentwali għoli ta’ titoli kemm permezz tad-drittijiet (b'mod sħiħ jew bi propjetà parzjali) tax-xogħol ta’ l-awturi jew permezz tad-drittijiet fir-reġistrazzjonijiet individwali. Fl-Awstrija, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fil-Polonja u fir-Renju Unit kif ukoll fuq livell wiesa' madwar iż-ŻEE, il-Universal tikkontrolla saħansitra l-50 % jew iżjed taċ-chart hits u b'hekk issir prodott obbligatorju għas-servizzi kollha ta’ mużika online jew mobbli filwaqt li permezz ta’ l-amalgamazzjoni l-possibbiltajiet li dawn jevitaw lill-Universal jitnaqqsu b'mod sinifikanti.

(15)

Għalhekk il-Kummissjoni kellha tħassib li l-amalgamazzjoni tagħti l-possibbiltà u l-inċentiv biex il-Universal tgħolli l-prezzijiet għad-drittijiet online tar-repertorju Anglo-Amerikan.

Konklużjoni

(16)

Għalhekk tista' tintlaħaq il-konklużjoni li l-konċentrazzjoni proposta fis-sura notifikata tagħha x'aktarx twassal għal tfixkil sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fis-suq tad-drittijiet online fl-Awstrija, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fil-Polonja, u fir-Renju Unit kif ukoll fil-livell wiesa' madwar iż-ŻEE.

(4)   Impenji mogħtija mill-Partijiet

(17)

Sabiex jitneħħa t-tħassib tal-Kummissjoni, il-Universal impenjat ruħha li tneħħi għadd ta’ katalogi importanti li jkopru d-drittijiet Anglo-Amerikani u kuntratti ma’ l-awturi. Dawn il-katalogi jinkludu l-attivitajiet taż-ŻEE b'rabta ma’ Zomba UK, 19 Music, 19 Songs, BBC music publishing, Rondor UK kif ukoll liċenzja taż-ŻEE għall-katalgu ta’ Zomba US. Dawn il-katalogi jinkludu ħafna titoli bestsellers u diversi awturi ta’ suċċess bħal The Kaiser Chiefs, Justin Timberlake u R. Kelly. Għalkemm it-tħassib huwa biss relatat mad-drittijiet online, għal raġunijiet ta’ vijabbiltà l-impenji għandhom ikopru d-drittijiet kollha (jiġifieri anke d-drittijiet mekkaniċi, ta’ esibizzjoni, ta’ sinkronizzazzjoni u ta’ l-istampar).

(5)   Valutazzjoni ta’ l-Impenji li tressqu

(18)

Il-partijiet tejbu b'mod sinifikanti l-pakkett ta’ rimedji u rrispondew darbtejn għar-riżultati ta’ żewġ testijiet tas-suq. Fid-dawl tal-kwalità tal-katalogi li ġew proposti finalment, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-impenji jneħħu t-tħassib fir-rigward tal-kompetizzjoni.

(19)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li, abbażi ta’ l-impenji mressqa mill-Partijiet, il-konċentrazzjoni proposta m'hix ser twassal għal tfixkil sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu fis-suq tad-drittijiet online. Għalhekk, il-konċentrazzjoni proposta kellha tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikoli 8(2), 10(2) tar-Regolament ta’ l-Inkorporazzjoni ta’ l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1


1.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 230/15


ID-DEĊIŻJONI Nru 3/2007 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-ŻVIZZERA

tat-23 ta’ Awwissu 2007

li jibdel it-Tabelli III u IV b) għal protokoll Nru 2

(2007/596/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, kif emendat mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera biex il-Ftehim ikun emendat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli pproċessati ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll tiegħu Nru 2, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, prezzijiet ta’ referenza interna huma stabbiliti għall-Partijiet Kontraenti mill-Kumitat Konġunt

(2)

Il-prezzijiet attwali nbidlu fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materjali mhux ipproċessati li għalihom huma applikati miżuri ta’ kumpens tal-prezzijiet.

(3)

Il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-materjali kollha mhux ipproċessati ġew iffissati mill-Kumitat Konġunt fl-aħħar ta’ l-2006. Il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza għandhom minn żmien għal żmien, almenu darba fis-sena, jiġu riveduti.

(4)

Minħabba li s-suq taċ-ċereali deher li kien volatili ħafna sa l-aħħar ta’ l-2006 reviżjoni f'Mejju kienet prevista.

(5)

Minħabba li r-reviżjoni tal-prezzijiet taċ-ċereali rriżultat f'figuri sostanzjalment differenti huwa neċessarju li jiġu aġġornati l-prezzijiet ta’ referenza u ammonti mniżżla fit-tabelli III u IV(b) għal Protokoll Nru. 2 kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Tabella III u t-Tabella IV taħt il-punt b tal-Protokoll Nru 2 jinbidlu bit-tabelli fl-Anness I u l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Awissu 2007.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kumitat Konġunt

Luc VERHEUKELEN

Il-President


ANNESS I

“SKEDA III

Prezzijiet ta’ referenza Żvizzeri u tal-KE

(CHF għal kull 100 kg nett)

Materja prima agrikola

Prezz ta’ referenza domestiku tal-KE

Prezz ta’ referenza domestiku tal-KE

Differenza fil-prezz ta’ referenza ta’ l-Iżvizzera/KE

Qamħ komuni

54,41

25,80

28,60

Qamħ durum

42,16

32,38

9,80

Segala

48,84

26,29

22,55

Xgħir

44,16

34,60

9,55

Qamħirrun

37,25

26,82

10,45

Dqiq tal-qamħ komuni

95,50

48,26

47,25

Trab tal-ħalib sħiħ

586,90

354,29

232,60

Trab tal-ħalib xkumat

457,33

304,39

152,95

Butir

905,00

406,98

498,00

Zokkor abjad

0,00

Bajd (1)

255,00

205,50

49,50

Patata Friska

42,00

21,00

21,00

Xaħam veġetali (2)

390,00

160,00

230,00


(1)  Ġejjin mill-prezzijiet għall-bajd ta’ l-għasafar f'forma likwida, mhux fil-qoxra, immultiplikati b'fattur ta’ 0.85.

(2)  Prezzijiet għal xaħmijiet veġetali (għall-industrija tal-ħami u ta’ l-ikel) b'kontenut ta’ 100 % xaħam.”


ANNESS II

“SKEDA IV

b)

L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

(CHF għal kull 100kg nett)

Materja prima agrikola

Ammont bażiku applikat mid-data tad-dħul fis-seħħ

Qamħ komuni

26,00

Qamħ durum

9,00

Segala

20,00

Xgħir

9,00

Qamħirrun

9,00

Dqiq tal-qamħ komuni

43,00

Trab tal-ħalib sħiħ

209,00

Trab tal-ħalib xkumat

138,00

Butir

473,00

Zokkor abjad

Xejn

Bajd

36,00

Patata Friska

19,00

Xaħam veġetali

207,00 ”


1.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 230/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Awwissu 2007

dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-guazatine triacetate f'Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3979)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/597/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq (1) ta’ prodotti bijoċidali, u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li jkunu possibbilment inklużi fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi il-guazatine triacetate.

(2)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 2032/2003, il-guazatine triacetate ġie evalwat skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 8, preservattivi ta’ l-injam, kif iddefinit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

Ir-Renju Unit kien assenjat ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru Rapporteur, u fit-22 ta’ Settembru 2006 ssottometta lill-Kummissjoni r-rapport ta’ l-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, skond l-Artikolu 10(5) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003.

(4)

Ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati f’rapport ta’ evalwazzjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali waqt laqgħa li saret fis-16 ta’ Marzu 2007.

(5)

Fin-nuqqas ta’ dejta kritika dwar il-lissija minn wiċċ ittrattat, l-effetti riproduttivi tal-guazatine fid-Daphnia magna u r-rati ta’ degradazzjoni fis-sistemi ta’ sediment ta’ l-ilma u tal-ħamrija, mhux possibbli li l-guazatine triacetate jiġi inkluż fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE għall-prodotti tat-tip 8. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għamlet studju ta’ valutazzjoni ta’ riskju billi wżat approċċ realistiku ta’ l-agħar każ, li wera riskji inaċċettabbli għall-ambjent.

(6)

L-analiżi tal-guazatine triacetate ma kixfet l-ebda kwistjoni jew tħassib mhux solvuti li għandhom jiġu ttrattati mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER).

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Guazatine triacetate (Numru CAS 115044-19-4) ma għandix jiġi inklużi fl-Annessi I, IA jew IB tad Direttiva 98/8/KE għall-prodotti tip 8.

Artikolu 2

Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/20/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 23).

(2)   ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1849/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 63).


1.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 230/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Awwissu 2007

dwar il-miżuri biex jiġi evitat it-tixrid ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja fost għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati fl-Istati Membri

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3987)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/598/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 22 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 56(3), 57(2) u 63(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula ċerti miżuri preventivi dwar is-sorveljanza u s-sejba minn kmieni ta’ l-influwenza tat-tjur u l-miżuri ta’ kontroll minimu li għandhom jiġu applikati fil-każ li din il-marda tfaqqa' fost it-tjur jew l-għasafar oħra maqbudin.

(2)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula wkoll regoli għall-introduzzjoni ta’ tilqim preventiv kontra l-influwenza tat-tjur fuq tjur u għasafar oħra maqbudin, bħalma huma għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati, u tipprovdi għal regoli dettaljati għalihom li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Din id-Direttiva tipprovdi wkoll għas-sottomissjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tal-pjanijiet tagħhom ta’ tilqim preventiv għat-tjur jew għal għasafar oħra maqbudin.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/474/KE tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar il-miżuri biex jiġi evitat it-tixrid ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja kkawżata mill-vajrus A ta’ l-influwenza tas-sottotip H5N1 ma’ l-għasafar li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti u ċentri approvati fl-Istati Membri u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/744/KE (3), tistipula regoli biex tipprevjeni t-tixrid ta’ influwenza tat-tjur ikkawżata mill-vajrus A ta’ l-influwenza ta’ patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 minn għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali għal għasafar li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati. Din tistipula wkoll regoli għat-tilqim ta’ l-għasafar li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati u tipprovdi għal regoli dettaljati għas-sottomissjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tal-pjanijiet tagħhom ta’ tilqim.

(4)

Għall-għanijiet ta’ tilqim preventiv bħal dan, għandhom jintużaw biss vaċċini awtorizzati skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (4) jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u għall-użu veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (5).

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE tad-29 ta’ Marzu 1999 dwar iż-żamma ta’ annimali selvaġġi fiż-zoos (6) tiddefinixxi zoos li huma koperti minn din id-Direttiva. Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, din id-definizzjoni għandha titqies għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Skond id-Deċiżjoni 2006/474/KE, il-Kummissjoni approvat 17-il pjan ta’ tilqim preventiv imressqa mill-Istati Membri kontra l-influwenza tat-tjur għal għasafar li jinżammu fiż-zoos. Il-pjanijiet ta’ tilqim ġew implimentati minn 14-il Stat Membru. B’mod ġenerali ma ġew osservati l-ebda reazzjonijiet avversi fi kważi 45 000 għasfur u ħafna mill-ispeċi ta’ l-għasafar ipproduċew reazzjoni immunitarja sinifikanti wara li ġew imlaqqma darbtejn bil-vaċċini użati.

(7)

Barra minn hekk, l-esperjenza miksuba matul l-aħħar kampanja ta’ tilqim u l-opinjonijiet tal-Bord Xjentifiku dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Benessri ta’ l-Annimali ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ta’ l-1 ta’ Frar 2007 dwar it-tilqim preventiv ta’ għasafar taż-zoos kontra l-influwenza tat-tjur tas-sottotipi H5 u H7 u tal-11 ta’ Mejju 2007 dwar it-tilqim ta’ tjur ta’ l-irziezet u għasafar maqbudin, juru li huwa xieraq li jitwessa’ l-ambitu tal-pjanijiet ta’ tilqim preventiv għal kull influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja tas-sottotipi H5 u H7, u b’hekk jitqiesu r-riskji kkawżati minn għasafar migratorji selvaġġi li ġejjin minn żoni fejn iseħħu każijiet ta’ influwenza tat-tjur f'għasafar selvaġġi jew tifqigħat fit-tjur u f’każ li sseħħ tifqigħa fit-tjur fl-istess Stat Membru, fi Stat Membru ġar jew f’pajjiż terz li tista’ toħloq periklu għas-saħħa ta’ l-għasafar li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati.

(8)

Barra minn hekk ir-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ tilqim preventiv għandhom jiġu emendati, sakemm ma jkunux ta’ periklu għall-kontroll tal-mard. Għaldaqstant, fid-Deċiżjoni attwali għandhom jitqiesu r-rekwiżiti li jħaffu l-piż amministrattiv.

(9)

Huwa xieraq ukoll li jitqiesu ċerti pjanijiet ta’ tilqim preventiv li ġew approvati skond id-Deċiżjoni 2006/474/KE bħala approvati għall-għanijiet tad-Deċiżjoni attwali. Għaldaqstant, dawn il-pjanijiet għandhom jitniżżlu fl-Anness III tad-Deċiżjoni attwali.

(10)

Sa mid-data ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2006/474/KE, ċerti Stati Membri ressqu pjanijiet ta’ tilqim preventiv għall-approvazzjoni skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Deċiżjoni. Dawn l-Istati Membri ġew mgħarrfa bir-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni attwali. Peress li dawn il-pjanijiet jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni attwali, għandhom jiġu approvati u mniżżla fl-Anness III tagħha.

(11)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2006/474/KE tiġi rrevokata u sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Din id-Deċiżjoni tistipula regoli dettaljati:

(a)

li għandhom jiġu applikati sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-vajrus ta’ l-influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja minn għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali jew minn tifqigħat fit-tjur jew għasafar oħra maqbudin, għal għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati;

(b)

għat-tilqim preventiv ta’ għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/94/KE;

(b)

id-definizzjoni ta’ zoos fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/22/KE;

(c)

id-definizzjoni ta’ korpi, istituti jew ċentri approvati fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 92/65/KEE.

Artikolu 3

Miżuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa u prattikabbli biex inaqqsu r-riskju ta’ trażmissjoni ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja minn għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali għal għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati, filwaqt li jqisu l-kriterji u l-fatturi ta’ riskju stabbiliti fl-Anness I.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll f’każ ta’ tifqigħa fit-tjur fl-istess Stat Membru, fi Stat Membru ġar jew f’pajjiż terz li tista’ toħloq periklu għas-saħħa ta’ għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati.

3.   Skond is-sitwazzjoni epidemjoloġika speċifika, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, b’mod partikolari, jiġu diretti lejn il-prevenzjoni tal-kuntatt dirett u indirett bejn għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali, speċjalment tjur ta’ l-ilma, u għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati.

Artikolu 4

Pjanijiet ta’ tilqim preventiv

Il-pjanijiet ta’ tilqim preventiv fir-rigward ta’ għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati, imressqa skond l-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2005/94/KE għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ tilqim

1.   Il-pjanijiet ta’ tilqim preventiv imressqa skond l-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2005/94/KE u mniżżla fil-Parti I ta’ l-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan approvati.

2.   Il-Kummissjoni se tippubblika l-pjanijiet ta’ tilqim preventiv approvati, imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 6

Disponibbiltà u tagħrif dwar pjanijiet ta’ tilqim preventiv

1.   L-Istati Membri għandhom, qabel ma jkun introdott it-tilqim preventiv, jiġbru l-indirizz u l-post preċiżi taż-zoos u tal-korpi, istituti jew ċentri approvati, fejn se jsir it-tilqim billi jallokaw numri ta’ approvazzjoni jew reġistrazzjoni, kif xieraq, u għandhom iżommu dan it-tagħrif aġġornat.

2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull sena, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu, jew fuq talba speċifika mill-Kummissjoni, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ tilqim preventiv approvati għas-sena preċedenti filwaqt li jużaw il-mudell ta’ rappurtar kif stabbilit fl-Anness IV.

Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan li ġej:

(a)

l-emendi mħejjija lill-pjanijiet ta’ tilqim preventiv approvati tagħhom;

(b)

id-data ta’ tmiem it-tilqim preventiv ta’ għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati.

Artikolu 7

Revoka

Id-Deċiżjoni 2006/474/KE hija rrevokata.

Artikolu 8

Dispożizzjoni tranżitorja

Il-pjanijiet ta’ tilqim preventiv approvati skond id-Deċiżjoni 2006/474/KE u mniżżla fil-Parti II ta’ l-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitqiesu li huma approvati għall-għanijiet tad-Deċiżjoni attwali.

Artikolu 9

Konformità ta’ l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 10

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).

(2)   ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(3)   ĠU L 187, 8.7.2006, p. 37.

(4)   ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(5)   ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).

(6)   ĠU L 94, 9.4.1999, p. 24.


ANNESS I

Kriterji u fatturi ta’ riskju li għandhom jitqiesu fl-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-artikolu 3 fuq zoos u korpi, istituti jew ċentri approvati

1.

Jekk iż-zoos u l-korpi, istituti jew ċentri approvati jinsabu fuq ir-rotot migratorji ta’ l-għasafar, b’mod partikolari jekk dawn jipproċedu minn pajjiżi fejn kien hemm tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja, filwaqt li jitqiesu l-isterjotip misjub u l-probabbiltà li ġew affettwati l-għasafar selvaġġi.

2.

Id-distanza taż-zoos u korpi, istituti jew ċentri approvati minn artijiet mistagħdra u żoni ta’ ilma bħal għadajjar, paludi, lagi jew xmajjar fejn jistgħu jinġabru t-tjur migratorji ta’ l-ilma.

3.

Jekk iż-zoos u korpi, istituti u ċentri approvati jinsabu f’żoni b’densità għolja ta’ għasafar migratorji, b’mod partikolari tjur ta’ l-ilma.

ANNESS II

Rekwiżiti għall-użu ta’ tilqim preventiv kif imsemmi fl-artikolu 4

1.

L-iskala li fuqha għandu jseħħ it-tilqim

It-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur għandu jsir biss f’għasafar li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati. L-awtorità kompetenti għandha żżomm listi ta’ zoos u korpi, istituti jew ċentri approvati għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin mid-data ta’ din it-tilqima.

2.

Speċi ta’ għasafar li għandhom jitlaqqmu

L-awtorità kompetenti għandha tiġi nnotifikata b’lista ta’ għasafar li għandhom jitlaqqmu flimkien ma’ l-identifikazzjoni individwali u għandha żżommha għal mill-inqas ħames snin mid-data tat-tilqima.

3.

Dewmien tat-tilqima

(a)

L-għasafar li se jitlaqqmu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati għandhom jitlaqqmu malajr kemm jista’ jkun.

(b)

Il-frieħ, l-għasafar li jiddaħħlu għall-ewwel darba u l-għasafar li nstab li kellhom reazzjoni immunitarja insuffiċjenti għandhom jiġu mlaqqma wkoll.

(c)

Huwa rrakkomandat tilqim mill-ġdid kull sena biex tinżamm l-immunità ta’ l-għasafar.

4.

Rekwiżiti speċifiċi għal ċaqliq ta’ għasafar

(a)

L-għasafar imlaqqma li jinżammu f’korpi, istituti jew ċentri approvati inklużi zoos approvati skond id-Direttiva 92/65/KEE fejn isir it-tilqim jistgħu jintbagħtu f’korpi, istituti jew ċentri approvati fi Stati Membri oħra bil-kundizzjoni li huma jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u jkunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa kif stipulat fil-Parti 3 ta’ l-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE, fejn taħt il-punt II.5. għandu jiġi ċċertifikat dan li ġej:

“L-għasafar jikkonformaw mad-Deċiżjoni 2007/598/KE tlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur fil- … (data) bil-vaċċin … (isem)”.

(b)

L-għasafar imlaqqma li jinżammu f'zoos li mhumiex approvati skond id-Direttiva 92/65/KEE fejn isir it-tilqim, jistgħu jintbagħtu fi Stati Membri oħra wara awtorizzazzjoni mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni bil-kundizzjoni li huma jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u jkunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa kif stipulat fil-Parti 1 ta’ l-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE li magħha se jiżdiedu l-kelmiet li ġejjin fl-aħħar tal-punt II.3.2.:

“L-għasafar jikkonformaw mad-Deċiżjoni 2007/598/KE u tlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur fil- … (data) bil-vaċċin … (isem)”.

(c)

Meta t-tilqim ta’ l-għasafar li jinżammu fiż-zoos, f’korpi, istituti jew ċentri approvati ma jibqax jiġi applikat, il-kundizzjonijiet għaċ-ċaqliq stipulati fil-punti (a) u (b) għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tnax-il xahar mid-data tat-tilqima ta’ l-aħħar għasfur.

5.

Identifikazzjoni speċjali u reġistrazzjoni speċjali ta’ l-għasafar imlaqqma

L-għasafar imlaqqma għandhom ikunu identifikabbli individwalment u r-reġistri ta’ l-identità ta’ dawn l-għasafar għandhom ikunu annotati b’mod ċar kif inhu xieraq. Identifikazzjoni li ma titħassarx ta’ l-għasafar l-oħra maqbudin li tindika li dawn tlaqqmu għandha tiġi applikata fil-ħin tat-tilqima kull meta jkun possibbli.

6.

Eżekuzzjoni tal-kampanja ta’ tilqim

(a)

It-tilqim għandu jsir taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju u għandu jkun hemm miżuri meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid possibbli tal-vajrus.

(b)

Reġistrazzjoni bil-miktub dwar l-għadd ta’ għasafar imlaqqma u l-għadd ta’ dożi ta’ vaċċini użati għandha tiġi kkomunikata lill-awtorità kompetenti wara li jsir it-tilqim u minn hemm 'il quddiem kull xahar, jekk aktar għasafar kif imsemmi fil-punt 3(b) jiġu mlaqqma.

(c)

Kull meta jkun possibbli kampjuni tad-demm minn 10 % ta’ l-għasafar għandhom jittieħdu qabel u għall-inqas 30 jum mid-data ta’ kull tilqima għal ittestjar seroloġiku għall-influwenza tat-tjur. Għandha tinżamm reġistrazzjoni tar-riżultati tat-test għal mill-inqas ħames snin mid-data tat-tilqim.

7.

Il-vaċċin li għandu jintuża

Il-vaċċin inattiv li għandu jintuża jrid jiġi fformulat kif xieraq u jkun effettiv kontra l-vajrus ta’ l-influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 jew H7 jew it-tnejn. Għandu jintuża skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur u/jew l-awtoritajiet veterinarji.


ANNESS III

Listi ta’ pjanijiet ta’ tilqim preventiv approvati għall-għasafar li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati

Parti I:

Pjanijiet ta’ tilqim preventiv approvati mid-Deċiżjoni u msemmija fl-Artikolu 5(1)

Kodiċi

Stat Membru

Data ta’ sottomissjoni tal-pjan

BE

Il-Belġju

22 ta’ Marzu 2007

ES

Spanja

27 ta’ Ġunju 2007

FR

Franza

4 ta’ Jannar 2007

SE

L-Iżvezja

7 ta’ Marzu 2007

UK

Ir-Renju Unit

27 ta’ Ġunju 2007


Parti II:

Pjanijiet ta’ tilqim preventiv approvati skond id-Deċiżjoni 2006/474/KE u msemmija fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni attwali

Kodiċi

Stat Membru

Data ta’ sottomissjoni

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

21 ta’ Marzu 2006

DK

Id-Danimarka

20 ta’ Frar 2006

DE

Il-Ġermanja

31 ta’ Marzu 2006

EE

L-Estonja

6 ta’ Marzu 2006

IE

L-Irlanda

6 ta’ Marzu 2006

IT

L-Italja

6 ta’ Marzu 2006

LV

Il-Latvja

28 ta’ Frar 2006

LT

Il-Litwanja

6 ta’ Marzu 2006

HU

L-Ungerija

1 ta’ Marzu 2006

NL

L-Olanda

16 ta’ Novembru 2005

AT

L-Awstrija

21 ta’ April 2006

PT

Il-Portugall

29 ta’ Novembru 2005


ANNESS IV

Mudell ta’ rappurtar għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ tilqim preventiv approvati msemmija fl-artikolu 6(2)

Tagħrif ġenerali

Pajjiż

Zoo

Vaċċin

Rotta

(speċifika jekk differenti fi speċi differenti)

Sistema użata ta’ Piż – Doża

(Piż reali/stmat/medju ta’ l-ispeċi)

Intervall tal-vaċċin

Intervall mill-aħħar tilqima sal-ġbir ta’ demm wara t-tilqima

 

 

 

 

 

 

 


Titre ta’ l-antikorp tas-serum HI

Isem bl-Ingliż/isem lokali

Isem bil-Latin

Ordni Tassonomika

Identifikazzjoni individwali

Vaċċin

Doża (ml)

Qabel it-tilqima

Wara l-ewwel tilqima

Wara t-tieni tilqima

 

 

 

 

 

 

 

 


Effetti Individwali avversi

Mortalità

Lokali

Ġenerali

Diretta

(qbid/kontroll)

Ittardjata

(speċifika l-kawża tal-mewt)

 

 

 

 


Tagħrif meħtieġ mil-Laboratorju

Varjant tal-vajrus tal-vaċċin

Antiġeni (varjanti tal-vajrus) użati fit-test HI

Punt ta’ waqfien jew end-titre użat biex titkejjel l-effettività tal-vaċċin

Serum ta’ referenza użat

(referenza għal)

Metodoloġija